Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Testi adottati
PDF 194kWORD 19k
It-Tlieta, 16 ta' April 2013 - Strasburgu
Voti indaqs waqt votazzjoni dwar intervent fi proċedura ġudizzjarja (interpretazzjoni tal-Artikolu 159, paragrafu 3, tar-Regoli ta' Proċedura)
P7_TA(2013)0121

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2013 dwar voti indaqs waqt votazzjoni dwar intervent fi proċedura ġudizzjarja (interpretazzjoni tal-Artikolu 15, paragrafu 3 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-20 ta' Marzu 2013 tal-president tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 211 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  jiddeċiedi li japplika l-interpretazzjoni li ġejja għall-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu:"

Artikolu 159 (3) għandu jiġi interpretat li jfisser li, fejn ikun hemm vot indaqs fuq abbozz ta' rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 128(4) sabiex ma jkunx hemm intervent fi proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, dan il-vot indaqs ma għandux ifisser l-adozzjoni ta' rakkomandazzjoni li l-Parlament għandu jintervjeni f'dawk il-proċeduri. F'każ bħal dan, il-kumitat responsabbli għandu jitqies li ma esprimiex rakkomandazzjoni.

"

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' tagħrif.

Avviż legali - Politika tal-privatezza