Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0244(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0214/2013

Testi mressqa :

A7-0214/2013

Dibattiti :

PV 11/06/2013 - 16
CRE 11/06/2013 - 16

Votazzjonijiet :

PV 12/06/2013 - 8.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0254

Testi adottati
PDF 278kWORD 23k
L-Erbgħa, 12 ta' Ġunju 2013 - Strasburgu
L-istabbiliment ta' standards għall-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (tfassil mill-ġdid) ***II
P7_TA(2013)0254A7-0214/2013

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) (14654/2/2012 – C7-0165/2013 – 2008/0244(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (14654/2/2012 – C7-0165/2013),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta’ Lulju 2009(1) u tas-26 ta’ Ottubru 2011(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-7 ta' Ottubru 2009(3),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (4) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2008)0815),

–  wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2011)0320),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0214/2013),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att huwa adottat skont il-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 317, 23.12.2009, p. 110.
(2) ĠU C 24, 28.1.2012, p. 80.
(3) ĠU C 79, 27.03.10, p. 58.
(4) ĠU C 212E, 5.8.2010, p. 348.

Avviż legali - Politika tal-privatezza