Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2012/0040(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0366/2012

Testi mressqa :

A7-0366/2012

Dibattiti :

PV 23/05/2013 - 10
CRE 23/05/2013 - 10

Votazzjonijiet :

PV 23/05/2013 - 13.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0221

Testi adottati
PDF 286kWORD 21k
Il-Ħamis, 23 ta' Mejju 2013 - Strasburgu
Ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ tal-klieb, il-qtates u l-inmsa ***I
P7_TA(2013)0221A7-0366/2012
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2013 dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 92/65/KEE fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-klieb, il-qtates u l-inmsa (COM(2012)0090 – C7-0061/2012 – 2012/0040(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0090),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0061/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta’ Mejju 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-13 ta' Marzu 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0366/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 229, 31.7.2012, p.119.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta’ Mejju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-klieb, il-qtates u l-inmsa
P7_TC1-COD(2012)0040

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2013/31/UE.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza