Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (COM(2012)0617 – C7-0358/2012 – 2012/0295(COD))(1)
(Proċedura leġizlattiva ordinarja – l-ewwel qari)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 1
(1) B'mod konformi mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2010, fejn ġiet adottata l-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, l-Unjoni u l-Istati Membri stabbilixxew għalihom infushom l-għan li jnaqqsu l-għadd ta’ persuni li qegħdin jgħixu fir-riskju ta’ faqar u ta’ esklużjoni soċjali b’mill-inqas 20 miljun sal-2020.
(1) B'mod konformi mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2010, fejn ġiet adottata l-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv (Strateġija “Ewropa 2020”), l-Unjoni u l-Istati Membri stabbilixxew għalihom infushom l-għan li jnaqqsu l-għadd ta’ persuni li qegħdin jgħixu fir-riskju ta’ faqar u ta’ esklużjoni soċjali b’mill-inqas 20 miljun sal-2020. Madankollu, fl-2010, madwar kwart tal-Ewropej (119.6 miljun) kienu jinsabu f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali, li jammonta għal madwar 4 miljun persuna iktar mis-sena preċedenti. Madanakollu, il-faqar u l-esklużjoni soċjali mhumiex uniformi madwar l-Unjoni u l-gravità tas-sitwazzjoni tvarja bejn l-Istati Membri.
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 2
(2) L-għadd ta’ persuni li jbatu minn privazzjoni materjal jew saħansitra privazzjoni materjali gravi fl-Unjoni qiegħed jiżdied u dawk il-persuni ta’ spiss huma esklużi wisq biex jibbenefikaw mill-miżuri ta’ attivazzjoni tar-Regolament (UE) Nru [...CPR], u, b’mod partikolari tar-Regolament (UE) Nru […FSE].
(2) L-għadd ta’ persuni li jbatu minn privazzjoni materjal jew saħansitra privazzjoni materjali gravi fl-Unjoni qiegħed jiżdied u fl-2012 madwar 8 % taċ-ċittadini tal-Unjoni kienu qed jgħixu f'kundizzjonijiet ta' privazzjoni materjali severa. Barra minn hekk, dawk il-persuni ta’ spiss huma esklużi wisq biex jibbenefikaw mill-miżuri ta’ attivazzjoni tar-Regolament (UE) Nru [...CPR], u, b’mod partikolari tar-Regolament (UE) Nru […FSE].
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 2a (ġdida)
(2a)Hemm wisq nisa u tfal fost il-persuni deprivati li jinsabu f'riskju ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali, filwaqt li n-nisa spiss huma responsabbli mis-sikurezza tal-ikel u mill-għajxien tal-familji. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi xierqa biex jipprevjenu kwalunkwe diskriminazzjoni u għandhom jiżguraw l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-integrazzjoni koerenti tal-perspettiva tal-ġeneru fl-istadji kollha tat-tħejjija, l-ipprogrammar, il-ġestjoni u l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Fond, kif ukoll il-kampanji ta' informazzjoni u sensibilizzazzjoni u l-iskambji tal-aħjar prattiki;
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 2b (ġdida)
(2b)L-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jenfasizza li l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 2c (ġdida)
(2c)L-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jenfasizza li l-Unjoni tirrikonoxxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 2d (ġdida)
(2d)Sabiex tiġi evitata l-marġinalizzazzjoni tal-gruppi vulnerabbli u bi dħul baxx u biex tiġi evitata żieda fir-riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali, huwa meħtieġ li jiġu adottati strateġiji li jippromwovu inklużjoni attiva.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 4
(4) Il-Fond għall-Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (minn hawn il-quddiem il-“Fond’) għandu jsaħħaħ il-koeżjoni soċjali, billi jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-faqar fl-Unjoni billi jsostni skemi nazzjonali li jipprovdu għajnuna mhux finanzjarja lill-persuni l-aktar fil-bżonn l-biex itaffi l-privazzjoni alimentari, in-nuqqas ta’ akkomodazzjoni u l-privazzjoni materjali tat-tfal.
(4) Il-Fond għall-Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (minn hawn il-quddiem il-“Fond’) għandu jsaħħaħ il-koeżjoni soċjali, billi jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-faqar fl-Unjoni billi jsostni skemi nazzjonali li jipprovdu għajnuna mhux finanzjarja lill-persuni l-aktar fil-bżonn l-biex itaffi l-privazzjoni serja alimentari u materjali.
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 4a (ġdida)
(4a)Id-definizzjoni ETHOS (European typology of homelessness) hija punt ta’ tluq potenzjali għall-allokazzjoni tal-fond għal kategoriji differenti ta’ nies severament fil-bżonn.
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 4b (ġdida)
(4b)Il-Fond m'għandux jieħu post il-politiki pubbliċi adottati mill-gvernijiet tal-Istati Membri biex tiġi limitata l-ħtieġa għal għajnuna alimentari f’emerġenza u biex jiġu żviluppati miri u politiki sostenibbli għall-qerda totali tal-ġuħ, il-faqar u l-esklużjoni soċjali.
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 4c (ġdida)
(4c)Minħabba n-numru dejjem jiżdied ta’ persuni fir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali u li dan se jkompli jikber matul is-snin li ġejjin, huwa meħtieġ li jiżdiedu r-riżorsi previsti biex jiffinanzjaw il-Fond fi ħdan il-Qafas Finanzjarju Pluriennali.
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 4d (ġdida)
(4d)Il-Fond għandu jgħin ukoll fl-isforzi tal-Istati Membri biex itaffu l-privazzjoni materjali akuta tal-persuni bla dar.
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 6
(6) Dawk id-dispożizzjonijiet jiżguraw ukoll li l-operazzjonijiet appoġġjati jikkonformaw mal-liġijiet nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli, b’mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà tal-prodotti mqassma lill-persuni l-aktar fil-bżonn.
(6) Dawk id-dispożizzjonijiet jiżguraw ukoll li l-operazzjonijiet appoġġjati jikkonformaw mal-liġijiet nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli, b’mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà tal-għajnuna alimentari u tal-assistenza materjali bażika mqassma lill-persuni l-aktar fil-bżonn.
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 8
(8) Il-programm operattiv ta’ kull Stat Membru għandu jidentifika u jiġġustifika l-forom ta’ privazzjoni materjali li sejrin jiġu indirizzati, u jiddeskrivi l-għanijiet u l-karatteristiċi tal-għajnuna lill-persuni l-aktar fil-bżonn li sejrin jiġu pprovduti permezz tas-sostenn ta’ skemi nazzjonali. Għandu jinkludi wkoll l-elementi neċessarji biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-programm operattiv.
(8) Il-programm operattiv ta’ kull Stat Membru għandu jidentifika u jiġġustifika l-forom ta’ privazzjoni tal-ikel u materjali li sejrin jiġu indirizzati, u għandu jiddeskrivi l-għanijiet u l-karatteristiċi tal-għajnuna lill-persuni l-aktar fil-bżonn li sejrin jiġu pprovduti permezz tas-sostenn ta’ skemi nazzjonali. Għandu jinkludi wkoll l-elementi neċessarji biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-programmi operattivi.
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 8a (ġdida)
(8a)Privazzjoni severa tal-ikel fl-Unjoni tinserta ma' ħela sinifikanti tal-ikel. Il-programm operattiv ta' kull Stat Membru għandu jinkludi referenza għall-mod kif biħsiebu jagħmel użu minn sinerġiji bejn politiki għat-tnaqqis tal-ħela tal-ikel u għall-ġlieda kontra l-privazzjoni tal-ikel, b'mod ikkoordinat. Il-programm operattiv ta' kull Stat Membru għandu jinkludi wkoll referenza għal kif biħseibu jindirizza ostakli amministrattivi li jostakolaw organizzazzjonijiet kummerċjali u mhux kummerċjali li jixtiequ jagħtu provvisti tal-ikel żejda lil organizzazzjonijiet mingħajr qligħ impenjati fil-ġlieda kontra l-privazzjoni tal-ikel.
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 8b (ġdida)
(8b)Għall-finijiet tal-eżekuzzjoni effikaċi u effiċjenti tal-miżuri ffinanzjati mill-Fond, għandha tiġi faċilitata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-entitajiet inkarigati mir-rappreżentazzjoni tas-soċjetà ċivili. L-Istati Membri għandhom għalhekk jippromwovu l-parteċipazzjoni tal-protagonisti kollha involuti fit-tfassil u l-applikazzjoni tal-miżuri ffinanzjati mill-Fond.
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 9
(9) Sabiex tiġi massimizzata l-effikaċja tal-Fond, b’mod partikolari fir-rigward taċ-ċirkostanzi nazzjonali, huwa xieraq li tiġi stabbilita proċedura għall-emenda potenzjali tal-programm operattiv.
(9) Sabiex tiġi massimizzata l-effikaċja tal-Fond u tiġi żgurata sinerġija massima mal-miżuri tal-FSE, b’mod partikolari fir-rigward ta’ tibdil possibbli taċ-ċirkostanzi nazzjonali, huwa xieraq li tiġi stabbilita proċedura għall-emenda potenzjali tal-programm operattiv.
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 9a (ġdida)
(9a)Sabiex jirrispondi bl-iżjed mod effettiv u xieraq għad-diversi ħtiġijiet u biex jilħaq aħjar il-persuni l-aktar fil-bżonn, il-prinċipju ta’ sħubija għandu japplika fl-istadji kollha tal-Fond.
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 10
(10) L-iskambji ta’ esperjenzi u tal-aħjar prattiki għandhom valur miżjud sinifikanti u l-Kummissjoni għandha tiffaċilita tixrid bħal dan.
(10) L-iskambji ta’ esperjenzi u tal-aħjar prattiki għandhom valur miżjud sinifikanti għaliex jiffaċilitaw it-tagħlim reċiproku u l-Kummissjoni għandha tiffaċilita u tippromwovi tixrid bħal dan, filwaqt li tfittex sinerġiji bi skambju tal-aħjar prattiki fil-kuntest tal-Fondi relatati, b'mod partikolari l-FSE.
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 11
(11) Sabiex jimmonitorjaw il-progress tal-implimentazzjoni tal-programmi operattivi, l-Istati Membri għandhom ifasslu u jipprovdu rapporti annwali u finali ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ informazzjoni essenzjali u aġġornata. Għall-istess għanijiet, il-Kummissjoni u kullStat Membru għandhom jiltaqgħu kull sena għal reviżjoni bilaterali, minbarra jekk jiftiehmu mod ieħor.
(11) Sabiex jimmonitorjaw il-progress tal-implimentazzjoni tal-programmi operattivi, l-Istati Membri għandhom, b’kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet ċivili involuti, ifasslu u jipprovdu rapporti annwali u finali ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ informazzjoni essenzjali u aġġornata. Għall-istess għanijiet, il-Kummissjoni u kullStat Membru għandhom jiltaqgħu kull sena għal reviżjoni bilaterali, minbarra jekk jiftiehmu mod ieħor.
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 12
(12) Sabiex tittejjeb il-kwalità u d-disinn ta’ kull programm operattiv u tiġi evalwata l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Fond, għandhom isiru evalwazzjonijiet ex ante u ex post. Dawk l-evalwazzjonijiet għandhom jiġu ssupplimentati minn stħarriġiet fuq il-persuni l-aktar fil-bżonn li bbenefikaw mill-programm operattiv u, jekk meħtieġ, permezz ta’ evalwazzjonijiet matul il-perjodu ta’ programmazzjoni. Ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward għandhom jiġu speċifikati.
(12) Sabiex tittejjeb il-kwalità u d-disinn ta’ kull programm operattiv u tiġi evalwata l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Fond, għandhom isiru evalwazzjonijiet ex ante u ex post. Dawk l-evalwazzjonijiet għandhom jiġu ssupplimentati minn stħarriġiet fuq il-persuni l-aktar fil-bżonn li bbenefikaw mill-programm operattiv u, jekk meħtieġ, permezz ta’ evalwazzjonijiet matul il-perjodu ta’ programmazzjoni. Dawk l-evalwazzjonijiet għandhom jirrispettaw ukoll il-privatezza tar-riċevituri aħħarin u jsiru b'mod li ma jistigmatizzax lill-persuni l-iktar deprivati. Ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward għandhom jiġu speċifikati.
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 12a (ġdida)
(12a)Kif enfasizzat fl-istudju tal-Eurostat “Il-kejl tal-privazzjoni materjali fl-UE – Indikaturi għall-popolazzjoni kollha u indikaturi speċifiċi għat-tfal”, twettqet riċerka sostanzjali dwar il-privazzjoni materjali, li tippermetti għal iżjed ġbir ta’ dejta raffinat fil-futur qarib fuq djar, adulti u tfal li huma materjalment fil-bżonn.
