Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/0260(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0123/2013

Testi mressqa :

A7-0123/2013

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/04/2013 - 8.10
CRE 16/04/2013 - 8.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0112

Testi adottati
PDF 287kWORD 22k
It-Tlieta, 16 ta' April 2013 - Strasburgu
Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika UE/Pajjiżi AKP: l-esklużjoni ta' ċerti pajjiżi mill-preferenzi kummerċjali ***II
P7_TA(2013)0112A7-0123/2013
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati (15519/1/2012 – C7-0006/2013 – 2011/0260(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (15519/1/2012 – C7-0006/2013),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0598),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0123/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Testi adottati, 13.9.2012, P7_TA(2012)0342.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati
P7_TC2-COD(2011)0260

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 527/2013.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza