L-istabbiliment ta' qafas għall-ġestjoni tar-responsabbiltà finanzjarja marbuta mat-tribunali għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-istat stabbiliti permezz ta' ftehimiet internazzjonali li l-UE hija parti għalihom ***I
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-23 ta’ Mejju 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-ġestjoni tar-responsabbiltà finanzjarja marbuta mat-tribunali għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-istat stabbiliti permezz ta' ftehimiet internazzjonali li l-Unjoni Ewropea hija parti tagħhom (COM(2012)0335 – C7-0155/2012 – 2012/0163(COD))(1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal regolament Titolu
Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-ġestjoni tar-responsabbiltà finanzjarja marbuta mat-tribunali għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-istat stabbiliti permezz ta' ftehimiet internazzjonali li l-Unjoni Ewropea hija parti tagħhom
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 1
(1) Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, l-Unjoni kisbet kompetenza esklussiva għall-konklużjoni ta' ftehimiet internazzjonali dwar il-protezzjoni tal-investimenti. L-Unjoni diġà hija parti tat-Trattat dwar il-Karta tal-Enerġija li jipprovdi għall-protezzjoni tal-investimenti.
(1) Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, l-Unjoni kisbet kompetenza esklussiva għall-konklużjoni ta' ftehimiet internazzjonali dwar il-protezzjoni tal-investimenti. L-Unjoni, kif ukoll l-Istati Membri, diġà huma parti tat-Trattat dwar il-Karta tal-Enerġija li jipprovdi għall-protezzjoni tal-investimenti.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 2
(2) Ftehimiet li jipprovdu għal protezzjoni tal-investimenti tipikament jinkludu mekkaniżmu ta' soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-istat, li jippermetti investitur minn pajjiż terz jagħmel talba kontra Stat li fih għamel investiment. Is-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-Istat jista' jirriżulta f'aġġudikazzjonijiet ta' kumpens monetarju. Barra minn hekk, huwa inevitabbli li jkun hemm spejjeż sinifikanti għall-amministrazzjoni tal-arbitraġġ kif ukoll spejjeż relatati mad-difiża fi kwalunkwe każ bħal dan.
(2) Fil-każijiet fejn huwa ġustifikabbli, il-ftehimiet dwar il-protezzjoni tal-investimenti futuri li ġew konklużi mill-Unjoni jistgħu jinkludu mekkaniżmu ta' soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-istat, li jippermetti investitur minn pajjiż terz jagħmel talba kontra Stat li fih għamel investiment. Is-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-Istat jista' jirriżulta f'aġġudikazzjonijiet ta' kumpens monetarju. Barra minn hekk, huwa inevitabbli li jkun hemm spejjeż sinifikanti għall-amministrazzjoni tal-arbitraġġ kif ukoll spejjeż relatati mad-difiża fi kwalunkwe każ bħal dan.
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 3a (ġdida)
(3a)Ir-responsabbiltà finanzjarja ma tistax tiġi ġestita sew jekk l-istandards ta' protezzjoni offruti fil-ftehimiet ta' investiment jeċċedu b'mod sinifikanti l-limiti ta' responsabbiltà rikonoxxuti fl-Unjoni u fil-maġġoranza tal-Istati Membri. Għaldaqstant, il-ftehimiet futuri tal-Unjoni għandhom jagħtu lill-investituri barranin l-istess livell ta' protezzjoni għolja iżda mhux livell ogħla ta' protezzjoni milli tagħti l-liġi tal-Unjoni u l-prinċipji ġenerali li huma komuni għad-drittijiet tal-Istati Membri lill-investituri fi ħdan l-Unjoni.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 3b (ġdida)
(3b)Id-delinjazzjoni tal-limiti esterni tar-responsabbiltajiet finanzjarji fl-ambitu ta' dan ir-Regolament hija marbuta wkoll mas-salvagwardja tas-setgħat leġiżlattivi tal-Unjoni eżerċitati fi ħdan il-kompetenzi definiti mit-Trattati, u kkontrollati għal-legalità tagħhom mill-Qorti tal-Ġustizzja, li ma jistgħux jiġu indebitament ristretti minn responsabbiltà potenzjali definita barra mis-sistema bbilanċjata stabbilita mit-Trattati. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat b'mod ċar li r-responsabbiltà tal-Unjoni għall-atti leġiżlattivi speċjalment fl-interazzjoni mal-liġi internazzjonali, għandha tkun inkwadrata b'mod ristrett u ma tistax tiġi impenjata mingħajr l-istabbiliment b'mod ċar tal-ħtija.1 Il-ftehimiet futuri ta' investiment li għandhom jiġu konklużi mill-Unjoni għandhom jirrispettaw dawn is-salvagwardji għas-setgħat leġiżlattivi tal-Unjoni u ma għandhomx jistabbilixxu standards ta' responsabbiltà aktar stretti li jippermettu l-evażjoni tal-istandards iddefiniti mill-Qorti tal-Ġustizzja.
1Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta' Settembru 2008 fil-Każijiet Konġunti C-120/06 P u C-121/06 P, FIAMM u Fedon vs il-Kunsill u l-Kummissjoni [2008] Ġabra I-6513
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 4
(4) Fejn l-Unjoni għandha responsabbiltà internazzjonali għat-trattament mogħti, tkun mistennija, bħala kwistjoni ta' liġi internazzjonali, li tħallas kwalunkwe aġġudikazzjoni u l-ispejjeż ta' kwalunkwe tilwim. Madankollu, aġġudikazzjoni avversa tista' tirriżulta potenzjalment jew mit-trattament mogħti mill-Unjoni stess jew mit-trattament mogħti minn Stat Membru. Bħala konsegwenza ma jkunx ekwu li kieku l-aġġudikazzjonijiet u l-ispejjeż tal-arbitraġġ kellhom jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni meta t-trattament ikun ingħata minn Stat Membru. Għalhekk huwa meħtieġ li r-responsabbiltà finanzjarja tiġi allokata, bħala kwistjoni ta' liġi tal-Unjoni, u mingħajr ħsara għar-responsabbiltà internazzjonali tal-Unjoni, bejn l-Unjoni u l-Istat Membru responsabbli għat-trattament mogħti abbażi tal-kriterji stabbiliti b'dan ir-Regolament.
(4) Fejn l-Unjoni, bħala entità li għandha personalità ġuridika, ikollha responsabbiltà internazzjonali għat-trattament mogħti, tkun mistennija, bħala kwistjoni ta' dritt internazzjonali, li tħallas kwalunkwe aġġudikazzjoni u l-ispejjeż ta' kwalunkwe tilwim. Madankollu, aġġudikazzjoni avversa tista' tirriżulta potenzjalment jew mit-trattament mogħti mill-Unjoni stess jew mit-trattament mogħti minn Stat Membru. Bħala konsegwenza ma jkunx ekwu li kieku l-aġġudikazzjonijiet u l-ispejjeż tal-arbitraġġ kellhom jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni Ewropea (baġit tal-Unjoni) meta t-trattament ikun ingħata minn Stat Membru. Għalhekk huwa meħtieġ li r-responsabbiltà finanzjarja tiġi allokata, bħala kwistjoni ta' liġi tal-Unjoni, u mingħajr ħsara għar-responsabbiltà internazzjonali tal-Unjoni, bejn l-Unjoni u l-Istat Membru responsabbli għat-trattament mogħti abbażi tal-kriterji stabbiliti b'dan ir-Regolament.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 6
(6) Ir-responsabbiltà finanzjarja għandha tiġi allokata lill-entità responsabbli għat-trattament li nsab li huwa inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehim. Dan ifisser li l-Unjoni għandu jkollha responsabbiltà finanzjarja fejn it-trattament ikkonċernat huwa mogħti minn istituzzjoni, korp jew aġenzija tal-Unjoni. L-Istat Membru konċernat għandu jkollu responsabbiltà finanzjarja fejn it-trattament ikkonċernat huwa mogħti minn Stat Membru. Madankollu, fejn Stat Membru jaġixxi b'mod meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, pereżempju meta jittrasponi direttiva adottata mill-Unjoni, l-Unjoni għandu jkollha responsabbiltà finanzjarja sa fejn it-trattament ikkonċernat huwa meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni. Ir-regolament jeħtieġ jipprevedi wkoll il-possibbiltà li każ individwali jikkonċerna kemm trattament mogħti minn Stat Membru kif ukoll trattament meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni. Dan se jkopri l-azzjonijiet kollha meħuda mill-Istati Membri u mill-Unjoni Ewropea.
(6) Ir-responsabbiltà finanzjarja għandha tiġi allokata lill-entità responsabbli għat-trattament li nsab li huwa inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehim. Dan ifisser li l-Unjoni stess għandu jkollha responsabbiltà finanzjarja fejn it-trattament ikkonċernat huwa mogħti minn kwalunkwe istituzzjoni, korp, aġenzija jew entità ġuridika tal-Unjoni. L-Istat Membru konċernat għandu jkollu responsabbiltà finanzjarja fejn it-trattament ikkonċernat huwa mogħti minn tali Stat Membru. Madankollu, fejn Stat Membru jaġixxi b'mod meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, pereżempju meta jittrasponi direttiva adottata mill-Unjoni, l-Unjoni stess għandu jkollha responsabbiltà finanzjarja sa fejn it-trattament ikkonċernat huwa meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni. Ir-regolament jeħtieġ jipprevedi wkoll il-possibbiltà li każ individwali jikkonċerna kemm trattament mogħti minn Stat Membru kif ukoll trattament meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni. Dan se jkopri l-azzjonijiet kollha meħuda mill-Istati Membri u mill-Unjoni. F'każ bħal dan, l-Istat Membri u l-Unjoni għandu jkollhom responsabbiltà finanzjarja għat-trattament speċifiku mogħti minn xi ħadd minnhom.
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 6a (ġdida)
(6a)Meta l-Istat Membru jaġixxi b'mod inkonsistenti ma' dak meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, pereżempju meta huwa jonqos milli jittrasponi direttiva adottata mill-Unjoni jew jeċċedi t-termini ta' direttiva adottata mill-Unjoni meta jimplimentaha fil-liġi nazzjonali, dak l-Istat Membru għandu konsegwentement ikollu r-responsabbiltà finanzjarja għat-trattament ikkonċernat.
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 8
(8) Min-naħa l-oħra, fejn Stat Membru għandu r-responsabbiltà finanzjarja potenzjali li tirriżulta minn tilwim, huwa xieraq, bħala kwistjoni ta' prinċipju, li Stat Membru bħal dan ikun permess jaġixxi bħala konvenut sabiex jiddefendi t-trattament li jkun ta lill-investitur. L-arranġamenti stabbiliti f'dan ir-Regolament jipprovdu għal dan. Dan għandu l-vantaġġ sinifikanti li l-baġit tal-Unjoni u r-riżorsi tal-Unjoni ma jġorrux il-piż, anke b'mod temporanju, tal-ispejjeż tal-litigazzjoni jew kwalunkwe aġġudikazzjoni eventwali kontra l-Istat Membru konċernat.
(8) Min-naħa l-oħra, fejn Stat Membru għandu r-responsabbiltà finanzjarja potenzjali li tirriżulta minn tilwim, huwa ekwu u xieraq, bħala kwistjoni ta' prinċipju, li Stat Membru bħal dan ikun permess jaġixxi bħala konvenut sabiex jiddefendi t-trattament li jkun ta lill-investitur. L-arranġamenti stabbiliti f'dan ir-Regolament jipprovdu għal dan. Dan għandu l-vantaġġ sinifikanti li l-baġit tal-Unjoni u r-riżorsi mhux finanzjarji tal-Unjoni ma jġorrux il-piż, anke b'mod temporanju, tal-ispejjeż tal-litigazzjoni jew kwalunkwe aġġudikazzjoni eventwali kontra l-Istat Membru konċernat.
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 10
(10) F'ċerti ċirkostanzi, huwa essenzjali, sabiex jiġi żgurat li l-interessi tal-Unjoni jistgħu jiġu mħarsa kif xieraq, li l-Unjoni stess taġixxi bħala konvenut f'tilwim li jinvolvi trattament mogħti minn Stat Membru. Dan jista' jkun il-każ, b'mod partikolari, fejn it-tilwim jinvolvi wkoll trattament mogħti mill-Unjoni, fejn jidher li t-trattament mogħti minn Stat Membru huwa meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, fejn huwa probabbli li talbiet simili jistgħu jitressqu kontra Stati Membri oħra jew fejn il-każ jinvolvi kwistjonijiet tal-liġi mhux solvuti, liema soluzzjoni jista' jkollha impatt fuq każijiet futuri possibbli kontra Stati Membri oħra jew l-Unjoni. Fejn tilwim jikkonċerna trattament parzjalment mogħti mill-Unjoni, jew meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, l-Unjoni għandha taġixxi bħala konvenut, sakemm it-talbiet li jikkonċernaw trattament bħal dan mhumiex ta' importanza minuri, b'kunsiderazzjoni tar-responsabbiltà finanzjarja potenzjali involuta u l-kwistjonijiet legali mqajma, relatati mat-talbiet li jikkonċernaw trattament mogħti mill-Istat Membru.
(10) F'ċerti ċirkostanzi, huwa essenzjali, sabiex jiġi żgurat li l-interessi tal-Unjoni jistgħu jiġu mħarsa kif xieraq, li l-Unjoni stess tista' taġixxi bħala konvenut f'tilwim li jinvolvi trattament mogħti minn Stat Membru. Dan jista' jkun il-każ, b'mod partikolari, fejn it-tilwim jinvolvi wkoll trattament mogħti mill-Unjoni, fejn jidher li t-trattament mogħti minn Stat Membru huwa meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, fejn talbiet simili tressqu kontra Stati Membri oħra jew fejn il-każ jinvolvi kwistjonijiet tal-liġi, liema soluzzjoni jista' jkollha impatt fuq każijiet attwali jew futuri possibbli kontra Stati Membri oħra jew l-Unjoni. Fejn tilwim jikkonċerna trattament parzjalment mogħti mill-Unjoni, jew meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, l-Unjoni għandha taġixxi bħala konvenut, sakemm it-talbiet li jikkonċernaw trattament bħal dan mhumiex ta' importanza minuri, b'kunsiderazzjoni tar-responsabbiltà finanzjarja potenzjali involuta u l-kwistjonijiet legali mqajma, relatati mat-talbiet li jikkonċernaw trattament mogħti mill-Istat Membru.
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 12
(12) Huwa xieraq li l-Kummissjoni tiddeċiedi, fil-qafas stabbilit f'dan ir-regolament, jekk l-Unjoni għandhiex tkun il-konvenut jew jekk Stat Membru għandux jaġixxi bħala l-konvenut.
(12) Sabiex tinħoloq sistema li taħdem, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, fil-qafas stabbilit f'dan ir-regolament, jekk l-Unjoni għandhiex tkun il-konvenut jew jekk Stat Membru għandux jaġixxi bħala l-konvenut u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kwalunkwe deċiżjoni bħal din bħala parti mir-rappurtar annwali tagħha dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 14
(14) Bl-istess mod, meta Stat Membru jaġixxi bħala konvenut huwa xieraq li jżomm il-Kummissjoni informata tal-iżviluppi fil-każ u li l-Kummissjoni tista', fejn xieraq, teħtieġ li l-Istat Membru li qed jaġixxi bħala konvenut jieħu pożizzjoni speċifika fi kwistjonijiet li għandhom interess tal-Unjoni.
(14) Bl-istess mod, meta Stat Membru jaġixxi bħala konvenut huwa xieraq li jżomm il-Kummissjoni informata tal-iżviluppi fil-każ u li l-Kummissjoni tista', fejn xieraq, teħtieġ li l-Istat Membru li qed jaġixxi bħala konvenut jieħu pożizzjoni speċifika fi kwistjonijiet li għandhom impatt fuq l-interessi prevalenti tal-Unjoni.
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 15
(15) Stat Membru jista' fi kwalunkwe ħin jaċetta li jkun responsabbli finanzjarjament anke fil-każ li jrid jitħallas kumpens. F'każ bħal dan l-Istat Membru u l-Kummissjoni jistgħu jidħlu f'arranġamenti għall-ħlas perjodiku tal-ispejjeż u għall-ħlas ta' kwalunkwe kumpens. Aċċettazzjoni bħal din ma timplikax li l-Istat Membru jaċċetta li t-talba tat-tilwim hija raġunata. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta deċiżjoni li teħtieġ l-Istat Membru jagħmel provvediment għal spejjeż bħal dawn. Fil-każ li t-tribunal jaġġudika l-ispejjeż lill-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura li kwalunkwe ħlas bil-quddiem tal-ispejjeż jiġi rimborżat immedjatament lill-Istat Membru konċernat.
(15) Mingħajr preġudizzju għall-eżitu tal-proċeduri ta' arbitraġġ, Stat Membru jista' fi kwalunkwe ħin jaċċetta li jkun responsabbli finanzjarjament anke fil-każ li jrid jitħallas kumpens. F'każ bħal dan l-Istat Membru u l-Kummissjoni jistgħu jidħlu f'arranġamenti għall-ħlas perjodiku tal-ispejjeż u għall-ħlas ta' kwalunkwe kumpens. Aċċettazzjoni bħal din ma timplikax bl-ebda mod ġuridiku li l-Istat Membru jaċċetta li t-talba tat-tilwim hija raġunata. Il-Kummissjoni tista', f'każ bħal dan, tadotta deċiżjoni li teħtieġ l-Istat Membru jagħmel provvediment għal spejjeż bħal dawn. Fil-każ li t-tribunal jaġġudika l-ispejjeż lill-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura li kwalunkwe ħlas bil-quddiem tal-ispejjeż jiġi rimborżat immedjatament lill-Istat Membru konċernat.
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 16
(16) F'ċerti każijiet, jista' jkun xieraq li tintlaħaq soluzzjoni sabiex jiġi evitat arbitraġġ mhux meħtieġ u li jqum ħafna flus. Huwa meħtieġ li tiġi stabbilita proċedura biex jintlaħqu soluzzjonijiet bħal dawn. Proċedura bħal din għandha tippermetti lill-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni, li ssolvi każ fejn dan ikun fl-interessi tal-Unjoni. Fejn il-każ jikkonċerna trattament mogħti minn Stat Membru, huwa xieraq li jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib u konsultazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru konċernat. L-Istat Membru għandu jibqa' liberu biex dejjem isolvi l-każ, sakemm jaċċetta responsabbiltà finanzjarja sħiħa u li kwalunkwe soluzzjoni bħal din tkun konsistenti mal-liġi tal-Unjoni u ma tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni.
(16) F'ċerti każijiet, jista' jkun xieraq li tintlaħaq soluzzjoni sabiex jiġi evitat arbitraġġ mhux meħtieġ u li jqum ħafna flus. Huwa meħtieġ li tiġi stabbilita proċedura effikaċi u rapida biex jintlaħqu soluzzjonijiet bħal dawn. Proċedura bħal din għandha tippermetti lill-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura ta' eżami, li ssolvi każ fejn dan ikun fl-interessi tal-Unjoni. Fejn il-każ jikkonċerna trattament mogħti minn Stat Membru, huwa xieraq li jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib u konsultazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru konċernat, inkluż dwar il-proċeduri ta' soluzzjoni u dwar l-ammont tal-kumpens monetarju. L-Istat Membru għandu jibqa' liberu biex dejjem isolvi l-każ, sakemm jaċċetta responsabbiltà finanzjarja sħiħa u li kwalunkwe soluzzjoni bħal din tkun konsistenti mal-liġi tal-Unjoni u ma tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni kollha kemm hi.
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 18
(18) Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mill-qrib mal-Istat Membru konċernat sabiex tilħaq ftehim dwar it-tqassim tar-responsabbiltà finanzjarja. Fejn il-Kummissjoni tiddetermina li Stat Membru huwa responsabbli, u l-Istat Membru ma jaċċettax dik id-determinazzjoni, il-Kummissjoni għandha tħallas il-kumpens, iżda għandha tindirizza deċiżjoni lill-Istat Membru fejn titolbu jipprovdi l-ammonti konċernati lill-baġit tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-imgħax applikabbli. L-imgħax pagabbli għandu jkun dak stabbilit skont l-Artikolu 71(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej kif emendat. L-Artikolu 263 tat-Trattat huwa disponibbli fil-każijiet fejn Stat Membru jqis li d-deċiżjoni ma tissodisfax il-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament.
(18) Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mill-qrib mal-Istat Membru konċernat sabiex tilħaq ftehim dwar it-tqassim tar-responsabbiltà finanzjarja. Fejn il-Kummissjoni tiddetermina li Stat Membru huwa responsabbli, u l-Istat Membru ma jaċċettax dik id-determinazzjoni, il-Kummissjoni għandha tħallas il-kumpens, iżda għandha tindirizza deċiżjoni lill-Istat Membru fejn titolbu jipprovdi l-ammonti konċernati lill-baġit tal-Unjoni, flimkien mal-imgħax applikabbli. L-imgħax pagabbli għandu jkun dak stabbilit skont l-Artikolu 78(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni1. L-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea huwa disponibbli fil-każijiet fejn Stat Membru jqis li d-deċiżjoni ma tissodisfax il-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament.
–––––––––––––––––
1 ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 19
(19) Il-baġit tal-Unjoni għandu jipprovdi kopertura tan-nefqa li tirriżulta minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat li jipprovdi għal soluzzjoni ta' tilwim bejn l-istat u l-investitur. Fejn l-Istati Membri għandhom responsabbiltà finanzjarja skont dan ir-Regolament, l-Unjoni għandha tkun f'pożizzjoni li jew takkumula l-kontribuzzjonijiet tal-Istat Membru konċernat l-ewwel qabel l-implimentazzjoni tan-nefqa relevanti jew timplimenta n-nefqa relevanti l-ewwel u tiġi rimborżata mill-Istati Membri konernati wara. L-użu ta' dawn iż-żewġ mekkaniżmi ta' trattament baġitarju għandu jkun possibbli, jiddependi fuq x'inhu fattibbli, b'mod partikolari f'termini ta' żmien. Għaż-żewġ mekkaniżmi, il-kontribuzzjonijiet jew ir-rimborżi mħallsa mill-Istati Membri għandhom ikunu ttrattati bħala dħul intern assenjat tal-baġit tal-Unjoni. L-approprijazzjonijiet li jirriżultaw mid-dħul intern assenjat mhux biss għandhom ikopru n-nefqa relevanti iżda għandhom ikunu wkoll eleġibbli għar-rikostituzzjoni ta' partijiet oħra tal-baġit tal-Unjoni li kienu pprovdew l-approprjazzjonijiet inijzali biex tiġi implimentata n-nefqa relevanti skont it-tieni mekkaniżmu.
(19) Il-baġit tal-Unjoni għandu jipprovdi kopertura tan-nefqa li tirriżulta minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat li jipprovdi għal soluzzjoni ta' tilwim bejn l-istat u l-investitur. Fejn l-Istati Membri għandhom responsabbiltà finanzjarja skont dan ir-Regolament, l-Unjoni għandha tkun f'pożizzjoni li jew takkumula l-kontribuzzjonijiet tal-Istat Membru konċernat l-ewwel qabel l-implimentazzjoni tan-nefqa relevanti jew timplimenta n-nefqa relevanti l-ewwel u tiġi rimborżata mill-Istati Membri konernati wara. L-użu ta' dawn iż-żewġ mekkaniżmi ta' trattament baġitarju għandu jkun possibbli, jiddependi fuq x'inhu fattibbli, b'mod partikolari f'termini ta' żmien. Għaż-żewġ mekkaniżmi, il-kontribuzzjonijiet jew ir-rimborżi mħallsa mill-Istati Membri għandhom ikunu ttrattati bħala dħul intern assenjat tal-baġit tal-Unjoni. L-approprjazzjonijiet li jirriżultaw mid-dħul intern assenjat mhux biss għandhom ikopru n-nefqa relevanti iżda għandhom ikunu wkoll eleġibbli għar-rikostituzzjoni ta' partijiet oħra tal-baġit tal-Unjoni li kienu pprovdew l-approprjazzjonijiet inijzali biex tiġi implimentata n-nefqa relevanti skont it-tieni mekkaniżmu.
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt b
(b) “spejjeż li jqumu mill-arbitraġġ” tfisser it-tariffi u l-ispejjeż tat-tribunal tal-arbitraġġ u l-ispejjeż tar-rappreżentazzjoni u spejjeż aġġudikati lir-rikorrent mit-tribunal tal-arbitraġġ;
(b) “spejjeż li jqumu mill-arbitraġġ” tfisser it-tariffi u l-ispejjeż tat-tribunal tal-arbitraġġ, l-istituzzjoni tal-arbitraġġ u l-ispejjeż tar-rappreżentazzjoni u spejjeż aġġudikati lir-rikorrent mit-tribunal tal-arbitraġġ;
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt c
(c) “tilwim” tfisser talba mressqa minn rikorrent kontra l-Unjoni skont ftehim u li dwarha tribunal tal-arbitraġġ jagħti sentenza;
(c) “tilwim” tfisser talba mressqa minn rikorrent kontra l-Unjoni jew Stat Membru skont ftehim u li dwarha tribunal tal-arbitraġġ jagħti sentenza;
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt ja (ġdid)
(ja) “interessi prevalenti tal-Unjoni” tfisser kwalunkwe mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
(i) hemm theddida serja għall-applikazzjoni konsistenti jew uniformi jew l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-investiment tas-soġġett tal-ftehim għat-tilwim bejn l-investitur u l-istat li l-Unjoni hija parti tiegħu,
(ii) miżura ta' Stat Memebru tista' tkun f'kunflitt mal-iżvilupp tal-politika ta' investiment futura tal-Unjoni,
(iii) it-tilwim jimplika impatt finanzjarju sinifikanti fuq il-baġit tal-Unjoni f'sena partikolari jew bħala parti mill-qafas finanzjarju pluriennali.
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2
2. Fejn huwa stipulat f'dan ir-regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li tiddetermina r-responsabbiltà finanzjarja tal-Istat Membru konċernat skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1.
2. Fejn huwa stipulat f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li tiddetermina r-responsabbiltà finanzjarja tal-Istat Membru konċernat skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikunu informati bit-tali deċiżjoni.
Emenda21 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1
Malli l-Kummissjoni tirċievi avviż li permezz tiegħu r-rikorrent jiddikjara l-intenzjoni tiegħu li jibda proċeduri ta' arbitraġġ, skont id-dispożizzjonijiet ta' ftehim, din għandha tinnotifika l-Istat Membru konċernat.
Malli l-Kummissjoni tirċievi avviż li permezz tiegħu r-rikorrent jiddikjara l-intenzjoni tiegħu li jibda proċeduri ta' arbitraġġ, jew malli l-Kummissjoni tiġi informata dwar talba għal konsultazzjonijiet jew talba kontra Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kull talba minn qabel minn rikorrent għall-konsultazzjonijiet, dwar l-avviż li bih r-rikorrent jistqarr l-intenzjoni tiegħu li jibda proċeduri ta' arbitraġġ kontra l-Unjoni jew Stat Membru fi żmien 15-il ġurnata ta' xogħol minn meta jirċievi l-avviż, inkluż l-isem tar-rikorrent, id-dispożizzjonijiet tal-ftehim li huwa allegat li nkiser, is-settur ekonomiku involut, it-trattament li huwa allegat li kiser il-ftehim u l-ammont ta' kumpens għad-danni mitlub.
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt c
(c) huwa probabbli li talbiet simili jitressqu taħt l-istess ftehim kontra trattament mogħti minn Stati Membri oħra u l-Kummissjoni qiegħda fl-aħjar pożizzjoni biex tiżgura difiża effettiva u konsistenti; jew,
(c) talbiet simili jew talbiet għal konsultazzjonijiet li jirrigwardaw talbiet simili tressqu taħt l-istess ftehim kontra trattament mogħti minn Stati Membri oħra u l-Kummissjoni qiegħda fl-aħjar pożizzjoni biex tiżgura difiża effettiva u konsistenti; jew,
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt d
(d) it-tilwim iqum minn kwistjonijiet tal-liġi mhux solvuti li jistgħu jirrikorru f'tilwim ieħor taħt l-istess ftehimiet tal-Unjoni jew oħrajn li jikkonċernaw trattament mogħti mill-Unjoni jew Stati Membri oħra.
(d) it-tilwim iqajjem kwistjonijiet sensittivi tal-liġi li s-soluzzjoni tagħhom tista' tolqot l-interpretazzjoni futura tal-ftehim inkwistjoni jew ftehimiet oħrajn.
2a.Meta l-Unjoni tassumi li taġixxi bħala konvenut skont deċiżjoni tal-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafu 2 jew mar-regola predefinita stabbilita fil-paragrafu 1, din id-determinazzjoni tal-istatus tal-konvenut għandha tkun vinkolanti għall-konvenut u t-tribunal tal-arbitraġġ.
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 4
4. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra u l-Parlament Ewropew dwar kwalunkwe tilwim li fih jiġi applikat dan l-Artikolu u l-mod kif qed jiġi applikat.
4. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar kwalunkwe tilwim li fih jiġi applikat dan l-Artikolu u l-mod kif qed jiġi applikat.
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b
(b) jinforma lill-Kummissjoni dwar il-passi proċedurali sinifikanti kollha, u jidħol f'konsultazzjonijiet regolarment u, fi kwalunkwe każ, meta mitlub mill-Kummissjoni; u,
(b) jinforma lill-Kummissjoni dwar il-passi proċedurali sinifikanti kollha mingħajr dewmien, u jidħol f'konsultazzjonijiet regolarment u, fi kwalunkwe każ, meta mitlub mill-Kummissjoni; u,
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2
2. Il-Kummissjoni tista', fi kwalunkwe ħin, teħtieġ l-Istat Membru konċernat jieħu pożizzjoni partikolari fir-rigward ta' kwalunkwe punt tal-liġi mqajjem mit-tilwim jew kwalunkwe element ieħor li għandu interess tal-Unjoni.
2. Meta l-interessi ġenerali tal-Unjoni jesiġu hekk, il-Kummissjoni tista', fi kwalunkwe ħin wara l-konsultazzjonijiet mal-Istat Membru konċernat, teħtieġ li l-Istat Membru jieħu pożizzjoni partikolari fir-rigward ta' kwalunkwe punt tal-liġi mqajjem mit-tilwim jew kwalunkwe kwistjoni tal-liġi li s-soluzzjoni tagħha tista' tolqot l-interpretazzjoni futura tal-ftehim inkwistjoni jew ftehimiet oħrajn.
2a.Jekk l-Istat Membru kkonċernat jikkunsidra t-talba tal-Kummissjoni bħala li tikkomprometi bla bżonn id-difiża effettiva tiegħu, dan għandu jidħol f'konsultazzjonijiet bl-għan li jsib soluzzjoni aċċettabbli. Fejn ma tistax tinstab soluzzjoni aċċettabbli, il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni li teħtieġ lill-Istat Membru kkonċernat jieħu pożizzjoni ġuridika partikolari.
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 3
3. Meta ftehim, jew ir-regoli msemmija fih, jipprovdu għall-possibbiltà ta' annullament, appell jew reviżjoni ta' punt tal-liġi inkluż f'deċiżjoni ta' arbitraġġ, il-Kummissjoni tista', fejn tikkunsidra li l-konsistenza jew il-korrettezza tal-interpretazzjoni tal-ftehim jeħtieġu dan, titlob l-Istat Membru jippreżenta applikazzjoni għal tali annullament, appell jew reviżjoni. F'ċirkostanzi bħal dawn, ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom jifformaw parti mid-delegazzjoni u jistgħu jesprimu l-fehmiet tal-Unjoni rigward il-punt tal-liġi inkwistjoni.
3. Meta ftehim, jew ir-regoli msemmija fih, jipprovdu għall-possibbiltà ta' annullament, appell jew reviżjoni ta' punt tal-liġi inkluż f'deċiżjoni ta' arbitraġġ, il-Kummissjoni tista', fejn tikkunsidra li l-konsistenza jew il-korrettezza tal-interpretazzjoni tal-ftehim jeħtieġu dan, wara konsultazzjonijiet mal-Istat Membru konċernat, titlob li l-Istat Membru jippreżenta applikazzjoni għal tali annullament, appell jew reviżjoni. F'ċirkostanzi bħal dawn, ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom jifformaw parti mid-delegazzjoni u jistgħu jesprimu l-fehmiet tal-Unjoni rigward il-punt tal-liġi inkwistjoni.
3a.Jekk l-Istat Membru kkonċernat jirrifjuta li jippreżenta applikazzjoni għal annullament, appell jew reviżjoni, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni fi żmien 30 ġurnata. F'dak il-każ il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni li teħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jippreżenta applikazzjoni għal annullament, appell jew reviżjoni.
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 10 – punt c
(c) il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istat Membru bid-dokumenti kollha relatati mal-proċeduri, sabiex tiżgura difiża kemm jista' jkun effettiva; u,
(c) il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istat Membru bid-dokumenti kollha relatati mal-proċeduri, iżżomm lill-Istat Membru informat bil-fażijiet proċedurali sinifikattivi kollha u tidħol f'konsultazzjonijiet mal-Istat Membri fi kwalunkwe każ meta mitlub mill-Istat Membru kkonċernat, sabiex tiżgura difiża kemm jista' jkun effettiva; u,
Il-Kummissjoni għandha tinforma b'mod regolari lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill bl-iżviluppi fil-proċeduri ta' arbitraġġ imsemmija fl-ewwel paragrafu.
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1
1. Fejn l-Unjoni hija konvenut f'tilwim li jikkonċerna trattament mogħti, jew kompletament jew inkella parzjalment, minn Stat Membru, u l-Kummissjoni tikkunsidra li s-soluzzjoni tat-tilwim tkun fl-interessi tal-Unjoni, din għandha l-ewwel tikkonsulta lill-Istat Membru konċernat. L-Istat Memrbu wkoll jista' jibda konsultazzjonijiet bħal dawn mal-Kummissjoni.
1. Fejn l-Unjoni hija konvenut f'tilwim li jikkonċerna trattament mogħti, jew kompletament jew inkella parzjalment, minn Stat Membru, u l-Kummissjoni tikkunsidra li s-soluzzjoni tat-tilwim tkun fl-interessi tal-Unjoni, din għandha l-ewwel tikkonsulta lill-Istat Membru konċernat. L-Istat Memrbu wkoll jista' jibda konsultazzjonijiet bħal dawn mal-Kummissjoni. L-Istat Membru u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw fehim reċiproku tas-sitwazzjoni ġuridika u l-konsegwenzi possibbli u jevitaw kwalunkwe nuqqas ta' qbil fid-dawl tas-soluzzjoni tal-każ.
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 3
3. Fil-każ li Stat Membru ma jaċċettax li jsolvi t-tilwim, il-Kummissjoni tista' ssolvi t-tilwim fejn l-interessi prevalenti tal-Unjoni jeħtieġu dan.
3. Fil-każ li Stat Membru ma jaċċettax li jsolvi t-tilwim, il-Kummissjoni tista' ssolvi t-tilwim fejn l-interessi prevalenti tal-Unjoni jeħtieġu dan. Il-Kummissjoni għandha tforni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-informazzjoni kollha rilevanti dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ssolvi t-tilwim, partikolarment il-ġustifikazzjoni tagħha.
3a.Meta Stat Membru huwa konvenut f'tilwim li jikkonċerna b'mod esklussiv it-trattament mogħti mill-awtoritajiet tiegħu u jiddeċiedi li jsolvi t-tilwim, dan għandu jinnotifika lill-Kummissoni bl-abbozz ta' arranġament tas-soluzzjoni u għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar in-negozjati u l-implimentazzjoni tas-soluzzjoni.
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1
1. Fejn l-Unjoni taġixxi bħala konvenut skont l-Artikolu 8, u l-Kummissjoni tikkunsidra li l-aġġudikazzjoni jew is-soluzzjoni inkwistjoni għandha titħallas, parzjalment jew kompletament, mill-Istat Membru konċernat abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1), għandha tapplika l-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 5.
1. Fejn l-Unjoni taġixxi bħala konvenut skont l-Artikolu 8, u l-Kummissjoni tikkunsidra li l-aġġudikazzjoni jew is-soluzzjoni inkwistjoni għandha titħallas, parzjalment jew kompletament, mill-Istat Membru konċernat abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1), għandha tapplika l-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu. Din il-proċedura għandha wkoll tapplika meta l-Unjoni, hija u taġixxi bħala konvenut skont l-Artikolu 8, tikseb eżitu pożittiv fl-arbitraġġ iżda jkollha ġġorr l-ispejjeż eventwali li ġejjin mill-arbitraġġ.
