Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 12 ta' Marzu 2013 - Strasburgu
Infrastruttura Trans Ewropea tal-Enerġija: Linji Gwida ***I
 Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropew (l-Ajruport ta' Vjenna)
 Ir-regoli tal-kontabilità u l-pjanijiet ta' azzjoni dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art ***I
 Mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta' serra u ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima ***I
 Soluzzjoni onlajn għat-tilwim tal-konsumaturi ***I
 Is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim tal-konsumaturi***I
 L-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”) *
 Sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ***I
 It-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom fiż-żona tal-euro ***I
 Dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro ***I
 Fondi Ewropej ta' Kapital ta' Riskju ***I
 Fond Ewropew għall-Intraprenditorija Soċjali ***I
 L-impatt tal-kriżi ekonomika fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa
 L-eliminazzjoni tal-istereotipi tas-sessi fl-UE
 Is-sitwazzjoni tan-nisa fl-Afrika ta' Fuq
 Preparazzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali dwar il-finanzjament talkooperazzjoni tal-UE mal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej għall-perjodu mill-2014 sal-2020 (il-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp)
 Nisfruttaw aħjar il-benefiċċji tal-miżuri ambjentali tal-UE: nibnu l-fiduċja permezz ta’ għarfien u rispons aħjar

Infrastruttura Trans Ewropea tal-Enerġija: Linji Gwida ***I
PDF 291kWORD 24k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE (COM(2011)0658 – C7-0371/2011 – 2011/0300(COD))
P7_TA(2013)0061A7-0036/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0658),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0371/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Frar 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-19 ta' Lulju 2012(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-5 ta’ Diċembru 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0036/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2013 bil-ħsieb li jiġi adottat ir-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009

P7_TC1-COD(2011)0300


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 347/2013.)

(1) ĠU C 143, 22.5.2012, p. 125.
(2) ĠU C 277, 13.9.2012, p. 137.


Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropew (l-Ajruport ta' Vjenna)
PDF 310kWORD 31k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar ir-Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropew rigward l-inkjesta tiegħu dwar l-ilment 2591/2010/GG kontra l-Kummissjoni Ewropea (l-Ajruport ta' Vjenna) (2012/2264(INI))
P7_TA(2013)0062A7-0022/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rapport speċjali indirizzat mill-Ombudsman Ewropew lill-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 228 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew 94/262/KEFA, KE, Euratom tad-9 ta' Marzu 1994 rigward ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(7) tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 205(2), l-ewwel sentenza, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A7-0022/2013),

A.  billi l-Artikolu 228 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jagħti s-setgħa lill-Ombudsman Ewropew li jirċievi lmenti minn kwalunkwe ċittadin tal-Unjoni rigward każijiet ta’ amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet jew tal-korpi tal-Unjoni;

B.  billi l-ilmenti li jitressqu miċ-ċittadini tal-UE jikkostitwixxu sors importanti ta' informazzjoni dwar il-possibbiltà ta' ksur tal-liġi tal-UE;

C.  billi, skont l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, “kull persuna għandha d-dritt li dak kollu li jirrigwardaha jiġi ttrattat b'mod imparzjali u ġust u fi żmien raġonevoli mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni’;

D.  billi la t-Trattati u lanqas l-Istatut tal-Ombudsman ma jagħtu definizzjoni ta' amministrazzjoni ħażina, u b'hekk iħallu dan il-kompitu f'idejn l-Ombudsman Ewropew, suġġett għall-awtorità interpretattiva tal-Qorti tal-Ġustizzja; billi, fl-ewwel Rapport Annwali tiegħu, l-Ombudsman introduċa lista mhux eżawrjenti ta' każijiet ta' kondotta li jistgħu jitqiesu bħala amministrazzjoni ħażina;

E.  billi, wara stedina sussegwenti mill-Parlament biex jagħti definizzjoni preċiża u ċara ta' amministrazzjoni ħażina, l-Ombudsman Ewropew iddikkjara fir-Rapport Annwali tiegħu għall-1997 li 'amministrazzjoni ħażina sseħħ meta korp pubbliku jonqos milli jaġixxi skont regola jew prinċipju li jorbtuh';

F.  billi din id-definizzjoni ġiet issupplimentata b'dikjarazzjoni li skontha, meta jiġi investigat jekk istituzzjoni jew korp tal-Komunità jkunux aġixxew skont ir-regoli u l-prinċipji li jorbtuhom, il-kompitu li jiġi l-ewwel u qabel kollox irid ikun li jiġi stabbilit jekk dawn ikunux aġġixxew skont il-liġi;

G.  billi l-Ombudsman jissorvelja wkoll l-applikazzjoni tal-kodiċijiet ta' mġiba amministrattiva tajba li l-istituzzjonijiet iffirmaw għalihom u li jesprimu l-prinċipji ġenerali tal-liġi amministrattiva, inklużi elementi tal-prinċipju ta' servizz, kif ukoll il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li hi applikabbli b'mod sħiħ għall-partijiet kollha tal-amministrazzjoni tal-UE stess;

H.  billi, wara li ressaq 18-il rapport speċjali f’16-il sena u nofs, l-Ombudsman s’issa aġixxa b’mod kooperattiv u responsabbli ħafna billi għamel użu minn tali rapporti lill-Parlament Ewropew bħala għodda politika finali biss u b’hekk wera l-ispirtu ġenerali tiegħu għal soluzzjonijiet konsenswali;

I.  billi dan ir-Rapport Speċjali jikkonċerna l-mod kif il-Kummissjoni ttrattat ilment imressaq lilha fl-2006 minn 27 inizjattiva ta’ ċittadini li qed jiġġieldu kontra dawk li huma jqisu konsegwenzi negattivi tal-espansjoni tal-Ajruport ta' Vienna;

J.  billi l-Artikolu 2 tad-Direttiva dwar il-VIA(2) jistabbilixxi li 'Stati Membri għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li [...] proġetti li aktarx ikollhom effetti sinifikattivi fuq l-ambjent [...] ikunu suġġetti għal ħtieġa ta' kunsens għall-iżvilupp u stima fir-rigward ta’ l-effetti tagħhom';

K.  billi l-Kummissjoni kkonkludiet li x-xogħlijiet għall-espansjon tal-ajruport twettqu mingħajr il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali (VIA) obbligatorju u indirizzat avviż ta’ tqegħid fil-mora lill-Awstrija fil-21 ta' Marzu 2007 talli ħalliet barra l-VIA; billi fir-risposta tagħha tas-7 ta' Mejju 2007 l-Awstrija ma setgħetx tikkonfuta l-fatt li l-miżuri ta' infrastruttura kkonċernati kienu wasslu u kienu għadhom qed iwasslu għal żieda sinifikanti fit-traffiku tal-ajru u l-fastidju minħabba t-traffiku tal-ajruplani fuq Vienna, jiġifieri li dawn il-miżuri kellhom effetti ambjentali sinifikanti;

L.  billi, fid-dawl tal-fatt li x-xogħlijiet jew kienu kompluti jew kienu waslu biex ikunu ffinalizzati, il-Kummissjoni ppreferiet – minflok tressaq lill-Awstrija quddiem il-QtĠ-UE – tipprova tilħaq ftehim mal-awtoritajiet Awstrijaċi li kemm jista' jkun jirrimedjaw dan in-nuqqas; billi l-Kummissjoni qablet mal-awtoritajiet Awstrijaċi li dawn tal-aħħar iwettqu VIA ex post biex jiġi determinat inter alia liema miżuri jkunu meħtieġa biex jitnaqqsu l-effetti tal-istorbju fuq il-popolazzjoni li tgħix viċin l-ajruport;

M.  billi l-Ombudsman aċċetta din l-għażla tal-Kummissjoni; billi l-ilmentatur ma kienx kuntent bil-mod kif twettqet il-VIA ex post, filwaqt li kkritika b'mod partikulari l-fatt li ma kellux aċċess għal rimedju ġudizzjarju kif previst mid-Direttiva dwar il-VIA u li l-awtorità responsabbli għall-VIA, il-Ministeru għat-Trasport tal-Awstrija, kienet l-istess awtorità li qabel kienet ikkonċediet il-permessi għax-xogħlijiet rilevanti u għaldaqstant sabet lilha nnifisha f'kunflitt ta' interess;

N.  billi, wara l-investigazzjoni tiegħu, l-Ombudsman kien tal-fehma li ma setax jikkonkludi li l-Kummissjoni kienet żgurat li l-VIA ex post kienet twettqet kif suppost; billi madankollu huwa għalaq il-każ, peress li qies li ma ma kienx hemm bżonn ta' azzjoni ulterjuri min-naħa tiegħu ġaladarba l-proċedura kienet għadha għaddejja u l-Kummissjoni kienet iddikjarat li kienet se tagħlaq il-każ ta' ksur tagħha biss meta tkun sodisfatta li l-awtoritajiet Awstrijaċi jkunu ħadu l-passi neċessarji;

O.  billi f'Novembru 2010 l-ilmentaturi rrikorrew mill-ġdid għand l-Ombudsman u nfetħet it-tieni inkjesta, li matulha l-Ombudsman wettaq spezzjoni tal-fajl tal-Kummissjoni. billi l-Ombudsman ikkunsidra li l-fajl ma kienx juri li r-rappreżentazzjonijiet li l-ilmentaturi kienu għamlu matul dak il-perjodu li fih l-VIA ex post kien qed jitwettaq kienu ġew diskussi mal-awtoritajiet Awstrijaċi, u lanqas li d-deċiżjoni tal-Ombudsman fl-ewwel ilment kienet wasslet għal xi korrispondenza ulterjuri apparti r-rapporti dwar il-VIA mill-Awstrija;

P.  billi din is-sitwazzjoni wasslet lill-Ombudsman għall-konklużjoni li l-Kummissjoni kienet naqset milli tikkunsidra r-riżultati tiegħu mill-ewwel inkjesta, b'mod partikolari li ma kenitx konsistenti fit-tweġibiet tagħha lill-Ombudsman rigward il-possibbiltà ta' rimedju ġuridiku kontra l-VIA ex post u li ma kenitx insistiet sabiex għat-twettiq tal-VIA tinħatar entità differenti mill-Ministeru għat-Trasport, li kien awtorizza x-xogħlijiet;

Q.  billi l-Ombudsman għamel abbozz ta' rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni, fejn iħeġġiġha 'tikkunsidra mill-ġdid l-approċċ tagħha fir-rigward ta' kif tittratta l-ilment ta' ksur imressaq mill-ilmentaturi dwar l-Ajruport ta' Vienna u tindirizza n-nuqqasijiet enfasizzati mill-Ombudsman' u fejn jindika li dan ifisser 'li l-azzjonijiet ulterjuri tal-Kummissjoni fil-proċedimenti ta' ksur għandhom jikkunsidraw l-obbligu tal-awtoritajiet nazzjonali biex ikun żgurat li (i) l-ilmentaturi għandhom aċċess għal proċedura ta' stħarriġ u (ii) jittieħdu passi fil-konfront tal-kunflitt ta' interess evidenti fl-applikazzjoni tad-Direttiva 85/337/KEE;

R.  billi, fit-tweġiba tagħha lill-Ombudsman dwar l-ewwel punt, il-Kummissjoni argumentat li kienet qajmet il-kwestjoni tar-rimedju legali mal-awtoritajiet Awstrijaċi iżda kienet aċċettat il-pożizzjoni tagħhom li dan kien joħloq problemi f’dik li hi l-liġi nazzjonali tal-proċedura ġudizzjarja, u rrimarkat li l-awtoritajiet Awstrijaċi kienu ntrabtu li jiżguraw li l-effetti kumulattivi tax-xogħlijiet preċedenti, dawk ivvalutati ex post biss, kienu se jiġu kkunsidrati għalkollox f'VIA tat-tielet runway ġdida li għaliha jkun possibbli li jsir stħarriġ ġudizzjarju sħiħ;

S.  billi l-argument tal-Kummissjoni rigward it-tieni allegazzjoni ta' amministrazzjoni ħażina kien li d-Direttiva dwar il-VIA ma kienet stabbiliet l-ebda dispożizzjoni rigward id-distribuzzjoni tal-kompetenzi fir-rigward tal-proċedura tal-VIA li għandha titwettaq fl-Istati Membri; billi, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarità, huwa kompletament f'idejn l-Istati Membri li, peress li huma responsabbli għall-organizzazzjoni tal-amministrazzjoni tagħhom stess, jiddeċiedu liema awtorità għandha tkun inkarigata mill-proċeduri skont id-Direttiva dwar il-VIA, u billi huwa prinċipju ġenerali tal-liġi amministrattiva fl-Istati Membri kollha li awtorità li tkun ħadet deċiżjoni illegali li kienet suġġetta għal appell amministrattiv jew deċiżjoni tal-qorti hi responsabbli li ssib rimedju għas-sitwazzjoni;

T.  billi, għaldaqstant, l-abbozz ta' rakkomandazzjoni ma kisibx suċċess u l-Ombidsman ikkunsidra li l-każ preżenti kien eżempju ta' sitwazzjoni fejn il-Kummissjoni, fir-rigward ta' ksur evidenti tal-liġi tal-UE, kienet naqset milli tieħu azzjoni ta' rimedju xierqa billi tiżgura li l-valutazzjoni tal-impatt ambjentali ex post tkun twettqet b'mod imparzjali u fejn ma segwietx kif xieraq il-parir tal-Ombudsman rigward l-aċċess għar-rimedju ġuridiku kontra din il-valutazzjoni;

U.  billi għaldaqstant l-Ombudsman kien tal-fehma li kien xieraq li jiġbed l-attenzjoni tal-Parlament rigward din il-kwestjoni;

V.  billi l-Kummissjoni adottat proposta għal rieżami tad-Direttiva dwar il-VIA fis-26 ta' Ottubru 2012; billi l-Kumitat għall-Affarijiet Legali tagħha fassal rapport fuq inizjattiva leġiżlattiva b'talba għal regolament ġenerali dwar proċedura amministrattiva għall-amministrazzjoni tal-UE stess;

Ir-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman

1.  Jilqa' r-Rapport Speċjali tal-Ombudsman, li jenfasizza l-kwistjonijiet importanti relatati ma’ problemi rigward l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-VIA u t-tmexxija tal-proċedimenti ta' ksur;

2.  Ifakkar li l-amministrazzjoni ħażina sseħħ meta korp pubbliku ma jaġixxix skont regola jew prinċipju li jorbtuh,

3.  Jinnota li l-allegata amministrazzjoni ħażina tikkonċerna l-mod kif il-Kummissjoni ttrattat il-proċedimenti ta’ ksur kontra l-Awstrija, speċjalment in-nuqqas tagħha li tiżgura kemm li l-awtorità li kienet ħarġet il-permessi għax-xogħlijiet mingħajr il-valutazzjoni tal-impatt meħtieġa ma tkunx responsabbli li twettaq il-VIA ex post u kemm li l-ilmentatur ikollu aċċess għal rimedju legali kontra din il-valutazzjoni;

4.  Jisħaq li dan ir-Rapport Speċjali ma jittrattax il-mistoqsija dwar jekk l-awtoritajiet Awstrijċi aġixxewx ħażin, iżda jindirizza l-mistoqsija dwar jekk il-Kummissjoni naqsitx mill-obbligi tagħha meta investigat u ħadet passi fuq ilment li rċeviet u fit-tweġiba tagħha għat-talbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman mill-ewwel investigazzjoni tiegħu dwar dan il-każ;

5.  Jikkondividi t-tħassib tal-Ombudsman dwar l-impatt potenzjalment negattiv tal-kunflitti ta' interess fit-twettiq tal-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali u jaqbel li għandhom jinstabu mezzi biex din il-kwestjoni tiġi indirizzata filwaqt li fl-istess ħin jifhem it-tħassib tal-Kummissjoni li kienent tmur lil hinn mill-kompetenzi tagħha li kieku kellha titlob lill-awtoritajiet Awstrijaċi jaħtru entità oħra biex tkun responsabbli għall-valutazzjoni ex post;

6.  Jagħti parir lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri joqogħdu attenti għal kunflitti potenzjali ta’ interess li jinsabu diġà fl-istat preżenti tal-liġi u biex jippreparaw għal bidliet eventwali fid-dritt tal-UE f'dan ir-rigward; jenfasizza r-rwol tal-Ombudsmen nazzjonali bħala medjaturi importanti biex jgħinu liċ-ċittadini jieħdu azzjoni kontra kunflitti potenzjali ta’ interess u każijiet ta' amministrazzjoni ħażina b'mod ġenerali fi ħdan l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri;

7.  Iqis, fir-rigward tat-tieni allegazzjoni tal-Ombudsman, li inklużjoni onesta, attiva u komprensiva tal-popolazzjoni lokali fl-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-VIA hija b'mod ġenerali essenzjali u għalhekk jemmen li għandhom jitwettqu proċeduri ta' medjazzjoni miftuħa u trasparenti aktar ta' spiss qabel ma jinbdew proġetti li jistgħu jħallu impatt kbir fuq l-ambjent lokali u s-saħħa tal-bniedem; f’dan il-kuntest, jirrikonoxxi l-medjazzjoni pubblika li saret qabel il-VIA fir-rigward tal-bini tat-tielet runway fl-ajruport ta’ Vjenna u li qieset ukoll l-impatt kumulattiv, pereżempju l-inkonvenjent tal-ħsejjes, ta' dawk l-estensjonijiet li jwasslu għall-każ ta' ksur inkwistjoni u li għalih hija disponibbli proċedura sħiħa ta' stħarriġ;

8.  Jaqbel mal-Ombudsman li ż-żamma u l-aġġornament ta' rekords ċari jagħmlu parti minn amministrazzjoni tajba peress li jippermettu, pereżempju, lill-Ombudsman Ewropew jivverifika li r-rakkomandazzjonijiet tiegħu jkunu ġew ikkunsidrati kif xieraq;

9.  Iqis li huwa wkoll rakkomandabbli, bħala element rilevanti ta’ prattika amministrattiva tajba, li tinżamm korrispondenza xierqa, ċara u konsistenti mal-ilmentaturi matul il-proċedimenti ta’ ksur u mal-Ombudman waqt l-investigazzjonijiet tiegħu;

10.  Jilqa' d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li bi ħsiebha ttejjeb il-prattika tagħha fir-rigward ta’ dawn iż-żewġ kwistjonijiet – rekords bil-miktub u korrispondenza dettaljata – sabiex tevita l-problemi ta' komunikazzjoni li ġew esperjenzati f'dan il-każ;

11.  Jenfasizza li la l-Kummissjoni u lanqas l-awtoritajiet Awstrijaċi ma kienu qed jiksru xi leġiżlazzjoni Ewropea eżistenti meta wettqu l-VIA ex post, li kienet ibbażata fuq proċedura sui generis innegożjata ad-hoc; jirrimarka, madankollu, li, peress li d-dritt tal-UE ma jipprovdi l-ebda bażi ġuridika għal tali proċedura, dan għandu jiġi kkunsidrat bħala eċċezzjonali u konsegwenza ta' nuqqas preċedenti ta' konformità mad-direttiva, li ma jistax jiġi rrimedjat;

12.  Jikkunsidra li, fin-negozjati tagħha mal-awtoritajiet Awstrijaċi, il-Kummissjoni setgħet għamlet sforzi akbar fir-rigward tad-disponibbiltà tal-istħarriġ ġudizzjarju, filwaqt li tiġi meqjusa t-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti (Artikolu 10a) fil-liġi Awstrijaka fl-2005, kif ukoll fir-rigward tal-kunflitt ta' interess fil-Ministeru Awstrijak responsabbli, fid-dawl tal-prinċipju globali fil-ġurisprudenza tal-UE li mhux it-test tal-liġi biss għandu tiġi mħares iżda li l-iskop u l-ispirtu tal-leġiżlazzjoni għandhom jiġu kkunsidrati wkoll;

Il-Każ tal-Ajruport ta' Vjenna, ir-rieżami tad-Direttiva dwar il-VIA u r-Regolament dwar amministrazzjoni tajba

13.  Jikkunsidra li ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-ftuħ tal-proċedura ta’ ksur tal-Kummissjoni u konsegwentement għall-ilment lill-Ombudsman Ewropew iqajmu mistoqsijiet serji fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 85/337/KEE minn Stat Membru f’dak iż-żmien, f'dan il-każ l-Awstrija; jilqa' l-fatt li r-reviżjoni tal-2009 tal-liġi federali Awstrijaka li timplimenta d-Direttiva dwar il-VIA ikkunsidrat kif xieraq, inter alia, is-sejbiet tal-proċedura ta’ ksur inkwistjoni u b’hekk ġabet il-leġiżlazzjoni Awstrijaka konformi mad-dritt tal-UE f’dan ir-rigward;

14.  Ifakkar li matul is-snin kien hemm għadd ta' każijiet fejn l-Istati Membri allegatament ippermettew li proġetti jiġu awtorizzati u jitwettqu mingħajr il-VIA meħtieġa li tressqu quddiem il-Kumitat għall-Petizzjonijiet tiegħu;

15.  Jemmen li, f'każijiet fejn il-proġetti jkollhom probabbiltà kbira li jiksru r-rekwiżiti bażiċi tad-Direttiva dwar il-VIA, il-pubbliku kkonċernat għandu jkollu strumenti ġuridiċi effettivi disponibbli biex ikun jista’ jfittex kjarifika immedjata mingħand l-awtorità tal-VIA responsabbli fir-rigward tal-konformità tal-proġetti mar-regoli tal-UE, sabiex tiġi pprevenuta ħsara ambjentali irriversibbli meta tali proġetti jiġu implimentati;

16.  Jinnota wkoll li l-idea ta' VIA ex post ma tidhirx fid-Direttiva attwali dwar il-VIA u li dan l-istrument ġie nnegozjat mill-Kummissjoni bil-ħsieb li tiġi ttrattata sitwazzjoni de facto, fejn il-permessi kienu diġà ngħataw u x-xogħlijiet kienu diġà twettqu;

17.  Jirrimarka li l-każ tal-Ajruport ta' Vjenna jenfasizza n-nuqqasijiet fid-Direttiva attwali dwar il-VIA, bħal pereżempju kif għandhom jiġu ttrattati proġetti li huma prattikament irriversibbli peress li jkunu diġà ġew implimentati, bil-possibbiltà li tkun diġà saret ħsara ambjentali, u l-problema ta' kunflitti ta' interess fi ħdan l-awtoritajiet responsabbli, kif allegat fil-każ preżenti;

18.  Jirreferi għar-Rapport Annwali 2011 tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tiegħu, li enfasizza l-bżonn li tiġi żgurata oġġettività u imparzjalità fir-rigward tal-VIA; ifakkar li l-Kummissjoni kienet mitluba tiżgura li d-Direttiva dwar il-VIA tiġi 'msaħħa billi jkunu provduti parametri aktar ċari fir-rigward tal-indipendenza tal-istudji peritali, il-limiti komuni tal-UE, perjodu massimu għall-proċess, inkluża konsultazzjani pubblika effettiva, ir-rekwiżit li d-deċiżjonijiet ikunu ġustifikati, il-valutazzjoni mandatorja ta’ alternattivi raġonevoli u mekkaniżmu għall-kontroll tal-kwalità';

19.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal reviżjoni tad-Direttiva tal-VIA bil-għan li din tiġi msaħħa; jesprimi l-impenn tiegħu li jagħmel sforz biex jinvolvi ruħu bis-sħiħ mal-Kummissjoni u l-Kunsill fil-proċedura sabiex jiġi żgurat li din id-direttiva importanti sservi l-iskopijiet tagħha b'mod dejjem aktar effiċjenti u oġġettiv(3);

20.  Jinnota li d-direttiva attwali ma fihiex rekwiżiti marbuta mal-oġġettività u l-imparzjalità tal-awtoritajiet responsabbli mill-awtorizzazzjoni u ma tistabbilixxix rekwiżiti ta' dan it-tip għall-korpi li jwettqu l-VIA; jinnota li ma fiha l-ebda dispożizzjoni la dwar kif wieħed għandu jipproċedi meta proġett ikun diġà ġie implimentat jew ikun kważi tlesta u lanqas dwar kif il-pubbliku kkonċernat jista', permezz ta' proċedura ċara u mhux burokratika, jottjeni kjarifika immedjata mill-awtorità tal-VIA responabbli dwar il-konformità mar-regoli tal-UE ta' tali proġetti, li għandhom probabbiltà kbira li jiksru d-dispożizzjonijiet bażiċi tad-Direttiva dwar il-VIA; iqis għalhekk li r-rieżami tad-Direttiva dwar il-VIA joffri opportunità tajba biex jiġu introdotti tali rekwiżiti u dispożizzjonijiet;

21.  Iqis li dan il-każ juri wkoll li, minbarra l-miżuri għat-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-VIA, hemm bżonn ta' proċeduri aktar ċari għall-proċedimenti ta' ksur, preferibbilment permezz tal-adozzjoni ta' regolament ġenerali dwar proċeduri amministrattivi għall-amministrazzjoni tal-UE, biex b'hekk tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-ilmentatur; iqis li tali regolament ikun mezz xieraq biex jiġu ċċarati l-obbligi tal-awtoritajiet meta jkunu qed jikkomunikaw mal-ilmentaturi f’każ ta' ksur jew ma’ korpi li jirrappreżentaw ċittadini Ewropej, bħalma huma l-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-Ombudsman, pereżempju permezz tal-introduzzjoni ta' obbligu li jwieġbu malajr kemm jista' jkun għar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman sabiex jiġu evitati interpretazzjonijiet żbaljati, bħal dawk li seħħew f'dan il-każ;

o
o   o

22.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew, lin-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen kif ukoll lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (85/337/KEE), kif emendata.
(3) COM (2012)0628.


Ir-regoli tal-kontabilità u l-pjanijiet ta' azzjoni dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art ***I
PDF 288kWORD 38k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli tal-kontabilità u l-pjani ta' azzjoni dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija (COM(2012)0093 – C7-0074/2012 – 2012/0042(COD))
P7_TA(2013)0063A7-0317/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0093),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 192(1) tat-Trattat FUE, skont liema artikolu l-Kummissjoni preżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0074/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-impenn megħti mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tal-21 ta' Diċembru 2012 li l-pożizzjoni tal-Parlament tiġi approvata, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0317/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2013 bil-ħsieb li tiġi adottata id-Deċiżjoni (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli tal-kontabilità dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija u dwar informazzjoni li tikkonċerna l-azzjonijiet relatati ma' dawk l-attivitajiet

P7_TC1-COD(2012)0042


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni 529/2013/UE.)

(1) ĠU C 351, 15.11.2012, p. 85.


Mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta' serra u ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima ***I
PDF 289kWORD 32k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni (COM(2011)0789 – C7-0433/2011 – 2011/0372(COD))
P7_TA(2013)0064A7-0191/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0789),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0433/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-19 ta’ Lulju 2012(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tal-21 ta' Diċembru 2012 li l-pożizzjoni tal-parlament tiġi approvata, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0191/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2013 bil-ħsieb li jiġi adottat ir-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE

P7_TC1-COD(2011)0372


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 525/2013.)

(1) ĠU C 181, 21.6.2012, p 169.
(2) ĠU C 277, 13.9.2012, p. 51.


Soluzzjoni onlajn għat-tilwim tal-konsumaturi ***I
PDF 291kWORD 27k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjoni online għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi) (COM(2011)0794 – C7-0453/2011– 2011/0374(COD))
P7_TA(2013)0065A7-0236/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0794),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0453/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni bir-raġunijiet ippreżentata fil-qafas tal-Protokol Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta'sussidjarajetà u proporzjonalità, mis-Senat tal-Pajjiżi l-Baxxi, li tgħid li l-abbozz ta'att leġiżlattiv mhux konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsillb'ittra tat-12 ta' Diċembru 2012 li l-pożizzjoni tal-Parlament tiġi approvata, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0236/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha sustanzjalment jew tibdilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2013 bil-ħsieb li jiġi adottat ir-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi)

P7_TC1-COD(2011)0374


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 524/2013.)

(1) ĠU C 181, 21.6.2012, p. 99.


Is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim tal-konsumaturi***I
PDF 288kWORD 27k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (COM(2011)0793 – C7-0454/2011 – 2011/0373(COD))
P7_TA(2013)0066A7-0280/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0793),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0454/2011),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mis-Senat tal-Pajjiżi l-Baxxi u mill-Bundesrat Ġermaniż, li jgħidu li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-28 ta’ Marzu 2012(1) ,

–  wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tat-12 ta' Diċembru 2012 li l-pożizzjoni tal-Parlament tiġi approvata, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0280/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2013 bil-ħsieb li tiġi adottata id-Direttiva 2013/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)

P7_TC1-COD(2011)0373


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni 2013/11/EU.)

(1) ĠU C 181, 21.6.2012, p. 93-98.


L-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”) *
PDF 664kWORD 67k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”) (COM(2012)0362 – C7-0285/2012 – 2012/0195(CNS))
P7_TA(2013)0067A7-0052/2013

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2012)0362),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 230 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0285/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0052/2013),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 5a (ġdida)
(5a)  Fid-dawl tal-importanza li jassumu l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej tal-Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea bħala entità ta' kollegament effikaċi għall-PTEE bħala grupp fid-djalogu tagħhom mal-Kummissjoni u mal-Istati Membri tal-Unjoni, tali assoċjazzjoni għandha tkun rikonoxxuta bħala attur tal-kooperazzjoni li l-fini tiegħu huwa dak li jsostni l-interessi komuni tal-PTEE li jagħmlu parti minnha.
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 6
(6)  Il-kontribut tas-soċjetà ċivili għall-iżvilupp tal-PTEE jista' jittejjeb permezz tat-tisħiħ tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-isferi kollha tal-kooperazzjoni.
(6)  Il-kontribut tas-soċjetà ċivili għall-iżvilupp tal-PTEE jista' jittejjeb permezz tat-tisħiħ tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u billi jingħataw aktar responsabilità fl-isferi kollha tal-kooperazzjoni.
Emenda 3
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 10
(10)  Il-PTEE jospitaw bijodiversità terrestri u marina wiesgħa. It-tibdil fil-klima jista' jaffettwa l-ambjent naturali tal-PTEE u jikkostitwixxi theddida li tipperikola l-iżvilupp sostenibbli. L-azzjonijiet fil-qasam tal-konservazzjoni tal-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistemi, it-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri, il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-promozzjoni ta' enerġija sostenibbli ser jikkontribwixxu għall-adattament u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima tal-PTEE.
(10)  Il-PTEE jospitaw bijodiversità terrestri u marina wiesgħa. It-tibdil fil-klima jista' jaffettwa l-ambjent naturali tal-PTEE u jikkostitwixxi theddida li tipperikola l-iżvilupp sostenibbli. L-azzjonijiet fil-qasam tal-konservazzjoni tal-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistemi, it-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri, il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-promozzjoni ta' enerġija sostenibbli ser jikkontribwixxu għall-adattament u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima tal-PTEE. Il-PTEE għandhom ukoll ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-programmi orizzontali tal-Unjoni, bħal pereżempju l-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE).
Emenda 4
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 12
(12)  Huwa importanti li l-PTEE jiġu appoġġjati fl-isforzi tagħhom li jsiru anqas dipendenti fuq il-fjuwils fossili, bil-għan li jnaqqsu l-vulnerabbiltà tagħhom għall-aċċess għal fjuwils u l-volatilità tal-prezzijiet, biex b'hekk l-ekonomija tagħhom issir aktar b'saħħitha u anqas vulnerabbli għal xokkijiet esterni.
(12)  Huwa importanti li l-PTEE jiġu appoġġjati fl-isforzi tagħhom li jsiru anqas dipendenti fuq il-fjuwils fossili, bil-għan li jnaqqsu l-vulnerabbiltà tagħhom għall-aċċess għal fjuwils u l-volatilità tal-prezzijiet, biex b'hekk l-ekonomija tagħhom issir aktar b'saħħitha u anqas vulnerabbli għal xokkijiet esterni, partikolarment f'termini ta' impjiegi.
Emenda 5
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 14
(14)  L-effett tal-fatt li l-PTEE jinsabu daqshekk imbiegħda jikkostitwixxi tfixkil għall-kompetittività tagħhom u għaldaqstant huwa importanti li tittejjeb l-aċċessibbiltà tal-PTEE.
(14)  L-effett tal-fatt li l-PTEE jinsabu daqshekk imbiegħda jikkostitwixxi sfida għall-iżvilupp ekonomiku tagħhom u għaldaqstant huwa importanti li tittejjeb l-aċċessibbiltà tal-PTEE.
Emenda 6
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 15
(15)  L-Unjoni u l-PTEE jirrikonoxxu l-importanza tal-edukazzjoni li twassal għall-iżvilupp sostenibbli tal-PTEE.
(15)  L-Unjoni u l-PTEE jirrikonoxxu l-importanza tal-edukazzjoni u tat-taħriġ professjonali li jwasslu għall-iżvilupp sostenibbli tal-PTEE.
Emenda 7
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 16a (ġdida)
(16a)  Għan kruċjali tal-kooperazzjoni għandu jkun it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, u d-drittijiet tax-xogħol u dawk tat-trade unions. It-trade unions u r-rappreżentanti oħrajn tal-ħaddiema għandhom jiżvolġu rwol importanti fil-proċess.
Emenda 8
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 17
(17)  L-inċidenza ta' mard li jittieħed fil-PTEE, bħad-deni dengue fil-Karibew u l-Paċifiku u Chikungunya fir-reġjun tal-Oċean Indjan, jista' jkollhom impatti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa u fuq l-ekonomija. Lili hinn mit-tnaqqis tal-produttività tal-popolazzjonijiet milquta, l-epidemiji fil-PTEE x'aktarx li jolqtu t-turiżmu b'mod negattiv ferm, meta dan huwa wieħed mill-pilastri tal-ekonomija tal-PTEE. Il-PTEE huma miftuħa għar-riskju tal-importazzjoni ta' mard li jittieħed minħabba fl-għadd kbir ta' turisti u ħaddiema migranti li jżuruhom. Min-naħa l-oħra, il-fluss kbir ta' persuni li jitilqu minn PTEE jista' tkun vettur ta' introduzzjoni ta' mard li jittieħed fl-Ewropa. Għaldaqstant, l-iżgurar ta' “turiżmu sikur” huwa fattur kruċjali għas-sostenibbiltà tal-ekonomiji tal-PTEE li jiddependu ħafna fuq it-turiżmu.
(17)  L-inċidenza ta' mard li jittieħed fil-PTEE, bħad-deni dengue fil-Karibew u l-Paċifiku u Chikungunya fir-reġjun tal-Oċean Indjan, jista' jkollhom impatti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa u fuq l-ekonomija. Lil hinn mit-tnaqqis tal-produttività tal-popolazzjonijiet milquta, l-epidemiji fil-PTEE x'aktarx li jolqtu t-turiżmu b'mod negattiv ferm, meta dan huwa wieħed mill-pilastri tal-ekonomija tal-PTEE. Il-PTEE huma miftuħa għar-riskju tal-importazzjoni ta' mard li jittieħed minħabba l-għadd kbir ta' turisti u ħaddiema migranti li jżuruhom. Aċċess faċli u regolari għall-mediċina okkupazzjonali jista' jnaqqas il-kobor tal-epidemiji. Min-naħa l-oħra, il-fluss kbir ta' persuni li jitilqu minn PTEE jista' jkun vettur ta' introduzzjoni ta' mard li jittieħed fl-Ewropa. Għaldaqstant, l-iżgurar ta' “turiżmu sikur” huwa fattur kruċjali għas-sostenibbiltà tal-ekonomiji tal-PTEE li jiddependu ħafna fuq it-turiżmu.
Emenda 9
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 18
(18)  L-assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha tqis u tikkontribwixxi għall-preżervazzjoni tad-diversità kulturali u tal-identità tal-PTEE.
(18)  L-assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha tqis u tikkontribwixxi għall-preżervazzjoni tad-diversità kulturali u tal-identità tal-PTEE. Għandha wkoll tagħti l-attenzjoni meħtieġa u tikkontribwixxi għall-protezzjoni u r-rispett tad-drittijiet tal-popolazzjonijiet indiġeni tal-PTEE.
Emenda 10
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 19
(19)  L-Unjoni tagħraf l-importanza li tiżviluppa sħubija aktar attiva mal-PTEE fir-rigward tal-governanza tajba u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-traffikar tal-bnedmin, it-terroriżmu u l-korruzzjoni.
(19)  L-Unjoni tagħraf l-importanza li tiżviluppa sħubija aktar attiva mal-PTEE fir-rigward tal-governanza ekonomika, soċjali u fiskali tajba u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-traffikar tal-bnedmin, it-terroriżmu u l-korruzzjoni.
Emenda 11
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 20
(20)  Il-kummerċ u l-kooperazzjoni relatata mal-kummerċ bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha tikkontribwixxi għall-għan ta' żvilupp sostenibbli fid-dimensjonijiet tal-iżvilupp ekonomiku, l-iżvilupp soċjali u l-ħarsien ambjentali.
(20)  Il-kummerċ u l-kooperazzjoni relatata mal-kummerċ bejn l-Unjoni u l-PTEE għandhom jikkontribwixxu sistematikament għall-għan ta' żvilupp sostenibbli fid-dimensjonijiet tal-iżvilupp ekonomiku, l-iżvilupp soċjali u l-ħarsien ambjentali.
Emenda 12
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 21
(21)  Tibdil globali, rifless fil-proċess kontinwu ta' liberalizzazzjoni ta' kummerċ, jimplika lill-Unjoni, bħala s-sieħba prinċipali tal-kummerċ, b'mod wiesgħa, kif ukoll lill-ġirien tal-AKP u lis-sieħba ekonomiċi l-oħra.
(21)  Tibdil globali, rifless fil-proċess kontinwu ta' liberalizzazzjoni ta' kummerċ, li huwa ftit wisq favorevoli għat-territorji gżejjer żgħar jobbliga lill-Unjoni, bħala s-sieħba kummerċjali prinċipali tal-PTEE, tikkunsidra aħjar l-interessi tal-PTEE fil-ftehimiet kummerċjali li tikkonkludi mal-istati ġirien tal-PTEE. Dan jimplika responsabilità kondiviża biex jiġu inklużi, sistematikament, klawsoli tar-rispett tal-istandards soċjali minimi f'kull sħubija jew ftehim kummerċjali negozjat.
Emenda 13
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 21a (ġdida)
(21a)  Billi l-politiki ta' awsterità kellhom effetti ta' ħsara fuq l-impjieg, hemm bżonn ta' kooperazzjoni bejn il-PTEE u l-Unjoni biex jinqatgħu minn dawn il-politiki u jmexxu 'l quddiem programmi ambizzjużi ta' investiment pubbliku, bħala l-uniku mod biex jiġu garantiti kundizzjonijiet ta' għajxien u ta' xogħol deċenti għall-maġġoranza tal-popolazzjoni kemm fil-PTEE kif ukoll fl-Unjoni.
Emenda 14
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 22
(22)  Il-PTEE huma ambjenti ta' gżejjer fraġli li jeħtieġu protezzjoni adegwata, inkluż rigward maniġġjar tal-iskart. Rigward skart radjoattiv, dan huwa previst fl-Artikolu 198 tat-Trattat Euratom u l-leġislazzjoni sekondarja relatata, minbarra fil-każ tal-Groenlandja, li għaliha t-Trattat Euratom ma japplikax. Għal skart ieħor, għandu jiġi speċifikat liema regoli tal-Unjoni għandhom japplikaw fejn jidħlu l-PTEE.
(22)  Il-PTEE huma ambjenti ta' gżejjer fraġli li jeħtieġu protezzjoni adegwata, inkluż rigward maniġġjar tal-iskart u tat-tniġġis radjoattiv. Rigward skart radjoattiv, dan huwa previst fl-Artikolu 198 tat-Trattat Euratom u l-leġislazzjoni sekondarja relatata, minbarra fil-każ tal-Groenlandja, li għaliha t-Trattat Euratom ma japplikax. Għal skart ieħor, għandu jiġi speċifikat liema regoli tal-Unjoni għandhom japplikaw fejn jidħlu l-PTEE. Rigward it-tniġġis radjoattiv, partikolarment dak marbut mal-esperimenti nukleari, għandu jiġi ppreċiżat liema regoli tal-Unjoni jistgħu jiġu applikati għall-PTEE, bil-għan li jitħarsu b'mod sostenibbli l-bijodiversità u l-popolazzjonijiet minn dawn il-forom ta' tniġġis.
Emenda 15
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 26
(26)  B'kunsiderazzjoni tal-għanijiet tal-integrazzjoni u l-iżvilupp tal-kummerċ globali fil-qasam tas-servizzi u l-istabbiliment, huwa neċessarju li jingħata appoġġ għall-iżvilupp ta' swieq tas-servizzi u possibbiltajiet ta' investiment billi jittejjeb l-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-PTEE u jsir investiment fis-suq tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, lill-PTEE l-Unjoni għandha toffrilhom l-aħjar trattament possibbli li jiġi offrut lil kwalunkwe sieħeb kummerċjali permezz ta' klawsoli komprensivi tal-aktar nazzjon favorit, filwaqt li tiżgura aktar possibbiltajiet flessibbli għar-relazzjonijiet kummerċjali lill-PTEE billi t-trattament offrut mill-PTEE lill-Unjoni jiġi limitat għal dak li ġie offrut lill-ekonomiji kummerċjali maġġuri.
(26)  B'kunsiderazzjoni tal-għanijiet tal-integrazzjoni u l-iżvilupp tal-kummerċ globali fil-qasam tas-servizzi u l-istabbiliment, huwa neċessarju li jingħata appoġġ għall-iżvilupp ta' swieq tas-servizzi u possibbiltajiet ta' investiment billi jittejjeb l-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-PTEE u jsir investiment fis-suq tal-Unjoni, u billi jiġi ffaċilitat l-aċċess tagħhom għall-kuntratti ta' appalti pubbliċi. F'dan ir-rigward, lill-PTEE l-Unjoni għandha toffrilhom l-aħjar trattament possibbli li jiġi offrut lil kwalunkwe sieħeb kummerċjali permezz ta' klawsoli komprensivi tal-aktar nazzjon favorit, filwaqt li tiżgura aktar possibbiltajiet flessibbli għar-relazzjonijiet kummerċjali lill-PTEE billi t-trattament offrut mill-PTEE lill-Unjoni jiġi limitat għal dak li ġie offrut lill-ekonomiji kummerċjali maġġuri.
Emenda 16
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 28
(28)  Il-miżuri sanitarji u fitosanitarji u l-ostakli tekniċi fuq il-kummerċ jistgħu jħallu impatt fuq il-kummerċ u hemm bżonn li jkun hemm kooperazzjoni dwarhom. Il-kummerċ u l-kooperazzjoni relatata mal-kummerċ għandhom jindirizzaw ukoll il-politiki tal-kompetizzjoni u d-drittijiet tal-proporjetà intellettwali, li jolqtu d-distribuzzjoni ekwa tal-gwadanji tal-kummerċ.
(28)  Il-miżuri sanitarji u fitosanitarji u l-ostakli tekniċi fuq il-kummerċ jistgħu jħallu impatt fuq il-kummerċ u fuq is-sitwazzjoni tal-impjiegi u hemm bżonn li jkun hemm kooperazzjoni dwarhom. Il-kummerċ u l-kooperazzjoni relatata mal-kummerċ għandhom jindirizzaw ukoll il-politiki tal-impjieg, speċjalment dawk li jikkonċernaw iż-żgħażagħ, il-politiki tal-kompetizzjoni u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, li jolqtu d-distribuzzjoni ekwa tal-gwadanji tal-kummerċ.
Emenda 17
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 29
(29)  Sabiex jiġi żgurat li l-PTEE jkunu jistgħu jipparteċipaw fis-suq intern tal-Unjoni fl-aħjar kundizzjonijiet bħala swieq reġjonali, subreġjonali u swieq internazzjonali, huwa importanti li l-kapaċità tal-PTEE f'diversi oqsma tiġi żviluppata. Dawn jinkludu l-iżvilupp tar-riżorsi umani u tal-ħiliet tagħhom, l-iżvilupp tal-impriżi żgħar u medji, id-diversifikazzjoni ta' setturi ekonomiċi u l-implimentazzjoni ta' qafas legali xieraq sabiex jinkiseb ambjent kummerċjali li jwassal għal aktar investiment.
(29)  Sabiex jiġi żgurat li l-PTEE jkunu jistgħu jipparteċipaw fis-suq intern tal-Unjoni fl-aħjar kundizzjonijiet bħala swieq reġjonali, subreġjonali u swieq internazzjonali, huwa importanti li l-kapaċità tal-PTEE f'diversi oqsma tiġi żviluppata. Dawn jinkludu l-iżvilupp tar-riżorsi umani u tal-ħiliet tagħhom billi: jiġi offrut taħriġ professjonali xieraq u kontinwu; jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tal-impriżi żgħar u medji; jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-istrumenti ta' mikrofinanzjament u self; id-diversifikazzjoni ta' setturi ekonomiċi; u l-implimentazzjoni ta' qafas legali xieraq sabiex jinkiseb ambjent kummerċjali li jwassal għal aktar investiment. Għal dan l-għan, it-tagħqid tal-fondi FEŻ u tal-programmi u l-istrumenti mdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni li għalihom huma eliġibbli l-PTEE tippermetti t-tisħiħ u r-razzjonalizzazzjoni tal-investimenti proposti.
Emenda 18
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 30a (ġdida)
(30a)  Il-PTEE jistgħu jiżvolġu rwol kruċjali fil-ġlieda kontra r-rifuġji fiskali. F'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jsir progress lejn trasparenza reali tas-settur finanzjarju għandha tiġi enfasizzata.
Emenda 19
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 33
(33)  Il-proċeduri rigward l-assistenza finanzjarja previsti fl-Artikoli 9 u 82 jiddelegaw ir-responsabbiltà ewlenija, b'mod partikolari, mill-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni tal-11-il FEŻ Il-kooperazzjoni ser titwettaq l-aktar f'konformità ma' regolamenti territorjali tal-PTEE u ser tirfed l-appoġġ għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-awditjar tal-operazzjonijiet programmati. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li l-PTEE jkunu eliġibbli għal għejun differenti ta' finanzjament previsti fl-Artikolu 76.
(33)  Il-proċeduri rigward l-assistenza finanzjarja previsti fl-Artikoli 9 u 82 jiddelegaw ir-responsabbiltà ewlenija, b'mod partikolari, mill-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni tal-11-il FEŻ. Il-kooperazzjoni ser titwettaq l-aktar f'konformità ma' regolamenti territorjali tal-PTEE u ser tirfed l-appoġġ għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-awditjar tal-operazzjonijiet programmati. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li l-PTEE jkunu eliġibbli għal għejun differenti ta' finanzjament previsti fl-Artikolu 76, u li l-Kummissjoni għandha d-dmir li taġevola l-aċċess tal-PTEE għall-programmi orizzontali permezz tal-ħolqien tal-“istrateġija PTEE” tagħha, hekk kif previst fl-Artikolu 88(2a).
Emenda 20
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 34
(34)  Sabiex jiġu adottati regoli dettaljati għat-tħejjija tad-dokumenti ta' pprogrammar, is-segwitu, l-awditjar, l-evalwazzjoni, l-analiżi u l-implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll għal rappurtar u korrezzjonijiet finanzjarji, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Parti IV ta' din id-Deċiżjoni. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi u t-tibdil fid-drawwiet leġiżlattivi, il-Kummissjoni wkoll għandha tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta atti li jemendaw l-Appendiċi tal-Anness VI, f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni tagħmel il-konsultazzjonijiet xierqa waqt il-fażi tax-xogħol ta' tħejjija, inkluż fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Kunsill.
(34)  Sabiex jiġu adottati regoli dettaljati għat-tħejjija tad-dokumenti ta' pprogrammar, is-segwitu, l-awditjar, l-evalwazzjoni, l-analiżi u l-implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll għal rappurtar u korrezzjonijiet finanzjarji, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Parti IV ta' din id-Deċiżjoni. Għall-finijiet tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet dwar l-għoti ta' kumulu ta' oriġini bejn PTEE u pajjiż li miegħu l-Unjoni kkonkludiet u qiegħda tapplika ftehim ta' kummerċ ħieles, derogi mis-sistema tal-esportaturi reġistrati kif ukoll derogi temporanji mid-dispożizzjonijiet tal-Anness VI, il-Kummissjoni għandha tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rigward l-Anness VI ta' din id-Deċiżjoni. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi u t-tibdil fil-leġiżlazzjoni doganali, il-Kummissjoni wkoll għandha tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta atti li jemendaw l-Appendiċi tal-Anness VI, f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Għall-finijiet tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar l-irtirar temporanju tat-trattament preferenzjali u rigward miżuri ta' sorveljanza preventiva previsti fl-Anness VII, kif ukoll rigward miżuri ta' salvagwardji provviżorji u definittivi previsti fl-Anness VIII, il-Kummissjoni għandha tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rigward l-Annessi VII u VIII ta' din id-Deċiżjoni, rispettivament. Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni tagħmel il-konsultazzjonijiet xierqa waqt il-fażi tax-xogħol ta' tħejjija, inkluż fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 21
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Sabiex ikunu jistgħu jitwettqu dawn l-objettivi, għandhom jitqiesu l-identità, is-sitwazzjoni ġeografika, politika, ekonomika u soċjali ta' kull PTEE.
Emenda 22
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b
(b) il-promozzjoni ta' tkabbir ekoloġiku;
(b) il-promozzjoni ta' tkabbir ekoloġiku u impjiegi ekoloġiċi fl-industriji kollha relatati mat-tkabbir kompatibbli mal-ambjent;
Emenda 23
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 6 – paragrafu 1
1.  Bil-għan tat-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejniethom, l-Unjoni u l-PTEE jagħmlu mill-aħjar biex jippromwovu l-assoċjazzjoni maċ-ċittadini tagħhom, partikolarment permezz tal-promozzjoni tal-iżvilupp tar-rabtiet u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet, il-komunità akkademika, is-soċjetà ċivili u n-negozji tal-PTEE fuq naħa waħda, u mal-interlokuturi tagħhom fi ħdan l-Unjoni fuq in-naħa l-oħra.
1.  Bil-għan tat-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejniethom, l-Unjoni u l-PTEE jagħmlu mill-aħjar biex jippromwovu l-assoċjazzjoni, u l-benefiċċji kondiviżi li jirriżultaw minnha, maċ-ċittadini tagħhom, partikolarment permezz tal-promozzjoni tal-iżvilupp tar-rabtiet u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet, il-komunità akkademika, is-soċjetà ċivili, is-sħab soċjali, u n-negozji tal-PTEE fuq naħa waħda, u mal-interlokuturi tagħhom fi ħdan l-Unjoni fuq in-naħa l-oħra. F'dan ir-rigward, l-Unjoni għandha tiżgura l-parteċipazzjoni effikaċi tal-PTEE fil-programmi ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni u speċjalment iċ-ċentri ta' informazzjoni “Europe Direct” sabiex javviċinaw l-Unjoni maċ-ċittadini tagħha li jgħixu fil-PTEE.
Emenda 24
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-Kummissjoni għandha tiggarantixxi li s-sħubijiet mal-PTEE jiġu promossi fl-ambitu tal-programmi u tal-istrumenti kollha tal-Unjoni mdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni msemmijin fl-Artikolu 88.
Emenda 25
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 7 – paragrafu 3
3.  L-assoċjazzjoni għandha l-għan li tappoġġja l-kooperazzjoni bejn il-PTEE u sħab oħrajn fl-oqsma tal-kooperazzjoni stabbilita fil-Partijiet Tnejn u Tlieta ta' din id-Deċiżjoni. F'dan ir-rigward, l-għan tal-assoċjazzjoni hija l-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn il-PTEE u r-reġjuni ultraperiferiċi, imsemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat, l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) ġirien tagħhom u Stati li mhumiex parti mill-AKP. Sabiex tikseb dan il-għan, l-Unjoni għandha ttejjeb il-koordinazzjoni u s-sinerġiji bejn il-programmi ta' kooperazzjoni appoġġjati minn strumenti finanzjarji differenti tal-UE.
3.  L-assoċjazzjoni għandha l-għan li tappoġġja l-kooperazzjoni bejn il-PTEE u sħab oħrajn fl-oqsma tal-kooperazzjoni stabbilita fil-Partijiet Tnejn u Tlieta ta' din id-Deċiżjoni. F'dan ir-rigward, l-għan tal-assoċjazzjoni hija l-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn il-PTEE u r-reġjuni ultraperiferiċi, imsemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat, l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) ġirien tagħhom u Stati li mhumiex parti mill-AKP. Sabiex tikseb dan il-għan, l-Unjoni għandha ttejjeb il-koordinazzjoni u s-sinerġiji bejn il-programmi ta' kooperazzjoni appoġġjati minn strumenti finanzjarji differenti tal-UE, inklużi l-programmi ta' kooperazzjoni territorjali fi ħdan il-politika ta' koeżjoni. Barra minn hekk, l-Unjoni għandha tinvolvi lill-PTEE fid-djalogu politiku mal-Istati ġirien tal-PTEE u tinfurmahom bl-aġenda kif ukoll bir-riżoluzzjonijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jappoġġjaw, barra minn hekk, kull talba mill-awtoritajiet tal-PTEE biex jipparteċipaw bħala osservaturi fis-sessjonijiet plenarji tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE, skont ir-regoli stess ta' proċedura tal-Assemblea.
Emenda 26
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 7 – paragrafu 4 – punt d
(d) il-parteċipazzjoni tal-PTEE fl-iżvilupp ta' swieq reġjonali fi ħdan il-kuntest ta' organizzazzjoni ta' integrazzjoni reġjonali;
(d) il-parteċipazzjoni tal-PTEE fl-iżvilupp tal-organizzazzjonijiet reġjonali jew tas-swieq reġjonali fi ħdan il-kuntest ta' organizzazzjoni ta' integrazzjoni reġjonali;
Emenda 27
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 9 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  Fejn xieraq, il-PTEE għandhom jorganizzaw djalgou u konsultazzjonijiet ma' awtoritajiet u korpi bħal:
2.  Fejn xieraq, il-PTEE għandhom jorganizzaw djalogu u konsultazzjonijiet ma' awtoritajiet, membri parlamentari u korpi bħal:
Emenda 28
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa) il-membri parlamentari eletti tal-PTEE fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni;
Emenda 29
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca) l-organizzazzjonijiet tal-PTEE, pereżempju l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej (OCTA);
Emenda 30
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) il-membri parlamentari eletti tal-PTEE fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni;
Emenda 31
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 12 – paragrafu 4a (ġdid)
(4a)  Id-djalogu għandu jippermetti lill-PTEE jsiru jafu dwar il-programmi orizzontali reġjonali differenti kif ukoll dwar il-proġetti tal-FEŻ reġjonali attwali sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw fihom.
Emenda 32
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a
(a)  Il-forum bejn il-PTEE u l-UE (il-forum PTEE-UE), għandu jiltaqa' kull sena biex ilaqqa' l-awtoritajiet tal-PTEE, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni. Il-membri tal-Parlament Ewropew, ir-rappreżentanti tal-BEI, u r-rappreżentanti tal-reġjuni ultraperiferiċi għandhom ikunu assoċjati mal-Forum PTEE-UE, fejn xieraq;
(a)  Il-forum bejn il-PTEE u l-UE (il-forum PTEE-UE), għandu jiltaqa' kull sena biex ilaqqa' l-awtoritajiet tal-PTEE, il-parlamentari eletti tal-PTEE, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni. Il-membri tal-Parlament Ewropew huma assoċjati miegħu. Ir-rappreżentanti tal-BEI, ir-rappreżentanti tal-reġjuni ultraperiferiċi, u l-Istati ġirien AKP u mhux AKP għandhom ikunu assoċjati mal-Forum PTEE-UE, fejn xieraq;
Emenda 33
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt b
(b) fuq bażi regolari, il-Kummissjoni, il-PTEE u l-Istati Membri li l-PTEE għandhom rabtiet magħhom għandu jkollhom konsultazzjonijiet trilaterali. Bħala regola dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jiġu organizzati erba' darbiet fis-sena fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba tal-PTEE u tal-Istat Membru li jkollu rabtiet miegħu.
(b) fuq bażi regolari, il-Kummissjoni, il-PTEE u l-Istati Membri li l-PTEE għandhom rabtiet magħhom għandu jkollhom konsultazzjonijiet trilaterali. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jiġu organizzati tal-anqas erba' darbiet fis-sena u meta jkun hemm bżonn fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba ta' PTEE wieħed jew aktar u tal-Istat Membru li jkollu rabtiet miegħu.
Emenda 34
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) l-għajnuna għall-SMEs impenjati f'attività ekonomika sostenibbli u li jivvalorizzaw ir-rikkezza ekosistemika tat-territorji, partikolarment fl-ambitu tar-riċerka, tal-agrikoltura, tal-artiġġjanat u tat-turiżmu;
Emenda 35
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 17 – punt b
(b) it-tlaqqigħ ta' attivitajiet ekonomiċi u soċjali bħas-sajd u l-akwakultura, it-turiżmu, it-trasporti marittimi mal-potenzjal ta' żoni kostali u tal-baħar f'termini ta' enerġija rinnovabbli, materja prima, filwaqt li jitqiesu l-impatti tat-tibdil fil-klima u l-attivitajiet tal-bniedem.
(b) it-tlaqqigħ ta' attivitajiet ekonomiċi u soċjali bħas-sajd u l-akwakultura, l-agrikoltura, it-turiżmu, it-trasporti marittimi u bl-ajru, l-industrija, l-attivitajiet minerarji u l-ippjanar tat-territorju, mal-potenzjal ta' żoni kostali u tal-baħar f'termini ta' enerġija rinnovabbli, materja prima, filwaqt li jitqiesu l-impatti tat-tibdil fil-klima u tat-tniġġis telluriku marbuta mal-attivitajiet tal-bniedem u tal-annimali.
Emenda 36
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt c
(c) bla ħsara għall-ftehimiet ta' sħubija bilaterali futuri dwar is-sajd bejn l-Unjoni u l-PTEE, l-Unjoni u l-PTEE għandhom ikollhom l-għan li jikkonsultaw b'mod regolari ma' xulxin dwar il-konservazzjoni u l-immaniġġjar tar-riżorsi ħajjin tal-baħar u li jiskambjaw informazzjoni dwar l-istat kurrenti tar-riżorsi fil-kuntest tal-okkażjonijiet relevanti tal-assoċjazzjoni previsti fl-Artikolu 13.
(c) bla ħsara għall-ftehimiet ta' sħubija futuri dwar is-sajd konklużi mill-Unjoni, l-Unjoni u l-PTEE għandhom ikollhom l-għan li jikkonsultaw b'mod regolari ma' xulxin dwar il-konservazzjoni u l-immaniġġjar tar-riżorsi ħajjin tal-baħar u li jiskambjaw informazzjoni dwar l-istat kurrenti tar-riżorsi fil-kuntest tal-okkażjonijiet relevanti tal-assoċjazzjoni previsti fl-Artikolu 13.
Emenda 37
Abbozz ta' deċiżjoni
Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt b
(b) djalogu u kooperazzjoni dwar il-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut fosthom miżuri fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux irregolat u kooperazzjoni effettiva mal-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar tal-ħut u wkoll fi ħdanhom. Id-djalogu u l-kooperazzjoni għandhom jinkludu skemi ta' kontroll u spezzjoni, inċentivi u obbligi għal immaniġġjar aktar effettiv tas-sajd u l-ambjenti kostali fit-tul.
(b) djalogu u kooperazzjoni dwar il-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut fosthom miżuri fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux irregolat u kooperazzjoni effettiva mal-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar tal-ħut u wkoll fi ħdanhom. Id-djalogu u l-kooperazzjoni għandhom jinkludu skemi ta' kontroll u spezzjoni, inċentivi u obbligi għal immaniġġjar aktar effettiv tas-sajd u l-ambjenti kostali fit-tul. Id-djalogu u l-kooperazzjoni għandhom jiġu akkumpanjati minn żieda, min-naħa tal-Kummissjoni, fl-isforzi intiżi għall-promozzjoni ta' mmaniġġjar sostenibbli tas-sajd, bl-appoġġ tas-sistemi ta' monitoraġġ u ta' sorveljanza lokali permezz ta' ftehimiet ta' sħubija mal-PTEE, li huma assoċjati mal-Unjoni.
Emenda 38
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 20 – paragrafu 2
2.  Fil-qasam tal-provvista tal-ilma u s-settur tas-sanità, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-aċċess f'żoni li mhumiex moqdija tajjeb fir-rigward tal-ilma għax-xorb u s-servizzi tas-sanità, li jikkontribwixxu direttament għall-iżvilupp ta' riżorsi umani permezz tat-titjib tal-istat tas-saħħa u taż-żieda fil-produttività.
2.  Fil-qasam tal-provvista tal-ilma u s-settur tas-sanità, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-aċċess f'żoni li mhumiex moqdija tajjeb fir-rigward tal-ilma għax-xorb u s-servizzi tas-sanità jew li huma partikolarment esposti għal diżastri naturali, li jikkontribwixxu direttament għall-iżvilupp ta' riżorsi umani permezz tat-titjib tal-istat tas-saħħa u taż-żieda fil-produttività.
Emenda 39
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 21
Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart tista' tikkonċerna l-promozzjoni tal-użu tal-aħjar prattika ambjentali fl-operazzjonijiet kollha relatati mal-immaniġġjar tal-iskart, fosthom it-tnaqqis tat-tniġġis, ir-riċiklaġġ għall-estrazzjoni ta' materja prima sekondarja u r-rimi tal-iskart.

Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart tista' tikkonċerna l-promozzjoni tal-użu tal-aħjar prattika ambjentali fl-operazzjonijiet kollha relatati mal-immaniġġjar tal-iskart ta' oriġini umana jew tal-annimali, fosthom it-tnaqqis tat-tniġġis, ir-riċiklaġġ għall-estrazzjoni ta' materja prima sekondarja u r-rimi tal-iskart.

Emenda 40
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt b
(b) it-trasport bit-triq, bil-ferrovija, bil-baħar jew b'passaġġi fuq l-ilma interni;
(b) il-modi tat-trasport kollettiv u l-modi l-oħra tat-trasport sostenibbli bit-triq, it-trasport bil-ferrovija, bil-baħar jew b'passaġġi fuq l-ilma interni;
Emenda 41
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 29
Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) għandha l-għan li tixpruna l-innovazzjoni, it-tkabbir ekonomiku u titjib fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini u n-negozji tal-PTEE, fosthom il-promozzjoni tal-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà. B'mod partikolari, il-kooperazzjoni għandu jkollha l-għan li ttejjeb il-kapaċità regolatorja tal-PTEE u tista' tappoġġja l-espansjoni ta' netwerks u servizzi tal-ICT permezz tal-miżuri li ġejjin:

Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) għandha l-għan li tixpruna l-innovazzjoni, it-tkabbir ekonomiku, il-kooperazzjoni, il-libertà tal-espressjoni, il-ħolqien ta' impjiegi ġodda u titjib fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini u n-negozji tal-PTEE, fosthom il-promozzjoni tal-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà. B'mod partikolari, il-kooperazzjoni għandu jkollha l-għan li ttejjeb il-kapaċità regolatorja tal-PTEE u tista' tappoġġja l-espansjoni ta' netwerks u servizzi tal-ICT permezz tal-miżuri li ġejjin:

(a) il-ħolqien ta' ambjent regolatorju prevedibbli li jżomm il-pass mal-iżviluppi teknoloġiċi, jistimula t-tkabbir u l-innovazzjoni u jrawwem il-kompetizzjoni u l-ħarsien tal-konsumatur;
(a) il-ħolqien ta' ambjent regolatorju prevedibbli li jżomm il-pass mal-iżviluppi teknoloġiċi, jistimula t-tkabbir u l-innovazzjoni u jrawwem il-kompetizzjoni u l-ħarsien tal-konsumatur;
(b) id-djalogu dwar id-diversi aspetti ta' politika rigward il-promozzjoni u l-monitoraġġ tas-soċjetà tal-informazzjoni;
(b) id-djalogu dwar id-diversi aspetti ta' politika rigward il-promozzjoni u l-monitoraġġ tas-soċjetà tal-informazzjoni;
(c) l-iskambju ta' informazzjoni dwar standards u kwistjonijiet ta' interoperabbiltà;
(c) l-iskambju ta' informazzjoni dwar standards u kwistjonijiet ta' interoperabbiltà;
(d) il-promozzjoni tal-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka tal-ICT u fil-qasam tal-infrastrutturi tar-riċerka bbażati fuq l-ICT;
(d) il-promozzjoni tal-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka tal-ICT u fil-qasam tal-infrastrutturi tar-riċerka bbażati fuq l-ICT;
(e) l-iżvilupp ta' servizzi u applikazzjonijiet fl-oqsma b'impatt kbir fuq is-soċjetà.
(e) l-iżvilupp ta' servizzi u applikazzjonijiet fl-oqsma b'impatt kbir fuq is-soċjetà, bħal pereżempju l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali.
Emenda 42
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 30 – parti introduttorja
Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerja u l-innovazzjoni tista' tkopri x-xjenza, it-teknoloġija, fosthom it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, bil-għan li jingħata kontribut għall-iżvilupp sostenibbli tal-PTEE u għall-promozzjoni tal-eċċellenza u l-kompetittività industrijali fil-PTEE. B'mod partikolari, il-koperazzjoni tista' tikkonċerna:

Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni tista' tkopri x-xjenza, l-edukazzjoni, it-teknoloġija, fosthom it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, bil-għan li jingħata kontribut għall-iżvilupp sostenibbli tal-PTEE u għall-promozzjoni tal-eċċellenza u l-kompetittività tal-impriżi u b'mod speċjali tal-SMEs fil-PTEE. B'mod partikolari, il-koperazzjoni tista' tikkonċerna:

Emenda 43
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 30 – punt b
(b) il-bini ta' politika u istituzzjonijiet fil-PTEE u azzjonijiet komuni fil-livell lokali, nazzjonali jew reġjonali, bil-għan li jiġu żviluppati x-xjenza, it-teknoloġija u l-attivitajiet innovazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom;
(b) il-bini ta' politika u istituzzjonijiet fil-PTEE u azzjonijiet komuni fil-livell lokali, nazzjonali jew reġjonali, bil-għan li jiġu żviluppati x-xjenza, l-edukazzjoni, it-teknoloġija u l-attivitajiet innovazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom;
Emenda 44
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 30 – punt d
(d) il-parteċipazzjoni ta' riċerkaturi individwali, korpi tar-riċerka u entitajiet legali mill-PTEE fil-qafas għall-koopearzzjoni relatat ma' programmi ta' riċerka u innovazzjoni fi ħdan l-Unjoni;
(d) il-parteċipazzjoni ta' riċerkaturi individwali, korpi tar-riċerka, SMEs u entitajiet ġuridiċi mill-PTEE fil-qafas għall-koopearzzjoni relatat ma' programmi tal-Unjoni ta' riċerka u innovazzjoni tal-kompetittività tal-impriżi u, partikolarment, tal-SMEs;
Emenda 45
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 30 – punt e
(e) it-taħriġ u l-mobbiltà internazzjonali ta' riċerkaturi tal-PTEE u skambji.
(e) it-taħriġ u l-mobbiltà internazzjonali ta' riċerkaturi u ta' studenti tal-PTEE u skambji ta' riċerkaturi u ta' studenti.
Emenda 46
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 31 – paragrafu 1
1.  L-Unjoni għandha tiżgura li l-persuni fiżiċi mill-PTEE, kif definiti fl-Artikolu 49, ikunu jistgħu jipparteċipaw f'inizjattivi tal-Unjoni li jikkonċernaw iż-żgħażagħ fuq l-istess bażi taċ-ċittadini tal-Istati Membri.
1.  L-Unjoni għandha tiżgura li l-persuni fiżiċi mill-PTEE, kif definiti fl-Artikolu 49, jipparteċipaw fl-inizjattivi u fil-programmi tal-Unjoni li jikkonċernaw iż-żgħażagħ fuq l-istess bażi taċ-ċittadini tal-Istati Membri.
Emenda 47
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 31 – paragrafu 2
2.  L-assoċjazzjoni għandha l-għan li ssaħħaħ ir-rabtiet bejn iż-żgħażagħ li jgħixu fil-PTEE u fl-Unjoni, fost l-oħrajn permezz tal-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim għaż-żgħażagħ tal-PTEE u bit-trawwim tal-komprensjoni reċiproka bejn iż-żgħażagħ.
2.  L-assoċjazzjoni għandha l-għan li ssaħħaħ ir-rabtiet bejn iż-żgħażagħ li jgħixu fil-PTEE u fl-Unjoni, fost l-oħrajn permezz tal-promozzjoni tat-taħriġ edukattiv u inizjali, professjonali jew kontinwu, skambji ta' tagħlim u l-mobbiltà għaż-żgħażagħ tal-PTEE u bit-trawwim tat-tagħlim interkulturali u tal-komprensjoni reċiproka bejn iż-żgħażagħ.
Emenda 48
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 31 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  L-Unjoni u l-PTEE għandhom jikkooperaw sabiex iż-żgħażagħ ikunu involuti b'mod attiv fis-suq tax-xogħol sabiex jiġi evitat il-qgħad fost iż-żgħażagħ.
Emenda 49
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 32 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) l-offerta ta' opportunitajiet ta' esperjenzi ta' xogħol biex l-istudenti jkunu jistgħu jiżviluppaw ħiliet utli għas-suq tax-xogħol;
Emenda 50
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 32 – paragrafu 1 – punt b
(b) l-appoġġ lill-PTEE fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta' politiki tal-edukazzjoni.
(b) l-appoġġ lill-PTEE fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta' politiki tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali formali u informali.
Emenda 51
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 32 – paragrafu 2
2.  L-Unjoni għandha tiżgura li l-persuni fiżiċi mill-PTEE, kif definiti fl-Artikolu 49, ikunu jistgħu jipparteċipaw f'inizjattivi tal-Unjoni li jikkonċernaw l-edukazzjoni fuq l-istess bażi taċ-ċittadini tal-Istati Membri.
2.  L-Unjoni għandha tiżgura li l-persuni fiżiċi mill-PTEE, kif definiti fl-Artikolu 49, jipparteċipaw f'inizjattivi tal-Unjoni li jikkonċernaw l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali u speċjalment fil-programm Erasmus għal Kulħadd.
Emenda 52
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 32 – paragrafu 3
3.  L-Unjoni għandha tiżgura li l-korpi u l-istituti tal-edukazzjoni mill-PTEE jkunu jistgħu jieħdu sehem f'inizjattivi ta' kooperazzjoni tal-Unjoni relatati mal-edukazzjoni abbażi tal-istess korpi u istituzzjonijiet tal-edukazzjoni tal-Istati Membri.
3.  L-Unjoni għandha tiżgura li l-korpi u l-istituti tal-edukazzjoni u tat-taħriġ professjonali mill-PTEE jkunu jistgħu jieħdu sehem f'inizjattivi ta' kooperazzjoni tal-Unjoni relatati mal-edukazzjoni u mat-taħriġ professjonali abbażi tal-istess korpi u istituti tal-edukazzjoni u tat-taħriġ professjonali tal-Istati Membri.
Emenda 53
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 33 – paragrafu 1
1.  L-Unjoni u l-PTEE għandu jkollhom djalogu fil-qasam tal-impiegi u l-politika soċjali li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-PTEE u l-promozzjoni ta' xogħol deċenti fil-PTEE u fir-reġjuni fejn jinsabu. Dan id-djalogu għandu jkollu l-għan ukoll li jappoġġja l-isforzi tal-awtoritajiet tal-PTEE għall-iżvilupp ta' politiki u leġiżlazzjoni f'dan il-qasam.
1.  L-Unjoni u l-PTEE għandu jkollhom djalogu fil-qasam tal-impjiegi u l-politika soċjali li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-PTEE u l-promozzjoni ta' xogħol deċenti u l-inklużjoni soċjali f'ekonomija ekoloġika fil-PTEE u fir-reġjuni fejn jinsabu. Dan id-djalogu għandu jkollu l-għan ukoll li jappoġġja l-isforzi tal-awtoritajiet tal-PTEE għall-iżvilupp ta' politiki u leġiżlazzjoni f'dan il-qasam.
Emenda 54
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 33 – paragrafu 2
2.  Fil-parti l-kbira tiegħu dan id-djalogu għandu jikkonsisti minn informazzjoni u l-aħjar prattiki relatati mal-politiki u l-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u l-politika soċjali li jkunu fl-interess reċiproku tal-Unjoni u tal-PTEE. F'dan ir-rigward, għandhom jiġu kkunsidrati oqsma bħall-iżvilupp tal-ħiliet, il-ħarsien soċjali, id-djalogu soċjali, l-opportunitajiet indaqs, in-nondiskriminazzjoni u l-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà, is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol u standards tax-xogħol.
2.  Fil-parti l-kbira tiegħu dan id-djalogu għandu jikkonsisti minn informazzjoni u l-aħjar prattiki relatati mal-politiki u l-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u l-politika soċjali li jkunu fl-interess reċiproku tal-Unjoni u tal-PTEE. Għandu jitħeġġeġ il-ħolqien tal-impjiegi speċjalment fi ħdan l-SMEs permezz tal-promozzjoni ta' standards soċjali ambizzjużi. Id-djalogu għandu jħeġġeġ il-miżuri innovattivi kollha li jipproteġu l-ambjent u s-saħħa tal-ħaddiema u taċ-ċittadini, maħsuba biex jippermettu l-ħolqien tal-impjiegi fl-oqsma kollha fejn il-PTEE jkollhom vantaġġ bħal pereżempju l-bijodiversità, ir-riżorsi minerali, it-teknoloġiji ġodda u l-oqsma marbuta mat-titjib tal-aċċessibilità. F'dan ir-rigward, għandhom jiġu kkunsidrati oqsma bħall-ippjanar bil-quddiem tal-impjiegi u bħall-iżvilupp tal-ħiliet, it-taħriġ ta' ħaddiema kkwalifikati sabiex jissodisfaw l-esiġenzi tas-suq tax-xogħol, il-ħarsien soċjali, id-djalogu soċjali, l-opportunitajiet indaqs, in-nondiskriminazzjoni u l-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà, is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol u standards tax-xogħol.
Emenda 55
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 33 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  L-Unjoni u l-PTEE għandhom jikkooperaw bil-għan li jiskambjaw l-aħjar prattiki rigward politiki attivi fil-qasam tas-suq tax-xogħol, l-istandards tax-xogħol u l-protezzjoni soċjali biex id-drittijiet tal-ħaddiema jitħarsu.
Emenda 56
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 33 – paragrafu 2b (ġdid)
2b.  L-Unjoni u l-PTEE għandhom jikkooperaw sabiex jagħtu bilanċ korrett bejn is-sigurtà u l-flessibilità fis-suq tax-xogħol permezz ta' implimentazzjoni komprensiva tal-prinċipji tal-flessigurtà, u biex tiġi ttrattata s-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol, billi jingħataw kemm kopertura adegwata tal-protezzjoni soċjali għal persuni f'perjodi ta' tranżizzjoni, jew b'kuntratti ta' impjieg temporanju jew part-time, kif ukoll aċċess għat-taħriġ, għall-opportunitajiet tal-iżvilupp tal-karriera u ta' xogħol full-time;
Emenda 57
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 33 – paragrafu 2d (ġdid)
2c.  Id-depopolazzjoni, inkluż l-“eżodu ta' mħuħ” u l-emigrazzjoni taż-żgħażagħ minħabba x-xogħol, huma sfida għal ħafna PTEE u għal din ir-raġuni l-Unjoni u l-PTEE għandhom jikkooperaw biex jipproteġu d-drittijiet tal-ħaddiema migranti fis-suq tax-xogħol.
Emenda 58
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 33a (ġdid)
Artikolu 33a

Moviment liberu tal-ħaddiema

1.  Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet li jirregolaw is-saħħa pubblika, is-sikurezza pubblika u l-ordni pubbliku, l-Istati Membri tal-Unjoni ma għandhomx jiddiskriminaw bi kwalunkwe mod kontra ħaddiema mill-PTEE fir-rigward tal-impjiegi, ir-rimunerazzjoni u l-kundizzjonijiet l-oħra ta' xogħol.
2.  L-awtoritajiet tal-PTEE għandhom jittrattaw lill-ħaddiema tal-Istati Membri b'mod li ma jkunx anqas favorevoli mit-trattament li jagħtu lill-ċittadini ta' pajjiż terz u ma għandhomx jiddiskriminaw bejn ċittadini tal-Istati Membri. Madankollu, sabiex jippromwovu l-impjiegi lokali, l-awtoritajiet tal-PTEE jistgħu jistabbilixxu regolamenti favur il-ħaddiema lokali tagħhom. F'dan il-każ, l-awtoritajiet tal-PTEE għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regolamenti li jadottaw sabiex hi tkun tista' tgħarraf lill-Istati Membri.
3.  Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-impjiegi fl-amministrazzjoni pubblika.
Emenda 59
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 33 ba (ġdid)
Artikolu 33 ba

Djalogu soċjali u żvilupp tad-demokrazija soċjali

Fil-qafas tal-assoċjazzjoni, il-promozzjoni tad-djalogu soċjali u tal-iżvilupp tad-demokrazija soċjali, tista' tiġi appoġġjata minn miżuri relatati b'mod speċjali ma':

– azzjonijiet li jfornu taħriġ għas-sħab soċjali,
– azzjonijiet li jippermettu l-komunikazzjoni u l-ħolqien tal-ispazji maħsuba għall-promozzjoni u l-iżvilupp tad-djalogu soċjali u d-demokrazija soċjali,
– azzjonijiet li jippermettu l-iskambju tal-aħjar prattiki soċjali fil-livell reġjonali u lokali.
Emenda 60
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 34 – punt a
(a) azzjonijiet li jsaħħu t-tħejjija u l-kapaċità ta' rispons kontra theddid transkonfinali fuq is-saħħa bħal mard li jittieħed li għandhom jiġu żviluppati fuq strutturi eżistenti u li għandhom jittrattaw ċirkostanzi mhux normali;
(a) azzjonijiet li jsaħħu t-tħejjija u l-kapaċità ta' rispons kontra theddid transkonfinali fuq is-saħħa bħal mard li jittieħed li għandhom jiġu żviluppati fuq strutturi eżistenti u fuq il-mediċina okkupazzjonali u li għandhom jittrattaw ċirkostanzi mhux normali;
Emenda 61
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 34 – punt aa (ġdid)
(aa) l-Unjoni u l-PTEE għandhom jorganizzaw skambji tal-aħjar prattika bl-għan li titjieb l-effikaċja fuq il-post tax-xogħol. Huwa importanti li jkun żgurat li l-ħaddiema kollha jkunu koperti mill-politiki ta' prevenzjoni u jibbenefikaw effettivament mir-rispett tad-dritt fundamentali tagħhom għas-saħħa;
Emenda 62
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 34 – punt b
(b) bini ta' kapaċità permezz tat-tisħiħ ta' netwerks ta' saħħa pubblika fil-livell reġjonali, il-faċilitazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni fost esperti u l-promozzjoni ta' taħriġ xieraq;
(b) bini ta' kapaċità permezz tat-tisħiħ ta' netwerks ta' saħħa pubblika fil-livell reġjonali, il-faċilitazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni fost esperti u l-promozzjoni ta' taħriġ xieraq u l-introduzzjoni tat-telemediċina;
Emenda 63
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 34a (ġdid)
Artikolu 34a

Saħħa u sikurezza fuq ix-xogħol

Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tas-saħħa u tas-sikurezza fuq ix-xogħol għandha timmira li ssaħħaħ il-kapaċitajiet tal-PTEE fil-prevenzjoni tal-mard u tal-inċidenti okkupazzjonali permezz ta' miżuri, fosthom:

– azzjonijiet li jippermettu t-twettiq ta' studji u l-iżvilupp ta' kompetenzi fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol rigward riskji speċifiċi għat-territorju kkonċernat,
– assistenza għall-modernizzazzjoni tar-regolamentazzjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol,
– appoġġ tal-azzjonijiet għall-promozzjoni tal-prevenzjoni tar-riskji okkupazzjonali.
Emenda 64
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 38 – titolu
Protezzjoni ta' siti ta' wirt kulturali u monumenti storiċi

Wirt kulturali u monumenti storiċi

Emenda 65
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 38 – parti introduttorja
Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-koopeazzjoni fil-qasam tas-siti ta' wirt kulturali u monumenti storiċi għandha l-għan li tippromwovi skambji ta' għarfien espert u tal-aħjar prattiki permezz ta:

Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tas-siti ta' wirt kulturali u monumenti storiċi għandha l-għan li tippromwovi skambji ta' għarfien espert u tal-aħjar prattiki kif ukoll il-valorizzazzjoni sostenibbli tas-siti permezz ta':

Emenda 66
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 38 – paragrafu 1a (ġdid)
Il-kooperazzjoni tista' wkoll timmira li ttejjeb l-għarfien, il-konservazzjoni u l-valorizzazzjoni tal-wirt kulturali materjali u immaterjali tal-PTEE.

Emenda 67
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 44a (ġdid)
Artikolu 44a

Negozjar ta' ftehimiet kummerċjali ma' pajjiżi terzi

Meta tinnegozja ftehim kummerċjali ma' pajjiż terz, l-Unjoni għandha timpenja ruħha li tipprovdi l-estensjoni tal-preferenzi tariffarji mogħtija lill-prodotti tal-Unjoni għall-prodotti li joriġinaw mill-PTEE.

Emenda 68
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 54 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Meta l-ftehimiet kummerċjali li attwalment qegħdin jiġu nnegozjati ma' pajjiżi terzi jkollhom ir-riskju li jipperikolaw setturi kummerċjali tradizzjonali li huma karatteristiċi tal-PTEE, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjonijiet preliminari tal-impatt tal-konsegwenzi potenzjali skont il-kriterji definiti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u min-Nazzjonijiet Uniti. Ladarba jitlestew, il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawn il-valutazzjonijiet preliminari tal-impatt lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-awtoritajiet governattivi u lokali tal-PTEE qabel il-konklużjoni tal-ftehimiet internazzjonali kkonċernati.
Emenda 69
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 57 – paragrafu 1 – punt b
(b) il-faċilitazzjoni tat-tneħħija ta' ostakli fuq il-kummerċ jew l-investiment fir-rigward ta' prodotti u servizzi ta' relevanza partikolari għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, bħall-enerġija rinnovabbli sostenibbli u prodotti u servizzi b'użu enerġetiku effiċjenti, fosthom permezz tal-aħjar teknoloġiji li huma disponibbli u permezz tal-promozzjoni ta' standards li jirrispondu għall-ħtiġijiet ambjentali u ekonomiċi u jimminimizzaw l-ostakli tekniċi fuq il-kummerċ;
(b) il-faċilitazzjoni tat-tneħħija ta' ostakli fuq il-kummerċ jew l-investiment fir-rigward ta' prodotti u servizzi ta' relevanza partikolari għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, bħall-enerġija rinnovabbli sostenibbli u prodotti u servizzi b'użu enerġetiku effiċjenti, fosthom permezz tal-aħjar teknoloġiji li huma disponibbli u permezz tal-promozzjoni ta' standards li jirrispondu għall-ħtiġijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jimminimizzaw l-ostakli tekniċi fuq il-kummerċ;
Emenda 70
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 57 – paragrafu 1 – punt c
(c) il-promozzjoni tal-kummerċ ta' prodotti li jikkontribwixxu għall-kundizzjonijiet soċjali u għal prattiki tajbin mil-lat ambjentali, fosthom prodotti li jkunu suġġetti għal skemi volontarji ta' assigurazzjoni tas-sostenibbiltà bħall-kummerċ ġust u etiku, ekotikketti, u skemi ta' ċertifikazzjoni għal prodotti naturali bbażati fuq riżorsi;
(c) il-promozzjoni tal-kummerċ ta' prodotti li jikkontribwixxu għall-kundizzjonijiet soċjali u għal prattiki tajbin mil-lat ambjentali, fosthom prodotti li jkunu suġġetti għal skemi volontarji ta' assigurazzjoni tas-sostenibbiltà bħall-kummerċ ġust u etiku, ekotikketti, tikketti soċjali u skemi ta' ċertifikazzjoni għal prodotti naturali bbażati fuq riżorsi;
Emenda 71
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 62
Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-politika tal-konsumatur, il-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumatur u l-kummerċ tista' tinkludi t-tħejjija ta' liġijiet u regolament fil-qasam tal-politika tal-konsumatur u tal-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumatur, bil-għan li jiġu evitati ostakli żejda fuq il-kummerċ.

Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-politika tal-konsumatur, il-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumatur u l-kummerċ tista' tinkludi l-possibilitajiet ta' rikonoxximent temporanju tar-regoli u l-proċeduri stabbiliti fil-PTEE u t-tħejjija ta' liġijiet u regolament fil-qasam tal-politika tal-konsumatur u tal-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumatur, bil-għan li jiġu evitati ostakli żejda fuq il-kummerċ.

Emenda 72
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 68 – punt a
(a) it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-PTEE biex jiddefinixxu u jimplimentaw il-politiki meħtieġa għall-iżvilupp tal-kummerċ tagħhom tal-prodotti u tas-servizzi;
(a) it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-PTEE biex jiddefinixxu u jimplimentaw il-politiki meħtieġa għall-iżvilupp tal-kummerċ tagħhom tal-prodotti u tas-servizzi speċjalment permezz tat-teknoloġiji l-ġodda tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;
Emenda 73
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 68 – punt b
(b) l-inkoraġġiment tal-isforzi tal-PTEE biex idaħħlu fis-seħħ l-oqfsa legali, regolatorji u istituzzjonali xierqa kif ukoll il-proċeduri amministrattivi meħtieġa;
(b) l-inkoraġġiment tal-isforzi tal-PTEE biex idaħħlu fis-seħħ l-oqfsa legali, regolatorji u istituzzjonali xierqa kif ukoll il-proċeduri amministrattivi meħtieġa, partikolarment biex jiffavorixxu t-titjib tal-istandards soċjali u joħolqu ambjent soċjali favorevoli għat-tkabbir;
Emenda 74
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 68 – punt d
(d) il-faċilitazzjoni tal-iżvilupp tas-swieq u tal-prodotti, fosthom it-titjib tal-kwalità tal-prodotti;
(d) il-faċilitazzjoni tal-iżvilupp u tad-diversifikazzjoni tas-swieq u tal-prodotti, fosthom it-titjib tal-kwalità tal-prodotti;
Emenda 75
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 68 – punt e
(e) jingħata kontribut għall-iżvilupp tar-riżorsi umani u tal-ħiliet professjonali rilevanti għall-kummerċ ta' prodotti u servizzi;
(e) jingħata kontribut għall-iżvilupp tar-riżorsi umani u tal-ħiliet professjonali billi jiġi offrut taħriġ xieraq rilevanti għall-kummerċ ta' prodotti u servizzi;
Emenda 76
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 68 – punt f
(f) it-titjib tal-kapaċità ta' intermedjarji finanzjarji li jipprovdu lill-impriżi tal-PTEE bis-servizzi relevanti għall-attivitajiet ta' esportazzjoni tagħhom, bħal intelligence tas-swieq;
(f) it-titjib tal-kapaċità ta' intermedjarji finanzjarji li jipprovdu lill-impriżi tal-PTEE bis-servizzi relevanti għall-attivitajiet ta' esportazzjoni tagħhom, bħal intelligence dwar is-swieq, permezz ta' użu aktar effikaċi tat-teknoloġiji l-ġodda;
Emenda 77
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 79 – paragrafu 2
2.  L-Unjoni għandha tappoġġja l-isforzi tal-PTEE fl-iżvilupp ta' dejta statistika affidabbli dwar dawn l-oqsma.
2.  L-Unjoni għandha tappoġġja l-isforzi tal-PTEE fl-iżvilupp ta' data statistika affidabbli dwar dawn l-oqsma. Għandha tappoġġja lill-PTEE fl-isforzi tagħhom biex itejbu l-komparabilità tal-indikaturi makroekonomiċi tagħhom, speċjalment permezz tal-kalkolu tal-paritajiet tal-kapaċità tal-akkwist.
Emenda 78
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 80 – paragrafu 2
2.  Fuq l-inizjattiva tal-PTEE, jistgħu jsiru studji jew miżuri ta' għajnuna teknika ffinanzjati fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet skedati fid-dokumenti ta' pprogrammar. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tiffinanzja dawn l-azzjonijiet jew permezz ta' għajnuna programmabbli jew minn pakkett allokat għal miżuri ta' kooperazzjoni teknika.
2.  Fuq l-inizjattiva tal-PTEE, jistgħu jsiru studji jew miżuri ta' għajnuna teknika ffinanzjati fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet skedati fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tiffinanzja dawn l-azzjonijiet jew permezz ta' għajnuna programmabbli jew minn pakkett allokat għal miżuri ta' kooperazzjoni teknika.
Emenda 79
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 80 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-Kummissjoni għandha torganizza tal-anqas darba fis-sena, preferibbilment b'rabta mal-Forum UE-PTEE, laqgħa teknika tal-uffiċjali awtorizzanti reġjonali u l-uffiċjali awtorizzanti b'delega bil-għan li jissaħħaħ id-djalogu tekniku istituzzjonali u jiġu semplifikati l-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-fondi;
Emenda 80
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 82 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li r-regoli ta' programmazzjoni jqisu r-riżorsi umani u amministrattivi limitati tal-PTEE u r-rabtiet istituzzjonali tagħhom mal-Istat Membru li miegħu huma marbuta.

Emenda 81
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 82 – paragrafu 5
5.  L-awtoritajiet tal-PTEE u l-Kummissjoni għandhom ikunu responsabbli b'mod konġunt mill-approvazzjoni tad-dokument ta' pprogrammar.
5.  L-awtoritajiet tal-PTEE u l-Kummissjoni għandhom ikunu responsabbli b'mod konġunt mill-approvazzjoni tad-dokument ta' pprogrammar. F'dan ir-rigward, id-dokument ta' pprogrammar għandu jkun s-suġġett ta' skambji ta' opinjonijiet bejn il-PTEE, l-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni. Waqt l-iskambji, għandhom ikunu organizzati laqgħat tekniċi bejn l-uffiċjali awtorizzanti reġjonali u r-rappreżentanti kollha tas-servizzi tal-Kummissjoni, u tal-uffiċċji u d-delegazzjonijiet ikkonċernati mill-programmazzjoni, jekk ikun possibbli bħala estensjoni tal-forum ta' djalogu PTEE-UE.
Emenda 82
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 83 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta r-riżorsi tal-11-il FEŻ tal-PTEE fi kwalunkwe wieħed mill-modi stabbiliti fir-regolament finanzjarju tal-11-il FEŻ u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni u fil-miżuri li jimplimentaw dik id-Deċiżjoni. Għal dan il-għan, hija għandha tikkonkludi ftehimiet ta' finanzjament mal-awtoritajiet relevanti tal-PTEE.
1.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta r-riżorsi tal-11-il FEŻ tal-PTEE fi kwalunkwe wieħed mill-modi stabbiliti fir-regolament finanzjarju tal-11-il FEŻ u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni u fil-miżuri li jimplimentaw dik id-Deċiżjoni. Għal dan il-għan, hija għandha tikkonkludi ftehimiet ta' finanzjament mal-awtoritajiet relevanti tal-PTEE u għandha torganizza laqgħat tekniċi mal-uffiċjali awtorizzanti reġjonali u r-rappreżentanti kollha tas-servizzi tal-Kummissjoni, u tal-uffiċċji u d-delegazzjonijiet involuti fl-implimentazzjoni tal-programmazzjoni, jekk ikun possibbli bħala estensjoni tal-forum ta' djalogu PTEE-UE.
Emenda 83
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 84 – paragrafu 8
8.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat bis-segwitu, l-evalwazzjoni u l-awdithar tad-Dokument ta' pprogrammar.
8.  Il-Kummissjoni għandha tinforma simultanjament lill-Kumitat u lill-Parlament Ewropew bis-segwitu, l-evalwazzjoni u l-awditjar tad-Dokument ta' pprogrammar.
Emenda 84
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 88 – paragrafu 2
2.  Il-PTEE għandu jkun eliġibbli wkoll għal appoġġ minn programmi tal-Unjoni għal kooperazzjoni ma' pajjiżi oħrajn, speċjalment il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, suġġett għar-regoli, għanijiet u arranġamenti ta' dawn il-programmi.
2.  Il-PTEE għandhom jibbenefikaw ukoll minn appoġġ minn programmi tal-Unjoni għal kooperazzjoni ma' pajjiżi oħrajn, suġġetti għar-regoli, għanijiet u arranġamenti ta' dawn il-programmi.
Emenda 85
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 88 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Bil-għan li tiġi żgurata parteċipazzjoni effettiva u effikaċi tal-PTEE fid-diversi programmi orizzontali tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi “strateġija PTEE” reali, billi toħloq f'kull Direttorat Ġenerali tagħha “uffiċjali tal-PTEE”. Dawn l-“uffiċjali tal-PTEE” għandhom jipparteċipaw fit-tfassil tal-programmi ta' ħidma annwali għal kull programm, b'mod partikolari permezz ta' konsultazzjonijiet interservizzi, biex jiżguraw li l-bżonnijiet u l-ispeċifiċitajiet tal-PTEE jkunu meqjusa kif xieraq. Barra minn dan, il-Kummissjoni għandha tinnotifika mill-iktar fis possibbli lill-PTEE bil-pubblikazzjoni tas-sejħiet għal proposti fl-ambitu tad-diversi programmi orizzontali.
Emenda 86
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 89 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati li jikkumplimentaw ir-regoli f'din id-Deċiżjoni fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ tagħha, u li temenda l-Appendiċi tal-Anness VI għall-fini li tikkunsidra l-iżvilupp teknoloġiku u t-tibdil fil-leġiżlazzjoni doganali, f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 90.
1.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati li jikkumplimentaw ir-regoli f'din id-Deċiżjoni fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tagħha, u li temenda l-Appendiċi tal-Anness VI għall-fini li tikkunsidra l-iżvilupp teknoloġiku u t-tibdil fil-leġiżlazzjoni doganali, f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 90.
Emenda 87
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 90 – paragrafu 3
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 89 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 89 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.
Ladarba l-Kunsill jkun beda proċedura interna sabiex jiddeċiedi jekk id-delega tas-setgħa għandhiex tiġi rrevokata jew le, hu għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma jieħu d-deċiżjoni finali, billi jindika s-setgħat delegati li jistgħu jiġu rrevokati, kif ukoll ir-raġunijiet għal din ir-revoka.

Emenda 88
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 90 – paragrafu 4
4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Kunsill b'dan.
4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan.
Emenda 89
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 90 – paragrafu 5 – subparagrafu 1a (ġdid)
Jekk ikun biħsiebu jqajjem xi oġġezzjonijiet, il-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament Ewropew fi żmien raġonevoli qabel ma jieħu d-deċiżjoni finali, billi jindika l-att delegat li biħsiebu joġġezzjona għalih kif ukoll ir-raġunijiet possibbli tal-oġġezzjoni tiegħu.