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 12b (ġdida)
(12b)Meta jitwettqu dawn l-evalwazzjonijiet supplimentati minn stħarriġ dwar l-aktar persuni fil-bżonn, għandu jiġi nnutat li l-privazzjoni huwa kunċett kumpless li hu diffiċli li wieħed jaqbad meta jiġi użat numru żgħir ta’ indikaturi għax dawn jistgħu jkunu qarrieqa u għalhekk jirriżultaw f’politiki ineffiċjenti.
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 12c (ġdida)
(12c)Kif enfasizzat fil-Eurofound (2012) - It-Tielet Stħarriġ fuq il-Kwalità tal-Ħajja fl-Ewropa, il-privazzjoni materjali fl-Unjoni għandha tiġi mkejla bl-innabilità li wieħed jixtri oġġetti li huma kkunsidrati bħala essenzjali, irrispettivment minn x’għandhom jew kemm jaqilgħu n-nies. Għalhekk, għall-iskop ta' żvilupp ta’ indiċi ta’ privazzjoni li jippermetti valutazzjoni aktar raffinata tal-privazzjoni materjali tal-indikaturi tal-familji bħal-livell ta’ dħul, l-inugwaljanza fid-dħul, l-abbiltà li tlaħħaq mal-ħajja, id-dejn eċċessiv u s-sodifazzjon bl-istandards tal-għajxien għandhom jiġu meqjusa.
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 13
(13) Iċ-ċittadini għandhom id-dritt ikunu jafu kif ir-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni jiġu investiti u b’liema effetti. Bil-għan li jiġi żgurat tixrid wiesa' ta’ informazzjoni dwar il-kisbiet tal-Fond u biex jiġu żgurati l-aċċessibilità u t-trasparenza tal-opportunitajiet ta’ finanzjament, għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u tal-benefiċjarji.
(13) Iċ-ċittadini għandhom id-dritt ikunu jafu kif ir-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni jiġu investiti u b’liema effetti. Bil-għan li jiġi żgurat tixrid wiesa’ ta’ informazzjoni dwar il-kisbiet tal-Fond u biex jiġu żgurati l-aċċessibilità u t-trasparenza tal-opportunitajiet ta’ finanzjament, għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tar-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Istati Membri u tal-benefiċjarji.
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 15
(15) Huwa meħtieġ li tiġi stabbilita l-livell massimu ta’ kofinanzjament mill-Fond għall-programmi operattivi biex tipprovdi għal effett multiplikatur tar-riżorsi tal-Unjoni, filwaqt li għandha tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tal-Istati Membri li qegħdin jiffaċċjaw diffikultajiet baġitarji temporanji.
(15) Huwa meħtieġ li tiġi stabbilita l-livell ta’ kofinanzjament mill-Fond għall-programmi operattivi biex tipprovdi għal effett multiplikatur tar-riżorsi tal-Unjoni. Għandha tiġi indirizzata wkoll is-sitwazzjoni tal-Istati Membri li qed jiffaċċjaw diffikultajiet baġitarji temporanji.
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 16
(16) Regoli uniformi u ekwitabbli dwar il-perjodu ta’ eliġibbiltà, l-operazzjonijiet u l-infiq għall-Fond għandhom jiġu applikati fl-Unjoni kollha. Il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għandhom jirriflettu n-natura speċifika tal-objettivi tal-Fond u l-popolazzjonijiet fil-mira, b’mod partikolari permezz ta’ kundizzjonijiet adegwati ta’ eliġibbiltà tal-operazzjonijiet kif ukoll forom ta’ appoġġ u regoli u l-kundizzjonijiet ta’ rimborż.
(16) Regoli uniformi, sempliċi u ekwitabbli dwar il-perjodu ta’ eliġibbiltà, l-operazzjonijiet u l-infiq għall-Fond għandhom jiġu applikati fl-Unjoni kollha. Il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għandhom jirriflettu n-natura speċifika tal-objettivi tal-Fond u l-popolazzjonijiet fil-mira, b’mod partikolari permezz ta’ kundizzjonijiet adegwati u simplifikati ta’ eliġibbiltà tal-operazzjonijiet kif ukoll forom ta’ sostenn u regoli u l-kundizzjonijiet ta’ rimborż.
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 17
(17) [Proposta għal] Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (Regolament dwar l-OKS Unika) jipprevedi li prodotti mixtrija bl-intervent tal-pubbliku wieħed jista’ jeħles minnhom billi jsiru disponibbli għall-iskema tad-distribuzzjoni għal dawk l-iktar fil-bżonn fl-Unjoni jekk dik l-iskema tipprevedi hekk. Minħabba dan, skont iċ-ċirkostanzi, il-ksib tal-ikel mill-użu, l-ipproċessar jew il-bejgħ ta’ stokkijiet bħal dawn jista’ jkun ekonomikament l-iktar għażla vijabbli, huwa xieraq li possibilità bħal din tiġi prevista f’dan ir-Regolament. L-ammonti dderivati minn tranżazzjoni li tikkonċerna l-istokkijiet għandhom jintużaw għall-benefiċċju ta’ dawk li huma l-iktar fil-bżonn, u m’għandhomx jiġu applikati b’mod li jnaqqsu l-obbligu tal-Istati Membri biex jikkofinanzjaw il-programm. Sabiex ikun żgurat l-iktar użu effiikaċi tal-istokkijiet ta' intervent u l-qligħ minnhom il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-Artikolu 19(e) tar-Regolament (UE) Nru [OKS] tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċeduri li bihom il-prodotti fl-istokkijiet ta’ intervent jistgħu jintużaw, jiġu pproċessati jew mibjugħa għall-għanijiet tal-programm għal dawk l-aktar fil-bżonn.
(17) [Proposta għal] Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (Regolament dwar l-OKS Unika) jipprevedi li prodotti mixtrija bl-intervent tal-pubbliku wieħed jista’ jeħles minnhom billi jsiru disponibbli għall-iskema tad-distribuzzjoni għal dawk l-iktar fil-bżonn fl-Unjoni jekk dik l-iskema tipprevedi hekk. Minħabba dan, skont iċ-ċirkostanzi, il-ksib tal-ikel mill-użu, l-ipproċessar jew il-bejgħ ta’ stokkijiet bħal dawn jista’ jkun ekonomikament l-iktar għażla vijabbli, huwa xieraq li possibilità bħal din tiġi prevista f’dan ir-Regolament. L-ammonti dderivati minn tranżazzjoni li tikkonċerna l-istokkijiet għandhom jintużaw għall-benefiċċju ta’ dawk li huma l-iktar fil-bżonn, u m’għandhomx jiġu applikati b’mod li jnaqqsu l-obbligu tal-Istati Membri biex jikkofinanzjaw il-programm. Sabiex ikun żgurat l-iktar użu effiikaċi tal-istokkijiet ta' intervent u l-qligħ minnhom il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-Artikolu 19(e) tar-Regolament (UE) Nru [OKS] tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċeduri li bihom il-prodotti fl-istokkijiet ta’ intervent jistgħu jintużaw, jiġu pproċessati jew mibjugħa għall-għanijiet tal-programm għal dawk l-aktar fil-bżonn. Organizzazzjoni sħab għandhom jitħallew iqassmu provvisti addizzjonali ta' ikel minn sorsi oħra, inklużi stokk ta' intervent disponibbli skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru... [OKS].
Emenda 28 Proposta għal regolament Premessa 18
(18) Huwa neċessarju li jiġu speċifikati t-tipi ta’ azzjonijiet li jistgħu jittieħdu fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri bħala għajnuna teknika appoġġjata mill-Fond.
(18) Huwa neċessarju li jiġu speċifikati t-tipi ta’ azzjonijiet li jistgħu jittieħdu fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri bħala għajnuna teknika appoġġjata mill-Fond. Liema tipi ta' azzjoni għandhom jiġu speċifikati għandu jiġi deċiż f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet li jmexxu u l-organizzazzjonijiet imsieħba.
Emenda 29 Proposta għal regolament Premessa 27
(27) L-impenji baġitarji tal-Unjoni għandhom isiru kull sena. Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effettiva tal-programm, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli komuni għal talbiet interim għall-ħlas, għall-ħlas tal-bilanċ annwali u tal-bilanċ finali.
(27) L-impenji baġitarji tal-Unjoni għandhom isiru kull sena. Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effettiva tal-programm, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli komuni sempliċi għal talbiet interim għall-ħlas, għall-ħlas tal-bilanċ annwali u tal-bilanċ finali.
Emenda 30 Proposta għal regolament Premessa 30
(30) Sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, għandu jkun hemm miżuri limitati fiż-żmien li jippermettu li b’delega, l-uffiċjal li jawtorizza jinterrompi ħlasijiet fejn ikun hemm evidenza li tissuġġerixxi nuqqas sinifikanti fil-funzjonament tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll, evidenza ta’ irregolaritajiet marbuta ma’ applikazzjoni għal ħlas, jew nuqqas li jiġu sottomessi dokumenti għall-fini tal-eżaminazzjoni u l-aċċettazzjoni tal-kontijiet.
(30) Sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, għandu jkun hemm miżuri limitati fiż-żmien li jippermettu li b’delega, l-uffiċjal li jawtorizza jinterrompi ħlasijiet fejn ikun hemm evidenza li tissuġġerixxi nuqqas sinifikanti fil-funzjonament tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll, evidenza ta’ irregolaritajiet marbuta ma’ applikazzjoni għal ħlas, jew nuqqas li jiġu sottomessi dokumenti għall-fini tal-eżaminazzjoni u l-aċċettazzjoni tal-kontijiet, jew fil-każ ta' dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-proġetti, u jekk jiġi kkostatat b'mod konvinċenti li l-objettivi stabbiliti għall-proġetti ma jkunux se jintlaħqu.
Emenda 31 Proposta għal regolament Premessa 32
(32) Sabiex jiġi żgurat li n-nefqa ffinanzjata mill-baġit tal-Unjoni f’sena finanzjarja partikolari tintuża skont ir-regoli applikabbli, għandu jinħoloq qafas xieraq għall- eżaminazzjoni u l-aċċettazzjoni annwali tal-kontijiet. Taħt dan il-qafas, il-korpi nnominati għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, fir-rigward tal-programm operattiv, dikjarazzjoni tal-ġestjoni akkumpanjata mill-kontijiet annwali ċċertifikati, sintesi annwali tar-rapporti tal-awditjar finali u tal-kontrolli li jkunu twettqu u opinjoni indipendenti tal-awditjar u rapport ta’ kontroll.
(32) Sabiex jiġi żgurat li n-nefqa ffinanzjata mill-baġit tal-Unjoni f’sena finanzjarja partikolari tintuża skont ir-regoli applikabbli, għandu jinħoloq qafas xieraq u sempliċi għall-eżaminazzjoni u l-aċċettazzjoni annwali tal-kontijiet. Taħt dan il-qafas, il-korpi nnominati għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, fir-rigward tal-programm operattiv, dikjarazzjoni tal-ġestjoni akkumpanjata mill-kontijiet annwali ċċertifikati, sintesi annwali tar-rapporti tal-awditjar finali u tal-kontrolli li jkunu twettqu u opinjoni indipendenti tal-awditjar u rapport ta’ kontroll.
Emenda 32 Proposta għal regolament Premessa 35
(35) Il-frekwenza tal-eżerċizzji ta’ awditjar fuq l-operazzjonijiet għandha tkun proporzjonata mal-livell ta’ sostenn tal-Unjoni mill-Fond. B’mod partikolari, l-għadd ta’ eżerċizzji ta’ awditjar li jsiru għandu jitnaqqas fejn in-nefqa totali eliġibbli għal operazzjoni ma taqbiżx l-EUR 100 000. Madankollu, għandu jkun possibbli li jsiru eżerċizzji ta’ awditjar fi kwalunkwe ħin fejn ikun hemm evidenza ta’ irregolarità jew ta’ frodi, jew bħala parti minn kampjun ta’ awditjar. Sabiex il-livell ta’ awditjar mill-Kummissjoni jkun proporzjonat mar-riskju, il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tnaqqas ix-xogħol ta’ awditjar tagħha fir-rigward ta’ programmi operattivi fejn ma jkunx hemm nuqqasijiet sinifikanti jew fejn l-awtorità tal-awditjar tista’ tiġi invokata. Barra minn hekk, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżerċizzji ta’ awditjar għandu jikkunsidra bis-sħiħ l-objettiv u l-karatteristiċi tal-popolazzjonijiet fil-mira tal-Fond.
(35) Il-frekwenza tal-eżerċizzji ta’ awditjar fuq l-operazzjonijiet għandha tkun proporzjonata mal-livell ta’ sostenn tal-Unjoni mill-Fond. B’mod partikolari, l-għadd ta’ eżerċizzji ta’ awditjar li jsiru għandu jitnaqqas fejn in-nefqa totali eliġibbli għal operazzjoni ma taqbiżx l-EUR 100 000. Madankollu, għandu jkun possibbli li jsiru eżerċizzji ta’ awditjar fi kwalunkwe ħin fejn ikun hemm evidenza ta’ irregolarità jew ta’ frodi, jew bħala parti minn kampjun ta’ awditjar. Sabiex il-livell ta’ awditjar mill-Kummissjoni jkun proporzjonat mar-riskju, il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tnaqqas ix-xogħol ta’ awditjar tagħha fir-rigward ta’ programmi operattivi fejn ma jkunx hemm nuqqasijiet sinifikanti jew fejn l-awtorità tal-awditjar tista’ tiġi invokata. Barra minn hekk, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżerċizzji ta’ awditjar għandu jikkunsidra bis-sħiħ l-objettiv u l-karatteristiċi tal-popolazzjonijiet fil-mira tal-Fond, kif ukoll in-natura volontarja tal-korpi benefiċjarji tiegħu.
Emenda 33 Proposta għal regolament Premessa 41
(41) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari fil-Karta tad-Drittjiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inklużi r-rispett għad-dinjità tal-bniedem u għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, id-drittijiet tat-tfal, id-drittijiet tal-anzjani, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, u l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat skont dawn id-drittijiet u l-prinċipji.
(41) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari fil-Karta tad-Drittjiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inklużi r-rispett għad-dinjità tal-bniedem u għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, id-drittijiet tat-tfal, id-dritt għall-assistenza soċjali u għall-akkomodazzjoni, id-drittijiet tal-anzjani, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, u l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat skont dawn id-drittijiet u l-prinċipji.
Emenda 34 Proposta għal regolament Premessa 42a (ġdida)
(42a)Meta titqies id-data li fiha għandhom jinħarġu s-sejħiet għall-offerti, l-iskadenzi għall-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u ż-żmien meħtieġ għat-tħejjija ta' programmi operattivi, għandu jkun hemm regoli li jippermettu tranżizzjoni mingħajr xkiel fl-2014, sabiex jiġi evitat li titwaqqaf il-provvista tal-ikel.
Emenda 35 Proposta għal regolament Premessa 42b (ġdida)
(42b)Għandu jiġi żgurat li l-Fond jikkumplimenta programmi u azzjonijiet ffinanzjati mill-FSE u jiġi kemm jista’ jkun ikkoordinat mill-qrib mal-FSE. It-twaqqif ta’ strutturi paralleli fil-ġlieda kontra l-faqar li jżidu l-piżijiet amministrattivi u jagħmlu l-koordinazzjoni u sinerġiji diffiċli għandu jiġi evitat.
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 1
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għall-Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (minn hawn ’il quddiem “il-Fond”) għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 u jiddetermina l-għanijiet tal-Fond, il-kamp ta’ applikazzjoni tas-sostenn tiegħu, ir-riżorsi finanzjarji disponibbli u l-kriterji għall-allokazzjoni tagħhom u jistabbilixxi r-regoli neċessarji biex jiżguraw l-effikaċja tal-Fond.
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għall-Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (minn hawn ’il quddiem “il-Fond”) għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 u jiddetermina l-għanijiet tal-Fond, il-kamp ta’ applikazzjoni tas-sostenn tiegħu, ir-riżorsi finanzjarji disponibbli u l-kriterji għall-allokazzjoni tagħhom u jistabbilixxi r-regoli neċessarji biex jiżguraw l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Fond.
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 2
Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) “persuni l-aktar fil-bżonn” tfisser persuni fiżiċi, kemm jekk individwi, familji, unitajiet domestiċi jew gruppi magħmula minn persuni bħal dawn, li l-bżonn tagħhom għall-assistenza ġie stabbilit skont il-kriterji oġġettivi adottati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, jew definiti mill-organizzazzjonijiet imsieħba u li huma approvati minn dawk l-awtoritajiet kompetenti;
(1) “persuni l-aktar fil-bżonn” tfisser persuni fiżiċi, kemm jekk individwi, familji, unitajiet domestiċi jew gruppi magħmula minn persuni bħal dawn, li l-bżonn tagħhom għall-assistenza ġie stabbilit skont il-kriterji oġġettivi stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b'kollaborazzjoni mal-partijiet interessanti rilevanti, jew definiti mill-organizzazzjonijiet imsieħba u li huma approvati minn dawk l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali;
(2) “organizzazzjonijiet imsieħba” tfisser korpi pubbliċi jew organizzazzjonijiet li ma jaħdmux għall-qligħ li jwasslu l-ikel jew il-prodotti direttament jew permezz ta’ organizzazzjonijiet imsieħba oħra lill-persuni l-aktar fil-bżonn, u li l-operazzjonijiet tagħhom intgħażlu mill-awtorita ta’ ġestjoni skont l-Artikolu 29(3)(b);
(2) “organizzazzjonijiet imsieħba” tfisser korpi pubbliċi jew organizzazzjonijiet li ma jaħdmux għall-qligħ li jwasslu l-ikel u/jew l-għajnuna materjali - bi qbil mal-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti fl-Artikolu 24 - direttament jew permezz ta’ organizzazzjonijiet imsieħba oħra lill-persuni l-aktar fil-bżonn, u li l-operazzjonijiet tagħhom intgħażlu mill-awtorita ta’ ġestjoni skont l-Artikolu 29(3)(b);
(3) “skemi nazzjonali” tfisser kull skema implimentata li jkollha, għall-inqas parzjalment, l-istess objettivi bħall-Fond u li tkun qed tiġi implimentata fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, minn korpi pubbliċi jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ;
(3) “skemi nazzjonali” tfisser kull skema implimentata li jkollha, għall-inqas parzjalment, l-istess objettivi bħall-Fond u li tkun qed tiġi implimentata fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, minn korpi pubbliċi jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ;
(4) “operazzjoni” tfisser proġett, kuntratt jew azzjoni magħżula mill-awtorità maniġerjali tal-programm operattiv ikkonċernat, jew taħt ir-responsabbiltà tagħha, li jikkontribwixxi għall-objettivi tal-programm operattiv li miegħu għandha x’taqsam;
(4) “operazzjoni” tfisser proġett, kuntratt jew azzjoni magħżula mill-awtorità maniġerjali tal-programm operattiv ikkonċernat, jew taħt ir-responsabbiltà tagħha, li jikkontribwixxi għall-objettivi tal-programm operattiv li miegħu għandha x’taqsam;
(5) “operazzjoni kompluta” tfisser operazzjoni li ġiet fiżikament ikkompletata jew li ġiet implimentata għal kollox u li dwarha l-pagamenti relatati kollha jkunu saru mill-benefiċjarji u s-sostenn mill-programm operattiv korrispondenti jkun tħallas lill-benefiċjarji;
(5) “operazzjoni kompluta” tfisser operazzjoni li ġiet fiżikament ikkompletata jew li ġiet implimentata għal kollox u li dwarha l-pagamenti relatati kollha jkunu saru mill-benefiċjarji u s-sostenn mill-programm operattiv korrispondenti jkun tħallas lill-benefiċjarji;
(6) “benefiċjarju” tfisser korp pubbliku jew privat responsabbli mill-bidu jew mill-bidu u l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet;
(6) “benefiċjarju” tfisser korp pubbliku jew privat responsabbli mill-bidu jew mill-bidu u l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet;
(7) “riċevitur aħħari” tfisser l-iktar persuni fil-bżonn li jirċievu l-ikel jew il-prodotti u/jew li jibbenefikaw mill-miżuri ta’ sostenn;
(7) “riċevitur aħħari” tfisser persuni li jbatu minn privazzjoni tal-ikel u/jew materjali u li jirċievu għajnuna mhux finanzjarja u/jew li jibbenefikaw mill-miżuri ta’ akkumpanjamentfil-qafas ta' dan il-fond;
(7a) “miżuri ta’ akkumpanjament” tfisser miżuri lil hinn mid-distribuzzjoni tal-ikel u l-għajnuna materjali bażika, bl-għan li tingħeleb l-esklużjoni soċjali u li jiġu indirizzati l-emerġenzi soċjali b’mod li jsaħħaħ u sostenibbli;
(8) “sostenn pubbliku” tfisser kull sostenn finanzjarju mogħti għal operazzjoni li toriġina mill-baġit ta’ awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, reġjonali jew lokali, mill-baġit tal-Unjoni relatat mal-Fond, mill-baġit ta’ korpi regolati mid-dritt pubbliku jew mill-baġit ta’ assoċjazzjonijiet ta’ awtoritajiet pubbliċi jew korpi regolati mid-dritt pubbliku fi ħdan it-tifsira tal- “Artikolu 1 (9) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(8) “sostenn pubbliku” tfisser kull sostenn finanzjarju mogħti għal operazzjoni li toriġina mill-baġit ta’ awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, reġjonali jew lokali, mill-baġit tal-Unjoni relatat mal-Fond, mill-baġit ta’ korpi regolati mid-dritt pubbliku jew mill-baġit ta’ assoċjazzjonijiet ta’ awtoritajiet pubbliċi jew korpi regolati mid-dritt pubbliku fi ħdan it-tifsira tal- “Artikolu 1 (9) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(9) “korp intermedjarju” tfisser kwalunkwe korp pubbliku jew privat li jaġixxi taħt ir-responsabbiltà ta’ awtorità maniġerjali jew ta’ ċertifikazzjoni, jew li jwettaq dmirijiet għan-nom ta’ awtorità bħal din fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ implimentazzjoni ta’ benefiċjarji;
(9) “korp intermedjarju” tfisser kwalunkwe korp pubbliku jew privat li jaġixxi taħt ir-responsabbiltà ta’ awtorità maniġerjali jew ta’ ċertifikazzjoni, jew li jwettaq dmirijiet għan-nom ta’ awtorità bħal din fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ implimentazzjoni ta’ benefiċjarji;
(10) “sena ta’ kontabilità” tfisser il-perjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta’ Ġunju, ħlief għall-ewwel sena ta’ kontabilità, li fir-rigward tagħha tfisser il-perjodu mid-data tal-bidu għall-eliġibbiltà tan-nefqa sat-30 ta' Ġunju 2015, is-sena finali ta’ kontabilità għandha tkun mill-1 ta' Lulju 2022 sat-30 ta' Ġunju 2023;
(10) “sena ta’ kontabilità” tfisser il-perjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta’ Ġunju, ħlief għall-ewwel sena ta’ kontabilità, li fir-rigward tagħha tfisser il-perjodu mid-data tal-bidu għall-eliġibbiltà tan-nefqa sat-30 ta' Ġunju 2015, is-sena finali ta’ kontabilità għandha tkun mill-1 ta' Lulju 2022 sat-30 ta' Ġunju 2023;
(11) “sena finanzjarja” tfisser il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta’ Diċembru.
(11) “sena finanzjarja” tfisser il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta’ Diċembru.
Emenda 73 Proposta għal regolament
Id-dritt tal-użu tal-Fond għandu japplika għall-Istati Membri kollha.
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 3
1. Il-Fond għandu jippromwovi l-koeżjoni soċjali fl-Unjoni billi jikkontribwixxi biex tintlaħaq il-mira tat-tnaqqis tal-faqar ta’ mill-inqas 20 miljun mill-għadd ta’ persuni fir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali skont l-istrateġija Ewropa 2020. Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettiv speċifiku li jtaffi l-agħar forom ta’ faqar fl-Unjoni billi jipprovdi għajnuna mhux finanzjarja lill-persuni l-aktar fil-bżonn. Dan l-objettiv għandu jitkejjel skont l-għadd ta’ persuni li jirċievu assistenza mill-Fond.
1. Il-Fond għandu jippromwovi l-koeżjoni soċjali, itejjeb l-inklużjoni soċjali u jiġġieled il-faqar fl-Unjoni billi jikkontribwixxi biex tintlaħaq il-mira tat-tnaqqis tal-faqar ta’ mill-inqas 20 miljun mill-għadd ta’ persuni fir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali skont l-istrateġija Ewropa 2020, filwaqt li jiġi kkumplimentat il-Fond Soċjali Ewropew. Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettiv speċifiku li jtaffi u jeqred l-agħar forom ta’ faqar, b'mod partikolari il-faqar alimentari, billi jipprovdi għajnuna mhux finanzjarja lill-persuni l-aktar fil-bżonn.
2.Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-eliminazzjoni sostenibbli tal-faqar alimentari, u joffri lill-persuni l-iktar fil-bżonn il-possibilità ta' ħajja deċenti. Dan l-objettiv u l-impatt strutturali tal-fond għandhom jiġu evalwati f'termini kwalitattivi u kwantitattivi.
3.Il-Fond għandu jikkumplimenta u m'għandux jissostitwixxi jew inaqqas il-programmi nazzjonali sostenibbli għall-qerda tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali, li għandhom jibqgħu jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri.
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 4
1. Il-Fond għandu jappoġġja skemi nazzjonali ta’ sostenn fejn prodotti tal-ikel u prodotti bażiċi għall-konsumatur għall-użu personali ta’ persuni jew tat-tfal mingħajr akkomodazzjoni jitqassmu lill-persuni l-aktar fil-bżonn permezz ta’ organizzazzjonijiet imsieħba magħżula mill-Istati Membri.
1. Il-Fond għandu jappoġġja skemi nazzjonali ta’ sostenn fejn prodotti tal-ikel u/jew għajnuna materjali bażika, inklużi pakketti bażiċi, għall-użu personali tar-riċevituri aħħarin jitqassmu lill-persuni l-aktar fil-bżonn permezz ta’ organizzazzjonijiet imsieħba magħżula mill-Istati Membri.
2. Il-Fond jista’ jappoġġja miżuri ta’ sostenn, li jikkumplimentaw l-għoti ta’ ikel u ta’ prodotti, li jikkontribwixxu għall-inklużjoni soċjali tal-persuni l-aktar fil-bżonn.
2. Il-Fond jista’ jappoġġja miżuri ta’ akkumpanjament, li jikkumplimentaw l-għoti ta’ ikel u ta’ għajnuna materjali bażika, li jikkontribwixxu għall-inklużjoni soċjali u għal dieta favur is-saħħa u t-tnaqqis ta' dipendenzi tal-persuni l-aktar fil-bżonn. Miżuri bħal dawn għandhom ikunu marbuta mill-qrib ma' attivitajiet lokali tal-Fond Soċjali Ewropew u l-attivitajiet ta' organizzazzjonijiet li jiffokaw fuq il-qerda tal-faqar.
2a.Il-Fond jista’ jipprovdi lill-benefiċjarji b’assistenza biex jagħmlu użu iktar effiċjenti mill-ktajjen ta’ provvista alimentari lokali, u b’hekk ikattar u jiddiversifika l-provvista tal-ikel għall-persuni l-iktar fil-bżonn, kif ukoll inaqqas u jimpedixxi l-ħela tal-ikel.
3. Il-Fond għandu jippromwovi t-tagħlim reċiproku, in-netwerking u t-tixrid ta’ prattiki tajba fil-qasam ta’ għajnuna mhux finanzjarja lill-persuni l-aktar fil-bżonn.
3. Il-Fond għandu jippromwovi, fil-livell Ewropew, it-tagħlim reċiproku, in-netwerking u t-tixrid ta’ prattiki tajba fil-qasam ta’ għajnuna mhux finanzjarja lill-persuni l-aktar fil-bżonn. Jistgħu jiġu inklużi wkoll organizzazzjonijiet u proġetti rilevanti li ma jagħmlux użu mill-Fond.
Emendi 40 u 76 Proposta għal regolament Artikolu 5
1. Il-parti tal-baġit tal-Unjoni allokata għall-Fond għandha tiġi implimentata fil-qafas ta’ ġestjoni kondiviża bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, skont l-Artikolu 55 (1)(b) tar-Regolament Finanzjarju, bl-eċċezzjoni ta’ għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, li għandu jiġi implimentat fil-qafas tal-ġestjoni diretta skont l-Artikolu 55(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju.
1. Il-parti tal-baġit tal-Unjoni allokata għall-Fond għandha tiġi implimentata fil-qafas ta’ ġestjoni kondiviża bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, skont l-Artikolu 55 (1)(b) tar-Regolament Finanzjarju, bl-eċċezzjoni ta’ għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, li għandu jiġi implimentat fil-qafas tal-ġestjoni diretta skont l-Artikolu 55(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju.
2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sostenn mill-Fond ikun konsistenti mal-politiki u l-prijoritajiet tal-Unjoni u jkun kumplimentari mal-istrumenti l-oħrajn tal-Unjoni.
2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sostenn mill-Fond ikun konsistenti mal-politiki u l-prijoritajiet tal-Unjoni u jkun kumplimentari mal-istrumenti l-oħrajn tal-Unjoni.
3. Is-sostenn mill-Fond għandu jiġi implimentat b’kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.
3. Is-sostenn mill-Fond għandu jiġi provdut b’kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u wkoll b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali kompetenti u mal-organizzazzjonijiet imsieħba involuti.
4. L-Istati Membri u l-korpi nnominati minnhom għal dak l-iskop għandhom ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi operattivi u tat-twettiq tal-kompiti tagħhom taħt dan ir-Regolament skont il-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tal-Istat Membru u soġġetti għal konformità ma’ dan ir-Regolament.
4. L-Istati Membri u l-korpi nnominati minnhom għal dak l-iskop, jew fil-każ tagħhom, l-awtoritajiet reġjonali kompetenti, għandhom ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi operattivi u tat-twettiq tal-kompiti tagħhom taħt dan ir-Regolament skont il-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tal-Istat Membru u soġġetti għal konformità ma’ dan ir-Regolament.
(5) L-arranġamenti għall-użu tal-Fond, u b’mod partikolari r-riżorsi finanzjarji u amministrattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Fond, fir-rigward tal-rapportar, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll għandhom iqisu l-prinċipju ta’ proporzjonalità waqt li jikkunsidraw il-livell ta’ sostenn allokat.
(5) L-arranġamenti għall-implimentazzjoni u l-użu tal-Fond, u b’mod partikolari r-riżorsi finanzjarji u amministrattivi meħtieġa fir-rigward tar-rapportar, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll għandhom iqisu l-kapaċitajiet amministrattivi limitati tal-organizzazzjonijiet li jiffunzjonaw l-aktar bl-appoġġ tal-volontiera, u jiżguraw li ma jimponux fuqhom aktar piżijiet amministrattivi mill-programm ta' qabel.
6. Skont ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw koordinazzjoni mal-Fond Soċjali Ewropew, u mal-politiki u l-istrumenti l-oħra tal-Unjoni.
6. Skont ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, u biex jiġi evitat finanzjament doppju, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw koordinazzjoni mal-Fond Soċjali Ewropew, u mal-politiki u l-istrumenti l-oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari l-azzjonijiet tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa.
7. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri u l-benefiċjarji għandhom japplikaw il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba skont l-Artikolu 26 tar-Regolament Finanzjarju.
7. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri u l-benefiċjarji għandhom japplikaw il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba skont l-Artikolu 26 tar-Regolament Finanzjarju.
8. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-effikaċja tal-Fond, b’mod partikolari permezz ta’ monitoraġġ, rapportar u evalwazzjoni.
8. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-effikaċja tal-Fond, b’mod partikolari permezz ta’ monitoraġġ, rapportar u evalwazzjoni u permezz ta’ konsultazzjoni mill-qrib u regolari mal-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-organizzazzjonijiet imsieħba li jimplimentaw il-miżuri tal-fond fil-valutazzjonijiet tal-impatt.
9. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu r-rwoli rispettivi tagħhom fir-rigward tal-Fond bil-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji.
9. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni biex jiggarantixxu l-effikaċja tal-Fond, u għandhom iwettqu r-rwoli rispettivi tagħhom fir-rigward tal-Fond bil-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji.
10. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi jiġu promossi matul l-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-Fond. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu passi xierqa sabiex jipprevjenu kull diskriminazzjoni bbażata fuq sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età, jew orjentazzjoni sesswali fil-kisba tal-aċċess għall-Fond.
10. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi jitqiesu matul l-istadji varji tat-tħejjija, l-ipprogrammar, il-ġestjoni u l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Fond, kif ukoll f'kampanji ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni u skambji tal-aħjar prattiki, filwaqt li tintuża data skont is-sessi, meta dan ikun possibbli. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu passi xierqa sabiex jipprevjenu kull diskriminazzjoni bbażata fuq sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età, jew orjentazzjoni sesswali fil-kisba tal-aċċess għall-Fond u programmi u operazzjonijiet relatati.
11. L-operazzjonijiet iffinanzjati mill-Fond għandhom ikunu konformi mal-liġi applikabbli nazzjonali u tal-Unjoni. B’mod partikolari, il-Fond jista’ jintuża biss biex jappoġġja d-distribuzzjoni ta’ ikel jew ta’ prodotti li huma f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur.
11. L-operazzjonijiet iffinanzjati mill-Fond għandhom ikunu konformi mal-liġi applikabbli nazzjonali u tal-Unjoni. B’mod partikolari, il-Fond jista’ jintuża biss biex jappoġġja d-distribuzzjoni ta’ ikel jew ta’ għajnuna materjali bażika li huma f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur.
11a. Meta jkun xieraq, l-għażla tal-prodotti tal-ikel għandha tkun ibbażata fuq prinċipji ta’ nutrizzjoni bbilanċjata u kwalità tal-ikel, inklużi prodotti friski, u għandha tikkontribwixxi għal dieta favur is-saħħa tar-riċevituri aħħarin.
12. L-Istati Membri u l-benefiċjarji għandhom jagħżlu l-prodotti tal-ikel u l-prodotti għall-persuni jew għat-tfal mingħajr akkomodazzjoni abbażi ta’ kriterji oġġettivi. Il-kriterji tal-għażla għall-prodotti tal-ikel, u fejn jixraq għall-prodotti sejrin iqisu wkoll l-aspetti klimatiċi u ambjentali, b’mod partikolari bil-għan tat-tnaqqis tal-iskart mill-ikel.
12. L-Istati Membri u l-benefiċjarji għandhom jagħżlu l-prodotti tal-ikel u l-għajnuna materjali bażika abbażi ta’ kriterji oġġettivi relatati mal-bżonnijiet tal-persuni l-aktar fil-bżonn.
12a. Meta jkun xieraq, għandha tingħata prijorità lill-prodotti lokali u reġjonali, billi jitqiesu kunsiderazzjonijiet klimatiċi u ambjentali, b'mod partikolari bl-għan li titnaqqas il-ħela tal-ikel f'kull stadju tal-katina ta' distribuzzjoni. Dan jista' jinkludi sħubiji ma' kumpaniji madwar il-katina tal-ikel fi spirtu ta' responsabilità soċjali tal-kumpaniji.
12b. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għajnuna li tingħata fil-qafas ta' dan il-Fond tirrispetta d-dinjità tal-persuni l-aktar fil-bżonn.
Emenda 75 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1
1. Ir-riżorsi globali disponibbli għall-impenn baġitarju mill-Fond għall-perjodu 2014-2020 għandhom ikunu ta’ EUR 2 500 000 000 skont il-prezzijiet tal-2011, skont it-tqassim annwali stabbilit fl-Anness II.
1. Ir-riżorsi globali disponibbli għall-impenn baġitarju mill-Fond għall-perjodu 2014-2020 (fi prezzijiet tal-2011) m'għandhomx ikunu anqas minn, f'termini reali, seba' darbiet l-allokazzjoni baġitarja, adottata fil-baġit għall-2011, għall-għajnuna għall-programm għall-persuni l-aktar fil-bżonn.
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li tistabbilixxi l-analiżi annwali tar-riżorsi globali għal kull Stat Membru, skont l-Artikolu 84 (5) tar-Regolament (UE) Nru… (CPR), mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, filwaqt li jitqiesu l-indikaturi li ġejjin stabbiliti mill-Eurostat:
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li tistabbilixxi l-analiżi annwali tar-riżorsi globali għal kull Stat Membru, skont l-Artikolu 84 (5) tar-Regolament (UE) Nru… (CPR), mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, abbażi tal-indikaturi l-iżjed reċenti stabbiliti mill-Eurostat li jikkonċernaw:
(a) il-popolazzjoni li tbati minn privazzjoni materjali severa;
(a) il-popolazzjoni li tbati minn privazzjoni materjali severa bħala persentaġġ mill-popolazzjoni sħiħa;
(b) il-popolazzjoni li tgħix fi djarb’intensità tax-xogħol vera baxxa.
(b) tibdil fil-popolazzjoni li tgħix fi djar b’intensità tax-xogħol vera baxxa.
