Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/0429(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0397/2012

Testi mressqa :

A7-0397/2012

Dibattiti :

PV 01/07/2013 - 18
CRE 01/07/2013 - 18

Votazzjonijiet :

PV 02/07/2013 - 9.11

Testi adottati :

P7_TA(2013)0298

Testi adottati
PDF 288kWORD 42k
It-Tlieta, 2 ta' Lulju 2013 - Strasburgu
Sustanzi ta' prijorità fil-qasam tal-politika dwar l-ilma ***I
P7_TA(2013)0298A7-0397/2012
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Lulju 2013 dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2000/60/KE u 2008/105/KE rigward sustanzi ta’ prijorità fil-qasam tal-politika dwar l-ilma (COM(2011)0876 – C7-0026/2012 – 2011/0429(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0876),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0026/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-30 ta’ Novembru 2012(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-17 ta' April 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0397/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 229, 31.7.2012, p. 116.
(2) ĠU C 17, 19.1.2013, p. 91.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta’ Lulju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2000/60/KE u 2008/105/KE rigward sustanzi prijoritarji fil-qasam tal-politika dwar l-ilma
P7_TC1-COD(2011)0429

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Direttiva 2013/39/UE.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza