Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2012/0366(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0276/2013

Testi mressqa :

A7-0276/2013

Dibattiti :

PV 08/10/2013 - 5
CRE 08/10/2013 - 5

Votazzjonijiet :

PV 08/10/2013 - 9.8
CRE 08/10/2013 - 9.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 26/02/2014 - 9.13
CRE 26/02/2014 - 9.13
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0398
P7_TA(2014)0160

Testi adottati
PDF 847kWORD 613k
It-Tlieta, 8 ta' Ottubru 2013 - Strasburgu
Il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati ***I
P7_TA(2013)0398A7-0276/2013

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-8 ta' Ottubru 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati (COM(2012)0788 – C7-0420/2012 – 2012/0366(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 3a (ġdida)
(3a)  It-twissijiet tas-saħħa jservu bħala parti minn strateġija kontra t-tipjip organizzata, effettiva u fuq żmien twil, b’ambitu u objettivi definiti sewwa.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 6
(6)  Id-daqs tas-suq intern tat-tabakk u prodotti relatati, ix-xejra li qed tikber tal-manifatturi tal-prodotti tat-tabakk li jikkonċentraw il-produzzjoni għall-Unjoni kollha f’numru żgħir biss ta’ impjanti tal-produzzjoni fl-Istati Membri u l-kummerċ transkonfinali sinifikanti konsegwenti tat-tabakk u prodotti relatati, jitolbu għal azzjoni leġiżlattiva fil-livell tal-Unjoni minflok f'dak nazzjonali biex jinkiseb it-tħaddim mingħajr xkiel tas-suq intern.
(6)  Id-daqs tas-suq intern tat-tabakk u prodotti relatati, ix-xejra li qed tikber tal-manifatturi tal-prodotti tat-tabakk li jikkonċentraw il-produzzjoni għall-Unjoni kollha f’numru żgħir biss ta’ impjanti tal-produzzjoni fl-Istati Membri u l-kummerċ transkonfinali sinifikanti konsegwenti tat-tabakk u prodotti relatati, jitolbu għal azzjoni leġiżlattiva iktar qawwija fil-livell tal-Unjoni biex jinkiseb it-tħaddim mingħajr xkiel tas-suq intern.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 7
(7)  Tinħtieġ ukoll azzjoni leġiżlattiva fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi implimentata l-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk (minn hawn 'il quddiem: ("FCTC") ta' Mejju 2003 li għaliha huma Partijiet l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha. Ta' rilevanza huma b'mod partikolari l-Artikolu 9 tagħha (ir-regolamentazzjoni tal-kontenuti tal-prodotti tat-tabakk), l-Artikolu 10 (ir-regolamentazzjoni dwar l-informazzjoni li trid tidher fuq il-prodotti tat-tabakk), l-Artikolu 11 (l-ippakkjar u l-ittikkettjar tal-prodotti tat-tabakk), l-Artikolu 13 (ir-reklamar) u l-Artikolu 15 (il-kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk). Ġie adottat b'kunsens, sett ta' linji gwida għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-FCTC, waqt diversi Konferenzi tal-Partijiet għall-FCTC bl-appoġġ tal-Unjoni u tal-Istati Membri.
(7)  Tinħtieġ ukoll azzjoni leġiżlattiva fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi implimentata l-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO bħala punt ta' riferiment dwar il-Kontroll tat-Tabakk ("FCTC") ta' Mejju 2003. L-Istati Membri kollha u l-Unjoni Ewropea nnifisha ffirmaw u rratifikaw l-FCTC u bħala riżultat huma marbuta skont il-liġi internazzjonali bid-dispożizzjonijiet tagħha. Ta' rilevanza partikolari huma l-Artikolu 9 tagħha (ir-regolamentazzjoni tal-kontenuti tal-prodotti tat-tabakk), l-Artikolu 10 (ir-regolamentazzjoni dwar l-informazzjoni li trid tidher fuq il-prodotti tat-tabakk), l-Artikolu 11 (l-ippakkjar u l-ittikkettjar tal-prodotti tat-tabakk), l-Artikolu 13 (ir-reklamar) u l-Artikolu 15 (il-kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk). Ġie adottat b'kunsens, sett ta' linji gwida għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-FCTC, waqt diversi Konferenzi tal-Partijiet għall-FCTC bl-appoġġ tal-Unjoni u tal-Istati Membri.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 8
(8)  Skont l-Artikolu 114(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem: "it-Trattat"), għandu jittieħed bħala bażi livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa, filwaqt li jitqies, b'mod partikolari, kull żvilupp ġdid ibbażat fuq fatti xjentifiċi. Il-prodotti tat-tabakk mhumiex komoditajiet ordinarji u minħabba l-effetti partikolarment dannużi tat-tabakk, il-protezzjoni tas-saħħa għandha tingħata importanza kbira, b’mod partikolari, biex titnaqqas il-prevalenza tat-tipjip fost iż-żgħażagħ.
(8)  Skont l-Artikolu 114(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("it-Trattat"), għandu jittieħed bħala bażi livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa, filwaqt li jitqies, b'mod partikolari, kull żvilupp ġdid ibbażat fuq fatti xjentifiċi. Il-prodotti tat-tabakk mhumiex komoditajiet ordinarji u minħabba l-effetti partikolarment dannużi tat-tabakk, il-protezzjoni tas-saħħa għandha tingħata importanza kbira, b’mod partikolari, biex titnaqqas il-prevalenza tat-tipjip fost iż-żgħażagħ. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri għandhom jippromwovu kampanji ta' prevenzjoni mit-tipjip, speċjalment fl-iskejjel u permezz tal-media. F’konformità mal-prinċipju ta’ responsabilità tal-produttur, il-manifatturi tal-prodotti tat-tabakk għandhom ikunu responsabbli għall-ispejjeż kollha tas-saħħa li jirriżultaw mill-konsum tat-tabakk.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 9a (ġdida)
(9a)  Meta jitqies li f’bosta Stati Membri proporzjonijiet kbar ta’ persuni li jpejpu diffiċli jieqfu milli jpejpu għalkollox, il-leġiżlazzjoni għandha tqis id-dritt tagħhom li jkunu jafu oġġettivament l-impatt li l-użu potenzjali tat-tabakk għandu fuq saħħithom, u din l-informazzjoni jirċevuha wkoll permezz tal-pakkett tal-prodott li aktarx jużaw.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 10
(10)  Sabiex jitkejjel il-kontenut tal-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju, għandha ssir referenza għall-istandards ISO 4387, 10315 u 8454, li huma standards rikonoxxuti internazzjonalment. Għal emissjonijiet oħra ma jeżistux standards jew testijiet miftiemha internazzjonalment biex jiġi kkwantifikat il-kontenut, iżda qegħdin isiru sforzi sabiex dawn jiġu żviluppati.
(10)  Sabiex jitkejjel il-kontenut tal-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju, għandha ssir referenza għall-istandards ISO 4387, 10315 u 8454, li huma standards rikonoxxuti internazzjonalment. Għal emissjonijiet oħra ma jeżistux standards jew testijiet miftiehma internazzjonalment biex jiġi kkwantifikat il-kontenut, iżda l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinkoraġġixxu attivament l-isforzi li qed isiru fil-livell internazzjonali sabiex jiġu żviluppati tali standards jew testijiet.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 10a (ġdida)
(10a)  Ġie ppruvat li l-Polonju 210 huwa sustanza karċinoġena sinifikanti fit-tabakk. Il-preżenza tiegħu fis-sigaretti tista' tiġi eliminata kważi kompletament permezz ta' għadd ta' miżuri sempliċi. Hu għalhekk xieraq li jiġi stabbilit rendiment massimu għall-Polonju 210 li jwassal għal tnaqqis ta' 95 % tal-medja attwali tal-kontenut tal-Polonju 210 fis-sigaretti. Għandu jiġi żviluppat standard ISO li jkejjel il-Polonju 210 fit-tabakk.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 11
(11)  Fir-rigward tal-iffissar tal-kontenut massimu, jista’ jkun meħtieġ u xieraq li aktar tard jiġi adattat il-kontenut stabbilit jew li jiġu ffissati l-livelli limiti massimi għall-emissjonijiet, filwaqt li jitqiesu t-tossiċità jew l-effett ta' dipendenza tagħhom.
(11)  Fir-rigward tal-iffissar tar-rendimenti massimi, jista’ jkun meħtieġ u xieraq li aktar tard jitnaqqsu r-rendimenti stabbiliti jew li jiġu ffissati l-limiti massimi għall-emissjonijiet, filwaqt li jitqiesu t-tossiċità jew l-effett ta' dipendenza tagħhom.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 13
(13)  L-użu attwali ta’ formati differenti ta' rappurtar jagħmilha diffiċli għall-manifatturi u l-importaturi biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom ta' rappurtar u huwa ta' piż għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni biex iqabblu, janalizzaw u jfasslu l-konklużjonijiet mill-informazzjoni li jkunu rċevew. F’dan id-dawl għandu jkun hemm format obbligatorju komuni għar-rappurtar tal-ingredjenti u l-emissjonijiet. L-akbar trasparenza possibbli dwar l-informazzjoni tal-prodott għandha tiġi żgurata għall-pubbliku ġenerali, filwaqt li jiġi żgurat li jitqiesu kif xieraq id-drittijiet kummerċjali u ta' proprjetà intelletwali tal-manufatturi tal-prodotti tat-tabakk.
(13)  L-użu attwali ta’ formati differenti ta' rappurtar jagħmilha diffiċli għall-manifatturi u l-importaturi biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom ta' rappurtar u huwa ta' piż għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni biex iqabblu, janalizzaw u jfasslu l-konklużjonijiet mill-informazzjoni li jkunu rċevew. F’dan id-dawl għandu jkun hemm format obbligatorju komuni għar-rappurtar tal-ingredjenti u l-emissjonijiet. L-akbar trasparenza possibbli dwar l-informazzjoni tal-prodott għandha tiġi żgurata għall-pubbliku ġenerali, filwaqt li jiġi żgurat li jitqiesu kif xieraq id-drittijiet kummerċjali u ta' proprjetà intellettwali tal-manufatturi tal-prodotti tat-tabakk, b'mod partikolari id-drittijiet tal-impriżi ta' daqs żgħir u medju (SME's).
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 14
(14)  In-nuqqas ta’ approċċ armonizzat fuq ir-regolamentazzjoni tal-ingredjenti jaffettwa t-tħaddim tas-suq intern u għandu impatt fuq il-moviment liberu tal-prodotti mal-UE kollha. Ċerti Stati Membri adottaw leġiżlazzjoni jew daħlu fi ftehimiet vinkolanti mal-industrija li jippermettu jew jipprojbixxu ċerti ingredjenti. Bħala riżultat, xi ingredjenti huma rregolati f'xi Stati Membri, iżda mhux f'oħrajn. L-Istati Membri qegħdin ukoll jieħdu approċċi differenti fir-rigward tal-addittivi integrati fil-filtru tas-sigaretti kif ukoll tal-addittivi koloranti tad-duħħan tat-tabakk. Mingħajr armonizzazzjoni, l-ostakli fis-suq intern huma mistennija li jiżdiedu fis-snin li ġejjin meta titqies l-implimentazzjoni tal-FCTC u l-linji gwida tagħha u meta titqies l-esperjenza miksuba f’ġurisdizzjonijiet oħra barra l-Unjoni. Il-linji gwida dwar l-Artikoli 9 u 10 tal-FCTC jitolbu partikolarment it-tneħħija tal-ingredjenti li jżidu l-palat, joħolqu l-impressjoni li prodotti tat-tabakk għandhom benefiċċji għas-saħħa, huma assoċjati mal-enerġija u l-vitalità jew ikollhom proprjetajiet koloranti.
(14)  In-nuqqas ta’ approċċ armonizzat fuq ir-regolamentazzjoni tal-ingredjenti jaffettwa t-tħaddim tas-suq intern u għandu impatt fuq il-moviment liberu tal-prodotti mal-UE kollha. Ċerti Stati Membri adottaw leġiżlazzjoni jew daħlu fi ftehimiet vinkolanti mal-industrija li jippermettu jew jipprojbixxu ċerti ingredjenti. Bħala riżultat, xi ingredjenti huma rregolati f'xi Stati Membri, iżda mhux f'oħrajn. L-Istati Membri qegħdin ukoll jieħdu approċċi differenti fir-rigward tal-addittivi integrati fil-filtru tas-sigaretti kif ukoll tal-addittivi koloranti tad-duħħan tat-tabakk. Mingħajr armonizzazzjoni, l-ostakli fis-suq intern huma mistennija li jiżdiedu fis-snin li ġejjin meta titqies l-implimentazzjoni tal-FCTC u l-linji gwida tagħha u meta titqies l-esperjenza miksuba f’ġurisdizzjonijiet oħra barra l-Unjoni. Il-linji gwida dwar l-Artikoli 9 u 10 tal-FCTC jitolbu partikolarment it-tneħħija tal-ingredjenti li jżidu l-palat, joħolqu l-impressjoni li prodotti tat-tabakk għandhom benefiċċji għas-saħħa, huma assoċjati mal-enerġija u l-vitalità jew ikollhom proprjetajiet koloranti. Għandhom jitneħħew ukoll l-ingredjenti li jżidu d-dipendenza u t-tossiċità.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 14a (ġdida)
(14a)  Sabiex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem għandha ssir valutazzjoni dwar is-sikurezza tal-addittivi għall-użu fil-prodotti tat-tabakk. L-addittivi għandhom jiġu permessi għall-użu fil-prodotti tat-tabakk biss jekk ikunu inklużi f’lista tal-Unjoni ta’ addittivi awtorizzati. Dik il-lista għandha tindika wkoll kwalunkwe kundizzjoni jew restrizzjoni dwar l-użu tal-addittivi permessi. Il-prodotti tat-tabakk li jkun fihom addittivi mhux inklużi fil-lista tal-Unjoni jew li jintużaw b'mod li ma jikkonformax ma' din id-Direttiva m'għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 14b (ġdida)
(14b)  Hu importanti mhux biss li jitqiesu l-proprjetajiet ta' addittivi fihom infushom, imma wkoll tal-prodotti tagħhom meta jinħarqu. L-addittivi, kif ukoll il-prodotti ta’ kombustjoni tagħhom, m'għandomx jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala dannużi skont ir-Regolament KE Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet1.
_____________
1 ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 15
(15)  Il-probabbiltà tar-regolamentazzjoni diverġenti qed tiżdied aktar minħabba t-tħassib dwar il-prodotti tat-tabakk, inklużi l-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux, li jkollhom togħma karatterizzanti oħra għajr it-tabakk, li jistgħu jiffaċilitaw il-bidu tal-konsum tat-tabakk jew jaffettwaw ix-xejriet tal-konsum. Pereżempju, f’ħafna pajjiżi, il-bejgħ ta' prodotti mentolati żdied gradwalment anki jekk il-prevalenza tat-tipjip naqset b'mod ġenerali. Għadd ta' studji indikaw li l-prodotti tat-tabakk mentolati jistgħu jiffaċilitaw l-inalazzjoni kif ukoll il-bidu tat-tipjip fost iż-żagħżagħ. Għandhom jiġu evitati l-miżuri li jintroduċu differenzi mhux ġustifikati tat-trattament bejn is-sigaretti mħawra (eż. is-sigaretti bil-mentol u bl-imsiemer tal-qronfol).
(15)  Il-probabbiltà tar-regolamentazzjoni diverġenti qed tiżdied aktar minħabba t-tħassib dwar il-prodotti tat-tabakk li jkollhom togħma karatterizzanti oħra għajr it-tabakk, li jistgħu jiffaċilitaw il-bidu tal-konsum tat-tabakk jew jaffettwaw ix-xejriet tal-konsum. Pereżempju, f’ħafna pajjiżi, il-bejgħ ta' prodotti mentolati żdied gradwalment anki jekk il-prevalenza tat-tipjip naqset b'mod ġenerali. Għadd ta' studji indikaw li l-prodotti tat-tabakk mentolati jistgħu jiffaċilitaw l-inalazzjoni kif ukoll il-bidu tat-tipjip fost iż-żagħżagħ. Għandhom jiġu evitati l-miżuri li jintroduċu differenzi mhux ġustifikati tat-trattament bejn is-sigaretti mħawra (eż. is-sigaretti bil-mentol u bl-imsiemer tal-qronfol).
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 16
(16)  Il-projbizzjoni tal-prodotti tat-tabakk b'togħmiet karatterizzanti ma tipprojbixxix għal kollox l-użu ta' addittivi individwali, iżda tobbliga lill-manifatturi biex inaqqsu l-addittiv jew it-taħlita ta' addittivi sal-punt li l-addittivi ma jibqgħux jirriżultaw f'togħma karatterizzanti. L-użu ta' addittivi meħtieġa għall-manifattura tal-prodotti tat-tabakk għandu jitħalla, sakemm dawn ma jirriżultawx f'togħma karatterizzanti. Il-Kummissjoni għandha tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjoni dwar it-togħmiet karatterizzanti. Għandhom jintużaw bordijiet indipendenti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni biex jassistu fit-tali teħid ta’ deċiżjonijiet. L-applikazzjoni ta' din id-Direttiva ma għandhiex tiddiskrimina bejn il-varjetajiet tat-tabakk differenti.
imħassar
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 17
(17)  Ċerti addittivi jintużaw biex joħolqu l-impressjoni li l-prodotti tat-tabakk huma ta' benefiċċju għas-saħħa, jippreżentaw inqas periklu għas-saħħa jew iżidu l-istat ta' viġilanza u l-prestazzjoni fiżika. Dawn l-addittivi għandhom jiġu pprojbiti sabiex jiġu żgurati regoli uniformi u livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa.
(17)  Ċerti addittivi jintużaw biex joħolqu l-impressjoni li l-prodotti tat-tabakk huma ta' benefiċċju għas-saħħa, jippreżentaw inqas periklu għas-saħħa jew iżidu l-istat ta' viġilanza u l-prestazzjoni fiżika. Sabiex jiġu żgurati regoli uniformi u livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa, dawk l-addittivi m'għandhomx jiġu approvati. Barra minn hekk, l-addittivi li jagħtu togħma karaterizzanti m'għandhomx ikunu approvati. Dan m'għandux jirriżulta fil-projbizzjoni tal-użu tal-addittivi individwali kollha. Il-manifatturi, madankollu, għandhom jintalbu jnaqqsu l-użu ta' addittiv jew kumbinazzjoni ta' addittivi għal tali punt li l-addittivi ma jibqgħux jirriżultaw f'togħma karatterizzanti. Għandu jkun possibbli li jiġi approvat l-użu ta' addittivi li huma essenzjali għall-manifattura tal-prodotti tat-tabakk, sakemm dawk l-addittivi ma jirriżultawx f'togħma karatterizzanti u ma jkunux marbuta mal-attrazzjoni ta' tali prodotti..
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 17a (ġdida)
(17a)  Ammont dejjem jiżdied ta’ persuni, li l-parti l-kbira minnhom huma tfal, isofru mill-ażma u allerġiji varji. Mhux il-kawżi kollha tal-ażma huma mifhuma, kif indikat mid-WHO, iżda jeħtieġ li l-fatturi ta' riskju, inklużi l-allerġeni, it-tabakk u l-irritanti kimiċi, jiġu evitati sabiex titjieb il-kwalità tal-ħajja tan-nies.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 18
(18)  Meta wieħed jikkunsidra l-fokus tad-Direttiva fuq iż-żgħażagħ, il-prodotti tat-tabakk għajr is-sigaretti, it-tabakk tal-brim u t-tabakk li ma jdaħħanx li prinċipalment jiġu kkunsmati minn konsumaturi ta' età akbar, għandhom jingħataw eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' ċerti ingredjenti sakemm ma jkunx hemm bidla sostanzjali taċ-ċirkostanzi f'termini ta' volumi ta' bejgħ jew xejriet tal-konsum fir-rigward taż-żgħażagħ.
(18)  Meta wieħed jikkunsidra l-fokus tad-Direttiva fuq iż-żgħażagħ, il-prodotti tat-tabakk għajr is-sigaretti, it-tabakk tal-brim u t-tabakk tal-pipa tal-ilma li prinċipalment jiġu kkunsmati minn konsumaturi ta' età akbar, għandhom jingħataw eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' ċerti ingredjenti sakemm ma jkunx hemm bidla sostanzjali taċ-ċirkostanzi f'termini ta' volumi ta' bejgħ jew xejriet tal-konsum fir-rigward taż-żgħażagħ.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 18a (ġdida)
