Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-2 ta' Lulju 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi (COM(2012)0381 – C7-0187/2012 – 2012/0185(COD))(1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 3
(3) Għandha tiġi introdotta l-possibbiltà li tiġi kkanċellata reġistrazzjoni ta’ vettura fil-każijiet fejn, fost oħrajn, vettura ġiet irreġistrata mill-ġdid fi Stat Membru ieħor jew ġiet żarmata jew skreppjata.
(3) Għandha tiġi introdotta l-possibbiltà li tiġi kkanċellata reġistrazzjoni ta’ vettura fl-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tagħha fil-każijiet fejn, fost oħrajn, vettura ġiet irreġistrata mill-ġdid fi Stat Membru ieħor jew ġiet żarmata jew skreppjata.
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 4
(4) Sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri, l-informazzjoni relatata mal-vetturi għandha tinżamm f'reġistri nazzjonali.
(4) Sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri, l-informazzjoni relatata mal-vetturi għandha tinżamm f'reġistri elettroniċi nazzjonali.
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 4a (ġdida)
(4a) Billi, sabiex jiġu ffaċilitati dawk il-kontrolli intenzjonati speċifikament biex jiġġieldu kontra l-qerq u l-kummerċ illeċitu ta’ vetturi misruqa u sabiex isir kontroll tal-validità taċ-ċertifikat tal-affidabilità stradali, huwa xieraq li tiġi stabbilita kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri, ibbażata fuq skambju effettiv ta' informazzjoni, billi jintużaw bażijiet ta’ dejta elettroniċi nazzjonali;
Emenda 4 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/37/KE Artikolu 2 – punti (e) u (f)
(e) ‘irtirar ta’ reġistrazzjoni': għandha tfisser perjodu limitat ta’ żmien li fih il-vettura ma tkunx awtorizzata biex tintuża fit-traffiku tat-triq, mingħajr ma jkun involut proċess ġdid ta’ reġistrazzjoni;
(e) ‘sospensjoni ta’ reġistrazzjoni': għandha tfisser att amministrattiv li bih, għal perjodu limitat ta’ żmien, il-vettura ma tkunx awtorizzata biex tintuża fit-traffiku tat-triq, u wara – kemm-il darba r-raġunijiet għas-sospensjoni ma jkunux għadhom japplikaw – tkun tista’ terġa’ tintuża mingħajr proċess ġdid ta’ reġistrazzjoni;
(f) ‘kanċellazzjoni ta’ reġistrazzjoni’: għandha tfisser kanċellazzjoni permanenti tal-awtorizzazzjoni tal-vettura biex tintuża fit-traffiku tat-triq filwaqt li jkun involut proċess ġdid ta' reġistrazzjoni."
(f) ‘kanċellazzjoni ta’ reġistrazzjoni’: għandha tfisser kanċellazzjoni permanenti mill-awtorità kompententi tal-awtorizzazzjoni tal-vettura biex tintuża fit-traffiku tat-triq,li – jekk il-vettura tkun se terġa’ tintuża fit-traffiku tat-triq – toħloq il-ħtieġa ta’ proċess ġdid ta' reġistrazzjoni.” Id-detentur taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni jista’ jressaq talba lill-awtorità kompetenti għall-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni. (Skont din l-emenda ‘irtirar’ għandha tiġi sostitwita minn ‘sospensjoni’ fit-test kollu kemm hu.)
Emenda 5 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 3 Direttiva 1999/37/KE Artikolu 3 – paragrafu 4
4. L-Istati Membri għandhom iżommu d-dejta dwar il-vetturi kollha rreġistrati fit-territorju tagħhom f’reġistru elettroniku. Id-dejta f'dan ir-reġistru għandu jkun fiha l-elementi kollha skont l-Anness I kif ukoll ir-riżultati ta' testijiet obbligatorji tal-affidabilità tad-dejta skont ir-Regolament XX/XX/XX [dwar it-testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali]. Huma għandhom jagħmlu disponibbli d-dejta teknika dwar il-vetturi lill-awtoritajiet kompetenti jew liċ-ċentri tal-ittestjar involuti fl-ittestjar tal-affidabilità stradali.
4. L-Istati Membri għandhom iżommu d-dejta dwar il-vetturi kollha rreġistrati fit-territorju tagħhom f’reġistru elettroniku. Id-dejta f'dan ir-reġistru għandu jkun fiha d-dejta speċifikata fil-punti II.4 sa II.7 tal-Anness I kif ukoll ir-riżultati ta' testijiet perjodiċi jew testijiet obbligatorji oħra tal-affidabilità tad-dejta skont ir-Regolament XX/XX/XX [dwar it-testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali]. Huma għandhom jagħmlu disponibbli d-dejta teknika dwar il-vetturi lill-awtoritajiet kompetenti jew liċ-ċentri tal-ittestjar involuti fl-ittestjar tal-affidabilità stradali.
Emenda 6 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 3 Direttiva 1999/37/KE Artikolu 3a – paragrafu 1 – subparagrafu 2
L-irtirar għandu jkun effettiv sakemm il-vettura tgħaddi minn test ġdid tal-affidabilità stradali. Mat-tlestija b’suċċess tat-test tal-affidabilità stradali, l-awtorità ta' reġistrazzjoni għandha tawtorizza mill-ġdid mingħajr dewmien l-użu tal-vettura fit-traffiku tat-triq.
L-irtirar għandu jkun effettiv sakemm il-vettura tgħaddi minn test ġdid tal-affidabilità stradali. Mat-tlestija b’suċċess tat-test tal-affidabilità stradali, l-awtorità ta' reġistrazzjoni għandha tawtorizza mill-ġdid mingħajr dewmien l-użu tal-vettura fit-traffiku tat-triq; ma għandu jkun meħtieġ l-ebda proċess ta’ reġistrazzjoni.
Emenda 7 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 3 Direttiva 1999/37/KE Artikolu 3a – paragrafu 2
2. Fil-każ li awtorità ta’ reġistrazzjoni ta’ Stat Membru tirċievi notifika li vettura ġiet ittratata bħala vettura fl-aħħar stadju ta’ ħajja skont id-Direttiva 2000/53/KE, ir-reġistrazzjoni għandha tiġi kkanċellata u din l-informazjoni għandha tiżdied mar-reġistru elettroniku.
2. Fil-każ li awtorità ta’ reġistrazzjoni ta’ Stat Membru tirċievi notifika li vettura ġiet ittratata bħala vettura li m’għadhiex tintuża skont id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw, ir-reġistrazzjoni għandha tiġi kkanċellata u din l-informazzjoni għandha tiżdied mar-reġistru elettroniku tagħha. Tali kanċellazzjoni ma għandhiex tinvolvi proċess ġdid ta’ reġistrazzjoni.
Emenda 8 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 4 Direttiva 1999/37/KE Artikolu 5
4. Il-paragrafu li ġej jiżdied mal-Artikolu 5:
5. Il-paragrafi li ġejjin jiżdiedu mal-Artikolu 5:
"3. Fil-każ li Stat Membru jirċievi notifika li l-vettura ġiet irreġistrata mill-ġdid fi Stat Membru ieħor, dak l-Istat Membru għandu jikkanċella r-reġistrazzjoni ta' din il-vettura fuq it-territorju tiegħu.
"3. Fejn jagħti l-każ li Stat Membru jirċievi notifika li vettura ġiet irreġistrata mill-ġdid fi Stat Membru ieħor, dak l-Istat Membru għandu jikkanċella r-reġistrazzjoni ta' dik il-vettura fuq it-territorju tiegħu.
3a. Fejn jagħti l-każ li vettura tiġi reġistrata mill-ġdid fi Stat Membru ieħor u l-prova tal-aħħar test tal-affidabilità stradali u d-data għat-test li jmiss tal-affidabilità stradali jkunu jidhru fuq iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni, l-Istat Membru li fih il-vettura hija rreġistrata mill-ġdid, meta jkun qed joħroġ iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni l-ġdid, għandu jirrikonoxxi l-validità taċ-ċertifikat tal-affidabilità stradali u, kemm-il darba ċ-ċertifikat ikun validu f’dawk li huma intervalli ta’ ttestjar applikati fl-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni mill-ġdid, għandu jinkludi dikjarazzjoni f’dak is-sens fuq iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni l-ġdid.
3b. Fejn jagħti l-każ li s-sjieda tal-vettura tinbidel u l-prova tal-aħħar test tal-affidabilità stradali u d-data għat-test li jmiss tal-affidabilità stradali jkunu jidhru fuq iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni, l-Istat Membru kkonċernat, meta jkun qed joħroġ iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni l-ġdid lis-sid il-ġdid, għandu jirrikonoxxi l-validità taċ-ċertifikat tal-affidabilità stradali u għandu jinkludi dikjarazzjoni f’dak is-sens fuq iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni l-ġdid.”
Emenda 9 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 5 Direttiva 1999/37/KE Artikolu 7 – paragrafu 2
2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6 għandha tingħata għal perjodu indeterminat ta’ żmien mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 6 hija mogħtijalill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
Emenda 10 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 6a (ġdid) Direttiva 1999/37/KE Artikolu 9
6a. L-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“L-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin fl-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva. Huma jistgħu jiskambjaw informazzjoni fuq livell bilaterali jew multilaterali b'mod partikolari sabiex jikkontrollaw, qabel kwalunkwe reġistrazzjoni ta' vettura, l-istatus ġuridiku ta' din tal-aħħar, meta jkun meħtieġ fl-Istat Membru fejn qabel kienet reġistrata. Tali kkontrollar jista’ b’mod partikolari jinvolvi l-użu ta’ netwerk elettroniku, fejn il-bażijiet ta' dejta elettroniċi nazzjonali jitqiegħdu għad-disponibilità tal-Istati Membri l-oħra.”
Emenda 11 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 6b (ġdid) Direttiva 1999/37/KE Anness I – Punt II.5
6b. Il-punt li ġej għandu jiżdied mal-punt II.5 tal-Anness I:
"(Y) prova (pereżempju timbru, data, firma) tal-affidabilità stradali u d-data għat-test li jmiss tal-affidabilità stradali (li għandu jiġi ripetut kemm ikun hemm bżonn).”