Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Lulju 2013 dwar abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil ċerti Stati Membri jirratifikaw, jew jaċċedu għall-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għad-Danni Nukleari tal-21 ta' Mejju 1963, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, u biex jagħmlu dikjarazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli interni rilevanti tal-liġi tal-Unjoni (06206/2013 – C7-0063/2013 – 2012/0262(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06206/2013),
– wara li kkunsidra l-Protokoll tat-12 ta' Settembru 1997 li jemenda l-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għad-Danni Nukleari tal-21 ta' Mejju 1963 (06658/2013),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikoli 81(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0063/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0198/2013),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.