Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/0435(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0038/2013

Testi mressqa :

A7-0038/2013

Dibattiti :

PV 09/10/2013 - 5
CRE 09/10/2013 - 5

Votazzjonijiet :

PV 09/10/2013 - 6.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0408

Testi adottati
PDF 296kWORD 76k
L-Erbgħa, 9 ta' Ottubru 2013 - Strasburgu
Ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u l-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ***I
P7_TA(2013)0408A7-0038/2013
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u r-Regolament [...] dwar kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern. (COM(2011)0883 – C7-0512/2011 – 2011/0435(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0883),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 46, l-Artikolu 53(1), u l-Artikoli 62 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0512/2011),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3), l-Artikolu 46, l-Artikolu 53(1) u l-Artikolu 62 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mressqa mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li tisħaq li l-abbozz ta' att leġiżlattiv mhuwiex konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni tas-26 ta’ April 2012 tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-26 ta' Ġunju 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0038/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 191, 29.6.2012, p. 103.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropeq adottata fl-ewwel qari fid-9 ta' Ottubru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI")
P7_TC1-COD(2011)0435

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Direttiva 2013/55/UE.)


ANNESS MAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

Meta tkun qed tħejji l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 57c(2), il-Kummissjoni se tiżgura li d-dokumenti relevanti jintbagħtu b'mod simultanju, xieraq u fil-ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u se twettaq konsultazzjonijiet xierqa u trasparenti minn qabel sew, b'mod partikolari ma' esperti mill-awtoritajiet u l-korpi kompetenti, assoċjazzjonijiet professjonali u l-istabbilimenti edukattivi tal-Istati Membri kollha, u fejn xieraq ma' esperti mill-imsieħba soċjali.

Avviż legali - Politika tal-privatezza