(18a)  L-Istati Membri għandhom jitħeġġu, jekk ma għamlux dan diġà, jifformulaw il-liġijiet nazzjonali tagħhom dwar il-protezzjoni taż-żgħażagħ b’tali mod li l-prodotti tat-tabakk ma jistgħux jinbiegħu liż-żgħażagħ taħt it-18-il sena, jew jiġu kkunsmati minnhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li dawn il-projbizzjonijiet jiġu rispettati;
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 18b (ġdida)
(18b)  L-FCTC fl-Artikolu 16 jirreferi għar-responsabilità tal-Partijiet fil-Konvenzjoni biex jindirizzaw prodotti mmirati lejn konsumaturi taħt l-età, bħal prodotti tal-ikel u ġugarelli fil-forma ta’ prodotti tat-tabakk li jistgħu għall-minuri. Fis-snin reċenti, bosta prodotti, bħax-shisha vaping sticks, tpoġġew fis-suq; dawn ma fihomx nikotina iżda għandhom il-forma ta’ sigaretti u jipprovaw jimitaw il-proċess tat-tipjip permezz ta’ sustanzi ta’ vaporizzar, li n-natura innokwa tagħhom għadha mhijiex ipprovata xjentifikament, u permezz ta’ dawl elettriku li jimita l-proċess ta’ ħruq ta’ sigarett. Tali oġġetti huma prodotti b’mod ċar biex jappellaw liż-żgħażagħ u lill-konsumaturi taħt l-età, u dejjem qed isiru aktar popolari minn minuri f’bosta Stati Membri. Qed jiġi espress tħassib dejjem ikbar fil-konfront tad-drawwiet maħluqa minn konsumaturi żgħażagħ u minuri permezz tal-użu ta’ tali sigaretti ta’ imitazzjoni.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 20
(20)  Dawn id-disparitajiet jistgħu joħolqu ostaklu għall-kummerċ u jxekklu t-tħaddim tas-suq intern tal-prodotti tat-tabakk, u għandhom għalhekk jiġu eliminati. Barra minn hekk, il-konsumaturi f'uħud mill-Istati Membri jistgħu jkunu informati aħjar dwar ir-riskji għas-saħħa tal-prodotti tat-tabbakk, milli f'oħrajn. Mingħajr azzjoni ulterjuri fil-livell tal-Unjoni, id-disparitajiet eżistenti x'aktarx jiżdiedu fis-snin li ġejjin.
(20)  Dawn id-disparitajiet jistgħu joħolqu ostaklu għall-kummerċ u jxekklu t-tħaddim tas-suq intern tal-prodotti tat-tabakk, u għandhom għalhekk jiġu eliminati. Barra minn hekk, il-konsumaturi f'uħud mill-Istati Membri jistgħu jkunu informati aħjar dwar ir-riskji għas-saħħa tal-prodotti tat-tabbakk, milli f'oħrajn. Mingħajr azzjoni armonizzanti ulterjuri fil-livell tal-Unjoni, id-disparitajiet eżistenti x'aktarx jiżdiedu fis-snin li ġejjin.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Premessa 22
(22)  Jeħtieġ ukoll li d-dispożizzjonijiet tal-ittikkettjar jiġu adattati għall-evidenza xjentifika ġdida. Pereżempju l-indikazzjoni tal-kontenut għall-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju fuq il-pakketti tas-sigaretti rriżultat li hija qarrieqa billi twassal biex il-konsumaturi jemmnu li ċerti sigaretti huma anqas ta' ħsara minn oħrajn. L-evidenza tissuġġerixxi wkoll li t-twissijiet tas-saħħa kkombinati ta' daqs kbir huma aktar effettivi mit-twissijiet bil-miktub biss. F'dan id-dawl, it-twissijiet tas-saħħa kkombinati għandhom isiru obbligatorji fl-Unjoni kollha u jkopru partijiet sinifikanti u viżibbli tal-wiċċ tal-pakkett. Għandu jiġi stabbilit daqs minimu għat-twissijiet tas-saħħa kollha biex jiġu żgurati l-viżibbiltà u l-effettività tagħhom.
(22)  Jeħtieġ ukoll li d-dispożizzjonijiet tal-ittikkettjar jiġu adattati għal evidenza xjentifika ġdida. Pereżempju l-indikazzjoni tar-rendimenti għall-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju fuq il-pakketti tas-sigaretti rriżultat li hija qarrieqa billi twassal biex il-konsumaturi jemmnu li ċerti sigaretti jagħmlu anqas ħsara minn oħrajn. L-evidenza tissuġġerixxi wkoll li t-twissijiet tas-saħħa bl-istampi u bil-miktub ikkombinati ta' daqs kbir huma aktar effettivi mit-twissijiet bil-miktub biss. F'dan id-dawl, it-twissijiet tas-saħħa kkombinati għandhom isiru obbligatorji fl-Unjoni kollha u jkopru partijiet sinifikanti u viżibbli fil-parti viżiva tal-wiċċ tal-pakkett. Għandu jiġi stabbilit daqs minimu għat-twissijiet tas-saħħa kollha biex jiġu żgurati l-viżibbiltà u l-effettività tagħhom.
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Premessa 23
(23)  Sabiex jiġu żgurati l-integrità u l-viżibbiltà tat-twissijiet tas-saħħa u tiġi mmassimizzata l-effikaċja tagħhom, għandhom isiru dispożizzjonijiet rigward id-daqs tat-twissijiet kif ukoll rigward ċerti aspetti tad-dehra tal-pakkett tat-tabakk, inkluż il-mekkaniżmu tal-ftuħ. Il-pakkett u l-prodotti jistgħu jqarrqu lill-konsumaturi, b'mod partikolari liż-żgħażagħ, billi jissuġġerixxu li l-prodotti huma anqas ta' ħsara. Pereżempju, dan huwa l-każ b'ċerti testi jew karatteristiċi, bħalma huma "qatran baxx", "ħfief", "ħfief ħafna", "mhux qawwija" "naturali", "organiċi", "mingħajr addittivi", "mingħajr aromi", “irqaq” ismijiet, stampi, u sinjali ta' figuri jew oħrajn. Bl-istess mod, id-daqs u d-dehra tas-sigaretti individwali jista’ jqarraq lill-konsumaturi billi joħloq l-impressjoni lu huma ta’ anqas ħsara. Studju riċenti wera wkoll li dawk li jpejpu sigaretti rqaq kienu aktar probabbli li jemmnu li l-marka tagħhom stess tista’ tkun ta’ anqas ħsara. Dan għandu jiġi indirizzat.
(23)  Sabiex jiġu żgurati l-integrità u l-viżibbiltà tat-twissijiet tas-saħħa u tiġi mmassimizzata l-effikaċja tagħhom, għandhom isiru dispożizzjonijiet rigward id-daqs tat-twissijiet kif ukoll rigward ċerti aspetti tad-dehra tal-pakkett tat-tabakk. Il-pakkett u l-prodotti jistgħu jqarrqu lill-konsumaturi, b'mod partikolari liż-żgħażagħ, billi jissuġġerixxu li l-prodotti huma anqas ta' ħsara. Pereżempju, dan huwa l-każ b'ċerti testi jew karatteristiċi, bħalma huma "qatran baxx", "ħfief", "ħfief ħafna", "mhux qawwija" "naturali", "organiċi", "mingħajr addittivi", "mingħajr aromi", “irqaq” ismijiet, stampi, u sinjali ta' figuri jew oħrajn. Bl-istess mod, id-daqs u d-dehra tas-sigaretti individwali jista’ jqarraq lill-konsumaturi billi joħloq l-impressjoni li jagħmlu anqas ħsara. Studju riċenti wera wkoll li dawk li jpejpu sigaretti rqaq kienu aktar probabbli li jemmnu li l-marka tagħhom stess tista’ tagħmel anqas ħsara. Dan għandu jiġi indirizzat.
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Premessa 23a (ġdida)
(23a)  Il-prodotti tat-tabakk ġie dimostrat li għandhom jew li jarmu bosta sustanzi li jagħmlu ħsara jew magħrufa bħala sustanzi karċinoġeni li huma ta' dannu għas-saħħa tal-bniedem meta jinħarqu. Studji xjentifiċi taw prova ċara tal-fatt li t-tipjip passiv huwa kawża ta’ mwiet, mard u diżabilità u li t-tipjip passiv huwa perikoluż, b’mod partikolari għat-trabi qabel jitwieldu u t-tfal żgħar. It-tipjip jista’ jikkawża jew jaggrava problemi ta’ nifs f’persuni li jinalaw id-duħħan. It-twissijiet tas-saħħa, għalhekk, għandhom jiġbdu l-attenzjoni lejn il-perikli għas-saħħa tat-tipjip passiv.
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Premessa 24
(24)  Il-prodotti tat-tabakk għat-tipjip, għajr is-sigaretti u l-prodotti tat-tabakk tal-brim, li prinċipalment jiġu kkunsmati minn konsumaturi ta' età akbar, għandhom jingħataw eżenzjoni minn ċerti rekwiżiti tal-ittikkettjar sakemm ma jkunx hemm bidla sostanzjali ta' ċirkostanzi f'termini ta' volumi ta' bejgħ jew fix-xejriet tal-konsum fir-rigward taż-żgħażagħ. L-ittikkettjar ta' dawn il-prodotti l-oħra tat-tabakk għandu jsegwi regoli speċifiċi. Jeħtieġ li tiġi żgurata l-viżibbiltà tat-twissijiet tas-saħħa fuq prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux. It-twissijiet għandhom għalhekk jitqiegħdu fuq iż-żewġ uċuħ ewlenin tal-pakkett tal-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux.
(24)  Il-prodotti tat-tabakk għat-tipjip, għajr is-sigaretti, il-prodotti tat-tabakk tal-brim u t-tabakk tal-pipa tal-ilma, li prinċipalment jiġu kkunsmati minn konsumaturi ta' età akbar, għandhom jingħataw eżenzjoni minn ċerti rekwiżiti tal-ittikkettjar sakemm ma jkunx hemm bidla sostanzjali ta' ċirkostanzi f'termini ta' volumi ta' bejgħ jew fix-xejriet tal-konsum fir-rigward taż-żgħażagħ. L-ittikkettjar ta' dawn il-prodotti l-oħra tat-tabakk għandu jsegwi regoli speċifiċi. Jeħtieġ li tiġi żgurata l-viżibbiltà tat-twissijiet tas-saħħa fuq prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux. It-twissijiet għandhom għalhekk jitqiegħdu fuq iż-żewġ uċuħ ewlenin tal-pakkett tal-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux.
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Premessa 26
(26)  Qed jitqiegħdu fis-suq volumi konsiderevoli ta' prodotti illegali, li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2001/37/KE, u l-indikazzjonijiet huma li dawn il-volumi jistgħu jiżdiedu. Dawn il-prodotti jimminaw iċ-ċirkolazzjoni libera ta' prodotti konformi u l-protezzjoni prevista mil-leġiżlazzjonijiet dwar il-kontroll tat-tabakk. Barra minn hekk, l-FCTC tobbliga lill-Unjoni biex tiġġieled kontra l-prodotti illeċiti, bħala parti minn politika komprensiva għall-kontroll tat-tabakk. Għalhekk, għandha ssir dispożizzjoni biex il-pakketti bil-wieħed ta’ prodotti tat-tabakk ikunu mmarkati b'mod uniku u sikur u l-movimenti tagħhom ikunu rreġistrati sabiex dawn il-prodotti jkunu jistgħu jiġu traċċati u rintraċċati fl-Unjoni u l-konformità tagħhom ma' din id-Direttiva tkun tista' tiġi mmonitorjata u infurzata aħjar. Barra minn hekk, għandha ssir dispożizzjoni għall-introduzzjoni ta' karatteristiċi ta' sigurtà li se jiffaċilitaw il-verifika dwar jekk il-prodotti humiex awtentiċi.
(26)  Jitqiegħdu fis-suq volumi konsiderevoli ta' prodotti illegali, li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2001/37/KE, u l-indikazzjonijiet huma li dawn il-volumi jistgħu jiżdiedu. Dawn il-prodotti jimminaw iċ-ċirkolazzjoni libera ta' prodotti konformi u l-protezzjoni prevista mil-leġiżlazzjonijiet dwar il-kontroll tat-tabakk. Barra minn hekk, l-FCTC tobbliga lill-Unjoni biex tiġġieled kontra l-prodotti illeċiti, bħala parti minn politika komprensiva għall-kontroll tat-tabakk. Għalhekk, għandha ssir dispożizzjoni biex il-pakketti bil-wieħed u kwalunkwe ppakkjar estern għat-trasport ta’ prodotti tat-tabakk ikunu mmarkati b'mod uniku u sikur u l-movimenti tagħhom ikunu rreġistrati sabiex dawn il-prodotti jkunu jistgħu jiġu traċċati u rintraċċati fl-Unjoni u l-konformità tagħhom ma' din id-Direttiva tkun tista' tiġi mmonitorjata u infurzata aħjar. Barra minn hekk, għandha ssir dispożizzjoni għall-introduzzjoni ta' karatteristiċi ta' sigurtà li se jiffaċilitaw il-verifika dwar jekk il-prodotti humiex awtentiċi, u biex ikun żgurat li l-identifikaturi uniċi tal-pakketti indiviwali jkunu marbuta mal-identifikatur uniku fuq l-ippakkjar estern għat-trasport.
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Premessa 28
(28)  Sabiex jiġu żgurati l-indipendenza u t-trasparenza, il-manifatturi tal-prodotti tat-tabakk għandhom jikkonkludu kuntratti għall-ħażna tad-dejta ma' partijiet terzi indipendenti, taħt l-awspiċji ta' awditur estern. Id-dejta relatata mas-sistema ta' provenjenza u traċċar għandha tinżamm separata minn dejta oħra relatata tal-kumpanija u tinżamm taħt kontroll u tkun aċċessibbli f’kull ħin mill-awtoritajiet kompetenti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni.
(28)  Sabiex jiġu żgurati l-indipendenza u t-trasparenza, il-manifatturi tal-prodotti tat-tabakk għandhom jikkonkludu kuntratti għall-ħażna tad-dejta ma' partijiet terzi indipendenti. Il-konvenjenza ta' tali kuntratti għandha tiġi approvata u mmonitorjata mill-Kummissjoni, megħjuna minn awditur estern indipendenti. Id-dejta relatata mas-sistema ta' provenjenza u traċċar għandha tinżamm separata minn dejta oħra relatata tal-kumpanija u tinżamm taħt kontroll u tkun aċċessibbli f’kull ħin mill-awtoritajiet kompetenti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni.
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Premessa 29
(29)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/622/KEE tat-13 ta' Novembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward l-ittikkettar tal-prodotti tat-tabakk u l-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti tipi ta' tabakk għall-użu orali, pprojbixxiet il-bejgħ fl-Istati Membri ta' ċerti tipi ta' tabakk għall-użu orali. Id-Direttiva 2001/37/KE kkonfermat din il-projbizzjoni. L-Artikolu 151 tal-Att ta' Adeżjoni tal-Awstrija, tal-Finlandja u tal-Isvezja jagħti lir-Renju tal-Isvezja deroga minn din il-projbizzjoni. Il-projbizzjoni tal-bejgħ tat-tabakk għall-użu orali għandha tinżamm sabiex tiġi evitata l-introduzzjoni fis-suq intern ta' prodott li jagħmlek dipendenti, għandu effetti negattivi fuq is-saħħa u jattira liż-żgħażagħ. Għal prodotti oħra tat-tabakk li ma jdaħħnux, li mhumiex prodotti għas-suq tal-massa, jitqies li regolamentazzjoni stretta fil-qasam tal-ittikkettar u tal-ingredjenti hija biżżejjed biex tikkontrolla l-espansjoni tas-suq lil hinn mill-użu tradizzjonali tagħhom.
(29)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/622/KEE tat-13 ta' Novembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward l-ittikkettar tal-prodotti tat-tabakk u l-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti tipi ta' tabakk għall-użu orali, pprojbixxiet il-bejgħ fl-Istati Membri ta' ċerti tipi ta' tabakk għall-użu orali. Id-Direttiva 2001/37/KE kkonfermat din il-projbizzjoni. L-Artikolu 151 tal-Att ta' Adeżjoni tal-Awstrija, tal-Finlandja u tal-Isvezja jagħti lir-Renju tal-Isvezja deroga minn din il-projbizzjoni. Il-projbizzjoni tal-bejgħ tat-tabakk għall-użu orali għandha tinżamm sabiex tiġi evitata l-introduzzjoni fis-suq intern ta' prodott li jagħmlek dipendenti, għandu effetti negattivi fuq is-saħħa u jattira liż-żgħażagħ.
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Premessa 29a (ġdida)
(29a)  Minħabba l-projbizzjoni ġenerali tal-bejgħ ta' tabakk orali (snus) fl-Unjoni, m'hemmx interess transkonfinali fir-regolamentazzjoni tal-kontenut ta' snus. Ir-responsabbiltà għar-regolamentazzjoni tal-kontenut ta' snus għalhekk tinsab f'idejn l-Istat Membru fejn hu permess il-bejgħ ta' snus bi qbil mal-Artikolu 151 tal-Att ta' Adeżjoni tal-Awstrija, tal-Finlandja u tal-Isvezja. Għalhekk l-isnus għandu jiġi eżentat mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 ta' din id-Direttiva.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Premessa 30
(30)  Il-bejgħ transkonfinali bid-distanza tat-tabakk jiffaċilita l-aċċess taż-żgħażagħ għall-prodotti tat-tabakk u jhedded li jimmina l-konformità mar-rekwiżiti provduti mil-leġiżlazzjoni dwar il-kontroll tat-tabakk ta’ din id-Direttiva. Ir-regoli komuni dwar is-sistema ta' notifika huma meħtieġa biex jiżguraw li din id-Direttiva tikseb il-potenzjal sħiħ tagħha. Id-dispożizzjoni dwar in-notifika tal-bejgħ tat-tabakk transkonfinali bid-distanza f'din id-Direttiva għandha tapplika minkejja l-proċedura ta' notifika stabbilita fid-Direttiva 2001/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni. Il-bejgħ mill-bogħod ta' prodotti tat-tabakk bejn l-intrapriżi u l-konsumaturi huwa rregolat ulterjorment mid-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod, li mit-13 ta' Ġunju 2014 se tiġi sostitwita mid-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur.
(30)  Il-bejgħ transkonfinali bid-distanza tat-tabakk għandu jiġi pprojbit għax dan jiffaċilita l-aċċess taż-żgħażagħ għall-prodotti tat-tabakk u jhedded li jimmina l-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Premessa 30a (ġdida)
(30a)  Id-Direttiva 2003/33/KE dwar ir-riklamar u l-patrunaġġ tal-prodotti tat-tabakk diġà tipprojbixxi d-distribuzzjoni libera ta' tali prodotti fil-kuntest tal-patrunaġġ tal-avvenimenti. Din id-Direttiva, li tirregola l-aspetti relatati mal-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u timmira li tilħaq livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-konsum tat-tabakk fost iż-żgħażagħ, testendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-projbizzjoni fuq id-distribuzzjoni libera f'postijiet pubbliċi u speċifikament tipprojbixxi d-distribuzzjoni ta' materjal stampat, ta' kupuni ta' skontijiet u ta' offerti speċjali simili fil-pakketti u fit-tgeżwir.
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Premessa 30b (ġdida)
(30b)  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom fl-implimentazzjoni effettiva tal-Protokoll għall-FCTC sabiex jiġi eliminat il-kummerċ illegali tal-prodotti tat-tabakk. Għandhom isiru sforzi għall-prevenzjoni u t-titjib fil-kontroll tat- traffikar illegali ta’ prodotti tat-tabakk manifatturati f’pajjiżi terzi.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Premessa 31
(31)  Il-prodotti kollha tat-tabakk għandhom il-potenzjal li jikkawżaw mortalità, morbożità u diżabilità u l-konsum tagħhom għandu jinżamm limitat. Għalhekk, huwa importanti li jiġu mmonitorjati l-iżviluppi rigward prodotti tat-tabakk innovattivi. L-obbligu ta’ notifika għall-prodotti ġodda tat-tabakk għandu jiġi impost fuq il-manifatturi u l-importaturi, mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-Istati Membri li jipprojbixxuhom jew jawtorizzawhom. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżvilupp u tissottometti rapport ħames snin wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, sabiex jiġi vvalutat jekk humiex meħtieġa emendi għal din id-Direttiva.
(31)  Il-prodotti kollha tat-tabakk għandhom il-potenzjal li jikkawżaw mortalità, morbożità u diżabilità u l-manifattura, id-distribuzzjoni u l-konsum tagħhom għandhom jiġu regolamentati. Għalhekk, huwa importanti li jiġu mmonitorjati l-iżviluppi rigward prodotti tat-tabakk innovattivi. L-obbligu ta’ notifika għall-prodotti ġodda tat-tabakk għandu jiġi impost fuq il-manifatturi u l-importaturi, mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-Istati Membri li jipprojbixxuhom jew jawtorizzawhom. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżvilupp u tissottometti rapport tliet snin wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, sabiex jiġi vvalutat jekk humiex meħtieġa emendi għal din id-Direttiva.
Emenda 165
Proposta għal direttiva
Premessa 33
(33)  Il-prodotti li fihom in-nikotina jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni. L-approċċi regolatorji differenti meħuda mill-Istati Membri biex jindirizzaw it-tħassib dwar is-saħħa u s-sikurezza marbuta ma’ dawn il-prodotti, għandhom impatt negattiv fuq il-funzjonament tas-suq intern, b’mod partikolari meta wieħed jikkunsidra li dawn il-prodotti huma soġġetti għal bejgħ transfkonfinali mill-bogħod sinifikanti inkluż permezz tal-internet.
(33)  Il-prodotti li fihom in-nikotina - inklużi s-sigaretti elettroniċi - jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni. Madankollu l-Istati Membri ħadu approċċi regolatorji differenti biex jindirizzaw it-tħassib dwar is-saħħa u s-sikurezza marbuta ma' dawn il-prodotti. Hemm bżonn ta' regoli armonizzati, u għalhekk il-prodotti kollha li fihom in-nikotina għandhom ikunu regolati taħt din id-Direttiva bħala prodott relatat mat-tabakk. Peress li prodotti li fihom in-nikotina għandhom potenzjal li jgħinu biex wieħed jieqaf ipejjep, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn ikunu jistgħu jsiru disponibbli b'mod wiesa' kemm jista' jkun.
Emendi 118 u 137 REV
Proposta għal direttiva
Premessa 34
(34)  Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem1 tipprovdi qafas legali biex jiġu vvalutati l-kwalità, is-sikurezza u l-effikaċja tal-prodotti mediċinali inklużi l-prodotti li fihom in-nikotina. Għadd sinifikanti ta' prodotti li fihom in-nikotina diġà ġew awtorizzati skont dan ir-reġim regolatorju. L-awtorizzazzjoni tqis il-kontenut ta' nikotina tal-prodott in kwistjoni. Jekk il-prodotti li fihom in-nikotina, li l-kontenut ta' nikotina tagħhom ikun ugwali jew jaqbeż il-kontenut ta' prodott li fih in-nikotina awtorizzat preċedentement skont id-Direttiva 2001/83/KE, ikunu suġġetti għall-istess qafas legali, dan jiċċara s-sitwazzjoni legali, ineħħi d-differenzi bejn il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali, jiżgura trattament indaqs tal-prodotti kollha li fihom in-nikotina li jistgħu jintużaw għal skopijiet ta' waqfien mit-tipjip u joħloq inċentivi għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-waqfien mit-tipjip. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/83/KE għal prodotti koperti b’din id-Direttiva jekk il-kundizzjonijiet stipulati jiġu sodisfatti.
imħassar
__________________
1ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2011/62/KE, ĠU L 174, 1.7.2011, p. 74.
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Premessa 35
(35)  Id-dispożizzjonijiet dwar l-ittikkettjar għandhom jiġu introdotti għal prodotti li fihom in-nikotina taħt il-limiti stabbiliti f’din id-Direttiva, b'mod li jattiraw l-attenzjoni tal-konsumaturi għar-riskji potenzjali għas-saħħa.
imħassar
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Recital 35 a (new)
(35a)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti li fihom in-nikotina ma jinbigħux lil persuni taħt l-età meħtieġa għax-xiri ta' prodotti tat-tabakk jew prodotti relatati.
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Premessa 37
(37)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-format tar-rappurtar tal-ingredjenti u d-determinazzjoni ta' prodotti b'aromi karatterizzanti jew b'livelli miżjuda ta' tossiċità u effett ta' dipendenza u l-metodoloġija biex jiġi determinat jekk l-prodott tat-tabakk għandux aroma karatterizzanti, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.
(37)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-format tar-rappurtar tal-ingredjenti, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Premessa 38
(38)   Sabiex din id-Direttiva tkun totalment operattiva u sabiex iżżomm il-pass mal-iżviluppi tekniċi, xjentifiċi u internazzjonali fil-manifattura, il-konsum u r-regolamentazzjoni tat-tabakk, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-adozzjoni u tal-adattament tal-kontenut massimu għall-emissjonijiet u l-metodi ta' kejl tagħhom, l-iffissar tal-livelli massimi għall-ingredjenti li jżidu t-tossiċità, l-effett ta' dipendenza jew l-attrazzjoni, l-użu tat-twissijiet tas-saħħa, l-identifikaturi uniċi u l-karatteristiċi ta' sigurtà fl-ittikkettjar u fl-ippakkjar, id-definizzjoni tal-elementi ewlenin għall-kuntratti dwar il-ħażna tad-dejta ma' partijiet terzi indipendenti li jirrevedu ċerti eżenzjonijiet mogħtija lill-prodotti tat-tabakk li mhumiex sigaretti, tabakk tal-brim u prodotti tat-tabakk li ma jdaħħanx u li jirrevedu l-livelli tan-nikotina għall-prodotti li fihom in-nikotina. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
(38)   Sabiex din id-Direttiva tkun operattiva b'mod sħiħ u sabiex iżżomm il-pass mal-iżviluppi tekniċi, xjentifiċi u internazzjonali fil-manifattura, il-konsum u r-regolamentazzjoni tat-tabakk, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-adozzjoni u tal-adattament tar-rendimenti massimi għall-emissjonijiet u l-metodi ta' kejl tagħhom, l-approvazzjoni tal-addittivi u l-iffissar tal-livelli massimi għall-addittivi kif meħtieġ, l-użu tat-twissijiet tas-saħħa, l-identifikaturi uniċi u l-karatteristiċi ta' sigurtà fl-ittikkettjar u fl-ippakkjar, id-definizzjoni tal-elementi ewlenin għall-kuntratti dwar il-ħażna tad-dejta ma' partijiet terzi indipendenti, u r-reviżjoni ta' ċerti eżenzjonijiet mogħtija lill-prodotti tat-tabakk li mhumiex sigaretti, tabakk tal-brim u tabakk tal-pipa tal-ilma. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Premessa 39
(39)  Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżviluppi u tippreżenta rapport ħames snin wara d-data tat-trapożizzjoni ta' din id-Direttiva, sabiex jiġi vvalutat jekk humiex meħtieġa emendi għal din id-Direttiva.
(39)  Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżviluppi u tippreżenta rapport tliet snin wara d-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, sabiex jiġi vvalutat jekk humiex meħtieġa emendi għal din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-ippakkjar.
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Premessa 39a (ġdida)
(39a)  L-Istati Membri għandhom responsabbiltà importanti li jipproteġu s-saħħa pubblika u jieħdu azzjoni preventiva, li tipprovdi garanziji pubbliċi, monitoraġġ u konsulenza għaż-żgħażagħ, u t-twettiq ta' kampanji pubbliċi preventivi kontra t-tipjip, partikolarment fl-iskejjel. L-aċċess liberu universali għal konsultazzjonijiet dwar it-twaqqif tat-tipjip u t-trattamenti korrispondenti huma meqjusa vitali.
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Premessa 40
(40)  Stat Membru li jidhirlu li jeħtieġ iżomm dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti għall-aspetti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandu jitħalla jagħmel dan, għall-prodotti kollha bl-istess mod, fuq il-bażi ta' ħtiġijiet urġenti relatati mal-protezzjoni tas-saħħa pubblika. Stat Membru għandu jitħalla jintroduċi dispożizzjonijiet aktar stretti, li japplikaw għall-prodotti kollha bl-istess mod, abbażi ta' raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni speċifika ta' dan l-Istat Membru u sakemm id-dispożizzjonijiet huma ġġustifikati mill-ħtieġa li titħares is-saħħa pubblika. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti għandhom ikunu meħtieġa u proporzjonati, ma jikkostitwixxux mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti jeħtieġu notifika minn qabel lill-Kummissjoni, kif ukoll approvazzjoni mingħandha, filwaqt li jitqies il-livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa miksub permezz ta’ din id-Direttiva.
(40)  Stat Membru li jidhirlu li jeħtieġ iżomm dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti għall-aspetti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandu jitħalla jagħmel dan, għall-prodotti kollha bl-istess mod, sakemm tali miżuri jkunu kompatibbli mat-TFUE. Dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti jeħtieġu notifika minn qabel lill-Kummissjoni, kif ukoll approvazzjoni mingħandha, filwaqt li jitqies il-livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa miksub permezz ta’ din id-Direttiva.
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Premessa 42
(42)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta personali tiġi pproċessata biss skont ir-regoli u s-salvagwardji stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta.
(42)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta personali tiġi pproċessata biss skont ir-regoli u s-salvagwardji stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta. Hu essenzjali li d-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta għandhom jiġu kkunsidrati wkoll.
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Premessa 45
(45)   Il-proposta taffettwa diversi drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, partikolarment il-protezzjoni tad-dejta personali (l-Artikolu 8), il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni (Artikolu 11), il-libertà tal-intrapriża (Artikolu 16), u d-dritt għall-proprjetà (Artikolu 17). L-obbligi imposti fuq il-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri tal-prodotti tat-tabakk huma meħtieġa sabiex jitjieb il-funzjonament tas-suq intern filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u tal-konsumatur kif stabbilit fl-Artikoli 35 u 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tirrispetta l-liġi tal-UE u l-obbligi internazzjonali rilevanti.
(45)   Il-proposta taffettwa diversi drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, partikolarment il-protezzjoni tad-dejta personali (l-Artikolu 8), il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni (Artikolu 11), il-libertà tal-intrapriża (Artikolu 16), u d-dritt għall-proprjetà tad-detenturi tal-marka kummerċjali (Artikolu 17). Għaldaqstant huwa neċessarju li jkun żgurat li l-obbligi imposti fuq il-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri tal-prodotti tat-tabakk mhux biss jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u tal-konsumatur, iżda jipproteġu wkoll id-drittijiet fundamentali l-oħrajn kollha u huma proporzjonati mar-rispett għall-funzjonament tas-suq intern. L-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tirrispetta l-liġi tal-Unjoni u l-obbligi internazzjonali rilevanti.
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Premessa 45a (ġdida)
(45a)  L-Istati Membri għandhom jirrispettaw id-dritt għall-arja nadifa fl-ispirtu tal-Artikoli 7(b) u l-Artikolu 12 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali li jipprovdi għal drittijiet għal kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri u tajbin għas-saħħa u d-dritt għal kulħadd li jgawdi mill-ogħla standard possibbli ta' saħħa fiżika u mentali. Dan jikkorrispondi mal-għan tal-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fejn il-livell għoli ta' protezzjoni ambjentali u t-titjib fil-kwalità tal-ambjent għandhom jiġu integrati fil-politiki tal-Unjoni.
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 1
L-għan ta' din id-Direttiva huwa li japprossima l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward:
L-għan ta' din id-Direttiva huwa li japprossima l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward:
(a)  l-ingredjenti u l-emissjonijiet tal-prodotti tat-tabakk u l-obbligi tar-rappurtar relatati inkluż il-kontenut massimu għall-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju għas-sigaretti;
(a)  l-ingredjenti u l-emissjonijiet tal-prodotti tat-tabakk u l-obbligi tar-rappurtar relatati inkluż ir-rendimenti massimi għall-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju għas-sigaretti;
(b)  l-ittikkettjar u l-ippakkjar tal-prodotti tat-tabakk inklużi t-twissijiet tas-saħħa li jridu jidhru fuq il-pakketti bil-wieħed tal-prodotti tat-tabakk u fuq l-ippakkjar estern kif ukoll il-miżuri ta' traċċabbiltà u l-karatteristiċi ta' sigurtà biex tiġi żgurata l-konformità ma' din id-Direttiva;
(b)  l-ittikkettjar u l-ippakkjar tal-prodotti tat-tabakk inklużi t-twissijiet tas-saħħa li jridu jidhru fuq il-pakketti bil-wieħed tal-prodotti tat-tabakk u fuq l-ippakkjar estern kif ukoll il-miżuri ta' traċċabbiltà u l-karatteristiċi ta' sigurtà biex tiġi żgurata l-konformità ma' din id-Direttiva;
(c)  il-projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq tat-tabakk għall-użu orali;
(c)  il-projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq tat-tabakk għall-użu orali;
(d)  il-bejgħ transkonfinali mill-bogħod ta' prodotti tat-tabakk;
(d)  il-projbizzjoni tal-bejgħ transkonfinali mill-bogħod ta’ prodotti tat-tabakk;
(e)  l-obbligu tan-notifika għal prodotti tat-tabakk innovattivi;
(e)  l-obbligu tan-notifika għal prodotti tat-tabakk innovattivi;
(f)  it-tqegħid fis-suq u l-ittikkettjar ta’ ċerti prodotti, li huma relatati mal-prodotti tat-tabakk, jiġifieri prodotti li fihom in-nikotina u prodotti erbali għat-tipjip;
(f)  it-tqegħid fis-suq u l-ittikkettjar ta’ ċerti prodotti, li huma relatati mal-prodotti tat-tabakk, jiġifieri prodotti li fihom in-nikotina u prodotti erbali għat-tipjip;
Sabiex jiġi ffaċilitat il-funzjonament tas-suq intern tal-prodotti tat-tabakk u prodotti relatati, billi jittieħed bħala bażi l-livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa.
sabiex jiġu ssodisfati l-obbligi li jaqgħu taħt il-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk u sabiex jiġi ffaċilitat il-funzjonament tas-suq intern tal-prodotti tat-tabakk u prodotti relatati, billi jittieħed bħala bażi l-livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa, speċjalment għaż-żgħażagħ.
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 2
Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)  "l-effett ta' dipendenza" tfisser il-potenzjal farmakoloġiku ta' sustanza li tikkawża d-dipendenza, stat li jaffettwa l-kapaċità tal-individwu li jikkontrolla l-imġiba tipikament permezz ta' mekkaniżmu ta' kumpens jew solliev mis-sintomi tal-astinenza, jew it-tnejn li huma;
(1)  "l-effett ta' dipendenza" tfisser il-potenzjal farmakoloġiku ta' sustanza li tikkawża d-dipendenza, stat li jaffettwa l-kapaċità tal-individwu li jikkontrolla l-imġiba tipikament permezz ta' mekkaniżmu ta' kumpens jew solliev mis-sintomi tal-astinenza, jew it-tnejn li huma;
(2)  "addittiv" tfisser sustanza li jkun hemm fi prodott tat-tabakk, kull pakkett wieħed tiegħu jew kull ippakkjar estern għajr għall-weraq tat-tabakk u partijiet oħra naturali jew mhux ipproċessati mill-pjanti tat-tabakk;
(2)  "addittiv" tfisser sustanza li jkun hemm fi prodott tat-tabakk, kull pakkett wieħed tiegħu jew kull ippakkjar estern għajr għall-weraq tat-tabakk u partijiet oħra naturali jew mhux ipproċessati mill-pjanti tat-tabakk;
(3)  "sistema ta' verifika tal-età" tfisser sistema tal-kompjuter li tikkonferma mingħajr ambigwità l-età tal-konsumatur f'forma elettronika skont ir-rekwiżiti nazzjonali;
(3)  "sistema ta' verifika tal-età" tfisser sistema tal-kompjuter li tikkonferma mingħajr ambigwità l-età tal-konsumatur f'forma elettronika skont ir-rekwiżiti nazzjonali;
(4)  "togħma karatterizzanti" tfisser riħa jew togħma oħra li tista' tiġi distinta għajr it-tabakk, li tirriżulta minn addittiv jew taħlita ta' addittivi, li tinkludi iżda mhijiex limitata għall-frott, il-ħwawar, il-ħxejjex aromatiċi, l-alkoħol, il-ħelu, il-mentol jew il-vanilla li jistgħu jinħassu qabel jew mal-użu maħsub tal-prodott tat-tabakk;
(4)  "togħma karatterizzanti" tfisser riħa jew togħma oħra li tista' tiġi distinta għajr it-tabakk, li tirriżulta minn addittiv jew taħlita ta' addittivi, li tinkludi iżda mhijiex limitata għall-frott, il-ħwawar, il-ħxejjex aromatiċi, l-alkoħol, il-ħelu, il-mentol jew il-vanilla li jistgħu jinħassu qabel jew mal-użu tal-prodott tat-tabakk;
(5)  "tabakk tal-magħda" tfisser prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux maħsuba esklussivament għall-magħda;
(5)  "tabakk tal-magħda" tfisser prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux maħsuba esklussivament għall-magħda;
(6)  "sigarru" tfisser romblu tat-tabakk ikkonsmat permezz ta' proċess ta' kombustjoni u definit ulterjorment fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal-21 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat;
(6)  "sigarru" tfisser romblu tat-tabakk ikkonsmat permezz ta' proċess ta' kombustjoni u definit ulterjorment fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal-21 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat;
(7)  "sigarett" tfisser romblu tat-tabakk ikkonsmat permezz ta' proċess ta' kombustjoni u definit ulterjorment fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE;
(7)  "sigarett" tfisser romblu tat-tabakk ikkonsmat permezz ta' proċess ta' kombustjoni u definit ulterjorment fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE;
(8)  "sigarru żgħir" tfisser tip żgħir ta’ sigarru b'dijametru ta' mhux aktar minn 8 mm;
(8)  "sigarru żgħir" tfisser tip żgħir ta' sigarru u hu definit ulterjorment fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2007/74/KE;
(9)  "twissija tas-saħħa kkombinata" tfisser twissija tas-saħħa prevista f'din id-Direttiva u li tikkonsisti f'kombinazzjoni ta' twissija bil-miktub u stampa jew immaġni korrispondenti;
(9)  "twissija tas-saħħa kkombinata" tfisser twissija tas-saħħa prevista f'din id-Direttiva u li tikkonsisti f'kombinazzjoni ta' twissija bil-miktub u stampa jew immaġni korrispondenti;
(10)  "konsumatur" tfisser persuna fiżika li qed taġixxi għal għanijiet li m’għandhomx x’jaqsmu mal-attività kummerċjali, imprenditorjali, artiġjanali jew professjonali;
(10)  "konsumatur" tfisser persuna fiżika li qed taġixxi għal għanijiet li m’għandhomx x’jaqsmu mal-attività kummerċjali, imprenditorjali, artiġjanali jew professjonali;
(11)  "bejgħ transkonfinali mill-bogħod" tfisser servizz tal-bejgħ mill-bogħod fejn, fiż-żmien meta l-konsumatur jordna l-prodott, il-konsumatur jinsab fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru jew il-pajjiż terz fejn hu stabbilit il-post tal-bejgħ bl-imnut; il-post tal-bejgħ bl-imnut jitqies li hu stabbilit fi Stat Membru:
(11)  "bejgħ transkonfinali mill-bogħod" tfisser servizz tal-bejgħ mill-bogħod fejn, fiż-żmien meta l-konsumatur jordna l-prodott, il-konsumatur jinsab fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru jew il-pajjiż terz fejn hu stabbilit il-post tal-bejgħ bl-imnut; il-post tal-bejgħ bl-imnut jitqies li hu stabbilit fi Stat Membru:
(a)  fil-każ ta' persuna fiżika, jekk hu/hi jkollu/jkollha l-post tan-negozju tiegħu/tagħha f’dak l-Istat Membru;
(a)  fil-każ ta' persuna fiżika, jekk hu/hi jkollu/jkollha l-post tan-negozju tiegħu/tagħha f’dak l-Istat Membru;
(b)  f'każijiet oħra, jekk persuna jkollha s-sede statutorja tagħha, amministrazzjoni ċentrali jew post tan-negozju tagħha, inkluż fergħa, aġenzija jew kwalunkwe stabbiliment ieħor f'dak l-Istat Membru;
(b)  f'każijiet oħra, jekk persuna jkollha s-sede statutorja tagħha, amministrazzjoni ċentrali jew post tan-negozju tagħha, inkluż fergħa, aġenzija jew kwalunkwe stabbiliment ieħor f'dak l-Istat Membru;
(12)  "emissjonijiet" tfisser sustanzi li huma rilaxxati meta prodott tat-tabakk jintuża kif maħsub, bħal sustanzi li jinsabu fid-duħħan, jew sustanzi rilaxxati waqt il-proċess tal-użu ta' prodotti tat-tabakk li ma jdaħħanx;
(12)  "emissjonijiet" tfisser sustanzi li huma rilaxxati meta prodott tat-tabakk jintuża kif maħsub, bħal sustanzi li jinsabu fid-duħħan, jew sustanzi rilaxxati waqt il-proċess tal-użu ta' prodotti tat-tabakk li ma jdaħħanx;
(13)  "aroma" tfisser addittiv li jagħti riħa u/jew togħma;
(13)  "aroma" tfisser addittiv li jagħti riħa u/jew togħma;
(14)  "twissija tas-saħħa" tfisser twissija prevista f’din id-Direttiva, inklużi t-twissijiet bil-miktub, it-twissijiet tas-saħħa kkombinati, it-twissijiet ġenerali u l-messaġġi ta' informazzjoni;
(14)  "twissija tas-saħħa" tfisser twissija prevista f’din id-Direttiva, inklużi t-twissijiet bil-miktub, it-twissijiet tas-saħħa kkombinati, it-twissijiet ġenerali u l-messaġġi ta' informazzjoni;
(15)  "prodott erbali għat-tipjip" tfisser prodott ibbażat fuq il-pjanti jew il-ħxejjex aromatiċi li ma fihx tabakk u li jiġi kkunsmat permezz ta’ proċess ta’ kombustjoni;
(15)  "prodott erbali għat-tipjip" tfisser prodott ibbażat fuq il-pjanti jew il-ħxejjex aromatiċi li ma fihx tabakk u li jiġi kkunsmat permezz ta’ proċess ta’ kombustjoni;
(16)  “importazzjoni tat-tabakk u prodotti relatati” tfisser id-dħul fit-territorju tal-Unjoni ta’ tali prodotti sakemm il-prodotti, mad-dħul tagħhom fl-Unjoni, ma jitqegħdux taħt proċedura jew arranġament doganali ta’ sospensjoni, kif ukoll ir-rilaxx tagħhom mill-proċedura u l-arranġament doganali ta’ sospensjoni;
(16)  “importazzjoni tat-tabakk u prodotti relatati” tfisser id-dħul fit-territorju tal-Unjoni ta’ tali prodotti sakemm il-prodotti, mad-dħul tagħhom fl-Unjoni, ma jitqegħdux taħt proċedura jew arranġament doganali ta’ sospensjoni, kif ukoll ir-rilaxx tagħhom mill-proċedura u l-arranġament doganali ta’ sospensjoni;
(17)  “importatur tat-tabakk u prodotti relatati” tfisser is-sid jew persuna li għandu d-dritt li jiddisponi mit-tabakk u l-prodotti relatati li ddaħħlu fit-territorju tal-Unjoni;
(17)  “importatur tat-tabakk u prodotti relatati” tfisser is-sid jew persuna li għandu d-dritt li jiddisponi mit-tabakk u l-prodotti relatati li ddaħħlu fit-territorju tal-Unjoni;
(18)  "ingredjent" tfisser addittiv, tabakk (weraq u partijiet oħra naturali, ipproċessati jew mhux ipproċessati mill-pjanti tat-tabakk inkluż it-tabakk estiż u magħmul mill-ġdid), kif ukoll kull sustanza preżenti fi prodott tat-tabakk lest inklużi l-karta, il-filtru, il-linka, il-kapsuli u l-adeżivi;
(18)  “ingredjent” tfisser addittiv, tabakk, kif ukoll kull sustanza preżenti fi prodott tat-tabakk lest inklużi l-karta, il-filtru, il-linka, il-kapsuli u l-adeżivi;
(18a)  "tabakk" tfisser weraq u partijiet naturali oħra tat-tabakk, ipproċessati jew mhux ipproċessati inkluż it-tabakk estiż u rikostitwit.
(19)  "livell massimu" jew "kontenut massimu" tfisser il-kontenut jew l-emissjoni massima, inkluż 0, ta’ sustanza fi prodott tat-tabakk imkejjel fi grammi;
(19)  "livell massimu" jew "rendiment massimu" tfisser il-kontenut jew l-emissjoni massima, inkluż 0, ta’ sustanza fi prodott tat-tabakk imkejjel fi grammi;
(20)  "it-tabakk tal-imnieħer" tfisser prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux ikkonsmati mill-imnieħer;
(20)  "it-tabakk tal-imnieħer" tfisser prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux ikkonsmati mill-imnieħer;
(21)  "nikotina" tfisser nicotinic alkaloids;
(21)  "nikotina" tfisser nicotinic alkaloids;
(22)  "prodott li fih in-nikotina" tfisser prodott li jista' jintuża għall-konsum mill-konsumaturi permezz ta' inalazzjoni, ta' inġestjoni jew f'għamliet oħra u li miegħu n-nikotina jew tiġi miżjuda matul il-proċess ta' manifattura jew tiġi awtoamministrata mill-utent qabel jew waqt il-konsum;
(22)  "prodott li fih in-nikotina" tfisser prodott li jista' jintuża għall-konsum mill-konsumaturi permezz ta' inalazzjoni, ta' inġestjoni jew f'għamliet oħra u li miegħu n-nikotina jew tiġi miżjuda matul il-proċess ta' manifattura jew tiġi awtoamministrata mill-utent qabel jew waqt il-konsum;
(23)  "prodott tat-tabakk innovattiv" tfisser prodott tat-tabakk għajr is-sigarett, it-tabakk tal-brim, it-tabakk tal-pipa, it-tabakk tal-pipa tal-ilma, is-sigarru, is-sigarru żgħir, it-tabakk tal-magħda, it-tabakk tal-imnieħer jew it-tabakk għall-użu orali mqiegħed fis-suq wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva;
(23)  "prodott tat-tabakk innovattiv" tfisser prodott tat-tabakk għajr is-sigarett, it-tabakk tal-brim, it-tabakk tal-pipa, it-tabakk tal-pipa tal-ilma, is-sigarru, is-sigarru żgħir, it-tabakk tal-magħda, it-tabakk tal-imnieħer jew it-tabakk għall-użu orali mqiegħed fis-suq wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva;
(24)  "ippakkjar estern" tfisser kwalunkwe ppakkjar li fih il-prodotti jitqiegħdu fis-suq u li jinkludu pakkett wieħed jew aggregazzjoni ta' pakketti waħedhom; it-tgeżwir trasparenti ma jitqiesx bħala ppakkjar estern;
(24)  "ippakkjar estern" tfisser kwalunkwe ppakkjar li fih il-prodotti jitqiegħdu fis-suq u li jinkludu pakkett wieħed jew aggregazzjoni ta' pakketti waħedhom; it-tgeżwir trasparenti ma jitqiesx bħala ppakkjar estern;
(24a)  "ippakkettjar estern għat-trasport" tfisser kull ippakkettjar, li jikkonsisti f'aggregazzjoni ta' pakkett wieħed, fejn il-prodotti tat-tabakk jiġu ttrasportati mill-manifattur lill-operaturi ekonomiċi sussegwenti qabel ma jitqiegħdu fis-suq, bħal pereżempju kartun, kaxex u pelits;
(25)  "imqiegħda fis-suq" tfisser li l-prodotti jsiru disponibbli għall-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni, bi ħlas jew mingħajr ħlas, inkluż permezz ta’ bejgħ mill-bogħod fil-każ ta' bejgħ transkonfinali mill-bogħod, il-prodott jitqies li tqiegħed fis-suq fl-Istat Membru fejn jinsab il-konsumatur;
(25)  "imqiegħda fis-suq" tfisser li l-prodotti jsiru disponibbli għall-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni, bi ħlas jew mingħajr ħlas, inkluż permezz ta’ bejgħ mill-bogħod fil-każ ta' bejgħ transkonfinali mill-bogħod, il-prodott jitqies li tqiegħed fis-suq fl-Istat Membru fejn jinsab il-konsumatur;
(26)  "tabakk tal-pipa" tfisser tabakk ikkonsmat permezz ta' proċess ta' kombustjoni u maħsub esklussivament biex jintuża f’pipa;
(26)  "tabakk tal-pipa" tfisser tabakk ikkonsmat permezz ta' proċess ta' kombustjoni u maħsub esklussivament biex jintuża f’pipa;
(26a)"tabakk tal-pipa tal-ilma" tfisser tabakk maħsub biss għall-użu f'pipa tal-ilma;
(27)  "stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut" tfisser kull stabbiliment fejn il-prodotti tat-tabakk jitqiegħdu fis-suq inkluż minn persuna fiżika;
(27)  "stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut" tfisser kull stabbiliment fejn il-prodotti tat-tabakk jitqiegħdu fis-suq inkluż minn persuna fiżika;
(28)  "tabakk tal-brim" tfisser tabakk li jista' jintuża għall-manifattura tas-sigaretti mill-konsumaturi jew stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut;
(28)  "tabakk tal-brim" tfisser tabakk li jista' jintuża għall-manifattura tas-sigaretti mill-konsumaturi jew stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut;
(29)  "prodott tat-tabakk li ma jdaħħanx" tfisser prodott tat-tabakk li ma jinvolvix il-proċess ta' kombustjoni, inkluż it-tabakk tal-magħda, it-tabakk tal-imnieħer u t-tabakk għall-użu orali;
(29)  "prodott tat-tabakk li ma jdaħħanx" tfisser prodott tat-tabakk li ma jinvolvix il-proċess ta' kombustjoni, inkluż it-tabakk tal-magħda, it-tabakk tal-imnieħer u t-tabakk għall-użu orali;
(30)  "bidla sostanzjali taċ-ċirkostanzi" tfisser żieda tal-volumi tal-bejgħ skont il-kategorija tal-prodotti, bħat-tabakk tal-pipa, is-sigarru, is-sigarru żgħir, b'mill-inqas 10 % f'mill-anqas 10 Stati Membri, ibbażata fuq il-dejta tal-bejgħ trażmessa skont l-Artikolu 5(4); jew żieda fil-livell ta' prevalenza fil-grupp tal-konsumaturi li għandhom inqas minn 25 sena b’ħames punti perċentwali f’mill-anqas 10 Stati Membri għall-kategorija tal-prodott rispettiva bbażata fuq____[din id-data se tiġi stabbilita fil-mument tal-adozzjoni tad-Direttiva] rapport tal-Ewrobarometru jew studji ta' prevalenza ekwivalenti;
(30)  "bidla sostanzjali taċ-ċirkostanzi" tfisser żieda tal-volumi tal-bejgħ skont il-kategorija tal-prodotti, bħat-tabakk tal-pipa, is-sigarru, is-sigarru żgħir, b'mill-inqas 10 % f'mill-anqas ħames Stati Membri, ibbażata fuq il-dejta tal-bejgħ trażmessa skont l-Artikolu 5(4); jew żieda fil-livell ta' prevalenza fil-grupp tal-konsumaturi li għandhom inqas minn 25 sena b’ħames punti perċentwali f’mill-anqas ħames Stati Membri għall-kategorija tal-prodott rispettiva bbażata fuq____[din id-data se tiġi stabbilita fil-mument tal-adozzjoni tad-Direttiva] rapport tal-Ewrobarometru jew studji ta' prevalenza ekwivalenti;
(31)  "qatran" tfisser il-kondensazzjoni ħielsa min-nikotina anidruża mhux ipproċessata tad-duħħan;
(31)  "qatran" tfisser il-kondensazzjoni ħielsa min-nikotina anidruża mhux ipproċessata tad-duħħan;
(32)  "tabakk għall-użu orali" tfisser il-prodotti kollha għall-użu orali, ħlief dawk maħsuba għall-inalazzjoni jew għall-magħda, magħmula kompletament jew parzjalment minn tabakk, fi trab jew f’forma ta’ partikuli jew fi kwalunkwe taħlita ta' dawk il-forom, partikolarment dawk ippreżentati f’porzjonijiet fi qratas jew qratas porużi;
(32)  "tabakk għall-użu orali" tfisser il-prodotti kollha għall-użu orali, ħlief dawk maħsuba għall-inalazzjoni jew għall-magħda, magħmula kompletament jew parzjalment minn tabakk, fi trab jew f’forma ta’ partikuli jew fi kwalunkwe taħlita ta' dawk il-forom, partikolarment dawk ippreżentati f’porzjonijiet fi qratas jew qratas porużi;
(33)  "tabakk għat-tipjip" tfisser prodott tat-tabakk għajr prodotti tat-tabakk li ma jdaħħanx;
(33)  "tabakk għat-tipjip" tfisser prodott tat-tabakk għajr prodotti tat-tabakk li ma jdaħħanx;
(33)  "tabakk għat-tipjip" tfisser prodott tat-tabakk għajr prodotti tat-tabakk li ma jdaħħanx;
(33)  "tabakk għat-tipjip" tfisser prodott tat-tabakk għajr prodotti tat-tabakk li ma jdaħħanx;
(34)  "prodotti tat-tabakk" tfisser prodotti li jistgħu jintużaw għall-konsum mill-konsumaturi u li jikkonsistu, anki parzjalment, mit-tabakk, kemm jekk ġenetikament modifikati kemm jekk le;
(34)  "prodotti tat-tabakk" tfisser prodotti li jistgħu jintużaw għall-konsum mill-konsumaturi u li jikkonsistu, anki parzjalment, mit-tabakk, kemm jekk ġenetikament modifikati kemm jekk le;
(35)  "tossiċità" tfisser il-grad li fih sustanza tista' tikkawża effetti ta' ħsara fl-organiżmu uman, inklużi l-effetti li jseħħu matul iż-żmien, normalment mal-konsum jew l-espożizzjoni ripetuta jew kontinwa;
(35)  "tossiċità" tfisser il-grad li fih sustanza tista' tikkawża effetti ta' ħsara fl-organiżmu uman, inklużi l-effetti li jseħħu matul iż-żmien, normalment mal-konsum jew l-espożizzjoni ripetuta jew kontinwa;
(36)  "pakkett wieħed" tfisser l-iżgħar ippakkjar individwali ta' prodott li jitqiegħed fis-suq.
(36)  "pakkett wieħed" tfisser l-iżgħar ippakkjar individwali ta' prodott li jitqiegħed fis-suq.
(36a)  "tipjip passiv" tfisser il-ġbid man-nifs involontarju tad-duħħan mill-kombustjoni tas-sigaretti jew sigarri jew mit-tefgħa ta' duħħan minn min ipejjep.
Emendi 89 u 149
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 - paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 22 biex tadatta l-kontenuti massimi stabbiliti fil-paragrafu 1, filwaqt li tqis l-iżvilupp xjentifiku u l-istandards miftiehma internazzjonalment.
imħassar
Emenda 90
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 - paragrafu 3
3.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kontenuti massimi stabbiliti minnhom għal emissjonijiet oħra tas-sigaretti u għall-emissjonijiet tal-prodotti tat-tabakk għajr is-sigaretti. Meqjusa l-istandards miftiehma internazzjonalment, fejn disponibbli, u abbażi tal-evidenza xjentifika u tal-kontenut notifikat mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 22 biex tadotta u tadatta l-kontenuti massimi għal emissjonijiet oħra tas-sigaretti u għall-emissjonijiet tal-prodotti tat-tabakk għajr is-sigaretti li jżidu b’mod apprezzabbli l-effett tossiku jew ta' dipendenza tal-prodotti tat-tabakk lil hinn mil-limitu tat-tossiċità u l-effett ta' dipendenza li joriġina mill-kontenuti tal-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju stabbiliti fil-paragrafu 1.
imħassar
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 4
1.  Il-ħruġ ta' qatran, nikotina u monossidu tal-karbonju tas-sigaretti għandu jitkejjel fuq il-bażi tal-istandards ISO 4387 għall-qatran, 10315 għan-nikotina, u 8454 għall-monossidu tal-karbonju.
1.  Il-ħruġ ta' qatran, nikotina u monossidu tal-karbonju tas-sigaretti għandu jitkejjel fuq il-bażi tal-istandards ISO 4387 għall-qatran, 10315 għan-nikotina, u 8454 għall-monossidu tal-karbonju.
L-eżattezza tal-indikazzjonijiet tal-qatran u tan-nikotina għandha tiġi verifikata skont l-istandard ISO 8243.
L-eżattezza tal-indikazzjonijiet tal-qatran, tan-nikotina u tal-monossidu tal-karbonju għandha tiġi verifikata skont l-istandard ISO 8243.
2.  Il-kejl imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitwettaq jew jiġi verifikat minn laboratorji tal-ittestjar li huma approvati u monitorjati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.
2.  Il-kejl imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitwettaq jew jiġi verifikat minn laboratorji tal-ittestjar indipendenti li huma approvati u monitorjati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.
L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni lista tal-laboratorji approvati, filwaqt li jispeċifikaw il-kriterji użati għall-approvazzjoni u l-metodi ta' monitoraġġ applikati, u jaġġornawha kull meta ssir xi bidla. Il-Kummissjoni għandha tagħmel għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, il-lista tal-laboratorji approvati kif indikat mill-Istati Membri.
L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni lista tal-laboratorji approvati, filwaqt li jispeċifikaw il-kriterji użati għall-approvazzjoni u l-metodi ta' monitoraġġ applikati, u jaġġornawha kull meta ssir xi bidla. Il-Kummissjoni għandha tagħmel għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, il-lista tal-laboratorji approvati kif indikat mill-Istati Membri.
2a.  Testijiet li jivverifikaw il-validità tar-riżultat pprovdut mill-kumpaniji tat-tabakk għandhom isiru fuq bażi regolari f'laboratorji ta' ttestjar indipendenti mmonitorjati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.
3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex tadatta l-metodi ta' kejl tal-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju, filwaqt li tqis l-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi u l-istandards miftiehma internazzjonalment.
3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex tissumplimenta jew temenda l-metodi ta' kejl tal-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju, filwaqt li tqis l-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi u l-istandards miftiehma internazzjonalment.
4.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-metodi ta' kejl li jużaw għal emissjonijiet oħra tas-sigaretti u għall-emissjonijiet tal-prodotti tat-tabakk għajr is-sigaretti. Abbażi ta' dawn il-metodi, u billi jitqiesu l-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi kif ukoll l-istandards miftiehma internazzjonalment, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 22 biex tadotta u tadatta l-metodi ta’ kejl.
4.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-metodi ta' kejl li jużaw għal emissjonijiet oħra tas-sigaretti u għall-emissjonijiet tal-prodotti tat-tabakk għajr is-sigaretti. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 22 biex tintegra fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni metodi maqbula bejn il-partijiet kontraenti tal-FCTC jew tal-WHO.
4a.  L-eżattezza tal-indikazzjonijiet għal emissjonijiet oħra ta' prodotti kombustibbli tat-tabakk trid tiġi verifikata bi qbil mal-istandard ISO 8243.
Emendi 91, 92 u 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 5
1.  L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jibgħatu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom lista tal-ingredjenti kollha, u l-kwantitajiet tagħhom, użati fil-manifattura tal-prodotti tat-tabakk skont l-isem tad-ditta u t-tip, kif ukoll l-emissjonijiet tagħhom u l-kontenuti. Il-manifatturi jew l-importaturi għandhom jinformaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jekk il-kompożizzjoni ta' prodott tiġi modifikata u taffettwa l-informazzjoni pprovduta skont dan l-Artikolu. L-informazzjoni meħtieġa skont dan l-Artikolu għandha tiġi ppreżentata qabel it-tqegħid fis-suq ta’ prodott tat-tabakk ġdid jew modifikat.
1.  L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jibgħatu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom lista tal-ingredjenti kollha, u l-kwantitajiet tagħhom, użati fil-manifattura tal-prodotti tat-tabakk skont l-isem tad-ditta u t-tip, kif ukoll l-emissjonijiet tagħhom u l-kontenuti li jirriżultaw mill-użu maħsub. Il-manifatturi jew l-importaturi għandhom jinformaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jekk il-kompożizzjoni ta' prodott tiġi modifikata u taffettwa l-informazzjoni pprovduta skont dan l-Artikolu. L-informazzjoni meħtieġa skont dan l-Artikolu għandha tiġi ppreżentata qabel it-tqegħid fis-suq ta’ prodott tat-tabakk ġdid jew modifikat.
Il-lista għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni li tagħti r-raġunijiet għall-inklużjoni ta' tali ingredjenti f'dawk il-prodotti tat-tabakk. Din għandha tindika l-istatus tagħhom, inkluż jekk l-ingredjenti ġewx irreġistrati u evalwati, skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH)47 kif ukoll il-klassifikazzjoni tagħhom skont ir-Regolament (KE) 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet48. Il-lista għandha tkun akkumpanjata wkoll bid-dejta tossikoloġika disponibbli lill-manifattur jew l-importatur fir-rigward ta' dawn l-ingredjenti fil-forma maħruqa jew mhux maħruqa skont kif xieraq, filwaqt li ssir referenza b'mod partikolari għall-effetti tagħhom fuq is-saħħa tal-konsumaturi u filwaqt li jitqies, inter alia, kull effett ta' dipendenza. Il-lista għandha tkun stabbilita f'ordni mill-kbir għaż-żgħir tal-piż ta' kull ingredjent inkluż fil-prodott. Minbarra l-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju u għall-emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 paragrafu 4, il-manifatturi u l-importaturi għandhom jindikaw il-metodi tal-kejl użati. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu wkoll li l-manifatturi jew l-importaturi jwettqu testijiet oħra kif jistgħu jkunu stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jivvalutaw l-effetti ta' sustanzi fuq is-saħħa, billi jitqiesu, inter alia, it-tossiċità u l-effett ta' dipendenza tagħhom.
Il-lista għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni li tagħti r-raġunijiet għall-inklużjoni ta' tali ingredjenti f'dawk il-prodotti tat-tabakk. Din għandha tindika l-istatus tagħhom, inkluż jekk l-ingredjenti ġewx irreġistrati u evalwati, skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH)47 kif ukoll il-klassifikazzjoni tagħhom skont ir-Regolament (KE) 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet48. Il-lista għandha tkun akkumpanjata wkoll bid-dejta tossikoloġika disponibbli lill-manifattur jew l-importatur fir-rigward ta' dawn l-ingredjenti fil-forma maħruqa jew mhux maħruqa skont kif xieraq, u li tkun għallinqas biżżejjed biex tikklassifika dawk is-sustanzi skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, filwaqt li ssir referenza b'mod partikolari għall-effetti tagħhom fuq is-saħħa tal-konsumaturi u filwaqt li jitqies, inter alia, kull effett ta' dipendenza. Il-lista għandha tkun stabbilita f'ordni mill-kbir għaż-żgħir tal-piż ta' kull ingredjent inkluż fil-prodott. Minbarra l-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju u għall-emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 paragrafu 4, il-manifatturi u l-importaturi għandhom jindikaw il-metodi tal-kejl użati. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu wkoll li l-manifatturi jew l-importaturi jwettqu testijiet oħra kif jistgħu jkunu stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jivvalutaw l-effetti ta' sustanzi fuq is-saħħa, billi jitqiesu, inter alia, it-tossiċità u l-effett ta' dipendenza tagħhom.
2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw it-tixrid tal-informazzjoni ppreżentata skont il-paragrafu 1 fuq websajt apposta, li tkun disponibbli għall-pubbliku ġenerali. Huma u jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom iqisu kif xieraq il-ħtieġa li jipproteġu l-informazzjoni li tikkostitwixxi sigriet kummerċjali.
2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw it-tixrid tal-informazzjoni ppreżentata skont il-paragrafu 1 fuq websajt, li tkun disponibbli għall-pubbliku ġenerali. Huma u jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom iqisu kif xieraq il-ħtieġa li jipproteġu l-informazzjoni li tikkostitwixxi sigriet kummerċjali.
3.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi u jekk meħtieġ taġġorna l-format għall-preżentazzjoni u t-tixrid tal-informazzjoni speċifikata fil-paragrafi 1 u 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 21.
3.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi u jekk meħtieġ taġġorna l-format għall-preżentazzjoni u t-tixrid tal-informazzjoni speċifikata fil-paragrafi 1 u 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21.
4.  L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-manifatturi u l-importaturi jippreżentaw studji interni u esterni disponibbli għalihom dwar ir-riċerka tas-suq u l-preferenzi ta' diversi gruppi ta' konsumaturi, inklużi ż-żgħażagħ, rigward l-ingredjenti u l-emissjonijiet. L-Istati Membri għandhom jeżiġu wkoll li l-manifatturi u l-importaturi jirrappurtaw id-dejta tal-volum tal-bejgħ għal kull prodott, irrappurtat f'unitajiet jew kilogrammi, u għal kull Stat Membru fuq bażi annwali li tibda mis-sena kalendarja sħiħa wara dik tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jipprovdu dejta dwar il-bejgħ alternattiva jew addizzjonali, kif xieraq, biex jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar il-bejgħ mitluba skont dan il-paragrafu tkun affidabbli u kompluta.
4.  L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-manifatturi u l-importaturi jippreżentaw studji interni u esterni disponibbli għalihom dwar ir-riċerka tas-suq u l-preferenzi ta' diversi gruppi ta' konsumaturi, inklużi ż-żgħażagħ, u dawk li jpejpu ħafna u ta' spiss, rigward l-ingredjenti u l-emissjonijiet, kif ukoll sommarji tax-xogħol ta' kwalunkwe stħarriġ li jkunu wettqu dwar is-suq meta jkunu se jvaraw prodotti ġodda.. L-Istati Membri għandhom jeżiġu wkoll li l-manifatturi u l-importaturi jirrappurtaw id-dejta tal-volum tal-bejgħ għal kull prodott, irrappurtat f'unitajiet jew kilogrammi, u għal kull Stat Membru fuq bażi annwali li tibda mis-sena kalendarja sħiħa wara dik tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jipprovdu dejta dwar il-bejgħ alternattiva jew addizzjonali, kif xieraq, biex jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar il-bejgħ mitluba skont dan il-paragrafu tkun affidabbli u kompluta.
5.  Id-dejta u l-informazzjoni kollha li trid tingħata mill-Istati Membri u lilhom skont dan l-Artikolu, għandhom jingħataw f'forma elettronika. L-Istati Membri għandhom iżommu l-informazzjoni elettronikament u għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni jkollha aċċess għall-informazzjoni f'kull ħin. L-Istati Membri l-oħra għandu jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni fuq talba ġġustifikata. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li s-sigrieti kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra jiġu ttrattati b’mod kunfidenzjali.
5.  Id-dejta u l-informazzjoni kollha li trid tingħata mill-Istati Membri u lilhom skont dan l-Artikolu, għandhom jingħataw f'forma elettronika. L-Istati Membri għandhom iżommu l-informazzjoni elettronikament u għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni jkollha aċċess għall-informazzjoni f'kull ħin. L-Istati Membri l-oħra għandu jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni fuq talba ġġustifikata. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li s-sigrieti kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra jiġu ttrattati b’mod kunfidenzjali.
5a.  Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-informazzjoni kollha li ssir disponibbli skont dan l-Artikolu (partikolarment l-informazzjoni relatata ma kemm joħolqu dipendenza u kemm huma tossiċi l-ingredjenti, ir-riċerka dwar is-suq u d-dejta dwar il-bejgħ) u għandha tipproduċi rapport regolari għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jagħmel sommarju tas-sejbiet ewlenin.
5b.  L-informazzjoni miġbura skont dan l-Artikolu għandha titqies għall-finijiet tal-approvazzjoni ta' addittivi f'konformità mal-Artikolu 6(10a).
6.  It-tariffi applikati mill-Istati Membri biex jirċievu, jaħżnu, jimmaniġġaw, janalizzaw u jippubblikaw l-informazzjoni mibgħuta lilhom skont dan l-Artikolu, jekk hemm, ma għandhomx jaqbżu l-ispiża attribwibbli għal dawk l-attivitajiet.
6.  L-Istati Membri jistgħu japplikaw tariffi proporzjonati biex jirċievu, jaħżnu, jimmaniġġaw, janalizzaw u jippubblikaw l-informazzjoni mibgħuta lilhom skont dan l-Artikolu.
Emendi 50, 87 u 95
Proposta għal direttiva
Artikolu 6
1.   L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tat-tabakk b’aroma karatterizzanti.
1.  L-addittivi m'għandhomx jintużaw fil-prodotti tat-tabakk sakemm ma jiġux approvati f'konformità ma' din id-Direttiva. L-addittivi approvati għandhom jiddaħħlu fil-lista stipulata fl-Anness [-I]. Kwanlunkwe kundizzjoni jew restrizzjoni dwar l-użu ta' addittivi approvati għandha wkoll tiġi indikata fil-lista. It-tqegħid fis-suq ta' prodotti tat-tabakk li jkun fihom l-addittivi mhux fl-Anness [-I] jew li ma jintużawx skont il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness ta' din id-Direttiva għandu jkun ipprojbit.
L-addittivi li ġejjin ma jistgħux jiġu approvati:
(a)  vitamini u addittivi oħra li joħolqu l-impressjoni li prodott tat-tabakk huwa ta' benefiċċju għas-saħħa jew jippreżenta inqas perikli għas-saħħa, jew
(b)  kafeina u tawrina u addittivi oħra u komposti stimulanti li huma assoċjati mal-enerġija u l-vitalità, jew
(c)  addittivi li għandhom proprjetajiet koloranti għall-emissjonijiet;
(d)  addittivi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala sustanzi perikolużi skont ir-Regolament KE Nru 1272/2008, jew li jirriżultawx f'tali sustanzi meta jinħarqu;
(e)  addittivi li, meta jintużaw, jistgħu jagħtu togħma karatterizzanti;
(f)  addittivi li fl-istadju tal-konsom iżidu l-effett tossiku jew ta' dipendenza ta' prodott tat-tabakk.
Minkejja l-punt (e) tas-subparagrafu preċedenti, meta ċertu addittiv jew taħlita ta' addittivi tipikament tagħti togħma karatterizzanti meta jaqbżu ċertu livell ta' preżenza jew konċentrazzjoni biss, l-addittiv jew l-addittivi kkonċernati jistgħu jiġu approvati sakemm jiġu stabbiliti livelli massimi permessi.
Minkejja l-punt (f) tat-tieni subparagrafu, meta ċertu addittiv fl-istadju tal-konsum iżid l-effett tossiku jew ta' dipendenza ta' prodott tat-tabbakk meta jaqbeż ċertu livell ta' preżenza jew konċentrazzjoni biss, inklużi l-marġni standard ta' sikurezza, l-addittiv ikkonċernat jista' jiġi approvat sakemm jiġu stabbiliti livelli massimi permessi.
L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu l-użu ta' addittivi li huma essenzjali għall-manifattura tal-prodotti tat-tabakk, sakemm l-addittivi ma jirriżultawx fi prodott b'togħma karatterizzanti.
L-addittivi li huma essenzjali għall-manifattura tal-prodotti tat-tabakk jistgħu jiġu approvati sakemm l-addittivi ma jirriżultawx fi prodott b'togħma karatterizzanti. Ir-rikostituzzjoni tal-komposti taz-zokkor fil-prodotti tat-tabakk sal-livelli preżenti fil-weraq tat-tabakk qabel ma jinqatgħu għandha titqies li ma tirriżultax f'togħma karatterizzanti.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda skont dan il-paragrafu.
2.  Il-Kummissjoni għandha wara talba ta' Stat Membru jew tista' fuq inizjattiva tagħha stess, tiddetermina permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni jekk prodott tat-tabakk jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 21.
Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni regoli uniformi tal-proċeduri biex jiġi determinat jekk prodott jaqax fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 21.
3.  Fil-każ li l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 turi li ċertu addittiv jew taħlita ta' addittivi tipikament tagħti togħma karatterizzanti meta taqbeż ċertu livell ta' preżenza jew konċentrazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex tistabbilixxi livelli massimi għal dawk l-addittivi jew taħlita ta' addittivi li jikkawżaw togħma karatterizzanti.
4.  L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-użu tal-addittivi li ġejjin fi prodotti tat-tabakk:
(a)  vitamini u addittivi oħra li joħolqu l-impressjoni li prodott tat-tabakk huwa ta' benefiċċju għas-saħħa jew jippreżenta inqas perikli għas-saħħa, jew
(b)  kafeina u tawrina u addittivi oħra u komposti stimulanti li huma assoċjati mal-enerġija u l-vitalità, jew
(c)  addittivi li għandhom proprjetajiet koloranti għall-emissjonijiet.
5.  L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-użu ta' ħwawar fil-komponenti tal-prodotti tat-tabakk bħal filtri, karti, pakketti, kapsuli jew kwalunkwe karatteristika teknika li tippermetti l-modifika tat-togħma jew tal-intensità tad-duħħan. Il-filtri u l-kapsuli ma għandux ikun fihom it-tabakk.
5.  L-użu ta' ħwawar fil-komponenti tal-prodotti tat-tabakk bħal filtri, karti, pakketti, kapsuli jew kwalunkwe karatteristika teknika li tippermetti l-modifika tat-togħma jew tal-intensità tad-duħħan għandu jiġi pprojbit. Il-filtri u l-kapsuli ma għandux ikun fihom it-tabakk.
6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet jew il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huma applikati fuq il-prodotti tat-tabakk kif inhu xieraq.
7.  L-Istati Membri għandhom, abbażi ta' evidenza xjentifika, jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tat-tabakk b’adittivi fi kwantitajiet li jżidu b’mod apprezzabbli fl-istadju tal-konsum l-effett tossiku jew ta' dipendenza tal-prodott tat-tabakk.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda skont dan il-paragrafu.
8.  Il-Kummissjoni għandha wara talba ta' Stat Membru jew tista' fuq inizjattiva tagħha stess, tiddetermina permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni jekk prodott tat-tabakk jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 7. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 21 u għandhom ikunu bbażati fuq l-aħħar evidenza xjentifika.
9.  Fil-każ li l-evidenza xjentifika u l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-paragrafi 7 u 8 juru li ċertu addittiv jew ċerta kwantità tiegħu tamplifika b'mod apprezzabbli fl-istadju tal-konsum l-effett tossiku jew ta' dipendenza ta' prodott tat-tabakk, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex tistabbilixxi livelli massimi għal dawk l-addittivi.
10.  Il-prodotti tat-tabakk għajr is-sigaretti, it-tabakk tal-brim u l-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux għandhom ikunu eżentati mill-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 22 sabiex tirtira din l-eżenzjoni jekk ikun hemm bidla sostanzjali fiċ-ċirkostanzi kif stabbilit f'rapport tal-Kummissjoni.
10.  Il-prodotti tat-tabakk għajr is-sigaretti, it-tabakk tal-brim u t-tabakk tal-pipa tal-ilma għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni tal-punt (e) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, u mill-paragrafu 5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 22 sabiex tirtira din l-eżenzjoni jekk ikun hemm bidla sostanzjali fiċ-ċirkostanzi kif stabbilit f'rapport tal-Kummissjoni.
10a.  Sabiex jiksbu l-approvazzjoni ta' addittiv, il-manifatturi u l-importaturi għandhom japplikaw għand il-Kummissjoni. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mid-dettalji li ġejjin:
(a)  l-isem jew l-isem korporattiv u l-indirizz permanenti tal-applikant;
(b)  l-isem kimiku tal-addittiv;
(c)  il-funzjoni tal-addittiv u l-kwantità massima li għandha tintuża għal kull sigarett;
(d)  evidenza ċara, sostnuta minn dejta xjentifika, li l-addittiv ma jaqa taħt l-ebda waħda mill-kriterji ta' esklużjoni elenkati f'dan l-Artikolu.
Il-Kummissjoni tista' tistaqsi lill-kumitat xjentifiku rilevanti jekk l-addittiv ikkonċernat jaqax taħt xi wieħed mill-kriterji ta' esklużjoni elenkati f'dan l-Artikolu bħala tali, jew f'ċerta konċentrazzjoni biss. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni wara li tirċievi l-applikazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 22 biex tapprova l-addittiv, b'livelli massimi permessi meta jkunu rilevanti, u temenda l-Anness [-I] konsegwentement.
10b.  L-użu tal-mentol fil-forom kummerċjali kollha tiegħu magħrufa fid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-direttiva għandu jkun eżentat mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għal perjodu ta’ 5 snin mid-data msemmija fl-Artikolu 25(1).
10c.  It-tabakk għall-użu orali (snus) għandu jkun eżentat mid-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
10d.  Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni għall-prodotti tat-tabakk tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jew ta' kwalunkwe kundizzjoni stipulata skont dak ir-Regolament.
10e.  Dan l-Artikolu għandu japplika minn ...*.
_______________
* 36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 7
1.  Kull pakkett wieħed ta' prodotti tat-tabakk u kull ippakkjar estern għandu jkollu fuqu twissijiet tas-saħħa bil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn il-prodott ikun qed jitqiegħed fis-suq.
1.  Kull pakkett wieħed ta' prodotti tat-tabakk u kull ippakkjar estern għandu jkollu fuqu twissijiet tas-saħħa bil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn il-prodott ikun qed jitqiegħed fis-suq.
2.  It-twissijiet tas-saħħa għandhom ikopru l-wiċċ sħiħ riżervat għalihom u ma għandhomx ikunu oġġett ta' kumment, parafrażi jew riferiment fi kwalunkwe forma.
2.  It-twissijiet tas-saħħa għandhom ikopru l-wiċċ sħiħ riżervat għalihom u ma għandhomx ikunu oġġett ta' kumment, parafrażi jew riferiment fi kwalunkwe forma.
3.  Biex tkun żgurata l-integrità grafika u l-viżibilità tagħhom, it-twissijiet tas-saħħa għandhom jiġu stampati b'mod li ma jkunux jistgħu jitneħħew, b'mod indelibbli u bl-ebda mod moħbijin jew interrotti, inkluż permezz ta' bolol tat-taxxi, marki tal-prezz, marki ta' provenjenza u traċċar, karatteristiċi ta' sigurtà jew kwalunkwe tip ta' tqartis, borża, għata, kaxxa jew mezz ieħor jew bil-ftuħ tal-pakkett individwali.
3.  Biex tkun żgurata l-integrità grafika u l-viżibilità tagħhom, it-twissijiet tas-saħħa għandhom jiġu stampati b'mod li ma jkunux jistgħu jitneħħew, b'mod indelibbli u bl-ebda mod moħbijin jew interrotti, inkluż permezz ta' bolol tat-taxxi, marki tal-prezz, marki ta' provenjenza u traċċar, karatteristiċi ta' sigurtà jew kwalunkwe tip ta' tqartis, borża, għata, kaxxa jew mezz ieħor jew bil-ftuħ tal-pakkett individwali. Fil-każ tal-prodotti tat-tabakk għajr is-sigaretti, it-tabakk tal-brim, it-tabakk tal-pipa tal-ilma u l-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux, it-twissijiet tas-saħħa jistgħu jitwaħħlu permezz ta' stikers, sakemm tali stikers ma jkunux jistgħu jitneħħew.
4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-twissijiet tas-saħħa fuq il-wiċċ prinċipali tal-pakkett jew fuq xi ppakkjar ta’ barra huma kompletament viżibbli, inkluż li ma jkunux parzjalment jew totalment moħbija jew interrotti b'tqartis, b’boroż, b’għata, b’kaxex jew mezzi oħrajn meta l-prodotti tat-tabakk jitqiegħdu fis-suq.
4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-twissijiet tas-saħħa fuq il-partijiet viżibbli fuq in-naħat kollha tal-pakkett jew fuq xi ppakkjar ta’ barra huma kompletament viżibbli, inkluż li ma jkunux parzjalment jew totalment moħbija jew interrotti b'tqartis, b’boroż, b’għata, b’kaxex jew mezzi oħrajn meta l-prodotti tat-tabakk jitqiegħdu fis-suq.
5.  It-twissijiet tas-saħħa ma għandhom bl-ebda mod jaħbu jew jinterrompu l-bolol tat-taxxa, il-marki tal-prezz, il-marki tal-provenjenza u t-traċċar, jew il-karatteristiċi tas-sigurtà fuq kull pakkett individwali.
5.  It-twissijiet tas-saħħa ma għandhom bl-ebda mod jaħbu jew jinterrompu l-bolol tat-taxxa, il-marki tal-prezz, il-marki tal-provenjenza u t-traċċar, jew il-karatteristiċi tas-sigurtà fuq kull pakkett individwali.
6.  L-Istati Membri ma għandhomx ikabbru d-daqs tat-twissijiet tas-saħħa inkluż bl-introduzzjoni ta' obbligu biex jiċċirkondaw it-twissijiet tas-saħħa b’burdura. Id-daqs effettiv tat-twissijiet tas-saħħa għandu jkun ikkalkulat f’relazzjoni mal-wiċċ li fuqu jitqiegħdu qabel ma l-pakkett individwali jinfetaħ.
6.  L-Istati Membri ma għandhomx ikabbru d-daqs tat-twissijiet tas-saħħa inkluż bl-introduzzjoni ta' obbligu biex jiċċirkondaw it-twissijiet tas-saħħa b’burdura. Id-daqs effettiv tat-twissijiet tas-saħħa għandu jkun ikkalkulat f’relazzjoni mal-wiċċ li fuqu jitqiegħdu qabel ma l-pakkett individwali jinfetaħ.
7.  Stampi ta’ pakketti individwali u xi ppakkjar estern li għandhom fil-mira tagħhom il-konsumaturi fl-Unjoni għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu.
7.  Stampi ta’ pakketti individwali u xi ppakkjar estern li għandhom fil-mira tagħhom il-konsumaturi fl-Unjoni għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu.
7a.  Ir-regolamentazzjoni ta' aspetti oħra tal-pakkett taqa' barra l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
7b.  Il-pakkett individwali u l-ippakkjar tal-madwar tiegħu m'għandhomx jinkludu vawċers stampati li joffru skontijiet, distribuzzjoni b'xejn, tnejn għal prezz ta' wieħed jew offerti simili oħra li jinvolvu kwalunkwe tip ta' prodott tat-tabakk kopert minn din id-Direttiva.
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafi 1 sa 3
1.  Kull pakkett individwali u xi ppakkjar estern tat-tabakk għat-tipjip għandhom juru t-twissija ġenerali li ġejja:
1.  Kull pakkett individwali u xi ppakkjar estern tat-tabakk għat-tipjip għandhom juru t-twissija ġenerali li ġejja:
It-tipjip joqtol – Ieqaf issa
It-tipjip joqtol – Ieqaf issa
2.  Kull pakkett individwali u kull ippakkjar estern tat-tabakk għat-tipjip għandhom juru l-messaġġ ta’ informazzjoni li ġej:
2.  Kull pakkett individwali u kull ippakkjar estern tat-tabakk għat-tipjip għandhom juru l-messaġġ ta’ informazzjoni li ġej:
Id-duħħan tat-tabakk fih aktar minn 70 sustanzi magħrufa li jikkawżaw il-kanċer
Id-duħħan tat-tabakk fih aktar minn 70 sustanzi magħrufa li jikkawżaw il-kanċer
3.  Għall-pakketti tas-sigaretti t-twissija ġenerali u l-messaġġ ta’ informazzjoni għandhom ikunu stampati fuq in-naħat laterali tal-pakketti individwali. Dawn it-twissijiet għandhom ikollhom wisa’ ta' mhux inqas minn 20 mm u għoli ta’ mhux inqas minn 43 mm. Għat-tabakk tal-brim, il-messaġġ ta' informazzjoni għandu jiġi stampat fuq il-wiċċ li jsir viżibbli meta jinfetaħ kull pakkett individwali. Kemm it-twissija ġenerali u kif ukoll il-messaġġ tal-informazzjoni għandhom ikopru 50 % tal-wiċċ li fuqu jkunu stampati.
3.  Għall-pakketti tas-sigaretti t-twissija ġenerali u l-messaġġ ta’ informazzjoni għandhom ikunu stampati fuq in-naħat laterali tal-pakketti individwali miktuba f'tipa grossa sewda Helvetica fuq sfond abjad jew ikkulurit. Dawn it-twissjijiet għandu jkollhom wisa' ta' mhux inqas minn 20 mm. Għat-tabakk tal-brim fil-boroż, il-messaġġ ta' informazzjoni għandu jiġi stampat fuq il-wiċċ li jsir viżibbli meta jinfetaħ kull pakkett individwali, għall-kontenituri ċilindiriċi t-twissijiet għandhom jiġu stampati fuq l-għatu, u għall-kontenituri f'forma ta' kubu t-twissijiet għandu jiġu stampati fuq in-naħat laterali. Kemm it-twissija ġenerali u kif ukoll il-messaġġ tal-informazzjoni għandhom ikopru 50 % tal-wiċċ li fuqu jkunu stampati.
Emenda 96
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 4 – punt b
(b)  biex tiddefinixxi l-pożizzjoni, il-format, il-layout u d-disinn tat-twissijiet tas-saħħa definiti f’dan l-Artikolu, inklużi l-karattru tat-tipa u l-kulur tal-isfond tagħhom.
imħassar
Amendments 168 u 181
Proposal for a directive
Article 9 – paragraph 1 – point c
(c)  ikopru 75 % tal-erja esterna tal-wiċċ ta’ quiddiem u ta’ wara tal-pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern;
(c)  ikopru 65 % tal-erja esterna tal-wiċċ ta’ quiddiem u ta’ wara tal-pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern;
Emenda 111
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt g – punt i
(i)  għoli: mhux inqas minn 64 mm;
(i)  għoli: mhux inqas minn 50 mm;
Emendi 100, 112, 141 u 182
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt g – punt ii
(ii)  wisa’: mhux inqas minn 55 mm;
(ii)  wisa’: mhux inqas minn 52 mm;
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 2
2.  It-twissijiet tas-saħħa kkombinati flimkien għandhom ikunu diviżi fi tliet settijiet li jinbidlu fuq bażi annwali L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull twissija kkombinata tas-saħħa tidher kemm jista’ jkun possibbli fl-istess ammont ta’ drabi ta’ kull marka kummerċjali;
2.  It-twissijiet tas-saħħa kkombinati flimkien għandhom ikunu diviżi fi tliet settijiet li jinbidlu fuq bażi annwali L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull twissija kkombinata tas-saħħa disponibbli għall-użu f'kwalunkwe sena tidher kemm jista’ jkun possibbli fl-istess ammont ta’ drabi ta’ kull marka kummerċjali;
Emenda 101
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt c
(c)  tiddefinixxi l-pożizzjoni, il-format, l-layout, id-disinn, ir-rotazzjoni u l-proporzjonijiet tat-twissijiet tas-saħħa;
imħassar
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt d
(d)  b’deroga mill-Artikolu 7(3), tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom it-twissijiet tas-saħħa jistgħu jinkisru fil-ftuħ tal-pakkett b’tali mod li jkunu żgurati l-integrità grafika u l-viżibilità tal-kitba, ir-ritratti u l-informazzjoni dwar il-waqfien mit-tipjip.
imħassar
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafi 1 sa 4
L-ittikkettar tat-tabakk għat-tipjip għajr sigaretti u t-tabakk tal-brim
L-ittikkettar tat-tabakk għat-tipjip għajr sigaretti, tabakk tal-brim u tabakk tal-pipa tal-ilma
1.  It-tabakk għat-tipjip barra s-sigaretti u t-tabakk tal-brim għandhom ikunu eżentati mill-obbligi li jintwera l-messaġġ tal-informazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 8(2) u t-twissijiet tas-saħħa kkombinati skont l-Artikolu 9. Barra mit-twissija ġenerali speċifikata fl-Artikolu 8(1), kull pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern ta' dawn il-prodotti għandhom juru kliem ta' twissija elenkat fl-Anness I. It-twissija ġenerali speċifikata fl-Artikolu 8(1) għandha tinkludi referenza għas-servizzi għall-waqfien mit-tipjip skont l-Artikolu 9(1)(b).
1.  It-tabakk għat-tipjip barra s-sigaretti, it-tabakk tal-brim u t-tabakk tal-pipa tal-ilma għandhom ikunu eżentati mill-obbligi li jintwera l-messaġġ tal-informazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 8(2) u t-twissijiet tas-saħħa kkombinati skont l-Artikolu 9. Barra mit-twissija ġenerali speċifikata fl-Artikolu 8(1), kull pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern ta' dawn il-prodotti għandhom juru kliem ta' twissija elenkat fl-Anness I. It-twissija ġenerali speċifikata fl-Artikolu 8(1) għandha tinkludi referenza għas-servizzi għall-waqfien mit-tipjip skont l-Artikolu 9(1)(b).
It-twissija ġenerali għandha tkun stampata fuq il-wiċċ l-aktar li jidher tal-pakkett individwali u kull ippakkjar estern. Il-kliem tat-twissijiet elenkati fl-Anness I għandhom jinbidlu b’tali mod li tiġi garantita d-dehra regolari tagħhom. Dawn it-twissijiet għandhom ikunu stampati fuq il-wiċċ li jidher l-aktar tal-pakkett individwali u kull ippkajjar estern.
It-twissija ġenerali għandha tkun stampata fuq il-wiċċ l-aktar li jidher tal-pakkett individwali u kull ippakkjar estern. Il-kliem tat-twissijiet elenkati fl-Anness I għandhom jinbidlu b’tali mod li tiġi garantita d-dehra regolari tagħhom. Dawn it-twissijiet għandhom ikunu stampati fuq il-wiċċ li jidher l-aktar tal-pakkett individwali u kull ippkajjar estern.
2.  It-twissija ġenerali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkopri 30 % tal-erja esterna tal-wiċċ li jikkorrispondi tal-pakkett individwali jew kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 32 % għall-Istati Membri b'żewġ ilsna uffiċjali u 35 % għall-Istati Membri bi tlett ilsna uffiċjali.
2.  It-twissija ġenerali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkopri 30 % tal-erja esterna tal-wiċċ li jikkorrispondi tal-pakkett individwali jew kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 32 % għall-Istati Membri b'żewġ lingwi uffiċjali u 35 % għall-Istati Membri b'iktar minn żewġ lingwi uffiċjali.
3.  Il-kliem tat-twissija msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkopri 40 % tal-erja esterna tal-wiċċ li jikkorrispondi tal-pakkett individwali u kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 45 % għall-Istati Membri b'żewġ ilsna uffiċjali u 50 % għall-Istati Membri bi tlett ilsna uffiċjali.
3.  Il-kliem tat-twissija msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkopri 40 % tal-erja esterna tal-wiċċ li jikkorrispondi tal-pakkett individwali u kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 45 % għall-Istati Membri b'żewġ lingwi uffiċjali u 50 % għall-Istati Membri b'iktar minn żewġ lingwi uffiċjali.
3a.  F’każ ta’ pakketti li l-ispazju li jidher l-aktar tagħhom ikun fih aktar minn 75 cm², madankollu t-twissijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 jridu jkopru spazju ta’ mill-anqas 22.5 cm² fuq kull spazju. Dik il-parti għandha tiżdied għal 24 cm² għal Stati Membri b’żewġ lingwi uffiċjali u 26.25 cm² għal Stati Membri bi tliet lingwi uffiċjali.
4.  It-twissija ġenerali u l-kliem tat-twissija msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu:
4.  It-twissija ġenerali u l-kliem tat-twissija msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu:
(a)  stampati b'tipa Helvetica sewda grassa fuq sfond abjad. Biex jiġu akkommodati l-ħtiġijiet lingwistiċi, l-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jistabbilixxu d-daqs tat-tipa, bil-kundizzjoni illi d-daqs tat-tipa speċifikat fil-leġiżlazzjoni tagħhom ikun tali li jokkupa l-akbar proporzjon possibbli tal-erja merfugħa għall-kliem meħtieġ;
(a)  stampati b'tipa Helvetica sewda grassa fuq sfond abjad. It-twissijiet jistgħu jitwaħħlu permezz ta' stikers, bil-patt li dawn l-istikers ma jistgħux jitneħħew. Biex jiġu akkommodati l-ħtiġijiet lingwistiċi, l-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jistabbilixxu d-daqs tat-tipa, bil-kundizzjoni illi d-daqs tat-tipa speċifikat fil-leġiżlazzjoni tagħhom ikun tali li jokkupa l-akbar proporzjon possibbli tal-erja merfugħa għall-kliem meħtieġ;
(b)  iċċentrati fil-erja li fiha huwa meħtieġ li jiġu stampati, paralleli mat-tarf ta' fuq tal-pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern;
(b)  iċċentrati fil-erja li fiha huwa meħtieġ li jiġu stampati, paralleli mat-tarf ta' fuq tal-pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern;
(c)  imdawra minn burdura sewda ta’ mhux anqas minn 3 mm u mhux aktar minn 4 mm fil-wisa’ ġewwa l-wiċċ riżervat għall-kliem tat-twissija.
(c)  imdawra minn burdura sewda ta’ mhux anqas minn 3 mm u mhux aktar minn 4 mm fil-wisa’ ġewwa l-wiċċ riżervat għall-kliem tat-twissija.
Emenda 102
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 5
5.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 22, sabiex tirtira l-eżenzjoni stipulata fil-paragrafu 1 jekk ikun hemm bidla sostanzjali taċ-ċirkustanzi kif stabbilit f’rapport tal-Kummissjoni.
imħassar imħassar
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafi 1 sa 2
1.  Kull pakkett individwali u kull ippakkjar estern tal-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux għandhom juru t-twissija tas-saħħa li ġejja:
1.  Kull pakkett individwali u kull ippakkjar estern tal-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux għandhom juru t-twissija tas-saħħa li ġejja:
"Dan il-prodott tat-tabakk jista’ jagħmillek ħsara għal saħħtek u jagħmlek dipendenti."
"Dan il-prodott tat-tabakk jagħmillek ħsara għal saħħtek u jagħmlek dipendenti."
2.  It-twissija tas-saħħa stabbilita fil-paragrafu 1 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 10(4) (a) sa (c). Barra minn hekk, għandha:
2.  It-twissija tas-saħħa stabbilita fil-paragrafu 1 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 10(4) (a) sa (c). Barra minn hekk, għandha:
(a)  tiġi stampata fuq l-akbar żewġ uċuħ tal-pakkett individwali, u kull ippakkjar estern.
(a)  tiġi stampata fuq l-akbar żewġ uċuħ tal-pakkett individwali, u kull ippakkjar estern.
(b)  tkopri 30 % tal-erja esterna tal-wiċċ li tikkorrispondi mal-pakket individwali u kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 32 % għall-Istati Membri b'żewġ ilsna uffiċjali u 35 % għall-Istati Membri bi tlett ilsna uffiċjali.
(b)  tkopri 30 % tal-erja esterna tal-wiċċ li tikkorrispondi mal-pakket individwali u kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 32 % għall-Istati Membri b'żewġ lingwi uffiċjali u 35 % għall-Istati Membri b'iktar minn żewġ lingwi uffiċjali.
Emenda 59
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 22 sabiex tadatta r-rekwiżiti fil-paragrafi 1 u 2 billi jittieħdu in konsiderazzjoni l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq.
3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 22 sabiex tadatta r-rekwiżiti fil-paragrafu 2 billi jittieħdu in konsiderazzjoni l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq.
Emendi 60, 103 u 153
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 1
1.  It-tikkettar tal-pakkett individwali u kull ppakkjar estern u l-prodott tat-tabakk innifsu ma għandhomx jinkludi kwalunkwe element jew karattersitika li:
1.  It-tikkettar tal-pakkett individwali u kull ppakkjar estern u l-prodott tat-tabakk innifsu u/jew l-isem tad-ditta tiegħu ma għandhom jinkludu ebda element jew karattersitika li:
(a)  tippromwovi prodott tat-tabakk b’mezzi li huma foloz, qarrieqa, żleali jew li aktarx toħloq impressjoni żbaljata dwar il-karatteristiċi tiegħu, l-effetti fuq is-saħħa, il-perikli jew l-emissjonijiet;
(a)  jippromwovu prodott tat-tabakk u jħeġġu l-konsum tiegħu b’mezzi li huma foloz, qarrieqa, żleali jew li aktarx toħloq impressjoni żbaljata dwar il-karatteristiċi tiegħu, l-effetti fuq is-saħħa, il-perikli jew l-emissjonijiet; It-tikketti m'għandhom jinkludu ebda informazzjoni dwar il-kontenut ta' nikotina, qatran jew monossidu tal-karbonju;
(b)  tissuġġerixxi li prodott tat-tabakk partikolari huwa anqas ta’ ħsara minn oħrajn jew għandu effetti ta’ vitalità, enerġetiċi, ta’ fejqan, li jirriġovinaw, naturali, organiċi jew inkella effetti pożittivi fuq is-saħħa jew soċjali;
(b)  tissuġġerixxi li prodott tat-tabakk partikolari huwa anqas ta’ ħsara minn oħrajn jew għandu effetti ta’ vitalità, enerġetiċi, ta’ fejqan, li jirriġovinaw, naturali, organiċi jew inkella effetti pożittivi fuq is-saħħa;
(c)  tirreferi għall-palat, it-togħma, kwalunkwe ħwawar jew addittivi oħra jew l-assenza tagħhom;
(c)  jirreferu għall-palat, it-togħma, kwalunkwe ħwawar jew addittivi oħra jew l-assenza tagħhom;
(d)  tixbah prodott tal-ikel.
(d)  jixbhu prodott tal-ikel jew prodott kosmetiku;
(da)  jimmiraw li jnaqqsu ċerti komponenti dannużi tat-tipjip jew li jżidu l-bijodegradabilità tal-prodotti tat-tabakk.
Emendi 104, 121 u 148
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 2
2.  L-elementi u l-karatteristiċi pprojbiti jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati, għal kliem, simboli, ismijiet, marki kummerċjali, sinjali figurattivi jew sinjali oħrajn, kuluri qarrieqa, inserzjonijiet jew materjal addizzjonali ieħor bħalma huma tikketti li jeħlu, stickers, onserts, scratch-offs u sleeves jew jirreferu għall-għamla tal-prodott tat-tabakk innifsu. Is-sigaretti b’dijametru ta’ inqas minn 7.5 mm għandhom jitqiesu bħala qarrieqa.
2.  L-elementi u l-karatteristiċi pprojbiti jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati, għal kliem, simboli, ismijiet, marki kummerċjali, sinjali figurattivi jew sinjali oħrajn, kuluri qarrieqa, inserzjonijiet jew materjal addizzjonali ieħor bħalma huma tikketti li jeħlu, stickers, onserts, scratch-offs u sleeves jew jirreferu għall-għamla tal-prodott tat-tabakk innifsu.
Emenda 61
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
Fil-każ tas-sigaretti bil-filtru, il-karta tal-filter għandu jkollha protezzjoni biżżejjed kontra l-iffalsifikar tal-prodott permezz tal-kumplessità tagħha. Għal dan il-għan din għandu jkollha mill-inqas il-karatteristiċi li ġejjin:
(a)  diversi kuluri viżibbli ta’ stampar u produzzjoni bil-fotoinċiżjoni;
(b)  il-partijiet bojod kollha miksija;
(c)  stampar kumpless parzjalment bi strutturi rqaq;
(d)  stampar fuq karta bażika bajda;
(e)  preperforazzjoni li tkun f’distanza adegwata mit-tarf tas-sigarett.
Emenda 62
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1b (ġdid)
Il-karta tas-sigarett għandha tinkludi l-marki tal-ilma.
Emenda 63
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Fuq il-pakkett individwali jistgħu jiġu indikati l-varjetà tat-tabakk użata għall-manifattura tal-prodott u/jew il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu.
Emenda 105
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 1

1.  Pakkett individwali tas-sigaretti għandu jkun forma ta’ kubu. Pakkett individwali tat-tabakk tal-brim għandu jkollu l-forma ta’ borża, jiġifieri, but rettangulari b’għatu li jkopri l-fetħa. L-għatu tal-borża għandu jkopri ta’ mill-anqas 70 % tal-wiċċ ta’ quddiem tal-pakkett. Pakkett individwali tas-sigaretti għandu jinkludi mill-inqas 20 sigarett. Pakkett individwali tat-tabakk tal-brim għandu jkollu tabakk li jiżen mill-inqas 40 gr.

1.  Pakkett individwali tas-sigaretti għandu jinkludi mill-inqas 20 sigarett. Pakkett individwali tat-tabakk tal-brim għandu jkollu tabakk li jiżen mill-inqas 20 gr.

Emenda 66
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 22 sabiex tiddefinixxi regoli aktar dettaljati għall-forma u d-daqs ta’ pakketti individwali sakemm dawn ir-regoli huma meħtieġa biex tkun żgurata l-viżibbiltà sħiħa u l-integrità tat-twissijiet tas-saħħa qabel l-ewwel ftuħ, matul il-ftuħ u wara l-għelqu mill-ġdid ta' pakkett individwali.
imħassar
Emenda 107, 125 u 154
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 4
4.  Il-Kummisjsoni għandha tingħata s-setgħat li taddotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex tagħmel il-forma kubika jew ċilindrika obbligatorja għall-pakketti individwali tal-prodotti tat-tabakk minbarra s-sigaretti u t-tabakk tal-brim jekk ikun hemm bidla sostanzjali taċ-ċirkostanzi kif stabbilit fir-rapport tal-Kummissjoni.
imħassar
Emendi 156, 67, 185, 189 u 108
Proposta għal direttiva
Artikolu 14
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pakketti individwali kollha tal-prodotti tat-tabakk imqiegħda fis-suq għandhom jiġu mmarkati b’identifikatur uniku. Sabiex tkun żgurata l-integrità tagħhom, l-identifikaturi uniċi għandhom ikunu stampati/imwaħħla b’tali mod li ma jistgħux jinqalgħu, ma jistgħux jitħassru u bl-ebda mod jinħbew jew interrotti b’xi mod, inkluż permezz ta’ bolol tat-taxxa jew il-marki tal-prezz, jew bil-ftuħ tal-pakkett. Fir-rigward tal-prodotti manifatturati barra mill-Unjoni l-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu japplikaw biss għal dawk destinati jew imqiegħda fis-suq tal-Unjoni.
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pakketti individwali kollha u kwalunkwe ippakkettjar estern għat-trasport tal-prodotti tat-tabakk imqiegħda fis-suq għandhom jiġu mmarkati b’identifikatur uniku bil-għan li jiġu rintraċċati l-prodotti mal-katina tal-provvista sħiħa. Sabiex tkun żgurata l-integrità tagħhom, l-identifikaturi uniċi għandhom ikunu sikuri, stampati/imwaħħla b’tali mod li ma jistgħux jinqalgħu, ma jistgħux jitħassru u bl-ebda mod jinħbew jew interrotti b’xi mod, inkluż permezz ta’ bolol tat-taxxa jew il-marki tal-prezz, jew bil-ftuħ tal-pakkett. Fir-rigward tal-prodotti manifatturati barra mill-Unjoni l-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu japplikaw biss għal dawk destinati jew imqiegħda fis-suq tal-Unjoni.
1a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-identifikaturi uniċi tal-pakketti individwali jkunu marbutin mal-identifikatur uniku fuq l-ippakkjar tat-trasport estern. Kwalunkwe bidla fir-rabtiet bejn il-pakketti individwali u l-ippakkjar tat-trasport estern għandha tiġi rreġistrata fid-database imsemmija fil-paragrafu 6.
2.   L-identifikatur uniku għandu jippermetti li jiġu determinati:
2.   L-identifikatur uniku għandu jippermetti li jiġu determinati:
(a)   id-data u l-post tal-manifattura;
(a)   id-data u l-post tal-manifattura;
(b)  il-faċilità tal-manifattura;
(b)  il-faċilità tal-manifattura;
(c)   il-magna użata fil-produzzjoni tal-prodotti;
(c)   il-magna użata fil-produzzjoni tal-prodotti;
(d)   ix-xift tal-produzzjoni jew iż-żmien tal-manifattura;
(d)   ix-xift tal-produzzjoni jew iż-żmien tal-manifattura;
(e)   l-isem tal-prodott;
(e)   id-deskrizzjoni tal-prodott;
(f)   is-suq intiż tal-bejgħ bl-imnut;
(f)   is-suq intiż tal-bejgħ bl-imnut;
(g)   ir-rotta tal-kunsinja intenzjonata;
(g)   ir-rotta tal-kunsinja intenzjonata u reali mill-post tal-manifattura għall-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut, inklużi l-imħażen kollha użati, id-data tal-kunsinja, id-destinazzjoni tal-kunsinja, id-destinatarju u l-punt tat-tluq;
(h)   fejn applikabbli, l-importatur fl-Unjoni;
(h)   fejn applikabbli, l-importatur fl-Unjoni;
(i)  Ir-rotta tal-kunsinja attwali mill-manifattura għall-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut, inklużi l-imħażen kollha użati;
(j)   l-identità tax-xerrejja kollha mill-manifattura għall-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut;
(j)   l-identità tax-xerrejja kollha mill-manifattura għall-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut;
(k)   il-fattura, in-numru tal-ordni u r-rekords tal-ħlas tax-xerrejja kollha mill-manifattura għall-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut.
(k)   il-fattura, in-numru tal-ordni u r-rekords tal-ħlas tax-xerrejja kollha mill-manifattura għall-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut.
3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi kollha involuti fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, mill-manifattur sal-aħħar operatur ekonomiku, qabel l-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut, jirreġistraw id-dħul tal-pakketti kollha individwali fil-pussess tagħhom, kif ukoll, il-movimenti kollha intermedjarji u l-aħħar ħruġ mill-pussess tagħhom. Dan l-obbligu jista’ jiġi ssodisfat billi jkunu rreġistrati f’forma aggregata, eż. tal-ippakkjar estern, bil-kundizzjoni li l-identifikazzjoni tal-provenjenza u t-traċċar tal-pakketti individwali tibqa’ possibbli.
3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi kollha involuti fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, mill-manifattur sal-aħħar operatur ekonomiku, qabel l-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut, jirreġistraw id-dħul tal-pakketti individwali u l-ippakkjar ta' barra kollha fil-pussess tagħhom, kif ukoll, il-movimenti kollha intermedjarji u l-aħħar ħruġ mill-pussess tagħhom, u jittrażmettu d-dejta elettronikament f'faċilità għall-ħżin tad-dejta skont il-paragrafu 6. Dan l-obbligu jista’ jiġi ssodisfat billi jkunu rreġistrati f’forma aggregata, eż. tal-ippakkjar estern.
3a.  It-teknoloġija użata fl-identifikazzjoni tal-provenjenza u t-traċċar għandha tappartjeni u titwettaq minn entitajiet ekonomiċi li ma għandhom l-ebda rabta legali jew kummerċjali mal-industrija tat-tabakk.
4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifatturi tal-prodotti tat-tabakk jipprovdu lill-operaturi ekonomiċi kollha involuti fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, mill-manifattur sal-aħħar operatur ekonomiku, qabel l-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut, inklużi l-importaturi, l-imħażen u l-kumpaniji tat-trasport bit-tagħmir meħtieġ li jippermetti r-reġistrazzjoni tal-prodotti tat-tabakk mixtrija, mibjugħa, maħżuna, trasportati jew ittrattati b’mod ieħor. It-tagħmir għandu jkun kapaċi li jaqra u jittrasmetti d-dejta b’mod elettroniku lil faċilità tal-ħżin tad-dejta skont il-paragrafu 6.
4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifatturi tal-prodotti tat-tabakk jipprovdu lill-operaturi ekonomiċi kollha involuti fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, mill-manifattur sal-aħħar operatur ekonomiku, qabel l-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut, inklużi l-importaturi, l-imħażen u l-kumpaniji tat-trasport bit-tagħmir meħtieġ, kif determinat minn dawk l-Istati Membri, li jippermetti r-reġistrazzjoni tal-prodotti tat-tabakk mixtrija, mibjugħa, maħżuna, trasportati jew ittrattati b’mod ieħor. It-tagħmir għandu jkun kapaċi li jaqra u jittrasmetti d-dejta b’mod elettroniku lil faċilità tal-ħżin tad-dejta skont il-paragrafu 6.
5.   Id-dejta reġistrata ma tistax tiġi modifikata jew imħassra minn kwalunkwe operatur ekonomiku involut fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, iżda l-operatur ekonomiku li introduċa d-dejta u operaturi ekonomiċi oħra direttament ikkonċernati mit-tranżazzjoni, bħalma huma l-fornitur jew ir-riċevitur, jistgħu jikkummentaw dwar id-dejta introdotta qabel. L-operaturi ekonomiċi kkonċernati għandhom iżidu d-dejta korretta u referenza għall-entrata preċedenti li, fil-fehma tagħhom, teħtieġ rettifika. F’ċirkustanzi eċċezzjonali u fuq preżentazzjoni tal-evidenza adegwata, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li fih saret ir-reġistrazzjoni jew jekk ir-reġistrazzjoni saret barra l-Unjoni, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-importazzjoni, tista’ tawtorizza l-modifika jew tħassar id-dejta reġistrata qabel.
5.   Id-dejta reġistrata ma tistax tiġi modifikata jew imħassra minn kwalunkwe operatur ekonomiku involut fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, iżda l-operatur ekonomiku li introduċa d-dejta u operaturi ekonomiċi oħra direttament ikkonċernati mit-tranżazzjoni, bħalma huma l-fornitur jew ir-riċevitur, jistgħu jikkummentaw dwar id-dejta introdotta qabel. L-operaturi ekonomiċi kkonċernati għandhom iżidu d-dejta korretta u referenza għall-entrata preċedenti li, fil-fehma tagħhom, teħtieġ rettifika. F’ċirkustanzi eċċezzjonali u fuq preżentazzjoni tal-evidenza adegwata, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li fih saret ir-reġistrazzjoni jew jekk ir-reġistrazzjoni saret barra l-Unjoni, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-importazzjoni, tista’ tawtorizza l-modifika jew tħassar id-dejta reġistrata qabel.
6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jikkonkludu kuntratti ta' ħżin ta' dejta ma' parti terza indipendenti li għandha tospita l-faċilità tal-ħżin tad-dejta għal dejta relatata mal-manifattur u l-importatur ikkonċernat. Il-faċilità tal-ħżin tad-dejta għandha tkun fiżikament lokata fit-territorju tal-Unjoni. Il-konvenjenza tal-parti terza, bmod partikolari l-indipendenza u l-kapaċitajiet tekniċi tagħha, kif ukoll il-kuntratt, għandhom ikunu approvati u sorveljati minn awditur estern, propost u mħallas mill-manifattur tat-tabakk u approvat mill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw it-trasparenza u l-aċċessibilità sħaħ tal-faċilitajiet tal-ħżin tad-dejta għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-parti terza indipendenti fuq bażi permanenti. F’każijiet ġustifikati b’mod xieraq l-Istati Membri jew il-Kummissjoni jistgħu jipprovdu lill-manifatturi jew l-importaturi aċċess għal din l-informazzjoni, bil-kundizzjoni li informazzjoni kummerċjalment sensittiva tibqa’ protetta b’mod adegwat skont il-leġiżlazzjonijiet rilevanti nazzjonali u tal-Unjoni.
6.   L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jikkonkludu kuntratti ta' ħżin ta' dejta ma' parti terza indipendenti li għandha tospita l-faċilità tal-ħżin tad-dejta għal dejta relatata mal-manifattur u l-importatur ikkonċernat. Il-faċilità tal-ħżin tad-dejta għandha tkun fiżikament lokata fit-territorju tal-Unjoni. Il-parti terza indipendenti għandha tkun ħielsa mill-interessi kummerċjali u interessi vestiti oħra tal-industrija tat-tabakk u industriji relatati oħra. Il-konvenjenza tal-parti terza, b'mod partikolari l-indipendenza u l-kapaċitajiet tekniċi tagħha, kif ukoll il-kuntratt, għandhom ikunu approvati u sorveljati mill-Kummissjoni, megħjuna minn awditur estern indipendenti, li jkun imħallas mill-manifattur tat-tabakk u approvat mill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw it-trasparenza u l-aċċessibilità sħaħ tal-faċilitajiet tal-ħżin tad-dejta għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-parti terza indipendenti fuq bażi permanenti. F’każijiet ġustifikati b’mod xieraq l-Istati Membri jew il-Kummissjoni jistgħu jipprovdu lill-manifatturi jew l-importaturi aċċess għal din l-informazzjoni, bil-kundizzjoni li informazzjoni kummerċjalment sensittiva tibqa’ protetta b’mod adegwat skont il-leġiżlazzjonijiet rilevanti nazzjonali u tal-Unjoni.
7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta personali tiġi pproċessata skont ir-regoli u s-salvagwardji stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE.
7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta personali tiġi pproċessata skont ir-regoli u s-salvagwardji stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE.
8.   Barra l-identifikatur uniku, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-pakketti kollha individwali tal-prodotti tat-tabakk li jitqiegħdu fis-suq ikollhom karatteristika viżibbli tas-sigurtà li ma tistax tintbagħbas b’ħxuna ta' mill-inqas 1 cm², li għandha tkun stampata jew imwaħħla b’tali mod li ma tinqalax, ma tistax titħassar u bl-ebda mod tiġi moħbija jew interrotta b’xi mod, inkluż permezz tal-bolol tat-taxxa jew il-marki tal-prezz, jew elementi oħra stipulati bil-liġi.
8.   Barra l-identifikatur uniku, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-pakketti kollha individwali tal-prodotti tat-tabakk li jitqiegħdu fis-suq ikollhom karatteristika viżibbli, u inviżibbli, tas-sigurtà li ma tistax tintbagħbas b’ħxuna ta' mill-inqas 1 cm², li għandha tkun stampata jew imwaħħla b’tali mod li ma tinqalax, ma tistax titħassar u bl-ebda mod tiġi moħbija jew interrotta b’xi mod, inkluż permezz tal-bolol tat-taxxa jew il-marki tal-prezz, jew elementi oħra stipulati bil-liġi. F'dawk l-Istati Membri fejn il-bolol tat-taxxa jiġu applikati fuq il-prodotti tat-tabbakk u fejn il-bolol tat-taxxa applikati ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' dan il-paragrafu, mhi meħtieġa ebda karatteristika addizzjonali ta' sigurtà.
9.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 22:
9.  B'kunsiderazzjoni tal-prattiki, teknoloġiji u aspetti tal-operat kummerċjali eżistenti, kif ukoll l-istandards globali għat-traċċabbiltà, ir-rintraċċabbiltà u l-awtentikazzjoni ta' oġġetti tal-konsumatur u r-rekwiżiti rilevanti skont il-Protokoll tad-WHO dwar il-Kummerċ Illegali tal-Prodotti tat-Tabakk, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 22:
(a)  biex tiddefinixxi l-elementi ewlenin (bħalma huma t-tul taż-żmien, ir-rinnovalibità, l-għarfien espert meħtieġ, il-kunfidenzjalità) tal-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 6, inkluż il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni regolari tiegħu;
(a)  biex tiddefinixxi l-elementi ewlenin (bħalma huma t-tul taż-żmien, ir-rinnovalibità, l-għarfien espert meħtieġ, il-kunfidenzjalità) tal-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 6, inkluż il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni regolari tiegħu;
(b)  biex tiddefinixxi l-istandards tekniċi li jiżguraw li s-sistemi użati għall-identifikaturi uniċi u l-funzjonijiet relatati huma kompatibbli bis-sħiħ ma’ xulxin fl-UE kollha u
(b)  biex tiddefinixxi l-istandards tekniċi li jiżguraw li s-sistemi użati għall-identifikaturi uniċi u l-funzjonijiet relatati huma kompatibbli bis-sħiħ ma’ xulxin fl-UE kollha u f’konformità mal-istandards internazzjonali.
(c)  biex tiddefinixxi l-istandards tekniċi għall-element komuni tas-sigurtà u r-rotazzjoni possibbli tagħhom u li tadattahom għall-iżviluppi xjentifiċi, tekniċi u tas-suq.
10.  Prodotti tat-tabakk minbarra s-sigaretti u t-tabakk tal-brim għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sat-8 għall-perjodu ta’ 5 snin wara d-data msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 25.
10.  Prodotti tat-tabakk minbarra s-sigaretti u t-tabakk tal-brim għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sat-8 għall-perjodu ta’ sebà snin wara d-data msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 25.
Emenda 68
Proposta għal direttiva
Artikolu 16
Kapitolu IV: Bejgħ bid-distanza transkonfinali ta’ prodotti tat-tabakk
Kapitolu IV: Distribuzzjoni ta' promozzjoni u bejgħ bid-distanza ta' prodotti tat-tabakk;
Artikolu 16
Artikolu 16
Bejgħ bid-distanza transkonfinali ta’ prodotti tat-tabakk
Bejgħ bid-distanza ta’ prodotti tat-tabakk
1.  L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut li biħsiebhom jinvolvu ruħhom fil-bejgħ bid-distanza transkonfinali lill-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni li jirreġistraw mal-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn l-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut huwa stabbilit u fl-Istat Membru fejn jinsab il-konsumatur attwali jew potenzjali. Punti tal-bejgħ bl-imnut stabbiliti barra l-Unjoni għandhom jirreġistraw mal-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn jinsabu l-konsumaturi attwali jew potenzjali. L-istabbilimenti kollha tal-bejgħ bl-imnut li biħsiebhom jinvolvu ruħhom fil-bejgħ bid-distanza bejn il-fruntieri għandhom jissottomettu ta' mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti:
1.  L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu lill-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut stabbiliti fit-territorju tagħhom milli jidħlu f'bejgħ bid-distanza transkonfinali.
(a)  l-isem jew l-isem korporattiv u l-indirizz permanenti tal-post tal-attività minn fejn il-prodotti tat-tabakk jiġu fornuti ;
(b)  Id-data ta’ meta bdiet l-attività li qed toffri l-prodotti tat-tabakk għall-bejgħ bid-distanza bejn il-fruntieri lill-pubbliku permezz tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni;
(c)  l-indirizz tal-websajt/s użati għal dak l-iskop u l-informazzjoni rilevanti kollha neċessarja biex tkun identifikata l-websajt.
1a.  L-Istati Membri għandhom iżommu l-awtorità fuq id-deċiżjoni biex jestendu, fil-qasam tal-bejgħ nazzjonali bid-distanza, il-projbizzjoni li tinsab fil-paragrafu preċedenti. Meta l-Istati Membri jippermettu l-bejgħ nazzjonali bid-distanza, dawn għandhom jiżguraw li l-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut ikunu mgħammra b'sistema tal-verifika tal-età.
1b.  Stat Membru jista’, minħabba raġunijiet ta’ saħħa pubblika, jillimita l-importazzjonijiet tat-tabakk għal finijiet personali. Din il-limitazzjoni għandha b’mod partikolari tapplika meta l-prezz fl-Istat Membru tal-akkwist ikun sinifikattivament inferjuri għall-prezz tal-Istat Membru tal-oriġini jew jekk it-twissijiet tas-saħħa ma jkunux bil-lingwa jew bil-lingwi uffiċjali tiegħu.
2.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jippubblikaw lista sħiħa tal-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut reġistrati magħhom skont ir-regoli u s-salvagwardji stipulati fid-Direttiva 95/46/KE. L-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut jistgħu jibdew biss t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tat-tabakk fil-forma ta' bejgħ bid-distanza mill-mument li l-isem tal-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut huwa ppubblikat fl-Istati Membri rilevanti.
2.  L-Istati Membri li jkunu implimentaw strateġija nazzjonali ta’ ġlieda kontra t-tipjip jistgħu jistabbilixxu limiti kwantitattivi fuq il--movimenti transkonfinali.
2.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jippubblikaw lista sħiħa tal-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut reġistrati magħhom skont ir-regoli u s-salvagwardji stipulati fid-Direttiva 95/46/KE. L-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut jistgħu jibdew biss t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tat-tabakk fil-forma ta' bejgħ bid-distanza mill-mument li l-isem tal-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut huwa ppubblikat fl-Istati Membri rilevanti.
imħassar
3.  Jekk ikun neċessarju biex tkun żgurata l-konformità u jiġi ffaċilitat l-infurzar, l-Istati Membri tad-destinazzjoni jistgħu jesiġu li punt ta’ bejgħ bl-imnut jinnomina persuna naturali li hija responsabbli biex tivverifika il-prodotti tat-tabakk qabel ma jaslu għand il-konsumatur jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.
4.  L-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut involuti f’bejgħ bid-distanza għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta' verifika tal-età, li tivverifika fil-mument tal-bejgħ, li l-konsumatur li qed jixtri jirrispetta l-età minima prevista skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni. Il-bejjiegħ bl-imnut jew il-persuna naturali nominata għandhom jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti deskrizzjoni tad-dettalji u t-tħaddim tas-sistema tal-verifika tal-età.
5.  Id-dejta personali tal-konsumatur għandha tiġi pproċessata biss skont id-Direttiva 95/46/KE u ma tiġix żvelata lill-manifattur tal-prodotti tat-tabakk jew il-kumpaniji li jiffurmaw parti mill-istess grupp ta’ kumpaniji jew lil kwalunkwe partijiet terzi oħra. Id-dejta personali ma għandhiex tintuża jew tiġi ttrasferita lil hinn mill-iskop tax-xiri effettiv. Dan japplika wkoll jekk l-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut jifforma parti minn manifattur ta’ prodotti tat-tabakk.
Emenda 69
Proposta għal direttiva
Artikolu 16a (ġdid)

Artikolu 16a

stati Membri għandhom jipprojbixxu lill-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut stabbiliti fit-territorju tagħhom milli jqassmu prodotti tat-tabakk b'xejn jew bi skont permezz ta' mezzi transkonfinali bid-distanza jew permezz ta' kwalunkwe mezz ieħor.

Emenda 70
Proposta għal direttiva
Artikolu 17
Notifika tal-prodotti ġodda tat-tabakk
Notifika tal-prodotti ġodda tat-tabakk
1.  L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bi kwalunkwe prodotti ġodda tat-tabakk li beħsiebhom iqegħdu fis-swieq tal-Istati Membri kkonċernati. In-notifika għandha tkun sottomessa f’forma elettronika sitt xhur qabel it-tqegħid maħsub fis-suq u għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni dettaljata tal-prodott in kwistjoni kif ukoll informazzjoni dwar l-ingredjenti u l-emissjonijiet skont l-Artikolu 5. Il-manifatturi u l-importaturi li jinnotifikaw prodotti ġodda tat-tabakk għandhom ukoll jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti in kwistjoni bi:
1.  L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bi kwalunkwe prodotti ġodda tat-tabakk li beħsiebhom iqegħdu fis-swieq tal-Istati Membri kkonċernati. In-notifika għandha tkun sottomessa f’forma elettronika sitt xhur qabel it-tqegħid maħsub fis-suq u għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni dettaljata tal-prodott in kwistjoni kif ukoll minn kwalunkwe tikkettar propost, istruzzjoni tal-użu, dettall tal-kompożizzjoni tal-prodott, il-proċess ta’ manifattura u l-kontrolli korrispondenti u informazzjoni dwar l-ingredjenti u l-emissjonijiet skont l-Artikolu 5. Il-manifatturi u l-importaturi li jinnotifikaw prodotti ġodda tat-tabakk għandhom ukoll jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti in kwistjoni bi:
(a)  l-istudji xjentifiċi disponibbli dwar it-tossiċità, l-effett tad-dipendenza u l-attrazzjoni tal-prodott, b’mod partikolari fir-rigward tal-ingredjenti u l-emissjonijiet tiegħu;
(a)  l-istudji xjentifiċi disponibbli dwar it-tossiċità, l-effett tad-dipendenza u l-attrazzjoni tal-prodott, b’mod partikolari fir-rigward tal-ingredjenti u l-emissjonijiet tiegħu;
(b)  l-istudji disponibbli u r-riċerka dwar is-suq fuq preferenzi ta’ diversi gruppi tal-konsumaturi, inklużi ż-żgħażagħ u
(b)  sommarji operattivi tal-istudji disponibbli u r-riċerka dwar is-suq fuq preferenzi ta’ diversi gruppi ta’ konsumaturi, inklużi ż-żgħażagħ u dawk li jpejpu ħafna u ta' spiss;
(c)  informazzjoni oħra disponibbli u relevanti, inkluża l-analiżi riskju/benefiċċju tal-prodott, l-effetti mistennija fuq il-waqfien tal-konsum tat-tabakk, l-effetti mistennija fuq il-bidu tal-konsum tat-tabakk u perċezzjoni oħra tal-konsumatur prevista.
(c)  informazzjoni oħra disponibbli u relevanti, inkluża l-analiżi riskju/benefiċċju tal-prodott, l-effetti mistennija fuq il-waqfien tal-konsum tat-tabakk, l-effetti mistennija fuq il-bidu tal-konsum tat-tabakk u perċezzjoni oħra tal-konsumatur prevista.
2.  L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jinformaw l-awtoritajiet kompetenti tagħhom b’xi tagħrif ġdid jew aġġornat imsemmi fil-punti (a) sa (c) fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jeħtieġu mill-manifatturi jew l-importaturi tat-tabakk li jwettqu testijiet addizzjonali jew jissottomettu informazzjoni addizzjonali. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li jirċievu skont dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jintroduċu sistema ta’ awtorizzazzjoni u jitolbu ħlas proporzjonat..
2.  Wara t-tqegħid fis-suq ta' prodott tat-tabakk l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jinformaw l-awtoritajiet kompetenti tagħhom b’xi tagħrif ġdid jew aġġornat imsemmi fil-punti (a) sa (c) fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jeħtieġu mill-manifatturi jew l-importaturi tat-tabakk li jwettqu testijiet addizzjonali jew jissottomettu informazzjoni addizzjonali. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li jirċievu skont dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jintroduċu sistema ta’ awtorizzazzjoni u jitolbu ħlas proporzjonat..
3.  Prodotti ġodda tat-tabakk imqiegħda fis-suq għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva. Id-dispożizzjonijiet applikabbli jiddependu fuq jekk il-prodotti jaqgħux taħt id-definizzjoni ta’ prodott tat-tabakk li ma jdaħħanx fil-punt (29) tal-Artikolu 2 jew tabakk għat-tipjip fil-punt (33) tal-Artikolu 2.
3.  Prodotti ġodda tat-tabakk imqiegħda fis-suq għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva. Id-dispożizzjonijiet applikabbli jiddependu fuq jekk il-prodotti jaqgħux taħt id-definizzjoni ta’ prodott tat-tabakk li ma jdaħħanx fil-punt (29) tal-Artikolu 2 jew tabakk għat-tipjip fil-punt (33) tal-Artikolu 2.
Emenda 170
Proposta għal direttiva
Artikolu 18
1.  Il-prodotti li ġejjin li fihom in-nikotina jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk ikunu ġew awtorizzati skont id-Direttiva 2001/83/KE:
1.  Il-prodotti li fihom in-nikotina jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss b'konformità mal-proċedura ta' notifika stabbilita fl-Artikolu 17 ta' din id-Direttiva.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti li fihom in-nikotina jkunu jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni kollha relevanti tal-Unjoni, u b'mod partikolari mad-Direttiva 2001/95/KE dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti.
(a)  prodotti b’livell ta’ nikotina ogħla minn 2 mg għal kull unità, jew
(b)  prodotti b’konċentrazzjoni ta’ nikotina aktar minn 4 mg għal kull ml, jew
(c)  prodotti li l-użu maħsub tagħhom jirriżulta f’konċentrazzjoni plażma bl-ogħla massimu medju li jaqbeż 4 ng ta’ nikotina għal kull ml.
2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 22 sabiex taġġorna l-kwantitajiet tan-nikotina stipulati fil-paragrafu 1 filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi xjentifiċi u l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq mogħtija lil prodotti li fihom in-nikotina skont id-Direttiva 2001/83/KE.
2.   Il-prodotti li fihom in-nikotina li jkunu ppreżentati bħallikieku għandhom proprjetajiet għat-trattament jew għall-prevenzjoni ta’ mard, jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk ikunu ġew awtorizzati skont id-Direttiva 2001/83/KE.
3.  Fir-rigward tal-prodotti li fihom in-nikotina li jkunu se jitqiegħdu fis-suq skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a)  prodotti li fihom in-nikotina b'livell ta' nikotina li jaqbeż it-30 mg/ml ma jitqiegħdux fis-suq;
(b)  il-manifatturi u l-importaturi ta' prodotti li fihom in-nikotina jippreżentaw lill-awtoritajiet kompetenti lista tal-ingredjenti kollha li jkun fih il-prodott u l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-użu tiegħu, skont l-isem tad-ditta u t-tip, inklużi l-kwantitajiet tagħhom, kif ukoll kwalunkwe bidla. L-Istati Membri mbagħad għandhom jiżguraw li din l-informazzjoni tinxtered fuq websajt filwaqt li tiġi kkunsidrata l-protezzjoni tas-sigrieti tal-mestier. Il-Manifatturi u l-importaturi għandhom jirrapportaw ukoll lill-awtoritajiet dwar il-volumi tal-bejgħ nazzjonali skont l-isem tad-ditta u t-tip;
(c)  prodotti li jkun fihom in-nikotina b'addittivi elenkati fl-Artikolu 6(4) ma jitqiegħdux fis-suq;
(d)  il-pakkett bil-wieħed ta' prodotti li fihom in-nikotina jkun jinkludi fuljett bl-istruzzjonijiet għall-użu, inkluż ir-referenza li l-prodott mhuwiex rakkomandat biex jintuża minn dawk li ma jpejpux, kontraindikazzjonijiet, twissijiet għal gruppi speċifiċi fir-riskju, ir-rapportar ta' reazzjonijiet negattivi, il-post tal-manifattura u d-dettalji tal-kuntatt tal-manifattur jew l-importatur;
3.  Kull pakkett individwali u kull ippakkjar ta’ prodotti li fihom in-nikotina taħt il-limiti bażiċi stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom juru t-twissija tas-saħħa li ġejja:
Dan il-prodott fih in-nikotina u jista’ joħloq ħsara għal saħħtek.
(e)  kull pakkett individwali u kull ippakkjar ta’ prodotti li fihom in-nikotina juru t-twissija tas-saħħa li ġejja:
Dan il-prodott huwa maħsub biex jintuża minn min ipejjep. Il-prodott fih in-nikotina, li hija sustanza li tagħmlek dipendenti ħafna fuqha;
(f)  il-bejgħ tal-prodott jiġi ristrett b’konformità mal-età legali għall-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk fl-Istat Membru rilevanti; fi kwalunkwe każ m’għandux ikun permess taħt l-età ta’ 18-il sena;
(g)  il-prodotti jkunu disponibbli għall-bejgħ barra mill-ispiżeriji;
(h)  it-togħmiet ikunu permessi fil-prodotti;
(i)  il-limiti fuq ir-reklamar, l-isponserizzazzjoni, il-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi u t-tqegħid tal-prodott għall-prodotti tat-tabakk kif stabbilit fid-Direttiva 2003/33/KE u d-Direttiva 2010/13/KE għandhom japplikaw għall-prodotti li fihom in-nikotina;
(j)  il-bejgħ transkonfinali mill-bogħod ta' prodotti li fihom in-nikotina jiġi rreogolat b'konformità mal-Artikolu 16;
(k)  il-marki kummerċjali tat-tabakk, ismijiet ta' ditti u simboli ma jintużawx fuq prodotti li fihom in-nikotina.
4.  It-twissija tas-saħħa msemmija fil-paragrafu 3 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 10(4). Barra minn hekk, għandha:
(a)  tiġi stampata fuq l-akbar żewġ uċuħ tal-pakkett individwali, u kull ippakkjar estern.
4.  It-twissija tas-saħħa msemmija fil-paragrafu 3(e) għandha tikkonforma mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 10.
(b)  tkopri 30 % tal-erja esterna tal-wiċċ li tikkorrispondi mal-pakket individwali u kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 32 % għall-Istati Membri b'żewġ ilsna uffiċjali u 35 % għall-Istati Membri bi tlett ilsna uffiċjali.
5.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 22 sabiex tadatta r-rekwiżiti fil-paragrafi 3 u 4 filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq u biex tadotta u tadatta l-pożizzjoni, il-format, il-layout, id-disinn u r-rotazzjoni tat-twissijiet tas-saħħa.
5.   L-Istati Membri għandhom iwettqu monitoraġġ tal-iżvilupp tas-suq ta' prodotti li fihom in-nikotina, inkluża kull evidenza ta' użu inizjali fost iż-żgħażagħ u jirrapportaw is-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni. Abbażi tal-evidenza ppreżentata kif ukoll l-istudji xjentifiċi, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-prodotti li fihom in-nikotina ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jivvaluta jekk meħtieġa emendi għal din id-Direttiva jew kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra.
Emenda 72
Proposta għal direttiva
Artikolu 19
Prodotti erbali għat-tipjip
Prodotti erbali għat-tipjip
1.  Kull pakkett individwali u kull ippakkjar estern tal-prodotti erbali għat-tipjip għandhom juru t-twissija tas-saħħa li ġejja:
1.  Kull pakkett individwali u kull ippakkjar estern tal-prodotti erbali għat-tipjip għandhom juru t-twissija tas-saħħa li ġejja:
Dan il-prodott jista’ joħloq ħsara għal saħħtek.
Dan il-prodott jista’ joħloq ħsara għal saħħtek.
2.  It-twissija tas-saħħa għandha tkun stampata fuq il-wiċċ u d-dahar esterni tal-pakkett individwali, u fuq kull ippakkjar estern.
2.  It-twissija tas-saħħa għandha tkun stampata fuq il-wiċċ u d-dahar esterni tal-pakkett individwali, u fuq kull ippakkjar estern.
3.  It-twissija tas-saħħa għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10(4). Din għandha tkopri mhux anqas minn 30 % tal-erja tal-wiċċ li jikkorrispondi tal-pakkett individwali, u ta’ kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 32 % għall-Istati Membri b'żewġ ilsna uffiċjali u 35 % għall-Istati Membri bi tlett ilsna uffiċjali.
3.  It-twissija tas-saħħa għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10(4). Din għandha tkopri mhux anqas minn 30 % tal-erja tal-wiċċ li jikkorrispondi tal-pakkett individwali, u ta’ kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 32 % għall-Istati Membri b'żewġ lingwi uffiċjali u 35 % għall-Istati Membri b'iktar minn żewġ lingwi uffiċjali.
Emenda 73
Proposta għal direttiva
Artikolu 19a (ġdid)
Artikolu 19a
Prodotti ta’ imitazzjoni tat-tabakk
Il-prodotti ta' imitazzjoni tat-tabakk li jiġbdu l-attenzjoni tal-minorenni u konsegwentment jippreżentaw pont potenzjali biex dawn jibdew jużaw il-prodotti tat-tabakk għandhom jiġu projbiti.
Emenda 74
Proposta għal direttiva
Artikolu 20 – Paragrafu 3
3.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li dawn jiġu infurzati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
3.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li dawn jiġu infurzati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Kwalunkwe penali finanzjarja applikabbli għall-ksur intenzjonat għandha tkun b'tali mod li tpatti għall-vantaġġ ekonomiku mfittex minn dan il-ksur.
Emenda 75
Proposta għal direttiva
Artikolu 22
1.   Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
1.   Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2.   Is-setgħat biex jiġu adottati l-atti delegati msemmijin fl-Artikoli 3(2), 3(3), 4(3), 4(4), 6(3), 6(9), 6(10), 8(4), 9(3), 10(5), 11(3), 13(3), 13(4), 14(9), 18(2) u 18(5) għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta’ żmien minn [L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jj daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].
2.   Is-setgħat biex jiġu adottati l-atti delegati msemmijin fl-Artikoli 3(2), 3(3), 4(3), 4(4), 6(10a), 8(4), 9(3), 10(5), 11(3), 13(4) u 14(9) għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn [L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jj daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha testendi b'mod taċitu għal perjodi tal-istess tul ta' żmien, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perjodu.
3.   Id-delega tas-setgħat imsemmijin fl-Artikoli 3(2), 3(3), 4(3), 4(4), 6(3), 6(9), 6(10), 8(4), 9(3), 10(5), 11(3), 13(3), 13(4), 14(9), 18(2) u 18(5) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
3.   Id-delega tas-setgħat imsemmijin fl-Artikoli 3(2), 3(3), 4(3), 4(4), 6(10a), 8(4), 9(3), 10(5), 11(3), 13(4) u 14(9) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.   Hekk kif tadotta l-att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
4.   Hekk kif tadotta l-att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.   Att delegat skont l-Artikoli 3(2), 3(3), 4(3), 4(4), 6(3), 6(9), 6(10), 8(4), 9(3), 10(5), 11(3), 13(3), 13(4), 14(9), 18(2) u 18(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni espressa mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel jispiċċa dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li ma joġġezzjonawx. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
5.   Att delegat skont l-Artikoli 3(2), 3(3), 4(3), 4(4), 6(10a), 8(4), 9(3), 10(5), 11(3), 13(4) u 14(9) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni espressa mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel jispiċċa dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li ma joġġezzjonawx.. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 76
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Mhux aktar tard minn ħames snin mid-data speċifikata fl-Artikolu 25 paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.
Mhux aktar tard minn tliet snin mid-data speċifikata fl-Artikolu 25 paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.
Emenda 77
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  valutazzjoni tal-effetti ta’ dipendenza ta’ dawk l-ingredjenti li jħeġġu d-dipendenza
Emenda 78
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt cb (ġdid)
(cb)  żvilupp ta’ metodi standardizzati ta’ ttestjar għall-valutazzjoni tal-kontenut ta’ komponenti oħra tad-duħħan tas-sigaretti minbarra qatran, nikotina u monossidu tal-karbonju
Emenda 79
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt cc (ġdid)
(cc)  dejta tossikoloġika, li l-manifatturi għandhom jiddikjaraw, dwar l-ingredjenti u l-metodu kif għandhom jiġu ttestjati, biex jippermettu lill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika jivvalutaw l-użu tagħhom
Emenda 80
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt cd (ġdid)
(cd)  żvilupp ta’ standards relatati ma’ prodotti oħra minbarra sigaretti
Emenda 81
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 23a (ġdid)
3 a.  L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni kull sentejn dwar l-infurzar tal-miżuri meħuda skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2003/54/KE tat-2 ta’ Diċembru 2002 dwar il-prevenzjoni tat-tipjip u inizjattivi mmirati biex isaħħu l-ġlieda kontra t-tabakk, b’mod partikolari fir-rigward ta’ limiti tal-età stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, kif ukoll il-pjanijiet tagħhom biex iżidu l-limitu tal-età biex jinkiseb l-għan ta’ “ġenerazzjoni ta’ ambjent ħieles mid-dħaħen”.
Emenda 82
Proposta għal direttiva
Artikolu 24
1.   L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-importazzjoni, il-bejgħ jew il-konsum ta' tabakk jew prodotti relatati li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.
1.   F'konformità mal-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-importazzjoni, il-bejgħ jew il-konsum ta' tabakk jew prodotti relatati li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.
2.   Madankollu, Stat Membru jista’ jżomm disposizzjonijiet nazzjonali aktar stretti, applikabbli għall-prodotti kollha bl-istess mod, f’oqsma koperti bid-Direttiva, fuq bażi tal-ħtiġijiet urġenti dwar il-ħarsien tas-saħħa pubblika. Stat Membru jista’ wkoll jintroduċi dispożizzjonijiet iktar stretti, għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni speċifika ta' dan l-Istat Membru u bil-kundizzjoni li d-dispożizzjonijiet huma ġġustifikati għall-ħtieġa li titħares is-saħħa pubblika. Dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni flimkien mar-raġunijiet għaż-żamma jew l-introduzzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt xhur mid-data li tirċievi n-notifika, tapprova jew tirrifjuta d-dispożizzjonijiet wara li tkun ivverifikat, filwaqt li ħadet in konsiderazzjoni l-livell għoli tal-ħarsien tas-saħħa miksub permezz ta’ din id-Direttiva, jekk humiex ġustifikati, meħtieġa u proporzjonati jew le għall-għan tagħhom u jekk humiex mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-Kummissjoni matul dan il-perjodu, id-disposizzjonijiet nazzjonali għandhom ikunu meqjusa bħala approvati.
2.   Madankollu, Stat Membru jista’ jżomm jew jintroduċi dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti f’oqsma koperti bid-Direttiva sakemm tali miżuri jkunu kumpatibbli mat-Trattat. Dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali għandhom japplikaw għall-prodotti kollha, inklużi dawk importati minn Stat Membru ieħor jew pajjiż terz. Dawn għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni flimkien mar-raġunijiet għaż-żamma jew l-introduzzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt xhur mid-data li tirċievi n-notifika, tapprova jew tirrifjuta d-dispożizzjonijiet wara li tkun ivverifikat, filwaqt li ħadet in konsiderazzjoni l-livell għoli tal-ħarsien tas-saħħa miksub permezz ta’ din id-Direttiva, jekk humiex ġustifikati, meħtieġa u proporzjonati jew le għall-għan tagħhom u jekk humiex mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-Kummissjoni matul dan il-perjodu, id-disposizzjonijiet nazzjonali għandhom ikunu meqjusa bħala approvati.
3.   Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-dritt tal-Istati Membri li jżommu jew jintroduċu, skont it-Trattat, id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar aspetti mhux regolati b’din id-Direttiva. Dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali għandhom ikunu ġustifikati minn raġunijiet prevalenti ta’ interess pubbliku u jkunu meħtieġa u proporzjonati għall-għan tagħhom. Dawn ma għandhomx ikunu mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u ma għandhomx jipperikolaw l-applikazzjoni sħiħa ta’ din id-Direttiva.
3.   Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-dritt tal-Istati Membri li jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali dwar aspetti mhux regolati b’din id-Direttiva sakemm dawn ikunu kumpatibbli mat-Trattat. Dawn għandhom japplikaw għall-prodotti kollha b'mod ugwali, inklużi dawk importati minn Stat Membru jew pajjiż terz ieħor, ma għandhomx ikunu mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u ma għandhomx jipperikolaw l-applikazzjoni sħiħa ta’ din id-Direttiva.
Emenda 83
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti, id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva [L-Uffiċcju tal-Pubblikazzjonijiet, jj daħħal id-data eżatta mhux aktar tard minn : dħul fis-seħħ + 18-il xahar]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.
1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti, id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa ...* u fil-każ tal-Artikolu 6 sa ...** mhux aktar tard. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.
___________________
* Dħul fis-seħħ + 18-il xahar.
** Dħul fis-seħħ + 36 xahar.
Emenda 84
Proposta għal direttiva
Artikolu 26
Dispożizzjoni tranżitorja
Dispożizzjoni tranżitorja
stati Membri jistgħu jippermettu l-prodotti li ġejjin, li mhumiex konformi ma’ din id-Direttiva, biex jitqiegħdu fis-suq sa [l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data eżatta: dħul fis-seħħ + 24 xahar]:
stati Membri jistgħu jippermettu l-prodotti li ġejjin, li mhumiex konformi ma’ din id-Direttiva, biex jitqiegħdu fis-suq sa...*:
(a)  prodotti tat-tabakk;
(a)  prodotti tat-tabakk;
(b)  prodotti li fihom nikotina taħt il-limitu stabbilit fl-Artikolu 18(1);
(c)   prodotti erbali għat-tipjip
(b)   prodotti erbali għat-tipjip
L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-prodotti li jkun fihom in-nikotina li mhumiex konformi ma’ din id-Direttiva jitqiegħdu fis-suq sa ...**:
______________________
* Dħul fis-seħħ + 24 xahar.
** Dħul fis-seħħ + 36 xahar.
Emenda 85
Proposta għal direttiva
Anness -I (ġdid)
Anness -I
Addittivi approvati għall-użu fi prodotti tat-tabakkk
L-isem kimiku tal-addittiv - il-funzjoni - il-livell massimu permess
Emenda 86
Proposta għal direttiva
Anness I
Lista ta' kliem ta' twissijiet
Lista ta' kliem ta' twissijiet
(imsemmija fl-Artikolu 9 u fl-Artikolu 10(1))
(imsemmija fl-Artikolu 9 u fl-Artikolu 10(1))
(1)  It-tipjip jikkawża 9 minn 10 każijiet ta' kanċer fil-pulmun
(1)  It-tipjip jikkawża 9 minn 10 każijiet ta' kanċer fil-pulmun
(2)  It-tipjip jikkawża kanċer fil-ħalq u fil-gerżuma.
(2)  It-tipjip jikkawża kanċer fil-ħalq u fil-gerżuma.
(2a)  It-tipjip jikkawża kanċer tal-bużżieqa tal-awrina
(3)  It-tipjip jagħmel ħsara fil-pulmuni
(3)  It-tipjip jagħmel ħsara fil-pulmuni
(4)  It-tipjip jikkawża l-attakki tal-qalb
(4)  It-tipjip jikkawża l-attakki tal-qalb
(5)  It-tipjip jikkawża attakki ta' puplesija u diżabilità
(5)  It-tipjip jikkawża attakki ta' puplesija u diżabilità
(6)  It-tipjip isoddlok l-arterji
(6)  It-tipjip isoddlok l-arterji
(7)  It-tipjip iżidlek ir-riskju li tagħma
(7)  It-tipjip iżidlek ir-riskju li tagħma
(8)  It-tipjip iħassarlek snienek u l-ħanek
(8)  It-tipjip iħassarlek snienek u l-ħanek
(9)  It-tipjip jista' joqtol it-tarbija tiegħek qabel it-twelid
(9)  It-tipjip jista' joqtol it-tarbija tiegħek qabel it-twelid
10)  It-tipjip tiegħek jagħmel ħsara lil uliedek, familtek u ħbiebek
10)  It-tipjip tiegħek jagħmel ħsara lil uliedek, familtek u ħbiebek
(11)  It-tfal ta' min ipejjep għandhom possiblità akbar li jibdew ipejpu wkoll
(11)  It-tfal ta' min ipejjep għandhom possiblità akbar li jibdew ipejpu wkoll
(12)  Aqta' t-tipjip issa – ibqa' ħaj għal dawk li tħobb
(12)  Aqta' t-tipjip issa – ibqa' ħaj għal dawk li tħobb
(13)  It-tipjip inaqqas il-fertilità
(13)  It-tipjip inaqqas il-fertilità
(14)  It-tipjip iżid ir-riskju ta' impotenza
(14)  It-tipjip iżid ir-riskju ta' impotenza
(14 a)  It-tipjip jista' jikkawża l-imwiet ta' trabi waqt l-irqad.
(14 b)  It-tipjip waqt it-tqala jikkawża twelid qabel iż-żmien.
(14 c)  It-tipjip passiv jista' jiggrava l-ażma jew il-meninġite fit-tfal.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa' jiġi eżaminat skont l-Artikolu 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0276/2013).

Avviż legali - Politika tal-privatezza