Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0084(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0225/2013

Testi mressqa :

A7-0225/2013

Dibattiti :

PV 02/07/2013 - 21
CRE 02/07/2013 - 21

Votazzjonijiet :

PV 03/07/2013 - 8.1
CRE 03/07/2013 - 8.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0308

Testi adottati
PDF 301kWORD 26k
L-Erbgħa, 3 ta' Lulju 2013 - Strasburgu
Investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) ***II
P7_TA(2013)0308A7-0225/2013
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (17427/1/2012 – C7-0051/2013– 2006/0084(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (17427/1/2012 –C7-0051/2013),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tat-12 ta' Lulju 2011(1)

–  wara li kkunsdira l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2006)0244),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni emendata (COM (2011)0135),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regola 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0225/2013),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jinnota li l-att ġie adottat skont il-pożizzjoni tal-Kunsill;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju-Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att, wara li jkun ġie verifikat li l-proċeduri kollha jkunu saru kif dovut, u, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jippubblikah f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u l-Parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 254, 30.8.2011, p. 1.
(2) ĠU C 16 E, 22.1.2010, p. 201.


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni

“Kull darba li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaħtru membri ġodda tal-Kumitat ta' Sorveljanza l-ġdid, huma għandhom jaħtru wkoll dawk il-membri biex jibdew il-kariga tagħhom fis-sostituzzjoni parzjali li jmiss.”

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni

“Il-Kummissjoni tikkonferma li l-Uffiċċju ddikjara li se jaġixxi dejjem f'konformità mal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea u l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, u jirrispetta bis-sħiħ il-libertà u l-indipendenza tal-Membri kif previst fl-Artikolu 2 tal-Istatut.”

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni

“Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li żżomm il-poteri attwali tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi li permezz tagħhom jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-arranġamenti dettaljati għar-reklutaġġ fl-Uffiċċju, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda t-tul tal-kuntratti u t-tiġdid tagħhom.”

Avviż legali - Politika tal-privatezza