Emenda 90
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 90a (ġdid)
Artikolu 90a

Proċedura ta' urġenza

1.  L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni b'konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza.
2.  Il-Kunsill jista' joġġezzjona għal att delegat b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 90(5). F'tali każ, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att bla dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Kunsill.
Emenda 91
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 91 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi skont it-Trattat, għandu jiddeċiedi dwar kwalunkwe aġġustament meħtieġ għal din id-Deċiżjoni meta:

Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi skont it-Trattat, għandu jiddeċiedi, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, dwar kwalunkwe aġġustament meħtieġ għal din id-Deċiżjoni meta:

Emenda 92
Proposta għal deċiżjoni
Anness I
LISTA TA' PTEE IŻOLATI

LISTA TA' PTEE IŻOLATI

–  Il-Gżejjer Falkland
–  Il-Gżejjer Falkland
–  Sant'Elena, Ascension, Tristan da Cunha
–  Sant'Elena, Ascension, Tristan da Cunha
–  St Pierre u Miquelon
–  St Pierre u Miquelon
  Wallis u Futuna
Emenda 93
Proposta għal deċiżjoni
ANNESS II – Artikolu 1 – paragrafu 1
1.  Għall-finijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, għall-perjodu ta' seba' snin mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020, l-ammont globali ta' assistenza finanzjarja tal-UE [EUR 343.4 miljun] taħt il-11-il FEŻ stabbilit bil-Ftehim Intern li jistabbilixxi l-11-il FEŻ għandu jiġi allokat kif ġej:
1.  Għall-finijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, għall-perjodu ta' seba' snin mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020, l-ammont globali ta' assistenza finanzjarja tal-UE [EUR 360.57 miljun] taħt il-11-il FEŻ stabbilit bil-Ftehim Intern li jistabbilixxi l-11-il FEŻ għandu jiġi allokat kif ġej:
(a)   EUR [330.4 miljun] fil-forma ta' għotjiet għal appoġġ programmabbli għal żvilupp fit-tul, għajnuna umanitarja, għajnuna ta' emerġenza, għajnuna lir-refuġjati u appoġġ addizzjonali fil-każ ta' fluttwazzjonijiet fil-qligħ mill-esportazzjoni kif ukoll għal appoġġ għal kooperazzjoni u integrazzjoni reġjonali;
(a)   EUR [345.57 miljun] fil-forma ta' għotjiet għal appoġġ programmabbli għal żvilupp fit-tul, għajnuna umanitarja, għajnuna ta' emerġenza, għajnuna lir-refuġjati u appoġġ addizzjonali fil-każ ta' fluttwazzjonijiet fil-qligħ mill-esportazzjoni kif ukoll għal appoġġ għal kooperazzjoni u integrazzjoni reġjonali;
(b)  EUR [5 miljuni] għall-finanzjament tas-sussidji tal-imgħax u l-assistenza teknika fil-kuntest tal-Faċilità ta' Investiment tal-PTEE imsemmija fl-Anness IV;
(b)  EUR [5 miljun] għall-finanzjament tas-sussidji tal-imgħax u l-assistenza teknika fil-kuntest tal-Faċilità ta' Investiment tal-PTEE imsemmija fl-Anness IV;
(c)   EUR [8 miljuni] għal studji jew assistenza teknika skont l-Artikolu 79 ta' din id-Deċiżjoni, u evalwazzjoni globali tad-Deċiżjoni li trid issir sa mhux aktar tard minn erba' snin qabel ma tiskadi.
(c)   EUR [10 miljun] għal studji jew assistenza teknika skont l-Artikolu 79 ta' din id-Deċiżjoni, u evalwazzjoni globali tad-Deċiżjoni li trid issir sa mhux aktar tard minn erba' snin qabel ma tiskadi.
Emenda 94
Proposta għal deċiżjoni
ANNESS II – Artikolu 3 – parti introduttorja
L-ammont ta' EUR [330.4] miljun msemmi fl-Artikolu 1(1)(a) għandu jkun allokat fuq il-bażi tal-ħtiġijiet u l-prestazzjoni tal-PTEE skont il-kriterji li ġejjin:

L-ammont ta' EUR [345.57] miljun msemmi fl-Artikolu 1(1)(a) għandu jkun allokat fuq il-bażi tal-ħtiġijiet u l-prestazzjoni tal-PTEE skont il-kriterji li ġejjin:

Emenda 95
Proposta għal deċiżjoni
ANNESS II – Artikolu 3 – paragrafu 2
2.  EUR [105 miljuni] għandhom jiġu allokati għall-appoġġ tal-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 7 ta' din id-Deċiżjoni, partikolarment dwar il-prijoritajiet u oqsma ta' interessi reċiproċi msemmija fl-Artikolu 5 u permezz ta' konsultazzjoni permezz ta' okkorrenzi ta' sħubija bejn l-UE u l-PTEE imsemmija fl-Artikolu 13. Din għandha tipprova tikseb koordinazzjoni ma' strumenti finanzjarji oħrajn tal-Unjoni, kooperazzjoni bejn il-PTEE u r-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat.
2.  EUR [120.17 miljun] għandhom jiġu allokati għall-appoġġ tal-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 7 ta' din id-Deċiżjoni, partikolarment dwar il-prijoritajiet u oqsma ta' interessi reċiproċi msemmija fl-Artikolu 5 u permezz ta' konsultazzjoni permezz ta' okkorrenzi ta' sħubija bejn l-UE u l-PTEE imsemmija fl-Artikolu 13. Din għandha tipprova tikseb koordinazzjoni ma' strumenti finanzjarji oħrajn tal-Unjoni, kooperazzjoni bejn il-PTEE u r-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat.
Emenda 96
Proposta għal deċiżjoni
ANNESS VI – Artikolu 3 – paragrafu 1 - punt g
(g) prodotti tal-akkwakultura, fejn il-ħut, il-krustaċji u l-molluski jitwieldu u jitrabbew hemmhekk;
(g) prodotti tal-akkwakultura, fejn il-ħut, il-krustaċji u l-molluski jitrabbew hemmhekk;
Emenda 97
Proposta għal deċiżjoni
Anness VI – Artikolu 10 – paragrafu 6
6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta miżura li tagħti l-kumulu msemmi fil-paragrafu 1 permezz tal-atti implimentattivi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 64(2).
6.  Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 90 dwar miżura li tagħti l-kumulu msemmi fil-paragrafu 1.
Emenda 98
Proposta għal deċiżjoni
ANNESS VI – Artikolu 16 – paragrafu 6a (ġdid)
6a.  Id-derogi għandhom jingħataw lill-PTEE fir-rigward tal-prodotti tas-sajd fi ħdan il-limitu ta' kwota annwali ta' 2 500 tunnellata għall-prodotti tas-sajd li jidħlu fil-kodiċijiet NM 030471, 030483, 030532, 030562, 030614, 0307299010 u 160510.
L-applikazzjonijiet għal tali deroga għandhom jitressqu minn PTEE jew Stat Membru, skont il-kwota msemmija hawn fuq, lill-Kumitat li għandu jagħti d-derogi b'mod awtomatiku u japplikahom permezz ta' deċiżjoni.

Emenda 99
Proposta għal deċiżjoni
Anness VI – Artikolu 16 – paragrafu 8
8.  Il-Kummissjoni tadotta miżura li tagħti d-deroga temporanja msemmija fil-paragrafu 1 permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 64(2).
8.  Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 90 dwar miżura li tagħti d-deroga temporanja msemmija fil-paragrafu 1.
Emenda 100
Proposta għal deċiżjoni
Anness VI – Artikolu 63 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni tadotta miżura li tagħti d-deroga temporanja msemmija fil-paragrafu 1 permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 64(2).
3.  Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 90 dwar miżura li tagħti d-deroga temporanja msemmija fil-paragrafu 1.
Emenda 101
Proposta għal deċiżjoni
Anness VI – Artikolu 64
Proċeduri tal-Kumitat

imħassar
1.  Il-Kummissjoni tkun assistita mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, stabbilit bl-Artikolu 247a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Emenda 102
Proposta għal deċiżjoni
Anness VII – Artikolu 2 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni tista' tissospendi temporanjament l-arranġamenti preferenzjali previsti f'din id-Deċiżjoni, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta' ċerti prodotti li joriġinaw f'pajjiż benefiċjarju, fejn tikkunsidra li jkun hemm biżżejjed evidenza biex ikun iġġustifikat irtirar temporanju għar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 1 ta' dan l-Anness, sakemm l-ewwel tkun:
1.  Il-Kummissjoni tista' tissospendi temporanjament l-arranġamenti preferenzjali previsti f'din id-Deċiżjoni, permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 90, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta' ċerti prodotti li joriġinaw f'pajjiż benefiċjarju, fejn tikkunsidra li jkun hemm biżżejjed evidenza biex ikun iġġustifikat irtirar temporanju għar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 1 ta' dan l-Anness, sakemm l-ewwel tkun:
(a) ikkonsultat mal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 10 tal-Aness VIII b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 3 paragrafu 2;
(b) appellat lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri ta' prekawzjoni kif inhu meħtieġ, biex jiġu ssalvagwardati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u/jew tiġi żgurata konformità mill-pajjiż benefiċjarju mal-obbligi tiegħu; u
(b) appellat lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri ta' prekawzjoni kif inhu meħtieġ, biex jiġu ssalvagwardati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u/jew tiġi żgurata konformità mill-pajjiż benefiċjarju mal-obbligi tiegħu; u
(c) ippubblikat avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jiddikjara li jeżistu raġunijiet għal dubji raġjonevoli dwar l-applikazzjoni tal-arranġamenti preferenzjali u/jew dwar il-konformità mill-pajjiż benefiċjarju mal-obbligi tiegħu, li jistgħu jixħtu dubju fuq id-dritt tiegħu li jkompli jgawdi mill-benefiċċji mogħtija permezz ta' din id-Deċiżjoni.
(c) ippubblikat avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jiddikjara li jeżistu raġunijiet għal dubji raġjonevoli dwar l-applikazzjoni tal-arranġamenti preferenzjali u/jew dwar il-konformità mill-pajjiż benefiċjarju mal-obbligi tiegħu, li jistgħu jixħtu dubju fuq id-dritt tiegħu li jkompli jgawdi mill-benefiċċji mogħtija permezz ta' din id-Deċiżjoni.
Il-Kummissjoni tinforma lill-PTEE kkonċernat(i) bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dan il-paragrafu, qabel ma din ikollha effett. Il-Kummissjoni tinnotifika wkoll lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 10 tal-Anness VIII.

Il-Kummissjoni tinforma lill-PTEE kkonċernat(i) bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dan il-paragrafu, qabel ma din ikollha effett.

Emenda 103
Proposta għal deċiżjoni
Anness VII – Artikolu 2 – paragrafu 2
2.  Il-perjodu ta' rtirar temporanju ma jaqbiżx is-sitt xhur. Fil-konklużjoni tal-perjodu, il-Kummissjoni tiddeċiedi li tittermina l-irtirar temporanju wara li tinforma lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 10 tal-Anness VIII jew li testendi l-perjodu tal-irtirar temporanju skont il-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
2.  Il-perjodu ta' rtirar temporanju ma jaqbiżx is-sitt xhur. Fil-konklużjoni tal-perjodu, il-Kummissjoni tiddeċiedi li tittermina l-irtirar temporanju jew li testendi l-perjodu tal-irtirar temporanju skont il-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Emenda 104
Proposta għal deċiżjoni
Anness VII – Artikolu 3
Il-proċedura tal-kumitat

imħassar
1.  Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 2, il-Kummissjoni tkun assistita mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 10 tal-Anness VIII.
2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Emenda 105
Proposta għal deċiżjoni
Anness VIII – Artikolu 5 – paragrafu 2
2.  Il-miżuri ta' sorveljanza preventiva jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 6 ta' dan l-Anness.
2.  Il-miżuri ta' sorveljanza preventiva jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 6 ta' dan l-Anness.
Emenda 106
Proposta għal deċiżjoni
Anness VIII – Artikolu 6 – paragrafu 1
1.  Jistgħu jiġu imposti mużuri proviżorji minħabba raġunijiet debitament ġustifikati ta' urġenza marbuta mad-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika u/jew finanzjarja tal-proċeduri tal-Unjoni li jkun diffiċli biex jitranġaw. It-tul ta' żmien tal-miżuri provviżorji ma jkunx jaqbeż il-200 jum. Il-miżuri proviżorji jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 10 ta' dan l-Anness. F'każijiet fejn ikun hem raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tadotta ħesrem miżuri proviżorji xierqa ta' salvagwardja skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10 ta' dan l-Anness.
1.  Jistgħu jiġu imposti mużuri provviżorji minħabba raġunijiet debitament ġustifikati ta' urġenza marbuta mad-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika u/jew finanzjarja tal-proċeduri tal-Unjoni li jkun diffiċli biex jitranġaw. It-tul ta' żmien tal-miżuri provviżorji ma jkunx jaqbeż il-200 jum. Il-miżuri provviżorji jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 90. F'każijiet fejn ikun hem raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tadotta ħesrem miżuri provviżorji xierqa ta' salvagwardja permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 90a.
Emenda 107
Proposta għal deċiżjoni
Anness VIII – Artikolu 7 – paragrafu 1
1.  Fejn il-fatti kif finalment stabbiliti juru li l-kondizzjonijiet indikati fl-Artikolu 2 ta' dan l-Anness ma jkunux issodisfatti, il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni li ttemm l-investigazzjoni u l-proċediment skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 4 ta' dan l-Anness. Il-Kummissjoni tippubblika, waqt li tqis kif dovut il-protezzjoni tat-tagħrif kunfidenzjali fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 9 ta' dan l-Anness, rapport fejn tippreżenta s-sejbiet tagħha u l-konklużjonijiet motivati li tkun waslet għalihom dwar kull konsiderazzjoni rilevanti ta' fatt u ta' liġi.
1.  Fejn il-fatti kif finalment stabbiliti juru li l-kondizzjonijiet indikati fl-Artikolu 2 ta' dan l-Anness ma jkunux issodisfatti, il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni li ttemm l-investigazzjoni. Il-Kummissjoni tippubblika, waqt li tqis kif dovut il-protezzjoni tat-tagħrif kunfidenzjali fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 9 ta' dan l-Anness, rapport fejn tippreżenta s-sejbiet tagħha u l-konklużjonijiet motivati li tkun waslet għalihom dwar kull konsiderazzjoni rilevanti ta' fatt u ta' liġi.
Emenda 108
Proposta għal deċiżjoni
Anness VIII – Artikolu 7 – paragrafu 2
2.  Meta l-fatti kif finalment stabbiliti juru li ċ-ċirkostanzi stipulati fl-Artikolu 2 ta' dan l-Anness huma ssodisfati, il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni biex jiġu imposti miżuri ta' salvagwardja definittivi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 4. Il-Kummissjoni tagħmel pubbliku, bir-rigward dovut għall-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali skont it-tifsira tal-Artikolu 9 ta' dan l-Anness, rapport b'sommarju tal-fatti materjali u l-konsiderazzjoni relevanti għad-determinazzjoni, u tinnotifika lill-awtoritajiet tal-PTEE immedjatament bid-deċiżjoni biex jieħdu l-miżuri ta' salvagwardja.
2.  Meta l-fatti kif finalment stabbiliti juru li ċ-ċirkostanzi stipulati fl-Artikolu 2 ta' dan l-Anness huma ssodisfati, il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni biex jiġu imposti miżuri ta' salvagwardja definittivi permezz ta' atti delegati f'konformità mal-Artikolu 90. Il-Kummissjoni tagħmel pubbliku, bir-rigward dovut għall-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali skont it-tifsira tal-Artikolu 9 ta' dan l-Anness, rapport b'sommarju tal-fatti materjali u l-konsiderazzjoni relevanti għad-determinazzjoni, u tinnotifika lill-awtoritajiet tal-PTEE immedjatament bid-deċiżjoni biex jieħdu l-miżuri ta' salvagwardja.
Emenda 109
Proposta għal deċiżjoni
Anness VIII – Artikolu 10
Il-proċedura tal-kumitat

imħassar
1.  Il-Kummissjoni tiġi megħjuna minn Kumitat stabbilit bl-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni tal-importazzjoni. Dak il-Kumitat ikun Kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
4.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu.

Sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ***I
PDF 687kWORD 63k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Anness
Anness
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta' sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (COM(2012)0147 – C7-0105/2012 – 2012/0074(COD))
P7_TA(2013)0068A7-0033/2013

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2012)0147),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 31 u 32 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont liema artikoli l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C7-0105/2012),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0033/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsillli tistabbilixxi rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta' sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE[Em. 1]

P7_TC1-COD(2012)0074


IL-KUNSILLIL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrakkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomikadwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 31 u 32l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-propostakkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni, imfassla wara li nkisbet l-opinjoni ta' grupp ta' persuni maħtura mill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku minn fost esperti xjentifiċi fl-Istati Membri, skont l-Artikolu 31 tat-TrattatEwropea,

Wara li kkunsidrakkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Wara li kkonsulta l-Parlament EwropewFilwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3), [Em. 2]

Billi:

(-1)  F'konformità mal-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent għandha tkun imsejsa fuq il-prinċipji tal-prekawzjoni u tal-azzjoni preventiva u tgħin fil-kisba tal-objettivi bħall-preservazzjoni, il-ħarsien u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. [Em. 3]

(1)  L-inġestjoni tal-ilma hija waħda mill-mogħdijiet ta' inkorporazzjoni ta' sustanzi radjuattivili jagħmlu l-ħsara fil-ġisem tal-bniedem. L-inġestjoni ta’ iżotopi radjuattivi jew radjunuklidi tista’ twassal għal numru ta’ problemi tas-saħħa. Skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom(4), il-kontribuzzjoni għall-esponiment tal-popolazzjoni b'mod ġenerali, filwaqt li jitqies l-esponiment kumulattiv fuq żmien fit-tul, minn prattiki li jinvolvu riskju minn radjazzjoni jonizzanti għandha tinżamm fl-iktar livell baxx li jista' jinkiseb b'mod raġonevolipossibbli. [Em. 4]

(1a)  Bl-iffiltrar tal-iżotopi radjuattivi mill-ilma, il-filtri jsiru skart radjuattiv li għandhom imbagħad jintremew b'attenzjoni kbira u skont il-proċeduri fis-seħħ. [Em. 5]

(1b)  Il-proċess tat-tneħħija tal-iżotopi radjuattivi mill-ilma jiddependi fuq il-laboratorji nazzjonali, l-aġġornament regolari tal-kejl u r-riċerka. [Em. 6]

(1c)  L-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fir-rapport ta’ kull tliet snin dwar id-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb mhijiex kompluta jew hi nieqsa fir-rigward tal-livelli ta' radjuattività fl-ilma tax-xorb. [Em. 7]

(1d)  Sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tat-trattament tal-ilma tax-xorb, jinħtieġu miżuri preventivi. [Em. 8]

(2)  Fid-dawl tal-importanza għas-saħħa tal-bniedem tal-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedemSabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku, jeħtieġ li f'livell Komunitarju jiġu stabbiliti standards ta' kwalitàjkollhom funzjonikomuni għalll-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li jservu ta' indikatur u jipprovdu l-monitoraġġ tal-konformità ma' dawk l-istandards. [Em. 9]

(3)  Il-parametri indikaturi diġà ġew stabbiliti fl-Anness I, il-Parti C fir-rigward ta' sustanzi radjuattivi, kif ukoll fid-dispożizzjonijiet ta' monitoraġġ relatati fl-Anness II għad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE(5). Madankollu, dawk il-parametri jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-istandards bażiċi ddefiniti fl-Artikolu 30 tat-Trattat Euratom. [Em. 10]

(3a)  Il-valuri parametriċi huma bbażati fuq l-għarfien xjentifiku disponibbli, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-prekawzjoni. Dawk il-valuri ngħażlu biex ikun żgurat li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jista' jiġi kkunsmat bla periklu matul il-ħajja kollha, bir-referenza tkun iċ-ċittadini l-aktar vulnerabbli, u għalhekk jiġi żgurat ukoll livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa. [Em. 11]

(4)  Ir-rekwiżiti għal-livelli ta' monitoraġġ ta' radjuattività fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għandhom għalhekk jiġu adottatiikunu korrelatati mar-rekwiżiti stabbiliti f'leġiżlazzjoni li tiżguraeżistenti għal sustanzi kimiċi oħra li jinsabu fl-ilma, li jagħmlu l-ħsara lill-ambjent u lis-saħħa tal-bniedem. Din il-miżura tkun tiżgura l-uniformità, il-koerenza u l-kompletezza tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni mir-radjazzjonitas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent taħt it-TFUE. [Em. 12]

(5)  Id-dispożizzjonijiet ta' Din id-Direttiva adottata skont it-Trattat Euratom għandhom jieħdu post dawktaġġorna l-parametri indikaturi stabbiliti fl-Anness I, parti C għad-Direttiva 98/83/KE fir-rigward tal-kontaminazzjoni tal-ilma tax-xorb minnu tistabbilixxi regoli dwar il-monitoraġġ tal-preżenza ta' sustanzi radjuattivi fl-ilma tax-xorb. [Em. 13]

(6)  F'każ ta' nuqqas ta' konformità ma' parametru li għandu funzjoni ta' indikatur, l-Istat Membru kkonċernat għandu jkun obbligat jiddetermina l-kawża, jivvaluta jekk dan in-nuqqas ta' konformità huwiex se jimponil-livell ta' riskju għas-saħħa tal-bniedem fejn neċessarju,inkluż fuq żmien fit-tul kif ukoll il-possibbiltajiet ta’ intervent, u skont dawn ir-riżultati, jieħu azzjoni ta' rimedju biex jiġi żgurat li l-provvista il-kwalità tal-ilma tiġi rrestawrata ssir konformi mal-kriterji tal-kwalità definiti minn din id-Direttiva mill-aktar fis possibbli. Din l-azzjoni ta' rimedju meħtieġa tista' tinkludi saħansitra l-għeluq tal-faċilità kkonċernata jekk il-kwalità tal-ilma tkun teħtieġ azzjoni bħal din. Azzjoni li tirrettifika l-problema fl-oriġini tagħha għandha tingħata prijorità. Il-konsumaturi għandhom jiġu infurmati minnufih dwar ir-riskji, il-miżuri li diġà ttieħdu mill-awtoritajiet u l-ħin meħtieġ biex l-azzjoni ta’ rimedju tidħol fis-seħħ. [Em. 14]

(7)  Il-konsumaturi għandhom ikunu infurmati b'mod adegwatsħiħ u xieraq dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem permezz ta' pubblikazzjonijiet faċilment aċċessibbli. Informazzjoni aġġornata dwar żoni f'riskju minħabba sorsi potenzjali ta' kontaminazzjoni radjuattiva, kif ukoll dwar il-kwalità tal-ilma reġjonali, għandha tkun disponibbli għall-konsumaturi fi kwalunkwe ħin mill-amministrazzjonijiet lokali. [Em. 15]

(7a)  Huwa meħtieġ li fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jiġi inkluż l-ilma użat fl-industrija tal-ikel. [Em. 16]

(8)  Huwa meħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta' din id-Direttiva l-ilmijiet minerali naturali u l-ilmijiet li huma prodotti mediċinali, peress li ġew stabbiliti regoli speċjali għal dawk it-tipi ta' ilma fid-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) u d-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7). Madankollu l-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, tressaq proposta sabiex tirrevedi d-Direttiva 2009/54/KE, sabiex tallinja r-rekwiżiti ta' kontroll għall-ilmijiet minerali naturali mar-rekwiżiti previsti f'din id-Direttiva u fid-Direttiva 98/83/KE. Il-monitoraġġ tal-ilma li jitqiegħed fi fliexken jew kontenituri maħsuba għall-bejgħ, għajr l-ilma minerali naturali, għall-fini li jiġi kkontrollat li l-livelli ta’ sustanzi radjuattivi jikkonformaw mal-valuri parametriċi stipulati f’din id-Direttiva għandu jitwettaq skont il-prinċipji tal-analiżi tal-periklu u l-punti kritiċi ta’ kontroll (HACCP) kif meħtieġ mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8). [Em. 17]

(9)  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi programmi ta’ monitoraġġ b’saħħithom biex jivverifika b'mod regolari li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jissodisfa r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. [Em. 18]

(10)  Il-metodi użati biex tiġi analizzata l-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem iridu jkunu tali li jiżguraw li r-riżultati miksuba huma ta' min joqgħod fuqhom u komparabbli. Tali programmi ta' monitoraġġ għandhom ikunu xierqa għaċ-cirkustanzi lokali u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi ta' monitoraġġ stipulati f'din id-Direttiva. [Em. 19]

(10a)  Jeħtieġ li jkun hemm ġestjoni differenti, u skont kriterji dożimetriċi distinti, tal-livelli tar-radjuattività naturali u l-kontaminazzjoni kkawżata mill-bniedem. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet nukleari ma jwasslux għal kontaminazzjoni tar-riżorsi tal-ilma tax-xorb. [Em. 20]

(11)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/928/Euratom(9) titratta l-kwalità radjoloġika tal-provvisti tal-ilma tax-xorb fir-rigward tar-radon u l-prodotti li jirriżultaw mid-diżintegrazzjoni tar-radon ta' ħajja twila, u huwa xieraq li dawn ir-radjonuklidi jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(11a)  Sabiex tkun żgurata l-koerenza tal-politika Ewropea dwar l-ilma, il-valuri parametriċi, il-frekwenzi u l-metodi għall-monitoraġġ ta' sustanzi radjuattivi f'din id-Direttiva jeħtieġ li jkunu kompatibbli mad-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10) u mad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiżgura li meta jsir rieżami tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11) u tad-Direttiva 2006/118/KE, għandha ssir referenza għal din id-Direttiva biex it-tipi kollha ta' ilma jiġu protetti bis-sħiħ mill-kontaminazzjoni b'sustanzi radjuattivi,[Em. 21]

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxitikkonċerna r-rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħaarmonizzati fir-rigward tal-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, bil-għan li s-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta' sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Tistipula valuri parametriċi, frekwenzi u metodi għall-monitoraġġ ta'tiġi protetta mill-effetti negattivi tal-kontaminazzjoni ta' dan l-ilma minn sustanzi radjuattivi. [Em. 22]

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/83/KE.

Flimkien mad-definizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

   (1) 'sustanza radjuattiva' tfisser kwalunkwe sustanza li fiha radjunuklidu wieħed jew aktar li l-attività jew il-konċentrazzjoni tagħhom ma tistax tiġi injorata fir-rigward tal-protezzjoni mir-radjazzjoni;
   (2) 'doża indikattiva totali' (TID) tfisser id-doża effettiva impenjata għal sena ta’ inġestjoni li tirriżulta mir-radjunuklidi kollha li l-preżenza tagħhom fi provvista tal-ilma tkun ġiet identifikata, kemm ta’ oriġini naturali kif ukoll artifiċjali, minbarra l-potassju-40, ir-radon u prodotti li jirriżultaw mid-diżintegrazzjoni tar-radon ta' ħajja qasira;
   (3) 'valur parametriku' jfisser il-valur li għandu jkun konformi miegħu l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Jekk il-limiti ta' valur parametriku jinqabżu, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-livell ta' riskju assoċjat mal-preżenza ta' sustanzi radjuattivi u, skont ir-riżultati ta' din il-valutazzjoni, għandhom jieħdu azzjoni ta' rimedju immedjata biex jiżguraw konformità mar-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva. [Em. 23]

Artikolu 3

Kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/83/KE, bl-eżenzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(1) ta' dik id-Direttiva u stabbiliti skont l-Artikolu 3(2) tagħha. [Em. 24]

Artikolu 4

Obbligi ġenerali

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(3)a tad-Direttiva 96/29/Euratom, L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jistabbilixxu programm ta' monitoraġġ xieraq biex jiġi żgurat li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ikun konformi mal-valuri parametriċi stabbiliti b'din id-Direttiva. Gwida tal-aħjar prattiki għandha tiġi pprovduta mill-Kummissjoni lill-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex tiġi implimentata din id-Direttiva fl-ebda ċirkostanza ma jkollhom l-effett li jippermettu, direttament jew indirettament, la xi tnaqqis tal-kwalità preżenti tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u lanqas xi żieda fit-tniġġis ta' tipi ta' ilma użat għall-produzzjoni tal-ilma tax-xorb. [Em. 25]

Għandhom jiġu żviluppati teknoloġiji ġodda li jnaqqsu l-ħin meħtieġ biex jiġi iżolat l-iskart nukleari mill-ambjent li jirriżulta wara diżastru naturali. [Em. 26]

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-iskart radjuattiv mill-ilma tax-xorb iffiltrat jintrema skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi linji gwida dwar dan il-proċess lill-Istati Membri. [Em. 27]

L-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjonijiet tar-riskju ta' depożiti tal-iskart radjuattiv li jista' jkollhom impatt fuq l-ilma ta' taħt l-art jew sorsi oħra tal-ilma tax-xorb jew li jistgħu jiġu pperikolati minn diżastri naturali. [Em. 28]

Il-Kummissjoni għandha twettaq studju dwar l-“effetti kkumbinati” ta’ sustanzi kimiċi oħra mħallta ma' sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Abbażi tar-riżultati ta' dak l-istudju, il-Kummissjoni għandha taġġorna l-leġiżlazzjoni rilevanti. [Em. 29]

Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE fl-Istati Membri. [Em. 30]

Artikolu 5

Valuri parametriċi

L-Istati Membri għandhom jistipulaw valuri parametriċi applikabbli għall-monitoraġġ ta' sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem skont l-Anness I; għall-ilma li jitqiegħed fi fliexken jew kontenituri maħsuba għall-bejgħ dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-prinċipji tal-analiżi tal-periklu u l-punti kritiċi ta’ kontroll (HACCP) kif meħtieġ mir-Regolament (KE) Nru 852/2004.

Artikolu 6

Monitoraġġ

L-Istati Membri għandhom jiżguraw monitoraġġ regolari u preċiż tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem skont l-Anness II sabiex jivverifikaw li l-konċentrazzjonijiet ta' sustanzi radjuattivi ma jaqbżux il-valuri parametriċi stabbiliti skont l-Artikolu 5. Il-monitoraġġ għandu jqis l-esponiment kumulattiv tal-popolazzjoni fuq żmien fit-tul u għandu jitwettaq bħala parti mill-kontrolli msemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 98/83/KE dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Huwa għandu jinkludi analiżi ta' referenza maħsuba biex jistabbilixxu l-kontenut radjuattiv tal-ilma u jottimizzaw l-istrateġija ta' analiżi u l-analiżi perjodiċi f'konformità mal-metodi stipulati fl-Anness III. Il-frekwenza ta' monitoraġġ għall-analiżi perjodiċi tista' tiġi adattata permezz ta' approċċ ibbażat fuq ir-riskju, skont ir-riżultati tal-analiżi ta' referenza li għandhom ikunu obbligatorji fil-każijiet kollha. F'każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-bażi tad-deċiżjoni tagħhom kif ukoll ir-riżultati tal-analiżi ta' referenza kkonċernati, u dawn għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku. [Em. 31]

Artikolu 7

Postijiet tat-teħid ta' kampjuni

L-Istati Membri jistgħu jieħdu kampjuni:

   (a) fil-każ ta' ilma li jkun ġej minn netwerk ta' distribuzzjoni, fil-punt ġewwa ż-żona tal-provvista jew minn fejn ikunu qed isiru x-xogħlijiet ta' trattament jekk ikun jista' jintwera li dan it-teħid ta' kampjuni jagħti l-istess valur imkejjel jew valur ogħla tal-parametri kkonċernati;
   (b) fil-każ ta' ilma li jkun ġej minn tanker, fil-punt minn fejn joħroġ mit-tanker;
   (c) fil-każ ta' ilma li jitqiegħed fi fliexken jew f’kontenituri maħsuba għall-bejgħ, fil-punt li fih l-ilma jitqiegħed fi fliexken jew f’kontenituri;
   (d) fil-każ ta’ ilma użat f'impriża ta' produzzjoni tal-ikel, fil-punt li fih l-ilma jintuża fl-impriża.

Artikolu 8

Teħid ta' kampjuni u analiżi

1.  Għandhom jittieħdu kampjuni rappreżentattivi tal-kwalità tal-ilma kkonsmat matul is-sena u jiġu analizzati skont il-metodi stipulati fl-Anness III.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-laboratorji kollha li janalizzaw il-kampjuni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ikollhom sistema analitika tal-kontroll tal-kwalità. Dawn għandhom jiżguraw li dik is-sistema tkun soġġetta għal verifiki okkażjonalikażwali, tal-anqas darba fis-sena, minn kontrollur indipendenti approvat mill-awtorità kompetenti għal dak il-għan. [Em. 32]

2a.  Il-finanzjament tal-kontrolli jitwettaq skont il-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12). F'każ ta' tniġġis li jkun ġej minn attivitajiet tal-bniedem, l-ispejjeż jitħallsu minn min iniġġes. [Em. 33]

Artikolu 9

Azzjoni ta' rimedju u notifika lill-konsumaturi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe nuqqas ta' konformità mal-valuri parametriċi stabbiliti skont l-Artikolu 5 jiġi investigat immedjatament sabiex tiġi identifikata l-kawża.

1a.  Informazzjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju ta' impjanti nukleari u ż-żoni ta' madwarhom, fir-rigward tas-sustanzi radjuattivi fl-ilma għandha tkun disponibbli għall-pubbliku. [Em. 34]

1b.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-preżenza ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem tiġi inkluża fir-rapport ta' kull tliet snin dwar il-kwalità tal-ilma, kif imsemmi fl-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 98/83/KE. [Em. 35]

2.  Meta jseħħjkun hemm nuqqas ta' konformità mal-valuri parametriċi stabbiliti skont l-Artikolu 5definiti għar-radon u għat-TID minn sorsi naturali, l-Istat Membru kkonċernat għandu jivvaluta l-possibbiltà li n-nuqqas ikunminnufih il-livell ta' riskju għas-saħħa tal-bniedem. F'każ li jkun hemm riskju bħal danu l-possibbiltajiet ta' intervent, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet lokali. Skont dawn ir-riżultati, dak, l-Istat Membru għandu jieħu azzjoni ta' rimedju biex il-kwalitàbiex jiżgura li l-provvista tal-ilma tiġi rrestawratatkun konformi mal-kriterji tal-kwalità stipulati f'din id-Direttiva.

2a.  Fil-każ tan-nuqqas ta' konformità mal-valuri parametriċi stabbiliti għat-tritju u t-TID li joriġina mill-attivitajiet tal-bniedem, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li l-investigazzjoni li għandha titwettaq immedjatament tistabbilixxi n-natura, il-firxa u l-impatt dożimetriku tat-tniġġis. L-investigazzjoni għandha tqis l-ambjenti kollha li x'aktarx jiġu affettwati u l-mogħdijiet kollha tal-esponiment. L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li tittieħed l-azzjoni korrettiva meħtieġa sabiex l-ilma jerġa' jissodisfa l-valuri parametriċi. Is-soluzzjonijiet għandhom ikunu ffokati fuq it-trattament tat-tniġġis minn fejn joriġina. Din l-azzjoni ta' rimedju meħtieġa tista' tinkludi saħansitra l-għeluq tal-faċilità kkonċernata jekk il-kwalità tal-ilma tkun teħtieġ azzjoni bħal din. L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li l-ispejjeż tal-azzjoni ta' rimedju jitħallsu minn min iniġġes. [Em. 36]

3.  L-Istat Membru għandu jiżgura li r-riżultati tal-analiżi mwettqa skont l-Artikolu 8 jkunu ppubblikati, magħmula disponibbli għall-pubbliku mill-aktar fis possibbli u inklużi fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 98/83/KE. Fejn ir-riskju għas-saħħa tal-bniedem ma jkunx jista' jitqies bħala wieħed trivjali, l-Istat Membru kkonċernat għandu flimkien mal-attur jew l-atturi responsabbli, jiżgura li l-konsumaturi jiġu nnotifikatimwissija minnufih u mogħtija informazzjoni sħiħa marbuta mar-riskju għas-saħħa tal-bniedem u dwar kif għandhom iġibu ruħhom quddiem il-problemi li jiltaqgħu magħhom, liema informazzjoni għandha tiġi ppubblikata u mqiegħda fuq l-Internet mill-aktar fis possibbli. Huma għandhom jiżguraw ukoll li jiġu pprovduti mingħajr dewmien provvisti tal-ilma alternattivi mhux kontaminati. [Em. 37]

Artikolu 9a

Emendi għad-Direttiva 98/83/KE

Id-Direttiva 98/83/KE hija emendata kif ġej:

(1)  Fl-Anness I, parti C, titħassar it-taqsima “Radjuattività”.

(2)  Fl-Anness II, Tabella (A), paragrafu 2, jitħassru l-aħħar żewġ sentenzi. [Em. 38]

Artikolu 9b

Rieżami tal-annessi

1.  Tal-anqas darba kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-annessi fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku. Għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 9c biex tadotta l-annessi li jirriflettu dak il-progress.

2.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-raġunijiet li għalihom hi tkun iddeċidiet li tadatta jew le l-annessi, filwaqt li tagħmel referenza għar-rapporti xjentifiċi kkunsidrati. [Em. 39]

Artikolu 9c

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 9b hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin minn ….(13) Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħa delegata mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 9b tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 9b għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 40]

Artikolu 9d

Informazzjoni u rapportar

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li informazzjoni adegwata u aġġornata dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem tkun disponibbli għall-konsumaturi u mhux biss meta riskju għas-saħħa tal-bniedem ma jkunx jista' jitqies bħala trivjali.

2.  Kull Stat Membru b'sistemi tal-ilma li jinsabu f'żoni li għandhom sorsi potenzjali ta' kontaminazzjoni radjuattiva – naturali jew ikkawżata mill-bniedem – għandu jinkludi informazzjoni dwar il-konċentrazzjonijiet ta' sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fir-rapport triennali tiegħu dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, kif imsemmi fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 98/83/KE.

3.  Il-Kummissjoni, fir-rapport tagħha dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fil-Komunità, kif imsemmi fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 98/83/KE, għandha tinkludi r-riżultati tal-Istati Membri dwar is-sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. [Em. 41]

Artikolu 10

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [sena wara d-data msemmija fl-Artikolu 11 – id-data speċifika għandha tiddaħħal mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet](14) Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni. [Em. 42]

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 12

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS I

Valuri parametriċi għar-radon u t-tritju u valuri parametriċi għad-Doża Indikattiva Totali, għal sustanzi radjuattivi oħra, fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem

Radjuattività

Parametru

Valur parametriku

Unità

Rimarki

Radon222 Rn

10020

Bq/l

Tritju

10020

Bq/l

Doża indikattiva totali (minn sorsi naturali)

0,10

mSv/sena

(Nota 1)

Doża indikattiva totali (minn sorsi relatati mal-attivitajiet tal-bniedem)

0,01

mSv/sena

Nota 1: Bl-esklużjoni tat-tritju, il-potassju -40, ir-radon u l-prodotti li jirriżultaw mid-diżintegrazzjoni tar-radon ta’ ħajja qasira [Em. 43]

ANNESS II

Monitoraġġ ta' sustanzi radjuattivi

1.  Prinċipji ġenerali u frekwenzi ta' monitoraġġ

Stat Membru mhuwiexhuwa meħtieġ li jimmonitorja l-ilma tax-xorb għat-tritju jew ir-radjuattività biex jistabbilixxiu r-radon bil-għan li jistabbilixxi d-doża (TID) doża indikattiva totali meta jkun sodisfatt abbażi ta' monitoraġġ ieħor li l-livelli kemm tat-tritju kif ukoll tad-doża indikattiva totali kkalkulata huma ferm inqas mill-valur parametriku. Il-monitoraġġ tal-ilma tax-xorb għar-radon mhuwiex meħtieġ fejn Stat Membru jkun issodisfat abbażi ta’ monitoraġġ ieħor li l-livelli tar-radon huma ferm inqas mill-valur parametriku. F'dawk il-każijiet, għandu jikkomunika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu lill-Kummissjoni, u jinkludi r-riżultati tal-monitoraġġ l-ieħor imwettaqgħar-radjuattività naturali u għar-radjuattività li tkun ġejja mill-attivitajiet tal-bniedem.

Il-monitoraġġ għandu jinkludi analiżi ta' referenza u analiżi perjodiċi.

L-analiżi ta' referenza jridu jitwettqu fil-qafas tal-eżami tat-talba għal awtorizzazzjoni ta' distribuzzjoni ta' ilma tax-xorb. Għan-netwerks tad-distribuzzjoni li diġà jitħaddmu, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu t-termini taż-żmien li fihom iridu jitwettqu dawn l-analiżi skont il-volumi ta' ilma distribwiti u l-livell ta' riskju potenzjali, kemm għar-radjuattività naturali kif ukoll għall-impatt radjoloġiku tal-attivitajiet tal-bniedem. L-analiżi ta' referenza għandhom jippermettu li jiġu investigati u kwantifikati r-radjunuklidi naturali u artifiċjali relevanti kollha.

Għar-radjuattività naturali, trid tal-anqas tiġi kwantifikata l-attività tad-9 radjunuklidi li ġejjin: l-uranju 238, l-uranju 234, ir-radju 226, ir-radon 222, iċ-ċomb 210, il-polonju 210, ir-radju 228 (jekk ikun meħtieġ permezz tad-dixxendent dirett tiegħu, l-attinju 228), l-attinju 227 (jekk ikun meħtieġ permezz tad-dixxendent dirett tiegħu, it-torju 227).

Fir-rigward tal-impatt tal-attivitajiet tal-bniedem, is-sorsi potenzjali ta' kontaminazzjoni jridu jkunu investigati, u l-lista tar-radjunuklidi li jridu jiġu kkontrollati tiġi stabbilita skont ir-riżultati ta' din ir-riċerka. Apparti l-kontrolli speċifiċi marbuta mal-investigazzjoni, l-analiżi ta' referenza għandhom jinkludu f'kull każ il-kejl tat-tritju, tal-karbonju–14, tal-istronzju–90 u tal-isotopi tal-plutonju, kif ukoll analiżi bl-ispettrometrija gamma li tippermetti li tiġi vverifikata l-attività tar-radjunuklidi artifiċjali ewlenin li jemettu raġġi gamma (partikolarment il-kobalt 60, il-jodju 131, iċ-ċesju 134, iċ-ċesju 137 u l-ameriċju 241).

Ir-riżultat tal-analiżi ta' referenza għandu jintuża biex tiġi ddefinita l-istrateġija analitika li għandha tiġi implimentata matul il-perjodi ta' monitoraġġ. Suġġett għar-riżultat tal-analiżi ta' referenza, li jista' jwassal biex tissaħħaħ il-miżura, il-kontrolli perjodiċi għandhom jitwettqu skont il-frekwenza ta' awditjar imsemmija fil-punt 4. [Em. 44]

2.  Radon u Tritju

Il-monitoraġġ tal-ilma tax-xorb għar-radon u t-tritju għandu jitwettaq fejn ikun hemm preżenti sors tar-radon jew tat-tritju fejn jinġabar l-ilma u fejn abbażi ta' programmi ta' sorveljanza jew investigazzjonijiet oħra ma jistax jintwera li l-livell tar-radon jew tat-tritju huwa ferm inqas mill-valur tal-indikatur parametriku tiegħu ta' 100 Bq/l. Fejn ikun meħtieġ monitoraġġ għar-radon u t-tritju, dan għandu jitwettaq fil-frekwenza tal-awditjar.

3.  Doża Indikattiva Totali

Il-monitoraġġ tal-ilma tax-xorb għad-Doża Indikattiva Totali (Total Indicative Dose, TID) għandu jitwettaq fejn hemm preżenti sors ta' radjuattività artifiċjali jew radjuattività naturali ta' livell għoli fejn jinġabar l-ilma u fejn abbażi ta' programmi ta' sorveljanza jew investigazzjonijiet oħra ma jistax jintwera li l-livell tad-TID huwa ferm inqas mill-valur tal-indikatur parametriku tiegħu ta' 0.1 mSv/sena. Fejn ikun meħtieġ monitoraġġ tal-livelli tar-radjunuklidi artifiċjali, dan għandu jitwettaq fil-frekwenza tal-awditjar indikata fit-tabella. Fejn ikun meħtieġ monitoraġġ tal-livelli tar-radjunuklidi naturali, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-frekwenza tal-monitoraġġ filwaqt li jikkunsidraw l-informazzjoni kollha rilevanti disponibbli dwar il-varjazzjonijiet temporali tal-livelli tar-radjunuklidi naturali f'tipi differenti ta' ilmijiet. Skont il-varjazzjonijiet mistennija, il-frekwenza tal-monitoraġġ tista' tvarja minn kejl ta' verifika unika għall-frekwenza tal-awditjar. Fejn tkun meħtieġa biss verifika unika għar-radjuattività naturali, għandha tkun meħtieġa verifika mill-ġdid tal-anqas fejn ikun hemm kwalunkwe tibdil fir-rigward tal-provvista li x'aktarx tinfluwenza l-konċentrazzjonijiet ta' radjunuklidi fl-ilma tax-xorb.

Fejn ġew applikati metodi għat-tneħħija tar-radjunuklidi mill-ilma tax-xorb sabiex jiġi żgurat li l-valur parametriku ma jinqabiżx, il-monitoraġġ għandu jitwettaq fil-frekwenza tal-awditjar.

Fejn jintużaw riżultati minn programmi ta' sorveljanza jew investigazzjonijiet oħra għajr dawk meħtieġa kif previst fl-ewwel paragrafu ta' dan il-punt biex tiġi żgurata l-konformità ma' din id-Direttiva, l-Istat Membru għandu jikkomunika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu lill-Kummissjoni, inkluż ir-riżultati rilevanti ta' dawn il-programmi ta' monitoraġġ jew investigazzjonijiet.[Em. 45]

4.  Il-frekwenza tal-awditjar tal-monitoraġġ għandha tkun skont kif inhi stipulata fit-tabella li ġejja:

TABELLA

Il-frekwenza tal-awditjar tal-monitoraġġ għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ipprovdut minn netwerk ta' distribuzzjoni

Il-volum ta' ilma mqassam jew prodott kull ġurnata f'żona ta' provvista

(Noti 1 u 2)

L-għadd ta’ kampjuni

kull sena

(Nota 3)

≤ 100

(Nota 4)

> 100 ≤ 1 000

1

> 1 000 ≤ 10 000

1

+ 1 għal kull 3 300 m³/d

u parti mill-volum totali

> 10 000 ≤ 100 000

3

+ 1 għal kull 10 000 m³/d

u parti mill-volum totali

> 100 000

10

+ 1 għal kull 25 000 m³/d

u parti mill-volum totali

Nota 1: Żona ta' provvista hija żona ġeografika ddefinita li minn ġo fiha jkun ġej ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem minn sors wieħed jew aktar u li fiha l-kwalità tal-ilma tista' titqies li hi bejn wieħed u ieħor uniformi.

Nota 2: Il-volumi huma kkalkulati bħala medji tul sena kalendarja. Stat Membru jista' juża l-għadd ta' abitanti f'żona ta' provvista minflok il-volum ta' ilma biex jiddetermina l-frekwenza minima, filwaqt li wieħed jassumi konsum ta' ilma ta' 200 l/ġurnata/capita bil-kundizzjoni li l-ilma kkonċernat ma jkunx mibjugħ jew distribwit barra miż-żona kkonċernata. [Em. 46]

Nota 3: Sa fejn hu possibbli, l-għadd ta' kampjuni għandu jkollu distribuzzjoni ndaqs skont il-ħin u l-post.

Nota 4: Il-frekwenza għanda tkun deċiża mill-Istat Membru kkonċernat.

ANNESS III

Metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi

1.  Radjuattività naturali

1.1.  L-iskrinjar għall-konformità mad-doża indikattiva totali (TID) għar-radjuattività naturali

L-Istati Membri jistgħu jużaw metodi ta' skrinjar għal attività grossa tat-tip alfa u attività grossa tat-tip beta biex jimmonitorjaw għall-valur tal-indikatur parametriku għat-TID, bl-esklużjoni tat-tritju, il-potassju–40, ir-radon u tal-prodotti li jirriżultaw mid-diżintegrazzjoni tar-radon ta' ħajja qasira.biex jidentifikaw ilma li potenzjalment ikun fih eċċess ta' TID u li jkun jeħtieġ analiżi ulterjuri. L-Istati Membri għandhom juru li l-metodu adottat ma jwassalx għal negattivi foloz (ilma li jitqies li jikkonforma mat-TID filwaqt li l-konsum tiegħu jwassal għal livelli ta' doża ogħla mill-valur parametriku ta' 0.1 mSv/sena). L-istrateġija ta' monitoraġġ għandha tqis ir-riżultat tal-analiżi ta' radjuattività ġenerali tal-ilma.[Em. 47]

Jekk l-attività grossa tat-tip alfa u dik grossa tat-tip beta tkun inqas minn 0.1 Bq/l u 1.0 Bq/l rispettivament, l-Istat Membru jista' jassumi li t-TID hija inqas mill-valur tal-indikatur parametriku ta' 0.1 mSv/sena u ma tkun meħtieġa ebda investigazzjoni radjoloġika sakemm ma jsirx magħruf minn sorsi oħra ta' informazzjoni li hemm il-preżenza ta' radjonuklidi speċifiċi fil-provvista tal-ilma u li jistgħu jikkawżaw TID li taqbeż 0.1 mSv/sena. L-Istati Membri li jixtiequ jirrikorru għal tekniki ta’ skrinjar ibbażati fuq il-kejl ta' attività globali tat-tip alfa u beta jridi joqgħodu attenti għal xi limiti metroloġiċi (bħan-nuqqas li jieħdu inkunsiderazzjoni r-radjazzjoni beta b'enerġija baxxa, pereżempju), jagħżlu l-valur gwida korrett li taħtu l-ilma jkun meqjus konformi, speċjalment għall-attività globali tat-tip beta, u b’kunsiderazzjoni tal-impatt kumulattiv tal-attivitajiet tat-tip beta u alfa. [Em. 48]

Jekk l-attività grossa tat-tip alfa taqbeż 0.1 Bq/l jew l-attività grossa tat-tip beta taqbeż 1.0 Bq/l, għandha tkun meħtieġa analiżi għar-radjonuklidi speċifiċi. Ir-radjonuklidi li jridu jitkejlu għandhom jiġu ddefiniti mill-Istati Membri filwaqt li jikkunsidraw l-informazzjoni kollha rilevanti dwar sorsi probabbli ta' radjuattività. Peress li l-livelli għolja tat-tritju jistgħu jindikaw il-preżenza ta' radjunuklidi artifiċjali oħra, fl-istess kampjun għandhom jitkejlu wkoll it-tritju, l-attività grossa tat-tip alfa u l-attività grossa tat-tip beta.

Bħala sostituzzjoni tal-iskrinjar għal attività grossa tat-tip alfa u attività grossa tat-tip beta diskussa hawn fuq, l-Istat Membru jista' jiddeċiedi li juża metodi ta’ min joqgħod fuqhom oħrajn ta' skrinjar għal radjonuklidi biex tkun indikata l-preżenza ta' radjuattività fl-ilma tax-xorb. Jekk waħda mill-konċentrazzjonijiet ta' attività taqbeż l-20 % tal-konċentrazzjoni ta' referenza tagħha jew il-konċentrazzjoni tat-tritju taqbeż il-valur parametriku tagħha ta' 100 Bq/l, għandu jkun meħtieġ skrinjar tar-radjonuklidi addizzjonali. Ir-radjonuklidi li jridu jitkejlu għandhom jiġu ddefiniti mill-Istati Membri filwaqt li jikkunsidraw l-informazzjoni kollha rilevanti dwar is-sorsi probabbli ta' radjuattività.

1.1.1.  L-għażla tal-valur gwida

Fir-rigward tal-attività totali tat-tip beta u l-attività totali residwa tat-tip beta (wara li jitnaqqas il-komponent tal-potassju–40), l-użu ta' valur gwida ta' 1 Bq/l mhuwiex neċessarjament garanzija tal-konformità mal-valur parametriku ta' 0.1 mSv/sena. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw il-konċentrazzjoni tal-attività ta’ ċomb-210 u radju-228, żewġ radjunuklidi b’radjutossiċità għolja ħafna li jittrażmettu l-beta. Għal konsumatur adult, it-TID ta’ 0.1 mSv/sena tintlaħaq meta l-konċentrazzjoni tal-attività fl-ilma tilħaq 0.2 Bq/l (għall-attività kumulattiva ta’ radju–228 u ċomb–210), jiġifieri wieħed minn ħamsa tal-valur gwida ta’ 1 Bq/l; għall-grupp kritiku ta' tfal ta' inqas minn sena, b'konsum ipotetiku ta' 55 cl ta’ ilma kuljum, it-TID tintlaħaq meta l-attività ta' radju–228 tkun qrib 0.02 Bq/l jew dik taċ-ċomb–210 tkun kważi 0.06 Bq/l.

Rigward l-attività alfa globali, l-Istat Membru għandu jivverifika l-komponent tal-polonju–210 minħabba li l-użu tal-valur gwida ta' 0.1 Bq/l mhuwiex neċessarjament garanzija tal-konformità mal-valur parametriku ta' 0.1 mSv/sena. Għall-grupp kritiku ta’ tfal ta’ inqas minn sena, b'konsum ipotetiku ta' 55 cl ta' ilma kuljum, it-TID tinqabeż meta l-konċentrazzjoni tal-attività ta' polonju–210 tkun ta' 0.02 Bq/l, jiġifieri wieħed minn ħamsa tal-valur gwida ta' 0.1 Bq/l. [Em. 49]

1.1.2.  Kunsiderazzjoni tal-komponenti kumulattivi tal-alfa u l-beta

It-TID tirriżulta mid-dożi ġġenerati mir-radjunuklidi kollha preżenti fl-ilma, irrispettivament jekk humiex alfa jew beta. Ir-riżultati tal-kontrolli tal-attività alfa globali u beta globali għandhom għalhekk jiġu kkunsidrati globalment biex jiġi vvalutat jekk tkunx inqabżet it-TID.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-formola li ġejja tkun rispettata:

Attività alfa globali/valur gwida alfa globali + attività beta globali/valur gwida beta globali < 1. [Em. 50]

2.1.2.  Kalkolu tat-TID

It-TID hija d-doża effettiva impenjata għal sena waħda ta' inġestjoni li tirriżulta mir-radjonuklidi naturali kollha li l-preżenza tagħhom ġiet individwata fi provvista tal-ilma, kemm f'oriġini naturali kif ukoll f'oriġini artifiċjali, bl-esklużjoni tat-tritju, il-potassju–40, ir-radon u tal-prodotti li jirriżultaw mid-diżintegrazzjoni tar-radon ta’ ħajja qasira. It-TID għandha tiġi kkalkulata mill-konċentrazzjonijietmir-rati volumetriċi tal-attività tar-radjonuklidi u l-koeffiċjenti tad-doża għall-adulti stipulati fl-Anness III, it-Tabella A tad-Direttiva 96/29/Euratom jew informazzjoni aktar riċenti rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru. Il-kalkolu għandu jitwettaq għall-grupp tal-popolazzjoni l-aktar espost għar-riskju, abbażi tal-konsumi tipiċi stabbiliti mill-Kummissjoni. Għar-radjunuklidi naturali, il-grupp kritiku għandu jkun magħmul mit-tfal ta' anqas minn sena. Fejn il-formula li ġejja tiġi ssodisfata, l-Istati Membri jistgħu jassumu li t-TID hija inqas mill-valur tal-indikatur parametriku ta' 0.1 mSv/sena u ma tkun meħtieġa ebda investigazzjoni ulterjuri: [Em. 51]

20130312-P7_TA(2013)0068_MT-p0000001.fig (1)

fejn

Ci(obs) = konċentrazzjoni osservata ta' radjonuklidi i

Ci(ref) = konċentrazzjoni ta' referenza ta' radjonuklidi i

n = għadd ta' radjonuklidi individwati.

Fejn il-formula ma tiġix issodisfata, il-valur parametriku għandu jiġu kkunsidrat biss li nqabeż jekk ir-radjonuklidi jkunu preżenti b'mod persistenti f'konċentrazzjonijiet ta' attività simili għal sena sħiħa.għandhom jitwettqu analiżi addizzjonali sabiex jiġi żgurat li r-riżultat miksub ikun wieħed rappreżentattiv. Il-kontrolli għandhom jitwettqu f'termini taż-żmien li jistgħu jitqassru skont il-grad ta' kemm il-valur parametriku jkun inqabeż. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-limitu tal-ħtieġa ta' teħid mill-ġdid ta' kampjuni, u l-iskadenzi li jridu jiġu rrispettati, biex jiġi żgurat li l-valuri mkejla jkunu rappreżentattivi għal konċentrazzjoni ta' attività medja għal sena sħiħa.verament ikun inqabeż il-valur parametriku definit għat-TID. [Em. 52]

Konċentrazzjonijiet ta' referenza għar-radjuattività ta' oriġini naturali fl-ilma tax-xorb1

Oriġini

Nuklidi

Konċentrazzjoni

ta' referenza

Età kritika:

Naturali

U-2382

3.0 Bq/l1.47 Bq/l

inqas minn sena

U-2342

2.8 Bq/l1.35 Bq/l

inqas minn sena

Ra-226

0.5 Bq/l0.11 Bq/l

inqas minn sena

Ra-228

0.2 Bq/l0.02 Bq/l

inqas minn sena

Pb-210

0.2 Bq/l0.06 Bq/l

inqas minn sena

Po-210

0.1 Bq/l0.02 Bq/l

inqas minn sena

Artifiċjali

C-14

240 Bq/l

Sr-90

4.9 Bq/l

Pu-239/Pu-240

0.6 Bq/l

Am-241

0.7 Bq/l

Co-60

40 Bq/l

Cs-134

7.2 Bq/l

Cs-137

11 Bq/l

I-131

6.2 Bq/l

1 Din it-tabella tinkludi l-aktar radjonuklidi naturali u artifiċjali komuni. Il-konċentrazzjonijiet ta' referenza għal radjonuklidi oħrajn jistgħu jiġu kkalkulati permezz tal-koeffiċjenti tad-doża għall-adulti stipulati fl-Anness III, it-Tabella A tad-Direttiva 96/29/Euratom jew informazzjoni aktar riċenti rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru, u billi wieħed jassumi dħul ta' 730 litru fis-sena.Il-kalkolu jrid jitwettaq għall-grupp tal-età l-aktar espost għar-riskju b'mod li tiġi żgurata l-konformità mad-doża indikattiva totali ta' 0.1 mSv, irrispettivament mill-età tal-konsumatur. Il-Kummissjoni tiddefinixxi r-rati ta' konsum tal-ilma għal etajiet differenti.

2 Milligramma ta' uranju naturali fiha 12.3 Bq ta' U-238 u 12.3 Bq ta' U-234. Din it-tabella tqis biss il-proprjetajiet radjoloġiċi tal-uranju, mhux it-tossiċità kimika tiegħu.[Em. 53]

2a.  L-impatt radjoloġiku tal-attivitajiet tal-bniedem

Ir-radjonuklidi li għandhom jitkejlu huma stabbiliti mill-Istati Membri abbażi tal-informazzjoni kollha miġbura fuq is-sorsi potenzjali ta' radjuattività antropoġenika.

2a.1.  Monitoraġġ tat-Tritju

Għandha titwettaq analiżi speċifika biex jiġi kwantifikat il-livell ta' tritju bħala parti mill-analiżi ta' referenza, u meta jkun jinħtieġ kontroll perjodiku ta' dan il-parametru. Konċentrazzjoni tal-attività ta' aktar minn 10 Bq/l tindika anomalija li l-oriġini tagħha teħtieġ tiġi investigata u li tista’ tindika l-preżenza ta' radjonuklidi artifiċjali oħra. Il-valur parametriku ta’ 20 Bq/l huwa l-limitu li meta jinqabeż jeħtieġ tiġi investigata l-oriġini tal-kontaminazzjoni u jiġi infurmat il-pubbliku. Il-konċentrazzjoni ta’ referenza li tikkorrispondi għall-valur parametriku ta’ 0.01 mSv/sena hija ta’ 680 Bq/l (ta’ 500 Bq/l jekk wieħed iqis il-fetu).

2a.2.  Kalkolu tat-TID għal sorsi relatati mal-attivitajiet tal-bniedem

It-TID hija d-doża effettiva impenjata għal sena ta' konsum li tirriżulta mir- radjonuklidi antropoġeniċi kollha li l-preżenza tagħhom fl-ilma tax-xorb ġiet identifikata, inkluż it-tritju.

It-TID għandha tiġi kkalkolata mill-konċentrazzjoni tal-attività ta’ radjonuklidi u l-koeffiċjenti tad-doża stabbiliti fit-Tabella (A) fl-Anness III għad-Direttiva 96/29/Euratom, jew informazzjoni aktar riċenti rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru. Il-kalkolu għandu jsir għall-aktar grupp tal-popolazzjoni fir-riskju, imsejjaħ il-grupp kritiku, abbażi tar-rati tipiċi ta' konsum stabbiliti mill-Kummissjoni.

L-Istati Membri jistgħu jużaw il-konċentrazzjonijiet ta’ referenza li jikkorrispondu għall-kisba tal-valur parametriku ta' 0.01 mSv/sena. F’dan il-każ, meta l-formula li ġejja tiġi segwita, l-Istati Membri jistgħu jassumu li l-valur parametriku ma jkunx inqabeż u li ma tkunx meħtieġa investigazzjoni ulterjuri:

20130312-P7_TA(2013)0068_MT-p0000002.fig

fejn

Ci(obs) = konċentrazzjoni osservata ta' radjonuklidi i

Ci(ref) = konċentrazzjoni ta' referenza ta' radjonuklidi i

n = numru ta’ radjonuklidi identifikati.

Meta din il-formula ma tiġix segwita, l-analiżi addizzjonali għandha ssir minnufih sabiex jiġi żgurat li r-riżultat huwa wieħed validu u biex jiġi stabbilit is-sors tat-tniġġis. [Em. 54]

Konċentrazzjonijiet ta' referenza għar-radjuattività ta’ oriġini antropoġenika fl-ilma tax-xorb1

Nuklidi

Referenza:

konċentrazzjoni

Età kritika

H3

680 Bq/l/500 Bq/l

sentejn sa seba' snin / fetu

C-14

21 Bq/l

sentejn sa seba' snin

Sr-90

0.22 Bq/l

inqas minn sena

Pu-239/Pu-240

0.012 Bq/l

inqas minn sena

Am-241

0.013 Bq/l

inqas minn sena

Co-60

0.9 Bq/l

inqas minn sena

Cs-134

0.7 Bq/l

Adult

Cs-137

1.1 Bq/l

Adult

I-131

0.19 Bq/l

sena sa sentejn

1 Din it-tabella tinkludi l-aktar radjonuklidi artifiċjali komuni. Il-konċentrazzjonijiet ta' referenza għar-radjonuklidi l-oħrajn jistgħu jiġu kkalkulati bl-użu ta' koeffiċjenti tad-doża stabbiliti fit-Tabella A tal-Anness III għad-Direttiva 96/29/Euratom, jew b'użu ta’ informazzjoni iktar riċenti rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru kkonċernat. Il-kalkolu għandu jsir għall-aktar grupp ta' età espost għar-riskju sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-doża indikattiva totali ta' 0.01 mSv, tkun xi tkun l-età tal-konsumaturi. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-konsum tal-ilma għall-gruppi tal-età differenti.

[Em. 55]

3.  Karatteristiċi ta' prestazzjoni u metodi ta' analiżi

Għall-parametri ta' radjuattività li ġejjin, il-karatteristiċi tal-prestazzjoni speċifikati huma li l-metodi ta' analiżi użati għandhom, bħala minimu, ikunu kapaċi jkejlu konċentrazzjonijiet ugwali għall-valur parametriku b'limitu ta' individwazzjoni speċifikat.

ParametriNuklidi

Limitu ta' individwazzjoni

(Nota 1)

Noti

Radon

10 Bq/l

Noti 2, 3

Tritju

10 Bq/l

Noti 2, 3

Alfa grossatotali

Beta grossatotali

0.04 Bq/l

0.4 Bq/l

Noti 2, 4

Noti 2, 4

U-238

0.02 Bq/l

Noti 2, 66

U-234

0.02 Bq/l

Noti 2, 66

Ra-226

0.04 Bq/l

Nota 2

Ra-228

0.08 Bq/l0.1 Bq/l

NotiNota 2, 5

Pb-210

0.02 Bq/l

Nota 2

Po-210

0.01 Bq/l

Nota 2

C-14

20 Bq/l

Nota 2

Sr-90

0.4 Bq/l0.1 Bq/l

Nota 2

Pu-239/Pu-240

0.04 Bq/l0.1 Bq/l

Nota 2

Am-241

0.06 Bq/l0.1 Bq/l

Nota 2

Co-60

0.5 Bq/l0.1 Bq/l

Nota 2

Cs-134

0.5 Bq/l0.1 Bq/l

Nota 2

Cs-137

0.5 Bq/l0.1 Bq/l

Nota 2

I-131

0.5 Bq/l0.1 Bq/l

Nota 2

Nota 1: il-limitu ta' individwazzjoni għandu jiġi kkalkulat skont l-ISO.11929-7, Determinazzjoni tal-limitu ta' individwazzjoni u l-valuri tal-limiti massimi tad-deċiżjoni għall-kejl tar-radjazzjoni jonizzanti-Parti 7: Prinċipji Fundamentali u applikazzjonijiet ġenerali, bi probabbiltajiet ta' żbalji tal-ewwel (1) u t-tieni(2) tip ta' 0.05 kull wieħed

Nota 2: l-inċertezzi ta' kejl għandhom jiġu kkalkulati u rrappurtati bħala inċertezzi standard kompleti, jew bħala inċertezzi standard estiżi b'fattur ta' espansjoni ta' 1.96, skont il-Gwida ISO għall-Espressjoni ta' Inċertezza fil-Kejl (ISO Guide for the Expression of Uncertainty in Measurement, ISO, Geneva 1993, ripubblikazzjoni kkoreġuta Geneva, 1995)

Nota 3: il-limitu ta' individwazzjoni għar-radon u t-tritju huwa ta' 1050 % tal-valur parametriku tiegħu ta' 100 20 Bq/l

Nota 4: il-limitu ta' individwazzjoni għall-attivitajiet grossital-attività tat-tip alfa globali u grossi l-attività tat-tip beta globali huwa ta' 40 % tal-valuri tal-iskrinjar ta' 0.1 u 1.0 Bql rispettivament.
Dawn il-valuri jistgħu jintużaw biss wara li jiġi eskluż li jkun hemm kontribut sinifikanti ta' radjunuklidi ta' tossiċità radjuattiva għolja (ċomb–210, radju–228 u polonju–210).

Nota 5: Dan il-Limitu ta' Individwazzjoni japplika biss għall-iskrinjar ta' rutina; għal sors tal-ilma ġdid li għalih ikun plawsibbli li l-Ra-228 jaqbeż l-20 % tal-konċentrazzjoni ta' referenza, il-limitu ta' individwazzjoni għall-ewwel verifika għandu jkun 0.02 Bq/l għall-kejl speċifiku tan-nuklidi Ra-228. Dan għandu japplika wkoll fejn tkun meħtieġa verifika mill-ġdid sussegwenti.

Nota 6: Il-valur baxx tal-limitu ta' individwazzjoni speċifikat għal U huwa tali minħabba li tqieset il-kimotossiċità tal-uranju. [Em. 56]

(1) ĠU C 229, 31.7.2012, p. 145.
(2) ĠU C 229,31.7.2012., p. 145.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013.
(4) Direttiva 96/29/Euratom tat-13 ta' Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1).
(5) Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum uman (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32).
(6) Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009.dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali (ĠU L 164, 26.6.2009, p. 45).
(7) Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene ta' l-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).
(9) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/928/Euratom tal-20 ta' Diċembru 2001 dwar il-ħarsien tal-pubbliku mill-esponiment għar-radon fil-provvisti tal-ilma tax-xorb (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 85).
(10) Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-ilma ta' taħt l-art kontra t-tniġġiż u d-deterjorament (ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19).
(11) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
(12) Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).
(13)* Data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(14)* Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.


It-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom fiż-żona tal-euro ***I
PDF 310kWORD 29k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom fiż-żona tal-euro (COM(2011)0819 – C7-0449/2011 – 2011/0385(COD))
P7_TA(2013)0069A7-0172/2012

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0819),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 136 u l-Artikolu 121(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0449/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew  tas-7 ta' Marzu 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-28 ta' Frar 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, (A7-0172/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(2);

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2013 bil-ħsieb li jiġi adottat ir-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom fiż-żona tal-euro

P7_TC1-COD(2011)0385


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 472/2013.)

AnneSS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea

Meta l-leġiżlazzjoni proposta mill-Kummissjoni dwar it-“Two-Pack” tiġi adottata, il-Kummissjoni beħsiebha tieħu passi fi żmien qasir lejn UEM profonda u ġenwina kif deskritt fil-pjan. Il-passi għal żmien qasir (6 sa 12-il xahar) se jinkludu:

   Fil-pjan tagħha għal UEM Profonda u Ġenwina, il-Kummissjoni kkunsidrat li, fit-terminu l-medju, fond ta' ammortament u eurobills jistgħu jkunu elementi possibbli ta’ UEM profonda u ġenwina taħt ċerti kundizzjonijiet rigorużi. Il-prinċipju ewlieni jkun li kwalunkwe pass biex ikompli l-mutwalizzazzjoni tar-riskju għandu jimxi id f’id ma’ aktar dixxiplina fiskali u aktar integrazzjoni. L-integrazzjoni meħtieġa aktar profonda tar-regolazzjoni finanzjarja, tal-politika fiskali u ekonomika u tal-istrumenti korrispondenti trid tkun akkumpanjata minn integrazzjoni politika proporzjonata li tiżgura leġittimità u responsabbiltà demokratika.

Il-Kummissjoni se tistabbilixxi Grupp ta’ Esperti biex japprofondixxu l-analiżi dwar il-merti, ir-riskji, ir-rekwiżiti u l-ostakli potenzjali tas-sostituzzjoni parzjali tal-ħruġ nazzjonali tad-dejn permezz ta' ħruġ konġunt f’forma ta’ fond ta' ammortament u eurobills. Il-Grupp se jingħata l-kompitu li janalizza b’mod sħiħ, x’jistgħu jkunu l-karatteristiċi tagħhom f’termini ta’ dispożizzjonijiet legali, arkitettura finanzjarja u l-qafas baġitarju u ekonomiku kumplimentari meħtieġ. Ir-responsabbiltà demokratika se tkun kwistjoni ċentrali li għandha tiġi kkunsidrata.

Il-Grupp se jqis ir-riforma kontinwa ta’ governanza baġitarja u ekonomika Ewropea u jivvaluta l-valur miżjud għal dawn l-istrumenti f’dan il-kuntest. Il-Grupp se jagħti attenzjoni partikolari lir-riformi riċenti u li għaddejjin bħalissa, bħalma huma l-implimentazzjoni tat-“two-Pack”, l-MES u kwalunkwe strumenti rilevanti oħra.

Fl-analiżi tiegħu l-Grupp se jagħti attenzjoni partikolari għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, biex ikun evitat il-periklu morali, kif ukoll kwistjonijiet ċentrali oħra, bħall-istabbiltà finanzjarja, l-integrazzjoni finanzjarja u t-trażmissjoni tal-politika monetarja.

Il-membri tal-Grupp se jkunu esperti fil-liġi u fl-ekonomija, fil-finanzi pubbliċi, fis-swieq finanzjarji u fil-ġestjoni tad-dejn sovran. Il-Grupp se jiġi mistieden biex jippreżenta r-rapport finali tiegħu lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn Marzu 2014. Il-Kummissjoni se tivvaluta r-rapport u, jekk xieraq, tagħmel proposti qabel tmiem il-mandat tagħha.

   Stħarriġ ta’ modi ulterjuri fil-parti preventiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir biex takkomoda taħt ċerti kundizzjonijiet, mhux rikorrenti, programmi ta’ investiment pubbliku b'impatt approvat fuq is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi magħmula mill-Istati Membri fil-valutazzjoni tal-Programmi ta’ Stabbiltà u ta’ Konverġenza tagħhom; dan se jsir fir-Rebbiegħa-Sajf 2013 fil-kuntest tal-pubblikazzjoni tal-Komunikazzjoni tagħha dwar kalendarju ta’ konverġenza lejn l-Objettiv ta' Terminu Medju;
   Wara d-deċiżjoni dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss tal-UE u qabel tmiem l-2013, il-Kummissjoni se tressaq il-proposti li ġejjin biex tikkomplementa l-qafas eżistenti għal governanza ekonomika: (i) miżuri biex jiżguraw iktar koordinazzjoni ex-ante ta’ proġetti ta' riforma ewlenin u (ii) il-ħolqien ta’ “strument ta’ konverġenza u kompetittività” biex jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-implimentazzjoni f’waqtha tar-riformi strutturali għat-tisħiħ tat-tkabbir sostenibbli. Din is-sistema l-ġdida, kompletament konformi mal-metodu Komunitarju, tkun tibni fuq il-proċeduri ta’ sorveljanza eżistenti tal-UE. Tgħaqqad flimkien l-integrazzjoni aktar profonda tal-politika ekonomika mal-appoġġ finanzjarju, u b’hekk tirrispetta l-prinċipju li skontu l-passi lejn aktar responsabbiltà u dixxiplina ekonomika jingħaqdu flimkien b'aktar solidarjetà. L-għan partikolari ta' din huwa li ttejjeb il-kapaċità ta’ Stat Membru biex jassorbi x-xokkijiet assimetriċi. Dan l-istrument ikun iservi bħala l-fażi inizjali lejn l-istabbiliment ta’ kapaċità fiskali aktar b’saħħitha.
   Barra minn hekk, il-Kummissjoni timpenja ruħha li ssegwi kemm jista' jkun malajr u b’mod komprensiv dwar: (i) il-pjan ta’ azzjoni tagħha biex issaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa, partikolarment fid-dawl tar-reviżjoni tad-direttivi identifikati fil-pjan ta’ azzjoni kif ukoll dwar (ii) il-miżuri u proposti mħabbra mill-Kummissjoni dwar il-pakkett tagħha tal-2012 dwar l-impjieg u l-qasam tal-politika soċjali.
   Wara l-adozzjoni tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, il-preżentazzjoni ta' proposta għal Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni, li jkun responsabbli għar-ristrutturar u r-riżoluzzjoni tal-banek ġewwa l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fl-Unjoni Bankarja;
   Qabel tmiem l-2013, il-preżentazzjoni ta' proposta skont l-Artikolu 138(2) TFUE biex tistabbilixxi pożizzjoni unifikata biex tikseb status ta’ osservatur taż-żona tal-euro fil-bord eżekuttiv tal-FMI, u mbagħad għal siġġu uniku.

Filwaqt li tibni fuq it-terminu qasir passi imħabbra fil-Pjan tagħha li tista' titwettaq permezz ta’ leġiżlazzjoni sekondarja, il-Kummissjoni hija impenjata li tressaq ideat espliċiti għal tibdil fit-Trattat kmieni biżżejjed biex ikun hemm dibattitu qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li jmiss tal-2014 bil-ħsieb li titfassal bażi leġiżlattiva għall-passi previsti fit-terminu l-medju, li tipprevedi l-ħolqien ta’ sorveljanza ekonomika u baġitarja msaħħa sostanzjalment u qafas ta’ kontroll, kapaċità fiskali Ewropea aktar żviluppata li tappoġġja s-solidarjetà u l-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali li jsaħħu t-tkabbir sostenibbli, kif ukoll integrazzjoni aħjar tat-teħid tad-deċiżjonijiet f’oqsma ta’ politika bħat-tassazzjoni u s-swieq tax-xogħol bħala strument ta’ solidarjetà importanti.

(1) ĠU C 141, 17.5.2012, p. 7.
(2) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-13 ta' Ġunju 2012 (Testi adottati, P7_TA(2012)0242).


Dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro ***I
PDF 309kWORD 31k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (COM(2011)0821 – C7-0448/2011 – 2011/0386(COD))
P7_TA(2013)0070A7-0173/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0821),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 136 u 121(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0448/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Parlament Svediż u s-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta' Marzu 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-28 ta' Frar 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0173/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(2)

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2013 bil-ħsieb li jiġi adottat ir-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro

P7_TC1-COD(2011)0386


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 473/2013.)

AnneSS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea

Meta l-leġiżlazzjoni proposta mill-Kummissjoni dwar it-“Two-Pack” tiġi adottata, il-Kummissjoni beħsiebha tieħu passi fi żmien qasir lejn UEM profonda u ġenwina kif deskritt fil-pjan. Il-passi għal żmien qasir (6 sa 12-il xahar) se jinkludu:

   Fil-pjan tagħha għal UEM Profonda u Ġenwina, il-Kummissjoni kkunsidrat li, fit-terminu l-medju, fond ta' ammortament u eurobills jistgħu jkunu elementi possibbli ta’ UEM profonda u ġenwina taħt ċerti kundizzjonijiet rigorużi. Il-prinċipju ewlieni jkun li kwalunkwe pass biex ikompli l-mutwalizzazzjoni tar-riskju għandu jimxi id f’id ma’ aktar dixxiplina fiskali u aktar integrazzjoni. L-integrazzjoni meħtieġa aktar profonda tar-regolazzjoni finanzjarja, tal-politika fiskali u ekonomika u tal-istrumenti korrispondenti trid tkun akkumpanjata minn integrazzjoni politika proporzjonata li tiżgura leġittimità u responsabbiltà demokratika.

Il-Kummissjoni se tistabbilixxi Grupp ta’ Esperti biex japprofondixxu l-analiżi dwar il-merti, ir-riskji, ir-rekwiżiti u l-ostakli potenzjali tas-sostituzzjoni parzjali tal-ħruġ nazzjonali tad-dejn permezz ta' ħruġ konġunt f’forma ta’ fond ta' ammortament u eurobills. Il-Grupp se jingħata l-kompitu li janalizza b’mod sħiħ, x’jistgħu jkunu l-karatteristiċi tagħhom f’termini ta’ dispożizzjonijiet legali, arkitettura finanzjarja u l-qafas baġitarju u ekonomiku kumplimentari meħtieġ. Ir-responsabbiltà demokratika se tkun kwistjoni ċentrali li għandha tiġi kkunsidrata.

Il-Grupp se jqis ir-riforma kontinwa ta’ governanza baġitarja u ekonomika Ewropea u jivvaluta l-valur miżjud għal dawn l-istrumenti f’dan il-kuntest. Il-Grupp se jagħti attenzjoni partikolari lir-riformi riċenti u li għaddejjin bħalissa, bħalma huma l-implimentazzjoni tat-“two-Pack”, l-MES u kwalunkwe strumenti rilevanti oħra.

Fl-analiżi tiegħu l-Grupp se jagħti attenzjoni partikolari għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, biex ikun evitat il-periklu morali, kif ukoll kwistjonijiet ċentrali oħra, bħall-istabbiltà finanzjarja, l-integrazzjoni finanzjarja u t-trażmissjoni tal-politika monetarja.

Il-membri tal-Grupp se jkunu esperti fil-liġi u fl-ekonomija, fil-finanzi pubbliċi, fis-swieq finanzjarji u fil-ġestjoni tad-dejn sovran. Il-Grupp se jiġi mistieden biex jippreżenta r-rapport finali tiegħu lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn Marzu 2014. Il-Kummissjoni se tivvaluta r-rapport u, jekk xieraq, tagħmel proposti qabel tmiem il-mandat tagħha.

   Stħarriġ ta’ modi ulterjuri fil-parti preventiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir biex takkomoda taħt ċerti kundizzjonijiet, mhux rikorrenti, programmi ta’ investiment pubbliku b'impatt approvat fuq is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi magħmula mill-Istati Membri fil-valutazzjoni tal-Programmi ta’ Stabbiltà u ta’ Konverġenza tagħhom; dan se jsir fir-Rebbiegħa-Sajf 2013 fil-kuntest tal-pubblikazzjoni tal-Komunikazzjoni tagħha dwar kalendarju ta’ konverġenza lejn l-Objettiv ta' Terminu Medju;
   Wara d-deċiżjoni dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss tal-UE u qabel tmiem l-2013, il-Kummissjoni se tressaq il-proposti li ġejjin biex tikkomplementa l-qafas eżistenti għal governanza ekonomika: (i) miżuri biex jiżguraw iktar koordinazzjoni ex-ante ta’ proġetti ta' riforma ewlenin u (ii) il-ħolqien ta’ “strument ta’ konverġenza u kompetittività” biex jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-implimentazzjoni f’waqtha tar-riformi strutturali għat-tisħiħ tat-tkabbir sostenibbli. Din is-sistema l-ġdida, kompletament konformi mal-metodu Komunitarju, tkun tibni fuq il-proċeduri ta’ sorveljanza eżistenti tal-UE. Tgħaqqad flimkien l-integrazzjoni aktar profonda tal-politika ekonomika mal-appoġġ finanzjarju, u b’hekk tirrispetta l-prinċipju li skontu l-passi lejn aktar responsabbiltà u dixxiplina ekonomika jingħaqdu flimkien b'aktar solidarjetà. L-għan partikolari ta' din huwa li ttejjeb il-kapaċità ta’ Stat Membru biex jassorbi x-xokkijiet assimetriċi. Dan l-istrument ikun iservi bħala l-fażi inizjali lejn l-istabbiliment ta’ kapaċità fiskali aktar b’saħħitha.
   Barra minn hekk, il-Kummissjoni timpenja ruħha li ssegwi kemm jista' jkun malajr u b’mod komprensiv dwar: (i) il-pjan ta’ azzjoni tagħha biex issaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa, partikolarment fid-dawl tar-reviżjoni tad-direttivi identifikati fil-pjan ta’ azzjoni kif ukoll dwar (ii) il-miżuri u proposti mħabbra mill-Kummissjoni dwar il-pakkett tagħha tal-2012 dwar l-impjieg u l-qasam tal-politika soċjali.
   Wara l-adozzjoni tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, il-preżentazzjoni ta' proposta għal Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni, li jkun responsabbli għar-ristrutturar u r-riżoluzzjoni tal-banek ġewwa l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fl-Unjoni Bankarja;
   Qabel tmiem l-2013, il-preżentazzjoni ta' proposta skont l-Artikolu 138(2) TFUE biex tistabbilixxi pożizzjoni unifikata biex tikseb status ta’ osservatur taż-żona tal-euro fil-bord eżekuttiv tal-FMI, u mbagħad għal siġġu uniku.

Filwaqt li tibni fuq it-terminu qasir passi imħabbra fil-Pjan tagħha li tista' titwettaq permezz ta’ leġiżlazzjoni sekondarja, il-Kummissjoni hija impenjata li tressaq ideat espliċiti għal tibdil fit-Trattat kmieni biżżejjed biex ikun hemm dibattitu qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li jmiss tal-2014 bil-ħsieb li titfassal bażi leġiżlattiva għall-passi previsti fit-terminu l-medju, li tipprevedi l-ħolqien ta’ sorveljanza ekonomika u baġitarja msaħħa sostanzjalment u qafas ta’ kontroll, kapaċità fiskali Ewropea aktar żviluppata li tappoġġja s-solidarjetà u l-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali li jsaħħu t-tkabbir sostenibbli, kif ukoll integrazzjoni aħjar tat-teħid tad-deċiżjonijiet f’oqsma ta’ politika bħat-tassazzjoni u s-swieq tax-xogħol bħala strument ta’ solidarjetà importanti.

(1) ĠU C 141, 17.5.2012, p. 7.
(2) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-13 ta' Ġunju 2012 (Testi adottati, P7_TA(2012)0243).


Fondi Ewropej ta' Kapital ta' Riskju ***I
PDF 289kWORD 26k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Fondi Ewropej ta' Kapital ta' Riskju (COM(2011)0860 – C7-0490/2011 – 2011/0417(COD))
P7_TA(2013)0071A7-0193/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0860),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0490/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tas-26 ta' April 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-12 ta’ Diċembru 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0193/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(2);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2013 bil-ħsieb li jiġi adottat ir-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju

P7_TC1-COD(2011)0417


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 345/2013.)

(1) ĠU C 191, 29.6.2012, p. 72.
(2) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-13 ta’ Settembru 2012 (Testi adottati, P7_TA(2012)0346).


Fond Ewropew għall-Intraprenditorija Soċjali ***I
PDF 289kWORD 24k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi ta’ Intraprenditorija Soċjali Ewropej (COM(2011)0862 – C7-0489/2011 – 2011/0418(COD))
P7_TA(2013)0072A7-0194/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0862),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0489/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tat-23 ta' Mejju 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-12 ta’ Diċembru 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0194/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(2);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sostanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2013 bil-ħsieb li jiġi adottat ir-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej

P7_TC1-COD(2011)0418


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 346/2013.)

(1) ĠU C 229, 31.7.2012, p. 55.
(2) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-13 ta’ Settembru 2012 (Testi adottati, P7_TA(2012)0345).


L-impatt tal-kriżi ekonomika fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa
PDF 309kWORD 49k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar l-impatt tal-kriżi ekonomika fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa (2012/2301(INI))
P7_TA(2013)0073A7-0048/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 8, l-Artikolu 153(1)(i), u l-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ April 2012 bl-isem “Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi’ (COM(2012)0173) u d-dokument ta’ akkumpanjament dwar l-isfruttament tal-potenzjal fir-rigward tal-impjiegi li joffru s-servizzi personali u domestiċi (SWD(2012)0095),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ottubru 2011 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni (COM(2011)0609),

–  wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2011-2020), adottat mill-Kunsill Ewropew f'Marzu 2011,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-2011 bl-isem Progress fl-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel: ir-Rapport Annwali 2010 (SEC(2011)0193),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-21 ta' Settembru 2010 bl-isem “Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015’ (COM(2010)0491),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri – It-Tieni Parti tal-Linji Gwida Integrati tal-Istrateġija Ewropa 2020 (COM(2010)0193),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/123/KE tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern(1),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid)(2),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi(3),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) tat-18 ta’ Diċembru 1979,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Settembru 2010 dwar ir-rwol tan-nisa f’soċjetà li qiegħda tixjiħ(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar aspetti rigward il-ġeneru fil-kuntest tar-reċessjoni ekonomika u l-kriżi finanzjarja(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Ottubru 2010 dwar ħaddiema nisa prekarji(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2011 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2010(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Marzu 2011 dwar l-aspett tal-faqar tan-nisa fl-Unjoni Ewropea(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-6 ta' Lulju 2011 dwar in-nisa u t-tmexxija tan-negozji(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Settembru 2011 dwar l-intraprenditorija tan-nisa f’intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar is-sitwazzjoni tal-ommijiet waħedhom(12),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2012 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2011(13),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Mejju 2012 dwar rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ pagi ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ugwali jew għal xogħol ta' valur ugwali(14),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Settembru 2012 dwar ir-rwol tan-nisa fl-ekonomija ekoloġika(15),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2012 dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tan-nisa fis-settur tas-servizzi(16),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-istrateġija tal-UE dwar l-inklużjoni tar-Roma(17),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0048/2013),

A.   billi l-Unjoni Ewropea qed tħabbat wiċċha mal-ikbar kriżi ekonomika u finanzjarja mid-depressjoni tat-tletinijiet u billi r-rata ta' qgħad fl-Istati Membri u speċjalment fl-Istati Membri tan-Nofsinhar, peress li din żdiedet b'mod sinifikanti bħala riżultat ta' din il-kriżi; billi l-effetti ta' din il-kriżi huma partikolarment serji għal persuni vulnerabbli, u b’mod partikolari għan-nisa, li jintlaqtu b’mod dirett – billi jitilfu l-impjiegi, jitnaqqsulhom is-salarji jew jew jitilfu s-sigurtà tal-impjiegi – u b’mod indirett permezz tat-tnaqqis baġitarju fis-servizzi u l-benessri pubbliċi; billi għalhekk hu fundamentali li fost l-oħrajn tiġi indirizzata b’mod serju d-dimensjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fit-trattament ta’ din il-kriżi u l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet biex din tiġi indirizzata b'mod serju ħafna;

B.   billi d-dritt għax-xogħol huwa prekundizzjoni essenzjali biex in-nisa jgawdu minn drittijiet ugwali effettivi, minn indipendenza ekonomika u minn suċċess professjonali; billi l-kriżi attwali mhix biss kriżi finanzjarja u ekonomika, imma wkoll kriżi għad-demokrazija, għall-ugwaljanza, għall-benessri soċjali, u għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, u qed tintuża wkoll bħala skuża għat-tnaqqis fil-pass jew anke għat-twaqqif tal-isforzi kruċjali fit-trattament tat-tibdil fil-klima u l-isfidi ambjentali ta’ quddiemna,

C.   billi l-istudji riċenti wrew li 5 % ta' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet biss fl-istituzzjonijiet finanzjarji tal-UE huma nisa, filwaqt li l-gvernaturi kollha tal-banek ċentrali tas-27 Stat Membru huma rġiel; billi l-istudji dwar il-ġeneru wrew li n-nisa jimmaniġġjaw b’mod differenti billi jevitaw ir-riskju u jiffukaw aktar fuq perspettiva fit-tul,

D.   billi fil-bidu l-kriżi ekonomika kellha impatt ikbar fuq l-irġiel milli fuq in-nisa; billi l-bidliet fil-qgħad fost l-irġiel u dak fost in-nisa jindikaw differenza bejn il-perjodu li ntlaqtu; billi n-nisa ma ntlaqtux mill-ewwel mill-kriżi, iżda llum il-ġurnata huma iktar affettwati mill-konsegwenzi tagħha, (ammont akbar u qed jiżdied ta' xogħolijiet prekarji u bħala part time, theddida akbar ta’ tkeċċija, salarji iktar baxx, inqas kopertura tal-protezzjoni soċjali, eċċ.) u se jidhru wkoll iktar affettwati għal żmien iktar fit-tul; billi hemm ħafna inqas dokumentazzjoni dwar din il-fażi u hemm nuqqas ta' data statistika affidabbli u komparabbli dwarha, u, konsegwentement, hemm tendenza li l-konsegwenzi fuq in-nisa ma jitqisux biżżejjed;

E.   billi n-nisa għandhom rwol kritiku fit-tmexxija tal-iżvilupp ekonomiku; billi l-għoti ta’ iżjed setgħa lin-nisa jista’ jkollu l-effett ekonomiku li joħroġ lill-komunitajiet u l-familji mill-faqar;

F.   billi f’sitwazzjoni ta’ kriżi, il-politika dwar is-suq tax-xogħol għandha tendenza li tiffoka fuq li tinfluwenza l-livell ġenerali ta’ impjiegi, u mhux fuq nisa ekonomikament mhux attivi;

G.   billi ta' min jinnota li n-nisa qiegħda spiss ma jiddaħħlux fl-istatistiki uffiċjali u li l-inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward tar-rati ta' inattività huma spiss sottovalutati għax in-nisa għandhom tendenza ikbar li ma jibqgħux fis-suq tax-xogħol għal diversi raġunijiet (tqala, responsabilitajiet tal-familja, limitazzjonijiet ta' ħin) u jwettqu xi xogħol bla ħlas jew informali, spiss fid-dar jew jieħdu ħsieb persuni dipendenti jew jaqdu l-ekonomija klandestina, filwaqt li bħalissa jeżistu ftit studji dwar l-impatt tat-tnaqqis fin-nefqa pubblika relatata mal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel;

H.   billi t-tnaqqis baġitarju li sar mill-gvernijiet minħabba l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ awsterità jolqot l-iktar lis-settur pubbliku u s-servizzi ta’ benessri tiegħu, fejn hemm preżenza qawwija ta’ nisa u l-iżjed benefiċċji għan-nisa – li jagħmlu madwar 70 % tal-impjegati tas-settur pubbliku – imma wkoll lis-settur privat, u b’hekk in-nisa saru l-vittmi prinċipali tal-miżuri ta’ awsterità; billi sa issa l-ebda pajjiż għadu ma vvaluta l-impatt tat-tnaqqis propost fl-infiq pubbliku u tal-konsegwenzi tal-konsolidazzjoni fiskali minn perspettiva tal-ġeneri, kemm l-impatt tal-miżuri individwali kif ukoll l-impatt kumulattiv tagħhom.

I.   billi n-nisa huma iżjed dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali li qed jitnaqqsu bħala parti mill-miżuri ta’ awsterità;

J.  billi sitwazzjoni ta’ kriżi bħal dik li għaddejjin minnha bħalissa titlob riformi strutturali profondi fis-suq tax-xogħol;

K.  billi għan-nisa, tnaqqis fl-għadd ta’ impjiegi spiss iwassal għall-riaġġustament tal-iskedi tax-xogħol, inklużi sigħat itwal ta' xogħol li spiss jinvolvu f’xiftijiet differenti; billi l-effett tal-irkupru probabbilment jinħass iktar malajr fis-settur industrijali u jwassal ukoll għal irkupru tal-impjiegi għall-irġiel li jiżdiedu b’rata iktar mgħaġġla mill-impjiegi għan-nisa; billi il-miżuri ta' awsterità fis-servizzi pubbliċi se jkollhom effett iktar dewwiemi fuq l-impjiegi tan-nisa, u b'hekk fuq medda twila ta' żmien se jipperikolaw il-progress li sar fil-qasam tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel;

L.  billi l-kriżi qed twassal għal sfruttament ikbar tan-nisa kemm fl-ekonomija legali kif ukoll f'dik illegali; billi l-effetti tagħha se jkollhom impatt fuq terminu ta’ żmien itwal fuq dawk in-nisa li għandhom karriera mhux lineari (inklużi dawk f'impjiegi b’pagi baxxi, part-time, intermedji, mhux tipiċi jew f'impjiegi informali), u spiss ix-xogħol part-time isir obbligatorju, ħaġa li tirriżulta fil-fatt li n-nisa jkollhom rekord mhux komplut ta' kontribuzzjonijiet għall-pensjoni u li jkun hemm perċentwal ogħla ta' nisa fir-riskju tal-faqar; billi n-nisa jistgħu jispiċċaw b'intitolament għal pensjoni żgħira ħafna u b'hekk jitressqu taħt il-linja tal-faqar; billi hemm ir-riskju ta' 'ġenerazzjoni mitlufa' sħiħa ta’ żgħażagħ, kemm ġuvintur kif ukoll tfajliet, li huma mċaħħda mill-opportunitajiet tax-xogħol, l-impjiegi sikuri u spiss l-opportunitajiet tal-edukazzjoni minħabba t-tbatija ekonomika;

M.  billi l-kriżi qed iżżid id-diffikultajiet tar-rikonċiljazzjoni tar-rwoli tal-karriera u tal-familja; billi meta jitwieldu t-tfal l-impatt fuq l-impjieg huwa differenti għan-nisa u għall-irġiel; billi l-parteċipazzjoni tal-ommijiet fis-suq tax-xogħol hija 12 % inqas minn dik tan-nisa mingħajr tfal, filwaqt li r-rata tal-impjieg tal-missirijiet hija 8,7 % ogħla milli dik ta’ rġiel mingħajr tfal;

N.  billi d-dimensjoni tal-ġeneri ma tqisitx fl-inizjattivi u l-politiki attwali u dawk ippjanati mmirati lejn il-ħruġ mill-kriżi;

O.  billi l-impjiegi tan-nisa huwa milqut mill-istereotipi dwar il-ġeneri, bħall-idea li l-qgħad tal-irġiel huwa kwistjoni 'iktar serja' minn dak tan-nisa, ħaġa li żżid mal-ammont diġà sinifikanti ta’ stereotipi dwar il-ġeneri li għandhom impatt negattiv fuq l-opportunitajiet tan-nisa li jsibu x-xogħol; billi fil-prattika l-approċċ għall-qgħad tal-irġiel huwa differenti minn dak għall-qgħad tan-nisa, peress li l-irġiel għadhom meqjusa bħala dawk li jaqilgħu l-għajxien u n-nisa bħala dawk li prinċipalment jieħdu ħsieb il-familja;

P.  billi madwar 23 % taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea ħabbtu wiċċhom mar-riskju tal-faqar jew l-esklużjoni soċjali fl-2010(18), u billi dan it-tifqir tal-popolazzjoni jolqot fil-biċċa l-kbira lin-nisa, peress li dawn spiss iħabbtu wiċċhom ma' taħlita ta' diffikultajiet, kif fil-każijiet ta' nisa ikbar fl-età li jgħixu waħedhom jew familji b'ġenitur wieħed (fil-biċċa l-kbira tagħhom immexxija min-nisa); billi dawn jinkludu diffikultajiet biex jinżamm jew jerġa’ jinstab impjieg f'dan il-kuntest, diffikultajiet ta' akkomodazzjoni xierqa, it-teħid tar-responsabbiltà tal-persuni dipendenti fuqhom (tfal, ġenituri, jew persuni morda jew b’diżabilità), u diffikultajiet ta’ rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja li jirriżultaw minn nuqqas ta’ strutturi u varjazzjonijiet xierqa ta’ appoġġ fil-politiki nazzjonali dwar il-kwistjoni fis-27 Stat Membru tal-UE;

Q.  billi l-kriżi kompliet taggrava l-kundizzjoni soċjali u ekonomika ta’ ħafna komunitajiet żvantaġġati u kkontribwixxiet għal rata ikbar ta’ tluq bikri mill-iskola fost il-bniet u anke vulnerabbiltà ikbar għat-traffikar tagħhom;

R.  billi t-tnaqqis fis-servizzi u l-benefiċċji kkomprometta l-indipendenza ekonomika tan-nisa, għaliex il-benefiċċji spiss jikkostitwixxu sors importanti tal-introjtu tagħhom u għaliex in-nisa għandhom tendenza li jużaw is-servizzi pubbliċi iżjed mill-irġiel; billi l-ommijiet waħedhom u l-pensjonanti nisa mhux miżżewġa jiffaċċjaw l-ikbar telf kumulattiv;

S.  billi qed jiżdied in-numru ta’ nisa li qed jagħżlu impjiegi informali u bla ħlas (fuq bażi volontarja jew le) b’inqas protezzjoni soċjali biex jaħarbu mill-kriżi; billi skont studju tal-OECD(19), ix-xogħol domestiku jirrappreżenta 33 % tal-PNG tal-pajjiżi membri tal-OECD;

T.  billi jinnota li t-tnaqqis fid-differenza bejn il-figuri ta’ qgħad tal-irġiel u tan-nisa aktar jirrifletti degradazzjoni ġenerali fil-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax- xogħol milli progress lejn iktar ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel;

U.  billi n-nisa li jidħlu fil-ħajja tax-xogħol għandhom rwol ewlieni fit-triq lura lejn it-tkabbir; billi dawn jiffaċilitaw żieda fid-dħul tal-familja li twassal għal żieda fil-konsum u tagħti spinta lill-ekonomija billi, għaldaqstant, l-ugwaljanza fost l-irġiel u n-nisa għandha impatt pożittiv fuq il-produttività u t-tkabbir ekonomiku;

V.  billi l-analiżi sekondarja riċenti tal-Ħames EWCS ('In-nisa, l-irġiel u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa: Analiżi sekondarja tal-5 Stħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol', il-Eurofound 2012, li għandha tiġi ppubblikata fl-2013) tidher li turi li s-segregazzjoni tal-ġeneri hija detrimentali kemm għall-ħaddiema nisa kif ukoll irġiel. billi kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa jirrapportaw benessri miżjud fuq ix-xogħol u sodisfazzjon ikbar mill-impjieg meta jaħdmu ma’ kollegi taż-żewġ sessi; billi għad baqa’ xi jsir sabiex titkisser is-segregazzjoni tal-ġeneri fis-suq tax-xogħol, il-polarizzazzjoni tal-ġeneri okkupazzjonali u l-eżistenza ta' postijiet tax-xogħol monoġeneri (peress li tlieta minn kull ħames ħaddiema fl-Ewropa jaħdmu f’post tax-xogħol b’ħaddiema tal-istess sess);

W.   billi l-miżuri għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel tħassru jew ġew posposti u t-tnaqqis futur potenzjali fil-baġits pubbliċi ser ikollu effett negattiv fuq l-impjiegi tan-nisa u fuq il-promozzjoni tal-ugwaljanza;

X.   billi r-riċessjoni ekonomika m’għandhiex tkun skuża biex jitnaqqas ir-ritmu tal-progress tal-politiki dwar ir-rikonċiljazzjoni tax-xogħol mal-ħajja privata u biex jitnaqqsu l-fondi allokati għas-servizzi ta’ għajnuna lill-persuni dipendenti u l-arranġamenti tax-xogħol, u b'ehkk jolqtu b'mod speċjali l-aċċess tan-nisa għas-suq tax-xogħol;

Y.   billi l-vjolenza kontra n-nisa hija fenomenu mifrux ħafna fil-pajjiżi kollha u fil-klassijiet soċjali kollha; billi l-pressjoni ekonomika spiss twassal għal abbuż iktar frekwenti, iktar vjolenti u iktar perikoluż, u billi xi studji wrew ukoll li l-vjolenza kontra n-nisa se titqawwa meta l-irġiel ikunu obbligati li jiċċaqilqu u li jirrinunzjaw għall-proprjetà tagħhom bħala riżultat tal-kriżi ekonomika;

Z.  billi n-nisa bbenefikaw l-iktar mill-ħolqien tal-impjiegi fl-UE bejn l-1998 u l-2008 (ir-rati rispettivi ta' impjiegi tan-nisa fl-UE kienu 55,6 % u 62,8 %(20); billi l-impjiegi żdiedu bi 12,7 % għan-nisa imma bi 3.18 % biss għall-irġiel, filwaqt li r-rata ta' qgħad għan-nisa baqgħet kemxejn ogħla fl-2012(21) (10,7 % tan-nisa kienu qiegħda f'paragun ma' 10,6 % tal-irġiel);

AA.  billi fl-2011, 31,6 % tan-nisa kienu qed jaħdmu part time meta mqabbel ma’ 8,1 % fil-każ tal-irġiel;

1.  Ifakkar li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija waħda mill-objettivi fundamentali tal-Unjoni Ewropea u li għandha tkun kunsiderazzjoni prinċipali fid-definizzjoni ta' reazzjoni għall-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali, inkluż l-investiment fis-settur pubbliku, fis-settur tal-benessri, u fl-akkomodazzjoni ekoloġikament sostenibbli, it-trasport, eċċ., u jiġi ġġenerat l-introjtu għall-istat permezz ta’ politiki iżjed effiċjenti dwar it-tassazzjoni; jilmenta li r-reazzjonijiet politiċi għall-kriżi, inklużi l-pakketti ta’ rkupru, ma rrikonoxxewx, ma analizzawx, u ma rrettifikawx l-impatt tal-kriżi dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel; jiddenunzja li l-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-istrateġija ta’ wara dik ta’ Lisbona prattikament ma teżistix, għalhekk jitlob lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jintegraw l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel permezz ta’ objettivi speċifiċi fid-direttivi makroekonomiċi u tal-impjiegi;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tintegra d-dimensjoni tal-ġeneri fil-politiki kollha, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw: l-impatt tal-miżuri ta' awsterità u rkupru mill-kriżi; il-governanza ekonomika; l-iżvilupp sostenibbli u l-impjiegi ekoloġiċi; l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali; il-migrazzjoni, il-kooperazzjoni u l-iżvilupp; is-saħħa u s-sikurezza; u miżuri li għandhom jiġu pjanati jew implimentati biex jegħlbu jew jillimitaw l-effetti tal-kriżi;

3.  Jistieden lill-Istati Membri jirrevedu u jenfasizzaw l-impatt immedjat u fuq perjodu ta’ żmien twil tal-kriżi ekonomika fuq in-nisa, b'referenza partikolari għal jekk u kif din tgħarraq l-inugwaljanzi attwali bejn in-nisa u l-irġiel, u l-konsegwenzi relatati, bħaż-żieda fir-riskju tal-vjolenza abbażi tas-sess, it-tnaqqis fis-saħħa materna u tat-trabi u l-faqar fost in-nisa ikbar fl-età;

4.  Ifakkar li wara li nkisbet rata tal-impjiegi tan-nisa ta’ 62,8 % fl-2008, b’żieda kostanti minn iktar minn għaxar snin ilu, l-UE esperjenzat ftit tnaqqis f’dik ir-rata mill-bidu tal-kriżi ekonomika, li wassal għal 62,3 % fl-2011; jinsisti, b’hekk, dwar il-ħtieġa li jiġu proposti reazzjonijiet fit-tul li jqisu d-dimensjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fil-politiki kemm tal-UE kif ukoll tal-Istat Membru ta’ salvagwardja tal-impjiegi u t-tkabbir mill-ġdid;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra adattament ulterjuri tal-Fondi Strutturali, sabiex tiżgura appoġġ addizzjonali lill-oqsma tal-impjiegi tan-nisa li probabbilment jistgħu jiġu affettwati mill-kriżi, kif ukoll appoġġ għall-kura tat-tfal, it-taħriġ u l-aċċess għall-impjieg;

6.  Jenfasizza l-importanza tal-inizjattiva emblemika 'Pjattaforma kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali'; jistieden lill-Istati Membri jużaw bis-sħiħ il-Programm l-Ewropa għaċ-Ċittadini u l-Programm li se jibda għall-Bidla u l-Innovazzjoni Soċjali, speċjalment fir-rigward tal-implimentazzjoni effettiva tal-objettivi tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel; jenfasizza l-importanza tal-programm Daphne III b’mod speċjali rigward il-protezzjoni tan-nisa kontra kull forma ta’ vjolenza u l-ħtieġa li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa, benessri u koeżjoni soċjali;

7.  Jenfasizza l-fatt li, minkejja li r-rati ta' qgħad għall-irġiel u n-nisa huma kumparabbli, il-kriżi tolqot lin-nisa b'mod differenti; jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-kundizzjonijiet tax-xogħol inqas għan-nisa saru konsiderevolment iktar insikuri, b’mod partikolari bl-iżvilupp ta’ forom atipiċi ta' kuntratti, u li l-introjtu tan-nisa waqa' b'mod sinifikanti minħabba numru ta' fatturi, inklużi l-persistenza tal-inugwaljanza fis-salarji bejn l-irġiel u n-nisa (kważi 17 %) u l-inugwaljanza li tirriżulta minn dan fil-livelli rispettivi ta' benefiċċji tal-qgħad, iż-żieda fl-impjiegi part time imposti, u ż-żieda fin-numru ta' impjiegi temporanji jew fuq terminu ta’ żmien determinat għad-detriment ta' impjiegi iktar stabbli; billi minħabba d-differenza persistenti bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u l-inugwaljanza li tirriżulta fil-livelli ta' benefiċċji tal-qgħad, il-kriżi għarrqet is-sitwazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol; jinnota li l-esperjenzi tal-kriżi ta’ qabel juru li l-impjiegi tal-irġiel, b'mod ġenerali, jirkupraw iktar malajr minn dawk tan-nisa;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta, mill-iktar fis possibbli, proposta għal direttiva li tistabbilixxi miżuri sabiex tingħeleb id-differenza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel għal xogħol ugwali jew ekwivalenti;

9.  Ifakkar li għad hemm disparitajiet kbar bejn id-diversi Stati Membri, fejn ir-rata tal-impjiegi tan-nisa tvarja bejn 48,6 % u 77,2 %, u li il-kuntrast f'dawn is-sitwazzjonijiet jeħtieġ reazzjonijiet speċifiċi u adattati għal kull sitwazzjoni fil-qafas ta’ approċċ globali Ewropew; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li jkun hemm indikaturi komuni affidabbli, u għalhekk statistiki komparabbli affidabbli, sabiex tkun tista’ ssir evalwazzjoni ta’ sitwazzjonijiet differenti, ikunu jistgħu jiġu determinati l-ħtiġijiet u jinstabu reazzjonijiet adegwati;

10.  Ifakkar li qabel ma bdiet il-kriżi ekonomika, in-nisa kienu jinsabu fil-maġġoranza fl-impjiegi temporanji u part time u li l-kriżi rinfurzat din ix-xejra, biex b’hekk bosta nisa qegħdin f’riskju akbar ta’ esklużjoni soċjali; jinnota li dan kien partikolarment il-każ fl-Istati Membri tan-Nofsinhar;

11.  Jinnota bi tħassib li l-qgħad fost iż-żgħażagħ nisa żdied minn 18,8 % fl-2009 għal 20,8 % fl-2011, u li l-kriżi se jkollha impatt speċjalment aħrax fuq il-gruppi żvantaġġjati ta' nisa, inklużi inter alia in-nisa b'diżabilitajiet, in-nisa immigranti, in-nisa li jappartjenu għal minoritajiet etniċi, in-nisa bi ftit kwalifiki, in-nisa li ilhom qiegħda għal żmien twil, l-ommijiet waħedhom, in-nisa mingħajr riżorsi ta' għajxien u n-nisa li jieħdu ħsieb persuni dipendenti; jilqa’ l-pakkett ta’ miżuri tal-Kummissjoni mmirat lejn l-indirizzar tal-livelli attwali mhux aċċettabbli li waslu fih il-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-esklużjoni soċjali u biex jipprovdu liż-żgħażagħ b’impjiegi, bl-edukazzjoni u bit-taħriġ.

12.  Jemmen li d-dritt għax-xogħol huwa prekundizzjoni essenzjali biex in-nisa jgawdu minn drittijiet ugwali effettivi, minn indipendenza ekonomika u minn suċċess professjonali, u għalhekk jinsisti li l-impjiegi prekarji jinqerdu billi jiġi rikonoxxut u mtejjeb id-dritt għal xogħol bi drittijiet;

13.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri biex jifformulaw mill-ġdid ir-reazzjonijiet attwali tagħhom għall-kriżi ekonomika sabiex jiġi żgurat li l-miżuri li jittieħdu jkollhom kamp ta’ applikazzjoni fuq perjodu ta’ żmien twil u ma jipperikolawx il-politiki tal-benessri u l-istrutturi tas-settur pubbliku li huma prekundizzjoni għal ugwaljanza ikbar bejn in-nisa u l-irġiel, bħas-servizzi soċjali u l-faċilitajiet tal-kura, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, u d-drittijiet tal-ħaddiema;

14.  Ifakkar li qed isir dejjem aktar diffiċli biex in-nisa jagħmlu t-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għall-impjieg, u li dan fl-aħħar mill-aħħar se jwassal għal diverġenzi fil-valutazzjoni tal-irġiel u tan-nisa rigward il-ħiliet tagħhom stess;

15.  Iqis li r-riformi strutturali li se jirriżultaw mit-trattament tal-kriżi attwali, jikkostitwixxu okkażjoni sabiex tiġi korretta ċerta mġiba diskriminatorja bbażata fuq il-ġeneru, li għadha komuni wisq fis-suq tax-xogħol Ewropew;

16.  Jenfasizza li s-sehem tan-nisa huwa iktar minn dak tal-irġiel fl-ekonomija moħbija, parzjalment minħabba li s-setturi li fihom tradizzjonalment jidħlu n-nisa bħal servizzi fid-djar, kura għan-nies, eċċ, huma kkaratterizzati minn deregulazzjoni akbar; Jinnota, min-naħa l-oħra, li l-ekonomija informali kibret minħabba l-kriżi, minkejja li huwa diffiċli ħafna li tinkiseb stampa ċara tagħha fin-nuqqas ta’ data affidabbli dwar l-inċidenza u l-impatt;

17.  Jenfasizza li n-nisa kellhom rwol essenzjali fir-reżistenza għall-kriżi; huwa konvint li n-nisa jirrappreżentaw potenzjal konsiderevoli għat-titjib tal-kompetittività u tar-rendiment tal-intrapriżi, b’mod partikolari meta jaħdmu f’karigi ta’ ġestjoni f’dawn tal-aħħar; iqis li, għalhekk, l-involviment tan-nisa fit-tfassil u l-ġestjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru sabiex tiġi promossa l-koeżjoni soċjali hija kwistjoni ta' urġenza partikolari;

18.  Jinsisti fuq il-ħtieġa li l-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali u r-restrizzjonijiet baġitarji li jirriżultaw minnha ma jipperikolaw ir-riżultati miksuba mill-politiki ta’ promozzjoni tal-ugwaljanza bejn n-nisa u l-irġiel, u li ma joħolqux preċedent għat-tnaqqis tal-isforzi f’dan il-qasam; jemmen li din għandha pjuttost tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jinkorporaw politiki ta' ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fil-politiki tal-impjiegi tagħhom, filwaqt li jqis li dawn tal-aħħar huma parti mis-soluzzjoni għall-kriżi f'termini tat-trawwim u l-isfruttament sħiħ tal-ħiliet u l-abilitajiet tal-Ewropej kollha; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li aspett tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri jiddaħħal fil-politiki fiskali pjanati kollha;

19.  Jenfasizza li d-drittijiet tan-nisa m’għandhomx jiġu kkunsidrati, jinftiehmu jew jiġu segwiti bħala drittijiet li jikkompetu mad-drittijiet tal-irġiel peress li t-titjib tas-servizzi tal-kura u tas-servizzi pubbliċi għall-familji hu prekundizzjoni għall-parteċipazzjoni kemm tal-irġiel kif ukoll tan-nisa fis-suq tax-xogħol; jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li hemm ħtieġa li tiġi promossa l-kondiviżjoni tar-responsabbiltajiet tal-familja u l-unità domestika; jistieden lill-Istati Membri jdaħħlu miżuri jew jiżviluppaw il-miżuri eżistenti li għandhom l-għan li jegħlbu d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru u l-assenjazzjoni mhux ugwali tar-rwoli, pereżempju li l-irġiel jitħeġġu jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jieħdu ħsieb it-tfal u l-morda jew il-qraba b’diżabilità;

20.  Jenfasizza li r-rata tat-twelid li qed tonqos fl-UE saret aktar gravi minħabba l-kriżi, peress li l-qgħad, is-sitwazzjonijiet prekarji u l-inċertezza rigward il-futur u l-ekonomija wasslu biex koppji, u b’mod partikolari n-nisa żgħażagħ, qed idumu biex ikollhom it-tfal, u b'hekk qed isaħħu t-tendenza tat-tixjiħ demografiku fl-Unjoni;

21.  Jenfasizza l-importanza ta' riforma tal-politiki makroekonomiċi, soċjali u tas-suq tax-xogħol sabiex tiġi garantita l-ġustizzja ekonomika u soċjali għan-nisa, jiġu żviluppati strateġiji għall-promozzjoni tad-distribuzzjoni ġusta tal-ġid, jiġu garantiti introjtu minimu u salarji u pensjonijiet diċenti, titnaqqas id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri, jinħolqu iżjed impjiegi ta’ kwalità għolja għan-nisa flimkien mal-ħarsien ta' drittijiet sabiex in-nisa jkunu jistgħu jibbenefikaw minn servizzi pubbliċi ta’ kwalità għolja, u jittejbu l-għoti tal-benessri u s-servizzi tal-viċinat, inklużi crèches, kindergartens u forom oħra ta’ edukazzjoni preskolari, ċentri tal-attenzjoni tul il-ġurnata, ċentri ta’ rikreazzjoni tal-komunità u tal-appoġġ tal-familji u ċentri interġenerazzjonali;

22.  Ifakkar li t-tnaqqis fil-baġits pubbliċi mhux newtrali għall-ġeneru imma li pjuttos jirriżulta mill-politiki ekonomiċi makrostrutturali tal-Unjoni, b’mod partikolari l-implimentazzjoni tal-miżuri inklużi fil-programmi ta’ “governanza ekonomika’ u ta’ aġġustament finanzjarju, li qed jikkawżaw u se jkomplu jikkawżaw inugwaljanzi dejjem jikbru bejn l-irġiel u n-nisa, il-qgħad fost in-nisa u l-femminizzazzjoni tal-faqar; jemmen li hija meħtieġa, għalhekk, bidla fil-politika peress li n-nisa huma fil-maġġoranza fl-impjiegi tas-settur pubbliku u huma l-benefiċjarji ewlenin tal-politiki soċjali; jitlob, għalhekk, li jiżdiedu l-intestaturi baġitarji rilevanti;

23.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jagħmlu valutazzjoni tal-impatt fuq in-nisa u l-irġiel meta jippjanaw il-miżuri ta’ awsterità sabiex jiżguraw li l-effetti tagħhom ikunu kemm jista' jkun newtrali fir-rigward tal-ġeneri;

24.  Jistieden lill-Istati Membri jdaħħlu l-ibbaġitjar tal-ġeneri sabiex janalizzaw il-programmi u l-politiki tal-gvern, l-effetti tagħhom fuq l-allokazzjoni tar-riżorsi u l-kontribut tagħhom għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel;

25.  Jenfasizza li n-nisa jaffaċċjaw riskju akbar mill-irġiel ta’ żvilupp aktar bil-mod fil-karriera bħala riżultat tal-aċċettazzjoni ta’ pożizzjonijiet tal-bidu f’livelli aktar baxxi jew peress li jaħdmu part-time, u li n-nisa f'din is-sitwazzjoni, għalhekk, huma iktar vulnerabbli, ikollhom livelli ta’ introjtu insodisfaċenti u jbatu aktar mill-faqar;

26.  Jitlob lill-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali sabiex jiggarantixxu dispożizzjonijiet adegwati ta’ servizzi għal ħarsien u kura tat-tfal u ta’ persuni oħra dipendenti, u li dawn ikunu kumpatibbli ma' ħinijiet ta’ xogħol full-time għan-nisa u l-irġiel;

27.  Jinsisti dwar l-importanza ta' azzjoni immedjata biex jiġu implimentati politiki ta' ritorn għall-impjieg u skemi ta' dħul fid-dinja tax-xogħol għall-impjegati tas-settur pubbliku, li jinkludu maġġoranza ta’ nisa, li x-xogħol tagħhom huwa mhedded mit-tnaqqis fil-baġit tas-servizz pubbliku;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jintegraw l-approċċ globali ta’ ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fil-politiki kollha dwar l-impjiegi, biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jinkoraġixxu l-irkupru tal-impjiegi tan-nisa, mhux biss fil-karigi ta' livelli inferjuri iżda anki f’livelli maniġerjali, u biex jinkorporaw dan l-approċċ fil-linji gwida tal-Unjoni dwar l-impjiegi; jinsisti dwar il-ħtieġa għal ibbaġitjar xieraq tal-ġeneri, b’mod speċjali fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014–2020 sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-Patt għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi kif ukoll fl-Istrateġija 2020;

29.  Jiddispjaċih mill-fatt li ż-żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol ma rnexxilhiex tidħol fl-Istħarriġ dwar it-Tkabbir Annwali 2013 minkejja l-fatt li hija waħda mill-miri ewlenin tal-UE 2020; jistieden lill-Kunsill iżid il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol bħala prijorità meta jadotta l-gwida dwar il-politika ekonomika ta’ din is-sena fil-qafas tas-Semestru Ewropew;

30.  Jistieden lill-Istati Membri jinkludu u jindirizzaw b’mod sistematiku l-kwistjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fil-programmi kollha ta’ riforma nazzjonali tal-ġejjieni;

31.  Jistieden lill-Istati Membri sabiex jippromwovu politika attiva tas-suq tax-xogħol, djalogu soċjali qawwi, standards tal-impjiegi u protezzjoni soċjali sabiex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tan-nisa, inklużi n-nisa migranti, u biex jiġu miġġielda x-xogħol furzat u x-xogħol mhux dikjarat;

32.  Jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw miżuri li jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tal-ommijiet fid-dinja tax-xogħol, bħal pereżempju x-xogħol mid-dar (teleworking), it-taħriġ vokazzjonali jew politiki ta’ ksib mill-ġdid ta' ħiliet, fid-dawl tal-promozzjoni ta' ritorn “iffaċilitat” lejn ix-xogħol wara l-liv tal--maternità;

33.  Jilqa’ l-proposta għal direttiva dwar bilanċ aħjar bejn in-nisa u l-irġiel fost id-diretturi mhux eżekuttivi tal-kumpaniji elenkati fil-borża, li tagħmilha possibbli li n-nisa jidħu f'impjigi b’iżjed kwalifiki u b’pagi aħjar, u jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw u jħejju l-implimentazzjoni tagħha; jitlob sabiex tiġi adottata leġiżlazzjoni vinkolanti simili minn entitajiet oħra li jħaddmu, inklużi l-istituzzjonijiet, amministrazzjonijiet u korpi pubbliċi Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali, peress li dawn għandhom ikunu ta’ eżempju għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fit-teħid tad-deċiżjonijiet;

34.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw strateġija għall-promozzjoni tal-bilanċ bejn il-ġeneri għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju li mhumiex koperti mid-direttiva msemmija hawn fuq; jikkundanna l-fatt li n-nisa huma sottorappreżentati fil-bordijiet ta' tmexxija tal-istituzzjonijiet finanzjarji u li, għaldaqstant, huma prattikament esklużi mill-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-qasam finanzjarju; jitlob lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex itejbu l-parteċipazzjoni tan-nisa f’kull livell tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, speċjalment fl-oqsma tal-ibbaġitjar u tal-arranġamenti ta’ governanza għas-sistemi finanzjarji Ewropej, inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-bżonn għal-litteriżmu finanzjarju tat-tfajliet u n-nisa;

35.  Jistieden lill-Istati Membri biex idaħħlu politiki għal taħriġ estensiv għall-impjegati ta' dawk is-setturi li huma l-iktar milquta mill-konsegwenzi negattivi tal-kriżi jew tal-globalizzazzjoni sabiex jippreparawhom għal bidliet fl-impjieg u għal impjiegi ġodda, billi jitqies il-post speċifiku tan-nisa u l-fatt li n-nisa jiġu furzati jinterrompu l-karriera tagħhom aktar ta’ spiss mill-irġiel biex jieħdu ħsieb it-tfal jew membri anzjani u morda tal-familja, ħaġa li għandha impatt fuq il-karriera tagħhom; jitlob li l-pjanijiet ta’ taħriġ ikunu sistematikament implimentati fl-intrapriżi sabiex jitħejja t-taħriġ mill-ġdid tal-impjegati, jiġu proposti trasferimenti individwali ta’ impjiegi, u biex jiġi offrut taħriġ adattat għal dawk li jkunu qegħdin ifittxu l-impjieg u għall-impjegati bi ftit kwalifiki; jitlob ukoll li jinħoloq reġistru komplut tan-nuqqasijiet ta’ ħaddiema, imqassma skont is-settur, sabiex in-nisa jkunu jistgħu jħejju ruħhom u jfittxu impjiegi b’mod immirat;

36.  Jistieden lill-Istati Membri jirrevedu s-sistemi ta' protezzjoni soċjali tagħhom bil-ħsieb li jiġu individwalizzati l-iskemi tad-drittijiet għall-pensjoni u d-drittijiet tas-sigurtà soċjali biex jiġi eliminat il-'vantaġġ ta' min jaqla' l-għajxien tal-familja', u b'hekk ikunu garantiti drittijiet tal-pensjoni ugwali;

37.  Jenfasizza li t-tnaqqis fin-nefqa fis-settur tal-kura de facto jiddistribwixxi mill-ġdid ix-xogħol fuq in-nisa u jipperikola l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel; histieden lill-Istati Membri jiżviluppaw pjanijiet għall-forniment ta’ servizzi ta’ kura li jistgħu jiġġeneraw il-ġustizzja soċjali u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel;

38.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu politiki u programmi ta’ taħriġ professjonali għan-nisa tal-etajiet kollha, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għall-ħtieġa urġenti ta' programmi ta' tagħlim tul il-ħajja u l-bżonn li jinkisbu ħiliet ġodda f’teknoloġiji ġodda u fis-settur tal-teknoloġija tal-informatika, sabiex jiżdied l-aċċess tan-nisa u tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fid-diversi setturi ta’ attività, inklużi s-settur ekonomiku u dak finanzjarju fejn l-impjegati nisa huma ftit, filwaqt li jkunu previsti wkoll miżuri speċifiċi ta’ appoġġ sabiex in-nisa jkunu jistgħu jikkombinaw ix-xogħol, it-taħriġ u l-ħajja tal-familja flimkien; ifakkar ir-rwol importanti li għandu l-Fond Soċjali Ewropew fl-inklużjoni professjonali permezz ta’ politiki ta’ taħriġ, u jissuġġerixxi li l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali jippromwovu l-użu ta' dan il-fond għall-benefiċċju, b’mod partikolari, tan-nisa li huma milquta aktar mill-kriżi ekonomika;

39.  Jenfasizza l-importanza li jsir investiment fin-nisa u fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel;

40.  Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu l-inklużjoni attiva u r-riintegrazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u jħeġġu l-impjieg tagħhom fis-setturi strateġiċi tal-iżvilupp, billi jadottaw miżuri speċifiċi relatati ma' ħinijiet flessibbli ta' xogħol, paga ugwali u għar-reviżjoni tat-tassazzjoni u l-iskemi tal-pensjoni, kif ukoll miżuri għat-tagħlim tul il-ħajja mmirati biex jiżguraw il-ħiliet u l-kwalifiki li huma meħtieġa fid-dawl tal-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020; jenfasizza l-importanza ta’ livell għoli ta’ taħriġ bħala stimolu għall-aċċess tan-nisa fis-setturi fejn huma sottorappreżentati, bħar-riċerka xjentifika u l-iżvilupp teknoloġiku, fi żmien meta l-Ewropa teħtieġ aktar riċerkaturi biex tippromwovi l-innovazzjoni u ssaħħah l-ekonomija tagħha. Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra adattament ulterjuri tal-Fondi Strutturali sabiex tiżgura appoġġ addizzjonali lill-oqsma tal-impjiegi tan-nisa li probabbilment jistgħu jiġu affettwati mill-kriżi, kif ukoll appoġġ għall-kura tat-tfal, it-taħriġ u l-aċċess għall-impjieg;

41.  Ifakkar li f’bosta Stati Membri, l-aċċess għall-ewwel impjieg full time għan-nisa żgħażagħ (tal-età ta’ bejn il-15 u l-24 sena) ilu jonqos mill-bidu tal-kriżi, u li biex isibu soluzzjoni għal din is-sitwazzjoni, ħafna minnhom qed itawlu l-istudji tagħhom; josserva li, minkejja din it-tendenza u l-fatt li taħriġ aħjar globalment ipproteġa lin-nisa aħjar, il-valorizzazzjoni tad-diplomi tagħhom għadha ma laħaqx il-livell ta' dik tad-diplomi tal-irġiel; jistieden lill-Istati Membri jiffukaw fuq l-istrateġiji li jgħaqqdu l-politiki dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ mal-politiki dwar l-impjiegi fil-mira għan-nisa żgħażagħ;

42.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-kurrikulu tal-iskejjel sekondarji jinkludi studji bażiċi dwar il-finanzi u l-intraprenditorija;

43.   jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkalkolaw l-impatt tas-sistemi tal-pensjonijiet ġodda fuq il-kategoriji differenti ta’ nisa, b’attenzjoni partikolari għall-kuntratti part-time u atipiċi u li jadattaw is-sistemi tas-sigurtà soċjali b’referenza speċjali għall-ġenerazzjonijiet iż-żgħar;

44.  Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu l-għoti ta' poter ekonomiku lin-nisa b'enfasi fuq l-intraprenditorija fost in-nisa, billi jinkoraġġixxu u jappoġġaw lin-nisa, speċjalment in-nisa żgħażagħ u l-immigranti, li jistabbilixxu kumpaniji, billi jiġi faċilitat l-aċċess tan-nisa għall-finanzjament, inter alia permezz tal-mikrokreditu, l-assistenza teknika u miżuri ta' sostenn, billi jiġu promossi għodod finanzjarji u ta’ appoġġ ġodda u jitħeġġeġ l-iżvilupp ta’ netwerks tan-nisa fl-intraprenditorija u tal-isponsors u l-iskambji tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi; jenfasizza li l-investiment fin-nisa u fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, huwa ta’ importanza kbira sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà ekonomika u jiġu evitati x-xokkijiet ekonomiċi;

45.  Jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-livelli kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet;

46.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri itejbu l-promoxxjoni tal-intraprenditorija fost in-nisa, inkluż b’appoġġ finanzjarju għall-imprendituri nisa;

47.  Jistieden lill-Istati Membri biex jippromwovu l-intraprenditorija fost in-nisa fl-ekonomija ekoloġika li hi sors ta’ impjiegi ġodda; jinnota li l-enerġija rinnovabbli tista’ toħloq opportunitajiet ġodda ta’ impjieg għall-imprendituri nisa f’reġjuni remoti u periferali tal-Unjoni Ewropea fejn ir-rata ta’ qgħad fost in-nisa hi partikolarment għolja u fejn il-potenzjal tal-esplojtazzjoni ta’ forom alternattivi ta’ enerġija bħal dik mir-riħ jew mix-xema huwa għoli;

48.  Jenfasizza l-importanza ta’ politiki attivi tas-suq tax-xogħol, spezzjonijiet tax-xogħol u d-djalogu soċjali, kif ukoll l-aġġornament tal-ħiliet, għall-promozzjoni tal-ekonomija iżjed ekoloġika;

49.   jistieden lill-Istati Membri biex jappoġġaw il-ħolqien ta’ impjiegi fl-ekonomija soċjali, li hija dominata minn impjiegi bla ħlas li jsiru min-nisa, u b’mod partikolari biex ifittxu u jimplimentaw soluzzjonijiet ġodda li jippermettu l-valutazzjoni ekonomika tax-xogħol informali mhux illegali;

50.  Jistieden lill-Istati Membri biex jappoġġaw is-settur tal-kura u s-saħħa bil-għan li jinħolqu kundizzjonijiet għall-ilħiq tal-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020 dwar l-impjiegi tan-nisa;

51.  Jistieden lill-Istati Membri jimmonitorjaw u jindirizzaw l-impatt tat-tnaqqis fis-servizzi pubbliċi tas-saħħa u tal-kura li jwassal għal-privatizzazzjoni mill-ġdid tal-kura, sabiex ma tiżdiedx il-piż tal-kura fuq in-nisa, peress li din tiġbidhom lura fir-rwol familjali tradizzjonali; jenfasizza li l-ekonomiji li jsiru fl-oqsma tal-liv tal-maternità, tal-paternità, tal-ġenituri u l-benefiċċji tat-tfal, u benefiċċji oħra relatati mal-kura u mal-familja naqqsu b’mod sinifikanti l-introjtu tan-nisa kollha b’responsabbiltajiet ta’ kura;

52.  Ifakkar li l-istereotipi jippersistu fir-rigward ta’ perċezzjonijiet tal-postijiet tal-irġiel u n-nisa fis-suq tax-xogħol, u li n-nisa jipprovaw jirrikonċiljaw l-obbligi tagħhom tax-xogħol mal-ħajja tal-familja tagħhom, u li għalhekk huma aktar vulnerabbli għal bidliet fl-impjieg mill-irġiel;

53.  Iħeġġeġ l-introduzzjoni ta' politiki tat-trasport pubbliku, u b’mod partikolari l-iżvilupp u t-titjib tas-servizzi tat-trasport pubbliku, fuq bażi li tqis l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, sabiex in-nisa jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod iktar attiv fis-suq tax-xogħol u fit-tfittxija għall-impjiegi billi dawn isisru verament mobbli;

54.  Jinsab imħasseb dwar is-sitwazzjoni tan-nisa li jgħixu fiż-żoni rurali fejn l-aċċess għal firxa ta' servizzi ddeterjora; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li ż-żoni rurali jkunu provduti bi transport pubbliku li jiffunzjona, għajnuna medika u servizzi essenzjali oħra, sabiex titnaqqas il-migrazzjoni lejn il-bliet u tiġi evitata l-marginalizzazzjoni taż-żoni periferiċi;

55.  Jenfasizza l-importanza ta’ azzjoni effettiva li tagħmilha possibbli li l-ħajja tax-xogħol, il-ħajja privata u dik tal-familja jiġu magħquda flimkien, li jkollha effett pożittiv ta’ żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa mill-oqsma kollha tas-soċjetà fil-ħajja soċjali u politika;

56.  Jenfasizza li l-Programm tal-UE “Erasmus for Young Entrepreneurs’ għandu jappoġġja b’mod partikolari l-parteċipazzjoni tan-nisa sabiex dawn ikunu jistgħu jiksbu grad ugwali ta' kunfidenza u għarfien tan-negozji fis-suq uniku kif ukoll il-ħiliet neċessarji għat-tmexxija u l-iżvilupp ta’ negozju;

57.  Jenfasizza li t-tnaqqis fis-servizzi pubbliċi li jipprovdu l-kura tat-tfal għandu impatt dirett fuq l-indipendenza ekonomika tan-nisa u fuq ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol mal-ħajja privata; Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jadottaw pjan ta’ azzjoni biex jilħqu l-miri stabbiliti f’Barċellona għal provvediment aħjar ta' kura tat-tfal, permezz tal-iżvilupp ta' crèches tal-kumpaniji u bejn il-kumpaniji; jinsisti fuq l-importanza tan-negozjati kollettivi mas-sħab soċjali għat-titjib tal-konċiljazzjoni tal-ħajja professjonali ma' dik tal-familja fil-livell settorjali, dak nazzjonali u dak reġjonali, kif ukoll li jittaffew il-kundizzjonijiet ta’ aċċess u ta’ ġestjoni fis-sistemi tal-kura tat-tfal marbuta mal-kategoriji tax-xogħol tan-nisa, filwaqt li jiġi stabbilit perjodu minimu ta’ tliet xhur notifika sabiex jinstab mezz ta’ kura biex tkun irrispettata l-konċiljazzjoni bejn il-ħajja tal-familja u l-ħajja professjonali;

58.  Jitlob li jiġu promossi arranġamenti xierqa tal-liv tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri, li jiġu appoġġjati l-inizjattivi tal-kumpaniji li jipprovdu l-flessibilità fil-ħinijiet tax-xogħol u servizzi tal-kura tat-tfal fuq il-post tax-xogħol, u li jiġu allokati riżorsi miżjuda għall-edukazzjoni, il-programmi ta' tagħlim tul il-ħajja u l-kwalifiki professjonali u l-programmi ta' ksib mill-ġdid ta' kwalifiki, kif ukoll l-introduzzjoni ta' appoġġ adegwat għal min jieħu ħsieb il-familja, inkluż l-provvediment ta' kura ta' serħan;

59.  Jissottolinja l-ħtieġa li jsir investiment f’servizzi ta’ kwalità bi prezzijiet aċċessibbli, bħall-kura tat-tfal fulltime, postijiet tal-iskola li jagħtu servizz tul il-jum kollu u l-kura għall-anzjani, li jgħinu l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, iħeġġu bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u joħolqu qafas li jiffaċilita d-dħul jew id-dħul mill-ġdid fis-suq tax-xogħol;

60.  Jenfasizza li huwa essenzjali li jinfetħu faċilitajiet ġodda għall-kura tat-tfal filwaqt li s-sistemi informali ta’ kustodja jadottaw xejra professjonali, billi jiġu stabbiliti standards kwalitattivi, billi jittejbu l-kundizzjonijiet ta' rimunerazzjoni u billi jiġi pprovdut taħriġ lill-operaturi; iqis ukoll li għandhom jitqiesu wkoll il-ħtiġijiet speċifiċi tal-ġenituri b’ħinijiet tax-xogħol atipiċi u tal-ġenituri waħedhom;

61.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiżdied ir-responsabbiltà tal-gvernijiet u ta’ min iħaddem rigward it-tiġdid ġenerazzjonali u d-drittijiet tal-maternità u l-paternità, li jfisser li n-nisa għandu jkollhom id-dritt li jkunu kemm ommijiet kif ukoll ħaddiema mingħajr ma jitilfu d-drittijiet tagħhom bħala ħaddiema;

62.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitnaqqsu l-effetti tal-kriżi ekonomika u finanzjarja għall-familji (b'referenza partikolari għad-divorzju, l-ommijiet waħedhom u sitwazzjonijiet fejn it-tfal jitħallew fil-kura ta’ qraba jew awtoritajiet), b'kunsiderazzjoni tal-fatt li n-nisa spiss ikunu mistennija jieħdu f'idejhom l-kompiti domestiċi; jenfasizza l-fatt li n-nisa, bħala riżultat ta' dan, se jitpoġġew f'riskju ikbar ta' faqar;

63.  Jenfasizza l-fatt li d-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Istati Membri biex inaqqsu l-baġits għall-għajnuna għat-tfal, l-edukazzjoni u l-attivitajiet extra-kurrikulari, l-ikliet fl-iskola, is-sussidji tat-trasport u l-għajnuna għal dawk li jieħdu ħsieb persuni dipendenti għandhom konsegwenzi diretti fuq in-nisa, li jkollhom jassumu r-responsabilità għall-maġġoranza tal-kompiti supplimentarji involuti; jenfasizza li dan ifisser li n-nisa spiss ikollhom jaqilbu għal impjieg part-time (b'iżvantaġġ soċjali li dan jinvoldi f'termini ta' introjtu inferjuri u pensjonijiet iżjed baxxi); jemmen li n-netwerk pubbliku ta' skejjel tat-trabi ta’ matul il-ġurnata, crèches u attivitajiet rikreattiva pubbliċi għat-tfal jeħtieġ li jikber, flimkien man-netwerk ta’ appoġġ pubbliku għall-anzjani u n-netwerk pubbliku ta’ sptarijiet komunitarji;

64.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw il-ħtiġijiet partikolari tan-nisa u l-bniet Roma billi japplikaw perspettiva tal-ġeneri fil-politiki kollha għall-inklużjoni tar-Roma, u biex jipprovdu protezzjoni għas-subgruppi li b’mod speċjali huma vulnerabbli;

65.  Jenfasizza li t-tnaqqis fis-servizzi pubbliċi li jipprovdu l-kura tat-tfal għandu impatt dirett fuq l-indipendenza ekonomika tan-nisa; jinnota li fl-2010 28,3 % tan-nuqqas ta’ attività u tax-xogħol part time tan-nisa kien spjegat min-nuqqas ta’ servizzi ta’ kura kontra ċ-ċifra ta’ 27,9 % fl-2009, u li fl-2010, ir-rata tal-impjiegi tan-nisa bi tfal żgħar fl-UE kienet ta’ 12,7 % inqas minn dik tan-nisa bla tfal, differenza ikbar mill-11,5 % rreġistrati fl-2008;

66.  Jistieden lill-Istati Membri jinvestu fis-settur tal-kura bħala settur ta’ tkabbir potenzjali kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, sabiex jitkisser l-assenjar tradizzjonali tar-rwol tal-kura lin-nisa, li jwassal għas-segregazzjoni bejn in-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol; jenfasizza li t-tnaqqis fis-settur tal-kura jwassal għal ċaqliq mill-kura pubblika għall-kura mingħajr ħlas fid-djar; jenfasizza l-ħtieġa ta’ kuntratti xierqa u protezzjoni soċjali għall-ħaddiema fil-kura personali li jaħdmu mid-dar;

67.  Jistieden lill-Istati Membri, fl-istennija ta’ armonizzazzjoni Ewropea, iżommu l-allokazzjonijiet rilevanti u allokazzjonjiet oħr tal-familja fil-livelli eżistenti tagħhom, sabiex ma jitnaqqasx l-introjtu tan-nisa, u wkoll biex jiżguraw li d-drittijiet tan-nisa fejn jidħol il-liv tal-maternità ma jinkisrux;

68.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimmonitorjaw bir-reqqa l-frekwenza li qed tiżdied ta' diskriminazzjonijiet kontra n-nisa tqal fis-suq tax-xogħol kif ġie rrappurtat f’diversi Stati Membri;

69.  Iqis li l-faqar fost in-nisa qed jiġi kkawżat mhux biss mill-kriżi ekonomika kurrenti imma wkoll minn varjetà ta' fatturi, inklużi l-istereotipi, id-differenzi bejn is-salarji tal-irġiel u tan-nisa, mekkaniżmi insuffiċjenti ta' distribuzzjoni mill-ġdid fis-sistemi tal-benessri, konċiljazzjoni insuffiċjenti bejn il-ħajja tal-familja u dik professjonali, l-aspettattivi ta' ħajja itwal għan-nisa u, b’mod ġenerali, il-forom kollha ta’ diskriminazzjoni bbażati fuq il-ġeneru, li jaffettwaw prinċipalment lin-nisa; jenfasizza, madankollu, li l-kriżi tiggrava s-sitwazzjoni tal-inugwaljanza kontinwi; jinsisti fuq il-ħtieġa li jkunu miġġielda l-istereotipi fl-oqsma u fl-istadji kollha tal-ħajja, peress li huma l-kawża l-iktar persistenti tal-inugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, u jkollhom impatt fuq l-għażla tagħhom fil-qasam tal-edukazzjoni u tax-xogħol u d-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet fid-dar u dawk tal-familja, kif ukoll fuq id-differenza bejn il-pagi, il-parteċipazzjoni fil-ħajja pubblika, ir-rappreżentanza fil-pożizzjonijiet ta' teħid tad-deċiżjonijiet;

70.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel reviżjoni tad-Direttiva 2006/54/KE, b’mod speċjali d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, kif mitlub mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Mejju 2012 li kienet tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ pagi ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ugwali jew għal xogħol ta’ valur ugwali;

71.  Jistieden l-Istati Membri u l-Kummissjoni sabiex jipproponu soluzzjonijiet li jgħinu lin-nisa jkomplu l-karrieri tagħhom, u li jiġġieldu b’mod speċjali kontra l-inugwaljanzi fil-pagi li jirriżultaw minn perjodi ta' liv tal-maternità;

72.  Jiġbed l-attenzjoni tal-Istati Membri għall-ħtieġa ta' miżuri li jtejbu l-introjtu, inkluż l-iżvilupp ta' skemi ta' introjtu minimu u programmi ta' assistenza soċjali għall-persuni li għandhom diffikultajiet biex jissodisfaw il-bżonnijiet bażiċi tagħhom, b'mod partikolari dawk li għandhom it-tfal jew responsabbiltajiet ta’ kura, u speċjalment il-ġenituri waħedhom;

73.  Josserva li l-kriżi ekonomika tikkontribwixxi għall-fastidju, l-abbuż u l-vjolenza fil-forom kollha tagħhom diretti kontra n-nisa, u b'mod partikolari żieda fil-prostituzzjoni; jenfasizza li n-nisa għadhom il-vittmi tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem l-iktar wiesgħa fid-dinja, f'kull kultura u fil-livelli soċjali u ekonomiċi kollha; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiżdiedu r-riżorsi finanzjarji u umani pubbliċi disponibbli għal intervent f'isem il-gruppi f’riskju ta’ faqar, u f’sitwazzjonijiet fejn it-tfal u ż-żgħażagħ, l-anzjani jew il-persuni b’diżabilità u l-persuni mingħajr dar jinsabu f’riskju;

74.  Jistieden lill-Istati Membri jirrevedu u jenfasizzaw l-impatt immedjat u fit-tul tal-kriżi ekonomika fuq in-nisa, filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari lil jekk tiggravax l-inugwaljanzi eżistenti bejn in-nisa u l-irġiel u b'liema mod, kif ukoll il-konsegwenzi relatati, bħal riskju miżjud ta’ vjolenza bbażata fuq is-sessi, is-saħħa materna u tat-tfal li tmur lura u l-faqar fost in-nisa anzjani;

75.  Jenfasizza li fis-sitwazzjoni attwali ta’ kriżi ekonomika u awsterità baġitarja, in-nisa għandhom inqas riżorsi sabiex jipproteġu ruħhom u lit-tfal tagħhom mill-vjolenza, u għalhekk huwa iżjed importanti li jiġi evitat l-impatt finanzjarju dirett li l-vjolenza kontra n-nisa u t-tfal għandha fuq il-ġudikatura u fuq is-servizzi tas-saħħa u dawk soċjali;

76.  Jenfasizza li l-qafas istituzzjonali għall-politiki dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, inklużi l-korpi tal-ugwaljanza u l-organizzazzjonijiet tan-nisa, qed jintlaqat b'mod negattiv mit-tnaqqis fil-finanzjament; jistieden lill-Istati Membri jżommu l-livell tagħhom ta' finanzjament mill-gvern għall-korpi u l-proġetti tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, ir-rifuġji tan-nisa u l-organizzazzjonijiet tan-nisa, peress li dawn jipprovdu mezzi effettivi biex jinstabu soluzzjonijiet sostenibbli għall-kriżi u jiżguraw il-parteċipazzjoni attiva fit-tħejjija ta' miżuri futuri ta' rkupru; jinnota li t-tnaqqis fil-finanzjament tal-organizzazzjonijiet tan-nisa jagħmel ħsara lill-parteċipazzjoni ċivika u politika tan-nisa u jwassal biex leħen in-nisa jinstema’ inqas fis-soċjetà;

77.  Jistieden lill-Isitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi jagħmel monitoraġġ kontinwu u sistematiku u valutazzjoni tal-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol tan-nisa, b'referenza għad-diskriminazzjoni waqt ir-reklutaġġ, żieda fl-ammont ta’ xogħol, pressjoni u stress fuq il-post tax-xogħol, fastidju morali u psikoloġiku; jenfasizza li d-data eżistenti ma tirriflettix l-iskala sħiħa tal-konsegwenzi ħorox tal-impatt tal-kriżi fuq in-nisa; jistieden ukoll lill-Kummissjoni, għalhekk, tagħmel valutazzjoni tal-impatt fuq il-ġeneri tal-miżuri tal-politika ekonomika tagħha u tar-reazzjonijiet għall-kriżi attwali;

78.  Jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw bis-sħiħ l-ibbaġittjar tal-ġeneru, sabiex tiżdied l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel billi jiġu korretti l-impatti negattivi tal-introjtu u l-infiq u t-tibjib tal-governanza u l-għoti ta' rendikont, b’mod partikolari fir-rigward tal-baġits nazzjonali;

79.  Jistieden lill-Istati Membri biex jadottaw strumenti baġitarji sensitivi għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel,

80.  Jistieden lill-Istati Membri kollha jirratifikaw il-Konvenzjoni tal-ILO dwar il-Ħaddiema Domestiċi (il-Konvenzjoni 189);

81.  Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat bilanċ xieraq bejn is-sigurtà u l-flessibbiltà fis-suq tax-xogħol permezz tal-implimentazzjoni komprensiva tal-prinċipji tal-flessigurtà, u sabiex tiġi indirizzata s-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol, billi jiġu pprovduti kemm protezzjoni soċjali adegwata għal dawk il-perjodi ta’ tranżizzjoni, jew fuq kuntratti ta’ impjieg temporanju jew part-time, kif ukoll aċċess għat-taħriġ, l-iżvilupp tal-karriera u opportunitajiet ta’ xogħol full-time;

82.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.
(2) ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.
(3) ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37.
(4) ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 23.
(5) ĠU C 308 E, 20.10.2011, p. 49.
(6) ĠU C 236 E, 12.8.2011, p. 79.
(7) ĠU C 70 E, 8.3.2012, p. 1.
(8) ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 65.
(9) ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 77.
(10) ĠU C 33 E, 5.2.2013, p. 134.
(11) ĠU C 51 E, 22.2.2013, p. 56.
(12) Testi adottati, P7_TA(2011)0458
(13) Testi adottati, P7_TA(2012)0069.
(14) Testi adottati, P7_TA(2012)0225.
(15) Testi adottati, P7_TA(2012)0321.
(16) Testi adottati, P7_TA(2012)0322.
(17) ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 112.
(18) Eurostat, 23 % taċ-ċittadini tal-UE kienu fir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fl-2010 – il-Ħarġa 9/2012.
(19) OECD, Is-Soċjetà f'Ħarsa 2011, Indikaturi Soċjali tal-OECD, @OECD2011.
(20) Eurostat: ir-rata ta' impjieg tan-nisa, EU-27.
(21) Eurostat: rati armonizzati ta' impjieg għall-irġiel u n-nisa – Settembru 2012, l-Unjoni Ewropea.


L-eliminazzjoni tal-istereotipi tas-sessi fl-UE
PDF 347kWORD 38k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar l-eliminazzjoni tal-istereotipi tas-sessi fl-UE (2012/2116(INI))
P7_TA(2013)0074A7-0401/2012

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Bejġing adottati mir-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa fil-15 ta' Settembru 1995 u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament tat-18 ta' Mejju 2000 dwar is-segwitu għall-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Bejġing(1), tal-10 ta' Marzu 2005 dwar is-segwitu għar-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa – Pjattaforma ta' Azzjoni (Bejġing+10)(2) u tal-25 ta' Frar 2010 dwar is-segwitu għall-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Bejġing (Bejġing +15)(3),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa tal-1979(CEDAW),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jenfasizza valuri komuni għall-Istati Membri bħall-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jsemmi l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid)(4), u d-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi(5),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward tal-aċċess għall-impjieg, taħriġ professjonali u promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol(6),

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 1998 li jistabbilixxu li l-evalwazzjoni annwali tal-implimentazzjoni tal-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Bejġing se tinkludi indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi u parametri referenzjarji,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni komuni mill-ministri tal-UE għall-ugwaljanza bejn is-sessi magħmula fl-4 ta' Frar 2005 fil-kuntest tar-reviżjoni wara 10 snin tal-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Bejġing, li fiha, fost l-oħrajn, kien konfermat mill-ġdid l-appoġġ qawwi u l-impenn sħiħ tagħhom għall-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tad-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Bejġing,

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-2 u t-3 ta' Ġunju 2005 li fihom l-Istati Membri u l-Kummissjoni ġew mistiedna biex isaħħu l-mekkaniżmi istituzzjonali għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u biex joħolqu qafas għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Bejġing, sabiex jinħoloq monitoraġġ aktar konsistenti u sistematiku tal-progress,

–  wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2011-2020), adottat mill-Kunsill Ewropew f'Marzu 2011(7),

–  wara li kkunsidra l-'Istrateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel: 2010–2015' tal-Kummissjoni, ippreżentata fil-21 ta' Settembru 2010, u d-dokument ta' ħidma tal-persunal ta' akkumpanjament dwar l-azzjonijiet li jimplimentaw l-istrateġija (COM(2010)0491, SEC(2010)1080),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Settembru 2008 dwar l-effett tal-kummerċjalizzazzjoni u tar-riklamar fuq l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2012 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea(9),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0401/2012),

A.  billi l-Artikolu 8 tat-TFUE jistipula li fl-attivitajiet kollha tagħha l-Unjoni għandu jkollha l-għan li telimina l-inugwaljanzi, u tippromwovi l-ugwaljanza, bejn l-irġiel u n-nisa;

B.  billi, minkejja xi progress li sar f'ħafna Stati Membri, ħafna nisa għadhom iġorru sehem sproporzjonat tal-piż fir-rigward tat-trobbija tat-tfal u l-kura ta' persuni dipendenti; billi l-persistenza ta' stereotipi toħloq ostakolu għall-kondiviżjoni tar-responsabilitajiet tal-familja u dawk domestiċi bejn in-nisa u l-irġiel u xxekkel it-twettiq tal-ugwaljanza fis-suq tax-xogħol;

C.  billi l-istereotipi għadhom jeżistu fil-livelli kollha tas-soċjetà u fil-gruppi kollha tal-età, u jaffettwaw kif aħna nipperċepixxu lil xulxin b'suppożizzjonijiet issimplifikati żżejjed fuq il-bażi tan-normi, il-prattiki u t-twemmin iffurmati mis-soċjetà li spiss huma bbażati u mrawma fuq il-kultura u r-reliġjon, u li jipperpetwaw ir-relazzjonijiet sottostanti tal-poter;

D.  billi l-forom kollha diretti u indiretti tad-diskriminazzjoni bejn is-sessi għandhom jiġu eliminati sabiex jiggarantixxu lin-nisa d-dritt għal trattament indaqs u bidla fil-perċezzjoni kulturali li n-nisa huma f'diversi modi passivi jew ħlejqiet inqas mill-irġiel;

E.  billi r-rwoli tradizzjonali u l-istereotipi tas-sessi għad għandhom influwenza qawwija fuq il-kondiviżjoni tar-rwoli bejn in-nisa u l-irġiel fid-dar, fil-post tax-xogħol u fis-soċjetà ġenerali, filwaqt li n-nisa huma rrappreżentati bħala l-persuni responsabbli għad-dar u t-tfal filwaqt li l-irġiel huma rrappreżentati bħala l-persuni li jiksbu l-flus u li jipproteġu; billi l-istereotipi tas-sessi għandhom tendenza li jipperpetraw l-istatus quo ta' ostakoli li ntirtu għall-ksib ta' ugwaljanza bejn is-sessi u jillimitaw il-firxa ta' għażliet għan-nisa rigward l-impjiegi u l-iżvilupp personali tagħhom, b'tali mod li jtellfuhom milli jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tagħhom bħala individwi u atturi ekonomiċi, u għalhekk jikkostitwixxu ostakoli qawwija għall-kisba ta' ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel;

F.  billi r-rwoli tas-sessi jiġu ffurmati u imposti permezz ta' varjetà ta' influwenzi soċjali, notevolment il-midja u l-edukazzjoni, u jiġu ffurmati matul il-fażijiet tas-soċjalizzazzjoni tat-tfulija u l-adolexxenza, u għalhekk jinfluwenzaw lill-persuni matul ħajjithom kollha;

G.  billi n-nisa f'żoni rurali jsofru minn diskriminazzjoni u stereotipi tas-sessi saħansitra ikbar min-nisa fiż-żoni urbani u r-rata ta' impjieg tan-nisa fiż-żoni rurali hija ħafna iktar baxxa minn dik tan-nisa fil-bliet;

H.  billi ta' spiss l-istereotipi tas-sessi jiġu kkombinati ma' stereotipi oħra, bħal stereotipi li jiddiskriminaw fuq il-bażi tal-età, l-istatus tal-migrazzjoni, l-orjentament sesswali, id-diżabilità, eċċ., u għalhekk jaffettwaw ħafna iktar lin-nisa li jaqgħu taħt bosta minn dawn il-kategoriji;

I.  billi l-vjolenza fuq in-nisa hija ksur tad-drittijiet tal-bniedem li taffettwa lis-saffi soċjali, kulturali u ekonomiċi kollha;

Midja u kultura

J.  billi d-diskriminazzjoni bejn is-sessi fil-midja, il-komunikazzjoni u r-reklamar għadha frekwenti u tiffaċilita r-riproduzzjoni tal-istereotipi tas-sessi, speċjalment billi tagħti stampa tan-nisa bħala oġġetti sesswali sabiex jiġi promoss il-bejgħ; billi, pereżempju, fir-reklamar 27 % mill-impjegati jew il-professjonisti murija huma nisa, filwaqt li 60 % ta' dawk li jidhru jagħmlu x-xogħol tad-dar jew jieħdu ħsieb it-tfal huma nisa; billi r-reklamar u l-midja jistgħu wkoll jaġixxu, madankollu, bħala katalist qawwi fil-ġlieda kontra l-istereotipi u l-preġudizzji bbażati fuq is-sessi;

K.  billi t-tfal jiġu kkonfrontati bl-istereotipi tas-sessi minn età żgħira ħafna permezz tal-mudelli rwol promossi mis-serji u l-programmi televiżivi, id-diskussjonijiet, il-logħob, il-logħob elettroniku, il-materjal tal-istudju u l-programmi edukattivi, l-attitudnijiet fl-iskejjel, il-familja u s-soċjetà, li jinfluwenzaw il-perċezzjoni tagħhom ta' kif għandhom iġibu ruħhom in-nisa u l-irġiel u li jkollhom effetti fuq il-bqija ta' ħajjithom u fuq l-aspirazzjonijiet tagħhom għall-futur;

L.  billi l-mod kif il-bniet huma mpinġija fl-ispazju pubbliku jnaqqas l-istima tas-soċjetà fir-rigward tagħhom, jippromwovi l-vjolenza fuq il-bniet; billi, filwaqt li l-midja jista' jkollha rwol edukattiv pożittiv, l-istereotipi dwar il-bniet huma mifruxa b'mod wiesa' fil-midja u ta' spiss għandhom it-tendenza li jsaħħu l-attitudnijiet u l-imġiba tradizzjonali, inkluż fir-reklamar u fil-programmi tat-tfal;

M.  billi fil-programmi televiżivi, il-logħob tal-kompjuter u l-filmati mużikali hemm tendenza dejjem aktar evidenti, parzjalment għal skopijiet kummerċjali, li jiġu preżentati nisa b'ilbies provokattiv, f'pożi sesswali, u b'hekk dawn jikkontribwixxu aktar għall-istereotipi tas-sessi; billi l-lirika ta' kanzunetti għaż-żgħażagħ tinkludi kontenut sesswali, li ta' spiss tippromwovi l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet;

N.  billi t-tfajliet u l-ġuvintur huma l-aktar milquta mill-istatus kulturali l-ġdid tal-pornografija; billi 'l-integrazzjoni tal-pornografija', jiġifieri l-proċess kulturali attwali li fih il-pornografija qed tinfiltra fil-ħajja ta' kuljum tagħna bħala element kulturali dejjem aktar aċċettat universalment, ta' spiss idealizzata, timmanifesta ruħha partikolarment b'mod ċar fost il-kultura taż-żgħażagħ: mit-televiżjoni u r-rivisti tal-istil tal-ħajja għaż-żgħażagħ għall-filmati tal-mużika u r-riklami mmirati lejn iż-żgħażagħ;

Edukazzjoni u taħriġ

O.  billi l-aċċess għall-edukazzjoni formali primarja, sekondarja u terzjarja u l-kontenut tal-kurrikulu kif mgħallem lill-bniet u lis-subien huwa fattur prinċipali li jinfluwenza d-differenzi bejn is-sessi u, b'mod korrispondenti, fuq l-għażliet u l-aċċess għad-drittijiet; billi, filwaqt li l-aċċess għall-edukazzjoni kemm għall-bniet kif ukoll għas-subien b'mod ġenerali jista' jidher inqas problematiku fl-UE milli f'partijiet oħra tad-dinja, madankollu għandu jiġu osservat li l-bniet u s-subien mhumiex ugwali fl-aċċess u l-użu komplet tas-sistemi u l-opportunitajiet edukattivi; billi, b'mod partikolari, l-aċċess għall-bniet minn gruppi fil-minoranza, bħal bniet mill-komunità tar-Roma, bniet migranti, dawk li jfittxu l-ażil, ir-refuġjati u bniet b'diżabilità għadu problematiku ħafna f'xi pajjiżi;

P.  billi l-idea ta' ugwaljanza tista' tingħata fit-tfal minn età bikrija u trobbija fejn l-ugwaljanza hija rikonoxxuta tista' tgħallimhom jiġġieldu kontra l-istereotipi bejn is-sessi;

Q.  billi l-istereotipi li għadhom jeżistu fir-rigward tal-għażliet edukattivi u professjonali disponibbli għan-nisa jgħinu biex jipperpetwaw l-inugwaljanzi; billi l-edukazzjoni u t-taħriġ għadhom jittrażmettu stereotipi tas-sessi, minħabba li ta' spiss in-nisa u l-irġiel isegwu mogħdijiet tradizzjonali tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, u dan għandu riperkussjonijiet serji fuq is-suq tax-xogħol, billi jillimita d-diversifikazzjoni u spiss ipoġġu lin-nisa f'okkupazzjonijiet li huma ta' inqas valur u rimunerazzjoni;

R.  billi fil-proċess edukattiv, is-subien u l-bniet għadhom mhux imħeġġa biex juru interess ugwali fis-suġġetti kollha, partikolarment fir-rigward tas-suġġetti xjentifiċi u tekniċi;

S.  billi, għalkemm bosta pajjiżi Ewropej jinkludu d-dimensjoni tas-sessi fl-orjentazzjoni professjonali tagħhom, din normalment tkun indirizzata lejn il-bniet biex tħeġġiġhom jagħżlu karrieri fit-teknoloġija u x-xjenza, u ma teżisti ebda inizjattivi biex tħeġġeġ lis-subien jagħżlu karrieri fl-oqsma tal-edukazzjoni, is-saħħa jew l-umanitajiet;

Suq tax-xogħol

T.  billi l-impatt tal-istereotipi tas-sessi fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ għandu implikazzjonijiet qawwija fis-suq tax-xogħol fejn in-nisa għadhom jiffaċċjaw segregazzjoni kemm orizzontali kif ukoll vertikali, u billi dan jikkontribwixxi għall-fatt li ċerti setturi għadhom jitqiesu bħala 'maskili' (b'iktar minn 85 % rġiel) u l-livelli tal-pagi tagħhom konsegwentement ikunu ogħla minn dawk tas-setturi meqjusa 'femminili' (b'ikar minn 70 % nisa); billi, barra minn hekk, ġeneralment ikun hemm iktar nisa impjegati f'impjiegi bi status soċjoekonomiku iktar baxx u dan ukoll jippreġudika l-kunfidenza tagħhom u l-fiduċja fihom innifishom;

U.  billi l-istereotipi tas-sessi fis-suq tax-xogħol għadhom jillimitaw l-aċċess tan-nisa għal ċerti setturi, bħall-inġinerija, it-tifi tan-nar, il-manifattura, il-bini, is-sengħa ta' mastrudaxxa, il-mekkanika, is-settur tekniku u dak xjentifiku u t-teknoloġiji l-ġodda, imma jillimitaw ukoll l-aċċess tal-irġiel għas-setturi tal-kura tat-tfal (ix-xogħol ta' qabla, infirmiera tat-tfal, eċċ.);

V.  billi għarfien aqwa tal-impjiegi li jeżistu fis-suq tax-xogħol jiffavorixxi aċċess aqwa għat-taħriġ professjonali kollu;

W.  billi l-ħolqien ta' stereotipi fuq il-bażi tas-sessi huwa kontroproduttiv u fis-suq tax-xogħol jikkontribwixxi għal diviżjonijiet bejn is-sessi fil-professjonijiet, u b'hekk iwessa' d-differenza fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa;

X.  billi fl-2010 n-nisa kienu għadhom jaqilgħu medja ta' madwar 16 % inqas mill-irġiel għall-istess impjiegi fl-UE u d-differenza fil-pagi tvarja fi ħdan l-Istati Membri u f'xi wħud minnhom taqbeż il-medja ta' 22 % fl-2011; billi, għalkemm hemm ħafna raġunijiet kumplessi għal din id-differenza fil-pagi, din spiss tkun ir-riżultat tal-istereotipi tas-sessi u fuq il-perċezzjoni li n-nisa jitqiesu biss f'termini tad-distribuzzjoni tradizzjonali tar-rwoli;

Y.  billi, b'referenza għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, in-nisa huma b'mod ġenerali rappreżentati b'mod sproporzjonat fl-'impjiegi flessibbli' u dawk part-time, ħaġa li tissuġġerixxi li t-twemmin tradizzjonali li n-nisa għandhom iġorru r-responsabbiltà ewlenija għall-kura tal-familja għadu jippersisti sal-lum, twassalhom biex jieħdu impjiegi part-time b'ħinijiet flessibbli jew fuq bażi għat-terminu qasir ta' żmien u tillimita l-opportunitajiet tagħhom fis-suq tax-xogħol u li jiġu promossi;

Z.  billi l-waqfien tal-karriera tan-nisa, minħabba l-liv tal-maternità jew tal-ġenituri, iwessa' id-differenza fil-pagi u fil-pensjonijiet bejn l-irġiel u n-nisa;

Teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi u politiċi

AA.  billi l-istudju tal-Kummissjoni tal-2011 juri li fl-2012, fl-Unjoni Ewropea, in-nisa kienu jirrappreżentaw 14 % tal-membri tal-bord tal-ikbar kumpaniji kkwotati, ħaġa li tissuġġerixxi l-eżistenza ta' l-hekk imsejjaħ 'saqaf tal-ħġieġ' li jagħmilha diffiċli għan-nisa li jkollhom impjiegi superjuri ta' ġestjoni u opportunitajiet indaqs għall-promozzjoni;

AB.  billi, minkejja li kien hemm xi titjib fil-ftit snin li għaddew, in-nisa għadhom sottorappreżentati fit-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-UE; billi r-rappreżentanza tan-nisa fil-gvernijiet u l-parlamenti nazzjonali żdiedet minn 21 % fl-2004 għal 23 % fl-2009, filwaqt li r-rappreżentanza tan-nisa fil-Parlament Ewropew żdiedet minn 30 % fl-2004 għal 35 % fl-2009;

AC.  billi l-istereotipi tas-sessi u s-sessiżmu għadhom prevalenti fil-korpi tat-teħid ta' deċiżjonijiet kemm politiċi kif ukoll ekonomiċi, b'okkażjonijiet regolari ta' rimarki sessisti u fastidju, inklużi xi forom ta' fastidju sesswali u vjolenza fuq in-nisa;

AD.  billi l-istereotipi tas-sessi jridu jiġu eliminati, speċjalment fil-livell tal-kumpaniji, fejn il-parti l-kbira tal-pożizzjonijiet ta' tmexxija huma f'idejn l-irġiel, għaliex dawn jikkontribwixxu sabiex jillimitaw l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ nisa u jwasslu biex in-nisa jitħajru inqas li japplikaw għall-ogħla pożizzjonijiet ta' ġestjoni fit-teħid tad-deċiżjonijiet finanzjarji, ekonomiċi u politiċi, kemm fl-isfera pubblika kif ukoll f'dik privata;

Azzjoni tal-UE

1.  Jinnota li hemm nuqqas serju ta' progress biex jiġu onorati l-impenji li saru kemm mill-UE kif ukoll mid-diversi gvernijiet bħala parti mill-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Bejġing u jenfasizza l-ħtieġa għal indikaturi ġodda fil-qasam tal-istereotipi tas-sessi u għal rapporti analitiċi fil-livell tal-UE, u jistieden lill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi jindirizza din il-kwistjoni;

2.  Jinnota li, minkejja l-impenn tal-UE għall-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, għad hemm nuqqas fil-leġiżlazzjoni li tipprovdi għan-nondiskriminazzjoni kontra n-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-oqsma tas-sigurtà soċjali, l-edukazzjoni u l-midja, l-impjiegi u l-pagi; jenfasizza l-ħtieġa li l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti f'dawn l-oqsma titjieb u li tiddaħħal leġiżlazzjoni ġdida; jistieden lill-Kummissjoni biex tintegra l-kwistjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-oqsma kollha tal-politika, peress li din twassal għall-potenzjal tat-tkabbir tal-forza tax-xogħol Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu użu effiċjenti mill-fondi tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) għal strateġiji fit-tul li jgħinu biex dawk is-setturi tas-suq tax-xogħol li fihom in-nisa huma sottorappreżentati minħabba l-istereotipi tas-sessi jsiru aktar familjari u attraenti għalihom; iqis li dik l-istrateġija għandha tinkludi azzjoni pożittiva, it-tagħlim tul il-ħajja u l-inkoraġġiment lit-tfajliet biex jidħu f'oqsma ta' studju li mhumiex meqjusa tradizzjonalment 'femminili', bħat-teknoloġija tal-informazzjoni jew il-mekkanika, u biex jappoġġjaw miżuri ta' konċiljazzjoni bejn id-dinja tax-xogħol u l-familja għan-nisa u l-irġiel;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jeliminaw l-istereotipi u jippromwovu l-aċċess għal kulħadd għat-tagħlim u għall-impjieg mingħajr xkiel minħabba stereotipi;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw b'mod sostanzjali u sostenibbli l-programm DAPHNE attwali u l-programm Drittijiet u Ċittadinanza li se jibda, bħala mod kif tiġi miġġielda l-vjolenza fuq in-nisa, kif ukoll l-istereotipi tas-sessi;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji li jindirizzaw il-kawżi profondi tad-diskriminazzjoni u l-vjolenza fuq in-nisa, li huma minquxa fl-istereotipi u l-inugwaljanzi bejn in-nisa u l-irġiel, billi jibdew bit-tkissir tal-istereotipi tas-sessi;

Midja u kultura

7.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-inklużjoni tal-istereotipi tas-sessi fir-reklamar matul il-programmi tat-televiżjoni tat-tfal, kif ukoll f'dawn il-programmi stess, hija problema partikolari, għaliex għandha impatt potenzjali fuq is-soċjalizzazzjoni tas-sessi u, sussegwentement, l-opinjoni tat-tfal dwarhom infushom, dwar il-membri tal-familja tagħhom u d-dinja ta' barra; jenfasizza l-importanza li jitnaqqas l-esponiment tat-tfal għall-istereotipi tas-sessi, possibilment billi tiġi provduta edukazzjoni kritika dwar il-midja fl-iskejjel;

8.  Jenfasizza l-importanza li jiddaħħlu wkoll is-subien matul il-proċess tal-integrazzjoni tas-sessi u għaldaqstant iħeġġeġ it-tagħlim ta' eżerċizzji mfassla speċifikament sabiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tagħhom fir-rigward tal-istereotipi;

9.  Jisħaq fuq il-fatt li r-reklamar spiss jagħtu messaġġi diskriminatorji u/jew nieqsa mid-dinjità bbażati fuq il-forom kollha ta' stereotipi tas-sessi, ħaġa li xxekkel l-istrateġiji għall-ugwaljanza bejn is-sessi; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lis-soċjetà ċivili u lill-korpi tal-awtoregolamentazzjoni tar-reklamar jikkooperaw mill-qrib biex jissieltu kontra tali prattiki, b'mod speċjali billi jużaw għodod effettivi li jiggarantixxu r-rispett lejn id-dinjità tal-bniedem u dak li hu xieraq min-naħa tal-kummerċjalizzazzjoni u r-reklamar;

10.  Jinnota li r-reklamar jista' jkun għodda effettiva fit-tnissil tad-dubju u fil-ġlieda kontra l-istereotipi, kif ukoll bħala għodda kontra r-razziżmu, is-sessiżmu u d-diskriminazzjoni, ħaġa tant essenzjali fis-soċjetajiet multikulturali tal-lum il-ġurnata; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-professjonisti tar-reklamar isaħħu l-attivitajiet ta' taħriġ u ta' edukazzjoni bħala mod biex jintgħelbu l-istereotipi, tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni u tiġi promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi, speċjalment minn età żgħira; iħeġġeġ lill-Istati Membri, b'mod partikolari, idaħħlu u jiżviluppaw kooperazzjoni mill-qrib mal-iskejjel eżistenti tal-kummerċjalizzazzjoni, il-komunikazzjoni u r-reklamar, ħalli jgħinuhom jipprovdu taħriġ tajjeb għall-forza tax-xogħol futura tas-settur;

11.  Jenfasizza l-ħtieġa li jsiru korsijiet speċjali dwar l-istereotipi tas-sessi fil-midja għall-kumitati nazzjonali dwar l-istandards tar-reklamar u għall-korpi awtoregolatorji u regolatorji sabiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-influwenza negattiva li għandhom ix-xbihat ta' diskriminazzjoni tas-sessi fit-televiżjoni, fl-internet u fil-kampanji ta' kummerċjalizzazzjoni u reklamar;

12.  Jistieden lill-UE tiżviluppa kampanji ta' sensibilizzazzjoni dwar it-tolleranza żero fl-UE kollha għal insulti sessisti jew ix-xbihat degradanti tan-nisa u l-bniet fil-midja;

13.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jmexxu taħriġ u azzjonijiet ta' taħriġ dwar is-sensibilizzazzjoni ma' professjonisti tal-midja dwar l-effetti dannużi tal-istereotipi tas-sessi u l-prattiki tajba f'dan il-qasam;

14.  Jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni tar-rappreżentanza tax-xbieha femminili b'tali mod li tirrispetta d-dinjità tan-nisa, u tal-ġlieda persistenti kontra l-istereotipi tas-sessi, b'mod partikolari l-prevalenza ta' xbihat degradanti, filwaqt li tkun rispettata bis-sħiħ il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-istampa;

15.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jieħdu azzjoni konkreta dwar ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament tas-16 ta' Settembru 1997 dwar id-diskriminazzjoni kontra n-nisa fir-reklamar(10);

16.  Jistieden lill-Kummissjoni tassisti lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra s-sesswalizzazzjoni tal-bniet mhux biss billi tiġbor id-data meħtieġa, tippromwovi l-prattiki tajba u torganizza kampanji ta' informazzjoni, iżda wkoll billi tipprovdi appoġġ finanzjarju għal azzjonijiet meħuda fl-Istati Membri, b'mod partikolari fil-ġlieda tal-organizzazzjonijiet tan-nisa kontra s-sesswalizzazzjoni u l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet;

17.  Jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw miżuri ta' azzjoni pożittiva biex jiġi żgurat li aktar nisa jkollhom aċċess għal pożizzjonijiet ta' ġestjoni fil-midja, inklużi pożizzjonijiet ta' ġestjoni superjuri;

18.  Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu riċerka u jiġbru data komparabbli rigward in-nisa u l-midja, inkluż dwar ix-xbieha tan-nisa minn gruppi speċifiċi, bħan-nisa b'diżabilità jew nisa li jagħmlu parti minn minoranzi etniċi;

Edukazzjoni u taħriġ

19.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' korsijiet speċjali ta' gwida għall-karrieri fl-iskejjel primarji u sekondarji u fl-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja, sabiex iż-żgħażagħ jiġu infurmati dwar il-konsegwenzi negattivi tal-istereotipi tas-sessi u jiġu mħeġġa jistudjaw u jagħżlu karrieri li fil-passat kienu meqjusa bħala tipikament 'maskili' jew 'femminili'; jitlob li jingħata appoġġ għal kwalunkwe azzjoni mmirata biex tnaqqas il-prevalenza tal-istereotipi tas-sessi fost it-tfal iż-żgħar;

20.  Jinsisti fuq l-importanza tal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel minn età żgħira sabiex jiġu miġġielda b'mod effettiv l-istereotipi, id-diskriminazzjoni u l-vjolenza bbażati fuq is-sessi, inkluż permezz tat-tagħlim fl-iskejjel dwar id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Karta Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;

21.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' programmi/kurrikuli edukattivi li jiffokaw fuq l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, ir-rispett ta' ħaddieħor, ir-rispett fost iż-żgħażagħ, sesswalità rispettuża u r-rifjut tal-forom kollha ta' vjolenza, kif ukoll l-importanza tat-taħriġ tal-għalliema f'dan is-suġġett;

22.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' proċess tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-iskejjel u għalhekk iħeġġeġ lill-iskejjel biex ifasslu u jimplimentaw eżerċizzji tat-taħriġ dwar is-sensibilizzazzjoni u eżerċizzji prattiċi mfassla sabiex tiġi promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-kurrikulu akkademiku;

23.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitħejjew u jiddaħħlu korsijiet ta' taħriġ għall-għalliema, is-superviżuri, id-diretturi u l-persuni l-oħra kollha involuti fl-edukazzjoni tat-tfal sabiex dawn ikollhom l-istrumenti pedagoġiċi kollha meħtieġa sabiex jiġġieldu l-istereotipi tas-sessi u jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa;

24.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li, għalkemm il-maġġoranza tal-pajjiżi tal-UE għandhom politiki ta' ugwaljanza bejn is-sessi fl-edukazzjoni ogħla, kważi l-politiki u l-proġetti kollha jiffokaw fuq it-tfajliet; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jħejju strateġiji u inizjattivi nazzjonali ġenerali kontra l-istereotipi tas-sessi fl-edukazzjoni ogħla u li jimmiraw lejn il-ġuvintur;

25.  Jitlob preparazzjoni xierqa min-naħa tal-għalliema u min iħarreġ, kemm fl-edukazzjoni formali kif ukoll f'dik informali, permezz ta' taħriġ essenzjali fil-qasam tal-ugwaljanza tas-sessi bejn in-nisa/il-bniet u l-irġiel/is-subien u l-iskoperta ta' tipi varji ta' abbuż marbut magħha u vjolenza sesswali u r-reazzjoni għalihom;

26.  Jenfasizza li jeħtieġ li jiġu żviluppati politiki li jenfasizzaw it-tfarrik tal-istereotipi tas-sessi minn età żgħira ħafna u taħriġ dwar is-sensibilizzazzjoni għall-għalliema u l-istudenti, u li jinkoraġġixxu u jsostnu d-diversifikazzjoni fil-karrieri kemm għat-tfajliet, kif ukoll għall-ġuvintur;

27.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jsegwu politiki attivi biex jiġi żgurat li l-bniet minn gruppi ta' minoranzi u l-bniet minn komunitajiet migranti jkollhom aċċess għall-edukazzjoni u s-sistemi edukattivi;

28.  Jistieden lill-Istati Membri jevalwaw is-sillabu u l-kontenut tal-kotba tal-iskola, fid-dawl ta' riforma li twassal għall-integrazzjoni ta' kwistjonijiet dwar is-sessi bħala parti mill-materjal edukattiv kollu bħala tema trasversali, kemm f'termini tal-eliminazzjoni tal-istereotipi tas-sessi, kif ukoll f'termini ta' viżibilità akbar għall-kontribuzzjoni u r-rwol tan-nisa fl-istorja, fil-letteratura, fl-arti, eċċ., inkluż fil-livelli l-aktar bikrija tal-iskola;

29.  Jistieden lill-UE tippromwovi dimensjoni Ewropea fl-edukazzjoni, pereżempju billi tiżgura l-kondiviżjoni ta' prattiki tajba dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi bħala għodda edukattiva u billi tiżviluppa u tiġbor statistiki sensittivi għas-sessi dwar l-aspetti kollha tal-edukazzjoni fil-livell nazzjonali u tal-UE;

30.  Jistieden lill-UE tinkludi indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-programmi tal-evalwazzjoni kollha li jimmiraw lejn l-evalwazzjoni tal-kwalità tal-edukazzjoni fl-iskejjel Ewropej;

Suq tax-xogħol

31.  Jiġbed l-attenzjoni għat-tħassib li qed jikber dwar l-influwenza negattiva tal-istereotipi tas-sessi fuq id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa ta' 16.4 % u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu dan it-tħassib meta jiżviluppaw politiki ġodda;

32.  Jenfasizza li d-data disponibbli tindika li l-kwalifiki u l-esperjenza miksuba min-nisa huma mħallsa inqas minn dawk miksuba mill-irġiel, parzjalment minħabba li l-impjieg tan-nisa tradizzjonalment kien meqjus bħala kumplimentari għad-dħul tal-familja, fatt li kkontribwixxa b'mod sinifikanti sabiex jinħolqu u jinżammu d-differenzi fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa;

33.  Jenfasizza l-ħtieġa għal attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni sabiex min iħaddem u l-impjegati jiġu infurmati dwar ir-rabta bejn l-istereotipi tas-sessi u d-differenza bejn il-pagi u l-karrieri tal-irġiel u n-nisa, il-partijiet interessati l-oħra fis-soċjetà jiġu infurmati dwar il-fatt li l-istereotipi tas-sessi jnaqqsu l-opportunitajiet tan-nisa kemm fis-suq tax-xogħol kif ukoll fil-ħajjiet privati tagħhom, titħeġġeġ it-trasparenza fil-kumpaniji u l-aġenziji pubbliċi u privati, u tiġi garantita paga indaqs għal xogħol ugwali u xogħol ta' valur indaqs;

34.  Jistieden lill-Istati Membri jirrevedu l-istrutturi tal-pagi fil-professjonijiet u fix-xogħlijiet iddominati min-nisa bħala mod biex jiġu eliminati l-istereotipi tas-sessi li huma ankrati fil-problema tad-differenzi fil-pagi; jistieden lill-Istati Membri, lil min iħaddem u lill-movimenti sindikalisti biex jabbozzaw u jimplimentaw għodod utli u operattivi evalwazzjoni tax-xogħol biex jiddeterminaw xogħol ta' valur ugwali u b'hekk tiġi żgurata paga ugwali bejn in-nisa u l-irġiel;

35.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu politiki li jżidu l-ammont ta' faċilitajiet għall-kura tat-tfal li ma jqumux ħafna flus u ta' kwalità għolja disponibbli għall-ġenituri li jaħdmu fl-Ewropa kollha, u jgħinu fil-ħolqien ta' strutturi li jippermettu l-bilanċ bejn il-ħajja tal-familja u dik professjonali tal-ġenituri li jaħdmu f'kumpaniji, speċjalment permezz tal-appoġġ tal-ħolqien u l-kontinwazzjoni ta' servizzi tal-kura tat-tfal offruti mill-kumpaniji; iħeġġeġ lill-Istati Membri jtejbu wkoll il-provvista ta' faċilitajiet ta' kura għal kategoriji oħra ta' persuni dipendenti (anzjani, persuni b'diżabilità, persuni fil-bżonn), u għaldaqstant jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni attiva tan-nisa fix-xogħol, billi jirrikonċiljaw ix-xogħol u l-ħajja tal-familja;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu opportunitajiet ta' xogħol flessibbli, u forom xierqa ta' liv parentali kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa;

37.  Jenfasizza l-fatt li l-istereotipi tas-sessi għandhom tendenza ta' awtorealizzazzjoni u li, jekk in-nisa qatt ma jingħataw l-opportunità sabiex juru l-kapaċitajiet tagħhom, dawn qatt mhuma se jaslu biex jeqirdu l-barrieri li jxekklu l-avvanz tagħhom;

38.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkoraġġixxu l-intraprenditorja tan-nisa u l-skemi ta' impjieg indipendenti billi jipprovdu taħriġ, finanzjament u appoġġ xierqa;

39.  Ifakkar lill-Kummissjoni li n-nisa anzjani huma partikolarment milquta mid-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa li taffettwa wkoll il-pensjonijiet, u b'hekk jiżdied ir-riskju ta' faqar estrem u persistenti meta n-nisa jaslu fl-età tal-irtirar;

40.  Jinnota li l-probabilità li n-nisa anzjani jispiċċaw fil-faqar meta jilħqu l-età tal-irtirar se tiżdied b'riżultat tar-regoli tal-pensjoni l-ġodda tal-UE; jenfasizza, għalhekk, l-importanza li ma jiġi appoġġjata ebda emenda fil-White Paper li żżid id-differenza bejn il-pensjonijiet tal-irġiel u n-nisa;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-UE dwar il-fastidju sesswali fuq ix-xogħol u tipproduċi rapport dwar in-nuqqasijiet u l-isfidi, sabiex issaħħaħ il-leġiżlazzjoni u l-miżuri tal-Istati Membri;

Teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi u politiċi

42.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-rappreżentanza tan-nisa fil-gvernijiet nazzjonali kienet ta' 23 % fl-2009 u jappoġġja l-introduzzjoni ta' kwoti vinkolanti sabiex jiżdied l-għadd ta' nisa fil-gvernijiet u fil-parlamenti nazzjonali u fil-livell reġjonali u dak muniċipali, kif ukoll fl-istituzzjonijiet tal-UE; iħeġġeġ l-introduzzjoni tal-kampanji ta' sensibilizzazzjoni u ta' inċentivi, li jinkoraġġixxu lin-nisa jkunu aktar attivi politikament u joħorġu għall-elezzjoni għall-gvern lokali jew nazzjonali;

43.  Ifakkar li l-elezzjonijiet Ewropej tal-2014, segwiti mill-ħatra tal-Kummissjoni li jmiss u n-nomini għall-“ogħla impjiegi” tal-UE, huma opportunità biex isir pass 'il quddiem lejn id-demokrazija tal-ugwaljanza fil-livell tal-UE u biex l-UE tkun mudell f'dan il-qasam;

44.  Jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw l-ugwaljanza billi jipproponu mara u raġel bħala kandidati għall-kariga ta' Kummissarju Ewropew; jitlob lill-President tal-Kummissjoni nominat biex jimmira lejn l-ugwaljanza meta jifforma l-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni attwali tappoġġja pubblikament din il-proċedura;

45.  Ifakkar li fl-2010, in-numru ta' nisa li kienu membri fil-kunsilli ta' ġestjoni fl-Ewropa kien biss ta' 12 %; jappoġġja x-xewqa tal-Kummissjoni li tistabbilixxi kwoti vinkolanti għal nisa f'pożizzjonijiet ta' responsabilità fl-ikbar kumpaniji elenkati;

Azzjonijiet oħra

46.  Jistieden lill-Istati Membri jevalwaw mill-ġdid l-approċċ tagħhom għall-irġiel u n-nisa fis-suq tax-xogħol u għall-mekkaniżmi li jippermettu lill-ħaddiema li jiksbu bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja, peress li l-istereotipi jistgħu jżidu s-segregazzjoni okkupazzjonali u d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa;

47.  Jistieden lill-Istati Membri biex il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa jagħmluha prijorità fil-politika kriminali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw, għal dan il-għan, il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u s-servizzi tal-pulizija nazzjonali tagħhom, u l-iskambju ta' prattika tajba;

48.  Jenfasizza l-ħtieġa tal-ġlieda kontra kull forma ta' vjolenza fuq in-nisa; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni miftiehma, li tinkludi kampanji ta' sensibilizzazzjoni u ta' informazzjoni lill-pubbliku, dwar il-vjolenza fuq il-bażi tas-sessi, kif ukoll strateġiji mmirati biex ibiddlu l-istereotipi soċjali tan-nisa permezz tal-edukazzjoni u l-midja, u tippromwovi l-iskambju ta' prattiki tajba; itenni l-ħtieġa li wieħed jaħdem kemm mal-vittmi kif ukoll mal-aggressuri, bil-ħsieb li dawn tal-aħħar jiġu sensibilizzati u jingħata kontribut għall-bidla tal-istereotipi u t-twemmin determinat mis-soċjetà, li jgħin biex jiġu pperpetwati l-kundizzjonijiet li jiġġeneraw dan it-tip ta' vjolenza u l-aċċettazzjoni tagħha;

49.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa, anke permezz ta' kampanji ta' informazzjoni li jenfasizzaw ir-rwol u l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika, l-ekonomika, is-soċjetà, l-isport, is-saħħa, l-arti, ix-xjenza u fil-livelli l-oħra kollha tas-soċjetà;

50.  Iqis li huma meħtieġa miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-UE sabiex jingħelbu l-istereotipi u jiġu eliminati d-differenzi bejn il-pagi, tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-setturi dominati mill-irġiel u jiżdied ir-rikonoxximent tal-ħiliet u l-prestazzjoni ekonomika tan-nisa fil-post tax-xogħol, sabiex tingħeleb l-esklużjoni orizzontali u vertikali u jiżdied l-għadd ta' nisa fil-korpi ta' teħid ta' deċiżjoni fl-isfera politika u intraprenditorjali;

51.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni politika deċiżiva biex jiġġieldu kontra l-istereotipi tas-sessi u jinkoraġġixxu lill-irġiel jikkondividu b'mod ugwali man-nisa r-responsabbiltajiet tad-dar u tal-kura tat-tfal, b'mod partikolari permezz ta' inċentivi biex l-irġiel jieħdu liv parentali u tal-paternità, u b'hekk jissaħħu drittijiethom bħala missirijiet, jiġu żgurati grad ogħla ta' ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u kondiviżjoni aktar xieraq tar-responsabbiltajiet familjari u tax-xogħol tad-dar, u jitjiebu l-opportunitajiet biex in-nisa jipparteċipaw bis-sħiħ fis-suq tax-xogħol; jistieden ukoll lill-Istati Membri jikkonvinċu lil min iħaddem jadotta miżuri li jiffavorixxu l-familji;

52.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet nazzjonali tal-Istati Membri jinkoraġġixxu iżjed riċerka dwar l-istereotipi tas-sessi u jiġbru iżjed data statistika dwar l-istereotipi tas-sessi billi jiżviluppaw indikaturi xierqa għall-istereotipi tas-sessi;

53.  Ifakkar lill-Kummissjoni li l-ugwaljanza bejn is-sessi hija stabbilita fl-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

54.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw il-potenzjal tax-xogħol tal-irġiel u tan-nisa f'diversi professjonijiet, bil-għan li jiġi żgurat li r-rekwiżiti tas-suq tax-xogħol jintlaħqu u li ż-żewġ sessi jgawdu minn opportunitajiet indaqs;

55.  Jistieden lill-Kummissjoni tiġġieled kontra l-forom kollha ta' vjolenza, diskriminazzjoni u stereotipar kontra n-nisa biex dawn ikunu jistgħu jgawdu bis-sħiħ id-drittijiet tal-bniedem kollha tagħhom;

56.  Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jonoraw l-impenji li saru fil-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi;

57.  Iħeġġeġ lill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u lill-istituti nazzjonali differenti għall-ugwaljanza bejn is-sessi jippromwovu iżjed riċerka dwar il-kawżi oriġinali tal-istereotipi tas-sessi u l-impatt tal-istereotipi fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi, u jenfasizza l- importanza tal-iskambju ta' ideat ġodda u tar-riċerka dwar l-aħjar prattiki bil-ħsieb li jiġu eliminati l-istereotipi tas-sessi fl-Istati Membri u fl-istituzzjonijiet tal-UE;

58.  Ifakkar lill-Kummissjoni dwar ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament tat-3 ta' Settembru 2008 dwar kif il-kummerċjalizzazzjoni u r-reklamar jaffettwaw l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, u jistieden lill-Kummissjoni timplimenta r-rakkomandazzjonijiet imressqa f'dik ir-riżoluzzjoni;

59.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jwettqu kampanji ta' sensibilizzazzjoni, edukazzjoni u taħriġ biex jiġġieldu kontra n-normi kulturali diskriminatorji u jittrattaw l-istereotipi sessisti prevalenti u l-istigmatizzazzjoni soċjali, li jilleġittimizzaw u jipperpetwaw il-vjolenza fuq in-nisa, u biex jiżguraw li ma jkun hemm ebda ġustifikazzjoni għall-vjolenza fuq bażi ta' drawwiet, tradizzjonijiet jew kunsiderazzjonijiet reliġjużi;

60.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jippromwovu l-kondiviżjoni ta' mudelli tajbin, jiffaċilitaw it-tagħlim bejn il-pari fost l-Istati Membri u jistabbilixxu opportunitajiet ta' finanzjament għal kampanji fil-livell nazzjonali u tal-UE sabiex jiġu elimitati l-istereotipi tas-sessi;

61.  Jistieden lill-UE tnaqqas id-distakk eżistenti fl-ambitu bejn il-leġiżlazzjoni Ewropea dwar id-diskriminazzjoni razzjali u dik fuq il-bażi tas-sessi u tipproponi leġiżlazzjoni ġdida sabiex tiżgura l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-edukazzjoni u l-midja;

62.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiżviluppaw salvagwardji (fil-forma ta' ombudspersons jew awtoritajiet li jissorveljaw il-midja li jinkorporaw esperti tal-ugwaljanza bejn is-sessi) biex jiżguraw li l-kodiċijiet industrijali ta' kondotta jinkludi perspettiva ta' ugwaljanza bejn is-sessi u qed jiġu osservati, u li l-pubbliku jkun jista' jressaq l-ilmenti jekk ikun meħtieġ;

o
o   o

63.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 59, 23.2.2001, p. 258.
(2) ĠU C 320E, 15.12.2005, p. 247.
(3) ĠU C 348E, 21.12.2010, p. 11.
(4) ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.
(5) ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37.
(6) ĠU L 269, 5.10.2002, p. 15.
(7) Anness mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-7 ta' Marzu 2011.
(8) ĠU C 295E, 4.12.2009, p. 43.
(9) Test adottat, P7_TA(2012)0069.
(10) ĠU C 304, 6.10.1997, p. 60.


Is-sitwazzjoni tan-nisa fl-Afrika ta' Fuq
PDF 348kWORD 38k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa fl-Afrika ta’ Fuq (2012/2102(INI))
P7_TA(2013)0075A7-0047/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3(5), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra s-Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-Afrika – Strateġija konġunta bejn l-UE u l-Afrika,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Settembru 2010 intitolata “Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015’ (COM(2010)0491),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet konġunti mill-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà bl-isem “Sħubija għad-demokrazija u l-prosperità komuni fin-Nofsinhar tal-Mediterran’ (COM(2011)0200), ”Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni’ (COM(2011)0303) u “Twettiq ta’ Politika Ewropea tal-Viċinat ġdida’ (JOIN(2012)0014),

–  wara li kkunsidra l-istrumenti tematiċi u ġeografiċi finanzjarji tal-Kummissjoni rigward id-demokratizzazzjoni u d-drittijiet tal-bniedem (bħall-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR), u l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (ENPI)),

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE lejn il-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin 2012–2016 (COM(2012)0286),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari għall-Kunsill tal-Ewropa dwar “Ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel: kundizzjoni għas-suċċess tar-Rebbiegħa Għarbija’(1),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) tat-18 ta’ Diċembru 1979 u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-20 ta' Novembru 1989, u l-Protokoll Fakultattiv dwar il-Bejgħ tat-Tfal, il-Prostituzzjoni tat-Tfal u l-Pornografija tat-Tfal tal-25 ta' Mejju 2000,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU Nru 67/167) tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-mutilazzjoni ġenitali femminili,

–  wara li kkunsidra r-Raba’ Konferenza Dinjija dwar in-Nisa organizzata f'Pekin f’Settembru 1995, id-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta’ Azzjoni adottati f’Pekin u d-dokumenti riżultanti sussegwenti adottati mis-Sessjonijiet Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti Beijing+5, +10 u +15 dwar aktar azzjonijiet u inizjattivi għall-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta’ Beiġing u l-Pjattaforma ta’ Azzjoni adottati rispettivament fid-9 ta’ Ġunju 2000, fil-11 ta’ Marzu 2005 u fit-2 ta’ Marzu 2010,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll tal-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli dwar id-Drittijiet tan-Nisa fl-Afrika,

–  wara li kkunsidra l-attivitajiet tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran,

–  wara li kkunsidra l-Proċess bejn Istanbul u Marrakexx u l-Konklużjonijiet Ministerjali tal-ewwel u t-tieni Konferenza Ewro-Mediterranja dwar “It-Tisħiħ tar-Rwol tan-Nisa fis-Soċjetà’, li saret fl-14 u l-15 ta’ Novembru 2006 f’Istanbul u l-11-12 ta’ Novembru 2009 f’Marrakexx,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tad-djalogi reġjonali tal-Lvant Nofsani u t-Tramuntana tal-Afrika (MENA) bejn is-soċjetà ċivili, l-atturi Statali u l-mexxejja politiċi li saru f'Ġunju u Novembru 2012 f'Bejrut u f'Amman fil-qafas tal-proġett reġjonali ffinanzjat mill-UE “Il-promozzjoni ta' aġenda komuni għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel matul il-Proċess ta' Istanbul’,

–  wara li kkunsidra “Rebbiegħa għall-Avvanz tan-Nisa’, il-programm reġjonali konġunt għar-Reġjun tan-Nofsinhar tal-Mediterran, immexxi mill-Kummissjoni u minn UN Women;

–  wara li kkunsidra “Karta ta' Rapport dwar l-Adolexxenti”, l-10 edizzjoni tar-Rapport tal-UNICEF dwar il-Progress għat-Tfal,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-UNDP tal-2005 dwar l-Iżvilupp Uman fid-Dinja Għarbija bl-isem “Lejn it-tisħiħ tar-rwol tan-nisa fid-dinja Għarbija’ u r-Rapport tal-2009 bl-isem ”Sfidi għas-Sigurtà tal-Bniedem fir-Reġjun Għarbi’, speċjalment fil-kapitolu tiegħu dwar “In-Nuqqas ta' sigurtà personali ta’ gruppi vulnerabbli’,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Frar 2011 dwar is-sitwazzjoni fl-Eġittu(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2011 dwar il-Viċinat tan-Nofsinhar, u l-Libja b’mod partikolari(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ April 2011dwar ir-reviżjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat – id-Dimensjoni tan-Nofsinhar,(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ April 2011 dwar l-użu tal-vjolenza sesswali fil-kunflitti fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofsani(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2012 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2011(6),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tad-29 ta’ Marzu 2012 lill-Kunsill dwar il-modalitajiet għall-istabbiliment possibbli ta’ Dotazzjoni Ewropea għad-Demokrazija(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0047/2013),

A.  billi ħafna nisa, b’mod partikolari tfajliet, kienu involuti ħafna fir-“Rebbiegħa Għarbija’ fl-Afrika ta’ Fuq, fejn ipparteċipaw sa mill-bidunett, f’dimostrazzjonijiet, dibattitu pubbliku u politiku u fl-elezzjonijiet, filwaqt illi ħadu sehem attiv fis-soċjetà ċivili, fil-midja soċjali u fuq blogs, fost affarijiet oħra, u għalhekk kienu, u għadhom, parteċipanti ewlenin fil-bidla demokratika fil-pajjiżi tagħhom u fit-tisħiħ tal-iżvilupp u tal-koeżjoni;

B.  billi dawn il-pajjiżi qed jgħaddu minn proċess ta’ tranżizzjoni demokratika u politika ta’ tibdil jew ta’ adattament fil-kostituzzjonijiet tagħhom, fejn nisa, sew jekk huma membri parlamentari, uffiċjali eletti jew rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, huma involuti b'mod attiv u konsistenti; billi r-riżultat ta’ dan il-proċess se jifforma l-funzjonament demokratiku u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-pajjiż, u se jkollu impatt fuq l-istatus tan-nisa;

C.  billi r-rwol li għandhom in-nisa fir-rivoluzzjonijiet ma huwa xejn differenti mir-rwol li huma mistennija li jkollhom fi żminijiet ta' tranżizzjoni demokratika u bini mill-ġdid tal-istat; billi s-suċċess ta' dawn il-proċessi huwa kompletament kontinġenti fuq l-involviment sħiħ tan-nisa fil-livelli kollha ta' teħid ta' deċiżjoni;

D.  billi n-nisa f’dawn il-pajjiżi saru, minkejja li b’mod mhux uniformi, aktar preżenti fl-edukazzjoni għolja, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, intrapriżi u istituzzjonijiet fid-deċennji li għaddew, anke jekk, taħt reġimi dittatorjali u paternalistiċi, l-implimentazzjoni effettiva tad-drittijiet kienet illimitata u l-parteċipazzjoni tan-nisa kienet soġġetta għal diversi kundizzjonijiet ristrettivi;

E.  billi d-drittijiet tan-nisa jirrappreżentaw waħda mill-kwistjonijiet l-aktar diskussi fil-proċess politiku preżenti u huma l-preokkupazzjoni ewlenija tan-nisa, peress li jiffaċċjaw ir-riskju ta’ reazzjoni avversa u intimidazzjoni, li jista’ jnaqqas il-possibbiltajiet li jintlaħaq l-għan ta’ demokrazija kondiviża u status ugwali ta’ ċittadinanza;

F.  billi diversi kwistjonijiet komuni relatati mas-sessi, bħad-drittijiet tal-bniet u tan-nisa bħala parti integrali mid-drittijiet universali tal-bniedem, drittijiet ugwali u konformità ma’ konvenzjonijiet internazzjonali huma fil-qalba tad-dibattiti kostituzzjonali;

G.  billi r-rappreżentanza tan-nisa fil-politika u fil-pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjoni fis-setturi kollha tvarja minn pajjiż għall-ieħor, iżda hija diżappuntanti fir-rigward tal-perċentwali involuti meta mqabbla mal-involviment kbir tan-nisa fil-movimenti varji tar-rewwixti u fl-elezzjonijiet sussegwenti u ż-żieda tal-proporzjon ta' nisa b’livell għoli ta’ edukazzjoni;

H.  billi l-Politika tal-Viċinat tal-UE imġedda għandha tpoġġi aktar enfasi fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-għoti tas-setgħa lin-nisa u l-appoġġ għas-soċjetà ċivili;

I.  billi fil-preżent l-appoġġ speċifiku tal-UE għal kwistjonijiet ta’ sessi fir-reġjun huwa ta’ EUR 92 miljun, li minnhom EUR 77 miljun huma f’livell bilaterali u EUR 15 miljun f’livell reġjonali;

J.  billi fost il-programmi bilaterali tal-UE l-aktar programm sinifikanti għandu jiġi implimentat fil-Marokk, b'baġit ta' EUR 45 miljun għall-“Promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa’, u billi fl-Eġittu għandu jiġi implimentat proġett ta' EUR 4 miljun minn UN Women, filwaqt li fit-Tuneżija u fil-Libja UN Women qed timplimenta programmi bilaterali għan-nisa bi preparazzjoni għall-elezzjonijiet;

K.  billi s-sitwazzjoni soċjoekonomika, speċjalment il-livell għoli tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u n-nisa, u l-faqar, li spiss iwassal għall-marġinalizzazzjoni tan-nisa u jagħmilhom dejjem aktar vulnerabbli, kienet waħda mill-kawżi ewlenin tat-taqlib fir-reġjun, flimkien mal-aspirazzjoni għad-drittijiet u d-demokrazija, id-dinjità u l-ġustizzja;

L.  billi saru ħafna atti ta’ vjolenza sesswali fuq il-bniet u n-nisa matul u wara r-rewwixti fir-reġjun kollu, inkluż l-istupru u t-testijiet tal-verġinità użati bħala mezz ta’ pressjoni politika kontra n-nisa, fost l-oħrajn minn forzi tas-sigurtà, u l-fastidju sesswali fil-pubbliku; billi l-intimidazzjoni abbażi tas-sessi qed tintuża dejjem aktar minn movimenti estremisti;

M.  billi s-sitwazzjoni ta’ nisa u tfal migranti hija ħafna aktar kritika minħabba fin-nuqqas ta' sigurtà f’xi partijiet tar-reġjun u minħabba l-kriżi ekonomika;

N.  billi r-riskju tat-traffikar tal-bniedem qed jiżdied f’pajjiżi li għaddejjin minn tranżizzjoni u f’żoni fejn persuni ċivili qed jiġu affettwati minn kunflitti jew fejn jinstabu ħafna refuġjati jew persuni spostati internament;

O.  billi kwistjoni fundamentali waħda fid-dibattiti kostituzzjonali hija jekk l-Islam għandux jiġi definit fil-kostituzzjoni bħala r-reliġjon tal-poplu jew tal-Istat;

P.  billi r-referendum kostituzzjonali ta' Diċembru 2012 tal-Eġittu ma rnexxilux jassigura l-livell neċessarju ta' parteċipazzjoni popolari jew kunsens totali, b'riżultat li l-mistoqsijiet baqgħu bla tweġiba u għad hemm xi diskrezzjoni fl-interpretazzjoni rigward kwistjonijiet kostituzzjonali kbar, inklużi d-drittijiet tan-nisa;

Q.  billi d-dimensjoni parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran (UgħM) u l-Proċess bejn Istanbul u l-Marrakexx huma fost l-aħjar għodod għal-leġiżlaturi biex jiskambjaw dwar dawn il-kwistjonijiet kollha u l-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran tinkludi Kumitat dwar id-Drittijiet tan-Nisa, li għandu jintuża b'mod xieraq;

Id-Drittijiet tan-nisa

1.  Jitlob lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati sabiex jinkludu fil-kostituzzjoni tagħhom il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-projbizzjoni ta’ kull forma ta’ diskriminazzjoni kontra n-nisa, il-possibbiltà ta' azzjonijiet konkreti, u l-ikkonsolidar tad-drittijiet politiċi, ekonomiċi u soċjali tan-nisa; jitlob lil-leġiżlaturi f’dawn il-pajjiżi biex jirriformaw il-liġijiet eżistenti u jinkludu fil-kostituzzjoni tagħhom il-prinċipju tal-ugwaljanza u l-projbizzjoni ta’ kull forma ta’ diskriminazzjoni kontra n-nisa u biex jirriformaw il-liġijiet eżistenti kollha li jiddiskriminaw kontra n-nisa, inkluż fil-qasam taż-żwieġ, id-divorzju, il-kustodja tat-tfal, id-drittijiet tal-ġenituri, iċ-ċittadinanza, il-wirt, il-kapaċità legali, eċċ, f’konformità mal-istrumenti internazzjonali u reġjonali u biex tissaħħaħ l-eżistenza ta’ mekkaniżmi domestiċi għall-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa;

2.  Jitlob lill-awtoritajiet nazzjonali jiggarantixxu ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fil-kodiċi penali u s-sistemi ta' sigurtà soċjali;

3.  Jenfasizza l-fatt li l-parteċipazzjoni ugwali bejn in-nisa u l-irġiel fl-isferi kollha tal-ħajja hi element ta' demokrazija u li l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-governanza tikkostitwixxi prekondizzjoni għall-progress soċjoekonomiku, għall-koeżjoni soċjali u għall-governanza demokratika ġusta; iħeġġeġ bil-kbir, għaldaqstant, lill-pajjiżi kollha biex l-ugwaljanza bejn is-sessi ssir prijorità fl-aġendi tagħhom li jippromwovu d-demokrazija;

4.  Jisħaq li t-tranżizzjonijiet kontinwi fl-Afrika ta' Fuq se jirnexxielhom biss iwasslu għal sistemi u soċjetajiet politiċi demokratiċi ladarba tinkiseb l-ugwaljanza bejn is-sessi, inkluża l-libertà li wieħed jagħżel il-mod kif jgħix;

5.  Jitlob lill-awtoritajiet nazzjonali fl-Afrika ta’ Fuq biex jimplimentaw għal kollox is-CEDAW, il-protokolli tagħha u l-konvenzjonijiet internazzjonali kollha dwar id-drittijiet tal-bniedem u għaldaqstant biex jirtiraw ir-riżervi kollha għas-CEDAW; jitlobhom ukoll biex jikkooperaw ma’ mekkaniżmi tan-NU li jipproteġu d-drittijiet tal-bniet u tan-nisa;

6.  Ifakkar id-dibattitu miftuħ fost l-istudjużi nisa Iżlamiċi bil-għan li jiġu interpretati testi reliġjużi f’perspettiva tad-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza;

7.  Ifakkar fl-importanza li tkun garantita wkoll il-libertà tal-espressjoni u tar-reliġjon u l-pluraliżmu, inkluż permezz tal-promozzjoni tar-rispett reċiproku u tad-djalogu interreliġjuż, b'mod partikolari fost in-nisa;

8.  Jinkoraġġixxi lill-Istati biex jidħlu f'dibattitu inklużiv, mifrux b'mod wiesa' u volontarju mal-partijiet interessati kollha, inklużi s-soċjetà ċivili, is-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet lokali tan-nisa, l-awtoritajiet lokali u l-mexxejja reliġjużi, u biex jiżguraw li d-drittijiet tan-nisa u l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa jkunu protetti u mħarsa;

9.  Ifakkar li l-ebda reliġjon monoteistika ma ssostni l-vjolenza jew ma tista' tintuża biex tiġġustifikaha;

10.  Jistieden lill-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq biex jadottaw liġijiet u miżuri konkreti li jipprojbixxu u jistabbilixxu penali għall-forom kollha ta’ vjolenza kontra n-nisa, inkluża l-vjolenza domestika u sesswali, il-fastidju sesswali u prattiki tradizzjonali dannużi, bħall-mutilazzjonijiet ġenitali tan-nisa u ż-żwiġijiet furzati, speċjalment fil-każ ta' bniet taħt l-età; jisħaq fuq l-importanza tal-protezzjoni tal-vittmi u l-forniment ta' servizzi speċifiċi; jilqa’ l-kampanja riċenti kontra l-vjolenza domestika mnedija mill-Ministru Tuneżin għan-Nisa u l-Affarijiet tal-Familja, u l-impenn kontinwu għal dan il-għan min-naħa tal-Marokk, li fl-2012 organizza l-għaxar kampanja nazzjonali tiegħu għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa;

11.  Ifakkar fid-diskriminazzjoni doppja li jiffaċċjaw in-nisa leżbjani u jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali fl-Afrika ta' Fuq biex jiddepenalizzaw l-omosesswalità u biex jiżguraw li n-nisa ma jiġux diskriminati fuq il-bażi tal-orjentazzjoni sesswali tagħhom;

12.  Jenfasizza l-importanza tal-ġlieda kontra l-impunità fir-rigward tal-vjolenza kollha kontra n-nisa, b’mod partikolari l-vjolenza sesswali, billi jiġi żgurat li dawn ir-reati jiġu investigati, jitressqu l-qorti u jiġu kkastigati b’mod aħrax, li l-minorenni jiġu protetti b’mod xieraq mis-sistema ġudizzjarja u li n-nisa kollha jkollhom aċċess sħiħ għall-ġustizzja mingħajr ebda diskriminazzjoni reliġjuża u/jew etnika;

13.  Jistieden lill-gvernijiet nazzjonali jipprovdu taħriġ biżżejjed biex jiżguraw li l-operaturi tal-ġustizzja u l-forzi tas-sigurtà jkunu mgħammra kif xieraq biex jittrattaw reati ta’ fastidju sesswali u l-vittmi tagħhom; jenfasizza wkoll l-importanza ta’ sistema ġudizzjarja tranżizzjonali sensittiva għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi;

14.  Jikkundanna l-użu tal-forom kollha ta' vjolenza b'mod partikolari l-vjolenza sesswali qabel, matul u wara r-rewwixti u l-użu kontinwu tagħha bħala forma ta’ pressjoni politika u bħala mezz ta’ intimidazzjoni u degradazzjoni tan-nisa; jistieden lis-sistemi ġudizzjarji nazzjonali biex jieħdu passi kontra dawn ir-reati b'miżuri adegwati, u jenfasizza li l-Qorti Kriminali Internazzjonali tista’ tintervjeni jekk ma tkun possibbli l-ebda azzjoni ġudizzjarja fil-livell nazzjonali;

15.  Jirrimarka li matul u wara r-rewwixti n-nisa fl-Afrika ta' Fuq ħabbtu wiċċhom ma' aktar vulnerabbiltà u vittimizzazzjoni;

16.  Jistieden lill-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq jiżviluppaw strateġija għall-vittmi ta' vjolenza sesswali matul u wara r-rewwixti, li jipprovdu lill-vittmi b'kumpens u b'appoġġ ekonomiku, soċjali u psikoloġiku xieraq; jistieden lill-awtoritajiet tal-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq jagħtu prijorità lit-tressiq tal-awturi tar-reati quddiem il-ġustizzja;

17.  Jikkundanna l-prattika tal-mutilazzjoni ġenitali tan-nisa li għadha tintuża f'xi żoni tal-Eġittu u jitlob lill-awtoritajiet nazzjonali jsaħħu l-implimentazzjoni tal-projbizzjoni u lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi programmi bl-għan li tinqered din il-prattika, inkluż permezz tal-involviment tal-NGOs u tal-edukazzjoni dwar is-saħħa; jisħaq, barra minn hekk, fuq l-importanza tas-sensibilizzazzjoni, il-mobilizzazzjoni komunitarja, l-edukazzjoni u t-taħriġ, u l-ħtieġa tal-involviment tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali u tas-soċjetà ċivili kif ukoll tal-mexxejja komunitarji fil-ġlieda kontra l-prattika tal-mutilazzjonijiet ġenitali tan-nisa;

18.  Ifaħħar il-fatt li aktar u aktar stati fir-reġjun iddeċidew li jgħollu l-età legali taż-żwieġ għall-bniet matul id-deċennji li għaddew (16 fl-Eġittu, 18 fil-Marokk u 20 fit-Tuneżija u l-Libja) u jikkundanna kull attentat li terġa’ titbaxxa jew li jkun limitat l-impatt ta’ tali riformi peress li żwiġijiet f'età żgħira u spiss furzati mhumiex biss ta’ detriment għad-drittijiet, is-saħħa, il-psikoloġija u l-edukazzjoni tal-bniet iżda anke jipperpetwaw il-faqar, li jaffettwa t-tkabbir ekonomiku b’mod negattiv;

19.  Jisħaq li d-diskriminazzjoni jew il-vjolenza ta' kwalunwkwe tip kontra n-nisa u l-bniet ma tistax tiġi ġġustifikata minħabba raġunijiet ta' kultura, tradizzjoni jew reliġjon;

20.  Jenfasizza l-ħtieġa, speċjalment meta jinħolqu politiki tas-saħħa ġodda, li jkun iffaċilitat l-aċċess għall-protezzjoni u s-servizzi tas-saħħa u soċjali għan-nisa u l-bniet, b’mod partikolari fir-rigward tas-saħħa u d-drittijiet materni, sesswali u riproduttivi; jiġbed l-attenzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali biex jimplementaw bis-sħiħ l-ICPD, il-Programm ta’ Azzjoni u l-aġenda tal-iżvilupp u l-popolazzjoni tan-NU u jiġbdilhom l-attenzjoni għall-konklużjoni tar-rapport mill-Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Popolazzjoni (UNFPA) intitolat 'B'għażla, mhux b'kumbinazzjoni: l-ippjanar tal-familja, id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp';

21.  Jisħaq fuq l-importanza ta' azzjonijiet speċifiċi biex in-nisa jkunu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom u l-importanza ta' kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili u l-aġenziji statali fil-preparazzjoni tar-riformi u l-implimentazzjoni ta' liġijiet kontra d-diskriminazzjoni;

Il-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet

22.  Jenfasizza li l-parteċipazzjoni attiva tan-nisa fil-ħajja pubblika u politika, bħala dimostranti, votanti, kandidati u rappreżentanti eletti, turi r-rieda tagħhom li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini b'mod sħiħ u li jiġġieldu biex jibnu d-demokrazija; jindika li l-avvenimenti riċenti li seħħew fir-Rebbiegħa Għarbija wrew li n-nisa jista' jkollhom rwoli importanti f'avvenimenti rivoluzzjonarji; jitlob, għalhekk, li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa, inklużi kwoti, sabiex jiġi żgurat il-progress lejn il-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livelli kollha tal-gvern (minn lokali għal nazzjonali, minn setgħat eżekuttivi għal setgħat leġiżlattivi);

23.  Iqis li hu importanti ħafna li l-għadd ta' nisa li jipparteċipaw fit-tfassil tal-liġijiet fil-parlamenti nazzjonali jiżdied bil-għan li jkunu żgurati prattiki leġiżlattivi ġusti u proċess demokratiku ġenwin;

24.  Jappoġġja l-idea ta’ ħafna membri parlamentari nisa f’dawn il-pajjizi, u li d-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-parteċipazzjoni attiva tan-nisa fil-ħajja politika, ekonomika u soċjali - billi jsaħħu l-kapaċitajiet tagħhom u jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni - jistgħu jiġu promossi u implimentati aħjar f’leġiżlazzjoni bl-istabbiliment ta’ laqgħa (caucus) tan-nisa jew kumitat parlamentari speċjali għall-ugwaljanza bejn is-sessi, fejn għad ma hemmx, biex jittrattaw il-kwistjoni u jiżguraw integrazzjoni tas-sessi fil-ħidma parlamentari;

25.  Jinsisti dwar il-ħtieġa, li tittejjeb ir-rappreżentanza tan-nisa fil-livelli kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet, b'mod partikolari f'istituzzjonijiet, partiti politiċi, trejdjunjins u s-settur pubbliku (inkluża l-ġudikatura), u jenfasizza li n-nisa huma ħafna drabi rrappreżentati sew f'numru ta’ setturi iżda huma inqas preżenti f’pożizzjonijiet ta’ livell għoli, parzjalment minħabba d-diskriminazzjoni bejn is-sessi u l-istereotipi persistenti u l-fenomenu tas-saqaf tal-ħġieġ;

26.  Iqis li t-tranżizzjoni demokratika tirrikjedi l-implimentazzjoni ta' politiki u mekkaniżmi sensittivi għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi li jiżguraw il-parteċipazzjoni sħiħa u ugwali fit-teħid ta' deċiżjoni fil-ħajja pubblika, sew jekk din tkun fl-isfera politika, pubblika, ekonomika, soċjali jew ambjentali;

27.  Jenfasizza r-rwol importanti tal-edukazzjoni u tal-midja fil-promozzjoni tal-bidliet fl-attitudni tas-soċjetà kollha u fl-adozzjoni tal-prinċipji demokratiċi tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem u s-sħubija għaż-żewġ sessi;

28.  Jisħaq fuq l-importanza li jkunu involuti aktar nisa fin-negozjati tal-paċi, fil-medjazzjoni, fir-rikonċiljazzjoni interna u fil-proċess ta' bini tal-paċi;

29.  Jisħaq fuq l-importanza tat-twaqqif u l-finanzjament ta' korsijiet ta' taħriġ biex jippreparaw lin-nisa għal tmexxija politika, u ta' kwalunkwe miżuri oħrajn li jgħinu biex in-nisa jkollhom setgħa u biex ikun żgurat li jipparteċipaw b'mod sħiħ fil-ħajja politika, ekonomika u soċjali;

It-tisħiħ tar-rwol tan-nisa

30.  Ifaħħar lil dawk il-pajjiżi, fejn ġew intensifikati l-isforzi favur l-edukazzjoni tal-bniet; madankollu, jafferma mill-ġdid li għandu jiġi pprovdut għan-nisa u l-bniet aċċess aħjar għall-edukazzjoni u speċjalment għal edukazzjoni ta' rkupru, u speċjalment għall-edukazzjoni għolja; jindika li għad iridu jsiru xi sforzi biex jinqered l-illitteriżmu tan-nisa, u li għandha titpoġġa enfasi fuq taħriġ vokazzjonali inklużi korsijiet għall-promozzjoni ta’ litteriżmu diġitali tan-nisa; jirrakkomanda l-inklużjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-kurrikuli tal-edukazzjoni;

31.  Jisħaq li l-gvernijiet u l-parlamenti tal-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq għandhom, bħala prijorità, jiżguraw li l-bniet ikollhom aċċess għal edukazzjoni sekondarja ta' kwalità għolja, peress li dan huwa mezz kif tingħata spinta lill-iżvilupp u t-tkabbir ekonomiku u tkun garantita stabilità demokratika;

32.  Jitlob li l-politiki jqisu s-sitwazzjoni speċifika tal-aktar kategoriji vulnerabbli ta' nisa, inklużi l-bniet u n-nisa b'diżabilità, kif ukoll il-migranti, il-membri ta' minoranzi etniċi, l-omosesswali u t-transesswali;

33.  Jenfasizza l-fatt li għad irid isir ħafna aktar sabiex tiġi żgurata l-indipendenza ekonomika tan-nisa u tiġi inkoraġġita l-parteċipazzjoni tagħhom f'affarijiet ekonomiċi, inkluż fis-settur agrikolu u tas-servizzi; jindika li l-indipendenza ekonomika tan-nisa ssaħħaħ ir-reżistenza tagħhom għall-vjolenza u l-umiljazzjoni; jikkunsidra li għandhom jitrawmu skambji tal-aħjar prattika fil-livell reġjonali bejn intarprendituri, trejdjunjins u s-soċjetà ċivili, b’mod partikolar biex jiġu appoġġjati dawk in-nisa li huma l-aktar żvantaġġjati f'żoni rurali u urbani fqar;

34.  Jistieden lill-gvernijiet tal-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq jinkoraġġixxu u jappoġġjaw aktar parteċipazzjoni femminili fis-suq tax-xogħol u biex jieħdu kull miżura neċessarja biex jevitaw id-diskriminazzjoni bejn is-sessi fuq il-post tax-xogħol; jenfasizza l-bżonn ta' għodod li jippermettu l-aċċess tan-nisa għas-suq tax-xogħol f'oqsma li tradizzjonalment huma magħluqa għalihom;

35.  Jirrikonoxxi r-rwol tal-midja għall-promozzjoni tal-kwistjonijiet rigward is-sitwazzjoni tan-nisa u r-rwol tagħhom fis-soċjetà kif ukoll l-influwenza tagħha fuq l-attitudnijiet taċ-ċittadini fil-pajjiżi tagħhom; jirrakkomanda t-tfassil ta' pjan ta' azzjoni bil-għan li jingħata sostenn lin-nisa fil-midja, kemm bħala għażla ta' karriera professjonali kif ukoll bħala opportunità ta' monitoraġġ ta' kif in-nisa huma rappreżentati fit-televiżjoni, permezz tal-produzzjoni ta' programmi televiżivi u l-użu tal-midja l-ġodda (l-internet u n-netwerks soċjali) sabiex jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni politika tan-nisa u biex tixxerred l-idea li t-tradizzjoni u l-opportunitajiet indaqs jistgħu jitħaddmu flimkien f'armonija;

36.  Jirrakkomanda li għandhom jittieħdu passi biex jiġi mmonitorjat il-proċess tat-tisħiħ tar-rwol tan-nisa, inkluż fir-rigward tar-rispett għad-drittijiet tagħhom bħala ħaddiema, b’mod partikolari f'setturi industrijali u tas-servizzi, f’żoni rurali u urbani industrijali, u biex jiġu promossi l-intraprenditorjat tan-nisa u l-paga ugwali;

37.  Jindika li hemm korrelazzjoni pożittiva bejn id-daqs tas-settur tal-SME ta' pajjiż u r-rata ta' tkabbir ekonomiku; jemmen li l-mikrofinanzjament huwa għodda utli ħafna għat-tisħiħ fir-rwol tan-nisa, u jfakkar li l-investiment fin-nisa jfisser ukoll investiment fil-familji u fil-komunitajiet u jgħin biex jinqered il-faqar u l-ferment soċjali u ekonomiku u biex tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali minbarra li jagħti lin-nisa aktar indipendenza ekonomika; ifakkar li l-mikrofinanzjament imur lil hinn minn kreditu u jimplika wkoll konsulenzadwar il-ġestjoni, finanzjarja u kummerċjali u l-iskemi ta' tfaddil;

38.  Jistieden lill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali biex ifasslu oqfsa politiċi dwar il-mikrofinanzjament sabiex ipattu għall-konsegwenzi mhux maħsuba, bħalma hu d-dejn żejjed, li hemm mnejn li jiffaċċjaw in-nisa minħabba nuqqas ta' informazzjoni jew dispożizzjonijiet legali rilevanti;

39.  Iħeġġeġ lill-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq jistabbilixxu mekkaniżmi ta' appoġġ għal nisa intraprendituri, inkluż permezz tal-forniment ta' informazzjoni rilevanti, protezzjoni legali, u avvanz professjonali u korsijiet ta' taħriġ maniġerjali;

40.  Iħeġġeġ l-għoti tas-setgħa lin-nisa permezz ta' proġetti ta' skambju li se jagħtu lok lil organizzazzjonijiet tan-nisa u riċerkaturi nisa individwali minn pajjiżi differenti jiltaqgħu u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u dak li jkunu tgħallmu, biex ikun possibbli għalihom li jfasslu strateġiji u azzjonijiet li jkunu jistgħu jiġu replikati filwaqt li jqisu ħtiġijiet differenti u postijiet ta’ oriġini differenti;

41.  Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-programmi u l-azzjonijiet għall-għoti tas-setgħa lin-nisa f’dan ir-reġjun ikunu msejsa fuq tliet livelli ta’ interventi: l-ewwel, fil-livell istituzzjonali bil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi permezz ta’ riformi fil-qafas legali u testi leġiżlattivi ġodda, li jipprovdu wkoll appoġġ tekniku; it-tieni bl-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jistgħu jiddefendu d-drittijiet tan-nisa u jżidu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet; u t-tielet bil-ħidma diretta fil-livell ta' komunitajiet legali, speċjalment fiż-żoni rurali, bil-għan li jkun hemm bidla fl-imġieba soċjali u t-tradizzjonijiet u jingħata lok għan-nisa fil-ħajja soċjali, ekonomika u politika fil-komunitajiet tagħhom;

Il-Politika Ewropea tal-Viċinat / azzjoni tal-UE

42.  Jenfasizza li l-ENPI għandu jpoġġi d-drittijiet tan-nisa, l-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tar-rwol tan-nisa fil-qalba tal-programmi tiegħu, peress li huma wieħed mill-indikaturi ewlenin biex jiġi vvalutat il-progress fid-demokratizzazzjoni u d-drittijiet tal-bniedem; jikkunsidra li l-ugwaljanza bejn is-sessi għandha tiġi prijoritizzata f'kull karta strateġika tal-pajjiż u programm nazzjonali indikattiv;

43.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli u ssaħħaħ l-integrazzjoni tal-kwistjonijiet relatati mas-sessi fl-interventi varji tal-UE irrispettivament mis-suġġett ewlieni tagħhom, u jinkoraġixxi lill-Kummissjoni tkompli tikkoopera ma' organizzazzjonijiet internazzjonali bħala implimentaturi, bħal UN Women;

44.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tadotta approċċ ta' integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru fl-abbozzar ta' pjanijiet direzzjonali tal-pajjiżi għall-involviment mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq, bil-għan li jitnaqqsu l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri u jinħolqu l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ekwa tan-nisa u l-irġiel fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet;

45.  Jitlob lill-VP/HR biex tapprofondixxi d-djalogu mal-istituzzjonijiet reġjonali Għarab biex ikun żgurat li jkollhom rwol ewlieni fl-integrazzjoni tad-drittijiet tan-nisa u l-politiki relatati mar-reġjun kollu;

46.  Jitlob lill-VP/HR u lill-Kummissjoni jimplimentaw il-programm ta' ħidma konġunt dwar il-kooperazzjoni ffirmata mal-Lega tal-Istati Għarab, b'mod partikolari rigward l-għoti tas-setgħa lin-nisa u d-drittijiet tal-bniedem;

47.  Jitlob lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-pakkett finanzjarju li jipprovdi appoġġ lin-nisa f'dak ir-reġjun; jemmen li dan l-appoġġ għandu jkompli jikkunsidra kemm il-karatteristiċi partikolari ta' kull pajjiż kif ukoll il-problemi partikolari li jaffettwawhom fil-livell reġjonali, bħal dawk fil-livell politiku u ekonomiku, filwaqt li titfittex il-kumplimentarjetà bejn il-programmi reġjonali u bilaterali;

48.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ programmi ta’ tmexxija għal mexxejja ta’ opinjoni nisa u għal mexxejja fis-settur kummerċjali u dak finanzjarju, u tkompli tipprovdi appoġġ għal programmi ta' tmexxija li jeżistu diġà f’dan il-qasam;

49.  Jikkunsidra li d-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi għandhom jiġu kkunsidrati b'mod xieraq fl-impenji magħmula mis-sħab skont il-prinċipju “aktar għal aktar’ tal-Politika tal-Viċinat imġedda; jistieden għalhekk lill-VP/HR u lill-Kummissjoni jiżviluppaw kriterji ċari sabiex jiggarantixxu u jissorveljaw il-progress, permezz ta’ proċess trasparenti u inklużiv, inkluż b'konsultazzjoni ma' organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa u tas-soċjetà ċivili;

50.  Jitlob lir-Rappreżentant Speċjali għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-UE jagħti attenzjoni speċjali lid-drittijiet tan-nisa fl-Afrika ta’ Fuq, f'konformità mal-Istrateġija riveduta tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

51.  Jenfasizza l-importanza tal-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni tan-nisa fil-proċess elettorali u jistieden lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati, għaldaqstant, jadottaw dispożizzjonijiet kostituzzjonali li jintitolaw lin-nisa jipparteċipaw u jneħħu l-ostakli li jwaqqfuhom milli jipparteċipaw verament; jistieden lill-UE taħdem mill-qrib mal-gvernijiet nazzjonali sabiex tipprovdilhom l-aħjar prattiki dwar it-taħriġ tan-nisa fir-rigward tad-drittijiet politiċi u elettorali tagħhom; ifakkar li dan għandu jsir fiċ-ċiklu elettorali kollu permezz ta’ programmi ta’ assistenza u għandu jiġi mmonitorjat mill-qrib mill-EU EOM, jekk ikun meħtieġ;

52.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tissorvelja l-mod kif il-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq qed jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet dwar id-drittijiet tan-nisa magħmula mill-missjonijiet ta' osservazzjoni ta' elezzjoni tal-UE u tressaq rapport lill-Parlament;

53.  Jitlob lill-VP/HR u lill-Kummissjoni jindirizzaw id-diskriminazzjoni kontra d-drittijiet tan-nisa ħaddiema fil-liġi tax-xogħol meta jkollhom djalogu politiku u rigward il-politika mal-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq, skont il-prinċipju ta’ “aktar għal aktar’ u biex tkun promossa l-parteċipazzjoni tan-nisa fit-trejdjunjins;

54.  Jistieden lill-Kummissjoni u lil donaturi oħra jippromwovu programmi mmirati lejn l-iżgurar ta’ aċċess indaqs għas-swieq tax-xogħol u t-taħriġ għan-nisa kollha, u jżidu r-riżorsi finanzjarji allokati għall-appoġġ tal-bini tal-kapaċitajiet għall-organizzazzjonijiet u n-netwerks tan-nisa tas-soċjetà ċivili fil-livelli nazzjonali u reġjonali;

55.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel enfasi fuq eżempji pożittivi ta' intraprenditorjat tan-nisa bl-involviment ta’ nisa mill-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq, jew minn organizzazzjonijiet li jinkludu fihom imprendituri nisa Ewropej u mill-Afrika ta' Fuq, anke fil-qasam tat-teknoloġija u tal-industrija; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tistabbilixxi mezz biex ixxerred l-informazzjoni relevanti biex ikun żgurat l-akbar użu possibbli tal-esperjenza miksuba bl-għan ta’ promozzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-potenzjal għall-iżvilupp ta’ tali attivitajiet f’komunitajiet b’ekonomiji inqas dinamiċi;

56.  Jistieden lill-Kummissjoni, hija u twettaq valutazzjonijiet tal-impatt fir-rigward ta’ pajjiżi li magħhom qed jiġi nnegozjat “ftehim ta' kummerċ ħieles profond u komprensiv’, biex tqis l-impatt soċjali potenzjali tal-ftehim u l-effetti potenzjali tiegħu fuq id-drittijiet tal-bniedem, speċjalment fuq id-drittijiet tan-nisa, inkluż fis-settur informali;

57.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-miżuri biex ikun żgurat li l-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa f'sitwazzjonijiet ta' kriżi u ta' kunflitt, inkluż l-esponiment tagħhom għal vjolenza sessista, jiġu milħuqa immedjatament u adegwatament;

58.  Jistieden lill-VP/HR u lill-Kummissjoni jiggarantixxu ambjent li jippermetti lis-soċjetà ċivili topera u tipparteċipa b'mod ħieles f'bidliet demokratiċi meta tidħol f’laqgħat ta’ djalogu ma' pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq;

59.  Jistieden lill-Kummissjoni biex issaħħaħ il-persunal iddedikat għal kwistjonijiet relatati mas-sessi f'delegazzjonijiet tar-reġjun tal-UE u biex tiggarantixxi li n-nisa u l-NGOs jiġu involuti fil-proċess ta’ konsultazzjoni madwar il-programmazzjoni;

60.  Jilqa' l-fatt li l-UN Women stabbiliet uffiċċji fl-Afrika ta' Fuq u jinkoraġġixxi lid-delegazzjonijiet fil-pajjiżi kkonċernati jkomplu jaħdmu mal-uffiċċji tan-NU biex jipproduċu miżuri għall-garanzija tal-ugwaljanza bejn is-sessi u għall-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa wara r-Rebbiegħa Għarbija;

61.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-ħolqien ta’ ċentri ta’ konsulenza u l-finanzjament tagħhom u “djar tan-nisa’ fejn in-nisa jkunu jistgħu jiksbu parir dwar kull kwistjoni, minn drittijiet politiċi għal konsulenza legali, permezz tas-saħħa u l-protezzjoni kontra l-vjolenza domestika, peress li approċċ olistiku huwa utli għan-nisa iżda anke aktar diskret meta tkun trattata l-vjolenza;

62.  Jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet nazzjonali fl-Afrika ta' Fuq jistabbilixxu programmi ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-vjolenza domestika flimkien mal-iżvilupp ta' rifuġji għan-nisa li esperjenzaw, jew li fil-preżent qed jesperjenzaw, vjolenza domestika;

63.  Jistieden lill-awtoritajiet fil-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq jiżguraw appoġġ mediku u psikoloġiku xieraq, servizzi legali b'xejn u aċċess għall-ġustizzja u għal mekkaniżmi ta’ lment għal nisa vittmi jew xhieda tal-vjolenza;

64.  Ifakkar li l-appoġġ għas-soċjetà ċivili, l-NGOs u l-organizzazzjonijiet tan-nisa għandu jiġi pprovdut ukoll permezz ta’ mekkaniżmi tal-UgħM; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet tan-nisa fl-UE u l-organizzazzjonijiet simili fl-Afrika ta' Fuq;

65.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-isforzi tal-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq għall-bini ta' demokrazija profonda u sostenibbli bbażata fuq ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali, id-drittijiet tan-nisa, il-prinċipji tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, in-nuqqas ta' diskriminazzjoni u l-istat tad-dritt; jisħaq fuq il-bżonn ta' sostenn għall-iżvilupp ta' ċittadinanza attiva fir-reġjun permezz ta' appoġġ tekniku u finanzjarju għas-soċjetà ċivili sabiex tingħata l-għajnuna biex tinħoloq kultura politika demokratika;

66.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura trasparenza sħiħa fin-negozjati kummerċjali, inkluż it-tagħrif ta' spjegazzjoni kollu, skont liema jiġu proposti ftehimiet kummerċjali; jisħaq li l-gruppi tan-nisa u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom ikunu involuti b'mod attiv tul il-proċess kollu;

67.  Jistieden lill-Assemblea Parlamentari tal-UgħM tiddedika sessjoni kull sena f’Marzu għas-sitwazzjoni tan-nisa fir-reġjun;

68.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi t-tisħiħ tal-proċess bejn Istanbul u Marrakexx u l-programmi ta’ appoġġ li jippromwovu djalogu bejn is-soċjetà ċivili u l-gvernijiet fir-reġjun Ewro-Mediterranju;

69.  Jemmen li l-Fond Ewropew għad-Demokrazija li għadha kif ġiet stabbilita għandha tiddedika attenzjoni speċjali għall-involviment tan-nisa fil-proċessi tar-riforma demokratika fl-Afrika ta’ Fuq, billi tappoġġja l-organizzazzjonijiet u l-proġetti tan-nisa f’żoni sensittivi għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi bħall-inkoraġġiment ta’ djalogu interkulturali u interreliġjuż, il-ġlieda kontra l-vjolenza, il-ġenerazzjoni tal-impjiegi, il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni kulturali u politika, l-estensjoni tal-aċċess ugwali għall-ġustizzja, is-servizzi tas-saħħa u l-edukazzjoni għan-nisa u l-bniet, u l-prevenzjoni jew it-tmiem ta' diskriminazzjoni eżistenti kontra n-nisa u ksur tad-drittijiet tan-nisa;

70.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, u speċjalment lill-Koordinatur kontra t-Traffikar tal-UE, biex iqisu u jkollhom pożizzjoni komuni fil-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-politika esterna tal-UE fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE lejn il-Qerda tat-Traffikar tal-Bniedem 2012–2016; iqis li l-awtoritajiet nazzjonali tal-Afrika ta' Fuq għandhom ikunu inkoraġġati li jikkooperaw flimkien ma' stati oħra fir-reġjun għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin;

71.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-proġetti tan-nisa u ssaħħaħ in-netwerks tan-nisa fl-universitajiet, fil-midja, fil-korpi kulturali, fl-industrija tal-films u setturi kreattivi oħra, u jinsisti fuq l-importanza tat-tisħiħ ta’ relazzjonijiet kulturali bejn iż-żewġt ixtut tal-Mediterran, inkluż permezz tal-midja soċjali, il-pjattaformi diġitali u t-trażmissjoni bis-satellita;

72.  Jistieden lill-gvernijiet u l-awtoritajiet tal-Istati Membri biex iqiegħdu d-drittijiet tan-nisa fiċ-ċentru tar-relazzjonijiet bilaterali diplomatiċi u kummerċjali mal-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq;

73.  Jistieden lill-Kummissjoni biex issaħħaħ il-programmi ta’ skambju ta’ edukazzjoni għolja, bħall-Erasmus Mundus, u biex tiġi inkoraġġita l-parteċipazzjoni ta’ tfajliet; jitlob ukoll l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni interreġjonali (ikunx permezz ta’ skambji ta’ ġemellaġġ jew bejn il-pari) bejn reġjuni mit-tramuntana u n-nofsinhar tal-Mediterran;

74.  Jilqa’ s-Sħubiji ta’ Mobilità sakemm dawn jiffaċilitaw l-iskambji u jgħinu fil-ġestjoni tal-migrazzjoni b’mod uman u dinjituż;

o
o   o

75.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) Riżoluzzjoni 1873 (2012), adottata mill-Assemblea fl-24 ta’ April 2012 (it-13-il Seduta).
(2) ĠU C 188 E 28.6.2012, p. 26.
(3) ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 158.
(4) ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 114.
(5) ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 126.
(6) Testi adottati, P7_TA(2012)0069.
(7) Testi adottati, P7_TA(2012)0113.


Preparazzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali dwar il-finanzjament talkooperazzjoni tal-UE mal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej għall-perjodu mill-2014 sal-2020 (il-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp)
PDF 339kWORD 32k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-preparazzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali dwar il-finanzjament tal-kooperazzjoni tal-UE mal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej għall-perjodu mill-2014 sal-2020 (il-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp) (2012/2222(INI))
P7_TA(2013)0076A7-0049/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Cotonou, iffirmat fit-23 ta' Ġunju 2000(1) bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) minn naħa, u l-Komunità Ewropea (KE) u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra,

–  wara li kkunsidra r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u d-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija (OAD) tas-27 ta' Novembru 2001(2) li tassoċja lill-UE (li qabel kienet il-KE) ma’ diversi pajjiżi u territorji extra-Ewropej (PTEE),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija’) (COM(2012)0362), li ġiet adottata mill-Kummissjoni fis-16 ta’ Lulju 2012 u bħalissa qed tiġi nnegozjata fil-Kunsill.

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2011 bit-titolu “Preparazzjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali dwar il-finanzjament tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Pajjiżi u t-Territorji ekstra-Ewropej għall-perjodu mill-2014 sal-2020 (il-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp)’ (COM(2011)0837),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ottubru 2011 bit-titolu “Inżidu l-impatt tal-politika tal-UE għall-Iżvilupp: Aġenda għall-Bidla” (COM(2011)0637),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Ġunju 2001 bit-titolu “Programm ta' Azzjoni għall-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp tal-Komunità” (COM(2001)0295),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Settembru 2012 bit-titolu “L-għeruq ta’ demokrazija u żvilupp sostenibbli: il-kooperazzjoni tal-Ewropa mas-Soċjetà Ċivili fir-relazzjonijiet esterni’ (COM(2012)0492),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2011 bit-titolu “Baġit għall-Ewropa 2020’ (COM(2011)0500),

–  wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew għall-iżvilupp tal-20 ta’ Diċembru 2005 kif ukoll il-pjan direzzjonali Ewropew għall-iżvilupp u l-linji gwida li jirriżultaw minnu,

–  wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja tat-18 ta’ Diċembru 2007,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 2012 u tal-15 ta’ Ottubru 2012,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, irratifikata mill-Unjoni Ewropea fit-23 ta’ Diċembru 2010,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE dwar l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (AKP-UE/100.954/11),

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Għoti ta’ Setgħa lin-Nisa fl-Iżvilupp (2010-2015),

–  wara li kkunsidra l-linji gwida tal-Unjoni Ewropea dwar il-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet, u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni kontrihom,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7–0049/2013),

A.  billi l-Ftehim Intern li jistabbilixxi l-10 FEŻ se jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2013, u billi l-Kummissjoni inkludiet abbozz tal-Ftehim Intern (COM(2011)0837) fil-komunikazzjoni tagħha biex jissostitwixxi l-Ftehim eżistenti sa mill-1 ta’ Jannar 2014;

B.  billi l-abbozz ta’ Ftehim Intern għall-perjodu 2014-2020 attwalment qed jiġi nnegozjat fil-Kunsill mingħajr il-parteċipazzjoni tal-Parlament; billi, madankollu, m’hemm xejn x’jipprevjeni lill-Parlament milli jħejji rapport fuq inizjattiva proprja dwar il-11-il FEŻ fuq il-bażi tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tinkludi l-abbozz tal-Ftehim Intern;

C.  billi l-Kummissjoni mhix tipprevedi l-“ibbaġitjar” tal-FEŻ fl-2014 iżda biss mill-2021 ’il quddiem, fatt li huwa tassew diżappuntanti; billi madankollu huwa utli li dan jitħejja minn issa sabiex ma jwassalx għal tnaqqis fil-fondi allokati għas-sħubija AKP-UE u għall-għajnuna għall-iżvilupp inġenerali;

D.  billi l-11-il FEŻ jeħtieġ li jkollu biżżejjed finanzjament sabiex ikun żgurat li l-Unjoni tirrispetta l-impenji magħmula fil-livell internazzjonali fil-qasam tal-iżvilupp u tiddedika 0,7 % tal-PDG tagħha għall-għajnuna għall-iżvilupp, u b’hekk tikkontribwixxi għall-ksib tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju (MDGs);

E.  billi r-rapporti dwar il-progress tal-MDGs juru progress varjat, u billi l-MDGs dwar is-saħħa materna u infantili b’mod speċjali mhux se jintlaħqu sal-2015 fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi AKP;

F.  billi l-proposti finanzjarji għall-perjodu 2014-2020, li bħalissa qed jiġu diskussi fil-Kunsill, huma preokkupanti għall-futur tal-politika Ewropea għall-iżvilupp iżda wkoll għall-assoċjazzjoni li torbot il-PTEE u l-UE;

G.  billi, minkejja li għad fadal ħafna progress xi jsir, l-għajnuna tal-UE qed issir dejjem aktar effettiva u billi l-miżuri Komunitarji li jippromwovu s-solidarjetà internazzjonali huma appoġġati minn iktar minn tliet kwarti taċ-ċittadini Ewropej;

H.  billi l-finanzjamenti innovattivi huma indispensabbli biex tiżdied l-għajnuna pubblika għall-iżvilupp peress li jwasslu sabiex id-dinja ekonomika u finanzjarja tikkontribwixxi b'mod aktar ġust;

I.  billi d-donaturi għandhom jieqfu jappoġġaw il-prinċipju tas-sjieda mill-pajjiżi sħab u fl-istess ħin ma jipprovdulhomx il-mezzi finanzjarji meħtieġa għal konsolidament tal-istituzzjonijiet tagħhom u tas-servizzi għall-popolazzjoni;

J.  billi huwa urġenti li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikollhom sistema ta’ taxxi bbażata fuq il-kapaċità ta’ ħlas taċ-ċittadini tagħhom;

K.  billi, fil-komunikazzjoni tagħha dwar l-Aġenda għall-Bidla, il-Kummissjoni talbet li l-prinċipju ta' differenzazzjoni jiġi applikat għall-allokazzjoni tal-fondi tal-politika Ewropea għall-iżvilupp, li l-11-il FEŻ huwa parti minnhom, u introduċiet il-prinċipji tal-konċentrazzjoni settorjali, l-għaqda ta’ għotjiet/self u l-appoġġ għas-settur privat;

L.  billi l-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp u l-Ftehim ta' Cotonou jirrikonoxxu r-rwol primarju tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali (LRAs) fl-isforzi tal-ġlieda kontra l-faqar u tal-promozzjoni tal-governanza tajba;

M.  billi l-proposta għal OAD tikkunsidra l-isfidi speċifiċi tal-PTEE, li huma differenti minn dawk tal-Istati AKP; billi l-PTEE għalhekk m’għandhomx jibqgħu koperti mill-FEŻ, iżda minn strument finanzjarju ad hoc li jiddaħħal fil-baġit tal-UE;

N.  billi l-Ftehim ta' Sħubija 2000/483/KE bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000, jipprevedi li “s-sitwazzjoni tan-nisa u l-kwistjonijiet tal-ġeneru għandhom jitqiesu b'mod sistematiku fl-oqsma kollha: politiċi, ekonomiċi u soċjali’;

O.  billi l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni Ewropea jirrikonoxxi l-importanza tal-involviment tan-nisa u ta' perspettiva ta' ugwaljanza bejn is-sessi għall-iżvilupp tal-pajjiżi sħab tagħha u biex jintlaħqu l-MDGs; billi l-ugwaljanza bejn is-sessi hija waħda mill-prijoritajiet għall-azzjoni tal-UE skont l-“Aġenda għall-Bidla’;

L-objettivi tal-11-il FEŻ

1.  Jinnota li l-objettivi prinċipali, kemm fir-rigward tal-politika Ewropea għall-Iżvilupp (skont l-Artikolu 208 tat-TFUE) kif ukoll tal-Ftehim ta' Cotonou u tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp, huma t-tnaqqis u, fl-aħħar mill-aħħar, l-eliminazzjoni tal-faqar; għalhekk jinsisti li mill-inqas 90 % tal-fondi allokati taħt il-11-il FEŻ għall-Istati AKP għandhom jissodisfaw il-kriterji tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp, kif stabbiliti mill-Kumitat għall-Għajnuna fl-Iżvilupp tal-OECD;

2.  Iqis li, sabiex jinkiseb dan l-objettiv, jeħtieġ li jiġu rduppjati l-isforzi għall-MDGs li fir-rigward tagħhom qed isir l-inqas progress, speċjalment dawk relatati mas-setturi soċjali bażiċi u l-ugwaljanza bejn is-sessi, kif stipulat mill-Artikoli 22, 25 u 31 tal-Ftehim ta' Cotonou; itenni l-appoġġ tiegħu favur l-inizjattiva u l-kuntratti tal-MDGs, u jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, bi qbil mal-Istati AKP jallokaw 20 % tal-baġit tal-11-il FEŻ għall-provvediment ta' servizzi soċjali bażiċi, partikolarment il-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni bażika, sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu l-MDGs 2,3,4 5 u 6 kif ukoll obbligi oħra rigward l-iżvilupp stabbiliti fil-livell internazzjonali; għalhekk, jitlob li l-indikaturi tal-prestazzjoni relatati mal-ugwaljanza bejn is-sessi proposti fil-Programm ta’ Azzjoni għall-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni jiġu applikati għall-11-il FEŻ u għall-programmazzjoni tiegħu biex ikun żgurat li l-azzjonijiet f’waqthom u l-promozzjoni ta’ din l-ugwaljanza fil-programmi kollha jiġu implimentati b’mod xieraq u kkontrollat;

3.  Iħeġġeġ b’mod urġenti lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi sħab biex jagħtu prijorità lill-għajnuna għat-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa sabiex ikun żgurat l-aċċess bażiku għall-kura tas-saħħa materna, riproduttiva u tat-tfal, b’enfasi partikolari fuq l-ifqar gruppi tal-popolazzjoni u l-ġlieda kontra l-HIV/AIDS, filwaqt li tenna li dawn l-objettivi huma Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju li fir-rigward tagħhom il-progress kien diżappuntanti f’ħafna pajjiżi AKP;

4.  Iqis li, sabiex jinkiseb l-objettiv fuq imsemmi, huwa essenzjali li jiġu inklużi l-aktar gruppi vulnerabbli tas-soċjetà, bħal, iżda mhux biss, nisa, tfal, u persuni b’diżabilità, fil-proġetti kollha mmirati lejn il-qerda tal-faqar, kemm fil-fażijiet tal-programmazzjoni u l-implimentazzjoni kif ukoll fil-fażi ta’ valutazzjoni;

5.  Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li taġixxi b’mod aktar ikkoordinat u strateġiku fi kwistjonijiet ta’ protezzjoni soċjali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u jitlob għall-iżvilupp, fi sħubija mal-pajjiżi AKP, ta’ politiki integrati ta’ protezzjoni soċjali li jikkunsidraw ukoll l-appoġġ għal mekkaniżmi bażiċi bħall-ħolqien ta’ livelli bażiċi ta’ protezzjoni soċjali fil-qafas tal-11-il FEŻ;

Il-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-PTEE

6.  Ifakkar li l-FEŻ jiffinanzja mhux biss is-sħubija AKP/UE, iżda wkoll il-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni PTEE/UE, li jkopru 26 PTEE;

7.  Jilqa' l-fatt li l-proposta għal OAD tirrikonoxxi l-ħtieġa li tiġi żviluppata sħubija ġdida u fit-tul mal-PTEE, li tkun tiffoka fuq erba’ objettivi ġodda :

   l-għoti ta’ spinta lill-kompetittività tal-PTEE,
   it-tisħiħ tal-kapaċità ta’ adattament tagħhom;
   it-tnaqqis tal-vulnerabbiltà tagħhom,
   il-promozzjoni tal-kooperazzjoni tagħhom ma’ sħab oħrajn;

8.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ strument finanzjarju ddedikat għall-PTEE li jista’ jiġi integrat fil-baġit tal-Unjoni biex jippermetti kontroll demokratiku u trasparenti tal-fondi allokati permezz tiegħu;

9.  Jitlob għal kooperazzjoni aħjar bejn ir-reġjuni l-aktar imbiegħda, l-Istati AKP u l-pajjiżi terzi fil-viċin tal-PTEE, għal użu kkombinat ta’ strumenti finanzjarji differenti applikabbli għal dawn ir-reġjuni, l-Istati u l-pajjiżi, kif ukoll għal aċċess aħjar għall-PTEE u għar-reġjuni l-aktar imbiegħda għas-sessjonijiet plenarji tal-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-AKP-UE, bħala osservaturi, soġġett għar-Regoli ta’ Proċedura tal-Assemblea.

