Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/2853(RSO)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B7-0431/2013

Testi mressqa :

B7-0431/2013

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 09/10/2013 - 6.2

Testi adottati :

P7_TA(2013)0405

Testi adottati
PDF 201kWORD 38k
L-Erbgħa, 9 ta' Ottubru 2013 - Strasburgu
Numru u kompożizzjoni numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari, id-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u d-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari ta' kooperazzjoni u għall-Assemblej Parlamentari multilaterali
P7_TA(2013)0405B7-0431/2013

Deċizjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar is-saħħa numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari, tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u tad-delegazzjonijiet għall-kumitati għall-kooperazzjoni parlamentari u tal-Assemblej Parlamentari multilaterali (2013/2853(RSO))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-6 ta' Mejju 2009(1), tal-14 ta' Settembru 2009(2), tal-15 ta' Ġunju 2010(3) u tal-14 ta' Diċembru 2011(4) dwar in-numru tad-delegazzjonijiet interparlamentari, tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u tal-Assemblej Parlamentari multilaterali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 198 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jiddeċiedi li, wara l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, id-Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt bejn l-UE u l-Kroazja mhux se tibqa' jeżisti:

2.  Jiddeċiedi li jemenda kif ġej is-saħħa numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari li ġejjin:

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina , is-Serbja, il-Montenegro u l-Kosovo: 30 membru

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Peniżola Għarbija 19 membru

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Istati Uniti: 57 membru

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Kanada: 21 membru

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali: 16-il membru

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Ġappun: 26 membru

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mar-Repubblika Popolari taċ-Ċina: 42 membru

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Indja: 29 membru

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja u l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN): 25 membru

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Awstralja u New Zealand 19-il membru

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Afrika t'Isfel 21 membru;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(1) ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 136.
(2) ĠU C 224 E, 19.8.2010, p. 36.
(3) ĠU C 236 E, 12.8.2011, p. 159.
(4) ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 132.

Avviż legali - Politika tal-privatezza