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 7
1. Kull Stat Membru għandu jissottometti lill-Kummissjoni programm operattiv, li jkopri l-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020, fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, li jkun fih dawn l-punti li ġejjin:
1. Kull Stat Membru għandu jissottometti lill-Kummissjoni programm operattiv, li jkopri l-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020, fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, li jkun fih dawn l-punti li ġejjin:
(aa) speċifikazzjoni tal-ammont tas-sehem allokat tiegħu li għandu jintuża.
(a) identifikazzjoni ta’ u ġustifikazzjoni biex jintgħażel/jintgħażlu t-tip(i) ta’ privazzjoni materjali li għanduhom jiġijiġu indirizzat(i) skont il-programm operattiv u deskrizzjoni għal kull tip ta’ privazzjoni materjali indirizzata, tal-karatteristiċi ewlenin u l-għanijiet tad-distribuzzjoni tal-ikel jew ta’ prodotti u l-miżuri ta’ sostenn li għandhom jiġu pprovduti, waqt li jiġu kkunsidrati r-riżultati tal-evalwazzjoni ex ante mwettqa skont l-Artikolu 14;
(a) ġustifikazzjoni biex jintgħażel/jintgħażlu t-tip(i) ta’ privazzjoni materjali li għandu/għandhom jiġi/jiġu indirizzat(i) u deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-programm operattiv, filwaqt li jiġu kkunsidrati r-riżultati tal-evalwazzjoni ex ante mwettqa skont l-Artikolu 14;
(b) deskrizzjoni tal-iskema(i) nazzjonali korrispondenti għal kull tip ta’ privazzjoni materjali indirizzata;
(b) deskrizzjoni tal-iskema(i) nazzjonali korrispondenti għal kull tip ta’ privazzjoni materjali indirizzata;
(c) deskrizzjoni tal-mekkaniżmu li jistabbilixxi l-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-persuni l-aktar fil-bżonn, differenzjati jekk neċessarju skont it-tip ta’ privazzjoni materjali indirizzata;
(c) deskrizzjoni tal-mekkaniżmu li jistabbilixxi l-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-persuni l-aktar fil-bżonn, differenzjati jekk neċessarju skont it-tip ta’ privazzjoni materjali indirizzata;
(d) il-kriterji għall-għażla ta’ operazzjonijiet u deskrizzjoni tal-mekkaniżmu tal-għażla differenzjati jekk neċessarju skont it-tip ta’ privazzjoni materjali indirizzata;
(d) il-kriterji għall-għażla ta’ operazzjonijiet u deskrizzjoni tal-mekkaniżmu tal-għażla differenzjati jekk neċessarju skont it-tip ta’ privazzjoni materjali indirizzata;
(e) il-kriterji għall-għażla tal-organizzazzjonijiet imsieħba differenzjati jekk neċessarju skont it-tip ta’ privazzjoni materjali indirizzata:
(e) il-kriterji għall-għażla tal-organizzazzjonijiet imsieħba differenzjati jekk neċessarju skont it-tip ta’ privazzjoni materjali indirizzata:
(f) deskrizzjoni tal-mekkaniżmu użat biex jiżgura l-kumplimentarjetà mal-Fond Soċjali Ewropew;
(f) deskrizzjoni tal-mekkaniżmu użat biex jiżgura l-kumplimentarjetà mal-Fond Soċjali Ewropew li turi linja ta' demarkazzjoni ċara bejn l-attivitajiet koperti minn dawn iż-żewġ fondi;
(g) deskrizzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-programm operattiv li jkun fiha l-identifikazzjoni tal-awtorità maniġerjali, l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni fejn applikabbli, l-awtorità tal-awditjar u l-korp li lilu għandhom isiru l-ħlasijiet mill-Kummissjoni u deskrizzjonital-proċedura ta’ monitoraġġ;
(g) deskrizzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-programm operattiv li jkun fiha l-identifikazzjoni tal-awtorità maniġerjali, l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni fejn applikabbli, l-awtorità tal-awditjar u l-korp li lilu għandhom isiru l-ħlasijiet mill-Kummissjoni u deskrizzjoni tal-proċedura ta’ monitoraġġ;
(h) deskrizzjoni tal-miżuri meħuda biex jinvolvu lill-awtoritajiet reġjonali u lokali kompetenti u awtoritajiet pubbliċi oħrajn, kif ukoll korpi li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili u l-korpi responsabbli għall-promozzjoni tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni fit-tħejjija tal-programm operattiv;
(h) deskrizzjoni tal-miżuri meħuda biex jinvolvu lill-awtoritajiet reġjonali u lokali kompetenti u awtoritajiet pubbliċi oħrajn, kif ukoll korpi li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili u l-korpi responsabbli għall-promozzjoni tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni fit-tħejjija tal-programm operattiv;
(i) deskrizzjoni tal-użu ppjanat ta’ għajnuna teknika skont l-Artikolu 25 (2), inkluż azzjonijiet għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-benefiċjarji fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programm operattiv;
(i) deskrizzjoni tal-użu ppjanat ta’ għajnuna teknika skont l-Artikolu 25(2), inkluż azzjonijiet għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-benefiċjarji fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programm operattiv;
(j) pjan ta’ finanzjament li jkun fih żewġ tabelli li ġejjin
(j) pjan ta’ finanzjament li jkun fih it-tabelli li ġejjin:
(i) tabella li tispeċifika għal kull sena skont l-Artikolu 18, l-ammont tal-approprjazzjoni finanzjarja maħsuba għal sostenn mill-Fond u l-kofinanzjament skont l-Artikolu 18;
(i) tabella li tispeċifika għal kull sena skont l-Artikolu 18, l-ammont tal-approprjazzjoni finanzjarja maħsuba għal sostenn mill-Fond u l-kofinanzjament skont l-Artikolu 18;
(ii) tabella li tispeċifika, għall-perjodu sħiħ ta’ programmazzjoni, l-ammont tal-approprjazzjoni totali finanzjarja fir-rigward tas-sostenn mill-programm operattiv għal kull tip ta’ privazzjoni materjali indirizzata kif ukoll il-miżuri korrispondenti ta’ sostenn.
(ii) tabella li tispeċifika, għall-perjodu sħiħ ta’ programmazzjoni, l-ammont tal-approprjazzjoni totali finanzjarja fir-rigward tas-sostenn mill-programm operattiv għal kull tip ta’ privazzjoni materjali indirizzata kif ukoll il-miżuri korrispondenti ta’ sostenn.
L-organizzazzjonijiet imsieħba msemmija fil-punt (e) li jwasslu l-ikel jew il-prodotti direttament għandhom jimpenjaw ruħhom b’attivitajiet li jikkumplimentaw il-provvista tal-għajnuna materjali, li jimmiraw għall-inklużjoni soċjali tal-persuni l-iktar fil-bżonn, kemm jekk dawn l-attivitajiet huma appoġġjati mill-Fond u kemm jekk le.
L-organizzazzjonijiet imsieħba msemmija fil-punt (e) li jwasslu l-ikel u/jew l-għajnuna materjali bażika direttament għandhom jimpenjaw ruħhom huma stess jew b’kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet oħrajn b’attivitajiet li jikkumplimentaw il-provvista tal-għajnuna materjali, li jimmiraw għall-inklużjoni soċjali tal-persuni l-iktar fil-bżonn, kemm jekk dawn l-attivitajiet huma appoġġati mill-Fond u kemm jekk le.
2. Il-programmi operattivi għandhom jitfasslu mill-Istati Membri jew minn kwalunkwe awtorità maħtura minnhom f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali kompetenti u awtoritajiet pubbliċi oħra kif ukoll il-korpi li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili u l-korpi responsabbli għall-promozzjoni tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni.
2. Il-programmi operattivi għandhom jitfasslu mill-Istati Membri jew minn kwalunkwe awtorità maħtura minnhom f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali kompetenti u awtoritajiet pubbliċi oħra kif ukoll il-partijiet interessanti rilevanti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-programmi operattivi jkunu relatati mill-qrib mal-politiki nazzjonali dwar l-inklużjoni soċjali.
3. L-Istati Membri għandhom jabbozzaw il-programmi operattivi skont il-mudell stabbilit fl-Anness I.
3. L-Istati Membri għandhom jabbozzaw il-programmi operattivi skont il-mudell stabbilit fl-Anness I.
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1
1. Stat Membru jista’ jissottometti talba għalemenda tal-programm operattiv . Din għandha tkun akkumpanjata mill-programm operattiv rivedut u l-ġustifikazzjoni għall-emenda.
1. Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 10
Pjattaforma
Skambju ta’ prattiki tajba
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma fuq livell tal-UE biex tiffaċilita l-iskambju ta’ esperjenza, il-bini tal-kapaċità u ta’ netwerking, kif ukoll it-tixrid tar-riżultati rilevanti fil-qasam ta’ għajnuna mhux finanzjarja lill-persuni l-aktar fil-bżonn.
Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju ta’ esperjenza, il-bini tal-kapaċità, in-netwerking u l-inklużjoni soċjali fil-livell tal-Unjoni, u b’hekk toħloq rabtiet bejn organizzazzjonijiet imsieħba u partijiet interessanti rilevanti oħrajn mill-Istati Membri kollha.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta, mill-inqas darba fis-sena, mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-organizzazzjonijiet imsieħba fuq livell tal-Unjoni dwar l-implimentazzjoni tal-appoġġ mill-Fond.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta, mill-inqas darba fis-sena, mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-organizzazzjonijiet imsieħba fuq livell tal-Unjoni dwar l-implimentazzjoni tal-appoġġ mill-Fond u wara dan għandha tirrapporta lura lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien xieraq.
Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita wkoll it-tixrid online tar-riżultati, ir-rapporti u l-informazzjoni rilevanti b’rabta mal-Fond.
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 11
1. Mill-2015 sal-2022, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, rapport annwali ta’ implimentazzjoni għall-programm operattiv matul is-sena finanzjarja preċedenti.
1. Mill-2015 sal-2022, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, rapport annwali ta’ implimentazzjoni għall-programm operattiv matul is-sena finanzjarja preċedenti.
2. L-Istati Membri għandhom jabbozzaw ir-rapport annwali ta’ implimentazzjoni skont il-mudell adottat mill-Kummissjoni, inkluż il-lista tal-indikaturi komuni tal-input u tar-riżultat.
2. L-Istati Membri għandhom jabbozzaw ir-rapport annwali ta’ implimentazzjoni skont il-mudell adottat mill-Kummissjoni, inkluża l-lista tal-indikaturi komuni tal-input u tar-riżultat.
Dawn l-indikaturi għandhom jinkludu:
(a)Bidliet reċenti fl-infiq tal-politika soċjali fuq il-privazzjoni materjali severa, f’termini assoluti, fir-rigward tal-PDG u fir-rigward tal-infiq pubbliku totali.
(b)Bidliet reċenti fil-leġiżlazzjoni tal-politika soċjali dwar l-aċċess għall-finanzjament għal benefiċjarji u organizzazzjonijiet oħra li jindirizzaw il-privazzjoni materjali severa.
3. Ir-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu ammissibbli meta jkun fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa skont il-mudell imsemmi fil-paragrafu 2, inkluż l-indikaturi komuni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru fi żmien 15-il ġurnata tax-xogħol mid-data li fiha tkun irċeviet ir-rapport ta’ implimentazzjoni annwali jekk dan ma jkunx ammissibbli. Meta l-Kummissjoni tonqos milli tibgħat dik l-informazzjoni fil-limitu ta' żmien, ir-rapport għandu jitqies bħala ammissibbli.
3. Ir-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu ammissibbli meta jkun fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa skont il-mudell imsemmi fil-paragrafu 2, inklużi l-indikaturi komuni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru fi żmien 15-il ġurnata tax-xogħol mid-data li fiha tkun irċeviet ir-rapport ta’ implimentazzjoni annwali jekk dan ma jkunx ammissibbli. Meta l-Kummissjoni tonqos milli tibgħat dik l-informazzjoni fil-limitu ta' żmien, ir-rapport għandu jitqies bħala ammissibbli.
4. Il-Kummissjoni teżamina r-rapport annwali ta’ implimentazzjoni u tinforma lill-Istat Membru bl-osservazzjonijiet tagħha fi żmien xahrejn mill-wasla tar-rapport annwali ta’ implimentazzjoni.
4. Il-Kummissjoni teżamina r-rapport annwali ta’ implimentazzjoni u tinforma lill-Istat Membru bl-osservazzjonijiet tagħha fi żmien xahrejn mill-wasla tar-rapport annwali ta’ implimentazzjoni.
Meta l-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet fi żmien dawn id-dati ta’ skadenzi, ir-rapporti għandhom jitqiesu bħala aċċettati.
Meta l-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet f’dan il-limitu ta’ żmien, ir-rapporti għandhom jitqiesu bħala aċċettati.
5. L-Istat Membru għandu jippreżenta rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm operattiv sat-30 ta' Settembru 2023.
5. L-Istat Membru għandu jippreżenta rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm operattiv sat-30 ta' Settembru 2023.
L-Istati Membri għandhom jabbozzaw ir-rapport finali ta’ implimentazzjoni skont il-mudell adottat mill-Kummissjoni.
L-Istati Membri għandhom jabbozzaw ir-rapport finali ta’ implimentazzjoni skont il-mudell adottat mill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni għandha teżamina r-rapport finali ta’ implimentazzjoni u tinforma lill-Istat Membru bl-osservazzjonijiet tagħha fi żmien ħames xhur mill-wasla tar-rapport finali.
Il-Kummissjoni għandha teżamina r-rapport finali ta’ implimentazzjoni u tinforma lill-Istat Membru bl-osservazzjonijiet tagħha fi żmien ħames xhur mill-wasla tar-rapport finali.
Meta l-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet fi żmien dawn id-dati ta’ skadenzi, ir-rapporti għandhom jitqiesu bħala aċċettati.
Meta l-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet f’dan il-limitu ta’ żmien, ir-rapporti għandhom jitqiesu bħala aċċettati.
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-mudell għar-rapport annwali ta’ implimentazzjoni, inkluża l-lista ta’ indikaturi komuni u għar-rapport finali ta’ implimentazzjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 60(2).
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-mudell għar-rapport annwali ta’ implimentazzjoni, inkluża l-lista ta’ indikaturi komuni u għar-rapport finali ta’ implimentazzjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 60(2).
7. Il-Kummissjoni tista’ tindirizza xi osservazzjonijiet lil Stat Membru dwar l-implimentazzjoni tal-programm operattiv. L-awtorità maniġerjali għandha tinforma lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur bil-miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu.
7. Il-Kummissjoni tista’ tindirizza xi osservazzjonijiet lil Stat Membru dwar l-implimentazzjoni tal-programm operattiv. L-awtorità maniġerjali għandha tinforma lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur bil-miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu.
8. L-awtorità maniġerjali għandha tippubblika sommarju tal-kontenut ta’ kull rapport ta’ implimentazzjoni annwali u finali.
8. L-awtorità maniġerjali għandha tippubblika sommarju tal-kontenut ta’ kull rapport ta’ implimentazzjoni annwali u finali.
8a.Il-Kummissjoni għandha tippreżenta sommarju tar-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali u r-rapporti ta’ implimentazzjoni finali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien xieraq.
8b.Il-proċedura li tikkonċerna r-rapporti ta’ implimentazzjoni m'għandhiex tkun eċċessiva meta mqabbla mal-fondi allokati u n-natura tal-appoġġ u m'għandhiex twassal għal piżijiet amministrattivi bla bżonn.
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 12
Laqgħa bilaterali ta’ reviżjoni
Laqgħat bilaterali ta’ reviżjoni
1. Il-Kummissjoni u kull Istat Membru għandhom jiltaqgħu kull sena mill-2014 sal-2022, sakemm ma jiġix miftiehem b’mod ieħor, biex jeżaminaw il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm operattiv, b’kunsiderazzjoni tar-rapport annwali ta’ implimentazzjoni u l-osservazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11(7), fejn applikabbli.
1. Il-Kummissjoni u kull Stat Membru għandhom jiltaqgħu kull sena mill-2014 sal-2022, sakemm ma jiġix miftiehem mod ieħor, biex jeżaminaw il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm operattiv, b’kunsiderazzjoni tar-rapport annwali ta’ implimentazzjoni u l-osservazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11(7), fejn applikabbli.
2. Il-laqgħa bilaterali ta’ reviżjoni għandha tiġi ppreseduta mill-Kummissjoni.
2. Il-laqgħa bilaterali ta’ reviżjoni għandha tiġi ppreseduta mill-Kummissjoni.
3. L-Istat Membru għandu jiżgura li jingħata segwitu xieraq lil kull kumment tal-Kummissjoni wara l-laqgħa.
3. L-Istat Membru għandu jiżgura li jingħata segwitu xieraq lil kull kumment tal-Kummissjoni wara l-laqgħa u jirreferi għalih fir-rapport ta’ implimentazzjoni tas-sena ta’ wara jew, skont il-każ, tas-snin ta’ wara.
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 13
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu r-riżorsi meħtieġa għat-twettiq tal-evalwazzjonijiet, u għandhom jiżguraw li jkun hemm proċeduri fis-seħħ biex jipproduċu u jiġbru d-dejta meħtieġa għall-evalwazzjonijiet, inkluż dejta relatata mal-indikaturi komuni msemmija fl-Artikolu 11.
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu r-riżorsi meħtieġa għat-twettiq tal-evalwazzjonijiet, u għandhom jiżguraw li jkun hemm proċeduri fis-seħħ biex jipproduċu u jiġbru d-data meħtieġa għall-evalwazzjonijiet, inkluża data relatata mal-indikaturi komuni msemmija fl-Artikolu 11.
2. L-evalwazzjonijiet għandhom isiru minn esperti li huma funzjonalment indipendenti mill-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm operattiv. L-evalwazzjonijiet kollha għandhom jiġu ppubblikati fl-intier tagħhom.
2. L-evalwazzjonijiet għandhom isiru minn esperti li huma funzjonalment indipendenti mill-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm operattiv. L-evalwazzjonijiet kollha għandhom jiġu ppubblikati fl-intier tagħhom iżda taħt l-ebda ċirkostanza ma jistgħu jinkludu informazzjoni dwar l-identità tal-benefiċjarji finali.
2a.L-evalwazzjonijiet m'għandhomx ikunu eċċessivi meta mqabbla mal-fondi allokati jew man-natura tal-appoġġ u m'għandhomx iwasslu għal piżijiet amministrattivi bla bżonn.
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 14
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu evalwazzjoni ex ante tal-programm operattiv.
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu evalwazzjoni ex ante tal-programm operattiv.
2. L-evalwazzjoni ex ante għandha ssir taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità responsabbli mit-tħejjija tal-programmi operattivi. Din għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni flimkien mal-programm operattiv, flimkien ma’ sommarju eżekuttiv.
2. L-evalwazzjoni ex ante għandha ssir taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità responsabbli mit-tħejjija tal-programmi operattivi. Din għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni flimkien mal-programm operattiv, flimkien ma’ sommarju eżekuttiv.
3. Evalwazzjonijiet ex ante għandhom jevalwaw l-elementi li ġejjin:
3. Evalwazzjonijiet ex ante għandhom jevalwaw l-elementi li ġejjin:
(a) il-kontribuzzjoni għall-objettiv tal-Unjoni li tnaqqas l-għadd ta’ persuni li jinsabu fir-riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali b’mill-inqas 20 miljun sal-2020, wara kunsiderazzjoni tat-tip ta' privazzjoni materjali magħżula li għandha tiġi indirizzata, b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi nazzjonali f’termini ta’ faqar u esklużjoni soċjali u deprivazzjoni materjali;
(a) il-kontribuzzjoni għall-objettiv tal-Unjoni li tnaqqas l-għadd ta’ persuni li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ faqar jew fir-riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali b’mill-inqas 20 miljun sal-2020, wara kunsiderazzjoni tat-tip ta’ privazzjoni materjali magħżula li għandha tiġi indirizzata, b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi nazzjonali f’termini ta’ faqar u esklużjoni soċjali u privazzjoni materjali;
(e) l-adegwatezza tal-proċeduri għall-monitoraġġ tal-programm operattiv u għall-ġbir tad-dejta meħtieġa biex isiru l-evalwazzjonijiet;
(e) l-adegwatezza tal-proċeduri għall-monitoraġġ tal-programm operattiv u għall-ġbir tad-data meħtieġa biex isiru l-evalwazzjonijiet;
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 15
1. Matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, l-awtorità maniġerjali tista’ twettaq evalwazzjonijiet għall-valutazzjoni tal-effikaċja u l-effiċjenza tal-programm operattiv.
1. Matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, l-awtorità maniġerjali għandha tevalwa l-effikaċja u l-effiċjenza tal-programm operattiv.
2. L-awtorità maniġerjali għandha twettaq stħarriġ strutturat dwar il-benefiċjarji finali fl-2017 u fl-2021, skont il-mudell ipprovdut mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-mudell permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 60(2).
2. L-awtorità maniġerjali għandha twettaq stħarriġ strutturat dwar il-benefiċjarji finali fl-2017 u fl-2021, skont il-mudell ipprovdut mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-mudell wara l-konsultazzjoni ma’ partijiet interessati rilevanti. Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 60(2).
3. Il-Kummissjoni tista’ twettaq, fuq inizjattiva tagħha stess, evalwazzjoni tal-programmi operattivi.
3. Il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess, tevalwa l-programmi operattivi.
3a.Il-Kummissjoni għandha tippreżenta valutazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Fond lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux iżjed tard minn Marzu 2018.
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 16
Fuq l-inizjattiva tagħha stess u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, l-Kummissjoni għandha twettaq, bl-għajnuna ta’ esperti esterni, evalwazzjoni ex-post biex tevalwaa l-effikaċja u s-sostenibbiltà tar-riżultati miksuba kif ukoll biex tkejjel il-valur miżjud tal-Fond. Din l-evalwazzjoni ex-post għandha titlesta sal-31 ta' Diċembru 2023.
Fuq l-inizjattiva tagħha stess u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha twettaq, bl-għajnuna ta’ esperti esterni, evalwazzjoni ex-post biex tevalwa l-effikaċja u l-effiċjenza tal-fond u s-sostenibbiltà tar-riżultati miksuba kif ukoll biex tkejjel il-valur miżjud tal-Fond. Din l-evalwazzjoni ex-post għandha titlesta sal-31 ta' Diċembru 2023.
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 17
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar u jippromwovu l-azzjonijiet appoġġjati mill-Fond. L-informazzjoni għandha tkun indirizzata lill-persuni l-aktar fil-bżonn, lill-midja u lill-pubbliku in ġenerali. Għandha tenfasizza r-rwol tal-Unjoni u għandha tiżgura li l-kontribuzzjoni mill-Fond tkun viżibbli.
1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar u jippromwovu l-azzjonijiet appoġġjati mill-Fond. L-informazzjoni għandha, b’mod partikolari, tkun indirizzata lill-persuni l-aktar fil-bżonn, kif ukoll lill-pubbliku inġenerali u lill-midja. Għandha tenfasizza r-rwol tal-Unjoni u għandha tiżgura li l-kontribuzzjoni mill-Fond, mill-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet imsieħba fir-rigward tal-objettivi tal-politika ta’ koeżjoni soċjali tal-Unjoni tkun viżibbli mingħajr ma tistigmatizza lill-benefiċjarji finali.
2. L-awtorità maniġerjali għandha, sabiex tiżgura t-trasparenza fis-sostenn tal-Fond, iżżomm lista ta’ operazzjonijiet sostnuti mill-Fond f’format CSV jew XML li għandha tkun aċċessibbli permezz ta’ websajt. Il-lista għandha mill-inqas tinkludi informazzjoni dwar l-isem tal-benefiċjarju, l-indirizz tiegħu u l-ammont ta’ finanzjament tal-Unjoni allokat kif ukoll it-tip ta’ privazzjoni materjali indirizzata.
2. L-awtorità maniġerjali għandha, sabiex tiżgura t-trasparenza fis-sostenn tal-Fond, iżżomm lista ta’ operazzjonijiet sostnuti mill-Fond f’format CSV jew XML li għandha tkun aċċessibbli permezz ta’ websajt. Il-lista għandha mill-inqas tinkludi informazzjoni dwar l-isem tal-benefiċjarju, l-indirizz tiegħu u l-ammont ta’ finanzjament tal-Unjoni allokat kif ukoll it-tip ta’ privazzjoni materjali indirizzata.
Il-lista tal-operazzjonijiet għandha tiġi aġġornata mill-inqas kull sena.
Il-lista tal-operazzjonijiet għandha tiġi aġġornata mill-inqas kull sena.
3. Matul l-implimentazzjoni ta’ operazzjoni, il-benefiċjarji u l-organizzazzjonijiet imsieħba għandhom jinfurmaw lill-pubbliku dwar is-sostenn mill-Fond billi jqiegħdu mill-inqas poster wieħed b’informazzjoni dwar l-operazzjoni (daqs minimu ta’ A3), inkluż dwar is-sostenn finanzjarju mill-Unjoni, f’post faċilment viżibbli għall-pubbliku, f’kull post fejn jiġi pprovdut l-ikel, il-prodotti u kull miżura ta’ sostenn, ħlief jekk dan ma jkunx possibbli minħabba ċ-ċirkostanzi tad-distribuzzjoni.
3. Matul l-implimentazzjoni ta’ operazzjoni, il-benefiċjarji u l-organizzazzjonijiet imsieħba għandhom jinfurmaw lill-pubbliku dwar is-sostenn mill-Fond billi jqiegħdu jew mill-inqas poster wieħed b’informazzjoni dwar l-operazzjoni (daqs minimu ta’ A3), inkluż dwar is-sostenn finanzjarju mill-Unjoni jew bandiera tal-Unjoni ta’ daqs raġonevoli, f’post faċilment viżibbli għall-pubbliku, f’kull post fejn jiġi pprovdut l-ikel u/jew l-għajnuna materjali bażika u kull miżura ta’ sostenn mingħajr ma jiġu stigmatizzati l-benefiċjarji finali, ħlief jekk dan ma jkunx possibbli minħabba ċ-ċirkostanzi tad-distribuzzjoni.
Dawk il-benefiċjarji u l-organizzazzjonijiet imsieħba li għandhom websajts għandhom jipprovdu wkoll deskrizzjoni qasira tal-operazzjoni, inklużi l-għanijiet u r-riżultati tagħha, u jenfasizzaw l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni.
Dawk il-benefiċjarji u l-organizzazzjonijiet imsieħba li għandhom websajts għandhom jipprovdu wkoll deskrizzjoni qasira tal-operazzjoni, inklużi l-għanijiet u r-riżultati tagħha, u jenfasizzaw l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni.
4. Il-miżuri kollha ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni li ttieħdu mill-benefiċjarju u mill-organizzazzjonijiet imsieħba għandhom jirrikonoxxu s-sostenn mill-Fond għall-operazzjoni billi juru l-emblema tal-Unjoni flimkien ma’ referenza għall-Unjoni u l-Fond.
4. Il-miżuri kollha ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni li ttieħdu mill-benefiċjarju u mill-organizzazzjonijiet imsieħba għandhom jirrikonoxxu s-sostenn mill-Fond għall-operazzjoni billi juru l-emblema tal-Unjoni flimkien ma’ referenza għall-Unjoni u l-Fond.
5. L-awtorità maniġerjali għandha tinforma lill-benefiċjarji bil-pubblikazzjoni tal-lista ta’ operazzjonijiet skont il-paragrafu 2. L-awtorità maniġerjali għandha tipprovdi kitts ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità, inkluż mudelli f’format elettroniku, biex tgħin lill-benefiċjarji u lill-organizzazzjonijiet imsieħba jissodisfaw l-obbligi tagħhom kif stabbiliti fil-paragrafu 3.
5. L-awtorità maniġerjali għandha tinforma lill-benefiċjarji bil-pubblikazzjoni tal-lista ta’ operazzjonijiet skont il-paragrafu 2. L-awtorità maniġerjali għandha tipprovdi kitts ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità, inkluż mudelli f’format elettroniku, biex tgħin lill-benefiċjarji u lill-organizzazzjonijiet imsieħba jissodisfaw l-obbligi tagħhom kif stabbiliti fil-paragrafu 3.
6. Fl-ipproċessar tad-dejta personali skont dan l-Artikolu, l-awtorità maniġerjali kif ukoll il-benefiċjarji u l-organizzazzjonijiet imsieħba għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 95/46/KE.
6. Fl-ipproċessar tad-data personali skont l-Artikoli 13 sa 17, l-awtorità maniġerjali kif ukoll il-benefiċjarji u l-organizzazzjonijiet imsieħba għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 95/46/KE.
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 18
1. Ir-rata ta’ kofinanzjament fil-livell tal-programm operattiv ma għandhiex tkun ogħla minn85% tan-nefqa pubblika eliġibbli.
1. Ir-rata ta’ kofinanzjament fil-livell tal-programm operattiv tammonta għal85 % tan-nefqa pubblika eliġibbli. Din tista’ tiżdied fiċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 19(1). L-Istati Membri għandhom ikunu ħielsa li jappoġġjaw l-inizjattivi tal-fond permezz ta’ riżorsi nazzjonali addizzjonali.
1a.Il-benefiċjarji fl-ebda ċirkostanza ma għandhom jikkofinanzjaw l-operazzjonijiet tal-Fond.
2. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta programm operattiv għandha tiffissa r-rata ta’ kofinanzjament applikabbli għall-programm operattiv u l-ammont massimu ta’ għajnuna mill-Fond.
2. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta programm operattiv għandha tiffissa r-rata ta’ kofinanzjament applikabbli għall-programm operattiv u l-ammont massimu ta’ sostenn mill-Fond.
3. Il-miżuri ta’ għajnuna teknika implementati fuq l-inizjattiva ta’, jew f’isem, il-Kummissjoni jistgħu jiġu finanzjati bir-rata ta’ 100 %.
3. Il-miżuri ta’ għajnuna teknika implementati fuq l-inizjattiva ta’, jew f’isem, il-Kummissjoni jistgħu jiġu finanzjati bir-rata ta’ 100 %.
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 19
1. Fuq talba ta’ Stat Membru, ħlasijiet interim u ħlasijiet tal-bilanċ finali jistgħu jiżdiedu b’10 punti perċentwali aktar mir-rata ta’ kofinanzjament applikabbli għall-programm operattiv. Ir-rata miżjuda, li ma tistax taqbeż il-100%, għandha tapplika għal talbiet għall-ħlas relatat mal-perjodu ta’ kontabilità li fih l-Istat Membru jkun ippreżenta t-talba tiegħu u perjodi sussegwenti ta’ kontabilità li matulhom l-Istat Membru jkun issodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
1. Fuq talba ta’ Stat Membru, ħlasijiet interim u ħlasijiet tal-bilanċ finali jistgħu jiżdiedu b’10 punti perċentwali aktar mir-rata ta’ kofinanzjament applikabbli għall-programm operattiv. Ir-rata miżjuda, li ma tistax taqbeż il-100 %, għandha tapplika għal talbiet għall-ħlas relatat mal-perjodu ta’ kontabilità li fih l-Istat Membru jkun ippreżenta t-talba tiegħu u perjodi sussegwenti ta’ kontabilità li matulhom l-Istat Membru jkun issodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) fejn l-Istat Membru kkonċernat ikun adotta l-euro, jirċievi għajnuna makrofinanzjarja mill-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 407/2010;
(a) fejn l-Istat Membru kkonċernat ikun adotta l-euro, jirċievi għajnuna makrofinanzjarja mill-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 407/2010;
(b) fejn l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx adotta l-euro, jirċievi għajnuna finanzjarja fuq perjodu ta’ żmien medju skont ir-Regolament (KE) Nru 332/2002;
(b) fejn l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx adotta l-euro, jirċievi għajnuna finanzjarja fuq perjodu ta’ żmien medju skont ir-Regolament (KE) Nru 332/2002;
(c) għajnuna finanzjarja ssir disponibbli għalih skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà.
(c) għajnuna finanzjarja ssir disponibbli għalih skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà.
2. Minkejja l-paragrafu 1, l-appoġġ tal-Unjoni permezz ta’ ħlasijiet interim u ħlasijiet tal-bilanċ finali ma għandux ikun ogħla mis-sostenn pubbliku u l-ammont massimu ta’ appoġġ mill-Fond, kif stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm operattiv.
2. Minkejja l-paragrafu 1, is-sostenn tal-Unjoni permezz ta’ ħlasijiet interim u ħlasijiet tal-bilanċ finali ma għandux ikun ogħla mis-sostenn pubbliku u/jew privat u l-ammont massimu ta’ sostenn mill-Fond, kif stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm operattiv.
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 21
1. Operazzjonijiet appoġġati mill-programm operattiv għandhom ikunu jinstabu fl-Istat Membru kopert mill-programm operattiv.
1. Operazzjonijiet appoġġati mill-programm operattiv għandhom ikunu jinstabu fl-Istat Membru kopert mill-programm operattiv.
2. Operazzjonijiet jistgħu jirċievu appoġġ mill-programm operattiv, sakemm dawn ikunu ġew magħżula skont proċedura ġusta u trasparenti, abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-programm operattiv.
2. L-operazzjonijiet jistgħu jirċievu sostenn mill-programm operattiv, sakemm dawn ikunu ġew magħżula skont proċedura ġusta u trasparenti, abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-programm operattiv.
3. L-ikel u l-prodotti għall-persuni jew għat-tfal mingħajr akkomodazzjoni jistgħu jinxtraw mill-organizzazzjonijiet imsieħba nfushom.
3. L-ikel u/jew l-oġġetti għall-għajnuna materjali bażika għall-użu personali tal-benefiċjarji finali jistgħu jinxtraw mill-organizzazzjonijiet imsieħba nfushom.
Jistgħu jinxtraw ukoll minn korp pubbliku u jsiru disponibbli bla ħlas mill-organizzazzjonijiet imsieħba. F’dak il-każ, l-ikel jista’ jinkiseb mill-użu, l-ipproċessar, jew il-bejgħ ta’ prodotti fl-istokkijiet ta’ intervent li jkunu saru disponibbli skont l-Artikolu 15 tar-Regolament(UE) Nru [OSK] sakemm din tkun l-għażla l-iktar favorevoli mil-lat ekonomiku u ma ddewwimx bla bażonn it-twassil tal-prodotti tal-ikel lill-organizzazzjonijiet imsieħba. Kull ammont dderivat minn tranżazzjoni fir-rigward ta’ dawk l-istokkijiet għandu jintuża għall-benefiċċju tal-persuni l-iktar fil-bżonn, u m’għandux jiġi applikat biex inaqqas l-obbligu tal-Istati Membri, previst fl-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament, biex jikkofinanzja l-programm.
Jistgħu jinxtraw ukoll minn korp pubbliku u jsiru disponibbli bla ħlas mill-organizzazzjonijiet imsieħba. L-organizzazzjonijiet imsieħba jistgħu ukoll iqassmu l-provvisti tal-ikel li jkunu ġejjin minn sorsi oħrajn inklużi l-istokkijiet ta’ intervent li jkunu saru disponibbli skont l-Artikolu 15 tar-Regolament(UE) Nru ... [OKS].
Il-Kummissjoni sejra tapplika l-proċeduri adottati skont l-Artikolu 19(e) tar-Regolament (UE) Nru [OSK] skont liema l-prodotti fl-istokkijiet ta’ intervent jistgħu jintużaw, jiġu pproċessati jew mibjugħa għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, sabiex ikun żgurat l-użu l-iktar effiċjenti tal-istokkijiet ta’ intervent u l-qligħ minnhom..
Il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċeduri adottati skont l-Artikolu 19(e) tar-Regolament (UE) Nru [OSK] skont liema l-prodotti fl-istokkijiet ta’ intervent jistgħu jintużaw, jiġu pproċessati jew mibjugħa għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, sabiex ikun żgurat l-aktar użu effiċjenti possibbli tal-istokkijiet ta’ intervent u l-qligħ minnhom.
4.Dik l-għajnuna materjali għandha titqassam b’xejn lill-persuni l-aktar fil-bżonn.
4.L-ikel u/jew l-oġġetti għall-għajnuna materjali bażika għandhom jitqassmu b’xejn lill-persuni l-aktar fil-bżonn, mingħajr eċċezzjoni.
5. Operazzjoni appoġġjata mill-Fond ma għandhiex tirċievi appoġġ minn strument ieħor tal-Unjoni.
5. Operazzjoni appoġġata mill-Fond ma għandhiex tirċievi sostenn minn strument ieħor tal-Unjoni sabiex jiġi evitat il-finanzjament doppju. Madankollu, il-benefiċjarji m’għandhomx ikunu ostakolati milli japplikaw biex jużaw Fondi Ewropej oħrajn bħall-FSE sabiex iwettqu azzjonijiet kumplimentari mmirati sabiex jindirizzaw it-tnaqqis tal-faqar u l-inklużjoni soċjali.
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 24
1. L-ispejjeż eliġibbli għas-sostenn mill-programm operattiv għandhom ikunu:
1. L-ispejjeż eliġibbli għas-sostenn mill-programm operattiv għandhom ikunu:
(a) l-ispejjeż tax-xiri tal-ikel, u ta’ prodotti bażiċi għall-konsumatur għall-użu personali ta’ persuni jew ta’ tfal mingħajr akkomodazzjoni;
(a) l-ispejjeż tax-xiri tal-ikel u ta’ oġġetti għall-għajnuna materjali bażika għall-użu personali ta’ benefiċjarji finali;
(b) meta korp pubbliku jixtri l-ikel jew il-prodotti bażiċi tal-konsumatur għall-użu personali tal-persuni jew ta’ tfal mingħajr akkomodazzjoni u jipprovdihom lill-organizzazzjonijiet imsieħba, l-ispejjeż tat-trasport tal-ikel jew ta’ prodotti lill-imħażen tal-organizzazzjonijiet imsieħba b’rata fissa ta’ 1 % tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a);
(b) meta korp pubbliku jixtri l-ikel jew il-prodotti bażiċi tal-konsumatur għall-użu personali tal-benefiċjarji finali u jipprovdihom lill-organizzazzjonijiet imsieħba, l-ispejjeż tat-trasport tal-ikel jew ta’ oġġetti għall-għajnuna materjali bażika lill-imħażen tal-organizzazzjonijiet imsieħba b’rata fissa ta’ 1 % tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a);
(c) l-ispejjeż amministrattivi, tat-trasport u tal-ħżin li jitħallsu mill-organizzazzjonijiet imsieħba b’rata fissa ta’ 5% tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a);
(c) l-ispejjeż amministrattivi, tat-trasport u tal-ħżin li jitħallsu mill-organizzazzjonijiet imsieħba b’rata fissa ta’ 5 % tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a); jew 5 % tal-valur tal-istokkijiet ta’ intervent tal-ikel trasferiti skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru ../…. [OKS];
(d) l-ispejjeż tal-attivitajiet ta’ inklużjoni soċjali mwettqa u ddikjarati mill-organizzazzjonijiet imsieħba li jwasslu l-għajnuna materjali direttament lill-persuni l-aktar fil-bżonn b’rata fissa ta’ 5 % tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a);
(d) l-ispejjeż tal-attivitajiet ta’ inklużjoni soċjali mwettqa u ddikjarati mill-organizzazzjonijiet imsieħba li jwasslu l-għajnuna materjali bażika direttament jew indirettament lill-benefiċjarji finali b’rata fissa ta’ 5 % tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a);
(e) spejjeż imġarrba skont l-Artikolu 25.
(e) spejjeż imġarrba skont l-Artikolu 25.
2. L-ispejjeż li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli għas-sostenn mill-programm operattiv:
2. L-ispejjeż li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli għas-sostenn mill-programm operattiv:
(a) imgħax fuq dejn;
(a) imgħax fuq dejn;
(b) spejjeż ta’ oġġetti użati (second hand);
(b) spejjeż ta’ oġġetti użati (second hand);
(c) taxxa fuq il-valur miżjud. Madankollu, l-ammonti tal-VAT għandhom ikunu eliġibbli fejn dawn ma jistgħux jiġu rkuprati taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-VAT u jiġu mħallsa minn benefiċjarju ieħor minbarra persuna mhux taxxabbli kif definit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2006/112/KE.
(c) taxxa fuq il-valur miżjud. Madankollu, l-ammonti tal-VAT għandhom ikunu eliġibbli fejn dawn ma jistgħux jiġu rkuprati taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-VAT u jiġu mħallsa minn benefiċjarju ieħor minbarra persuna mhux taxxabbli kif definit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2006/112/KE.
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 4
4. L-Istat Membru għandu jinnomina awtorità jew korp pubbliku nazzjonali, funzjonalment indipendenti mill-awtorità maniġerjali u mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni, bħala awtorità tal-awditjar.
4. L-Istat Membru għandu jinnomina awtorità jew korp pubbliku nazzjonali, funzjonalment indipendenti mill-awtorità maniġerjali u mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni, bħala awtorità tal-awditjar. L-uffiċċju nazzjonali tal-awditjar jew il-Qorti tal-Awdituri nazzjonali jistgħu jiġu nnominati bħala awtorità tal-awditjar.
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 4 – punt e
(e) tfassal id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni u s-sommarju annwali msemmi fl-Artikolu 56 (5) (a) u (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(e) tfassal id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni u s-sommarju annwali msemmi fl-Artikolu 59(5)(a) u (b) tar-Regolament Finanzjarju.
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt 2
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt 8
8. iżżomm kont tal-ammonti rekuperabbli u tal-ammonti rtirati wara l-kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni kollha jew parti minnha għal operazzjoni. L-ammonti rkuprati għandhom jitħallsu lura lill-baġit ġenerali tal-Unjoni qabel l-għeluq tal-programm operattiv billi jitnaqqsu mid-dikjarazzjoni ta’ nfiq li jmiss.
8. iżżomm kont tal-ammonti rekuperabbli u tal-ammonti rtirati wara l-kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni kollha jew parti minnha għal operazzjoni. L-ammonti rkuprati għandhom jitħallsu lura lill-Fond qabel l-għeluq tal-programm operattiv billi jitnaqqsu mid-dikjarazzjoni ta’ nfiq li jmiss.
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 4
4. L-awtorità tal-awditjar għandha, fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni tal-programm operattiv, tħejji strateġija ta’ awditjar għall-prestazzjoni tal-awditjar. L-istrateġija ta’ awditjar għandha tistabbilixxi l-metodoloġija tal-awditjar, il-metodu ta’ kampjunar għall-awditjar fuq l-operazzjonijiet u l-ippjanar tal-awditjar fir-rigward tas-sena attwali ta’ kontabilità u għas-sentejn sussegwenti ta’ kontabilità. L-istrateġija tal-awditjar għandha tiġi aġġornata kull sena mill-2016 sa u inkluż l-2022. L-awtorità tal-awditjar għandha tissottometti l-istrateġija tal-awditjar lill-Kummissjoni meta mitluba.
4. L-awtorità tal-awditjar għandha, fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni tal-programm operattiv, tħejji strateġija ta’ awditjar għall-prestazzjoni tal-awditjar. L-istrateġija ta’ awditjar għandha tistabbilixxi l-metodoloġija tal-awditjar, il-metodu ta’ kampjunar għall-awditjar fuq l-operazzjonijiet u l-ippjanar tal-awditjar fir-rigward tas-sena attwali ta’ kontabilità u għas-sentejn sussegwenti ta’ kontabilità. L-istrateġija tal-awditjar għandha tiġi aġġornata kull sena mill-2016 sa u inkluż l-2022. L-awtorità tal-awditjar għandha tissottometti l-istrateġija tal-awditjar lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li titlob li l-awtorità tal-awditjar tintroduċi bidliet fl-istrateġija tal-awditjar tagħha li, fil-fehma tagħha, ikunu meħtieġa biex jiġi żgurat li l-awditjar jitwettaq kif suppost, skont l-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment. Meta tagħmel dan il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-awditjar tal-prestazzjoni jkun tqies biżżejjed.
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt a
(a) opinjoni ta’ awditjar skont l-Artikolu 56(5) tar-Regolament Finanzjarju;
(a) opinjoni ta’ awditjar skont l-Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju;
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni tista’ titlob lil Stat Membru biex jieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex jiżgura l-funzjonament effettiv tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tagħhom jew il-korrettezza tan-nefqa skont dan ir-Regolament.
3. 3. Il-Kummissjoni għandha titlob lill-Istati Membri jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa biex jiżguraw il-funzjonament effettiv tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tagħhom jew il-korrettezza tan-nefqa skont dan ir-Regolament.
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 1
L-impenji baġitarji tal-Unjoni fir-rigward ta’ kull programm operattiv għandhom isiru f’pagamenti annwali matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2014 u l-31 ta' Diċembru 2020. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta l-programm operattiv għandha tikkostitwixxi d-deċiżjoni finanzjarja skont l-Artikolu 81(2) tar-Regolament Finanzjarju u ladarba tiġi nnotifikata lill-Istat Membru kkonċernat, għandha tikkostitwixxi impenn legali skont dak ir-Regolament.
L-impenji baġitarji tal-Unjoni fir-rigward ta’ kull programm operattiv għandhom isiru f’pagamenti annwali matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2014 u l-31 ta' Diċembru 2020. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta l-programm operattiv għandha tikkostitwixxi d-deċiżjoni finanzjarja skont l-Artikolu 84(2) tar-Regolament Finanzjarju u ladarba tiġi nnotifikata lill-Istat Membru kkonċernat, għandha tikkostitwixxi impenn legali skont dak ir-Regolament.
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 1
1. Għal kull sena mill-2015 sa u inkluż l-2022, sal-15 ta' Frar tas-sena wara t-tmiem tal-perjodu ta’ kontabilità, il-korpi nnominati għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni d-dokumenti u l-informazzjoni li ġejjin skont l-Artikolu 56 tar-Regolament Finanzjarju: il-kontijiet annwali ċċertifikati tal-korpi relevanti akkreditati skont l-Artikolu 32;
1. Għal kull sena mill-2015 sa u inkluż l-2022, sal-15 ta' Frar tas-sena wara t-tmiem tal-perjodu ta’ kontabilità, il-korpi nnominati għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni d-dokumenti u l-informazzjoni li ġejjin skont l-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju:
(a) kif imsemmi fl-Artikolu 56(5) tar-Regolament Finanzjarju;
(a) il-kontijiet annwali ċċertifikati tal-korpi rilevanti akkreditati skont l-Artikolu 32, kif imsemmi fl-Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju;
(b) id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni kif imsemmi fl- Artikolu 56(5) tar-Regolament Finanzjarju;
(b) id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni kif imsemmi fl- Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju;
(c) rapport annwali tar-rapporti tal-awditjar finali u tal-kontrolli inkluż analiżi tan-natura u l-ammont ta żbalji u nuqqasijiet kif ukoll azzjonijiet korrettivi meħuda jew ippjanati;
(c) rapport annwali tar-rapporti tal-awditjar finali u tal-kontrolli inkluż analiżi tan-natura u l-ammont ta’ żbalji u nuqqasijiet kif ukoll azzjonijiet korrettivi meħuda jew ippjanati;
(d) opinjoni ta’ awditjar mill-korp indipendenti tal-awditjar maħtur kif imsemmi fl-Artikolu 56(5) tar-Regolament Finanzjarju, flimkien ma’ rapport ta’ kontroll li jistabbilixxi r-riżultati tal-awditjar mwettqa fir-rigward tas-sena ta’ kontabilità mill-opinjoni.
(d) opinjoni ta’ awditjar mill-korp indipendenti tal-awditjar maħtur kif imsemmi fl-Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju, flimkien ma’ rapport ta’ kontroll li jistabbilixxi r-riżultati tal-awditjar imwettqa fir-rigward tas-sena ta’ kontabilità mill-opinjoni.
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 1
1. L-awtorità maniġerjali għandha tiżgura li d-dokumenti kollha ta’ appoġġ dwar l-operazzjonijiet ikunu disponibbli għall-Kummissjoni u għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri meta mitluba għal perjodu ta’ tliet snin. Dan il-perjodu ta’ tliet snin għandu jibda mill-31 ta' Diċembru tas-sena tad-deċiżjoni dwar l-aċċettazzjoni tal-kontijiet mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 47 jew, l-aktar tard, mid-data tal-ħlas tal-bilanċ finali.
1. L-awtorità maniġerjali għandha tiżgura li d-dokumenti kollha ta’ appoġġ dwar l-operazzjonijiet ikunu disponibbli għall-Kummissjoni u għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri meta mitluba għal perjodu ta’ ħames snin. Dan il-perjodu ta’ ħames snin għandu jibda mid-data tal-ħlas tal-bilanċ finali.
Dan il-perjodu ta’ tliet snin għandu jiġi interrott jew f’każ ta’ proċedimenti legali jew amministrattivi jew minn talba ġġustifikata kif mistħoqq mill-Kummissjoni.
Dan il-perjodu ta’ ħames snin għandu jiġi interrott jew f’każ ta’ proċedimenti legali jew amministrattivi jew minn talba ġġustifikata kif mistħoqq mill-Kummissjoni.
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 60a (ġdid)
Artikolu 60a
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw, permezz ta’ dispożizzjonijiet tranżizzjonali, li l-attivitajiet eliġibbli għas-sostenn jistgħu jibdew mill-1 ta' Jannar 2014, anke jekk il-programmi operattivi jkunu għadhom ma ġewx ippreżentati.
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 61
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.