Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2012/0098(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0194/2013

Testi mressqa :

A7-0194/2013

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 03/07/2013 - 6.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0306

Testi adottati
PDF 199kWORD 19k
L-Erbgħa, 3 ta' Lulju 2013 - Strasburgu
Emenda tad-Deċiżjoni 2000/125/KE (“Ftehim Parallel”) ***
P7_TA(2013)0306A7-0194/2013

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2000/125/KE tal-31 ta' Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (05975/2013 – C7-0071/2013 – 2012/0098(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05975/2013),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0071/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0194/2013),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

Avviż legali - Politika tal-privatezza