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 3
3. Fi żmien tliet xhur mir-riċeviment tat-talba għall-ħlas tal-aħħar aġġudikazzjoni jew soluzzjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni indirizzata lill-Istat Membru konċernat, li tiddetermina l-ammont li jrid jitħallas mill-Istat Membru.
3. Fi żmien tliet xhur mir-riċeviment tat-talba għall-ħlas tal-aħħar aġġudikazzjoni jew soluzzjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni indirizzata lill-Istat Membru konċernat, li tiddetermina l-ammont li jrid jitħallas mill-Istat Membru. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar deċiżjoni bħal din u r-raġunament finanzjarju tagħha.
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 4
4. Sakemm l-Istat Membru ma joġġezzjonax għad-determinazzjoni tal-Kummissjoni fi żmien xahar, l-Istat Membru konċernat għandu jikkumpensa l-baġit tal-Unjoni għall-ħlas tal-aġġudikazzjoni jew tas-soluzzjoni mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni. L-Istat Membru konċernat għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe imgħax dovut għar-rata li tapplika għall-flejjes l-oħra dovuti lill-baġit tal-Unjoni.
4. Sakemm l-Istat Membru ma joġġezzjonax għad-determinazzjoni tal-Kummissjoni fi żmien xahar, l-Istat Membru konċernat għandu jikkumpensa bl-ammont ekwivalenti l-baġit tal-Unjoni għall-ħlas tal-aġġudikazzjoni jew tas-soluzzjoni mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni. L-Istat Membru konċernat għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe mgħax dovut għar-rata li tapplika għall-flejjes l-oħra dovuti lill-baġit tal-Unjoni.
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni li teħtieġ l-Istat Membru jagħmel kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-baġit tal-Unjoni fir-rigward ta' kwalunkwe spejjeż li jqumu mill-arbitraġġ fejn tikkunsidra li l-Istat Membru għandu jkun responsabbli għall-ħlas ta' kwalunkwe aġġudikazzjoni skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3.
1. Meta l-Unjoni taġixxi ta' konvenut skont l-Artikolu 8, u sakemm tkun daħħlet f'arranġament skont l-Artikolu 11, il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni li teħtieġ l-Istat Membru konċernat jagħmel kontribuzzjonijiet finanzjarji bil-quddiem lill-baġit tal-Unjoni fir-rigward ta' spejjeż previsti jew imġarrba li jqumu mill-arbitraġġ. Id-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għandha tkun proporzjonata u tieħu kont tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3.
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 19
Ir-rimborż jew il-ħlas ta' Stat Membru lill-baġit tal-Unjoni, għall-ħlas ta' kumpens jew soluzzjoni jew kwalunkwe spejjeż, għandhom jiġu kkunsidrati bħala dħul intern assenjat fit-tifsira ta' [L-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Gunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-K omunitajiet Ewropej]. Dan jista' jintuża biex ikopri n-nefqa li tirriżulta minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat li jipprovdi għal soluzzjoni ta' tilwim bejn l-istat u l-investitur jew biex ikunu rikostitwiti approprjazzjonijiet inizjalment provduti biex ikopru l-ħlas ta' kumpens jew soluzzjoni jew kwalunkwe spejjeż.
Ir-rimborż jew il-ħlas ta' Stat Membru lill-baġit tal-Unjoni, għall-ħlas ta' kumpens jew soluzzjoni jew kwalunkwe spejjeż, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 18(1) ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkunsidrati bħala dħul intern assenjat fit-tifsira tal-Artikolu 21(4) tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012. Dan jista' jintuża biex ikopri n-nefqa li tirriżulta minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat li jipprovdi għal soluzzjoni ta' tilwim bejn l-istat u l-investitur jew biex ikunu rikostitwiti approprjazzjonijiet inizjalment provduti biex ikopru l-ħlas ta' kumpens jew soluzzjoni jew kwalunkwe spejjeż.
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-[Kumitat għall-Ftehimiet ta' Investiment stabbilit bir-Regolament [2010/197 COD]]. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru. 182/2011.
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għall-Kumitat għall-Ftehimiet ta' Investiment stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1219/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 li jistabbilixxi arranġamenti transizzjonali għal ftehimiet bilaterali ta' investiment bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi1. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru. 182/2011.
–––––––––––––––––
1 ĠU L 351 20.12.2012, p. 40.
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport dwar it-tħaddim ta' dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f'intervalli regolari. L-ewwel rapport għandu jiġi sottomess mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Rapporti sussegwenti għandhom jiġu sottomessi kull tliet snin minn hemm 'il quddiem.
1. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport dettaljat dwar it-tħaddim ta' dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f'intervalli regolari. Ir-rapport għandu jkun fih l-informazzjoni rilevanti kollha inkluża l-lista ta' talbiet imressqa kontra l-Unjoni jew l-Istati Membri, il-proċeduri u d-deċiżjonijiet relatati kif ukoll l-impatt finanzjarju fuq il-baġits rispettivi. L-ewwel rapport għandu jiġi sottomess mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Rapporti sussegwenti għandhom jiġu sottomessi kull tliet snin minn hemm 'il quddiem sakemm l-awtorità baġitjarja, li tinkludi l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, ma jiddeċidux mod ieħor.
1a.Il-Kummissjoni għandha tippreżenta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill lista ta' talbiet għal konsultazzjonijiet mir-rikorrenti, talbiet u deċiżjonijiet ta' arbitraġġ.