Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-ħatra proposta ta' Neven Mates bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0106/2013 – 2013/0804(NLE))
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0106/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0182/2013),
A. whereas Parliament’s Committee on Budgetary Control proceeded to evaluate the credentials of the nominee, in particular in view of the requirements laid down in Article 286(1) of the Treaty on the Functioning of the European Union;
B. billi, waqt il-laqgħa tiegħu tas-27 ta' Mejju 2013, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri;
1. Jagħti opinjoni negattiva dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta’ Neven Mates bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta' verifika tal-Istati Membri.