Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/0165(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0217/2013

Testi mressqa :

A7-0217/2013

Dibattiti :

PV 11/06/2013 - 16
CRE 11/06/2013 - 16

Votazzjonijiet :

PV 12/06/2013 - 8.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0256

Testi adottati
PDF 276kWORD 20k
L-Erbgħa, 12 ta' Ġunju 2013 - Strasburgu
Għoti u rtirar tal-istatus ta' protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) ***II
P7_TA(2013)0256A7-0217/2013

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) (08260/2/2013 – C7-0163/2013 – 2009/0165(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (08260/2/2013 – C7-0163/2013),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta’ April 2010(1) u tas-26 ta' Ottubru 2011(2),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0554),

–  wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2011)0319),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0217/2013),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att huwa adottat skont il-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 18, 19.1.2011, p. 80.
(2) ĠU C 24, 28.1.2012, p. 79.
(3) ĠU C 296E, 2.10.2012, p. 184.

Avviż legali - Politika tal-privatezza