Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/2697(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċikli relatati mad-dokumenti :

Testi mressqa :

RC-B7-0362/2013

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 04/07/2013 - 13.14
CRE 04/07/2013 - 13.14

Testi adottati :

P7_TA(2013)0333

Testi adottati
PDF 195kWORD 36k
Il-Ħamis, 4 ta' Lulju 2013 - Strasburgu
Is-sitwazzjoni fl-Eġittu
P7_TA(2013)0333RC-B7-0362/2013

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2013 dwar il-kriżi fl-Eġittu (2013/2697(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mill-Ġeneral Abdul Fatah Khalil Al-Sisi, President tal-Kunsill Suprem tal-Forzi Armati tal-Eġittu, tal-4 ta’ Lulju 2013 ,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura,

A.  Billi, fl-istqarrija tiegħu tal-4 ta' Lulju 2013, Il-Kunsill Suprem tal-Forzi Armati ħabbar is-sospensjoni tal-kostituzzjoni, it-trasferiment tal-poter lill-kap tal-Qorti Kostituzzjonali Għolja sakemm isiru elezzjonijiet presidenzjali bikrin, li għandhom jiġu segwiti minn elezzjonijiet parlamentari, u it-tiswir ta' gvern ta' koalizzjoni nazzjonali u kumitat li jieħu ħsieb emendi fil-kostituzzjoni; billi is-Sur Adly Mansour ingħata l-ġurament bħala President interim;

1.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni fl-Eġittu wara l-intervent militari; jisħaq li s-setgħa għandha tiġi trasferita lil awtoritajiet ċivili eletti demokratikament malajr kemm jista' jkun; jesprimi s-solidarjetà fundamentali tiegħu ma' dawk l-Eġizzjoni kollha li għandhom għal qalbhom aspirazzjonijiet demokratiċi għal pajjiżhom u jsejjaħ għal ritorn mgħaġġel lejn il-proċess demokratiku, inkluż li jsiru elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari ħielsa u ġusti fi proċess inklussiv bis-sħiħ bis-sehem tal-partijiet demokratiċi kollha;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri, u Parlament u lill-Gvern tal-Eġittu.

Avviż legali - Politika tal-privatezza