L-ibbaġitjar u l-allokazzjoni finanzjarja

10.  Jitlob għal darb’oħra għall-ibbaġitjar tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss u awtomatikament mill-2021, bit-trasferiment sħiħ tat-Taqsima 4 tal-Istrateġija tal-Politika u Koordinament (“L-Unjoni Ewropea fid-dinja’), peress li dan jikkontribwixxi għall-promozzjoni aktar effikaċi tal-prijoritajiet tal-Unjoni u l-appoġġ tematiku u jsaħħaħ il-viżibbiltà, kif ukoll il-konsistenza, tal-azzjonijiet tal-UE bħala l-akbar donatur dinji tal-għajnuna għall-iżvilupp;

11.  Jitlob lill-Kummissjoni tħejji l-ibbaġitjar tal-FEŻ taħt l-aħjar kundizzjonijiet billi tinforma lill-Parlament Ewropew regolarment u billi tikkonsulta mill-qrib mal-Istati AKP, sabiex tiggarantixxi l-involviment futur tagħhom fl-implimentazzjoni tal-FEŻ;

12.  Jilqa' l-fatt li l-kriterji ta' kontribuzzjoni tal-Istati Membri għall-11-il FEŻ huma simili għal dawk tal-baġit tal-Unjoni u l-fatt li l-perjodu ta' programmazzjoni tal-11-il FEŻ ġie allinjat mal-perjodu ta' implimentazzjoni tal-QFP;

13.  Jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni li talloka ammont globali ta' EUR 30 319 000 000 (prezzijiet tal-2011) għall-11-il FEŻ, u jixtieq li l-ammonti previsti għall-11-il FEŻ u għall-istrumenti l-oħra ta' kooperazzjoni, inkluż l-istrument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (DCI), jippermettu li l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp tal-Unjoni tinżamm fil-livell attwali tagħha, jew saħansitra li tiżdied biex b'hekk tikkontribwixxi għall-ksib tal-objettiv komuni tal-Istati Membri tal-Unjoni li 0,7 % tal-PDG tagħhom jiġi allokat għall-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp;

14.  Jisħaq fuq il-ħtieġa, minħabba li ċerti pajjiżi AKP jinsabu f’riskju kbir ta’ diżastri, ta’ investiment sostanzjali fit-tnaqqis tar-riskji tad-diżastri fil-programmi ta’ żvilupp iffinanzjati mill-FEŻ; jisħaq fuq il-fatt li dan l-investiment huwa essenzjali biex inaqqas il-bżonnijiet wara sitwazzjoni ta’ emerġenza u jżid ir-reżiljenza tal-pajjiżi AKP;

15.  Jiddispjaċih ħafna dwar il-ftehim konkluż mill-Istati Membri fit-8 ta’ Frar 2013, li jipprovdi għal tnaqqis ta’ 11 % fil-baġit propost għall-11-il FEŻ f’Lulju 2012 mill-Kummissjoni; jiġbed l-attenzjoni lejn il-kontradizzjoni evidenti bejn il-wegħdiet ripetuti tal-Kunsill li jintlaħqu l-miri tal-għajnuna għall-iżvilupp sal-2015 u t-tnaqqis sostanzjali li sar fl-approprjazzjonijiet għall-iżvilupp internazzjonali kemm fil-baġits nazzjonali, kif ukoll fil-baġit tal-Unjoni;

16.  Huwa tal-fehma li jekk jipproċedu b'dan it-tnaqqis baġitarju, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, bħala l-fornituri prinċipali tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp, se jinżammu primarjament responsabbli jekk ma jintlaħaqx l-objettiv li sal-2015 jitnaqqas bin-nofs il-faqar globali fid-dinja;

17.  Jenfasizza l-importanza li jkun hemm baġit tal-Unjoni fil-livell tal-isfidi li jridu jingħelbu, speċjalment fi żmien ta' kriżi, għaliex dan jipprovdi finanzjament li ma jistax ikun disponibbli fil-livell nazzjonali, partikolarment fir-rigward tal-finanzjament għall-iżvilupp; f’dan ir-rigward, u sabiex il-baġit tal-Unjoni ma jibqax soġġett biss għall-kwistjoni tal-livell ta’ approprjazzjonijiet għal pagamenti, jitlob b’insistenza għall-ħolqien ta' riżorsi proprji, bħal taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji;

18.  Jitlob biex, ikunu liema jkunu l-iskali ta' kontribuzzjoni u l-livelli ta' approprjazzjonijiet stabbiliti għall-11-il FEŻ, il-proporzjon fil-baġit tal-FEŻ riservat għall-PTEE ikun identiku għal dak propost mill-Kummissjoni;

19.  Jixtieq li fil-11-il FEŻ, il-proporzjon tar-riżorsi ddedikati għall-programm intra-AKP u għall-programmi reġjonali jkun identiku għal dak eżistenti tal-10 FEŻ, filwaqt li jiġi żgurat pakkett ta’ fondi mhux allokat u flessibbli u tiġi żgurata komplementarjetà massima mal-programm futur pan-Afrikan previst fil-qafas tad-DCI futur, minħabba li dan il-pakkett se jiffinanzja parzjalment il-mezz ġdid li jtaffi x-xokkijiet esterni b’dimensjoni internazzjonali (b’mod partikolari kriżi finanzjarja, umanitarja jew tal-ikel) li jistgħu jolqtu lil pajjiż AKP, kif ukoll għajnuna umanitarja ta’ emerġenza; jenfasizza l-importanza ta’ dawn il-programmi, li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kapaċità ta’ preparazzjoni tal-pajjiżi AKP f’każ ta’ xokk, ir-reżiljenza tagħhom u l-koordinament bejn l-azzjonijiet ta’ emerġenza, ir-rijabilitazzjoni u l-iżvilupp;

20.  Huwa tal-fehma li madwar 5 % tal-approprjazzjonijiet tal-11-il FEŻ għandhom jintużaw biex ikopru l-ispejjeż tal-appoġġ tal-Kummissjoni, sabiex tiġi żgurata ġestjoni effikaċi tal-istrument;

Ir-riforma tal-politika Ewropea għall-iżvilupp u tal-11-il FEŻ

21.  Jisħaq fuq il-fatt li l-Ftehim ta’ Cotonou għandu jibqa’ l-qafas prinċipali ta’ referenza għall-11-il FEŻ;

22.  Huwa tal-fehma li l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' differenzazzjoni fl-aċċess għall-fondi tal-11-il FEŻ se tkun ta’ benefiċċju biss jekk dan l-impatt jiġi kkumpensat minn indiċi ta' vulnerabbiltà li jkun jissupplimenta l-kriterju tal-PDG, jinkorpora indiċi nazzjonali tal-faqar u tal-inugwaljanza, u jikkunsidra ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-Istati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw (SIDS), skont l-aħħar inċiż tal-Artikolu 2 tal-Ftehim ta’ Cotonou; jinnota li djalogu politiku kontinwu mill-qrib huwa essenzjali sabiex sħabna tal-AKP jaċċettaw il-prinċipju;

23.  Jirrikonoxxi, madankollu, li l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ differenzazzjoni huwa għodda politika indispensabbli li tista’ tintuża biex tħeġġeġ lill-pajjiżi AKP bi dħul medju jew ogħla jistabbilixxu stat assistenzjali u jfasslu politiki nazzjonali għat-tqassim mill-ġdid tal-ġid u jindirizzaw il-faqar u l-inugwaljanza;

24.  Jinsisti fuq l-importanza li l-baġits nazzjonali kollha taħt il-11-il FEŻ jinżammu fil-livelli attwali tagħhom, minħabba l-fatt li l-għajnuna Ewropea għall-iżvilupp għad jista' jkollha impatt deċiżiv f'ċerti pajjiżi AKP bi dħul medju u dħul ogħla, sabiex jiġu appoġġati riformi mmirati biex inaqqsu l-inugwaljanza;

25.  Huwa tal-fehma li d-differenzazzjoni għandha tikkunsidra wkoll is-sitwazzjoni speċifika fi stati fraġli, minħabba li l-konsegwenzi fuq il-bniedem meta stat ifalli huma devastanti u jikkanċellaw il-progress li jkun sar f’termini ta’ żvilupp; jindika li l-istabbiliment mill-ġdid tal-istat tad-dritt fi stat fallut huwa proċess ħafna aktar ta' piż u li jieħu ħafna aktar fit-tul mill-provvediment ta' appoġġ addizzjonali lil stati identifikati bħala fraġli, u għalhekk jitlob li jkun hemm fokus speċjali fuq ir-reġjun Saħel u l-Qarn tal-Afrika fil-programmazzjoni tal-11-il FEŻ;

26.  Iqis li l-Aġenda għall-Bidla tinkludi diversi proposti ġodda, b’mod partikolari l-għaqda ta’ self u ta’ għotjiet u l-appoġġ għas-settur privat; jiddikjara li l-użu ta' dawn il-mekkaniżmi ġodda għandu l-ewwel nett ikollu l-għan li jgħin liċ-ċittadini tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex joħorġu mill-faqar u ma jibqgħux jiddependu fuq l-għajnuna, u li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-settur privat fil-pajjiżi AKP, għaliex jekk dan ma jsirx jista’ jwassal għal żvilupp u tkabbir żbilanċjati; jistieden lill-Kummissjoni biex tinforma lill-Parlament Ewropew bir-riżultati tal-istudju li hi ordnat dan l-aħħar dwar il-parteċipazzjoni tas-settur privat fl-iżvilupp u l-estensjoni tal-attivitajiet fil-qasam tal-għaqda ta’ għotjiet u self tal-Unjoni;

27.  Jagħraf li l-arranġamenti ġodda ta’ finanzjament, bħall-għaqda ta’ għotjiet u self għandhom vantaġġi ċari fil-kuntest tat-tnaqqis tar-riżorsi pubbliċi; jitlob madankollu lill-Kummissjoni u l-BEI biex iwettqu valutazzjonijiet tal-impatt dettaljati u indipendenti sabiex ikejlu l-impatt ta’ dawn l-arranġamenti ġodda ta’ finanzjament fuq it-tnaqqis tal-faqar, l-ambjent, eċċ. ; għalhekk, jilqa’ t-twaqqif reċenti tar-“Results Measurement Framework” (REM), indiċi li jippermetti lill-BEI ikejjel l-impatt f’termini ta’ żvilupp tal-operazzjonijiet kollha tiegħu mwettqa barra l-UE; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika linji gwida u kriterji preċiżi li jiċċaraw il-prinċipji li għandhom jiggwidaw l-għażla tal-proġetti fil-qafas tal-implimentazzjoni ta’ dawn it-tipi ġodda ta’ għodod; jitlob fl-aħħar nett għal tisħiħ tas-sinerġiji u l-komplementaritajiet bejn l-attivitajiet tal-Kummissjoni, tal-BEI u ta’ istituzzjonijiet finanzjarji bilaterali Ewropej oħrajn, bħall-banek tal-iżvilupp;

28.  Jagħraf barra minn hekk l-importanza tal-appoġġ tas-settur privat, b’mod partikolari l-mikroimpriżi u l-SMEs fil-pajjiżi AKP, għall-promozzjoni tal-ħolqien tal-ġid u l-implimentazzjoni ta’ ambjenti favur l-impriżi sabiex ikun possibbli tkabbir aktar inklużiv u sostenibbli li jkollu impatt fuq it-tnaqqis tal-faqar;

29.  Jinnota t-twaqqif tal-“Pjattaforma tal-UE għall-Kooperazzjoni Esterna u l-Iżvilupp’, li fiha l-Parlament huwa osservatur, u li hija maħsuba biex tipprovdi gwida għall-mekkaniżmi konġunti li jinvolvu għaqdiet ta’ għotjiet u self eżistenti; jemmen li la s-soċjetà ċivili u lanqas il-BEI mhuma involuti b’mod adegwat f’din l-istruttura ġdida; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi lis-soċjetà ċivili direttament fil-ħidma tal-pjattaforma u tirrikonoxxi r-rwol uniku tal-BEI bħala istituzzjoni finanzjarja tal-UE fil-governanza tal-pjattaforma;

30.  Jinnota l-konċentrazzjoni settorjali proposta mill-Kummissjoni fl-Aġenda għall-Bidla tagħha; jinsisti li l-konċentrazzjoni settorjali m’għandhiex tippreġudika s-sodisfazzjon tal-ħtiġijiet speċifiċi ta’ ċerti pajjiżi; jindika li s-sjieda demokratika hija s-soluzzjoni biex ikun żgurat li l-għajnuna tkun effettiva, u jinsisti li d-deċiżjonijiet li jikkonċernaw is-setturi li għandhom ikunu fil-mira taħt il-programmi indikattivi nazzjonali għalhekk għandhom isiru fuq bażi flessibbli u permezz ta’ djalogu mal-partijiet interessati kollha fil-qasam tal-iżvilupp, inkluża s-soċjetà ċivili u r-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali;

31.  Jitlob mingħajr dewmien għall-implimentazzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE dwar l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, speċjalment tal-Artikoli 19, 20, 21 u 22 tagħha, sabiex jiġi żgurat li l-11-il FEŻ ikun inklużiv u aċċessibbli għal kulħadd;

32.  Jilqa’ l-fatt li l-inizjattiva tan-NU, “Enerġija Sostenibbli għal Kulħadd” tgawdi minn appoġġ qawwi mill-UE li jammonta għal EUR 500 miljun taħt l-10 FEŻ, u jitlob li dan il-livell ta' finanzjament jitkompla taħt il-11-il FEŻ;

33.  Jilqa’ l-fatt li l-agrikoltura, b’mod partikolari l-appoġġ għall-impriżi agrikoli tal-familja, tagħmel parti mill-prijoritajiet tematiċi tal-futur tal-politika Ewropea għall-iżvilupp; ifakkar fl-impenn, li ftit ġie segwit, li l-Istati AKP ħadu fid-Dikjarazzjoni ta’ Maputo li jallokaw 10 % mid-dħul baġitarju nazzjonali tagħhom għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali;

34.  Jinsisti fuq il-fatt li l-konċentrazzjoni tematika ma għandhiex tipperikola l-appoġġ baġitarju ġenerali, li għandu jippermetti t-tisħiħ tal-ġestjoni tajba tal-finanzi pubbliċi tal-benefiċjarji; jittama li din l-għodda żżomm post importanti fil-11-il FEŻ, filwaqt li jissaħħaħ id-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn il-Kummissjoni u l-Istati AKP;

L-iskrutinju demokratiku

35.  Jinnota l-impenn volontarju tal-Kummissjoni li tinforma lill-Parlament Ewropew bid-dokumenti ta’ strateġija għall-11-il FEŻ, iżda jiddispjaċih għan-nuqqas ta’ setgħa konkreta tal-Parlament fir-rigward tal-miżuri meħuda mill-Kummissjoni; ifakkar madankollu li l-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE tista' tiżvolġi rwol daqstant ċentrali fil-kontroll demokratiku tad-dokumenti ta’ strateġija kollha tal-FEŻ, b’konformità mal-Artikolu 17 tal-Ftehim ta’ Cotonou, b’mod partikolari t-tielet inċiż tal-paragrafu 2 tiegħu;

36.  Ifakkar fl-importanza li jiġi rispettat il-prinċipju ta' “sjieda demokratika”, kif definit fil-programm għall-effikaċja tal-għajnuna; għal dan l-għan, jistieden lill-Kummissjoni tkompli tappoġġa t-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-parlamenti nazzjonali u tal-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati AKP, kif ukoll l-informazzjoni tas-soċjetà ċivili, u jistieden lill-Istati AKP jinvolvu ruħhom b'mod aktar attiv mal-parlamenti nazzjonali tagħhom, sabiex jiżguraw li l-ħlas tal-fondi previsti fid-dokumenti ta' strateġija għal kull pajjiż ikun soġġett għal skrutinju parlamentari a posteriori; f'dan ir-rigward, ifaħħar il-ħidma ta' valur kbir ipprovduta mill-Uffiċċju għall-Promozzjoni tad-Demokrazija Parlamentari; bl-istess mod, jirrakkomanda li l-ministeri nazzjonali kollha jipparteċipaw fid-diskussjonijiet bejn l-uffiċjal awtorizzanti nazzjonali u d-delegazzjoni tal-Unjoni kkonċernata sabiex jiġi żgurat li d-dokumenti ta' strateġija joffru valutazzjoni komprensiva tal-ħtiġijiet ta' żvilupp tal-pajjiż;

37.  Jemmen li t-trasparenza u l-obbiligu li jingħata rendikont huma fundamentali meta jiġu allokati l-fondi tal-FEŻ u fil-monitoraġġ tal-proġetti ffinanzjati, inkluża l-għajnuna diretta lill-baġits nazzjonali;

38.  Jinsisti fuq il-kontribuzzjoni indispensabbli tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) u l-awtoritajiet lokali u reġjonali (ALR) fir-rigward tal-provvediment ta' servizzi bażiċi, l-iskrutinju demokratiku, l-appoġġ għall-gruppi marġinalizzati u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ugwaljanza bejn is-sessi, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi AKP biex jikkonsultaw lill-OSĊ u l-ALR fil-programmazzjoni, u biex jikkollaboraw mill-qrib magħhom għall-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-11-il FEŻ, skont l-Artikoli 2, 6 u 70 tal-Ftehim ta’ Cotonou; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi, fir-rapporti ta' progress previsti għas-segwitu tal-11-il FEŻ, taqsima li tispjega l-istadju milħuq fil-konsultazzjonijiet mal-OSĊ u l-ALR immexxija mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni fil-livell nazzjonali;

L-effikaċja tal-iżvilupp

39.  Jenfasizza l-benefiċċji tal-programmazzjoni konġunta tal-għajnuna bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minħabba li żżid il-viżibbiltà, l-impatt u l-effikaċja tal-politika Ewropea għall-iżvilupp, filwaqt li jiġu evitati d-duplikazzjoni u l-ħela; madankollu jenfasizza l-ħtieġa li jiġu approfonditi u kkjarifikati r-regoli stipulati fil-qafas komuni għall-programmazzjoni pluriennali; jisħaq fuq ir-rwol ewlieni li jista’ jkollhom id-delegazzjonijiet tal-UE li għandhom iġibu aktar trasparenza f’dan il-proċess, b’mod partikolari bl-involviment mhux biss tal-amministrazzjonijiet, iżda wkoll tal-atturi mhux statali tal-pajjiżi benefiċjarji kkonċernati;

40.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrispetta b’mod skrupluż l-Artikolu 19C(1) tal-Anness IV tal-Ftehim ta’ Cotonou, li jistabbilixxi r-rispett tal-istandards soċjali u ambjentali bħala kundizzjoni għall-ksib ta’ kuntratti ta' akkwist pubbliku ffinanzjati mill-11-il FEŻ fil-pajjiżi AKP, sabiex jiġu promossi l-prinċipji ta' żvilupp sostenibbli u responsabilità soċjali korporattiva;

41.  Jinsisti li s-suċċess tal-isforzi biex jiġi affrontat il-faqar u tiġi żgurata l-effikaċja tal-għajnuna jiddependu b'mod speċjali fuq il-kapaċità li jiżdied id-dħul fil-livell nazzjonali, u li għalhekk jeħtieġ li s-sħubija AKP-UE tagħti prijorità lill-promozzjoni ta’ sistemi tal-ġbir tat-taxxa effikaċi u ġusti sabiex ittejjeb il-ġbir tat-taxxi u tipprevjeni l-evażjoni tat-taxxa u l-użu ta’ rifuġji fiskali;

42.  Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “L-Approċċ futur għall-appoġġ baġitarju tal-UE għal pajjiżi terzi'; jisħaq fuq l-importanza tal-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Cotonou, li jipprovdi li l-għajnuna lil stat tiġi sospiża jekk jikser il-prinċipji tal-Ftehim;

43.  Itenni li l-appoġġ baġitarju għandu għadd kbir ta’ vantaġġi, bħar-responsabbilizzazzjoni, evalwazzjoni aktar preċiża tar-riżultati, aktar koerenza tal-politiki mmexxija, aktar prevedibilità u użu massimu tal-mezzi għall-vantaġġ dirett tal-popolazzjonijiet;

44.  Jisħaq fuq l-importanza li n-nisa jitqiesu mhux biss bħala kategorija vulnerabbli tal-popolazzjoni, iżda wkoll bħala faċilitaturi attivi tal-politiki għall-iżvilupp; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li r-rwol tan-nisa huwa fundamentali fil-qasam tan-nutrizzjoni u tas-sigurtà tal-ikel, mhux l-inqas minħabba l-fatt li huma responsabbli minn 80 % tal-biedja fl-Afrika, minkejja li għadhom kważi qatt ma jistgħu jkunu sidien tal-artijiet li jikkultivaw; jenfasizza wkoll li ġie pruvat li n-nisa huma kompetenti fl-ambitu tar-riżoluzzjoni tal-problemi u tal-konflitti, u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi AKP biex isaħħu r-rwol tan-nisa fil-gruppi ta' azzjoni u fil-gruppi ta' ħidma;

45.  Jistieden lill-Kummissjoni tapplika l-indikaturi tal-prestazzjoni stabbiliti fil-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Għoti ta' Setgħa lin-Nisa fl-Iżvilupp:

o
o   o

   46. Jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament rapport dwar il-progress li sar fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Għoti ta' Setgħa lin-Nisa fl-Iżvilupp;
   47. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, u jekk ikun xieraq lill-Istati AKP u lill-PTEE.

(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Ftehim rivedut f’Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4) u f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).
(2) ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1. Deċiżjoni emendata mid-Direttiva 2007/249/KE (ĠU L 109, 26.4.2007, p. 33).


Nisfruttaw aħjar il-benefiċċji tal-miżuri ambjentali tal-UE: nibnu l-fiduċja permezz ta’ għarfien u rispons aħjar
PDF 320kWORD 31k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar l-isfruttament aħjar tal-benefiċċji tal-miżuri ambjentali tal-UE: nibnu l-fiduċja permezz ta' għarfien u rispons aħjar (2012/2104(INI))
P7_TA(2013)0077A7-0028/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tat-TUE u l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 191 u 192 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-implimentazzjoni tal-Liġi Ambjentali tal-Komunità Ewropea (COM(2008)0773),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bit-titolu 'Analiżi tal-Politika Ambjentali tal-2008' (COM(2009)0304) u l-Anness tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu 'Nisfruttaw aħjar il-benefiċċji tal-miżuri ambjentali tal-UE: nibnu l-fiduċja permezz ta’ għarfien u rispons aħjar' (COM(2012)0095),

–  wara li kkunsidra d-29 Rapport Annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE (2011) (COM (2012)0714),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' April 2012 dwar ir-rieżami tas-6 Programm ta' Azzjoni Ambjentali u l-istabbiliment tal-prijoritajiet għas-7 Programm ta' Azzjoni Ambjentali - Ambjent aħjar għall-ħajja aħjar(1),

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2010 bit-tema 'Intejbu l-Istrumenti tal-Politika Ambjentali',

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill tad-19 ta' April 2012 dwar is-7 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni ta’ prospettiva tal-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu 'Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-politika ambjentali tal-ġejjieni'(3),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu 'Lejn is-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali: implimentazzjoni aħjar tal-liġi tal-UE dwar l-ambjent' (4)

–  wara li kkunsidra l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (COM(2003)0624) u t-test adottat mill-Parlament Ewropew fl-ewwel qari(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A7-0028/2013),

Rimarki ġenerali

A.  billi ħafna mil-liġijiet tal-UE jieħdu l-forma ta’ direttivi, li jistabbilixxu r-regoli u l-għanijiet ġenerali, filwaqt li jħallu l-għażla tal-mezzi ta’ kif jintlaħqu dawk l-għanijiet f’idejn l-Istati Membri u l-entitajiet reġjonali u lokali;

B.  billi r-responsabbiltà ewlenija biex jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi tal-leġiżlazzjoni tal-UE taqa' taħt l-awtoritajiet nazzjonali, ħafna drabi fil-livelli reġjonali u lokali;

C.  billi l-implimentazzjoni ineffiċjenti mhux biss tagħmel ħsara lill-ambjent u s-saħħa tal-bniedem iżda toħloq ukoll inċertezza fl-industrija u ostakoli għas-Suq Uniku kif ukoll tiġġenera aktar burokrazija u għalhekk spejjeż ogħla;

D.  billi l-istudji kkonkludew li l-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni tal-UE fis-settur tal-iskart biss għandha tiġġenera 400 000 impjieg u tiffranka EUR 72 biljun fis-sena(6);

E.  billi l-livell mhux sodisfaċenti tal-implimentazzjoni tal-liġi ambjentali huwa rifless fin-numru għoli ta' ksur u lmenti f’dan il-qasam;

F.  billi n-nuqqas ta' informazzjoni preċiża u għarfien dwar l-istat tal-implimentazzjoni, u ta' dejta kwantitattiva għal diversi setturi ambjentali, huwa ta’ xkiel għall-implimentazzjoni xierqa tal-acquis ambjentali;

G.  billi skont il-Kummissjoni, l-ispiża annwali tan-nuqqas ta' implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE hija attwalment ta' EUR 50 biljun fi spejjeż ta' saħħa u spejjeż diretti għall-ambjent, bla ma jinkludu l-impatti negattivi fuq l-istat tal-ambjent fl-UE; billi, mis-sena 2020 'il quddiem, din l-ispiża annwali se tiżdied għal EUR 90 biljun(7);

H.  billi l-problemi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-liġi ambjentali tal-UE jistgħu jkunu ta' żewġ tipi, fuq naħa waħda l-implimentazzjoni tard jew insuffiċjenti u fuq in-naħa l-oħra l-“implimentazzjoni żejda” (“gold plating”), biż-żewġ aspetti li jmorru kontra l-ideat politiċi oriġinali li fuqhom hija bbażata l-liġi ambjentali tal-UE;

I.  billi jeżistu differenzi sinifikanti fl-implimentazzjoni kemm bejn l-Istati Membri kif ukoll fihom li jwasslu għal impatt negattiv fuq l-ambjent, biex b’hekk tiżdied il-ħtieġa għal approċċ iżjed sistematiku u olistiku sabiex jitnaqqas dan id-“distakk fl-implimentazzjoni”;

J.  billi l-ambjent fl-2011 kien il-qasam fejn ġie nnutat li twettaq l-aktar ksur tal-liġi Komunitarja fl-UE (299), li jirrappreżenta 17 % tar-reati kollha, u li nfetħu 114-il proċedura ġdida kontra ksur f'dan il-qasam fl-2011(8);

K.  billi l-konformità sħiħa mal-liġi ambjentali tal-UE hija obbligu tat-Trattat u kriterju għall-użu tal-fondi tal-UE fl-Istati Membri; billi l-Istati Membri għandhom għalhekk jimplimentaw il-leġiżlazzjoni ambjentali fil-waqt u b'mod kosteffiċjenti, sabiex itejbu l-istat tal-ambjent fl-UE;

L.  billi s-Sitt Pjan ta' Azzjoni Ambjentali kien ġie mxekkel minn fallimenti persistenti fl-implimentazzjoni f'setturi maturi tal-politika bħall-kontroll tat-tniġġis tal-arja, l-immaniġġjar tal-iskart, it-trattament tal-ilma u tal-ilma mormi, u l-konservazzjoni tan-natura;

L-implimentazzjoni bħala kompitu komuni u opportunità

1.  Jilqa' favorevolment il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu 'Nisfruttaw aħjar il-benefiċċji tal-miżuri ambjentali tal-UE: nibnu l-fiduċja permezz ta' għarfien u rispons aħjar' (COM(2012)0095);

2.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha għall-preservazzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni ta' żvilupp sostenibbli, filwaqt illi jqisu l-ħtieġa ta' ekonomija b'saħħitha u kompetittiva; jenfasizza li l-komunitajiet lokali għandhom ikunu involuti sew biex jinstab l-aħjar bilanċ bejn il-ħtiġijiet tal-persuni u dawk tal-ambjent tagħhom;

3.  Iqis li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jistgħu jsaħħu s-sens ta' kooperazzjoni fid-definizzjoni tal-politiki tal-UE fil-qasam tal-ambjent, u jiggarantixxu implimentazzjoni aktar effettiva tal-liġi;

4.  Huwa tal-opinjoni li l-piż amministrattiv mhuwiex dejjem riżultat ta' implimentazzjoni eċċessiva jew nuqqas ta' implimentazzjoni; jinnota li l-ispejjeż amministrattivi huma inevitabbli iżda li dawn għandhom jinżammu baxxi kemm jista' jkun minħabba l-impatti negattivi tagħhom fuq iċ-ċittadini u l-industrija;

5.  Jinnota li ħafna mill-ispejjeż amministrattivi mhux meħtieġa marbuta mal-leġiżlazzjoni ambjentali huma minħabba l-prattiċi amministrattivi pubbliċi u privati inadegwati jew ineffiċjenti f'diversi Stati Membri u fl-awtoritajiet reġjonali jew lokali tagħhom;

6.  Jenfasizza li hija biss l-implimentazzjoni (it-traspożizzjoni) f'waqtha u korretta tal-liġi tal-UE mill-Istati Membri u mill-awtoritajiet reġjonali u lokali li għandha tiżgura l-kisba tar-riżultati mixtieqa tal-politika tal-UE inkwistjoni;

7.  Jenfasizza li l-iżgurar ta' kundizzjonijiet ekwi u ta' suq komuni kif ukoll l-approċċ armonizzat huma fiċ-ċentru tal-leġiżlazzjoni tal-UE;

8.  Huwa tal-opinjoni li l-implimentazzjoni effiċjenti tista' twassal għal benefiċċji għall-industrija, eż. billi tnaqqas il-piżijiet amministrattivi, tipprovdi s-sigurtà għall-investiment u b'hekk toħloq iżjed impjiegi;

9.  Jiddeplora li ċ-ċittadini jsiru konxji mil-leġiżlazzjoni tal-UE biss wara li tidħol fis-seħħ; huwa tal-opinjoni li jinħtieġ mezz iżjed bikri għall-iskambju tal-informazzjoni bejn il-leġiżlaturi u ċ-ċittadini sabiex jinkiseb livell ogħla ta' aċċettazzjoni u fehim tal-objettiv tal-leġiżlazzjoni tal-UE;

10.  Jikkjarifika li l-Kummissjoni, bħala kustodju tat-Trattati, għandha taġixxi iżjed malajr sabiex tippermetti implimentazzjoni aħjar u iżjed f'waqtha; jistieden lill-Kummissjoni teżamina dak li jeħtieġ isir sabiex tiġi żgurata t-traspożizzjoni korretta, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni ambjentali;

11.  Jinnota li l-istat frammentat attwali tal-implimentazzjoni fl-Istati Membri jfixkel il-kundizzjonijiet ekwi għall-industrija u jżid l-inċertezza dwar ir-rekwiżiti eżatti u, b'dan il-mod, jiskoraġġixxi l-investimenti f'dawk l-oqsma ambjentali li jistgħu jiġġeneraw l-impjiegi;

12.  Jenfasizza li r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet Ewropej fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tal-UE ma tispiċċax mal-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni mill-Parlament u l-Kunsill, u li huwa lest li jassisti lill-Istati Membri sabiex jipprovdu għal implimentazzjoni iżjed effiċjenti;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lir-reġjuni kkonċernati jtejbu l-fluss ta' informazzjoni u jżidu t-trasparenza permezz ta' skambji aktar attivi u frekwenti;

Soluzzjonijiet li jassiguraw implimentazzjoni iżjed effiċjenti

14.  Iqis li l-implimentazzjoni sħiħa u l-infurzar fil-livelli kollha huma kritiċi, u jistgħu jeħtieġu, fejn xieraq, iżjed tisħiħ; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa għal leġiżlazzjoni ambjentali ċara, konsistenti u mingħajr duplikazzjoni; itenni l-ħtieġa ta' koordinazzjoni, ta' kumplimentarjetà u tal-eliminazzjoni ta' lakuni fil-kopertura tad-diversi biċċiet ta' leġiżlazzjoni li jiffurmaw il-liġi ambjentali tal-UE;

15.  Huwa tal-opinjoni li l-leġiżlazzjoni ambjentali tista' tiġi implimentata b'mod aktar effettiv permezz tat-tixrid tal-aħjar prattiċi bejn l-Istati Membri, u bejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali responsabbli mill-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE, kif ukoll permezz ta' kooperazzjoni akbar mal-Istituzzjonijiet Ewropej;

16.  Jiddeplora n-nuqqas ta' dejta dwar il-konformità u l-ħidma tal-infurzar imwettqa fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex, bl-għajnuna tan-netwerks u l-korpi tagħha, bħall-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, ittejjeb din is-sitwazzjoni;

17.  Jinnota l-importanza tat-tisħiħ u l-monitoraġġ tal-indikaturi rilevanti għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali u jinkoraġġixxi l-istabbiliment ta' websajt faċli għall-utent, li fuqha jkun hemm disponibbli l-iżjed kejl riċenti tal-indikaturi u li tagħmel possibbli l-paragun informali bejn l-Istati Membri;

18.  Huwa tal-opinjoni li l-Kummissjoni nnifisha għandha tkun fiċ-ċentru tal-isforzi biex tiżgura implimentazzjoni aħjar u jiddeplora li, attwalment, dawn l-isforzi qed jiġu dejjem iżjed riferuti lil korpi oħra li spiss ma jkollhomx il-kompetenzi, il-persunal jew ir-riżorsi finanzjarji li għandha l-Kummissjoni;

19.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jgħinu fit-titjib tal-għarfien u l-kapaċità tan-nies involuti fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali, fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, biex jiġi żgurat l-isfruttament aħjar tal-benefiċċji minn din il-leġiżlazzjoni; barra minn hekk huwa tal-opinjoni li l-ftuħ ta' djalogu mal-partijiet interessati rilevanti għandu jtejjeb l-implimentazzjoni wkoll;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-possibbiltà li jiġu stabbiliti ftehimiet ta' implimentazzjoni bi sħubija bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri individwali, jew bejn l-Istati Membri, sabiex tiġi promossa implimentazzjoni aħjar kif ukoll biex jiġu identifikati u solvuti l-problemi tal-implimentazzjoni;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni teżamina jekk parteċipazzjoni ikbar mill-awtoritajiet lokali tul il-proċess li fih tiġi ddefinita l-politika ambjentali tkunx ta' għajnuna għat-titjib fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni b'mod ġenerali, inkluż il-possibbiltà li jiġu stabbiliti timijiet biex jittrasponu l-liġi ambjentali fil-livell reġjonali u lokali;

22.  Jirrakkomanda l-istabbiliment ta' għodda ta' informazzjoni online sistematika u aċċessibbli b'mod faċli dwar l-implimentazzjoni; jistieden lill-atturi kollha, iżda b'mod speċjali l-industrija u ċ-ċittadini, biex jipprovdu lill-korpi ta' implimentazzjoni b'feedback dwar il-problemi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni; japprezza d-disponibbiltà tal-informazzjoni affidabbli, paragunabbli u aċċessibbli b'mod faċli dwar l-istat tal-ambjent, li huwa jqis bħala ewlenija għall-monitoraġġ b'mod effettiv tal-istat tal-implimentazzjoni;

23.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis mill-ġdid it-talbiet għall-introduzzjoni ta' bażi ta' dejta bl-aħjar prattiċi, li tippermetti t-tixrid tal-aħjar prattika fl-implimentazzjoni fost l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali; jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-modi ta' kif l-informazzjoni u t-teknoloġija tal-komunikazzjoni jistgħu jintużaw biex jipprovdu kemm jista' jkun possibbli informazzjoni utli online dwar kif għandha tiġi implimentata l-liġi ambjentali tal-UE;

24.  Jenfasizza l-importanza li jissaħħaħ il-monitoraġġ tal-infurzar tal-leġiżlazzjoni ambjentali; jitlob, għalhekk, li jissaħħu l-kapaċitajiet eżistenti u li tiġi żgurata koeżjoni bejn il-korpi differenti responsabbli mill-kontrolli fl-Istati Membri fuq il-bażi ta' linji gwida tal-UE;

25.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-leġiżlazzjoni tal-UE tindirizza l-kawżi tal-ħsara lill-ambjent billi tistabbilixxi regoli dwar ir-responsabbiltà legali għall-ħsara lill-ambjent u dwar ir-responsabbiltà soċjali korporattiva; jemmen li huwa ta' importanza fundamentali, għal dan il-għan, li jitwettqu l-inizjattivi kollha maħsuba biex jinkoraġġixxu u jxerrdu responsabbiltà soċjali korporattiva akbar fir-rigward ta' kwistjonijiet ambjentali, peress li dan tal-aħħar jimponi fuq l-intrapriżi l-ħtieġa li jkunu riċettivi fir-rigward tal-istrateġija tal-iżvilupp sostenibbli;

26.  Ifakkar li hemm ħafna benefiċċji x'jitgawdu mill-implimentazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE: tliet eżempji ta' benefiċċji bħal dawn huma kundizzjonijiet ekwi għall-atturi ekonomiċi fis-Suq Uniku, il-ħolqien tal-istimolu għall-innovazzjoni, u l-vantaġġi ta' min jibda l-ewwel għan-negozji tal-UE;

27.  Jenfasizza li livell għoli ta' protezzjoni ambjentali huwa wieħed mill-għanijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea u għandu jwassal benefiċċji diretti liċ-ċittadini, bħal kundizzjonijiet tal-għajxien aħjar permezz ta' kwalità tal-arja aħjar, inqas storbju u inqas problemi tas-saħħa;

28.  Jenfasizza li l-UE waqqfet għaliha nnifisha aġenda ambizzjuża sabiex timxi lejn ekonomija reżistenti, effiċjenti fir-riżorsi u b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju sal-2050, u li huwa meħtieġ l-impenn fil-livelli kollha sabiex jintlaħaq dan il-għan; ifakkar li sforz komuni huwa vitali sabiex jiġi żgurat li l-ekonomija tal-UE tikber b'mod li jirrispetta r-restrizzjonijiet tar-riżorsi u l-fruntieri planetarji;

29.  Jiddispjaċih mill-fatt li l-proċedura għall-adozzjoni tal-proposta għal direttiva dwar l-aċċess tal-pubbliku għall-ġustizzja f'dak li għandu x'jaqsam mal-ambjent(9) waqaf fl-ewwel qari; jistieden, għalhekk, lill-koleġiżlaturi jirrevedu l-pożizzjonijiet tagħhom għall-fini li joħorġu mill-impass;

30.  Jirrakkomanda, għalhekk, il-qsim ta' għarfien bejn is-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membri li jittrattaw il-ksur u n-nuqqas ta' rispett tal-leġiżlazzjoni tal-UE fi kwistjonijiet relatati mal-ambjent;

31.  Iqis li l-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-implimentazzjoni huwa ta' importanza kbira, u għalhekk jenfasizza l-valur tax-xogħol tal-EEA f'dan il-qasam – f'konformità mar-responsabbiltà statutorja tagħha;

32.  Jenfasizza r-rwol importanti tal-EEA biex tipprovdi bażi solida ta' għarfien li ssostni l-politika u l-implimentazzjoni, u jirrikonoxxi l-ħidma mwettqa mill-EEA f'dan il-qasam; iħeġġeġ lill-EEA tiżviluppa iżjed il-kapaċitajiet tagħha biex tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw il-kwalità tal-monitoraġġ u l-komparabbiltà tal-informazzjoni ambjentali miġbura f'partijiet differenti tal-UE; jinkoraġġixxi lill-EEA tiffoka wkoll fuq il-bini tal-kapaċità u t-tixrid tal-aħjar prattika fl-Istati Membri; jistenna li l-istrateġija l-ġdida tal-EEA tindirizza l-kwistjoni tal-implimentazzjoni f'iżjed dettall;

33.  Jappoġġja l-Kummissjoni fil-pjan tagħha li tistieden lill-Istati Membri biex bl-appoġġ tal-Kummissjoni jiżviluppaw oqfsa ta' implimentazzjoni strutturata u informazzjoni (SIIFs) għal-liġijiet ambjentali ewlenin kollha tal-UE, jikkjarifikaw id-dispożizzjonijiet ewlenin tad-direttiva kif ukoll jidentifikaw it-tipi ta' informazzjoni meħtieġa biex juru kif il-liġi tal-UE qed tiġi implimentata;

34.  Jinnota t-tħassib frekwenti tal-petizzjonanti f'diversi oqsma tal-politika ambjentali, bħall-miżbliet u r-rimi tal-iskart, il-ħabitats tal-fawna u l-flora selvaġġa u l-kwalità tal-arja u tal-ilma; ifaħħar l-isforzi tagħhom biex jobbligaw lill-awtoritajiet jagħtu rendikont ta' għemilhom, u jistieden lill-Istati Membri biex ikunu sinċieri u jikkooperaw magħhom;

35.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni toħloq, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali, bl-involviment tal-EEA kif adatt, unità għall-ilmenti fejn iċ-ċittadini jkunu jistgħu jikkomunikaw il-problemi relatati mal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali;

36.  Jenfasizza l-importanza kruċjali tal-ispezzjonijiet effettivi u jħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-kapaċitajiet tagħhom għall-ispezzjonijiet f'konformità mal-aħjar prattiċi; jitlob għal kriterji minimi komuni għall-ispezzjonijiet sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ġusta fil-partijiet kollha tal-UE;

37.  Iħeġġeġ lill-atturi kollha jissimplifikaw l-attivitajiet tal-ispezzjoni u s-sorveljanza bil-ħsieb li jużaw ir-riżorsi disponibbli b'aktar effiċjenza; jenfasizza wkoll, f'dan ir-rigward, il-valur ta' użu aktar sistematiku tal-ispezzjonijiet ta' evalwazzjoni bejn il-pari, kif irrimarkat mill-Kummissjoni; jenfasizza l-ħtieġa li l-ispezzjonijiet eżistenti jiġu kkumplimentati b'kooperazzjoni mtejba u evalwazzjonijiet bejn il-pari fost l-awtoritajiet tal-ispezzjoni; jinkoraġġixxi lin-Netwerk tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni u l-Infurzar tal-Liġi Ambjentali (IMPEL) biex jieħu azzjoni f'din id-direzzjoni; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tippromwovi l-bini tal-għarfien u l-kapaċità billi tappoġġja n-netwerks tal-imħallfin u l-prosekuturi, u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat tar-Reġjuni tnaqqas l-ispejjeż ambjentali u ekonomiċi minn nuqqas ta' konformità u tiżgura kundizzjonijiet ekwi;

38.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi Unità tal-Ispezzjoni tal-Liġi Ambjentali, li r-rwol tagħha jkun li tissorvelja u tassisti l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali; jitlob biex din l-Unità tuża teknoloġiji ġodda u tikkoopera mal-aġenziji lokali sabiex iżżomm l-ispejjeż tal-ispezzjoni baxxi; huwa tal-fehma li din l-Unità għandha topera abbażi tal-ispejjeż u li d-dħul għandu jiġi mmirat lejn il-baġit tal-UE u għandu jkun riżervat għas-servizzi relatati mal-implimentazzjoni aħjar;

39.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jfasslu u jippubblikaw it-tabelli tal-korrelazzjoni sabiex jiddeskrivu t-traspożizzjoni tad-direttivi tal-UE f'liġi nazzjonali sabiex titjieb it-trasparenza u l-ftuħ tal-proċess leġiżlattiv u jkun iżjed faċli kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għall-parlamenti nazzjonali li jissorveljaw l-implimentazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni tal-UE;

40.  Jenfasizza li l-imħallfin u l-prosekuturi għandhom rwol ewlieni fl-infurzar tal-leġiżlazzjoni ambjentali u li għalhekk huwa ta' importanza vitali li jirċievu taħriġ xieraq u informazzjoni dwar dawn il-politiki;

41.  Jenfasizza r-rwol importanti taċ-ċittadini fil-proċess tal-implimentazzjoni, u jħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jinvolvuhom b'mod strutturat f'dan il-proċess; jinnota wkoll, f'dan ir-rigward, l-importanza tal-aċċess taċ-ċittadini għall-ġustizzja;

42.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiddefinixxu b'mod espliċitu l-limitu ta' żmien speċifiku li fih il-kawżi tal-qorti relatati mal-implimentazzjoni tal-liġi ambjentali għandhom jiġu solvuti, sabiex jiġi evitat li l-implimentazzjoni tal-liġi ambjentali u d-dewmien fil-kawżi tal-qorti jintużaw bħala skuża biex tiġi evitata l-konformità u jixxekklu l-investimenti; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta kemm inżammu lura investimenti minħabba d-dewmien fil-proċeduri legali relatati mal-irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali;

43.  Jenfasizza l-importanza fundamentali li ċ-ċittadini u l-NGOs jiġu infurmati b'mod attiv dwar il-politiki ambjentali tal-UE fi stadju bikri sabiex jinvolvuhom fit-tfassil u fit-twettiq ta' dawn il-politiki; għalhekk iħeġġeġ – anke fid-dawl tas-sejbiet tal-grupp ta' livell għoli ta' partijiet interessati indipendenti fuq il-piżijiet amministrattivi – biex isir sforz ikbar f'dan ir-rigward sabiex jitjiebu l-fiduċja u l-kunfidenza tal-pubbliku fil-liġi ambjentali tal-UE, bil-ħsieb li l-ambjent aħjar għal ħajja aħjar ma jinħoloqx b'mod unilaterali mill-istituzzjonijiet mingħajr l-appoġġ tas-soċjetà nnifisha;

44.  Fir-rigward tal-proġetti bil-possibbiltà ta' impatt ambjentali transkonfinali, jistieden lil kull Stat Membru jinforma b'mod komprensiv lill-pubbliku u l-awtoritajiet affettwati fl-Istati Membri kkonċernati malajr kemm jista' jkun u jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jiġu kkonsultati kif jixraq;

45.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE bl-aktar mod ċar, sempliċi u li faċli jinftiehem minn kulħadd waqt li jiżguraw l-effiċjenza tagħha.

46.  Jistieden lill-Istati Membri javvanzaw iżjed l-implimentazzjoni sħiħa u proprja tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE u l-politiki u l-istrateġiji adottati fil-qafas tas-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali, u jiżguraw il-kapaċità u l-finanzi adegwati għall-implimentazzjoni sħiħa tagħhom, anke fi żminijiet ta' awsterità, għaliex in-nuqqas ta' implimentazzjoni jew l-implimentazzjoni mhux kompluta tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE mhux biss hija illegali, iżda wkoll ferm iżjed ta' spiża għas-soċjetà fit-tul;

47.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni tkun xierqa għall-iskop u tirrifletti l-aktar riċerka xjentifika riċenti; jistieden, għalhekk, lill-UE u lill-Istati Membri jivvalutaw b'mod regolari jekk il-liġi ambjentali tal-UE tissodisfax dawn ir-rekwiżiti u, fejn meħtieġ, jaġġustawha kif xieraq;

48.  Jirrikonoxxi li l-ftehimiet tal-ewwel qari jistgħu jwasslu għall-implimentazzjoni mhux adegwata tal-leġiżlazzjoni jekk il-kontenut konkret jitħalla biex jiġi speċifikat fid-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni; jitlob, għalhekk, lill-atturi kollha biex jiżguraw li t-teħid tad-deċiżjonijiet ikun ibbażat fuq dikjarazzjoni mhux ambigwa ta' rieda politika; jenfasizza l-ħtieġa għal leġiżlazzjoni ambjentali ċara u konsistenti, imfassla abbażi tal-evalwazzjonijiet tal-politika u l-feedback tal-pubbliku;

49.  Huwa tal-opinjoni li l-Kummissjoni għandha tkompli tuża d-direttivi fil-leġiżlazzjoni tal-UE biex tippermetti lill-Istati Membri kif ukoll lill-awtoritajiet reġjonali u lokali jimplimentaw il-leġiżlazzjoni Ewropea skont is-sitwazzjoni rispettiva tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni, madankollu, biex issaħħaħ l-appoġġ diġà deskritt fil-proposta tagħha permezz ta' iżjed studji jew azzjonijiet imsemmija fil-valutazzjoni tal-impatt;

50.  Ifaħħar l-introduzzjoni tal-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali u jitlob lill-Istati Membri jiżguraw li din il-leġiżlazzjoni tiġi implimentata b'mod aktar effettiv, billi tqis speċifikament il-ħtiġijiet tan-negozji żgħar u ta' daqs medju, tar-residenti, kif ukoll tal-flora u tal-fawna; jesprimi tħassib dwar id-dewmien frekwenti tal-Istati Membri fit-twettiq ta' dawn il-valutazzjonijiet u, fil-kuntest tar-reviżjoni futura tad-Direttiva, jitlob l-introduzzjoni ta' garanziji rigward l-imparzjalità u l-oġġettività;

o
o   o

51.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Testi adottati, P7_TA(2012)0147.
(2) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
(3) ĠU C 15, 18.1.2011, p. 4.
(4) ĠU C 17, 19.1.2013, p. 30.
(5) ĠU C 103 E, 29.4.2004, p. 626.
(6) Rapport BIOS, (COM (2012)0095).
(7) Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali Ambjent, “L-ispejjeż tan-nonimplimentazzjoni tal-acquis dwar l-ambjent” Rapport finali, ENV.G.1/FRA/2006/0073, Settembru 2011.
(8) Id-29 Rapport Annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE (2011) (COM (2012)0714).
(9) COM(2003)0624.

Avviż legali - Politika tal-privatezza