Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew (00110/2013 – C7-0166/2013 – 2013/0900(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew (00110/2013),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill Ewropew skont l-Artikolu 14(2)(2), tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (C7-0166/2013),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2013 dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew fil-prospettiva tal-elezzjonijiet tal-2014 u l-proposta tiegħu għal deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew annessa magħha,(1)
– wara li kkunsidra l-Artikoli 74f u 81(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0213/2013),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill Ewropew u lill-gvern u l-parlament tar-Repubblika tal-Kroazja, u, għal finijiet ta' informazzjoni, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.