Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2012/0216(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0042/2013

Testi mressqa :

A7-0042/2013

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/04/2013 - 8.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0104

Testi adottati
PDF 404kWORD 29k
It-Tlieta, 16 ta' April 2013 - Strasburgu
Il-qabdiet inċidentali ta' ċetaċji ***I
P7_TA(2013)0104A7-0042/2013
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2004 li jippreskrivi miżuri li jikkonċernaw qabdiet inċidentali ta' ċetaċji fil-meded (żoni) tas-sajd u jemenda r-Regolament (KE) Nru 88/98 (COM(2012)0447 – C7-0213/2012 – 2012/0216(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0447),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0213/2012),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-14 ta’ Novembru 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0042/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta’ April 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2004 li jippreskrivi miżuri li jikkonċernaw qabdiet inċidentali ta' ċetaċji fil-meded (żoni) tas-sajd u jemenda r-Regolament (KE) Nru 88/98
P7_TC1-COD(2012)0216

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(1),

Billi:

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2004(2) jikkonferixxi setgħat lill-Kummissjoni sabiex timplimenta xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament.

(2)  B'konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, jeħtieġ li s-setgħat kkonferiti lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 812/2004 jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(3)  Sabiex jiġu applikatijiġi żgurat li ċerti dispożizzjonijiet jistgħu jiġi emendati b'mod effiċjenti tar-Regolament (KE) Nru 812/2004biex jirriflettu l-progress tekniku u xjentifiku, is-setgħa biex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kundizzjonijiet tal-użu tal-apparat akustiku deterrenti. [Em. 1]

(4)  Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha għall-adozzjoni tal-atti ddelegati, inkluż f'livell ta' esperti.

(5)  Meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(6)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 812/2004 li jikkonċernaw ir-regoli dwar il-proċedura u l-format għall-obbligazzjonijiet ta' rappurtar għall-Istati Membri, is-setgħat implimentattivi għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(3).

(6a)  Fid-dawl tar-rekwiżit għall-Istati Membri li jeħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi stabbilita sistema ta' protezzjoni stretta ta’ ċetaċji, fid-dawl tan-nuqqasijiet tar-Regolament (KE) Nru 812/2004 u tal-implimentazzjoni, indikata mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha dwar qbid inċidentali ta' ċetaċji fis-sajd(4), u mill-ICES fil-parir xjentifiku relatat teigħu tal-2010, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ integrazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE(5) (“id-Direttiva dwar il-Ħabitats”), il-Kummissjoni għandha, sa tmiem l-2015 tressaq proposta leġiżlattiva għal qafas leġiżlattiv koerenti u predominanti biex tkun żgurata l-protezzjoni effettiva taċ-ċetaċji minn kull theddida. [Em. 2]

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 812/2004 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 812/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)  Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:"

1.  L-apparat akustiku deterrenti użat fl-applikazzjoni tal-Artikolu 2(1) għandu jkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kundizzjonijiet tal-użu. Il-kundizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet huma ddefiniti fl-Anness II. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa temenda l-Anness II permezz ta' atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 8a, sabiex dak l-Anness ikun adattat għall-progress tekniku u xjentifiku.

"

(1a)  Fl-Artikolu 7, ġie miżjud dan il-paragrafu li ġej:"

3.  Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015, tirrevedi l-effikaċja tal-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament, kif ukoll tfassal proposta leġiżlattiva predominanti biex tkun żgurata l-protezzjoni effettiva taċ-ċetaċji.‘ [Em. 3];

(2)  L-Artikolu 8 jinbidel b’dan li ġej:

‘Artikolu 8

Implimentazzjoni

Ir-regoli ddettaljati dwar il-proċedura u l-format għar-rappurtar, kif stipulati fl-Artikolu 6 jistgħu jkunu stabbiliti permezz tal-atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8b(2).

"

(3)  Għandhom jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:"

Artikolu 8a

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti ddelegati hija kkonferita lill-Kummissjoni suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Id-delega tas-setgħaIs-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(1) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminattliet snin minn …(6). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ tliet snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu. [Em. 4]

3.  Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 3(1) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard li tkun speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 3(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 8b

Proċedura tal-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura mwaqqaf bl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal- eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni*].

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

* ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.]

"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President

(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2013.
(2) ĠU L 150, 30.4.2004, p. 12.
(3) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(4) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill - Il-qabdiet inċidentali taċ-ċetaċji fil-meded tas-sajd: rapport dwar l-implimentazzjoni tar-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2004 u dwar valutazzjoni xjentifika tal-effetti tal-użu, b’mod partikulari, tal-għeżula, tal-pariti u tax-xbieki tat-tħabbil għaċ-ċetaċji fil-Baħar Baltiku kif mitlub mir-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 (COM(2009)0368).
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
(6)* Data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Avviż legali - Politika tal-privatezza