Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-23 ta' Ottubru 2013 dwar il-proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 u r-Regolament tal-Kunsill Nru XXX/2011 dwar il-politika marittima integrata (COM(2013)0245 – C7-0108/2013 – 2011/0380(COD))(1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva Paragrafu 1 a (ġdid)
1a. Ifakkar li, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2011, il-Parlament enfasizza li r-riżorsi tas-sajd jikkostitwixxu wieħed mill-beni pubbliċi vitali għas-sigurtà globali tal-ikel; huwa indika l-fatt li s-settur tas-sajd u l-akkwakultura u l-attivitajiet relatati spiss huma l-għajn ewlenija ta’ għajxien u ta’ impjiegi sostenibbli f’reġjuni kostali, reġjuni gżejjer u reġjuni remoti; iqis barra minn hekk li, biex tilħaq l-għanijiet tagħha fuq żmien medju u fuq żmien twil (settur tas-sajd stabbli, sostenibbli u vijabbli), biex jiġu rkuprati l-istokkijiet tal-ħut u jiġu indirizzati b’mod determinat tal-aspetti soċjali marbuta mat-tnaqqis tal-isforz tas-sajd, il-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) riformata se tkun tirrikjedi riżorsi finanzjarji adegwati wara l-2013;
Emenda 2 Proposta għal regolament Kunsiderazzjoni 1
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42, l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 91(1) u 100(2), l-Artikolu 173(3), l-Artikolu 175, l-Artikolu 188, l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 194(2) u l-Artikolu 195(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42, l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 91(1) u 100(2), l-Artikolu 173(3), l-Artikolu 175, l-Artikolu 188, l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 194(2), l-Artikolu 195(2) u l-Artikolu 349 tiegħu,
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 1a (ġdida)
(1a) Is-settur tas-sajd huwa ta' importanza strateġika għas-sitwazzjoni soċjoekonomika, għall-provvista pubblika tal-ħut u għall-bilanċ tal-ikel tal-Istati Membri differenti u tal-Unjoni nfisha, kif ukoll il-kontribut konsiderevoli tiegħu lill-benessri soċjoekonomiku tal-komunitajiet tal-kosta, lill-iżvilupp lokali, lill-impjiegi, lis-sostenn/il-ħolqien ta’ attivitajiet ekonomiċi u impjiegi kemm ’il fuq u kemm 'l isfel fil-katina, lill-provvista ta’ ħut frisk u lis-sostenn tat-tradizzjonijiet kulturali lokali;
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 2
(2) Il-kamp ta' applikazzjoni tal-FEMS għandu jkopri l-appoġġ għall-PKS li jestendi sal-konservazzjoni, il-ġestjoni u l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, ir-riżorsi bijoloġiċi tal-ilma frisk u l-akkwakultura, kif ukoll l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, fejn dawn l-attivitajiet seħħew fit-territorju tal-Istati Membri, jew fl-ilmijiet tal-Unjoni, anki minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ pajjizi terzi, u li huma rreġistrati fihom, jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, jew minn ċittadini tal-Istati Membri, mingħajr ħsara għar-responsabbiltà primarja tal-Istat tal-bandiera, dejjem fil-kuntest tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 117 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar.
(2) Il-kamp ta' applikazzjoni tal-FEMS għandu jkopri l-appoġġ għall-PKS li jestendi sal-konservazzjoni, il-ġestjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, ir-riżorsi bijoloġiċi tal-ilma frisk u l-akkwakultura, kif ukoll l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, meta dawn l-attivitajiet seħħew fit-territorju tal-Istati Membri, jew fl-ilmijiet tal-Unjoni, jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, jew minn ċittadini tal-Istati Membri, mingħajr ħsara għar-responsabbiltà primarja tal-Istat tal-bandiera, dejjem fil-kuntest tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 117 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 2a (ġdida)
(2a) Għandu jiġi enfasizzat li l-PKS hija politika relatata mal-ikel, li tiġġustifika l-intervent pubbliku permezz tal-FEMS bil-għan li tiġi sostnuta s-sigurtà tal-ikel taċ-ċittadini tal-Unjoni.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 2b (ġdida)
(2b) Il-FEMS għandu jqis b’mod sħiħ is-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni l-aktar imbiegħda bi qbil mal-Artikolu 349 tat-TFUE. Is-sitwazzjoni tar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tas-sajd f’dawn ir-reġjuni jfisser li l-PKS u l-fondi marbutin magħha, u b’mod aktar speċifiku l-FEMS, għandhom ikunu jistgħu jiġu adattati għall-ispeċifiċitajiet, ir-restrizzjonijiet, l-ispejjeż inkrementali, u r-realtajiet partikolari ta’ dawn ir-reġjuni, li jvarjaw sewwa mill-kumplament tal-Unjoni. Għal dak l-għan, għandhom jingħataw miżuri speċifiċi għal dawn ir-reġjuni.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 2c (ġdida)
(2c) Il-FEMS ġejjien għandu jqis għalkollox il-problemi u l-ħtiġijiet speċifiċi tas-sajd fuq skala żgħira, filwaqt li jitqies li l-flotta fuq skala żgħira tal-Unjoni hija dik li timpjiega l-ikbar kwantità ta’ ħaddiema għal kull ħuta maqbuda.
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 3
(3) Is-suċċess tal-Politika Komuni tas-Sajd tiddependi fuq sistema effettiva ta’ kontroll, spezzjoni u infurzar kif ukoll fuq dejta sħiħa affidabbli, kemm għal finijiet ta’ parir xjentifiku kif ukoll għal finijiet ta’ implimentazzjoni u kontroll; għaldaqstant, il-FEMS għandu jappoġġja dawn il-politiki.
(3) Is-suċċess tal-Politika Komuni tas-Sajd tiddependi fuq sistema effettiva ta’ kontroll, spezzjoni, inklużi spezzjonijiet fuq il-postijiet tax-xogħol u infurzar kif ukoll fuq data sħiħa affidabbli, kemm għal finijiet ta’ parir xjentifiku kif ukoll għal finijiet ta’ implimentazzjoni u kontroll; għaldaqstant, il-FEMS għandu jappoġġja dawn il-politiki.
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 3a (ġdida)
(3a) Biex jitkattar is-sens ta’ pussess tal-PKS fis-sajjieda, u b’hekk issir kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni korretta kif ukoll is-suċċess ġenerali tal-PKS, il-FEMS għandu jappoġġja s-sħubija, il-kooperazzjoni u d-djalogu bejn ix-xjentisti u s-sajjieda.
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 4
(4) Il-kamp ta' applikazzjoni tal-FEMS għandu jkopri l-appoġġ lill-PMI li jestendi sal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet koordinati u t-teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tal-oċeani, l-ibħra, ir-reġjuni kostali u s-setturi marittimi li jikkomplimentaw il-politiki differenti tal-UE li jmissu magħhom, l-aktar il-Politika Komuni tas-Sajd, it-trasport, l-industrija, il-koeżjoni territorjali, l-ambjent, l-enerġija u t-turiżmu. Il-konsistenza u l-integrazzjoni għandhom jiġu żgurati fil-ġestjoni ta’ politiki settorjali differenti fil baċiri tal-Baħar Baltiku, il-Baħar tat-Tramuntana, l-Ibħra Ċeltiċi, il-Bajja ta’ Biscay u l-Kosta Iberika, il-Mediterran u l-Baħar l-Iswed.
(4) Il-kamp ta' applikazzjoni tal-FEMS għandu jkopri l-appoġġ lill-PMI li jestendi sal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet koordinati u t-teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tal-oċeani, l-ibħra, ir-reġjuni kostali u s-setturi marittimi li jikkomplimentaw il-politiki differenti tal-UE li jmissu magħhom, l-aktar il-Politika Komuni tas-Sajd, it-trasport, l-industrija, il-koeżjoni territorjali, l-ambjent, l-enerġija u t-turiżmu, oqsma li għalihom jeħtieġ li jiġu promossi r-riċerka xjentifika, il-kompetenza professjonali u t-taħriġ. Il-konsistenza u l-integrazzjoni għandhom jiġu żgurati fil-ġestjoni ta’ politiki settorjali differenti fil baċiri tal-Baħar Baltiku, il-Baħar tat-Tramuntana, l-Ibħra Ċeltiċi, il-Bajja ta’ Biscay u l-Kosta Iberika, il-Mediterran u l-Baħar l-Iswed.
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 4a (ġdida)
(4a) Fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-azzjonijiet tagħha tar-riforma tal-PKS, l-Unjoni għandha tqis ir-rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjieg, mal-garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata, mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u ma’ livell għoli ta’ edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, f’konformità mal-Artikolu 9 tat-TFUE.
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 5
(5) F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010, li permezz tagħhom ġiet adottata l-Istrateġija Ewropa 2020, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jimplimentaw it-twassil ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, filwaqt li jippromwovu l-iżvilupp armonjuż tal-Unjoni. B’mod partikolari, ir-riżorsi għandhom ikunu kkonċentrati biex jilħqu l-għanijiet u l-miri tal-Ewropa 2020 u l-effettività għandha tittejjeb permezz ta’ enfasi akbar fuq ir-riżultati. L-inklużjoni tal-PMI fil-FEMS il-ġdid tikkontribwixxi wkoll għall-għanijiet politiċi ewlenin stabbiliti fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 "Ewropa 2020 – Strateġija għat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv" ("L-Istrateġija Ewropa 2020") u hija konformi mal-għanijiet ġenerali li tiżdied il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali msemmija fit-Trattat.
(5) F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010, li permezz tagħhom ġiet adottata l-Istrateġija Ewropa 2020, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jimplimentaw it-twassil ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, filwaqt li jippromwovu l-iżvilupp armonjuż tal-Unjoni. B’mod partikolari, ir-riżorsi għandhom ikunu kkonċentrati biex jilħqu l-għanijiet u l-miri tal-Ewropa 2020, u b’mod partikolari dawk marbuta mal-impjiegi u mal-ġlieda kontra l-faqar, l-esklużjoni soċjali u t-tibdil fil-klima. Barra minn hekk, l-effettività għandha tittejjeb permezz ta’ enfasi akbar fuq ir-riżultati. L-inklużjoni tal-PMI fil-FEMS il-ġdid tikkontribwixxi wkoll għall-għanijiet politiċi ewlenin stabbiliti fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 "Ewropa 2020 – Strateġija għat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv" ("L-Istrateġija Ewropa 2020") u hija konformi mal-għanijiet ġenerali li tiżdied il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali msemmija fit-Trattat.
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 6
(6) Sabiex jiġi żgurat li l-FEMS jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tal-PKS, tal-PMI u tal-Istrateġija Ewropa 2020, jeħtieġ li ssir enfasi fuq numru limitat ta’ prijoritajiet prinċipali relatati mat-trawwim tal-innovazzjoni u l-għarfien ibbażat fuq is-sajd u l-akkwakultura, il-promozzjoni tas-sajd u l-akkwakultura sostenibbli u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, u ż-żieda tal-impjiegi u l-koeżjoni territorjali permezz tal-ftuħ tal-potenzjal tat-tkabbir u l-impjiegi tal-komunitajiet tas-sajd kostali u interni u l-promozzjoni tad-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd f’setturi oħrajn tal-ekonomija marittima.
(6) Sabiex jiġi żgurat li l-FEMS jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tal-PKS, tal-PMI u tal-Istrateġija Ewropa 2020, jeħtieġ li tiġi identifikata firxa ta’ prijoritajiet prinċipali relatati mat-trawwim tal-innovazzjoni u l-għarfien ibbażat fuq is-sajd u l-akkwakultura, il-promozzjoni tas-sajd u l-akkwakultura sostenibbli u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, u ż-żieda tal-impjiegi u l-koeżjoni territorjali permezz tal-ftuħ tal-potenzjal tat-tkabbir u l-impjiegi tal-komunitajiet tas-sajd kostali u interni u l-promozzjoni tad-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd f’setturi oħrajn tal-ekonomija marina.
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 7a (ġdida)
(7a) Il-FEMS għandu jikkontribwixxi għat-titjib tal-livelli tal-għajxien għal dawk li jiddependu mis-sajd, filwaqt li jiggarantixxi standards aħjar tax-xogħol għas-sajjieda, b’mod partikolari permezz tal-iżgurar tal-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol u tad-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet kollettivi tax-xogħol.
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 7b (ġdida)
(7b) Sabiex tiġi evitata l-konfużjoni dwar l-applikazzjoni u l-impatt ta’ miżuri finanzjarji speċifiċi tal-FEMS fuq id-diversi partijiet interessati li jipparteċipaw fis-settur tas-sajd, ikun utli li tiddaħħal distinzjoni ċara bejn is-sidien tal-bastimenti u s-sajjieda li jkunu jaqilgħu l-paga, kif diġà ġie spjegat b’mod ċar u fid-dettall fil-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol Nru 188.
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 8
(8) L-għan ġenerali tal-Politika Komuni tas-Sajd huwa li tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura jikkontribwixxu għal kundizzjonijiet ambjentali sostenibbli fit-tul, li huma neċessarji għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali. Barra minn hekk, għandha tikkontribwixxi għal produttività akbar, livell ta’ għixien tajjeb għas-settur tas-sajd, swieq stabbli, tiżgura d-disponibbiltà tar-riżorsi u li l-provvisti jilħqu lill-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli.
(8) L-għan ġenerali tal-Politika Komuni tas-Sajd huwa li tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura jikkontribwixxu għal żvilupp li jkun ekonomikament, soċjalment u ambjentalment sostenibbli fit-tul. Barra minn hekk, għandha tikkontribwixxi għal produttività akbar, livell ta’ għixien tajjeb għas-settur tas-sajd, swieq stabbli, tiżgura d-disponibbiltà tar-riżorsi u li l-provvisti jilħqu lill-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli.
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 9
(9) Huwa ta’ importanza kbira li t-tħassib ambjentali jiġi integrat aħjar fil-PKS li għandha tilħaq l-għanijiet u l-miri tal-politika ambjentali tal-Unjoni u tal-Istrateġija Ewropa 2020. Il-PKS hija mmirata lejn użu tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar li jreġġa’ lura u jżomm l-istokkijiet tal-ħut fil-livelli li jistgħu joħolqu l-ogħla rendiment possibbli, mhux aktar tard mill-2015. Il-PKS għandha timplimenta approċċi prekawzjonali u tal-ekosistemi għall-ġestjoni tas-sajd. Konsegwentement, il-FEMS għandu jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-ambjent marittimu kif stabbilit fid-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru [qafas] dwar l-Istrateġija Marina).
(9) Huwa ta’ importanza kbira li t-tħassib ambjentali jiġi integrat aħjar fil-PKS li għandha tilħaq l-għanijiet u l-miri tal-politika ambjentali tal-Unjoni u tal-Istrateġija Ewropa 2020. Il-PKS hija mmirata lejn sfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar li jreġġa’ lura u jżomm l-istokkijiet tal-ħut fil-livelli li jistgħu joħolqu rendiment massimu sostenibbli sal-2015, meta jkun possibbli, u fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard mill-2020. Il-PKS għandha timplimenta approċċ ibbilanċjat lejn l-iżvilupp sostenibbli, li għandha tikseb permezz tal-ippjanar, l-isfruttament u l-ġestjoni tas-sajd li jqis l-aspirazzjonijiet u l-ħtiġijiet soċjali attwali u mingħajr ma jdgħajjef il-vantaġġi li l-ġenerazzjonijiet futuri għandhom ikunu jistgħu jieħdu mill-beni u s-servizzi kollha li jirriżultaw mill-ekosistemi marini. Konsegwentement, il-FEMS għandu jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-ambjent marittimu kif stabbilit fid-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru [Qafas] dwar l-Istrateġija Marina).
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 9a (ġdida)
(9a) Il-miżuri ffinanzjati permezz tal-FEMS għandhom ikunu konformi mal-Artikoli 39 u 41 tat-TFUE, li jirreferu għal approċċ ibbilanċjat fl-użu tal-leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol u l-koordinazzjoni effikaċi fir-rigward tat-taħriġ vokazzjonali.
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 10
(10) Peress li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba l-iskala u l-effetti tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati fil-kuntest tal-programmi operazzjonali u l-problemi strutturali li nstabu fl-iżvilupp tas-setturi tas-sajd u dak marittimu kif ukoll minħabba r-riżorsi finanzjarji limitati tal-Istati Membri, dawn l-għanijiet jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni billi jipprovdu assistenza finanzjarja multiannwali ffokata fuq il-prijoritajiet relevanti, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B’konformità ma’ dan il-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5(4) ta’ dak it-Trattat, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jilħaq dak l-għan.
(10) Peress li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba l-iskala u l-effetti tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati fil-kuntest tal-programmi operazzjonali u l-problemi strutturali li nstabu fl-iżvilupp tas-setturi tas-sajd, tal-akkwakultura u dak marittimu kif ukoll minħabba r-riżorsi finanzjarji limitati tal-Istati Membri, dawn l-għanijiet jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni billi jipprovdu assistenza finanzjarja multiannwali ffokata fuq il-prijoritajiet rilevanti, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B’konformità ma’ dan il-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5(4) ta’ dak it-Trattat, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jilħaq dak l-għan.
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 11
(11) Il-finanzjament tan-nefqa tal-Politika Komuni tas-Sajd u tal-Politika Marittima Integrata permezz ta’ fond waħdieni, il-FEMS, għandu jindirizza l-ħtieġa għal simplifikazzjoni, kif ukoll it-tisħiħ tal-integrazzjoni taż-żewġ politiki. L-estensjoni tal-ġestjoni konġunta għall-Organizzazzjonijiet tas-Swieq Komuni, inkluż il-kumpens għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, il-kontroll u l-attivitajiet ta’ ġbir tad-dejta għandhom ikomplu jikkontribwixxu għas-simplifikazzjoni u jnaqqsu l-piż amministrattiv għall-Kummissjoni u għall-Istati Membri, kif ukoll jiksbu konsistenza u effiċjenza akbar tal-appoġġ mogħti.
(11) Il-finanzjament tan-nefqa tal-Politika Komuni tas-Sajd u tal-Politika Marittima Integrata permezz ta’ fond waħdieni, il-FEMS, għandu jindirizza l-ħtieġa għal simplifikazzjoni, kif ukoll it-tisħiħ tal-integrazzjoni taż-żewġ politiki. L-estensjoni tal-ġestjoni konġunta għall-Organizzazzjonijiet tas-Swieq Komuni, inkluż il-kumpens għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, il-kontroll u l-attivitajiet ta’ ġbir u ġestjonitad-data għandhom ikomplu jikkontribwixxu għas-simplifikazzjoni u jnaqqsu l-piż amministrattiv għall-Kummissjoni u għall-Istati Membri, kif ukoll jiksbu konsistenza u effiċjenza akbar tal-appoġġ mogħti.
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 11a (ġdida)
(11a) Il-finanzjament għandu jkun kif definit fil-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali ta’ XX/201Z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u amministrazzjoni finanzjarja tajba.
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 11b (ġdida)
(11b) Kwalunkwe finanzjament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 u l-Ftehim Interistituzzjonali ta’ xxx/201z, bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u amministrazzjoni finanzjarja tajba.
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 12
(12) Il-baġit tal-Unjoni għandu jiffinanzja l-ispejjeż tal-Politika Komuni tas-Sajd u tal-Politika Marittima Integrata permezz ta’ fond waħdieni, il-Federazzjoni Ewropea tas-Swieq Finanzjarji (European Financial Markets Federation - EFMF), direttament jew fil-kuntest tal-ġestjoni konġunta mal-Istati Membri. Il-ġestjoni konġunta mal-Istati Membri għandha tapplika mhux biss għal miżuri li jappoġġjaw is-sajd, l-akkwakultura u l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità, iżda anki għall-Organizzazzjonijiet Komuni tas-Swieq, inkluż il-kumpens għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, il-kontroll u l-attivitajiet ta’ ġbir tad-dejta. Il-ġestjoni diretta għandha tapplika għall-konsulenza xjentifika, il-kontribuzzjonijiet volontarji lill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd, il-kunsilli konsultattivi u l-azzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ Politika Marittima Integrata. Għandhom jiġu speċifikati t-tipi ta’ miżuri li jistgħu jiġu ffinanzjati bl-użu ta’ dan il-Fond.
(12) Il-baġit tal-Unjoni għandu jiffinanzja l-ispejjeż tal-Politika Komuni tas-Sajd u tal-Politika Marittima Integrata permezz ta’ fond waħdieni, il-Federazzjoni Ewropea tas-Swieq Finanzjarji (European Financial Markets Federation - EFMF), direttament jew fil-kuntest tal-ġestjoni konġunta mal-Istati Membri. Il-ġestjoni konġunta mal-Istati Membri għandha tapplika mhux biss għal miżuri li jappoġġjaw is-sajd, l-akkwakultura u l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità, iżda anki għall-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni u pproċessar u għall-kumpens għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, il-kontroll u l-attivitajiet ta’ ġbir tad-data. Il-ġestjoni diretta għandha tapplika għat-tħejjija tal-pjanijiet ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni, l-għajnuna fil-ħżin, il-konsulenza xjentifika, il-kontribuzzjonijiet volontarji lill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd, il-kunsilli konsultattivi u l-azzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ Politika Marittima Integrata. Għandhom jiġu speċifikati t-tipi ta’ miżuri li jistgħu jiġu ffinanzjati bl-użu ta’ dan il-Fond.
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 14
(14) Skont l-Artikoli 50 u 51 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd] (hawn ’il quddiem ir-Regolament PKS) l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni taħt il-FEMS għandha ssir kondizzjonali fuq il-konformità mill-Istati Membri kif ukoll mill-operaturi mar-regoli tal-PKS. Din il-kondizzjonalità hija maħsuba sabiex tirrefletti r-responsabbiltà tal-Unjoni sabiex fl-interess pubbliku tiġi żgurata l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar taħt il-PKS, kif inhu enfasizzat fl-Artikolu 3 tat-TFUE.
(14) Skont l-Artikoli 50 u 51 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd] (hawn ’il quddiem ir-Regolament PKS) l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni taħt il-FEMS għandha ssir kondizzjonali fuq il-konformità mill-Istati Membri kif ukoll mill-operaturi mar-regoli tal-PKS. Din il-kondizzjonalità hija maħsuba sabiex tirrefletti r-responsabbiltà tal-Unjoni sabiex fl-interess pubbliku tiġi żgurata l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar taħt il-PKS, kif ukoll l-osservanza tar-rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjiegi u l-iżgurar ta’ ħarsien soċjali adegwat, kif inhu enfasizzat fl-Artikoli 3 u 9 rispettivament tat-TFUE.
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 15
(15) Il-kisba tal-għanijiet tal-PKS tkun imxekkla jekk l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni taħt il-FEMS tingħata lil operaturi li, ex ante, ma jikkonformawx mar-rekwiżiti relatati mal-interess pubbliku ta’ konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar. Għaldaqstant għandhom ikunu ammissibbli biss l-operaturi li, f'perjodu ta' żmien partikolari qabel ma jippreżentaw applikazzjoni għall-għajnuna, ma kinux involuti fl-operazzjoni, fil-ġestjoni jew fis-sjieda tal-bastimenti tas-sajd inklużi fil-lista tal-bastimenti IUU tal-Unjoni hekk kif stabbilit fl-Artikolu 40(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jirrevoka r-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999, u li ma wettqux ksur serju skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jew l-Artikolu 90(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006. jew każijiet oħra ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-PKS li b'mod partikolari jipperikolaw is-sostenibbiltà tal-istokkijiet ikkonċernati u huma theddida serja għall-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar ħajjin li jirrestawra u jħares popolazzjonijiet ta' speċijiet maħsuda 'il fuq mil-livelli li jistgħu joħolqu r-Rendiment Massimu Sostenibbli (minn issa 'l quddiem MSY).
(15) Il-kisba tal-għanijiet tal-PKS tkun imxekkla jekk l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni taħt il-FEMS tingħata lil operaturi li, ex ante, ma jikkonformawx mar-rekwiżiti relatati mal-interess pubbliku ta’ konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar. Għaldaqstant l-operaturi għandhom ikunu ammissibbli biss bil-kundizzjoni li, f'perjodu ta' żmien partikolari qabel ma jippreżentaw applikazzjoni għall-għajnuna, ma kinux involuti fl-operazzjoni, fil-ġestjoni jew fis-sjieda tal-bastimenti tas-sajd inklużi fil-lista tal-bastimenti IUU tal-Unjoni hekk kif stabbilit fl-Artikolu 40(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jirrevoka r-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999, u ma kinux involuti fl-operazzjoni, fil-ġestjoni jew fis-sjieda ta’ bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ pajjiżi identifkikati bħala pajjiżi terzi nonkooperattivi kif imsemmi fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008. Bl-istess mod, l-operaturi għandhom ikunu ammissibbli biss bil-kundizzjoni li ma wettqux ksur serju skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jew l-Artikolu 90(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006. jew każijiet oħra ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-PKS li b'mod partikolari jipperikolaw is-sostenibbiltà tal-istokkijiet ikkonċernati u huma theddida serja għall-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar ħajjin li jirrestawra u jħares popolazzjonijiet ta' speċijiet maħsuda 'il fuq mil-livelli li jistgħu joħolqu r-Rendiment Massimu Sostenibbli (minn issa 'l quddiem MSY).
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 17
(17) Il-konsegwenzi stabbiliti għan-nuqqas ta’ ssodisfar tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għandhom japplikaw f’każ li l-benefiċjarji jiksru r-regoli tal-PKS. Sabiex jiġi determinat l-ammont ta’ nfiq ineliġibbli, għandhom jkunu kkunsidrati l-gravità tan-nuqqas ta’ konformità tal-benefiċjarju mar-regoli tal-PKS, il-vantaġġ ekonomiku li jirriżulta min-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-PKS jew l-importanza tal-kontribuzzjoni tal-FEMS għall-attività ekonomika tal-benefiċjarju.
(17) Il-konsegwenzi stabbiliti għan-nuqqas ta’ ssodisfar tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għandhom japplikaw f’każ li l-benefiċjarji jiksru r-regoli tal-PKS. Sabiex jiġi determinat l-ammont ta’ nfiq ineliġibbli, għandhom ikunu kkunsidrati s-severità (inklużi l-limitu, it-tul ta’ żmien u kwalunkwe rikorrenza) tan-nuqqas ta’ konformità tal-benefiċjarju mar-regoli tal-PKS, il-vantaġġ ekonomiku li jirriżulta min-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-PKS jew l-importanza tal-kontribuzzjoni tal-FEMS għall-attività ekonomika tal-benefiċjarju.
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 18
(18) Il-kisba tal-għanijiet tal-PKS tiġi mxekkla wkoll jekk l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni taħt l-FEMS titħallas lill-Istati Membri li ma jikkonformawx mal-obbligi tagħhom taħt ir-regoli tal-PKS relatati mal-interess pubbliku ta’ konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, bħall-ġbir ta’ dejta u l-implimentazzjoni ta’ obbligi ta’ kontroll. Barra minn hekk, jekk ma jikkonformawx ma’ dawn l-obbligi, hemm ir-riskju li l-Istati Membri ma jidentifikawx lill-benefiċjarji inammissibbli jew l-operazzjonijiet ineliġibbli.
(18) Il-kisba tal-għanijiet tal-PKS tiġi mxekkla wkoll jekk l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni taħt il-FEMS titħallas lill-Istati Membri li ma jikkonformawx mal-obbligi tagħhom li jiksbu bilanċ stabbli bejn il-flotta tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 34(1) tar-Regolament Bażiku tal-PKS jew mal-obbligi tagħhom taħt ir-regoli tal-PKS relatati mal-interess pubbliku ta’ konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, bħall-ġbir ta’ data u l-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ kontroll. Barra minn hekk, jekk ma jikkonformawx ma’ dawn l-obbligi, hemm ir-riskju li l-Istati Membri ma jidentifikawx lill-benefiċjarji inammissibbli jew l-operazzjonijiet ineliġibbli.
Emenda 28 Proposta għal regolament Premessa 19
(19) Bħala miżuri ta’ prekawzjoni, sabiex jiġi evitat li jseħħu ħlasijiet mhux konformi kif ukoll sabiex l-Istati Membri jiġu inċentivati jikkonformaw mar-regoli tal-PKS jew sabiex jeħtieġu konformità mill-benefiċjarji, għandhom jintużaw interruzzjoni tad-data ta’ skadenza tal-ħlas u sospensjoni tal-ħlasijiet, li huma limitati biż-żmien fl-ambitu tagħhom ta’ applikazzjoni. Sabiex ikun rispettat il-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom konsegwenzi definiti u irrevokabbli għandhom japplikaw biss għal infiq relatat b’mod dirett mal-operazzjonijiet li matulhom twettqu l-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-PKS.
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 29 Proposta għal regolament Premessa 20
(20) Sabiex tittejjeb il-koordinazzjoni u tiġi armonizzata l-implimentazzjoni tal-Fondi li jipprovdu appoġġ fil-kuntest tal-politika ta’ koeżjoni, jiġifieri l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond ta’ Koeżjoni (FK), mal-Fondi għall-iżvilupp rurali, jiġifieri l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), u għas-settur tal-affarijiet marittimi u s-sajd, jiġifieri l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), ġew stabbiliti dispożizzjonijiet komuni għal dawn il-Fondi kollha (il-'Fondi tal-PKS') fir-[Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni]. Minbarra dan ir-Regolament, il-FEMS fih dispożizzjonijiet speċifiċi minħabba l-partikolaritajiet tal-PKS u l-PMI.
(20) Sabiex tittejjeb il-koordinazzjoni u tiġi armonizzata l-implimentazzjoni tal-Fondi li jipprovdu appoġġ fil-kuntest tal-politika ta’ koeżjoni, jiġifieri l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond ta’ Koeżjoni (FK), mal-Fondi għall-iżvilupp rurali, jiġifieri l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), u għas-settur tal-affarijiet marittimi u s-sajd, jiġifieri l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), ġew stabbiliti dispożizzjonijiet komuni għal dawn il-Fondi kollha (il-'Fondi tal-PKS') fir-[Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni]. Tajjeb li nsemmu wkoll li l-Fondi jistgħu jintużaw b’mod komplimentari biex jintlaħqu b’mod aktar effiċjenti l-għanijiet prijoritarji tal-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni u tal-Istrateġija Ewropa 2020; f’dan ir-rigward, tajjeb insemmu s-sinerġija meħtieġa bejn il-FEMS u l-FSE biex jintlaħqu l-objettivi importanti relatati mal-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali. Minbarra dan ir-Regolament, il-FEMS fih dispożizzjonijiet speċifiċi minħabba l-partikolaritajiet tal-PKS u l-PMI.
Emenda 30 Proposta għal regolament Premessa 22
(22) L-azzjoni meħuda mill-Unjoni għandha tkun komplimentari għall-azzjoni meħuda mill-Istati Membri jew tfittex li tikkontribwixxi għal dik l-azzjoni. Sabiex jiġi żgurat valur miżjud sinifikanti, is-sħubija bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandha tissaħħaħ permezz ta’ arranġamenti għall-parteċipazzjoni ta’ diversi tipi ta’ msieħba b’attenzjoni sħiħa għall-kompetenzi istituzzjonali tal-Istati Membri. Għandha tingħata attenzjoni partikolari sabiex tiġi żgurata rappreżentanza adegwata għan-nisa u għall-gruppi ta’ minoranza. Din is-sħubija tikkonċerna l-awtoritajiet reġjonali, lokali u pubbliċi oħrajn, kif ukoll korpi xierqa oħrajn, inklużi dawk responsabbli għall-ambjent u għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, l-imsieħba ekonomiċi u soċjali u korpi kompetenti oħrajn. L-imsieħba kkonċernati għandhom jiġu involuti fit-tħejjija tal-Kuntratti ta’ Sħubija, kif ukoll fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-ipprogrammar.
(22) Sabiex jiġi żgurat valur miżjud sinifikanti, is-sħubija bejn il-Kummissjoni, l-awtoritajiet tal-Istati Membri u d-diversi tipi ta’ msieħba għandha tissaħħaħ permezz ta’ arranġamenti għall-parteċipazzjoni ta’ dawn l-atturi inklużi l-imsieħba soċjali konċernati, b’attenzjoni sħiħa għall-kompetenzi istituzzjonali tal-Istati Membri. Din is-sħubija tikkonċerna l-awtoritajiet reġjonali, lokali u pubbliċi oħrajn, kif ukoll korpi xierqa oħrajn, inklużi dawk responsabbli għall-ambjent u għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, l-imsieħba ekonomiċi u soċjali, l-industrija tas-sajd u korpi kompetenti oħrajn. Minħabba li s-settur tas-sajd għandu l-partikolaritajiet tiegħu, għandha tkun żgurata l-parteċipazzjoni tal-imsieħba ekonomiċi u soċjali li jirrappreżentaw is-subsetturi u l-livelli territorjali differenti, l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka xjentifika, u n-netwerks nazzjonali u reġjonali tal-gruppi ta’ azzjoni lokali tas-settur tas-sajd (FLAGs). Għandha tingħata attenzjoni partikolari sabiex tiġi żgurata rappreżentanza adegwata tan-nisa u -gruppi ta’ minoranza. L-imsieħba kkonċernati għandhom jiġu involuti fit-tħejjija tal-Kuntratti ta’ Sħubija, kif ukoll fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-ipprogrammar.
Emenda 31 Proposta għal regolament Premessa 24
(24) Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi tqassim annwali skont l-Istati Membri tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli bl-użu ta’ kriterji oġġettivi u trasparenti; dawn il-kriterji għandhom jinkludu l-allokazzjonijiet storiċi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 u l-konsum storiku skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006.
(24) Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi tqassim annwali skont l-Istati Membri tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli bl-użu ta’ kriterji oġġettivi u trasparenti; dawn il-kriterji għandhom jinkludu l-istorja tal-allokazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 u l-konsum storiku skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006.
Emenda 32 Proposta għal regolament Premessa 25
(25) L-issodisfar ta’ ċerti kondizzjonalitajiet ex ante huwa importanti ħafna fil-kuntest tal-PKS, speċjalment fir-rigward tas-sottomissjoni ta’ Pjan ta’ Strateġija Nazzjonali Multiannwali dwar l-Akkwakultura u l-kapaċità amministrattiva pprovata li jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-dejta għall-ġestjoni tas-sajd u li jinfurzaw l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ kontroll, spezzjoni u infurzar tal-Unjoni.
(25) L-issodisfar ta’ ċerti kondizzjonalitajiet ex ante huwa importanti ħafna fil-kuntest tal-PKS, speċjalment fir-rigward tas-sottomissjoni ta’ Pjan ta’ Strateġija Nazzjonali Multiannwali dwar l-Akkwakultura u l-kapaċità amministrattiva pprovata li jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-data għall-ġestjoni tas-sajd u li jinfurzaw l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ kontroll, spezzjoni u infurzar tal-Unjoni. u li jiżguraw l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, b’mod partikolari dik relatati mas-sikurezza, is-saħħa, l-edukazzjoni u t-taħriġ.
Emenda 33 Proposta għal regolament Premessa 26
(26) F’konformità mal-għan ta’ simplifikazzjoni, l-attivitajiet kollha tal-FEMS li jaqgħu taħt il-ġestjoni konġunta, inkluż il-kontroll u l-ġbir tad-dejta, għandhom jieħdu l-forma ta’ programm operazzjonali wieħed għal kull Stat Membru, f’konformità mal-istruttura nazzjonali ta’ kull wieħed. L-eżerċizzju tal-ipprogrammar għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020. Kull Stat Membru għandu jħejji programm operazzjonali wieħed. Kull programm għandu jidentifika strateġija sabiex jintlaħqu l-miri fir-rigward tal-prijoritajiet tal-Unjoni għall-FEMS u għażla ta’ miżuri. L-ipprogrammar għandu jkun konformi mal-prijoritajiet tal-Unjoni, filwaqt li jkun adattat għall-kuntesti nazzjonali u jikkomplimenta l-politiki l-oħrajn tal-Unjoni, b’mod partikolari l-politika tal-iżvilupp rurali u l-politika ta’ koeżjoni.
(26) F’konformità mal-għan ta’ simplifikazzjoni, l-attivitajiet kollha tal-FEMS li jaqgħu taħt il-ġestjoni konġunta, inkluż il-kontroll u l-ġbir tad-data, għandhom jieħdu l-forma ta’ programm operazzjonali wieħed għal kull Stat Membru, f’konformità mal-istruttura nazzjonali ta’ kull wieħed. L-eżerċizzju tal-ipprogrammar għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020. Kull Stat Membru għandu jħejji programm operazzjonali wieħed. Kull programm għandu jidentifika strateġija sabiex jintlaħqu l-miri fir-rigward tal-prijoritajiet tal-Unjoni għall-FEMS u għażla ta’ miżuri. L-ipprogrammar għandu jkun konformi mal-prijoritajiet tal-Unjoni, filwaqt li jkun adattat għall-kuntesti nazzjonali u reġjonali, b’mod partikolari l-karatteristiċi speċifiċi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, u jikkomplimenta politiki oħrajn tal-Unjoni, filwaqt li jżomm is-sistema attwali tal-ġestjoni u l-kontroll, ħalli ma jiġux iġġenerati spejjeż addizzjonali jew jiġi kkawżat dewmien fl-implimentazzjoni tal-programmi.
Emenda 34 Proposta għal regolament Premessa 30
(30) L-Istati Membri għandhom ifasslu t-taqsima dwar il-ġbir tad-dejta tal-Programm Operazzjonali skont programm Multiannwali tal-Unjoni; Sabiex jadattaw għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-attivitajiet ta’ ġbir ta’ dejta, l-Istati Membri għandhom jelaboraw pjan ta’ ħidma annwali li għandu jiġu adattat b’mod annwali taħt il-gwida tal-Kummissjoni u li għandu jkun soġġett għall-approvazzjoni tagħha.
(30) L-Istati Membri għandhom ifasslu t-taqsima dwar il-ġbir tad-data tal-Programm Operazzjonali skont programm Multiannwali tal-Unjoni; Sabiex jadattaw għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-attivitajiet ta’ ġbir u ġestjoni ta’ data, l-Istati Membri għandhom jelaboraw pjan ta’ ħidma annwali li għandu jiġu adattat b’mod annwali taħt il-gwida tal-Kummissjoni u li għandu jkun soġġett għall-approvazzjoni tagħha.
Emenda 35 Proposta għal regolament Premessa 31
(31) Sabiex jiżdiedu l-kompetittività u l-prestazzjoni ekonomika tal-attivitajiet tas-sajd, huwa vitali li jiġu stimolati l-innovazzjoni u l-imprenditorija. Għalhekk, il-FEMS għandu jappoġġja l-operazzjonijiet innovattivi u l-iżvilupp tan-negozju.
(31) Sabiex jiżdiedu l-kompetittività u l-prestazzjoni ekonomika tal-attivitajiet tas-sajd, huwa vitali li jiġu stimolati l-innovazzjoni u l-imprenditorija. Għalhekk, il-FEMS għandu jappoġġja l-operazzjonijiet innovattivi u l-iżvilupp ekoloġikament sostenibbli tan-negozji, skont il-prinċipju tal-prekawzjoni u approċċ ibbażat fuq l-ekosistemi.
Emenda 36 Proposta għal regolament Premessa 31a (ġdida)
(31a) Bħala konsegwenza tat-taqlib ekonomiku tas-snin riċenti, ħafna żgħażagħ qed ibatu biex jiksbu l-finanzi meħtieġa biex jibdew fis-settur tas-sajd. L-appoġġ tal-FEMS għandu jiffoka fost affarijiet oħra fuq għajnuna għaż-żgħażagħ biex dawn jiksbu aċċess għas-settur tas-sajd permezz ta’, pereżempju, kontribut favur il-bidu ta' negozji għall-ewwel darba.
Emenda 37 Proposta għal regolament Premessa 32
(32) L-investiment fil-kapital uman huwa wkoll vitali sabiex jiżdiedu l-kompetittività u l-prestazzjoni ekonomika tas-sajd u tal-attivitajiet marittimi. Għalhekk, il-FEMS għandu jappoġġja t-taħriġ tul il-ħajja, il-kooperazzjoni bejn ix-xjentisti u s-sajjieda li tistimola t-tixrid tal-għarfien, kif ukoll is-servizzi ta’ konsulenza li jgħinu sabiex jittejbu l-kompetittività u l-prestazzjoni globali tal-operaturi.
(32) L-investiment fil-kapital uman huwa wkoll vitali sabiex jiżdiedu l-kompetittività u l-prestazzjoni ekonomika tas-sajd u tal-attivitajiet marittimi. Għalhekk, il-FEMS għandu jappoġġja t-taħriġ vokazzjonali (li minbarra li jkopri kwestjonijiet tekniċi għandu jiffoka wkoll fuq l-għarfien dwar il-ġestjoni sostenibbli tas-sajd u t-trattament xieraq tal-ħut, bil-ħsieb li jintlaħaq stat ta’ profitabilità akbar), standards imtejba tas-saħħa, tas-sikurezza u tal-iġjene fuq il-post tax-xogħol, it-tagħlim tul il-ħajja, il-kooperazzjoni bejn ix-xjentisti u s-sajjieda li tistimola t-tixrid tal-għarfien, kif ukoll is-servizzi ta’ konsulenza li jgħinu sabiex jittejbu l-kompetittività u l-prestazzjoni globali tal-operaturi. Barra minn hekk, huwa importanti li l-FEMS jippromwovi t-tiġdid tal-ġenerazzjonijiet u jagħmel il-professjoni żagħżugħa billi joħloq mekkaniżmi speċifiċi biex jinkoraġġixxi liż-żgħażagħ jidħlu fis-settur, jiġifieri billi jgħolli l-istatus tal-professjoni tas-sajd billi jiżgura standards aħjar tas-saħħa, tas-sikurezza u tal-benessri abbord, taħriġ u taħriġ vokazzjonali, u introjtu akbar.
Emenda 38 Proposta għal regolament Premessa 32a (ġdida)
(32a) Il-FEMS għandu jappoġġja lis-sajd fuq skala żgħira biex jiġu indirizzati kwestjonijiet li huma speċifiċi għal din it-taqsima u biex tiġi appoġġjata l-ġestjoni sostenibbli lokali tas-sajd involut u l-iżvilupp tal-komunitajiet tal-kosta.
Emenda 39 Proposta għal regolament Premessa 32b (ġdida)
(32b) Billi l-intrapriżi ż-żgħar isibu diffikultà biex ikollhom aċċess għall-għajnuna Komunitarja, il-FEMS għandu jinkoraġġixxi l-użu ta’ proġetti kollettivi u jappoġġja l-għajnuna teknika għal dawk li huma responsabbli għal tali proġetti.
Emenda 40 Proposta għal regolament Premessa 32c (ġdida)
(32c) Il-FEMS għandu jappoġġja ġestjoni tas-sajd sostenibbli fuq bażi lokali u l-iżvilupp tal-komunitajiet kostali.
Emenda 41 Proposta għal regolament Premessa 32d (ġdida)
(32d) Il-FEMS għandu jħeġġeġ l-involviment ta’ operaturi tas-sajd artiġjanali fis-setturi kostali u tal-ilmijiet interni fuq skala żgħira fl-iżvilupp ta’ proġetti kollettivi u għandu jipprovdi għajnuna teknika lil dawk li jmexxu dawn il-proġetti.
Emenda 42 Proposta għal regolament Premessa 33
(33) Fid-dawl tal-importanza tal-irwol li għandhom il-konjugi tas-sajjieda li jaħdmu għal rashom fis-sajd kostali fuq skala żgħira, il-FEMS għandu jappoġġja t-taħriġ u n-netwerking li jikkontribwixxu għall-iżvilupp professjonali tagħhom u jagħtuhom il-mezzi biex jissodisfaw aħjar il-kompiti anċillari li jwettqu tradizzjonalment.
(33) Fid-dawl tal-importanza tal-irwol li għandhom il-konjugi tas-sajjieda li jaħdmu għal rashom fis-sajd kostali fuq skala żgħira, il-FEMS għandu jappoġġja t-taħriġ tul il-ħajja u n-netwerking li jikkontribwixxu għall-iżvilupp professjonali tagħhom u jagħtuhom il-mezzi biex iwettqu aħjar il-kompiti anċillari tradizzjonali tagħhom jew kompiti oħra li jirriżultaw mid-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd.
Emenda 43 Proposta għal regolament Premessa 33a (ġdida)
(33a) Il-FEMS għandu jappoġġja d-djalogu soċjali fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u dak lokali bl-inklużjoni tal-imsieħba soċjali u bit-tisħiħ tal-kapaċità ta’ organizzazzjoni ta’ dawn tal-aħħar.
Emenda 44 Proposta għal regolament Premessa 33b (ġdida)
(33b) L-attivitajiet anċillari tas-sajd u l-akkwakultura, indikati bħala tali mill-Istati Membri – bħal dawk li jistgħu jitwettqu minn dawk li jaħdmu x-xbieki, dawk li jfornu l-lixka, dawk li jippakkjaw u oħrajn li jkollhom x’jaqsmu direttament mas-sajjieda – għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ mill-FEMS biex jiżviluppaw l-attivitajiet speċifiċi tagħhom bil-għan li jikkontribwixxu għat-titjib tal-funzjonament tas-settur.
Emenda 45 Proposta għal regolament Premessa 34
(34) Konxju mill-preżenza dgħajfa tas-sajjieda kostali fuq skala żgħira fid-djalogu soċjali, il-FEMS għandu jappoġġja lill-organizzazzjonijiet li jippromwovu dan id-djalogu fil-fora xierqa.
(34) Konxju mill-importanza soċjali u territorjali tas-sajjieda kostali, il-FEMS għandu jappoġġja lill-organizzazzjonijiet li jippromwovu d-djalogu soċjali tas-settur tas-sajd kostali fil-fora xierqa
Emenda 46 Proposta għal regolament Premessa 34a (ġdida)
(34a) Għandu jingħata appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet pluriennali (l-Artikoli 9 sa 11 tar-Regolament dwar il-PKS)
Emenda 47 Proposta għal regolament Premessa 35
(35) Konxju mill-potenzjal li toffri d-diversifikazzjoni għal sajjieda tal-kosta fuq skala żgħira u r-rwol kruċjali tagħhom fil-komunitajiet kostali, il-FEMS għandu jgħin id-diversifikazzjoni billi jkopri l-ftuħ ta’ negozji u l-investimenti għal rinnovazzjonijiet tal-bastimenti tagħhom, minbarra t-taħriġ relevanti sabiex jiksbu ħiliet professjonali fil-qasam relevanti barra mill-attivitajiet ta’ sajd.
(35) Il-FEMS għandu jgħin biex jinħolqu l-impjiegi billi jkopri l-ftuħ ta’ negozji fis-settur tas-sajd u l-iżvilupp ta’ attivitajiet kumplementari marbuta mal-attività tas-sajd, minbarra t-taħriġ relevanti sabiex jiksbu ħiliet professjonali adegwati.
Emenda 48 Proposta għal regolament Premessa 35a (ġdida)
(35a) Bil-għan li jiġi żgurat it-tiġdid ġenerazzjonali fis-settur tas-sajd huwa importanti li l-FEMS jinkoraġġixxi liż-żgħażagħ jidħlu fis-settur tas-sajd, b’mod partikolari permezz ta’ inċentivi għas-sajjieda żgħażagħ li jkunu se jixtru bastiment għall-ewwel darba.
Emenda 49 Proposta għal regolament Premessa 35b (ġdida)
(35b) Tajjeb li niftakru li l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) tqis li s-sajd hu xogħol perikoluż meta jitqabbel ma’ xogħlijiet oħra, u li l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol iffirmat jew adottat diversi konvenzjonijiet u rakkomandazzjonijiet bl-għan li tippromwovi kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti għas-sajjieda. Il-prinċipji inklużi f’konvenzjonijiet u rakkomandazzjonijiet tali għandhom iservu bħala prinċipji ta’ gwida għal użu aħjar tar-riżorsi tal-FEMS.
Emenda 50 Proposta għal regolament Premessa 36
(36) Sabiex jindirizza l-ħtiġijiet tas-saħħa u s-sigurtà abbord, il-FEMS għandu jappoġġja l-investimenti li jkopru s-sigurtà u l-iġjene abbord.
(36) Sabiex jindirizza l-ħtiġijiet tas-saħħa u s-sigurtà abbord, il-FEMS għandu jappoġġja l-investimenti li jkopru s-sigurtà u l-iġjene abbord, u t-titjib tal-abitabilità tal-bastimenti.
Emenda 51 Proposta għal regolament Premessa 37
(37) Minħabba t-twaqqif ta’ sistemi ta’ konċessjonijiet ta’ sajd trasferibbli previsti fl-Artikolu 27 tar-[Regolament PKS] u sabiex l-Istati Membri jiġu appoġġjati fl-implimentazzjoni ta’ dawn is-sistemi l-ġodda, il-FEMS għandu jagħti appoġġ f’termini ta’ bini ta’ kapaċità u skambju tal-aħjar prattiki.
imħassar
Emenda 52 Proposta għal regolament Premessa 37a (ġdida)
(37a) Fl-għarfien tal-importanza tal-wirt marittimu, il-FEMS għandu jappoġġja l-investimenti għall-ħarsien u l-preservazzjoni tal-wirt marittimu u l-artiġjanat tradizzjonali relatat;
Emenda 53 Proposta għal regolament Premessa 38
(38) L-introduzzjoni tas-sistemi ta’ konċessjonijiet trasferibbli tas-sajd għandhom irendu lis-settur aktar kompetittiv. Konsegwentement, jista’ jkun hemm ħtieġa għal opportunitajiet professjonali ġodda barra l-attivitajiet tas-sajd. Għalhekk, il-FEMS għandu jappoġġja d-diversifikazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi fil-komunitajiet tas-sajd, b’mod partikolari billi jappoġġja l-bidu ta’ negozji u l-assenjazzjoni mill-ġdid tal-bastimenti għal attivitajiet marittimi barra l-attivitajiet tas-sajd ta’ bastimenti tas-sajd kostali ta’ skala żgħira. Din l-aħħar operazzjoni tidher li hija adattata hekk kif il-bastimenti tas-sajd kostali ta' skala żgħira mhumiex koperti mis-sistemi ta’ konċessjonijiet trasferibbli tas-sajd.
imħassar
Emenda 54 Proposta għal regolament Premessa 38a (ġdida)
(38a) Skont l-objettiv li jinħolqu l-impjiegi inkluż fl-Istrateġija Ewropa 2020, il-FEMS għandu wkoll jipprovdi riżorsi għall-iffaċilitar tal-adozzjoni ta’ miżuri għall-ħolqien u t-titjib tal-livelli ta’ okkupazzjoni fl-industrija tas-sajd kollha kemm hi, mill-qbid u l-akkwakultura sal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni.
Emenda 55 Proposta għal regolament Premessa 38b (ġdida)
(38b) Bil-għan li jinħoloq ġejjieni sostenibbli għas-settur tas-sajd, huwa importanti li l-FEMS jippromwovi l-ħolqien tal-impjiegi fil-komunitajiet tas-sajd, b’mod partikolari billi jappoġġja n-negozji l-ġodda li jkunu għadhom qed jibdew u billi jgħin liż-żgħażagħ jidħlu fi professjonijiet fis-settur tas-sajd.
Emenda 56 Proposta għal regolament Premessa 39
(39) L-għan tal-Politika Komuni tas-Sajd huwa li tiżgura użu sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut. Il-kapaċità żejda ġiet identifikata bħala kawża ewlenija ta’ sajd żejjed. Għaldaqstant, huwa ta’ importanza kbira li l-flotta tas-sajd tal-Unjoni tiġi adattata għar-riżorsi disponibbli. It-tneħħija tal-kapaċità żejda permezz ta’ għajnuna pubblika bħal waqfien temporanju jew permanenti u skemi ta’ skrappjar uriet li hija ineffettiva. Għaldaqstant, il-FEMS se jappoġġja s-sistemi ta’ stabbiliment u ġestjoni ta’ sistemi ta’ konċessjonijiet ta’ sajd trasferibbli li għandhom l-għan li jnaqqsu l-kapaċità żejda u jżidu l-prestazzjoni ekonomika u l-profitabbiltà tal-operaturi kkonċernati.
imħassar
Emenda 57 Proposta għal regolament Premessa 40
(40) Peress li l-kapaċità żejda hija waħda mill-kawżi tas-sajd żejjed, huwa meħtieġ li jittieħdu miżuri sabiex il-flotta tas-sajd tal-Unjoni tiġi adattata għar-riżorsi disponibbli; f’dan il-kuntest, il-FEMS għandu jappoġġja l-istabbiliment, il-modifika u l-ġestjoni tas-sistemi ta’ konċessjonijiet ta’ sajd trasferibbli introdotti mill-PKS bħala għodod ta’ ġestjoni għat-tnaqqas tal-kapaċità żejda.
imħassar
Emenda 59 Proposta għal regolament Premessa 40a (ġdida)
(40a) L-Istati Membri li ma jissodisfawx l-obbligi tagħhom tal-ġbir u t-trażmissjoni tad-data jew li jonqsu milli jirrapportaw dwar il-kapaċità effettiva tal-flotta tas-sajd tagħhom għandhom jiġu ssanzjonati billi l-fondi mill-FEMS jiġu ffriżati jew imnaqqsa.
Emenda 60 Proposta għal regolament Premessa 40b (ġdida)
(40b) Bil-għan li jiġi ggarantit li l-Istati Membri jirrispettaw il-limiti tal-kapaċitajiet tas-sajd stabbiliti fl-Anness II [tar-Regolament (UE) Nru .../.... dwar il-PKS], il-Kummissjoni għandha tiġi awtorizzata tissospendi l-ħlasijiet u l-impenji kollha jew parti minnhom għall-programmi operazzjonali tal-Istati Membri li jonqsu milli jirrispettaw il-limiti tal-kapaċitajiet tagħhom, wara rieżami li jsir 3 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 61 Proposta għal regolament Premessa 40c (ġdida)
(40c) L-Istati Membri li ma jissodisfawx l-obbligi tagħhom tal-ġbir u t-trażmissjoni tad-data jew li jonqsu milli jirrapportaw dwar il-flotta u l-kapaċità effettiva tas-sajd tagħhom għandhom jiġu ssanzjonati billi l-fondi mill-FEMS jiġu ffriżati jew imnaqqsa.
Emenda 62 Proposta għal regolament Premessa 40d (ġdida)
(40d) Sabiex jitħares id-dħul tas-sajjieda, il-FEMS għandu jikkontribwixxi f’fondi reċiproki li jkopru t-telf dovut għal diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi ħżiena ħafna, inċidenti ambjentali jew tas-saħħa, jew żidiet qawwija u ċikliċi tal-prezz tal-fjuwil.
Emenda 63 Proposta għal regolament Premessa 41
(41) Huwa ta’ importanza kbira li t-tħassib ambjentali jiġi integrat fil-FEMS u li tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni taħt il-PKS, filwaqt li madanakollu, jiġu kkunsidrati d-diversi kundizzjonijiet fost l-ibħra tal-Unjoni. Għal dan il-għan, huwa essenzjali li jiġi żviluppat approċċ reġjonalizzat għall-miżuri ta’ konservazzjoni.
(41) Huwa ta’ importanza kbira li t-tħassib ambjentali jiġi integrat fil-FEMS u li tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni taħt il-PKS, filwaqt li madanakollu, jiġu kkunsidrati d-diversi kundizzjonijiet fost l-ibħra tal-Unjoni. Għal dan il-għan, huwa essenzjali li jiġi żviluppat approċċ reġjonalizzat għall-miżuri ta’ konservazzjoni, permezz ta’ approċċ pluriennali għall-ġestjoni tas-sajd, li jistabbilixxi bħala prijorità pjanijiet pluriennali li jirriflettu l-ispeċifiċitajiet bijoloġiċi ta' speċijiet differenti u l-karatteristiċi speċjali ta’ kull żona tas-sajd.
Emenda 64 Proposta għal regolament Premessa 41a (ġdida)
(41a) Hija ta’ importanza kritika li ma ssirx mitigazzjoni tal-impatt negattiv tat-tibdil fil-klima fl-ekosistemi kostali u tal-baħar. Il-FEMS għandu jappoġġja investimenti biex jitnaqqas il-kontribut tas-settur tas-sajd għall-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra kif ukoll proġetti li jkollhom l-għan li jipproteġu u jreġġgħu lura għalli kienu l-meded tal-ħaxix ta' qiegħ il-baħar u l-art mistagħdra tal-kosta li huma bjar maġġuri tal-karbonju.
Emenda 65 Proposta għal regolament Premessa 42
(42) F’dan il-kuntest, il-FEMS għandu jappoġġja t-tnaqqis tal-impatt tas-sajd fuq l-ambjent marittimu b’mod partikolari permezz tal-promozzjoni tal-ekoinnovazzjoni, apparat u tagħmir aktar selettivi kif ukoll miżuri li għandhom l-għan li jipproteġu u jreġġgħu lura l-bijodiversità u l-ekosistemi marittimi u s-servizzi li jipprovdu, b’konformità mal-Istrateġija tal-UE dwar il-Bijodiversità għall-2020.
(42) F’dan il-kuntest, il-FEMS għandu jappoġġja t-tnaqqis tal-impatt negattiv tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, jippromwovi apparat u tagħmir aktar selettivi u jappoġġja l-iżvilupp ta' bastimenti iktar effiċjenti f'dak li jirrigwarda l-fjuwil. Il-FEMS għandu, b'mod partikolari, jippromwovi l-ekoinnovazzjoni f'dawk li huma l-istruttura esterna tal-bastimenti, il-magni u l-apparat, kif ukoll miżuri li għandhom l-għan li jipproteġu u jreġġgħu lura l-bijodiversità u l-ekosistemi marittimi u s-servizzi li jipprovdu, b’konformità mal-Istrateġija tal-UE dwar il-Bijodiversità għall-2020 u l-miri ewlenin tal-Istrateġija Ewropa 2020 dwar it-tibdil fil-klima.
Emenda 66 Proposta għal regolament Premessa 42a (ġdida)
(42a) Sabiex jikkontribwixxi għall-iżvilupp pożittiv tas-sorsi tal-ilma u għall-manutenzjoni tas-sajd barra l-istaġun magħluq, il-FEMS għandu jkun jista' jappoġġja l-istaġuni bijoloġiċi, kulmeta dawk l-istaġuni, meta jkunu f'ċerti fażijiet kritiċi taċ-ċiklu tal-ħajja tal-ispeċijiet, ikunu meħtieġa għall-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tal-ħut.
Emenda 67 Proposta għal regolament Premessa 42b (ġdida)
(42b) Sabiex jiġi minimizzat l-impatt tas-sajd fuq l-ekosistemi marini, il-FEMS għandu jappoġġja l-istabbiliment, il-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-kontroll ta' netwerk koerenti ta' żoni ta' rkupru tal-istokkijiet tal-ħut.
Emenda 69 Proposta għal regolament Premessa 43a (ġdida)
(43a) Fid-dawl tar-riskji involuti fl-investiment fl-attivitajiet tas-sajd, il-FEMS għandu jikkontribwixxi għas-sigurtà tan-negozji billi jkopri l-aċċess għall-assigurazzjoni kontra fatturi varjabbli tal-produzzjoni u għalhekk jissalvagwardja l-introjtu tal-produtturi f’każ ta’ telf anormali fil-produzzjoni, b’mod partikolari minħabba diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi ħżiena, bidliet f’daqqa fil-kwalità tal-ilma, mard jew infestazzjonijiet minn organiżmi ta’ ħsara u l-qerda tal-għodod tal-produzzjoni.
Emenda 70 Proposta għal regolament Premessa 44
(44) Konxju mill-importanza tal-portijiet tas-sajd, is-siti ta’ żbark u l-postijiet ta’ kenn, il-FEMS għandu jappoġġja l-investimenti relevanti b’mod partikolari sabiex iżid l-effiċjenza enerġetika, il-protezzjoni ambjentali, il-kwalità tal-prodott imniżżel l-art kif ukoll il-kundizzjonijiet ta’ sikurezza u tax-xogħol.
(44) Konxju mill-importanza tal-portijiet tas-sajd, l-irkanti, is-siti ta’ żbark u l-postijiet ta’ kenn, il-FEMS għandu jappoġġja l-investimenti relevanti b’mod partikolari sabiex iżid l-effiċjenza enerġetika, il-protezzjoni ambjentali, il-kwalità tal-prodott imniżżel l-art kif ukoll il-kundizzjonijiet ta’ sikurezza u tax-xogħol.
Emenda 71 Proposta għal regolament Premessa 44a (ġdida)
(44a) Sabiex jingħata valur lis-sajd artiġjanali kostali, l-Istati Membri għandhom iżidu mal-programm operazzjonali tagħhom pjan ta’ azzjoni għall-iżvilupp u għall-iżgurar tal-kompetitività u s-sostenibilità tat-tali sajd.
Emenda 72 Proposta għal regolament Premessa 44b (ġdida)
(44b) Il-FEMS għandu jappoġġja l-istabbiliment ta’ netwerk koerenti ta’ żoni ta’ rkupru ta’ stokkijiet ta’ ħut, li fihom jiġu projbiti l-attivitajiet kollha tas-sajd, u li jinkludu żoni importanti għall-produttività tal-ħut, b’mod partikolari ż-żoni fejn jgħixu ż-żgħar, iż-żoni tal-bidien u t-tifrigħ u l-mergħat tal-ikel għall-istokkijiet tal-ħut.
Emenda 73 Proposta għal regolament Premessa 44c (ġdida)
(44c) Ċerti dispożizzjonijiet tal-FEMS għandhom ikunu adattati għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, fil-waqt li jinżamm l-objettiv prinċipali ta’ sajd u akkwakultura sostenibbli u responsabbli. Il-FEMS għandu jieħu inkunsiderazzjoni b’mod partikolati d-dewmien fl-iżvilupp ta’ uħud minn dawn ir-reġjuni fil-livell tal-evalwazzjoni tar-riżorsi, tal-infrastruttura, tal-organizzazzjoni kollettiva u tal-monitoraġġ tal-attività u tal-produzzjoni. Għalhekk, il-FEMS għandu jippermetti li tkun żgurata l-modernizzazzjoni tas-settur, b’mod partikolari f’termini ta’ infrastruttura, kif ukoll it-tiġdid u l-modernizzazzjoni tal-għodda ta’ produzzjoni, b’kunsiderazzjoni tar-realtà ta’ kull wieħed mill-baċiri marittimi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda u tad-disponibilità tar-riżorsa.
Emenda 74 Proposta għal regolament Premessa 45
(45) Huwa ferm importanti għall-Unjoni li jinkiseb bilanċ sostenibbli bejn ir-riżorsi tal-ilma ħelu u l-isfruttament tagħhom; għalhekk, billi tikkunsidra l-impatt ambjentali filwaqt li tiżgura li dawn is-setturi jżommu l-vijabbiltà ekonomika, l-Unjoni għandu jkollha dispożizzjonijiet xierqa li jappoġġjaw is-sajd intern.
(45) Huwa ferm importanti għall-Unjoni li jinkiseb bilanċ sostenibbli bejn ir-riżorsi tal-ilma ħelu u l-isfruttament tagħhom, fid-dawl tal-fatt li l-baċini tax-xmajjar, l-estwarji u l-laguni tal-kosta huma ħabitati privileġġjati tat-tgħammir u jaġixxu ta' postijiet fejn ħafna speċijiet ta' ħut li għadu qed jikber ifaqqsu, billi tikkunsidra l-impatt ambjentali filwaqt li tiżgura li dawn is-setturi jżommu l-vijabbiltà ekonomika, l-Unjoni għandu jkollha dispożizzjonijiet xierqa li jappoġġjaw is-sajd intern.
Emenda 75 Proposta għal regolament Premessa 46
(46) F’konformità mal-Istrateġija tal-Kummissjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Akkwakultura Ewropea, l-għanijiet tal-PKS u l-Istrateġija Ewropa 2020, il-FEMS għandu jappoġġja l-iżvilupp ambjentalment, ekonomikament u soċjalment sostenibbli tal-industrija tal-akkwakultura.
(46) F’konformità mal-Istrateġija tal-Kummissjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Akkwakultura Ewropea, l-għanijiet tal-PKS u l-Istrateġija Ewropa 2020, il-FEMS għandu jappoġġja l-iżvilupp ambjentalment, ekonomikament u soċjalment sostenibbli tal-industrija tal-akkwakultura, b'enfasi partikolari fuq il-promozzjoni tal-ekoinnovazzjoni, it-tnaqqis tad-dipendenza fuq l-ikel u ż-żejt tal-ħut, it-titjib tal-benessri tal-organiżmi mrobbija u l-promozzjoni tal-akkwakultura organika u b'sistema magħluqa.
Emenda 76 Proposta għal regolament Premessa 46a (ġdida)
(46a) Minħabba l-impatt potenzjali li jista’ jkollhom fuq il-popolazzjonijiet selvaġġi tal-baħar l-annimali mrobbija li jaħarbu mis-siti tal-akkwakultura, il-FEMS m'għandux jipprovdi inċentivi għat-trobbija ta’ ispeċijiet eżotiċi jew organiżmi modifikati ġenetikament.
Emenda 77 Proposta għal regolament Premessa 47
(47) L-akkwakultura tikkontribwixxi għat-tkabbir u l-impjiegi fir-reġjuni kostali u rurali. Għalhekk, huwa kruċjali li l-FEMS ikun aċċessibbli għall-impriżi tal-akkwakultura, b’mod partikolari l-SMEs, u jikkontribwixxi sabiex ikun hemm bdiewa tal-akkwakultura ġodda fin-negozju. Sabiex jiżdiedu l-kompetittività u l-prestazzjoni ekonomika tal-attivitajiet tal-akkwakultura, huwa vitali li jiġu stimolati l-innovazzjoni u l-imprenditorija. Għalhekk, il-FEMS għandu jappoġġja l-operazzjonijiet innovattivi u l-iżvilupp tan-negozju, b’mod partikolari l-akkwakultura mhux relatata mal-ikel u l-akkwakultura ’il barra mill-kosta.
(47) L-akkwakultura tikkontribwixxi għat-tkabbir u l-impjiegi fir-reġjuni kostali u rurali. Għalhekk, huwa kruċjali li l-FEMS ikun aċċessibbli għall-impriżi tal-akkwakultura, irrispettivament mid-daqs tagħhom, l-SMEs, u jikkontribwixxi sabiex ikun hemm bdiewa tal-akkwakultura ġodda fin-negozju. Sabiex jiżdiedu l-kompetittività u l-prestazzjoni ekonomika tal-attivitajiet tal-akkwakultura, huwa vitali li jiġu stimolati l-innovazzjoni u l-imprenditorija. Għalhekk, il-FEMS għandu jappoġġja l-operazzjonijiet innovattivi u l-iżvilupp tan-negozju tal-impriżi tal-akkwakultura b'mod ġenerali, inklużi l-akkwakultura mhux relatata mal-ikel u l-akkwakultura ’il barra mill-kosta.
Emenda 78 Proposta għal regolament Premessa 48
(48) Forom ġodda ta’ dħul flimkien ma’ attivitajiet tal-akkwakultura diġà wrew il-valur miżjud tagħhom għall-iżvilupp tan-negozju. Għalhekk, il-FEMS għandu jappoġġja dawn l-attivitajiet komplimentari barra l-akkwakultura, bħat-turiżmu tas-sajd bil-qasba u l-attivitajiet edukattivi jew ambjentali.
(48) Forom ġodda ta’ dħul flimkien ma’ attivitajiet tal-akkwakultura diġà wrew il-valur miżjud tagħhom għall-iżvilupp tan-negozju. Għalhekk, il-FEMS għandu jappoġġja dawn l-attivitajiet komplimentari barra l-akkwakultura, bħat-turiżmu tas-sajd bil-qasba, it-turiżmu tal-akkwakultura li jippromwovi s-settur tal-akkwakultura u l-prodotti tiegħu, u l-attivitajiet edukattivi, ta’ promozzjoni jew ambjentali.
Emenda 79 Proposta għal regolament Premessa 49
(49) Forma importanti oħra ta’ kif jiżdied id-dħul tal-impriżi tal-akkwakultura hija li dawn iżidu l-valur lill-prodotti tagħhom billi jipproċessaw u jikkummerċjalizzaw il-produzzjoni tagħhom stess, kif ukoll billi jintroduċu speċi ġodda bi prospetti tajbin fis-suq u b’hekk jiddiversifikaw il-produzzjoni tagħhom.
(49) Forma importanti oħra ta’ kif jiżdied id-dħul tal-impriżi tal-akkwakultura hija li dawn iżidu l-valur lill-prodotti tagħhom billi jipproċessaw u jikkummerċjalizzaw il-produzzjoni tagħhom stess, kif ukoll billi jintroduċu speċijiet ġodda li jkunu bijoloġikament kompatibbli mal-ispeċijiet eżistenti bi prospetti tajbin fis-suq u b’hekk jiddiversifikaw il-produzzjoni tagħhom.
Emenda 80 Proposta għal regolament Premessa 50
(50) Konxju mill-ħtieġa li jiġu identifikati l-aktar żoni addattati għall-iżvilupp tal-akkwakultura billi jiġi kkunsidrat l-aċċess għall-ibħra u l-ispazju, il-FEMS għandu jappoġġja lill-awtoritajiet nazzjonali sabiex jagħmlu l-għażliet strateġiċi tagħhom fil-livell nazzjonali.
(50) Konxju mill-ħtieġa li jiġu identifikati l-aktar żoni ġeografiċi addattati għall-iżvilupp tal-akkwakultura billi jiġu kkunsidrati l-aċċess għall-ibħra u l-ispazju u l-importanza tal-iżvilupp ta' approċċ ta' prekawzjoni biex tkun garantita s-sostenibilità tal-istokk, il-FEMS għandu jappoġġja lill-awtoritajiet nazzjonali sabiex jagħmlu l-għażliet strateġiċi tagħhom fil-livell nazzjonali u għandu jappoġġja lill-awtoritajiet reġjonali biex jiżviluppaw il-varjazzjonijiet reġjonali tagħhom.
Emenda 81 Proposta għal regolament Premessa 51
(51) L-investiment fil-kapital uman huwa wkoll vitali sabiex jiżdiedu l-kompetittività u l-prestazzjoni ekonomika tal-attivitajiet tal-akkwakultura. Għalhekk, il-FEMS għandu jappoġġja t-tagħlim tul il-ħajja u n-netwerking li jistimolaw it-tixrid tal-għarfien, kif ukoll is-servizzi ta’ konsulenza li jgħinu sabiex jittejbu l-kompetittività u l-prestazzjoni globali tal-operaturi.
(51) L-investiment fil-kapital uman huwa wkoll vitali sabiex jiżdiedu l-kompetittività u l-prestazzjoni ekonomika tal-attivitajiet tal-akkwakultura. Għalhekk, il-FEMS għandu jappoġġja t-tagħlim tul il-ħajja u n-netwerking li jistimolaw it-tixrid u l-iskambju tal-għarfien u l-prattiki tajba, permezz tas-servizzi ta’ konsulenza kompetenti kollha (f’dawk li huma materjali disponibbli), inklużi l-assoċjazzjonijiet professjonali, sabiex dawn ikunu jistgħu jgħinu sabiex jittejbu l-kompetittività u l-prestazzjoni globali tal-operaturi.
Emenda 82 Proposta għal regolament Premessa 51a (ġdida)
(51a) Peress li hemm bżonn li jiġu identifikati żoni ġeografiċi b'potenzjal ikbar għall-iżvilupp tal-akkwakultura f'dak li hu aċċess kemm għall-ilma kif ukoll għall-art, il-FEMS għandu jappoġġja lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali fl-għażliet strateġiċi tagħhom, partikolarment fir-rigward tad-definizzjoni u l-immappjar taż-żoni li jistgħu jitqiesu bħala l-iktar xierqa għall-iżvilupp tal-akkwakultura, b'kunsiderazzjoni, jekk ikun rilevanti, tal-proċess tal-ippjanar tal-ispazju marittimu.
Emenda 83 Proposta għal regolament Premessa 52
(52) Sabiex jippromwovi akkwakultura ambjentalment sostenibbli, il-FEMS għandu jappoġġja l-attivitajiet ta’ akkwakultura li għandhom rispett kbir lejn l-ambjent, il-konverżjoni tal-impriżi tal-akkwakultura għall-ekoġestjoni, l-użu ta’ skemi ta’ verifika, kif ukoll il-konverżjoni għall-akkwakultura organika. Bl-istess mod, il-FEMS għandu jappoġġja wkoll l-akkwakultura li tipprovdi servizzi ambjentali speċjali.
(52) Sabiex jippromwovi akkwakultura ambjentalment, soċjalment u ekonomikament sostenibbli, il-FEMS għandu jappoġġja l-attivitajiet ta’ akkwakultura li għandhom rispett kbir lejn l-ambjent, il-konverżjoni tal-impriżi tal-akkwakultura għal gestjoni sostenibbli, l-użu ta’ skemi ta’ verifika, kif ukoll il-konverżjoni għall-akkwakultura organika. Bl-istess mod, il-FEMS għandu jappoġġja wkoll l-akkwakultura li tipprovdi servizzi ambjentali speċjali u servizzi ta’ interess pubbliku.
Emenda 84 Proposta għal regolament Premessa 53
(53) Konxju mill-importanza tal-protezzjoni tal-konsumaturi, il-FEMS għandu jiżgura appoġġ adegwat lill-bdiewa sabiex jipprevjenu u jtaffu r-riskji għas-saħħa pubblika u għas-saħħa tal-annimali li tista’ tiġġenera t-trobbija fil-qasam tal-akkwakultura.
(53) Konxju mill-importanza tal-protezzjoni tal-konsumaturi, il-FEMS għandu jiżgura appoġġ adegwat lill-bdiewa sabiex jipprevjenu u jtaffu r-riskji għas-saħħa pubblika u għas-saħħa tal-annimali li tista’ tiġġenera t-trobbija fil-qasam tal-akkwakultura, partikolarment permezz ta' programmi mfassla biex inaqqsu d-dipendenza li għandhom l-attivitajiet tal-akkwakultura fuq il-prodotti veterinarji.
Emenda 85 Proposta għal regolament Premessa 53a (ġdida)
(53a) Il-FEMS għandu jappoġġja l-istabbiliment ta’ netwerk koerenti ta’ żoni ta’ rkupru ta’ stokkijiet ta’ ħut, li jinkludu żoni importanti għall-produttività tal-ħut, b’mod partikolari ż-żoni fejn jgħixu ż-żgħar, iż-żoni tal-bidien u t-tifrigħ u l-mergħat tal-ikel għall-istokkijiet tal-ħut u li fih l-attivitajiet kollha tas-sajd ikunu pprojbiti.
Emenda 86 Proposta għal regolament Premessa 54
(54) Fid-dawl tar-riskju tal-investimenti fl-attivitajiet tal-akkwakultura, il-FEMS għandu jikkontribwixxi għas-sigurtà tan-negozju billi jkopri l-aċċess għall-assigurazzjoni fuq l-istokkijiet u għalhekk jissalvagwardja d-dħul tal-produtturi f’każ ta’ telf anormali fil-produzzjoni, b’mod partikolari minħabba diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi ħżiena, bidliet f’daqqa fil-kwalità tal-ilma, mard jew infestazzjonijiet minn insetti u l-qerda tal-faċilitajiet tal-produzzjoni.
(54) Fid-dawl tar-riskju tal-investimenti fl-attivitajiet tal-akkwakultura, il-FEMS għandu jikkontribwixxi għas-sigurtà tan-negozju billi jkopri l-aċċess għall-assigurazzjoni fuq l-istokkijiet jew billi jappoġġja l-iżvilupp tal-fondi mutwi, u għalhekk jissalvagwardja d-dħul tal-produtturi f’każ ta’ telf anormali fil-produzzjoni, b’mod partikolari minħabba diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi ħżiena, bidliet f’daqqa fil-kwalità tal-ilma, mard jew infestazzjonijiet minn insetti u l-qerda tal-faċilitajiet tal-produzzjoni.
Emenda 87 Proposta għal regolament Premessa 55
(55) Meta wieħed iqis li l-approċċ immexxi mill-komunità għall-iżvilupp lokali, fuq numru ta’ snin, wera l-utilità tiegħu fil-promozzjoni tal-iżvilupp tas-sajd u ż-żoni rurali billi jikkunsidra b’mod sħiħ il-ħtiġijiet multisettorjali għall-iżvilupp endoġenu, l-appoġġ għandu jissokta u jissaħħaħ fil-ġejjieni.
(55) Meta wieħed iqis li l-approċċ immexxi mill-komunità għall-iżvilupp lokali, fuq numru ta’ snin, wera l-utilità tiegħu fil-promozzjoni tal-iżvilupp tal- komunitajiet tas-sajd u dawk rurali billi jikkunsidra b’mod sħiħ il-ħtiġijiet multisettorjali għall-iżvilupp endoġenu, l-appoġġ għandu jissokta u jissaħħaħ fil-ġejjieni.
Emenda 88 Proposta għal regolament Premessa 56
(56) Fiż-żoni tas-sajd, l-iżvilupp immexxi mill-komunità għandu jinkoraġġixxi lill-istrateġiji innovattivi biex joħolqu t-tkabbir u l-impjiegi, b’mod partikolari billi jżidu l-valur lill-prodotti tas-sajd u jiddiversifikaw l-ekonomija lokali lejn attivitajiet ekonomiċi ġodda, inklużi dawk offruti minn tkabbir marittimu ("blue growth") u s-setturi marittimi usa’.
(56) Fiż-żoni tas-sajd, l-iżvilupp immexxi mill-komunità għandu jinkoraġġixxi lill-istrateġiji innovattivi biex joħolqu t-tkabbir u l-impjiegi, b’mod partikolari billi jżidu l-valur lill-prodotti tas-sajd u jiddiversifikaw l-ekonomija lokali wkoll lejn attivitajiet ekonomiċi ġodda, inklużi dawk offruti minn tkabbir marittimu ("blue growth") u s-setturi marittimi usa’.
Emenda 89 Proposta għal regolament Premessa 57
(57) L-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd għandu jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-UE2020 tal-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u t-tnaqqis tal-faqar, u t-trawwim tal-innovazzjoni fil-livell lokali, kif ukoll għall-għan tal-koeżjoni territorjali, prijorità ewlenija fit-Trattat ta’ Lisbona.
(57) L-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd għandu jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-UE2020 tal-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u t-tnaqqis tal-faqar, ta’ żieda fil-livell ta’ nies jaħdmu u t-trawwim tal-innovazzjoni, fosthom l-innovazzjoni soċjali, fil-livell lokali, kif ukoll għall-għan tal-koeżjoni territorjali, prijorità ewlenija fit-Trattat ta’ Lisbona.
Emenda 90 Proposta għal regolament Premessa 58
(58) L-iżvilupp lokali mmexxi mill-Komunità għandu jiġi implimentat permezz ta’ approċċ minn isfel għal fuq minn sħubijiet lokali li huma magħmula minn rappreżentanti tal-pubbliku, setturi privati u tas-soċjetà ċivili u għandu jkun jirrifletti korrettament is-soċjetà lokali; dawn l-atturi lokali jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex ifasslu u jimplimentaw strateġiji integrati tal-iżvilupp lokali multisettorjali sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet taż-żoni tas-sajd lokali tagħhom; dan huwa importanti sabiex tkun żgurata r-rappreżentanza tal-gruppi ta’ azzjoni lokali b’mod li l-ebda grupp ta’ interess wieħed ma jkollu aktar minn 49% tad-dritt tal-vot fil-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
(58) L-iżvilupp lokali mmexxi mill-Komunità għandu jiġi implimentat permezz ta’ approċċ minn isfel għal fuq minn sħubijiet lokali li huma magħmula minn rappreżentanti tal-pubbliku, setturi privati u tas-soċjetà ċivili u għandu jkun jirrifletti korrettament is-soċjetà lokali; dawn l-atturi lokali jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex ifasslu u jimplimentaw strateġiji integrati tal-iżvilupp lokali multisettorjali sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet taż-żoni tas-sajd lokali tagħhom. Dan huwa importanti, sabiex tkun żgurata li r-rappreżentanza tal-gruppi ta’ azzjoni lokali u li l-azzjonijiet ta' dawk il-gruppi jindirizzaw l-isfidi fis-setturi tas-sajd u l-akkwakultura, li s-sajjieda u/jew dawk li jrabbu l-ħut għandhom jirrappreżentaw il-maġġoranza fost l-atturi ekonomiċi rappreżentati fil-korpi ta' teħid tad-deċiżjonijiet.
Emenda 91 Proposta għal regolament Premessa 60
(60) L-appoġġ għaż-żoni tas-sajd permezz tal-FEMS għandu jiġi kkoordinat mal-appoġġ għall-iżvilupp lokali offrut minn Fondi oħrajn tal-Unjoni u għandu jkopri l-aspetti kollha tat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta’ żvilupp lokali u l-operazzjonijiet tal-gruppi ta’ azzjoni lokali, kif ukoll l-ispejjeż għall-animazzjoni taż-żona lokali u t-tmexxija tas-sħubija lokali.
(60) L-appoġġ għaż-żoni tas-sajd permezz tal-FEMS għandu jiġi kkoordinat mal-appoġġ għall-iżvilupp lokali offrut minn Fondi oħrajn tal-Unjoni u għandu jkopri l-aspetti kollha tat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta’ żvilupp lokali u l-operazzjonijiet tal-gruppi ta’ azzjoni lokali, kif ukoll l-ispejjeż għall-animazzjoni taż-żona lokali u t-tmexxija tas-sħubija lokali. Dak l-appoġġ għandu jinkludi l-possibilità li tingħata assistenza teknika, b’mod partikolari ta’ inġinerija finanzjarja, għall-preparazzjoni ta’ proġetti ta’ żvilupp lokali, l-aktar għas-sajd artiġjanali kostali u s-sajd fl-ilmijiet interni.
Emenda 92 Proposta għal regolament Premessa 61
(61) Sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà tas-sajd u tal-akkwakultura f’suq kompetittiv ħafna, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tar-[Regolament (UE) Nru dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura] kif ukoll għall-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u pproċessar imwettqa mill-operaturi sabiex jimmassimizzaw il-valur tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-promozzjoni tal-operazzjonijiet li jintegraw l-attivitajiet tal-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-katina tal-provvista. Sabiex jadatta għall-politika ġdida ta’ projbizzjoni fuq ir-rimi, il-FEMS għandu jappoġġja wkoll l-ipproċessar ta’ qabdiet mhux mixtieqa.
(61) Sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà tas-sajd u tal-akkwakultura f’suq kompetittiv ħafna, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tar-[Regolament (UE) Nru dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura] kif ukoll għall-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u pproċessar imwettqa mill-operaturi sabiex jimmassimizzaw il-valur tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-promozzjoni tal-operazzjonijiet li jintegraw l-attivitajiet tal-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-katina tal-provvista.
Emenda 93 Proposta għal regolament Premessa 62
(62) Għandha tingħata prijorità lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u lill-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi billi dawn jingħataw appoġġ. Il-kumpens għall-għajnuna għall-ħżin u l-għajnuna għall-pjanijiet ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni għandhom jiġu eliminati b’mod gradwali hekk kif l-importanza ta’ tip partikolari ta’ appoġġ tilef l-interess tiegħu fid-dawl tal-istruttura li qed tevolvi tas-suq tal-Unjoni għal dawn it-tip ta’ prodotti u l-importanza li qed tikber ta’ organizzazzjonijiet b’saħħithom ta’ produtturi.
(62) Għandha tingħata prijorità lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u lill-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi billi dawn jingħataw appoġġ.
Emenda 94 Proposta għal regolament Premessa 63
(63) Billi jirrikonoxxi l-kompetizzjoni li qed tikber li s-sajjieda kostali ta’ skala żgħira qed ikollhom jaffaċċjaw, il-FEMS għandu jappoġġja inizjattivi imprenditorjali ta’ sajjieda kostali fuq skala żgħira li jżidu l-valur għall-ħut li jaqbdu, b’mod partikolari billi jwettqu l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni diretta tal-ħut li jaqbdu.
(63) Billi jirrikonoxxi l-kompetizzjoni li qed tikber u li qed iħabbtu wiċċhom magħha s-sajjieda kostali ta’ skala żgħira qed ikollhom jaffaċċjaw u d-dipendenza mis-sajd ta' ċerti komunitajiet tal-kosta, il-FEMS għandu jappoġġja inizjattivi imprenditorjali ta’ sajjieda kostali fuq skala żgħira li jżidu l-valur għall-ħut li jaqbdu, b’mod partikolari billi jwettqu l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni diretta tal-ħut li jaqbdu.
Emenda 95 Proposta għal regolament Premessa 63a (ġdida)
(63a) Il-FEMS għandu jappoġġja l-inizjattivi intraprenditorjali u l-inizjattivi kollettivi maħsuba biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent u tal-ħarsien tar-riżorsi tas-sajd bis-saħħa tal-istabbiliment ta’ miżuri akkwambjentali kollettivi, b’mod partikolari għas-sajd fl-ilmijiet interni.
Emenda 96 Proposta għal regolament Premessa 64
(64) L-attivitajiet tas-sajd fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni Ewropea qegħdin jaffaċċjaw diffikultajiet, b’mod partikolari minħabba l-ispejjeż addizzjonali mġarrba fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd, minħabba n-nuqqasijiet partikolari rikonoxxuti mill-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(64) Minħabba li l-attivitajiet tas-sajd fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni Ewropea qegħdin jaffaċċjaw diffikultajiet, b’mod partikolari minħabba d-distanza mbiegħda tagħhom u l-kundizzjonijiet klimatiċi partikolari taħghom, il-FEMS għandu jqis dawn in-nuqqasijiet partikolari rikonoxxuti mill-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 97 Proposta għal regolament Premessa 65
(65) Sabiex iżżomm il-kompetittività ta’ ċerti prodotti tas-sajd mir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni Ewropea mqabbla ma’ dik ta’ prodotti simili minn reġjuni oħrajn tal-Unjoni Ewropea, fl-1992 l-Unjoni Ewropea introduċiet miżuri biex tikkumpensa għall-ispejjeż addizzjonali relatati fis-settur tas-sajd. Il-miżuri li japplikaw għall-perjodu 2007-2013 huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 791/20071. Huwa neċessarju li jkompli jiġi pprovdut appoġġ sabiex jittaffew l-ispejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd mill-1 ta’ Jannar 2014.
(65) Sabiex iżżomm il-kompetittività ta’ ċerti prodotti tas-sajd mir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni Ewropea mqabbla ma’ dik ta’ prodotti simili minn reġjuni oħrajn tal-Unjoni Ewropea, fl-1992 l-Unjoni Ewropea introduċiet miżuri biex tikkumpensa għall-ispejjeż addizzjonali relatati fis-settur tas-sajd. Il-miżuri li japplikaw għall-perjodu 2007-2013 huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 791/20071. Fid-dawl tad-diffikultajiet li jaffaċċjaw l-attivitajiet tas-sajd fir-reġjuni l-iktar imbiegħda, huwa neċessarju li jiżdied l-appoġġ sabiex jittaffew l-ispejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd mill-1 ta’ Jannar 2014.
Emenda 98 Proposta għal regolament Premessa 66
(66) Fid-dawl tal-kondizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni differenti fir-reġjuni l-aktar imbiegħda kkonċernati, il-varjazzjonijiet fil-qbid u l-ħażniet u fid-domandi tas-suq, għandu jitħalla f’idejn l-Istati Membri kkonċernati biex jiddeterminaw il-prodotti tas-sajd eliġibbli għal kumpens, il-kwantitajiet massimi rispettivi tagħhom u l-ammonti ta’ kumpens fl-allokazzjoni globali għal kull Stat Membru.
(66) Fid-dawl tal-kundizzjonijiet differenti ta’ produzzjoni, ta’ pproċessar u ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda kkonċernati, il-varjazzjonijiet fil-qbid u l-ħażniet u fid-domandi tas-suq, għandu jitħalla f’idejn l-Istati Membri kkonċernati biex jiddeterminaw il-prodotti jew il-kategoriji ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li għandhom ikunu eliġibbli għal kumpens, il-kwantitajiet massimi rispettivi tagħhom u l-ammonti ta’ kumpens fl-allokazzjoni globali għal kull Stat Membru.
Vot separat Proposta għal regolament Premessa 68
(68) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammont ta’ kumpens f’livell li jippermetti t-tpaċija xierqa tal-ispejjeż addizzjonali, li jirriżultaw min-nuqqasijiet speċifiċi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda u b’mod partikolari mill-ispejjeż tat-trasportazzjoni tal-prodotti lejn l-Ewropa kontinentali. Sabiex jiġi evitat kumpens eċċessiv, l-ammont għandu jkun proporzjonali għall-ispejjeż addizzjonali li tpatti għalihom l-għajnuna u fl-ebda każ ma jaqbeż il-100 % tal-ispejjeż tat-trasport u spejjeż oħrajn relatati għall-Ewropa kontinentali. Għal dan il-għan, huwa għandu jikkunsidra wkoll tipi oħrajn ta’ interventi pubbliċi li jħallu impatt fuq il-livell ta’ spejjeż addizzjonali.
(68) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammont ta’ kumpens f’livell li jippermetti t-tpaċija xierqa tal-ispejjeż addizzjonali, li jirriżultaw min-nuqqasijiet speċifiċi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda u b’mod partikolari mill-ispejjeż tat-trasportazzjoni tal-prodotti lejn l-Ewropa kontinentali.
Emenda 100 Proposta għal regolament Premessa 69
(69) Huwa ferm importanti li l-Istati Membri u l-operaturi jkunu mgħammra b’tali mod li l-kontrolli jkunu jistgħu jitwettqu bi standard għoli u għalhekk jiżguraw il-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, filwaqt li jipprovdu għall-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin; il-FEMS għalhekk għandu jappoġġja lill-Istati Membri u lill-operaturi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009. Billi joħloq kultura ta’ konformità, dan l-appoġġ għandu jikkontribwixxi għat-tkabbir sostenibbli.
(69) Huwa ferm importanti li l-Istati Membri u l-operaturi jkunu mgħammra b’tali mod li l-kontrolli jkunu jistgħu jitwettqu bi standard għoli u għalhekk jiżguraw il-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, filwaqt li jipprovdu għall-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin; il-FEMS għalhekk għandu jappoġġja lill-Istati Membri u lill-operaturi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009. Billi joħloq kultura ta’ konformità, dan l-appoġġ għandu jikkontribwixxi għat-tkabbir sostenibbli. Sabiex il-livell ta’ monitoraġġ jiġi standardizzat u jiżdied, l-Istati Membri għandhom ukoll ikunu jistgħu jistabbilixxu sistemi komuni ta' kontroll.
Emenda 101 Proposta għal regolament Premessa 70
(70) L-appoġġ mogħti lill-Istati Membri fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 għall-infiq relatat mal-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kontroll tal-Unjoni għandu jissokta taħt il-FEMS billi jsegwi l-loġika ta’ fond wieħed.
(70) L-appoġġ mogħti lill-Istati Membri fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 għall-infiq relatat mal-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kontroll tal-Unjoni għandu jiżdied taħt il-FEMS billi jsegwi l-loġika ta’ fond wieħed.
Emenda 102 Proposta għal regolament Premessa 72a (ġdida)
(72a) Il-FEMS għandu jappoġġja fondi għal attivitajiet u iktar spezzjonijiet ta' kontroll f'żoni fejn jiġi rrapportat li qed isir sajd illegali, mhux rapportat u mhux regolat.
Emenda 103 Proposta għal regolament Premessa 73
(73) Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet biex jappoġġjaw il-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta dwar is-sajd kif speċifikat fil-programm multiannwali tal-Unjoni, b’mod partikolari biex jappoġġjaw il-programmi nazzjonali u l-ġestjoni u l-użu tad-dejta għall-analiżi xjentifika u l-implimentazzjoni tal-PKS. L-appoġġ mogħti lill-Istati Membri fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 għall-infiq relatat mal-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta dwar is-sajd għandu jissokta fil-kuntest tal-FEMS billi jsegwi l-loġika ta’ fond wieħed.
(73) Il-partijiet interessati rilevanti għandhom jiġu infurmati dwar il-proċeduri permezz tal-Kunsilli Konsultattivi. Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet biex jappoġġjaw il-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data dwar is-sajd kif speċifikat fil-programm multiannwali tal-Unjoni, b’mod partikolari biex jappoġġjaw il-programmi nazzjonali u l-ġestjoni u l-użu tad-data għall-analiżi xjentifika u l-implimentazzjoni tal-PKS. L-appoġġ mogħti lill-Istati Membri fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 għall-infiq relatat mal-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-data dwar is-sajd għandu jissokta fil-kuntest tal-FEMS billi jsegwi l-loġika ta’ fond wieħed.
Emenda 104 Proposta għal regolament Premessa 73a (ġdida)
(73a) Għandha tiġi enfasizzata l-importanza ewlenija tal-finanzjament tal-ġbir tad-data, li huwa l-ġebla tax-xewka tal-PKS. Dan hu l-prerekwiżit essenzjali biex jiġu definiti l-objettivi preċiżi li għandhom jintlaħqu, partikolarment fir-rigward tal-ilħiq tar-rendiment massimu sostenibbli u ġestjoni aħjar tas-sajd. F'dan is-sens hu xieraq li jiġi żgurat li l-ġbir tad-data jiġi allokat parti mill-baġit tal-FEMS, proporzjonata mal-importanza tiegħu. Huwa xieraq ukoll li tiġi prevista rata ta' kofinanzjament li tinkoraġġixxi rieżami komprensiv tas-sitwazzjoni tal-istokkijiet Ewropej tal-ħut.
Emenda 105 Proposta għal regolament Premessa 74
(74) Jeħtieġ li tiġi appoġġjata l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri, kif ukoll ma’ pajjiżi terzi, fejn relevanti, fir-rigward tal-ġbir tad-dejta fi ħdan l-istess baċin tal-baħar, kif ukoll mal-korpi xjentifiċi internazzjonali relevanti.
(74) Jeħtieġ li tiġi appoġġjata l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri, kif ukoll ma’ pajjiżi terzi, meta relevanti, fir-rigward tal-ġbir tad-data fi ħdan l-istess baċin tal-baħar, kif ukoll mal-korpi xjentifiċi internazzjonali relevanti u l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali.
Emenda 106 Proposta għal regolament Premessa 76
(76) Huwa meħtieġ finanzjament sostnut għall-implimentazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea kif rifless fid-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill, tal-Parlament Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni.
(76) Huwa meħtieġ finanzjament sostnut għall-implimentazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea kif rifless fir-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi Programm għall-appoġġ tal-iżvilupp addizzjonali ta’ Politika Marittima Integrata1 u fid-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill, tal-Parlament Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni. L-iżvilupp ta’ affarijiet marittimi permezz ta’ appoġġ finanzjarju għall-miżuri tal-PMI hu mistenni li jkollu impatt sinifikanti f’termini ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.
__________________
1 ĠU L 321, 5.12.2011, p.1.
Emenda 107 Proposta għal regolament Premessa 76a (ġdida)
(76a) F’dan ir-rigward, il-FEMS għandu jitfassal sabiex jappoġġja x-xogħol esploratorju fuq azzjonijiet li għandhom l-għan li jippromwovu l-għanijiet strateġiċi tal-PMI, b’attenzjoni xierqa għall-impatti kumulattivi tagħhom, abbażi tal-approċċ tal-ekosistema, għat-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-impjieg, l-innovazzjoni u l-kompetittività fir-reġjuni kostali, insulari u l-aktar imbiegħda, u għall-promozzjoni tad-dimensjoni internazzjonali tal-PMI.
Emenda 108 Proposta għal regolament Premessa 77
(77) Il-FEMS għandu jappoġġja l-promozzjoni ta’ tmexxija marittima integrata fil-livelli kollha, speċjalment permezz ta’ skambji tal-aqwa prattiċi u l-implimentazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-istrateġiji tal-baċini tal-baħar. Dawn l-istrateġiji huma maħsuba biex jistabbilixxu qafas integrat għall-indirizzar tal-isfidi komuni fil-baċini tal-baħar Ewropej u l-kooperazzjoni msaħħa bejn il-partijiet interessati sabiex jimmassimizzaw l-użu tal-istrumenti finanzjarji u l-fondi tal-Unjoni u jikkontribwixxu għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni.
(77) Il-FEMS għandu jappoġġja l-promozzjoni ta’ tmexxija marittima integrata fil-livelli kollha, speċjalment permezz ta’ skambji tal-aqwa prattiċi u l-implimentazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-istrateġiji tal-baċini tal-baħar. F'dan il-kuntest, hu importanti ħafna li tittejjeb il-governanza marittima, inkluż permezz tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni, fil-livell xieraq, fost l-awtoritajiet kompetenti li jwettqu funzjonijiet ta' gwardja kostali fl-Unjoni, filwaqt li jiġu żgurati ibħra u oċeani iktar sani, iktar sikuri u iktar siguri b'mod partikolari billi tiġi implimentaya l-leġiżlazzjoni marittima eżistenti. Dawn l-istrateġiji huma maħsuba biex jistabbilixxu qafas integrat għall-indirizzar tal-isfidi komuni fil-baċini tal-baħar Ewropej u l-kooperazzjoni msaħħa bejn il-partijiet interessati sabiex jimmassimizzaw l-użu tal-istrumenti finanzjarji u l-fondi tal-Unjoni u jikkontribwixxu għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni u għas-sostenibbiltà ambjentali. Għalhekk huwa ta’ importanza kbira li jittejbu u jissaħħu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni esterni rigward il-kisba tal-objettivi tal-PMI, fuq il-bażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS).
Emenda 109 Proposta għal regolament Premessa 77a (ġdida)
(77a) Sabiex tittejjeb l-approssimazzjoni tal-fondi tas-sajd u l-akkwakultura u l-fondi għall-Politika Marittima Integrata, il-FEMS għandu jipprevedi qafas speċifiku li jippromwovi l-kontribut li s-sajd u l-akkwakultura jagħtu lill-Politika Marittima Integrata. Hu essenzjali li tiġi inkoraġġita kunsiderazzjoni sħiħa ta' dawn l-attivitajiet permezz tal-appoġġ għall-partiċipazzjoni f'governanza integrata u fi proġetti kollettivi li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-PMI.
Emenda 110 Proposta għal regolament Premessa 79
(79) L-interkonnessjoni ta' ċerta sistemi ta' informazzjoni mmexxija minn dawk is-setturi tista’ tkun teħtieġ il-mobilizzazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ finanzjament tagħhom b’mod konsistenti u skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat. L-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata taż-żoni kostali huma essenzjali għall-iżvilupp sostenibbli taż-żoni marittimi u r-reġjuni kostali u t-tnejn li huma jikkontribwixxu għall-għanijiet ta’ ġestjoni bbażati fuq l-ekosistemi u l-iżvilupp ta’ rabtiet bejn l-art u l-baħar. Dawn l-għodod huma importanti wkoll għall-ġestjoni tal-użi differenti tal-kosti, l-ibħra u l-oċeani tagħna sabiex ikun hemm lok għall-iżvilupp ekonomiku sostenibbli tagħhom u biex jiġi stimolat l-investiment transkonfinali, filwaqt li l-implimentazzjoni tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Istrateġija Marittima se tiddefinixxi ulterjorment il-limiti ta’ sostenibbiltà tal-attivitajiet tal-bniedem li jħallu impatt fuq l-ambjent marittimu. Barra minn hekk, jeħtieġ li jittejjeb l-għarfien dwar id-dinja tal-baħar, u li tiġi stimolata l-innovazzjoni permezz tal-iffaċilitar tal-ġbir, it-tqassim b’xejn, l-użu mill-ġdid u t-tixrid tad-dejta dwar l-istat tal-oċeani u l-ibħra.
(79) L-interkonnessjoni ta' ċerta sistemi ta' informazzjoni mmexxija minn dawk is-setturi tista’ tkun teħtieġ il-mobilizzazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ finanzjament tagħhom b’mod konsistenti u skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat. L-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata taż-żoni kostali huma essenzjali għall-iżvilupp sostenibbli taż-żoni marittimi u r-reġjuni kostali u t-tnejn li huma jikkontribwixxu għall-għanijiet ta’ ġestjoni bbażati fuq l-ekosistemi u l-iżvilupp ta’ rabtiet bejn l-art u l-baħar. Dawn l-għodod huma importanti wkoll għall-ġestjoni tal-użi differenti tal-kosti, l-ibħra u l-oċeani tagħna sabiex ikun hemm lok għall-iżvilupp ekonomiku sostenibbli tagħhom u biex jiġi stimolat l-investiment transkonfinali, filwaqt li l-implimentazzjoni tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Istrateġija Marittima se tiddefinixxi ulterjorment il-limiti ta’ sostenibbiltà tal-attivitajiet industrijali, tal-bini u tal-bniedem li jħallu impatt fuq l-ambjent marittimu. Barra minn hekk, jeħtieġ li jittejjeb l-għarfien dwar id-dinja tal-baħar, u li tiġi stimolata l-innovazzjoni permezz tal-iffaċilitar tal-ġbir, it-tqassim b’xejn, l-użu mill-ġdid u t-tixrid tad-data dwar l-istat tal-oċeani u l-ibħra u l-istatus tas-sajd, filwaqt li dan isir disponibbli għall-utenti finali u l-pubbliku ġenerali.
Emenda 111 Proposta għal regolament Premessa 80
(80) Il-FEMS għandu jappoġġja wkoll it-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-impjiegi, l-innovazzjoni u l-kompetittività fis-setturi marittimi u fir-reġjuni kostali. Huwa partikolarment importanti li jiġu identifikati l-ostakoli regolatorji u n-nuqqasijiet fil-ħiliet li jfixklu t-tkabbir f’setturi marittimi emerġenti u prospettivi, kif ukoll l-operazzjonijiet immirati lejn it-trawwim tal-investiment fl-innovazzjoni teknoloġika meħtieġa biex jitjieb il-potenzjal kummerċjali tal-applikazzjonijiet tal-baħar u dawk marittimi.
(80) Il-FEMS għandu jappoġġja wkoll it-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-impjiegi, l-innovazzjoni u l-kompetittività fis-setturi marittimi u fir-reġjuni kostali. Huwa partikolarment importanti li jiġu identifikati l-ostakoli regolatorji u n-nuqqasijiet fil-ħiliet li jfixklu t-tkabbir f’setturi marittimi emerġenti u prospettivi, kif ukoll l-operazzjonijiet immirati lejn it-trawwim tal-investiment fl-innovazzjoni teknoloġika meħtieġa biex jitjieb il-potenzjal kummerċjali tal-applikazzjonijiet tal-baħar u dawk marittimi. Il-FEMS għandu jappoġġja miżuri għall-iżvilupp tas-sistema tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fis-settur, inkluż ix-xiri tat-tagħmir u l-għodod meħtieġa biex tittejjeb il-kwalità tas-servizzi ta' edukazzjoni u taħriġ.
Emenda 112 Proposta għal regolament Premessa 81
(81) Il-FEMS għandu jkun komplimentari u konsistenti mal-istrumenti finanzjarji eżistenti u futuri magħmula disponibbli mill-Unjoni u mill-Istati Membri, fil-livell nazzjonali u sottonazzjonali, għall-promozzjoni tal-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-oċeani, l-ibħra u l-kosti, billi jgħin sabiex titrawwem kooperazzjoni aktar effettiva bejn l-Istati Membri u r-reġjuni kostali, tal-gżejjer u l-aktar imbiegħda tagħhom, u billi jikkunsidra l-prijoritizzazzjoni u l-progress tal-proġetti nazzjonali u lokali. Il-Fond ser jintrabat ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni li jistgħu jiġbru fihom dimensjoni marittima, b’mod partikolari il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Soċjali Ewropew, kif ukoll il-Programm Orizzont 2020 għar-Riċerka u l-politika dwar l-enerġija.
(81) Il-FEMS għandu jkun komplimentari u konsistenti mal-istrumenti finanzjarji eżistenti u futuri magħmula disponibbli mill-Unjoni u mill-Istati Membri, fil-livell nazzjonali u sottonazzjonali, għall-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli, il-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-oċeani, l-ibħra u l-kosti, billi jgħin sabiex titrawwem kooperazzjoni aktar effettiva bejn l-Istati Membri u r-reġjuni kostali, tal-gżejjer u l-aktar imbiegħda tagħhom, u billi jikkunsidra l-prijoritizzazzjoni u l-progress tal-proġetti nazzjonali u lokali. Il-Fond ser jintrabat ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni li jistgħu jiġbru fihom dimensjoni marittima, b’mod partikolari il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Soċjali Ewropew, kif ukoll il-Programm Orizzont 2020 għar-Riċerka u l-politika dwar l-enerġija.
Emenda 113 Proposta għal regolament Premessa 84
(84) Permezz ta’ assistenza teknika, il-FEMS għandu jipprovdi appoġġ preparatorju, amministrattiv u tekniku, kif ukoll appoġġ għall-miżuri ta’ informazzjoni, in-netwerking, l-evalwazzjonijiet, il-verifiki, l-istudji u l-iskambji ta’ esperjenza sabiex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali u għall-promozzjoni ta’ strateġiji u prattiċi innovattivi għal implimentazzjoni sempliċi u trasparenti. L-assistenza teknika għandha tinkludi wkoll it-twaqqif ta’ netwerk Ewropew ta’ Gruppi ta’ Azzjoni Lokali tas-Sajd immirat lejn il-bini tal-kapaċità, it-tixrid tal-informazzjoni, l-iskambju tal-esperjenza u l-appoġġ għall-kooperazzjoni bejn is-sħubiji lokali.
(84) Permezz ta’ assistenza teknika, il-FEMS għandu jipprovdi appoġġ preparatorju, amministrattiv u tekniku, kif ukoll appoġġ għall-miżuri ta’ informazzjoni, in-netwerking, l-evalwazzjonijiet, il-verifiki, l-istudji u l-iskambji ta’ esperjenza sabiex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali u għall-promozzjoni ta’ strateġiji u prattiċi innovattivi għal implimentazzjoni sempliċi u trasparenti, inkluż favur l-operaturi u l-organizzazzjonijiet tas-sajjieda. L-assistenza teknika għandha tinkludi wkoll l-istabbiliment ta’ netwerk Ewropew ta’ Gruppi ta’ Azzjoni Lokali tas-Sajd immirat lejn il-bini tal-kapaċità, it-tixrid tal-informazzjoni, l-iskambju tal-esperjenza u l-appoġġ għall-kooperazzjoni bejn is-sħubiji lokali.
Emenda 114 Proposta għal regolament Premessa 88
(88) Konxji mill-importanza tal-iżgurar tal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u tal-protezzjoni tal-istokkijiet tal-ħut, b’mod partikolari mis-sajd illegali u fl-ispirtu tal-konklużjonijiet magħmula fil-Green Paper dwar ir-Riforma tal-PKS, dawk l-operaturi li ma jkunux konformi mar-regoli tal-PKS, b’mod partikolari dawk li jipperikolaw is-sostenibbiltà tal-istokkijiet ikkonċernati u li għalhekk jikkostitwixxu theddid serju għall-użu sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar fil-livell tal-MSY li jirrestawraw u jħarsu l-popolazzjonijiet ta' speċijiet maħsuda 'l fuq mil-livelli li jistgħu joħolqu l-MSY u dawk li huma involuti fis-sajd tal-IUU għandhom jiġu esklużi mill-appoġġ fil-kuntest tal-FEMS. Il-finanzjament tal-Unjoni fl-ebda stadju mill-għażla għall-implimentazzjoni ta’ operazzjoni ma għandu jintuża biex ixekkel l-interess pubbliku ta’ konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar espress fl-għanijiet tar-Regolament tal-PKS.
(88) Konxji mill-importanza tal-iżgurar tal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u tal-protezzjoni tal-istokkijiet tal-ħut, b’mod partikolari mis-sajd illegali u fl-ispirtu tal-konklużjonijiet magħmula fil-Green Paper dwar ir-Riforma tal-PKS , dawk l-operaturi li ma jkunux konformi mar-regoli tal-PKS, b’mod partikolari dawk li jipperikolaw is-sostenibbiltà tal-istokkijiet ikkonċernati u, b’mod speċifiku, l-għanijiet tar-restorazzjoni u ż-żamma tal-popolazzjonijiet ta’ speċijiet maħsuda ’l fuq mil-livellili jistgħu joħolqu l-livell massimu sostenibbli sal-2015 u l-kisba u ż-żamma ta’ status ambjentali tajjeb sal-2020, li għalhekk jikkostitwixxu theddid serju għall-użu sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar fil-livell tal-MSY flimkien ma’ dawk li huma involuti fis-sajd tal-IUU u għandhom jiġu esklużi mill-appoġġ fil-kuntest tal-FEMS. Il-finanzjament tal-Unjoni fl-ebda stadju mill-għażla għall-implimentazzjoni ta’ operazzjoni ma għandu jintuża biex ixekkel l-interess pubbliku ta’ konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar espress fl-għanijiet tar-Regolament tal-PKS.
Emenda 115 Proposta għal regolament Premessa 88a (ġdida)
(88a) Għandu jkun hemm possibilità li l-fondi mill-FEMS jiġu ffriżati jekk Stat Membru ma jkunx kapaċi jittratta b’mod deċiżiv il-problemi bis-sajd illegali, mhux rapportat u mhux regolat fl-ilmijiet tiegħu u mill-flotta tas-sajd tiegħu.
Emenda 116 Proposta għal regolament Premessa 91
(91) Sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tal-PKS imsemmija fl-Artikoli 50 u 51 tar-[Regolament tal-PKS] u ssir kontribuzzjoni għall-konformità mar-regoli tal-PKS, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet addizzjonali għar-regoli dwar l-interruzzjoni tad-data ta’ skadenza tal-ħlas [Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni]. Fejn Stat Membru jew operatur jonqos milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu taħt il-PKS jew fejn il-Kummissjonigħandha provi li jissuġġerixxu dan in-nuqqas ta’ konformità, bħala miżura ta’ prekawzjoni, il-Kummissjoni għandha titħalla tinterrompi l-ħlasijiet.
(91) Sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tal-PKS imsemmija fl-Artikoli 50 u 51 tar-[Regolament tal-PKS] u ssir kontribuzzjoni għall-konformità mar-regoli tal-PKS, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet addizzjonali għar-regoli dwar l-interruzzjoni tad-data ta’ skadenza tal-ħlas [Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni]. Meta Stat Membru jew operatur jonqos milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu taħt il-PKS jew meta l-Kummissjoni jkollha provi li jivverifikaw dan in-nuqqas ta’ konformità, bħala miżura ta’ prekawzjoni, il-Kummissjoni għandha titħalla tinterrompi l-ħlasijiet.
Emenda 117 Proposta għal regolament Premessa 93
(93) Il-programm operazzjonali għandu jkun soġġett għal monitoraġġ u evalwazzjoni sabiex tittejjeb il-kwalità tiegħu u jintwerew il-kisbiet tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi qafas għal monitoraġġ u evalwazzjoni komuni li jiżgura, fost l-oħrajn, li d-dejtarelevanti tkun disponibbli fil-ħin. F’dan il-kuntest, għandha tiġi stabbilita lista ta’ indikaturi, filwaqt li jiġi vvalutat l-impatt tal-politika tal-FEMS mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ għanijiet speċifiċi.
(93) Il-programm operazzjonali għandu jkun soġġett għal monitoraġġ u evalwazzjoni sabiex tittejjeb il-kwalità tiegħu u jintwerew il-kisbiet tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi qafas għal monitoraġġ u evalwazzjoni komuni li jiżgura, fost l-oħrajn, li d-datarilevanti tkun disponibbli għall-pubbliku fil-ħin. F’dan il-kuntest, għandha tiġi stabbilita lista ta’ indikaturi, filwaqt li jiġi vvalutat l-impatt tal-politika tal-FEMS mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ għanijiet speċifiċi.
Emenda 118 Proposta għal regolament Premessa 95
(95) Bil-għan li jissaħħu l-aċċessibbiltà u t-trasparenza tal-informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament u l-benefiċjarji tal-proġetti, f’kull Stat Membru għandhom isiru disponibbli sit elettroniku uniku jew portal ta’ sit elettroniku li jipprovdu l-informazzjoni dwar il-programm operazzjonali, inklużi l-listi ta’ operazzjonijiet appoġġjati taħt kull programm operazzjonali. Din l-informazzjoni għandha tagħti idea raġonevoli, tanġibbli u konkreta lill-pubbliku ġenerali u b’mod partikolari lill-kontribwenti tal-Unjoni dwar kif jintefaq il-finanzjament tal-Unjoni f’dan il-qafas tal-FEMs. Minbarra dan l-għan, il-pubblikazzjoni tad-dejta relevanti għandha taqdi l-iskop ta’ pubbliċità ulterjuri tal-possibbiltà li wieħed japplika għal finanzjament tal-Unjoni. Madanakollu, bir-rispett sħiħ tad-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-dejta u f’konformità mas-sentenza tal-Qorti fil-Kawżi Konġunti Schecke, ma għandhiex tintalab il-pubblikazzjoni tal-ismijiet tal-persuni fiżiċi.
(95) Bil-għan li jissaħħu l-aċċessibbiltà u t-trasparenza tal-informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament u l-benefiċjarji tal-proġetti, f’kull Stat Membru għandhom isiru disponibbli sit elettroniku uniku jew portal ta’ sit elettroniku li jipprovdu l-informazzjoni dwar il-programm operazzjonali, inklużi l-listi ta’ operazzjonijiet appoġġjati taħt kull programm operazzjonali. Il-websajts dedikati tal-Istati Membri kollha għandhom ukoll ikunu aċċessibbli minn websajt uffiċjali tal-Unjoni biex iċ-ċittadini minn Stati Membri differenti jiġu megħjuna jkollhom aċċess eħfef għall-informazzjoni ppubblikata mill-Istati Membri kollha. Din l-informazzjoni għandha tagħti idea raġonevoli, tanġibbli u konkreta lill-pubbliku ġenerali u b’mod partikolari lill-kontribwenti tal-Unjoni dwar kif jintefaq il-finanzjament tal-Unjoni f’dan il-qafas tal-FEMs. Minbarra dan l-għan, il-pubblikazzjoni tad-data rilevanti għandha taqdi l-iskop ta’ pubbliċità ulterjuri tal-possibbiltà li wieħed japplika għal finanzjament tal-Unjoni. Madanakollu, bir-rispett sħiħ tad-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data u f’konformità mas-sentenza tal-Qorti fil-Kawżi Konġunti Schecke, ma għandhiex tintalab il-pubblikazzjoni tal-ismijiet tal-persuni fiżiċi.
Emenda 119 Proposta għal regolament Premessa 96a (ġdida)
(96a) Huwa partikolarment importanti li jiġi żgurat li l-kundizzjonalitajiet ex-ante li jikkonċernaw il-kapaċità amministrattiva għall-konformità mar-rekwiżiti tad-data għall-ġestjoni tal-industriji tas-sajd u l-mplimentazzjoni ta’ sistema ta’ spezzjoni u infurzar tal-kontroll tal-Unjoni jiġu rrispettati.
Emenda 120 Proposta għal regolament Premessa 96b (ġdida)
(96b) Huwa partikolarment importanti li jiġi żgurat li l-kondizzjonalitajiet ex ante li jikkonċernaw il-kapaċità amministrattiva għall-konformità mar-rekwiżiti tad-data għall-ġestjoni tal-industriji tas-sajd u l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ spezzjoni u infurzar tal-kontroll tal-Unjoni jiġu rrispettati.
Emenda 121 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt c
(c) l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd u s-sajd intern,
(c) l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd u tal-akkwakultura, tas-sajd intern u tal-attivitajiet relatati kif definit f’dan ir-Regolament,
Emenda 122 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt d
(d) u l-Politika Marittima Integrata (PMI).
(d) u l-Politika Marittima Integrata (PMI), inkluża d-Direttiva ta' Qafas dwar l-Istrateġija Marittima.
Emenda 123 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1
Dan ir-Regolament għandu japplika għal operazzjonijiet imwettqa fit-territorju tal-Unjoni sakemm ma jkunx stabbilit espliċitament b’mod ieħor f’dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu japplika għal operazzjonijiet imwettqa fit-territorju, l-ilmijiet u l-flotot tal-Unjoni sakemm ma jkunx stabbilit espliċitament b’mod ieħor f’dan ir-Regolament.
Emenda 124 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 1 (ġdid)
(–1) ‘sistema ta’ akkwakultura magħluqa’ tfisser faċilitajiet tal-akkwakultura fejn il-ħut u prodotti oħra akkwatiċi jiġu mkabbra f’sistemi b’riċirkolazzjoni magħluqa li jżommu u jittrattaw l-ilma ġewwa s-sistema, li jnaqqas l-użu tal-ilma. Tali sistemi normalment ikunu bbażati fuq l-art u prattikament jużaw mill-ġdid l-ilma kollu li jitpoġġa fis-sistema;
Emenda 125 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 2a (ġdid)
(2a) ‘diversifikazzjoni’ tfisser prattiki li jagħmlu l-attivitajiet tas-sajd jew tal-akkwakultura aktar versatili u li huma direttament kumplimentari għal jew jiddependu fuq attivitajiet bħal dawn;
Emenda 583 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 4a (ġdid)
(4a) "speċi aljeni": speċi aljeni fi ħdan it-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 708/20071;
1 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 708/2007 tal-11 ta' Ġunju 2007 dwar l-użu ta' speċi aljeni u li jinstabux lokalment fl-akkwakultura (ĠU L 168, 28.6.2007, p. 1).
Emenda 127 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 4b (ġdid)
(4b) ‘akkwakultura estensiva’ tfisser produzzjoni tal-akkwakultura li ma tirċevix inputs nutrizzjonali intenzjonali iżda tiddependi, minflok, fuq ikel naturali fil-faċilità tal-kultura, inkluż dak li jidħol mal-fluss tal-ilma bħall-kurrenti u l-iskambju tal-marea. L-akkwakultura estensiva tiddependi l-aktar fuq input nutrittiv uniku, b’mod partikolari ż-żerriegħa;
Emenda 128 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 5
(5) 'żona tas-sajd' tfisser żona b’xatt tal-baħar jew ta’ lag jew li tinkludi għadajjar jew estwarju ta’ xmara b’livell sinifikanti ta’ impjieg fis-settur tas-sajd jew tal-akkwakultura u magħżula bħala tali mill-Istat Membru;
(5) ‘żona tas-sajd u tal-akkwakultura’ tfisser żona b’xatt tal-baħar, ta’ xmara jew ta’ lag jew li tinkludi għadajjar jew estwarju ta’ xmara b’livell sinifikanti ta’ impjieg fis-settur tas-sajd jew tal-akkwakultura u magħżula bħala tali mill-Istat Membru
Emenda 129 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 5a (ġdid)
(5a) żona ta’ rkupru tal-istokkijiet tal-ħut’ tfisser żona ta’ baħar definita ġeografikament li fiha kwalunkwe attività ta' sajd hija pprojbita, għal titjib fl-isfruttar u l-konservazzjoni ta’ riżorsi akkwatiċi ħajjin jew il-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar, kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru .../.. [li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni];
Emenda 130 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 5b (ġdid)
(5b) ‘settur tas-sajd’ tfisser is-settur ekonomiku li jkopri l-attivitajiet kollha relatati mal-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura;
Emenda 131 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 5c (ġdid)
(5c) ‘ġestjoni u sistemi ta’ aċċess għas-sajd’ tfisser mekkaniżmi għall-attribuzzjoni ta’ u l-aċċess għal drittijiet relatati mas-sajd jew għall-ġestjoni tal-isforz tas-sajd, żviluppati fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, jew fil-livell tal-baċini tal-baħar, ta’ speċijiet fil-kwota jew barra mill-kwota fl-istrixxa kostali ta' 12-il mil jew lil hinn minnha, bl-għan li l-istokkijiet jinżammu fi stat tajjeb. Dawn is-sistemi huma implimentati mill-awtoritajiet pubbliċi jew l-organizzazzjonijiet tas-sajd.
Emenda 132 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 6
(6) 'sajjied' tfisser kwalunkwe persuna involuta f’sajd professjonali, kif rikonoxxut mill-Istat Membru, abbord bastiment operattiv tas-sajd jew involuta fir-rakkolta professjonali ta’ organiżmi tal-baħar, kif rikonoxxut mill-Istat Membru, mingħajr bastiment;
(6) ‘sajjied’ tfisser kwalunkwe persuna involuta f’sajd professjonali, inkluż l-impjegati, kif rikonoxxut mill-Istat Membru, abbord bastiment operattiv tas-sajd jew involuta fir-rakkolta professjonali ta’ organiżmi tal-ilma ħelu jew tal-baħar, kif rikonoxxut mill-Istat Membru, mingħajr bastiment;
Emenda 133 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 6a (ġdid)
(6a) ‘turiżmu tas-sajd’ tfisser attività kumplimentari mwettqa minn sajjieda professjonali fejn persuni li ma jkunux membri tal-ekwipaġġ jitilgħu abbord bastimenti tas-sajd bħala turisti jew riċerkaturi;
Emenda 134 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 6b (ġdid)
(6b) ‘attivitajiet anċillari tas-sajd u l-akkwakultura’ tfisser dawk l-attivitajiet imwettqa minn persuni li jipprovdu servizz professjonali lis-sajjieda li hu meħtieġ għall-attività tagħhom u nominat bħala tali mill-Istat Membru;
Emenda 135 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 8a (ġdid)
(8a) ‘akkwakultura intensiva’ tfisser produzzjoni tal-akkwakultura li tiddependi fuq dieti ta’ nutrizzjoni kompluta miżjuda mas-sistema ta’ nutrizzjoni jew ta’ ħut frisk, selvaġġ, tal-baħar jew tal-ilma ħelu, jew li jiddependi fuq dieti fformulati. Din tiddependi l-aktar fuq għalf komplut u disponibbli kummerċjalment u hi karatterizzata minn densitajiet tal-ħażniet għoljin;
Emenda 136 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 10
(10) ‘sajd fl-ibħra interni’ tfisser sajd imwettaq għal skopijiet kummerċjali minn bastimenti li joperawesklussivament fl-ibħra interni jew b’mezzi oħrajn użati għas-sajd fis-silġ;
(10) ‘sajd fl-ibħra interni’ tfisser sajd imwettaq għal skopijiet kummerċjali, minn bastiment jew mezz ieħor,esklużivament fl-ibħra interni jew b’mezzi oħrajn użati għas-sajd fis-silġ
Emenda 137 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 12
(12) ‘tmexxija marittima integrata’ tfisser il-ġestjoni koordinata tal-politiki settorjali kollha tal-UE li jaffettwaw l-oċeani, l-ibħra u r-reġjuni kostali;
(12) ‘tmexxija marittima integrata’ tfisser il-ġestjoni koordinata tal-politiki settorjali kollha fil-livell tal-Unjoni li jaffettwaw l-oċeani, l-ibħra u r-reġjuni kostali;
Emenda 138 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 13
(13) 'reġjuni tal-baħar' tfisser iż-żoni ġeografiċi stabbiliti fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE u ż-żoni stabbiliti mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd;
imħassar
Emenda 139 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 16
(16) 'strateġija tal-baċini tal-baħar' tfisser qafas strutturat ta’ kooperazzjoni fir-rigward ta’ żona ġeografika partikolari, żviluppat mill-Istituzzjonijiet Ewropej, mill-Istati Membri, mir-reġjuni tagħhom u, fejn xieraq, minn pajjiżi terzi li jikkondividu baċin tal-baħar; l-istrateġija tikkunsidra l-ispeċifiċitajiet ġeografiċi, klimatiċi, ekonomiċi u politiċi tal-baċin tal-baħar;
(16) ‘strateġija tal-baċini tal-baħar’ tfisser qafas strutturat ta’ kooperazzjoni fir-rigward ta’ żona ġeografika partikolari, żviluppat mill-Istituzzjonijiet Ewropej, mill-Istati Membri, mir-reġjuni tagħhom u l-awtoritajiet lokali u, meta xieraq, minn pajjiżi terzi li jikkondividu baċin tal-baħar; l-istrateġija tikkunsidra l-ispeċifiċitajiet ġeografiċi, klimatiċi, ekonomiċi u politiċi tal-baċin tal-baħar;
Emenda 140 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 16a (ġdid)
(16a) ‘akkwakultura semiintensiva’ tfisser akkwakultura li tiddependi l-aktar fuq ikel naturali iżda meta l-livelli tal-ikel preżenti b’mod naturali jiġu miżjuda permezz tal-użu ta’ għalf supplimentari li jikkumplimenta dak l-ikel naturali. Id-densitajiet tal-kulturi jinżammu f’livelli aktar baxxi minn dawk tipiċi tal-produzzjoni tal-akkwakultura intensiva;
Emenda 142 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 18 a (ġdid)
(18a) ‘persuna li taqbad/trabbi il-frott tal-baħar bil-qoxra’ tfisser kwalunkwe persuna li tiġbor jew tagħmel kultivazzjoni jew semikultivazzjoni, bil-wieqfa jew minn fuq bastiment, esklużivament u bl-użu ta’ rkaptu selettiv u speċifiku biex jaqbad speċi waħda jew iktar ta’ molluski, krustaċi, tunikati, ekinodermi jew mhux vertebrati oħra tal-baħar;
Emenda Orali Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 18 b (ġdid)
(18b) "Nassa tat-tonn" tfisser teknika tas-sajd estrattiva tradizzjonali bbażata fuq xbieki fissi ankrati mal-qiegħ għal diversi xhur, li tikkonsisti minn grupp ta' bastimenti, xbieki, wajers tas-sajd u ankri li jinsabu ħdejn il-kosta biex jinterċettaw il-hut li jpassi (tonn u speċi bħat-tonn) u jwassluhom f'żona magħluqa fejn jiġu estratti;
Emenda 143 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a
(a) jippromwovi sajd u akkwakultura sostenibbli u kompetittivi;
(a) jippromwovi sajd, akkwakultura u attivitajiet relatati ta’ pproċessar jew kummerċjalizzazzjoni li huma ambjentalment sostenibbli, ekonomikament vijabbli u soċjalment responsabbli;
Emenda 144 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c
(c) jippromwovi żvilupp territorjali bilanċjat u inklużiv taż-żoni tas-sajd;
(c) jippromwovi żvilupp territorjali bilanċjat u inklużiv taż-żoni tas-sajd u tal-akkwakultura;
Emenda 145 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d
(d) it-trawwim tal-implimentazzjoni tas-CFP.
(d) it-trawwim tal-implimentazzjoni tal-PKS, inkluż ir-reġjonalizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq.
Emenda 146 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(da) irawwem il-ħolqien tal-impjiegi biex jiġi evitat li l-komunitajiet tas-sajd jisparixxu u biex jiġu offruti kwalifiki u kundizzjonijiet tax-xogħol imtejba fis-settur tas-sajd.
3. Dawn l-objettivi għandhom jiġu segwiti mingħajr ma tiżdied il-kapaċità tas-sajd.
Emenda 149 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Il-kisba tal-għanijiet tal-FEMS għandu jikkontribwixxi għall-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Din għandha tintlaħaq permezz tas-sitt prijoritajiet tal-Unjoni, li jittraduċu l-Għanijiet Tematiċi tal-Qafas Strateġiku Komuni (minn hawn ’il quddiem CSF):
Il-kisba tal-għanijiet tal-FEMS għandha tikkontribwixxi għall-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-PSK Din għandha tintlaħaq permezz tas-sitt prijoritajiet tal-Unjoni għas-sajd, l-akkwakultura sostenibbli u attivitajiet relatati, li jittraduċu l-Għanijiet Tematiċi tal-Qafas Strateġiku Komuni (minn hawn ’il quddiem CSF):
Emenda 150 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 1 – parti introduttorja
(1) Iż-żieda tal-impjiegi u l-koeżjoni territorjali permezz tal-għanijiet li ġejjin:
(1) Iż-żieda tal-impjiegi u l-koeżjoni soċjali u territorjali permezz tal-għanijiet li ġejjin:
Emenda 151 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a
(a) Il-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku, l-inklużjoni soċjali, il-ħolqien tal-impjiegi u l-appoġġ tal-mobbiltà tax-xogħol f’komunitajiet kostali u interni li jiddependu fuq is-sajd u l-akkwakultura;
(a) Il-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku u l-inklużjoni soċjali, inkluż permezz tal-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp tal-impjegabbiltà u l-appoġġ tal-mobbiltà tax-xogħol f’komunitajiet kostali u interni li jiddependu fuq is-sajd u l-akkwakultura, inkluż fir-reġjuni l-aktar imbiegħda;
Emenda 152 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
(b) id-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd f’setturi oħrajn tal-ekonomija marittima u t-tkabbir tal-ekonomija marittima, inkluża l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.
(b) id-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd kemm fis-settur tas-sajd kif ukoll f’setturi oħrajn tal-ekonomija marittima li huma marbuta mill-qrib mas-settur tas-sajd, u t-tkabbir tal-ekonomija marittima, inkluża l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.
Emenda 153 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ba (ġdid)
(ba) il-promozzjoni tal-implimentazzjoni ta’ regoli soċjali armonizzati fil-livell tal-Unjoni.
Emenda 154 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a
(a) l-appoġġ għat-tisħiħ tal-iżvilupp teknoloġiku, l-innovazzjoni u t-trasferiment tal-għarfien;
Emenda 155 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2 – punt aa (ġdid)
(aa) it-tnaqqis tal-impatt negattiv tas-sajd fuq il-benessri tal-annimali;
Emenda 156 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b
(b) itejjeb il-kompetittività u l-vijabbiltà tas-sajd, b’mod partikolari tas-sajd kostali fuq skala żgħira u t-titjib tas-sikurezza jew tal-kondizzjonijiet tax-xogħol;
(b) itejjeb il-kompetittività u l-vijabbiltà tas-sajd u t-titjib tas-saħħa, l-iġjene, is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom;
Emenda 157 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c
(c) l-iżvilupp ta’ ħiliet professjonali ġodda u t-tagħlim tul il-ħajja;
(c) l-iżvilupp ta’ taħriġ professjonali, ħiliet professjonali ġodda u t-tagħlim tul il-ħajja, b’mod partikolari għal sajjieda żgħar;
Emenda 158 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ca (ġdid)
(ca) l-iżvilupp ta’ sajd artiġjanali kostali, b’mod partikolari l-kompetittività u s-sostenibbiltà tiegħu;
Emenda 159 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 3 – parti introduttorja
(3) It-trawwim ta’ akkwakultura innovattiva, kompetittiva u bbażata fuq l-għarfien permezz tal-enfasi fuq dawn l-oqsma:
(3) It-trawwim ta’ akkwakultura sostenibbli, innovattiva, kompetittiva bbażata fuq l-għarfien u l-ekosistema permezz tal-enfasi fuq dawn l-oqsma:
Emenda 160 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a
(a) l-appoġġ għat-tisħiħ tal-iżvilupp teknoloġiku, l-innovazzjoni u t-trasferiment tal-għarfien;
(a) l-appoġġ għat-tisħiħ tal-iżvilupp teknoloġiku, l-innovazzjoni teknika, soċjali u ekonomika u t-trasferiment tal-għarfien;
Emenda 161 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b
(b) it-titjib tal-kompetittività u l-vijabbiltà ta’ impriżi tal-akkwakultura, b’mod partikolari SMEs;
(b) it-titjib tal-kompetittività u l-vijabbiltà ta’ impriżi tal-akkwakultura estensivi u semiintensivi, b’mod partikolari SMEs
Emenda 162 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 3 – punt c
(c) l-iżvilupp ta’ ħiliet professjonali ġodda u t-tagħlim tul il-ħajja;
(c) l-iżvilupp ta’ ħiliet professjonali ġodda u l-inkoraġġiment ta’ taħriġ professjonali u t-tagħlim tul il-ħajja, b’mod partikolari għal akkwakulturisti żgħar;
Emenda 163 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 3 – punt d
Emenda 165 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a
(a) it-tnaqqis tal-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar;
(a) il-prevenzjoni, it-tnaqqis u, sa fejn huwa possibbli, l-eliminazzjoni ta’ qabdiet mhux mixtieqa u tal-impatti negattivi tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar, speċjalment permezz tas-selettività aħjar tal-irkaptu;
Emenda 166 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 4 – punt aa (ġdid)
(aa) l-iżgurar ta’ bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet disponibbli tas-sajd;
Emenda 167 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 4 – punt ba (ġdid)
(ba) l-implimentazzjoni tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Istrateġija Marittima u l-ilħuq ta’ status ambjentali tajjeb sal-2020;
Emenda 168 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a
(a) it-titjib tal-ekosistemi relatati mal-akkwakultura u l-promozzjoni ta’ akkwakultura effiċjenti fl-użu tar-riżorsi;
(a) il-promozzjoni ta’ akkwakultura effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, inkluż permezz tat-tnaqqis tad-dipendenza fuq l-ikel u ż-żejt tal-ħut u t-tnaqqis tal-użu ta’ kimiċi u antibijotiċi;
Emenda 169 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 5 – punt aa (ġdid)
(aa) il-valutazzjoni, it-tnaqqis u, meta jkun possibbli, l-eliminazzjoni tal-impatti tal-attivitajiet tal-akkwakultura fuq l-ekosistemi tal-baħar, terrestri u tal-ilma ħelu;
Emenda 170 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 6 – parti introduttorja
(6) It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-PKS permezz ta’:
(6) It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-PKS u t-tisħiħ tar-rabtiet u l-koerenza tagħha mal-Politika Marittima Integrata permezz ta’:
Emenda 171 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 6 – punt a
(a) il-forniment ta’ għarfien xjentifiku u ġbir ta’ dejta;
(a) l-appoġġ għall-ġbir u l-ġestjoni ta’ data, sabiex jittejjeb l-għarfien xjentifiku;
Emenda 172 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 6 – punt b
(b) l-appoġġ għall-kontroll u l-infurzar, filwaqt li titjieb il-kapaċità istituzzjonali u amministrazzjoni pubblika effiċjenti.
(b) l-appoġġ għall-monitoraġġ, il-kontroll u l-infurzar, filwaqt li titjieb il-kapaċità istituzzjonali u amministrazzjoni pubblika effiċjenti mingħajr ma jiżdied il-piż amministrattiv;
Emenda 173 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 6 – punt ba (ġdid)
(ba) l-appoġġ għar-reġjonalizzazzoni tal-PKS, b’mod speċjali permezz tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali.
Emenda 174 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1
1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat għandhom japplikaw għall-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri lil impriżi fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura.
1. L-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat għandhom japplikaw għall-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri lil impriżi fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura
Emenda 175 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2
2. Madankollu, l-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat ma għandhomx japplikaw għall-pagamenti magħmula mill-Istati Membri skont u b’konformità ma’ dan ir-Regolament fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat.
2. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat ma għandhomx japplikaw għall-pagamenti magħmula mill-Istati Membri skont u b’konformità ma’ dan ir-Regolament fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat.
Emenda 176 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1
Minbarra l-prinċipji msemmija fl-Artikolu 4 tar-[Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni u l-komplimentarjetà bejn l-appoġġ mill-FEMS u minn politiki u strumenti finanzjarji oħrajn tal-Unjoni, inkluż ir-Regolament (KE) Nru [li jistabbilixxi l-Programm Kwadru għall-Ambjent u l-Azzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima (Programm Kwadru LIFE)] u dawk fil-qafas tal-azzjoni esterna tal-Unjoni. Il-koordinazzjoni bejn l-għajnuna mill-FEMS u l-Programm Qafas LIFE għandha tinkiseb, b’mod partikolari, permezz tal-promozzjoni tal-finanzjamentta’ attivitajiet li jikkomplimentaw proġetti integrati ffinanzjati taħt il-Programm Qafas LIFE, kif ukoll permezz tal-promozzjoni tal-użu ta’ soluzzjonijiet, metodi u strateġiji vvalidati taħt il-Programm Qafas LIFE.
Minbarra l-prinċipji msemmija fl-Artikolu 4 tar-[Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni u l-komplimentarjetà bejn l-appoġġ mill-FEMS u minn politiki u strumenti finanzjarji oħrajn tal-Unjoni, inkluż dawk fil-qafas tal-azzjoni esterna tal-Unjoni. Dan ir-rekwiżitta’ koordinazzjoni u kumplimentarjetà għandu jkun inkluż fil-programmi operazzjonali.
Emenda 177 Proposta għal regolament Artikolu 11
Il-kundizzjonalitajiet ex ante msemmija fl-Anness III għal dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-FEMS.
Il-kundizzjonalitajiet ex ante speċifiċi msemmija fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-FEMS.
Emenda 178 Proposta għal regolament Artikolu 11a (ġdid)
1. Sa ...*, il-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, għandha twettaq valutazzjoni tal-konformità mal-Istati Membri mal-limiti massimi tal-kapaċità tas-sajd, stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru .../..... [dwar il-PKS].
2. Meta l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tindika li Stat Membru ma jkunx konformi mal-limiti massimi tiegħu ta’ kapaċità, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti u l-impenji kollha jew parti minnhom għall-programm operazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.
3. Il-Kummissjoni għandha tneħħi s-sospensjoni tal-pagamenti u l-impenji malli l-Istat Membru jimplimenta miżuri mmirati lejn il-konformità mal-limiti massimi tal-kapaċità tiegħu u dawn jiġu approvati mill-Kummissjoni.
_________________ * Tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 180 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) operaturi involuti fl-operazzjoni, fil-ġestjoni jew fis-sjieda ta’ bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ pajjiżi identifikati bħala pajjiżi terzi nonkooperattivi skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008;
Emenda 181 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)
(bb) operaturi li jinstabu ħatja, fi proċedimenti kriminali jew amministrattivi, li wettqu ksur serju ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ fl-oqsma li ġejjin:
– il-pagi u l-kundizzjonijiet tal-impjieg fin-negozju;
– ir-responsabbiltà professjonali;
– it-traffikar tal-bnedmin jew tad-droga;
Emenda 182 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt bc (ġdid)
(bc) operaturi li jinsabu ħatja, fi proċedimenti kriminali jew amministrattivi, ta’ ksur serju tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fi Stat Membru wieħed jew iktar, partikolarment rigward:
– il-ħinijiet tax-xogħol u l-perjodi ta’ mistrieħ għas-sajjieda;
– il-leġiżlazzjoni fil-qasam tas-saħħa u tas-sikurezza;
– il-pagi u l-kundizzjonijiet tal-impjieg fin-negozju;
– il-kwalifika inizjali u t-taħriġ kontinwu tas-sajjieda;
Emenda 184 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) operaturi li naqsu milli jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal-25 ta’ Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta’ qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-PKS1.
_______________
1 ĠU L 60, 5.3.2008, p.1.
Emenda 571 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 3 – punt a
(a) l-identifikazzjoni tal-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 1 u 2 li għandu jkun proporzjonat għall-gravità jew għar-ripetizzjoni tal-ksur jew nuqqas ta’ konformità;
(a) l-identifikazzjoni tal-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 li għandu jkun proporzjonat għall-gravità jew għar-ripetizzjoni tal-ksur jew nuqqas ta’ konformità in kwistjoni, filwaqt li jitqiesu kriterji bħalma huma l-ħsara li tkun saret, il-valur tagħha, kemm hu serju l-ksur jew in-nuqqas ta' konformità u r-ripetizzjoni tiegħu, u li jrid ikun ta' mill-inqas sena;
Emenda 185 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 4
4. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-operaturi li jissottomettu applikazzjoni taħt il-FEMS jipprovdu lill-awtorità amministrattiva b’dikjarazzjoni ffirmata li tikkonferma li huma jirrispettaw il-kriterji elenkati fil-paragrafu 1 u li ma wettqux irregolarità taħt il-FES jew il-FEMS kif imsemmi fil-paragrafu 2. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw il-veraċità tad-dikjarazzjoni qabel l-approvazzjonoi tal-operazzjoni.
4. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-operaturi li jissottomettu applikazzjoni taħt il-FEMS jipprovdu lill-awtorità amministrattiva b’dikjarazzjoni ffirmata li tikkonferma li huma jirrispettaw il-kriterji elenkati fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw il-veraċità tad-dikjarazzjoni qabel l-approvazzjonoi tal-operazzjoni permezz ta’ referenza għall-informazzjoni pprovduta fir-reġistru nazzjonali tal-infrazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 93 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, jew għal data oħra pprovduta għal dan l-iskop.
Emenda 610 Proposta għal regolament Artikolu 12a (ġdid)
Artikolu 12a
Sospensjoni tal-pagamenti
Fil-każ ta' operaturi li jkunu taħt investigazzjoni għal ksur kif deskritt fl-Artikolu 12(1), kwalunkwe pagament taħt il-FEMS lill-operaturi kkonċernati għandu jiġi sospiż. Jekk operatur jinstab li jkun wettaq xi ksur skont l-Artikolu 12(1), l-applikazzjoni tal-operaturi kkonċernati għandha titqies mhux ammissibbli.
Emenda 186 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a
(a) operazzjonijiet li jżidu l-kapaċità ta’ sajd tal-bastiment;
(a) operazzjonijiet li jżidu l-kapaċità ta’ sajd jew l-abilità tal-bastiment li jaqbad il-ħut;
Emenda 187 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) operazzjonijiet li jipperikolaw is-sostenibbiltà tar-riżorsi u l-ekosistemi bijoloġiċi tal-baħar;
Emenda 188 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)
(ab) miżuri ta’ impjieg distruttivi;
Emenda 190 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) investimenti abbord bastimenti li jappartjenu għal parti minn flotta li għaliha r-rapport ta’ kapaċità, imsemmi fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru …/… [dwar il-PKS], ma jkunx wera li jeżisti bilanċ sostenibbli bejn l-opportunitajiet tas-sajd u l-kapaċità tal-flotta;
Emenda 191 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt c
(c) waqfien temporanju mill-attivitajiet ta’ sajd;
imħassar
Emenda 192 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt d
(d) sajd esperimentali;
(d) sajd esploratorju;
Emenda 611 Proposta għal regolament Artikolu 15 - paragrafi 2 u 4
2. EUR 4,535,000,000 tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu (1) għandhom jiġu allokati għall-iżvilupp sostenibbli tas-sajd, tal-akkwakultura u taż-żoni tas-sajd taħt il-Kapitoli I, II u III tat-Titolu V.
2. Massimu ta' 71.86 % tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu (1) għandhom jiġu allokati għall-iżvilupp sostenibbli tas-sajd, tal-akkwakultura u taż-żoni tas-sajd taħt il-Kapitoli I, II u III tat-Titolu V.
3. EUR 477 000 000 tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu (1) għandhom jiġu allokati għall-miżuri ta’ kontroll u infurzar imsemmija fl-Artikolu 78.
3. Minimu ta' 12.5 % tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu (1) għandhom jiġu allokati għall-miżuri ta’ kontroll u infurzar imsemmija fl-Artikolu 78.
4. EUR 358 000 000 tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu (1) għandhom jiġu allokati għall-miżuri dwar il-ġbir tad-dejta msemmija fl-Artikolu 79.
4. Minimu ta' 12.97 % tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu (1) għandhom jiġu allokati għall-miżuri dwar il-ġbir tad-dejta msemmija fl-Artikolu 79.
Emenda 198 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 5 – parti introduttorja
5. Fis-sena, ir-riżorsi allokati għall-kumpens tar-reġjuni l-aktar imbiegħda taħt il-Kapitolu V tat-Titolu V, ma għandhomx jaqbżu:
5. Ir-riżorsi allokati għall-kumpens tar-reġjuni l-aktar imbiegħda taħt il-Kapitolu V tat-Titolu V, ma għandhomx jaqbżu:
— EUR X fis-sena għar-reġjuni l-aktar imbiegħda Franċiżi.
Emenda 202 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 6
6. EUR 45 000 000 tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu (1) għandhom jiġu allokati għall-għajnuna għall-ħżin imsemmija fl-Artikolu 72 mill-2014 sal-2018 inklużi.
6. EUR X tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu (1) għandhom jiġu allokati għall-pjanijiet ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 69 u għall-għajnuna għall-ħżin imsemmija fl-Artikolu 70.
6a. L-Istati Membri għandhom jingħataw l-opportunità li jużaw ir-riżorsi disponibbli skont l-Artikolu 15(2), 15(5) u 15(6) għal miżuri skont l-Artikolu 15(3)u l-Artikolu 15(4).
Emenda 204 Proposta għal regolament Artikolu 16a (ġdid)
Artikolu 16a
[Ammonti ta' referenza annwali u approprjazzjonijiet annwali]
1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja indikattiv globali, kif definit fil-punt [17] tal-Ftehim Interistituzzjonali ta' xx/201z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u amministrazzjoni finanzjarja tajba għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2014 sal-2020 għandu jkun ta' EUR X fi prezzijiet kostanti tal-2011.
2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjaru pluriennali għas-snin 2014-2020 u l-Ftehim Interistituzzjonali ta’ xxx/201z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u amministrazzjoni finanzjarja tajba.
Emenda 205 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt a – sottopunt i
(i) il-livell tal-impjiegi fis-sajd u l-akkwakultura,
(i) il-livell tal-impjiegi fis-sajd, fl-akkwakultura u fl-industrija tal-ipproċessar,
Emenda 206 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt a – sottopunt ii
(ii) il-livell tal-impjiegi fis-sajd u l-akkwakultura,
(ii) il-livell tal-impjiegi fis-sajd, fl-akkwakultura u fl-industrija tal-ipproċessar,
Emenda 207 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt b – sottopunt iii
(iii) Il-firxa tal-kompiti ta' ġbir tad-dejta tal-Istat Membru kkonċernat, approssimizzata mid-daqs tal-flotta tas-sajd nazzjonali, l-ammont ta’ żbarkamenti u l-ammont ta' attivitajiet ta' monitoraġġ xjentifiku fil-baħar u n-numru ta' stħarriġ li l-Istat Membru jkun qed jieħu sehem fih, u
(iii) il-firxa tal-kompiti ta’ ġbir u ġestjonitad-data tal-Istat Membru kkonċernat, approssimizzata mid-daqs tal-flotta tas-sajd nazzjonali, l-ammont ta’ żbarkamenti u l-ammont ta’ attivitajiet ta’ monitoraġġ xjentifiku fil-baħar u n-numru ta’ stħarriġ li l-Istat Membru jkun qed jieħu sehem fih, u
Emenda 208 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt b – sottopunt iv
(iv) Ir-riżorsidisponibblita' ġbir ta' dejta meta mqabbel mal-firxa tal-kompiti ta' ġbir ta' dejta tal-Istat Membru, fejn disponibbli tfisser li jkunu approssimizzati għan-numru ta' osservaturi fil-baħar u l-ammont ta' riżorsi umani u mezzi tekniċi meħtieġa sabiex ikun implimentat il-programm ta' kampjunar għall-ġbir tad-dejta.
(iv) il-ġbiru l-ġestjoni ta’ datatar-riżorsi li huma disponibbli meta mqabbla mal-firxa tal-kompiti ta’ ġbir u ġestjoni ta’ data tal-Istat Membru, meta mezzi disponibbli jkunu approssimizzati għar-riżorsi umani u l-mezzi tekniċi meħtieġa sabiex ikun implimentat il-programm ta’ kampjunar għall-ġbir tad-data.
Emenda 209 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt c
c) Fir-rigward tal-miżuri kollha, l-allokazzjonijiet storiċi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 u l-konsum storiku skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006.
c) Fir-rigward tal-miżuri kollha, l-allokazzjoni preċedenti ta’ fondi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 għall-perjodu 2007-2013 u l-konsum preċedenti skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006.
Emenda 210 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 1
1. Kull Stat Membru għandu jħejji programm operazzjonali uniku sabiex jimplimenta l-prijoritajiet tal-Unjoni li għandhom jiġu kofinanzjati mill-FEMS.
1. Kull Stat Membru għandu jħejji programm operazzjonali uniku sabiex jimplimenta l-prijoritajiet tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament li għandhom jiġu kofinanzjati mill-FEMS.
Emenda 211 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 3
3. Fir-rigward tat-taqsima tal-programm operazzjonali msemmija fl-Artikolu 20(1)(n) il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, il-prijoritajiet tal-Unjoni għall-politika ta’ infurzar u kontroll sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2013.
3. Fir-rigward tat-taqsima tal-programm operazzjonali msemmija fl-Artikolu 20(1)(n), il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 127,utistabbilixxi l-prijoritajiet tal-Unjoni għall-politika ta’ infurzar u kontroll sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2013.
(2) Kull Stat Membru għandu jinkludi pjan ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 32 tar-[Regolament (UE) Nru …/….[ dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura].
Emenda 213 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt c
(c) hija prevista azzjoni xierqa biex tissimplifika u tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-programm;
(c) hija prevista azzjoni xierqa biex tissimplifika u tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-programm, b’mod partikolari biex tiffaċilita l-aċċess tal-operaturi tas-sajd artiġjanali u kostali u l-organizzazzjonijiet tagħhom għall-appoġġ finanzjarju disponibbli;
Emenda 214 Proposta għal regolament Artikolu 19 – punt da (ġdid)
(da) meta applikabbli, il-konsistenza tal-miżuri taħt il-prijoritajiet tal-Unjoni għall-FEMS imsemmija fl-punt d tal-Artikolu 38(1) ta' dan ir-Regolament u l-oqfsa ta' azzjoni prijoritizzata għal Natura 2000 imsemmija fl-Artikolu 8(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE u l-kisba ta' status ambjentali tajjeb kif definit fid-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Gunju2008li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina).
Emenda 215 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt b
(b) analiżi tas-sitwazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mas-SWOT u l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet li għandhom jiġu indirizzati fiż-żona ġeografika koperta mill-programm;
(b) analiżi tas-sitwazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mas-SWOT u l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet li għandhom jiġu indirizzati fiż-żona ġeografika u ambjentali koperta mill-programm;
L-analiżi għandha tkun strutturata madwar il-prijoritajiet tal-Unjoni. Il-ħtiġijiet speċifiċi dwar it-tnaqqis u l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-promozzjoni tal-innovazzjoni għandhom jiġu vvalutati madwar il-prijoritajiet tal-Unjoni, fid-dawl tal-identifikazzjoni tar-reazzjonijiet rilevanti f’dawn iż-żewġ oqsma fil-livell ta’ kull prijorità; sinteżi tas-sitwazzjoni tal-oqsma ta’ politika eliġibbli għal appoġġ f'termini ta' saħħiet u nuqqasijiet;
L-analiżi għandha tkun strutturata madwar il-prijoritajiet tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 6. Il-ħtiġijiet speċifiċi dwar it-tnaqqis u l-adattament għat-tibdil fil-klima u għall-promozzjoni tal-innovazzjoni għandhom jiġu vvalutati b’rabta mal-prijoritajiet tal-Unjoni, sabiex jiġu identifikati s-soluzzjonijiet l-aktar rilevanti relatati ma’ dawk l-oqsma fil-livell ta’ kull prijorità;
Din l-analiżi għandha tkopri wkoll l-effetti fuq kull reġjun jew żona kostali tal-implimentazzjoni tal-PKS.
Emenda 216 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) analiżi tal-konsegwenzi tal-implimentazzjoni tal-PKS għall-impjiegi matul il-katina kollha tal-valur u proposti innovattivi għall-impjiegi fl-oqsma affettwati;
Emenda 217 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt c
(c) wiri ta’ approċċ pertinenti integrat fil-programm lejn l-innovazzjoni,l-ambjent,inklużil-ħtiġijiet speċifiċi taż-żoni tan-Natura 2000, u l-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima;
(c) analiżi li turi li l-programm iqis l-effetti tas-sajd u l-akkwakultura fuq l-ambjent u, meta xieraq, il-ħtiġijiet speċifiċi taż-żoni tan-Natura 2000, kif ukoll il-kisba ta' status ambjentali tajjeb, l-istabbiliment ta’ netwerk koerenti ta’ żoni ta’ rkupru tal-ħut u l-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima;
Emenda 218 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) valutazzjoni tal-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli kif meħtieġ skont [ir-Regolament (UE) Nru …/…. [dwar il-PKS] u deskrizzjoni tal-miżuri meħuda biex jikkonformaw mal-limiti tal-kapaċità tas-sajd stabbiliti fl-Anness II ta' dak ir-Regolament;
Emenda 219 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt h
(h) indikazzjoni ċara tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħt il-Kapitolu III tat-Titolu V li jistgħu jitwettqu b’mod kollettiv u li għalhekk jistgħu jibbenifikaw minn intensità ogħla tal-għajnuna skont l-Artikolu 95(3);
(h) indikazzjoni ċara tal-miżuri li jaqgħu taħt il-Kapitolu III tat-Titolu V li jistgħu jitwettqu b’mod kollettiv u li għalhekk jistgħu jibbenefikaw minn intensità ogħla tal-għajnuna skont l-Artikolu 95(3);
Emenda 220 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)
(ha) pjan ta' azzjoni għal sajd fuq skala żgħira u tal-kosta li jistabbilixxi strateġija għall-iżvilupp, il-kompetittività u s-sostenibbiltà ta' sajd fuq skala żgħira u tal-kosta;
Emenda 221 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt hb (ġdid)
(hb) deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri relatati mat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni li jibbenefikaw minn appoġġ skont l-Artikolu 69;
Emenda 222 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt i
(i) analiżi tal-ħtiġijiet relatati mar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni u l-pjan ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 49 tar-[Regolament (UE) Nru [...] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni]. L-Istati Membri għandhom jipprovdu biżżejjed riżorsi u attivitajiet ta’ bini tal-kapaċità sabiex jindirizzaw il-ħtiġijiet identifikati;
(i) ir-rekwiżiti tal-evalwazzjoni u l-pjan ta’ evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 49 tar-[Regolament (UE) Nru [...] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] u l-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jindirizzaw il-ħtiġijiet identifikati;
Emenda 223 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt j – sottopunt ii
(ii) tabella li tistabbilixxi r-riżorsi applikabbli tal-FEMS u r-rata ta’ kofinanzjament għall-għanijiet skont il-prijoritajiet tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 6 u l-assistenza teknika. Fejn applikabbli, din it-tabella għandha tindika separatament ir-riżorsi tal-FEMS u r-rati tal-kofinanzjament li japplikaw permezz ta’ deroga għar-regola ġenerali tal-Artikolu 94(1) għall-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 72, fl-Artikolu 73, fl-Artikolu 78(2)(a) sa (d) u (f) sa (j), fl-Artikolu 78(2)(e) u fl-Artikolu 79.
(ii) tabella li tistabbilixxi r-riżorsi applikabbli tal-FEMS u r-rata ta’ kofinanzjament għall-prijoritajiet tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 6 u l-assistenza teknika; Meta applikabbli, din it-tabella għandha tindika separatament ir-riżorsi tal-FEMS u r-rati tal-kofinanzjament li japplikaw permezz ta’ deroga għar-regola ġenerali tal-Artikolu 94(1) għall-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 72, fl-Artikolu 73, fl-Artikolu 78(2)(a) sa (d) u (f) sa (j), fl-Artikolu 78(2)(e) u fl-Artikolu 79.
Emenda 224 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt k
(k) informazzjoni dwar il-kumplimentarjetà mal-miżuri ffinanzjati permezz ta’ Fondi oħrajn tas-CSF jew il-Programm Qafas LIFE;
(k) informazzjoni dwar il-komplimentarjetà mal-miżuri ffinanzjati permezz ta’ politiki u strumenti finanzjarji oħrajn tal-Unjoni;
Emenda 225 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt l – punt ia (ġdid)
(ia) deskrizzjoni ċara tar-rwoli li għandhom jitwettqu mill-FLAGs u mill-awtorità jew il-korp ta’ ġestjoni maħtura għall-istabbiliment ta’ kompiti għall-implimentazzjoni tal-istrateġija;
Emenda 226 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt l – sottopunt ii
(ii) deskrizzjoni tal-proċeduri ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, kif ukoll il-kompożizzjoni tal-Kumitat ta’ Monitoraġġ;
(ii) deskrizzjoni tal-proċeduri ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, kif ukoll il-kompożizzjoni ġenerali tal-Kumitat ta’ Monitoraġġ;
Emenda 227 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt m
(m) il-ħatra tal-imsieħba msemmija fl-Artikolu 5 tar-[Regolament (UE) Nru [...] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] u r-riżultati tal-konsultazzjoni tal-imsieħba;
(m) il-proċedura għall-ħatra tal-imsieħba msemmija fl-Artikolu 5 tar-[Regolament (UE) Nru [...] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] u r-riżultati tal-konsultazzjoni tal-imsieħba; il-modifiki fir-rigward tal-imsieħba jistgħu jiġu implimentati waqt il-programm bil-qbil tal-Kumitat ta’ Monitoraġġ;
Emenda 228 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt n – punt i
(i) lista tal-korpi li jimplimentaw is-sistema ta’ kontroll, spezzjoni u infurzar u deskrizzjoni qasira tar-riżorsi umani u finanzjarji tagħhom disponibbli għall-kontroll, l-ispezzjoni u l-infurzar tas-sajd, it-tagħmir tagħhom disponibbli għall-kontroll, l-ispezzjoni u l-infurzar tas-sajd, b’mod partikolari l-għadd ta’ bastimenti, inġenji tal-ajru u ħelikopters;
(i) lista tal-korpi li jimplimentaw is-sistema ta’ kontroll, spezzjoni u infurzar u deskrizzjoni qasira tar-riżorsi umani u finanzjarji tagħhom disponibbli għall-kontroll, l-ispezzjoni u l-infurzar tas-sajd, it-tagħmir ewlieni tagħhom disponibbli għall-kontroll, l-ispezzjoni u l-infurzar tas-sajd, b’mod partikolari l-għadd ta’ bastimenti, inġenji tal-ajru u ħelikopters;
Emenda 229 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt o – parti introduttorja
(o) Għall-iskop tal-ġbir tad-dejta għall-ġestjoni tas-sajd sostenibbli msemmija taħt l-Artikoli 6(6) u 18(4) u f’konformità mal-programm multiannwali tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 37(5) tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd]:
(o) għall-iskop tal-ġbir tad-data għall-ġestjoni tas-sajd sostenibbli bbażata fuq l-ekosistema msemmija taħt l-Artikoli 6(6) u 18(4) u f’konformità mal-programm pluriennali tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 37(5) tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd] u għall-analiżi tas-sitwazzjoni soċjoekonomika tal-industrija tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura:
Emenda 230 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt o – punt i
(i) deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ ġbir tad-dejta li għandhom jitwettqu sabiex ikunu jistgħu jsiru dawn li ġejjin:
(i) deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ ġbir tad-data li għandhom jitwettqu b’konsultazzjoni mal-partijiet interessati sabiex ikunu jistgħu jsiru dawn li ġejjin:
Emenda 231 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt o – punt i – inċiż 1
— evalwazzjoni tas-settur tas-sajd (varjabbli bijoloġiċi, ekonomiċi u trasversali kif ukoll stħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar),
— evalwazzjoni tas-settur tas-sajd (varjabbli bijoloġiċi, ekonomiċi, soċjali u trasversali fil-katina kollha tal-valur, kif ukoll stħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar),
Emenda 232 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt o – punt i – inċiż 2
— evalwazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industriji tal-akkwakultura u tal-ipproċessar,
— evalwazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tal-industriji tal-akkwakultura u tal-ipproċessar,
Emenda 233 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt o – punt i – inċiż 3
— evalwazzjoni tal-effetti tas-settur tas-sajd fuq l-ekosistema.
— evalwazzjoni tal-effetti tas-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura fuq l-ekosistema sabiex ikunu jistgħu jitqabblu t-tipi ta’ attivitajiet ta’ sajd u akkwakultura u segmenti tal-flotta skont ir-rekwiżiti tar-Regolament(UE) Nru …/…. [dwar il-PKS].
Emenda 234 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt o – punt iii
(iii) wiri tal-kapaċità sabiex tinkiseb ġestjoni finanzjarja u amministrattiva tajba tad-dejta miġbura.
(iii) ġustifikazzjoni tal-kapaċità sabiex tinkiseb ġestjoni finanzjarja u amministrattiva tajba tad-data miġbura.
Emenda 235 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 4
4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, regoli għall-preżentazzjoni tal-elementi deskritti fil-paragrafi 1, 2 u 3. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 128(2).
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jistabbilixxu regoli għall-preżentazzjoni tal-elementi deskritti fil-paragrafi 1, 2 u 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 128(3).
Emenda 236 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 2
2. Il-Kummissjoni għandha tapproval-programm operazzjonali permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjonili japprovaw il-programm operazzjonali meta tkun sodisfatta li ntlaħqu r-rekwiżiti tal-paragrafu 1. Ladarbu jiġu approvati, il-programmi operazzjonali għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku.
Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tadotta deċiżjoni li tagħti d-dettalji tal-bidliet fil-prijoritajiet tal-Unjoni fil-politika ta’ infurzar u kontroll imsemmija fl-Artikolu 18(3) u l-operazzjonijiet korrispondenti eliġibbli li għandhom jiġu prijoritizzati.
Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 127 li jagħtu d-dettalji tal-bidliet fil-prijoritajiet tal-Unjoni fil-politika ta’ infurzar u kontroll imsemmija fl-Artikolu 18(3) u l-operazzjonijiet korrispondenti eliġibbli li għandhom jiġu prijoritizzati.
Billi jikkunsidraw dawn il-prijoritajiet il-ġodda stipulati fid-deċiżjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, sal-31 ta' Ottubru tas-sena qabel is-sena ta' implimentazzjoni kkonċernata, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni l-emenda għall-Programm Operazzjonali.
L-Istati Membri jistgħu jemendaw il-programm operazzjonali tagħhom, billi jikkunsidraw dawn il-prijoritajiet il-ġodda stipulati fid-deċiżjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni kull emenda bħal din sal-31 ta’ Ottubru tas-sena qabel is-sena ta’ implimentazzjoni kkonċernata.
Emenda 239 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 1
1. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 20(1)(o), l-Istati Membri għandhom jissottomettu pjan ta’ ħidma annwali lill-Kummissjoni qabel il-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena. Il-pjanijiet ta’ ħidma annwali għandu jkollhom deskrizzjoni tal-proċeduri u l-metodi li għandhom jintużaw fil-ġbir u l-analiżi tad-dejta u sabiex jiġu vvalutati l-eżattezza u l-preċiżjoni tagħhom.
1. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 20(1)(o), l-Istati Membri għandhom jissottomettu, qabel il-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena, pjan ta’ ħidma annwali lill-Kummissjoni, jew jinnotifikaw il-prosegwiment tal-pjan li kien fis-seħħ is-sena ta’ qabel. Il-pjanijiet ta’ ħidma annwali għandhom jitfasslu fil-qafas ta’ programm nazzjonali pluriennali, skont il-programm tal-Unjoni u għandu jkollhom deskrizzjoni tal-proċeduri u l-metodi li għandhom jintużaw fil-ġbir u l-analiżi tad-data u sabiex jiġu vvalutati l-eżattezza u l-preċiżjoni tagħhom.
Emenda 240 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 - punt b
(b) l-introduzzjoni jew l-irtirar ta’ miżuri jew tipi ta’ operazzjonijiet;
(b) l-introduzzjoni jew l-irtirar ta’ miżuri jew tipi ta’ operazzjonijiet rilevanti u l-informazzjoni u l-indikaturi relatati magħhom;
Emenda 241 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 2
2. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 128(2).
2. L-atti ta' implimentazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 128(3).
Emenda 242 Proposta għal regolament Artikolu 25 – titolu
Programm ta’ ħidma annwali
Programm operazzjonali pluriennali uprogrammi ta’ ħidma annwali
Emenda 243 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 1
1. Sabiex timplimental-Kapitolu I u II tat-Titolu VI u l-Artikolu 92 permezz ta’attita’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta’ ħidma annwali skont l-għanijiet stabbiliti f’dawk il-Kapitoli. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 128(3).
1. Sabiex tistabbilixxi d-dettalji għall-applikazzjoni tal-Kapitoli I u II tat-Titolu VI u l-Artikolu 92, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 127, biex tistabbilixxi programm operazzjonali pluriennali, li wieħed mill-kompiti tiegħu se jkun li jistabbilixxi programmi ta’ ħidma annwali, skont l-għanijiet stabbiliti f’dawk il-Kapitoli.
Emenda 244 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 2
2. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jistabbilixxi l-għanijiet fil-mira, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta' implimentazzjoni u l-ammont totali tiegħu. Għanduwkoll jinkludi deskrizzjoni tal-attivitajiet li għandhom ikunu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull attività, skeda taż-żmien ta' implimentazzjoni indikattiva, kif ukoll informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tagħhom. Għall-għotjiet għandha tinkludi l-prijoritajiet, il-kriterja essenzjali ta' evalwazzjoni u r-rata massima ta' kofinanzjament.
2. Il-programm operazzjonali pluriennali u l-programmi ta’ ħidma annwali għandhom jistabbilixxu l-għanijiet fil-mira, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta’ implimentazzjoni u l-ammont totali tiegħu. Dawn għandhomukoll jinkludu deskrizzjoni tal-attivitajiet li għandhom ikunu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull attività u skeda taż-żmien ta’ implimentazzjoni indikattiva, kif ukoll informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tagħhom. Għall-għotjiet, huma għandhom jinkludu l-prijoritajiet, il-kriterji essenzjali ta’ evalwazzjoni u r-rata massima ta’ kofinanzjament. Barra minn hekk, dawn għandhom jinkludu rekwiżit għal rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-baġit.
Emenda 245 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 1
1. Is-sid ta’ bastiment tas-sajd li rċieva appoġġ taħt l-Artikoli 32(1)(b), 36, 39(1)(a), jew 40(2) ta’ dan ir-Regolament ma għandux jittrasferixxi l-bastiment lil pajjiż terz barra mill-Unjoni tal-inqas matul 5 snin wara d-data tal-ħlas attwali lill-benefiċjarju.
1. Is-sid ta’ bastiment tas-sajd li rċieva appoġġ taħt l-Artikoli 32, 36, 39, jew 40 ta’ dan ir-Regolament ma għandux jittrasferixxi l-bastiment lil pajjiż terz barra mill-Unjoni għal tal-inqas ħames snin wara d-data tal-ħlas attwali ta’ dak l-appoġġ lill-benefiċjarju, sakemm dak l-appoġġ ma jitħallasx lura mill-benefiċjarju fuq bażi pro rata temporis qabel dak it-trasferiment. L-ewwel sentenza ta’ dan il-paragrafu hija mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 135 tar-[Regolament Finanzjarju].
1a. Il-kontribut finanzjarju totali mill-FEMS għall-miżuri dwar il-Programmi ta' Qgħad Sostenibbli fost iż-Żgħażagħ fis-sajd fuq skala żgħira msemmija fl-Artikolu 32(-1), it-twaqqif temporanju msemmi fl-Artikolu 33a, is-sostituzzjoni jew il-modernizzazzjoni ta' magni ewlenin jew anċillari msemmija fl-Artikolu 39 u t-twaqqif permanenti m'għandux jaqbeż l-20 % tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni allokata lil kull Stat Membru.
Emenda 246 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 1
1. Sabiex tiġi stimolata l-innovazzjoni fis-sajd il-FEMS jista’ jappoġġja proġetti li għandhom l-għan li jiżviluppaw jew jintroduċu prodotti ġodda jew sostanzjalment imtejba meta mqabbla mal-qagħda attwali, proċessi ġodda jew imtejba, sistemi ta’ ġestjoni u organizzazzjoni ġodda jew imtejba.
1. Sabiex tiġi stimolata l-innovazzjoni fis-sajd u fl-industrija tal-ipproċessar, il-FEMS jista’ jappoġġja proġetti li għandhom l-għan li jiżviluppaw jew jintroduċu tekniki, tagħmir jew prodotti ġodda jew sostanzjalment imtejba, pereżempju permezz tad-disinn ta’ bastimenti innovattivi, kif ukoll proċessi ġodda jew imtejba u sistemi ta’ ġestjoni u organizzazzjoni ġodda jew imtejba, sakemm dawk il-proġetti jikkontribwixxu għall-objettivi fl-Artikolu 2 tar-Regolament(UE) Nru …/…. [dwar il-PKS].
Emenda 247 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 2
2. Operazzjonijiet iffinanzjati taħt dan l-Artikolu għandhom jitwettqu f’kollaborazzjoni ma’ korp xjentifiku jew tekniku rikonoxxut mill-Istat Membru li għandu jivvalida r-riżultati ta’ dawn l-operazzjonijiet.
2. Operazzjonijiet iffinanzjati taħt dan l-Artikolu għandhom jitwettqu minn jew f’kollaborazzjoni ma’ korp xjentifiku jew tekniku rikonoxxut mill-Istat Membru jew l-Unjoni li għandhom jivvalidaw ir-riżultati ta’ dawn l-operazzjonijiet.
Emenda 248 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 3
3. Ir-riżultati tal-operazzjonijiet iffinanzjati fil-kuntest ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għal pubbliċità adegwata mill-Istat Membru skont l-Artikolu 120.
3. Ir-riżultati tal-operazzjonijiet iffinanzjati fil-kuntest ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu s-suġġett ta’ rapporti aċċessibbli għall-pubbliku, kif ukoll ta’ pubbliċità adegwata mill-Istat Membru skont l-Artikolu 120.
3a. Il-proċedura ta’ applikazzjoni għal appoġġ għall-innovazzjoni għandha ssir aktar aċċessibbli sabiex jiġu inkoraġġiti aktar proġetti.
Emenda 250 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Sabiex jitjiebu l-prestazzjoni ġenerali u l-kompetittività tal-operaturi, il-FEMS jista’ jappoġġja:
1. Sabiex jitjiebu l-prestazzjoni ġenerali u l-kompetittività tal-operaturi u għall-promozzjoni tas-sajd sostenibbli, il-FEMS jista’ jappoġġja:
Emenda 251 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) l-għoti ta’ parir professjonali dwar l-iżvilupp ta’ attivitajiet ta’ sajd aktar sostenibbli, b’enfasi fuq il-limitazzjoni u meta possibbli l-eliminazzjoni tal-impatti ta’ dawn l-attivitajiet fuq l-ekosistemi tal-baħar, terrestri u tal-ilma ħelu;
Emenda 252 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)
(ab) l-għoti ta’ servizzi konsultattivi tekniċi, legali jew ekonomiċi marbuta ma’ proġetti potenzjalment eliġibbli għall-appoġġ taħt dan il-Kapitolu;
Emenda 253 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt b
(b) l-għoti ta’ parir professjonali dwar strateġiji ta’ negozju u kummerċjalizzazzjoni.
(b) l-għoti ta’ parir professjonali dwar strateġiji ta’ negozju u kummerċjalizzazzjoni, li jinkludi pariri dwar il-promozzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u r-relazzjonijiet pubbliċi.
Emenda 254 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 2
2. L-istudji tal-fattibilità u l-pariri msemmija fil-paragrafu 1(a) u (b), rispettivament, għandhom jiġu pprovduti minn korpi xjentifiċi jew tekniċi rikonoxxuti bil-kompetenzi konsultattivi meħtieġa kif rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali ta’ kull Stat Membru.
2. L-istudji tal-fattibilità, il-pariri u s-servizzi msemmija fil-punti (a), (aa), (ab) u (b) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu pprovduti minn korpi xjentifiċi, akkademiċi, professjonali jew tekniċi rikonoxxuti bil-kompetenzi konsultattivi meħtieġa kif rikonoxxuti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ kull Stat Membru.
Emenda 255 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 3
3. L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata lill-operaturi jew l-organizzazzjonijiet tas-sajjieda rikonoxxuti mill-Istat Membru li kkummissjona l-istudju tal-fattibilità msemmi fil-paragrafu 1.
3. L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata lill-operaturi, l-organizzazzjonijiet tas-sajjieda jew korpi tal-liġi pubblika rikonoxxuti mill-Istat Membru li kkummissjona l-istudju tal-fattibilità jew li talab għall-parir jew is-servizzi konsultattivi msemmija fil-punti (a), (aa), (ab) u (b) tal-paragrafu 1.
Emenda 256 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 4
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati taħt dan l-Artikolu jintgħażlu permezz ta’ proċedura aċċellerata.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati taħt dan l-Artikolu jintgħażlu permezz ta’ proċedura aċċellerata, b’mod partikolari fil-każ ta’ sajd artiġjanali u kostali u sajd fl-ilmijiet interni.
Emenda 257 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Sabiex irawwem it-trasferiment tal-għarfien bejn ix-xjentisti u s-sajjieda, il-FEMS jista’ jappoġġja:
1. Sabiex irawwem il-ġbir, il-promozzjoni u t-trasferimentaħjar tal-għarfien bejn ix-xjentisti u s-sajjieda, il-FEMS jista’ jappoġġja:
Emenda 258 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt a
(a) il-ħolqien ta’ netwerk kompost minn korp xjentifiku indipendenti wieħed jew aktar u sajjieda jew organizzazzjoni tas-sajjieda waħda jew aktar;
(a) il-ħolqien ta’ netwerks, ftehimiet ta’ sħubija, kuntratti jew assoċjazzjonijiet bejn korp xjentifiku indipendenti wieħed jew aktar u sajjieda jew organizzazzjoni tas-sajjieda waħda jew aktar, bil-parteċipazzjoni ta’ dawk il-korpi pubbliċi tal-Istati Membri li jixtiequ jipparteċipaw;
Emenda 259 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt b
(b) l-attivitajiet imwettqa minn netwerk kif imsemmi fil-punt (a).
(b) l-attivitajiet imwettqa fil-qafas tan-netwerks, ftehimietta’ sħubija, kuntratti jew assoċjazzjonijiet maħluqa skont il-punt (a).
Emenda 260 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 2
2. L-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) jistgħu jkopru attivitajiet ta’ ġbir tad-dejta, studji, it-tixrid ta’ għarfien u l-aħjar prattiċi.
2. L-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) jistgħu jkopru attivitajiet ta’ ġbir u ġestjonitad-data, proġetti ta’ riċerka konġunti, studji, proġetti pilota, seminars, it-tixrid ta’ għarfien u l-aħjar prattiċi.
Emenda 261 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 1 – punt a
(a) it-tagħlim tul il-ħajja, it-tixrid ta’ għarfien xjentifiku u prattiċi innovattivi u l-akkwist ta’ ħiliet professjonali ġodda marbuta b’mod partikolarimal-ġestjoni sostenibbli tal-ekosistemi tal-baħar, l-attivitajiet fis-settur marittimu, l-innovazzjoni u l-imprenditorija;
(a) azzjonijiet u operazzjonijiet biex jiġu promossi t-taħriġ professjonali, it-tagħlim tul il-ħajja, it-tixrid ta’ għarfien xjentifiku, tekniku, ekonomiku jew legali u prattiki innovattivi u l-akkwist ta’ ħiliet professjonali ġodda b'mod partikolaridawk marbuta ma’:
– il-ġestjoni sostenibbli tal-ekosistemi tal-baħar u tal-ilmijiet interni;
– l-attivitajiet fis-settur marittimu;
– l-innovazzjoni;
– l-imprenditorija, b’mod speċjali l-aċċess taż-żgħażagħ għal professjonijiet tas-sajd;
– l-iġjene, is-saħħa u s-sikurezza;
– it-taħriġ tas-sajjieda fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd;
– il-prevenzjoni tar-riskji okkupazzjonali.
Emenda 262 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 1 – punt b
(b) netwerking u skambju ta’ esperjenza u l-aħjar prattika bejn il-partijiet interessati, inkluż organizzazzjonijiet li jippromwovu d-djalogu soċjali kif ukoll l-opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa u partijiet interessati oħrajn;
(b) netwerking u skambju ta’ esperjenza u l-aħjar prattika bejn il-partijiet interessati, inkluż organizzazzjonijiet ta’ taħriġu dawk l-organizzazzjonijiet li jippromwovu l-opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa u l-promozzjoniu r-rikonoxximent tar-rwol kruċjali mwettaq min-nisa fil-komunitajiet tas-sajd;
Emenda 263 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 1 – punt c
(c) il-promozzjoni tad-djalogu soċjali fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali li jinvolvi s-sajjieda u partijiet interessati rilevanti oħrajn.
(c) il-promozzjoni tad-djalogu soċjali fl-Unjoni, fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali li jinvolvi l-operaturi, l-imsieħba soċjali u partijiet interessati rilevanti oħrajn, b’mod partikolari b’referenza għall-gruppi sottorappreżentati bħal dawk involuti f’sajd artiġjanali u kostali u fis-sajd bil-wieqfa.
Emenda 264 Proposta għal regolament Artikolu 32 – titolu
L-iffaċilitar tad-diversifikazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi
L-iffaċilitar tal-imprenditorija, tad-diversifikazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi
-1b. Persuni ta' età inqas minn 30 sena u li huma rreġistrati bħala qiegħda u rikonoxxuti hekk mill-amministrazzjoni rilevanti ta' Stat Membru għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ skont il-paragrafu 1. L-apprendista għandu jkun akkumpanjat abbord minn sajjied professjonali li għandu mill-inqas 50 sena;
-1 a. Appoġġ skont il-paragrafu 1 għandu jingħata lil kull benefiċjarju għal perjodu massimu ta' sentejn matul il-perjodu ta' programmazzjoni u għal massimu ta' EUR 40 000;
-1. Żewġ terzi mill-programm tal-apprendistat għandhom jikkonsistu minn taħriġ abbord u terz għandu jikkonsisti minn korsijiet ta' teorija.
Emenda 266 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Sabiex jiffaċilita d-diversifikazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi barra s-settur tas-sajd, il-FEMS jista’ jappoġġja:
1. Sabiex jiffaċilita d-diversifikazzjoni, il-FEMS jista’ jappoġġja wkoll attivitajiet komplimentari relatati man-negozju ewlieni tas-sajd permezz ta’:
Emenda 267 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 1 – punt a
(a) il-bidu ta’ negozju barra s-settur tas-sajd;
(a) investimenti abbord f’attivitajiet li jikkomplimentaw is-sajd, bħal servizzi ambjentali u attivitajiet edukattivi jew tat-turiżmu;
Emenda 268 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 1 – punt b
(b) ir-rikonfigurazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd kostali fuq skala żgħira sabiex dawn jiġu assenjati mill-ġdid għal attivitajiet barra mis-settur tas-sajd.
(b) ir-rikonfigurazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd kostali artiġjanali sabiex dawn jiġu assenjati mill-ġdid għal attivitajiet barra mis-settur tas-sajd kummerċjali.
Emenda 269 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 1 – punt b
(b) ir-rikonfigurazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd kostali fuq skala żgħira sabiex dawn jiġu assenjati mill-ġdid għal attivitajiet barra mis-settur tas-sajd.
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija).
Emenda 270 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. L-appoġġ taħt il-paragrafu 1 (a) għandu jingħata lis-sajjieda li:
2. L-appoġġ taħt il-paragrafu -1 u l-paragrafu 1(a) għandu jingħata lis-sajjieda li:
Emenda 271 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 2 – punt a
(a) jissottomettu pjan tan-negozju għall-iżvilupp tal-attivitajiet ġodda tagħhom;
Emenda 272 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 3
3. L-appoġġ taħt il-paragrafu 1(b) għandu jingħata lil sajjieda kostali fuq skala żgħira li għandhom bastimenti tas-sajd tal-Unjoni rreġistrati bħala attivi u li jkunu wettqu attivitajiet ta’ sajd fil-baħar tul mill-inqas 60 ġurnata matul is-sentejn ta’ qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni. Il-liċenzja tas-sajd assoċjata mal-bastiment tas-sajd għandha tiġi rtirata b’mod permanenti.
3. L-appoġġ taħt il-paragrafu 1(b) għandu jingħata lil sajjieda kostali artiġjanali li għandhom bastimenti tas-sajd tal-Unjoni rreġistrati bħala attivi u li jkunu wettqu attivitajiet ta’ sajd fil-baħar tul mill-inqas 60 ġurnata matul is-sentejn kalendarji ta’ qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.
3a. L-appoġġ skont il-paragrafu 1(c) għandu jingħata biss lis-sajjieda sakemm l-attivitajiet komplimentari barra s-settur tas-sajd ikunu relatati man-negozju prinċipali tas-sajd, bħat-turiżmu tas-sajd bil-qasba, ir-ristoranti, is-servizzi ambjentali tas-sajd jew l-attivitajiet edukattivi dwar is-sajd.
Emenda 274 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 4
4. Il-benefiċjarji tal-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandhomx jinvolvu ruħhom f’attivitajiet ta’ sajd professjonali fil-ħames snin wara li jirċievu l-aħħar pagament tal-appoġġ.
imħassar
Emenda 276 Proposta għal regolament Artikolu 32a (ġdid)
Artikolu 32a
Appoġġ għal sajjieda żgħażagħ li għadhom jibdew
1. Il-FEMS jista’ jipprovdi appoġġ individwali lis-sajjieda żgħażagħ bil-kundizzjoni li:
– ikunu iżgħar minn 35 sena;
– juru li jkunu ħadmu mill-inqas ħames snin bħala sajjieda jew kisbu t-taħriġ professjonali ekwivalenti;
– ikunu kisbu, għall-ewwel darba, sjieda ta’ bastiment tas-sajd artiġjanali u kostali li għandu bejn 5 u 20 sena u jkunu wettqu attivitajiet tas-sajd matul il-ħames snin ta’ qabel.
2. Il-bastiment tas-sajd imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jappartjeni għal taqsima tal-flotta li għaliha r-rapport dwar il-kapaċita, imsemmi fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament(UE) Nru …/…. [dwar il-PKS], juri bilanċ bejn l-opportunitajiet tas-sajd u l-kapaċità tal-flotta.
3. L-ammont ta’ appoġġ imsemmi f’paragrafu 1 ma jistax ikun ogħla minn EUR 100 000.
Emenda 278 Proposta għal regolament Artikolu 33 – titolu
Is-saħħa u s-sikurezza abbord
Is-saħħa, l-iġjene u s-sikurezza abbord
Emenda 279 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 1
1. Sabiex itejjeb il-kondizzjonijiettax-xogħol għas-sajjieda abbord, il-FEMS jista’ jappoġġja investimenti abbord jew fit-tagħmir individwali jekk dawn l-investimenti jmorru lil hinn mill-istandards meħtieġa mil-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.
1. Sabiex itejjeb il-kundizzjonijiettas-saħħa, l-iġjene, is-sikurezza, ix-xogħol u l-għajxien għas-sajjieda abbord, il-FEMS jista’ jappoġġja investimenti abbord jew fit-tagħmir individwali sakemm dawn l-investimenti jmorru lil hinn mill-istandards meħtieġa mil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni u ma jżidux il-kapaċità tal-bastiment tas-sajd.
1a. Biex titjieb l-attenzjoni mogħtija lis-sajjieda f’każ ta' inċidenti, il-FEMS jista' jappoġġja proġetti kollettivi sabiex jagħmlu taħriġ mediku disponibbli b'mod wiesa' għal ekwipaġġi kollha.
Emenda 281 Proposta għal regolament Artikolu 33a (ġdid)
Artikolu 33a
Waqfien temporanju fl-attivitajiet ta’ sajd
1. Il-FEMS għandu jikkontribwixxi biss għall-finanzjament ta’ miżuri ta’ għajnuna f’każ ta’ waqfien temporanju fil-każijiet li ġejjin biss:
(a) fil-qafas ta’ pjan pluriennali hekk kif definit fir-Regolament (UE) Nru …/…. [dwar il-PKS];
(b) meta l-Kummissjoni tkun adottat miżuri ta' urġenza skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru …/…. [dwar il-PKS];
(c) matul perjodi ta’ mistrieħ bijoloġiku f’ċerti fażijiet kritiċi taċ-ċikli tal-ħajja tal-ispeċi, meta dawn il-miżuri jkunu meħtieġa għall-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd, li jgħin isostni l-ħażniet u jippermetti s-sajd ikompli barra perjodi ta’ mistrieħ bħal dawn.
L-appoġġ għandu jingħata permezz ta’ kumpens finanzjarju għall-perjodu ta’ nuqqas ta’ attività.
2. Il-perjodu tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-aħjar riċerki xjentifiċi disponibbli dwar l-istat tal-istokkijiet.
3. Is-sospensjoni staġjonali rikorrenti tas-sajd li mhijiex koperta bil-paragrafu 1(c) ma għandhiex titqies għall-għoti ta’ kumpens jew ta’ ħlas skont dan l-Artikolu.
4. Il-FEMS jista’ jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-miżuri li jirreferi għalihom il-paragrafu 1 għas-sajjieda u s-sidien tal-bastimenti tas-sajd affettwati, matul perjodu massimu ta’ 6 xhur għal kull bastiment għall-perjodu tal-ipprogrammar kollu. L-appoġġ għandu jingħata:
(a) lis-sidien ta’ bastimenti tas-sajd inklużi fir-Reġistru tal-Flotta tal-Unjoni li wettqu attivitajiet tas-sajd għal tal-inqas 120 ġurnata ta’ qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-appoġġ; u
(b) lill-ekwipaġġ li ħadem abbord bastiment tas-sajd affettwat minn waqfien temporanju tal-attivitajiet bil-kundizzjonijiet li jirreferi għalihom il-punt (a) ta' dan il-paragrafu.
5. Waqt il-perjodi tal-għoti tal-appoġġ li jirreferi għalih il-paragrafu 1 il-bastiment tas-sajd u l-ekwipaġġ affettwati m’għandhom jaffettwaw l-ebda attività tas-sajd. L-Istati Membri għandhom jiżguraw is-sospensjoni tal-attività.
Emenda 623 Proposta għal regolament Artikolu 33b (ġdid)
Artikolu 33b
Fondi reċiproċi għall-assigurazzjoni
1. Il-FEMS jista' jikkontribwixxi għal fondi reċiproċi rikonoxxuti minn Stat Membru skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu li jippermettu lis-sajjieda li huma membri affiljati biex jassiguraw lilhom infushom kontra telf ikkawżat minn:
(a) diżastri naturali;
(b) inċidenti ambjentali jew tas-saħħa;
(c) spejjeż ta' salvataġġ għal bastimenti tas-sajd li kellhom inċidenti waqt l-attivitajiet tagħhom jew li għerqu, li rriżultaw fil-mewt ta' vittmi l-baħar;
(d) miżuri soċjali u ekonomiċi speċifiċi proposti mill-Istati Membri għas-sajjieda abbord il-bastimenti li għerqu minħabba inċidenti fil-baħar.
2. L-avvenimenti għandhom jiġu rikonoxxuti formalment bħala diżastri naturali jew ambjentali jew inċidenti tas-saħħa mill-Istat Membru kkonċernat jew, jekk ikun mitlub hekk, mir-regoli interni tal-fond reċiproku. Meta xieraq, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kriterji minn qabel li fuq il-bażi tagħhom għandu jitqies li ngħata dan ir-rikonoxximent formali.
Emenda 624 Proposta għal regolament Artikolu 33c (ġdid)
Artikolu 33c
Waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd
1. Il-FEMS jista' jikkontribwixxi għall-finanzjament ta' miżuri għall-waqfien permanenti ta' attivitajiet tas-sajd biss permezz tal-iskrappjar tal-bastimenti tas-sajd dment li l-iskema ta’ dekummissjonar:
(a) tkun inkluża fil-programm operattiv kif stabbilit fl-Artikolu 20; kif ukoll
(b) tikkonċerna bastimenti inklużi f’taqsima fejn il-kapaċità tas-sajd mhijiex ibbilanċjata effettivament mal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għal dik it-taqsima għall-perijodu tal-pjan ta’ ġestjoni fit-tul; kif ukoll
2. L-appoġġ skont il-paragrafu 1 għandu jingħata lil:
(a) sidien ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkunu rreġistrati bħala attivi u li jkunu wettqu attivitajiet tas-sajd fuq il-baħar għal mill-inqas 120 ġurnata fis-sena matul l-aħħar sentejn kalendarji ta’ qabel id-data li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni, jew
(b) sajjieda li jkunu ħadmu fuq il-baħar abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni kkonċernat mill-waqfien permanenti għal mill-inqas 120 ġurnata fis-sena matul l-aħħar sentejn kalendarji qabel id-data li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni.
3. Is-sajjied, sid jew intrapriża ikkonċernati għandhom iwaqqfu effettivament l-attivitajiet ta' sajd kollha. L-evidenza tal-waqfien effettiv tal-attivitajiet ta' sajd għandha tingħata lill-awtorità nazzjonali kompetenti mill-benefiċjarji ta' tali għajnuna. Il-kumpens għandu jitħallas lura fuq bażi pro rata temporis meta sajjied jew intrapriża jerġgħu lura għal attività ta' sajd f'perijodu ta' inqas minn sentejn mid-data li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni.
4. L-għajnuna pubblika taħt dan l-Artikolu tista' tingħata sal-31 ta' Diċembru 2016.
5. L-appoġġ taħt dan l-artikolu għandu jitħallas biss wara li l-kapaċità ekwivalenti tkun tneħħiet permanentement mir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u l-liċenzji u l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd ikunu wkoll tneħħew permanentement. Il-benefiċjarju ta' tali għajnuna ma jistax jirreġistra bastiment tas-sajd ġdid fi żmien ħames snin minn meta tkun waslitlu tali għajnuna. It-tnaqqis fil-kapaċità ser jirriżulta fi tnaqqis ekwivalenti permanenti tal-livell massimu tal-kapaċità tat-taqsima tal-flotta.
6. Bastimenti tradizzjonali u tal-injam ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ taħt dan l-Artikolu.
Emenda 283 Proposta għal regolament Artikolu 34
Artikolu 34
imħassar
Appoġġ għal sistemi ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli tal-PKS
1. Sabiex jistabbilixxi jew jimmodifika sistemi ta’ konċessjonijiet tas-sajd skont l-Artikolu 27 tar-[Regolament tal-PKS], il-FEMS jista’ jappoġġja:
a) it-tfassil u l-iżvilupp ta’ mezzi tekniċi u amministrattivi meħtieġa għall-ħolqien jew il-funzjonament ta’ sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli;
b) il-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati fit-tfassil u l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli;
c) il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tas-sistemi ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli;
d) il-ġestjoni tas-sistemi ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli.
2. L-appoġġ taħt il-paragrafu 1 (a), (b) u (c) għandu jingħata biss lill-awtoritajiet pubbliċi. L-appoġġ taħt il-paragrafu 1(d) ta’ dan l-Artikolu għandu jingħata lil awtoritajiet pubbliċi, persuni ġuridiċi jew fiżiċi jew organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti involuti fil-ġestjoni kollettiva tal-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli miġbura skont l-Artikolu 28(4) tar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd.
Emenda 284 Proposta għal regolament Artikolu 35 – titolu
Appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni taħt il-PKS
Appoġġ għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni taħt il-PKS
Emenda 285 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ konservazzjoni taħt l-Artikoli 17 u 21 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd], il-FEMS jista’ jappoġġja:
1. Sabiex jiġu żgurati t-tfassil u l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-PKS dwar ir-reġjonalizzazzjoni u l-miżuri ta’ konservazzjoni adottati taħt ir-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd], inklużi il-pjanijiet pluriennali, il-FEMS jista’ jappoġġja:
Emenda 286 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt a
(a) id-disinn u l-iżvilupp ta’ mezzi tekniċi u amministrattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 17 u 21 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd];
(a) id-disinn, l-iżvilupp u l-monitoraġġ ta’ mezzi tekniċi u amministrattivi meħtieġa għall-abbozzar u l-implimentazzjonital-pjanijiet pluriennali u ta’ miżuri ta’ konservazzjoni skont it-tifsira tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd];
Emenda 287 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) l-istabbiliment ta’ netwerk koerenti ta’ żoni ta’ rkupru tal-istokkijiet tal-ħut skont ir-Regolament (UE) Nru …/… [dwar il-PKS];
Emenda 288 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)
(ab) l-implimentazzjoni ta’ perjodi ta’ rkupru bijoloġiku;
Emendi 289 u 612 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt b
(b) il-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 17 u 21 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd]
(b) il-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet pluriennali u ta’ miżuri ta’ konservazzjoni skont it-tifsira tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd], inkluż permezz ta' kumitati ta' koġestjoni b'ħafna partijiet interessati.
Emenda 640 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) id-disinn, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ kriterji ta’ allokazzjoni skont l-Artikolu 16a (ġdid) ta’ [ir-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd].
Emenda 291 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Sabiex tnaqqas l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar, tinkoraġġixxi l-eliminazzjoni tar-rimi u tiffaċilita t-tranżizzjoni għall-isfruttar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar ħajjin li jirrestawraw u jħarsu l-popolazzjonijiet tal-ispeċi maħsuda 'l fuq mil-livelli li jistgħu jista' joħloq l-MSY, il-FEMS jista’ jappoġġja l-investimenti f’tagħmir:
1. Sabiex tnaqqas l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar, tinkoraġġixxi l-eliminazzjoni tar-rimi u tiffaċilita t-tranżizzjoni għall-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar ħajjin li jirrestawraw u jħarsu l-popolazzjonijiet tal-ispeċi maħsuda ’l fuq mil-livelli li jista’ joħloq l-MSY, il-FEMS jista’ jappoġġja r-riċerka u l-investimenti f’tagħmir, strumenti jew sistemi:
Emenda 292 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) li jissostitwixxi l-irkaptu tas-sajd sakemm dak l-irkaptu l-ġdid għandu daqs aktar xieraq, selettività tal-ispeċi aħjar, impatt limitat fuq l-ambjent tal-baħar u l-ekosistemi tal-baħar vulnerabbli u ma jżidx il-kapaċità tal-bastiment tas-sajd li jaqbad il-ħut;
Emenda 293 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt b
(b) li jnaqqas il-qabdiet mhux mixtieqa ta’ stokkijiet kummerċjali jew qabdiet inċidentali oħrajn;
(b) li jnaqqas il-qabdiet mhux mixtieqa jew mhux awtorizzati ta’ stokkijiet kummerċjali jew qabdiet inċidentali oħrajn, b’enfasi fuq l-iżvilupp u l-introduzzjoni ta’ mezzi sabiex jitnaqqsu dawn il-qabdiet;
Emenda 294 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt c
(c) li jillimita l-impatti fiżiċi u bijoloġiċi tas-sajd fuq l-ekosistema jew qiegħ il-baħar.
(c) li jillimita u, meta dan huwa possibbli, jelimina l-impatti fiżiċi u bijoloġiċi tas-sajd fuq l-ekosistema jew qiegħ il-baħar, b’mod partikolari f’żoni identifikati bħala bijoġeografikament sensittivi;
Emenda 295 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) li jipproteġi l-irkaptu u l-qabdiet minn mammiferi u għasafar protetti bid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa1 jew id-Direttiva 2009/147/KE tal-Kunsill u l-Parlament Ewropew tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi2, sakemm dan ma jkollux impatt negattiv fuq is-selettività tal-irkaptu tas-sajd u li jiġu introdotti l-miżuri kollha xierqa biex tiġi evitata ħsara fiżika lill-predaturi.
__________________
1 ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.
2 ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7.
Emenda 296 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)
(cb) li jnaqqas l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq il-benessri tal-annimali;
Emenda 297 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt cc (ġdid)
(cc) li jikkontribwixxi għall-valutazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut.
1a. Fir-reġjuni l-aktar imbiegħda, l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jingħata għal mezzi ta’ ġbir tal-ħut (fish aggregating devices – FADs) ankorati biss jekk dawn jikkontribwixxu għas-sajd sostenibbli u selettiv.
Emenda 299 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 3
3. L-appoġġ għandu jingħata biss meta l-irkaptu jew tagħmir ieħor imsemmi taħt il-paragrafu 1 ikun wera b’mod ċar għażla ta’ daqs aħjar jew impatt iżgħar fuq l-ispeċi mhux fil-mira mill-irkaptu standard jew tagħmir ieħor permess skont il-liġi tal-Unjoni jew skont il-liġi nazzjonali rilevanti tal-Istati Membri adottati fil-kuntest tar-reġjonalizzazzjoni kif imsemmi fir-[Regolament tal-PKS].
3. L-appoġġ għandu jingħata biss meta l-irkaptu jew tagħmir ieħor imsemmi taħt il-paragrafu 1 ikun wera b’mod ċar għażla ta’ daqs sostanzjalment aħjar u impatt iżgħar fuq l-ekosistema u fuq l-ispeċi mhux fil-mira mill-irkaptu standard jew tagħmir, strumenti jew sistemi oħra permessi skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti tal-Istati Membri adottati fil-kuntest tar-reġjonalizzazzjoni kif imsemmi fir-[Regolament tal-PKS].
Emenda 300 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 4 – punt b
(b) sajjieda, li huma proprjetarji tal-irkaptu li għandu jinbidel u dawk li ħadmu abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni għal mill-inqas 60 ġurnata matul is-sentejn qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni;
(b) sajjieda, li huma proprjetarji tal-irkaptu, l-istrumenti jew is-sistemi li għandhom jinbidlu u dawk li ħadmu abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni għal mill-inqas 60 ġurnata matul is-sentejn qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni;
Emenda 301 Proposta għal regolament Artikolu 36a (ġdid)
Artikolu 36a
Appoġġ biex jitnaqqas l-impatt ekonomiku ta' avvenimenti eċċezzjonali
Bil-għan li jitnaqqas l-impatt ekonomiku ta' avveniment eċċezzjonali li jimpedixxi t-twettiq tas-sajd normali, il-FEMS jista' jagħti appoġġ għall-waqfien termporanju tal-attivitajiet tas-sajd, maħsub għall-proprjetarji tal-bastimenti tas-sajd u għas-sajjieda. L-implimentazzjoni tal-miżuri tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut m'għandhiex titqies bħala avveniment eċċezzjonali.
Emenda 574/REV Proposta għal regolament Artikolu 37 – paragrafu 1
1. Sabiex jikkontribwixxi għall-eliminazzjoni tar-rimi u l-qbid inċidentali u jiffaċilita t-tranżizzjoni għall-isfruttar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar ħajjin li jirrestawraw u jħarsu popolazzjonijiet ta' speċijiet maħsuda 'l fuq mil-livelli li jista' joħloq l-MSY, il-FEMS jista’ jappoġġja l-proġettimaħsuba biex jiżviluppaw jew jintroduċu għarfien tekniku jew organizzattiv ġdid bil-għan li jitnaqqas l-impatt tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ambjent jew jinkiseb użu aktar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar.
1. Sabiex jikkontribwixxi għall-eliminazzjoni tar-rimi u l-qbid inċidentali u jiffaċilita t-tranżizzjoni għall-isfruttar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar ħajjin li jirrestawra u jħares popolazzjonijiet ta’ speċijiet maħsuda ’l fuq mil-livelli li jistgħujoħolqu l-MSY u biex inaqqas l-impatt tas-sajd minn fuq l-ambjent tal-baħar u l-impatt tal-predaturi protetti, il-FEMS jista’ jappoġġja skemi u proġettili għandhom il-għan li jiżviluppaw, itejbu jew jintroduċu għarfien tekniku jew organizzattiv ġdid li jitnaqqas l-impatti tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ambjent, inklużi tekniki tas-sajd imtejba u selettività aħjar tal-operazzjonijiet tas-sajd, jew li jwasslu biex isir użu aktar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u biex ikun hemm koeżistenza mal-predaturi protetti, abbażi ta’ approċċ mil-lat ta’ ekosistema lejn il-ġestjoni tas-sajd.
Emenda 303 Proposta għal regolament Artikolu 37 – paragrafu 2
2. L-operazzjonijiet iffinanzjati fil-kuntest ta' dan l-Artikolu għandhom jitwettqu b’kollaborazzjoni ma’ korp xjentifiku jew tekniku rikonoxxut mil-liġi nazzjonali ta’ kull Stat Membru li għandu jivvalida r-riżultati ta’ dawn l-operazzjonijiet.
2. L-operazzjonijiet iffinanzjati fil-kuntest ta’ dan l-Artikolu,li jistgħu jiġu implimentati mill-organizzazzjonijiet tas-sajjieda rikonoxxuti minn Stat Membru, għandhom jitwettqu b’kollaborazzjoni ma’ korp xjentifiku jew tekniku rikonoxxut minn kull Stat Membru li għandu jivvalida r-riżultati ta’ dawn l-operazzjonijiet
Emenda 304 Proposta għal regolament Artikolu 37 – paragrafu 3
3. Ir-riżultati tal-operazzjonijiet iffinanzjati fil-kuntest ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għal pubbliċità adegwata mill-Istat Membru skont l-Artikolu 120.
3. Ir-riżultati tal-operazzjonijiet iffinanzjati taħt dan l-Artikolu għandhom ikunu magħmula disponibbli għall-pubbliku mill-Istat Membru skont l-Artikolu 120.
Emenda 305 Proposta għal regolament Artikolu 37 – paragrafu 4
4. Il-bastimenti tas-sajd involuti fi proġetti ffinanzjati fil-kuntest ta' dan l-Artikolu ma għandhomx jaqbżu l-5 % tal-bastimenti tal-flotot nazzjonali jew 5 % tat-tunnellaġġ tal-flotot nazzjonali f’tunnellaġġ gross, ikkalkolati fi żmien is-sottomissjoni tal-applikazzjoni.
4. Il-bastimenti tas-sajd involuti fi proġetti ffinanzjati fil-kuntest ta' dan l-Artikolu ma għandhomx jaqbżu l-5 % tal-bastimenti tal-flotot nazzjonali jew 5 % tat-tunnellaġġ tal-flotot nazzjonali f’tunnellaġġ gross, ikkalkolati fi żmien is-sottomissjoni tal-applikazzjoni. Fuq talba ta’ Stat Membru, f’ċirkostanzi ġustifikati b’mod xieraq u abbażi ta’ rakkomandazzjoni mill-STECF, il-Kummissjoni tista’ tapprova proġetti li jaqbżu l-limitu stabbilit f’dan il-paragrafu.
Emenda 306 Proposta għal regolament Artikolu 37 – paragrafu 5
5. L-operazzjonijiet li jikkonsistu fl-ittestjar ta’ rkaptu jew tekniki ġodda għandhom jitwettqu fil-limiti tal-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Istat Membru.
5. L-operazzjonijiet li jikkonsistu fl-ittestjar ta’ rkaptu jew tekniki ġodda għandhom jitwettqu fil-limiti tal-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Istat Membru jew fi ħdan il-kwota għar-riċerka xjentifika skont l-Artikolu 33(6) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Emenda 625 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Sabiex tiġi stimolata l-parteċipazzjoni tas-sajjieda fil-protezzjoni u r-restorazzjoni tal-ekosistemi u l-bijodiversità tal-baħar inklużi s-servizzi li jipprovdu fil-qafas tal-attivitajiet tas-sajd sostenibbli, il-FEMS jista’ jappoġġja l-operazzjonijiet li ġejjin:
1. Sabiex jiġu stimolati l-protezzjoni u r-restorazzjoni tal-ekosistemi u l-bijodiversità tal-baħar inklużi s-servizzi li jipprovdu fil-qafas tal-attivitajiet tas-sajd sostenibbli, u, fejn rilevanti, il-parteċipazzjoni tas-sajjieda, il-FEMS jista’ jappoġġja l-operazzjonijiet li ġejjin li għandhom effett dirett fuq l-attivitajiet tas-settur tas-sajd:
Emenda 626 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt a
(a) il-ġbir tal-iskart mill-baħar, bħat-tneħħija ta’ rkaptu li jintilef u skart tal-baħar;
(a) il-ġbir, mis-sajjieda, tal-iskart mill-baħar, bħat-tneħħija ta’ rkaptu li jkunintilef u skart tal-baħar;
Emenda 627 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt b
(b) il-kostruzzjoni jew l-installazzjoni ta’ faċilitajiet statiċi jew mobbli maħsuba biex jipproteġu u jsaħħu l-fawna u l-flora tal-baħar;
(b) il-kostruzzjoni, l-installazzjoni jew il-immodernizzar ta’ faċilitajiet statiċi jew mobbli li jistgħu jiġu żarmati faċilment u li huma maħsuba biex jipproteġu u jsaħħu l-fawna u l-flora tal-baħar,u studji u evalwazzjonijiet xjentifiċi ta’ dawn il-faċilitajiet;
Emenda 628 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt c
(c) il-kontribuzzjoni għal ġestjoni jew konservazzjoni aħjar tar-riżorsi;
(c) il-kontribuzzjoni għal ġestjoni jew konservazzjoni aħjar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;
Emenda 629 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt d
(d) il-ġestjoni, ir-restorazzjoni u l-monitoraġġ ta’ żoni tan-NATURA 2000, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, f’konformità mal-oqsfa ta’ azzjonijiet prijoritizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE;
(d) l-identifikazzjoni, l-għażla, il-ġestjoni, ir-restorazzjoni u l-monitoraġġ ta’:
Emenda 630 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt d – punt i (ġdid)
(i) siti tan-NATURA 2000 skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE jew skont l-oqsfa ta’ azzjonijiet prijoritizzati stabbiliti skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, fejn l-operazzjonijiet huma relatati ma’ attivitajiet ta’ sajd,
Emenda 631 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt d – punt ii (ġdid)
(ii) żoni tal-baħar protetti fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ protezzjoni spazjali relatati mal-attivitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2008/56/KE;
Emenda 632 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt e
(e) il-ġestjoni, ir-restorazzjoni u l-monitoraġġ ta’ żoni marittimi protetti fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ protezzjoni spazjali msemmija fl-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(e) il-parteċipazzjoni f’azzjonijiet oħra mmirati lejn iż-żamma u t-tisħiħ tas-servizzi tal-bijodiversità u tal-ekosistemi, b’rabta mal-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-politika tal-ambjent tal-baħar u konsistenti ma’ approċċ ibbażat fuq l-ekosistema lejn il-ġestjoni tas-sajd, bħar-restorazzjoni ta’ ħabitats marittimi u kostali speċifiċi sabiex tiġi appoġġjata s-sostenibbiltà tal-istokkijiet tal-ħut, inklużi t-tħejjija ta’ tali azzjonijiet u l-valutazzjoni xjentifika tagħhom;
Emenda 633 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
(ea) għarfien ambjentali li jinvolvi lis-sajjieda fir-rigward tal-protezzjoni u r-restorazzjoni tal-bijodiversità tal-baħar.
Emenda 575/REV Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid)
(eb) skemi għall-kumpens tal-ħsara li ssir lill-qabdiet ikkawżata minn mammiferi u għasafar protetti mid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa jew id-Direttiva 2009/147/KE tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi;
Emenda 308 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 2
2. L-operazzjonijiet fil-kuntest ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu implimentati minn korpi tal-liġi pubblika li għandhom jinvolvu sajjieda jew organizzazzjonijiet ta’ sajjieda rikonoxxuti mill-Istat Membru, jew organizzazzjonijiet mhux governattivi fi sħubija ma’ organizzazzjonijiet ta’ sajjieda jew FLAGs kif iddefiniti taħt l-Artikolu 62.
2. L-operazzjonijiet fil-kuntest ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu implimentati minn korpi tal-leġiżlazzjoni pubblika tekniċi jew xjentifiċi li għandhom jinvolvu sajjieda, Kunsilli Konsultattivi, organizzazzjonijiet ta’ sajjieda rikonoxxuti mill-Istat Membru, jew organizzazzjonijiet mhux governattivi fi sħubija ma’ organizzazzjonijiet ta’ sajjieda jew FLAGs kif iddefiniti taħt l-Artikolu 62.
Emenda 309 Proposta għal regolament Artikolu 39 – titolu
Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima
Effiċjenza enerġetika u tnaqqis tal-kapaċità
Emenda 310 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Sabiex jiġu mitigati l-effetti tat-tibdil fil-klima, il-FEMS jista’ jappoġġja:
1. Sabiex tiġi mtejba l-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti tas-sajd, il-FEMS jista’ jappoġġja:
Emenda 311 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt a
(a) investimenti abbord bil-għan li jnaqqsu l-emissjoni ta’ sustanzi niġġiesa jew il-gassijiet serra u jżidu l-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti tas-sajd;
(a) investimenti f’irkaptu jew abbord, inklużi l-irtirar, is-sostituzzjoni jew l-immodernizzar ta’ magni ewlenin jew anċillari, bil-għan li jnaqqsu l-emissjoni ta’ sustanzi niġġiesa jew il-gassijiet serra u jżidu l-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti tas-sajd, sakemm il-qawwa tal-magna l-ġdida tkun tal-anqas 40 % inqas minn dik tal-magna li qed tiġi sostitwita;
Emenda 312 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt b
(b) verifiki u skemi ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija.
(b) verifiki, pariri u skemi ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija, sakemm dawn ma jwasslux għal żieda fl-isforz tas-sajd.
Emenda 313 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) il-protezzjoni u r-restorazzjoni ta' qigħan tal-algi u artijiet mistagħdra kostali li huma bjar tal-karbonju ta’ importanza ewlenija għall-mitigazzjoni tal-impatt negattiv tat-tibdil fil-klima;
Emenda 314 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)
(bb) is-sostituzzjoni ta’ rkapti tas-sajd b’konsum għoli tal-enerġija ma’ oħrajn b’konsum aktar baxx tal-enerġija, bil-kundizzjoni li dan it-tibdil ma’ jirriżultax f’żieda fil-kapaċità tas-sajd tal-unità tas-sajd u li l-irkaptu tas-sajd sostitwit jiġi kkonfiskat jew meqrud;
Emenda 315 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt bc (ġdid)
(bc) evalwazzjonijiet u verifiki indipendenti tal-impronta tal-enerġija tal-prodotti tas-sajd fis-suq sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħrfu prodotti tas-sajd li jkunu ġejjin minn metodi ta’ sajd li jużaw inqas enerġija.
Emenda 641 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 2
2. L-appoġġ ma għandux jikkontribwixxi għat-tibdil jew l-immodernizzar ta’ magni prinċipali jew anċillari. L-appoġġ għandu jingħata lis-sidien tal-bastimenti tas-sajd biss u ma għandux jingħata aktar minn darba matul il-perjodu tal-ipprogrammar għall-istess bastiment tas-sajd.
2. l-appoġġ għandu jingħata lis-sidien ta’ bastimenti tas-sajd kostali fuq skala żgħira biss u ma għandux jingħata aktar minn darba matul il-perjodu tal-ipprogrammar għall-istess bastiment tas-sajd.
Emenda 317 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 127 sabiex tiddefinixxi l-investimenti eliġibbli taħt il-paragrafu 1(a).
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 127, tistabbilixxi l-investimenti eliġibbli taħt il-paragrafu 1(a) u tistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kriterji stabbiliti f’dan l-Artikolu.
Emenda 318 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 1
1. Sabiex tittejjeb il-kwalità tal-ħut li jinqabdu, il-FEMS jista’ jappoġġja l-investimenti abbord għal dan il-għan.
1. Sabiex jitjiebu l-valur miżjud u l-kwalitàtal-qabdiet kummerċjali, il-FEMS jista’ jappoġġja:
(a) investimenti li jżidu l-valur għall-prodotti tas-sajd, b’mod partikolari, billi jippermettu lis-sajjieda jwettqu l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ dirett tal-qabda tagħhom stess;
(b) investimenti innovattivi abbord li jtejbu l-kwalità u l-konservazzjoni tal-prodotti tas-sajd;
Emenda 319 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 2
2. Sabiex itejjeb l-użu tal-qabdiet mhux mixtieqa, il-FEMS jista’ jappoġġja l-investimenti abbord sabiex isir l-aħjar użu mill-qabdiet mhux mixtieqa ta’ stokkijiet kummerċjali u jingħata valur lill-komponenti sottoutilizzati tal-ħut maqbuda, f’konformità mal-Artikolu 15 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd] u l-Artikolu 8(b) tar-[Regolament (UE) Nru dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura].
2. Il-FEMS jista’ jappoġġja l-investimenti abbord sabiex jittejjeb it-tqandil, il-ħażna u l-iżbark ta’ qabdiet mhux mixtieqa, isir l-aħjar użu mill-qabdiet mhux mixtieqa ta’ stokkijiet kummerċjali u jingħata valur lill-komponenti sottoutilizzati tal-ħut maqbuda, f’konformità mal-Artikolu 15 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd] u l-Artikolu 8(b) tar-[Regolament (UE) Nru dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura].
2a. L-appoġġ skont il-paragrafu 1(b) għandu jingħata bil-kundizzjoni li jintuża rkaptu selettiv biex jiġu minimizzati l-qabdiet mhux mixtieqa.
Emenda 321 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 4
4. L-appoġġ imsemmi f’dan il-paragrafu 1 għandu jingħata biss lis-sidien tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li l-bastimenti tagħhom ikunu wettqu attività ta’ sajd għal mill-inqas 60 ġurnata fuq il-baħar matul is-sentejn qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.
4. L-appoġġ imsemmi f’dan il-paragrafu 1(b) għandu jingħata biss lis-sidien tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li l-bastimenti tagħhom ikunu wettqu attività ta’ sajd għal mill-inqas 60 ġurnata fuq il-baħar matul is-sentejn kalendarji qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.
Emenda 603 Proposta għal regolament Artikolu 41 - titolu
Portijiet tas-sajd, postijiet ta’ nżul u postijiet ta’ kenn
Portijiet tas-sajd, postijiet ta’ nżul, pixkeriji, postijiet ta’ kenn u infrastruttura oħra ta' appoġġ ibbażata fuq l-art
Emenda 604 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 1
1. Għall-iskop li tittejjeb il-kwalità tal-prodott żbarkat, tiżdied l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, isseħħ kontribuzzjoni għall-protezzjoni ambjentali jew jittejbu l-kondizzjonijiet tas-sigurtà u x-xogħol, il-FEMS jista’ jappoġġja investimenti maħsuba sabiex itejbu l-postijiet ta’ nżul jew l-infrastrutturi tal-portijiet tas-sajd, inklużi investimenti f’faċilitajiet għal ġbir ta’ skart u skart fil-baħar.
1. Il-FEMS jista’ jappoġġja investimenti bħal ma huma l-portijiet tas-sajd, is-siti tal-iżbark, il-pixkeriji u infrastruttura oħra ta' appoġġ ibbażata fuq l-art, inklużi investimenti f’faċilitajiet għal ġbir ta’ skart u skart fil-baħar.
Emenda 323 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 2
2. Sabiex jiffaċilita l-użu tal-qabdiet mhux mixtieqa, il-FEMS jista’ jappoġġja l-investimenti fil-portijiet tas-sajd u fil-postijiet ta’ nżul li jippermettu li jsir l-aħjar użu mill-qabdiet mhux mixtieqa ta’ stokkijiet kummerċjali u li jivvalorizzaw lill-komponenti sottoutilizzati tal-ħut maqbuda, f’konformità mal-Artikolu 15 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd] u l-Artikolu 8(b) tar-[Regolament (UE) Nru dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura].
2. L-investimenti jistgħu jikkonċernaw:
(a) it-titjib fil-kwalità, il-freskezza u t-traċċabbiltà tal-prodotti li jinħattu;
(b) it-titjib fil-kundizzjonijiet tal-ħatt, l-ipproċessar, il-ħażna u l-bejgħ bl-irkant;
(c) l-użu ta' qabdiet mhux mixtieqa ta' stokkijiet kummerċjali u l-użu aħjar tal-komponenti mhux użati biżżejjed tal-qabdiet, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru …/….. [dwar il-PKS] l-Artikolu 8(b) tar-Regolament (UE) Nru .../.... [dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura];
(d) l-effiċjenza enerġetika;
(e) il-protezzjoni ambjentali, b’mod partikolari l-ġbir, il-ħżin u t-trattament tal-iskart u tal-iskart fil-baħar;
(f) it-titjib fl-iġjene, fis-saħħa u fis-sikurezza;
(g) it-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol;
(h) il-provvista tas-silġ, l-ilma u l-elettriku;
(i) it-tagħmir għat-tiswija u għall-manutenzjoni tal-bastimenti tas-sajd;
(j) il-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni u l-estensjoni tal-mollijiet bil-ħsieb li titjieb is-sikurezza waqt li jinħattu jew li jitgħabbew il-prodotti;
(k) il-ġestjoni tal-attivitajiet tas-sajd permezz tal-kompjuter
(l) il-kollegament permezz ta’ netwerk tal-portijiet tas-sajd, tas-siti tal-iżbark u tal-pixkeriji.
Emenda 324 Proposta għal regolament Artikolu 41a (ġdid)
Artikolu 41a
Il-protezzjoni tal-wirt marittimu
1. Sabiex jiġu appoġġjati u promossi snajja’ marittimi tradizzjonali relatati mas-sajd u jiġu ppreservati jew miżmuma operattivi l-bastimenti li huma koperti mill-protezzjoni tal-wirt marittimu ta’ Stat Membru, il-FEMS jista’ jappoġġja:
(a) it-taħriġ u l-investimenti għall-appoġġ ta' tarzni tradizzjonali u snajja' marittimi tradizzjonali;
(b) investimenti abbord bl-għan li jirrestawraw bastimenti tas-sajd tal-injam tradizzjonali mingħajr ma jżidu l-kapaċità tas-sajd tal-bastiment;
(c) investimenti għas-salvagwardja u l-manutenzjoni ta’ bastimenti tas-sajd tradizzjonali li huma koperti mill-protezzjoni tal-wirt marittimu u li jkunu ġew dekummissjonati.
2. L-appoġġ għandu jingħata lis-sidien tal-bastimenti tas-sajd biss u ma għandux jingħata aktar minn darba matul il-perjodu tal-ipprogrammar għall-istess bastiment tas-sajd.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti li jkunu qed jirċievu appoġġ skont il-paragrafu 1b ikomplu joperaw.
Emenda 325 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Sabiex jitnaqqas l-impatt tas-sajd intern fuq l-ambjent, tiżdied l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, tittejjeb il-kwalità tal-ħut żbarkat jew biex jittejbu l-kondizzjonijiet tas-sigurtà jew tax-xogħol, il-FEMS jista’ jappoġġja l-investimenti li ġejjin:
1. Sabiex jitnaqqas l-impatt tas-sajd intern fuq l-ambjent, tiżdied l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, tittejjeb il-kwalità tal-ħut żbarkat jew biex jittejbu l-kundizzjonijiettas-saħħa, tas-sigurtà, tax-xogħol, il-kapital uman u t-taħriġ, il-FEMS jista’ jappoġġja l-investimenti li ġejjin:
Emenda 326 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) il-promozzjoni tal-kapital uman u tad-djalogu soċjali soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 31;
Emenda 327 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt b
(b) f’tagħmir kif speċifikat fl-Artikolu 36 u taħtil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu;
(b) f’tagħmir u proġetti kif speċifikat fl-Artikolu 36 u l-Artikolu 37 u bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawk l-Artikoli;
Emenda 328 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt d
(d) fil-portijiet u l-postijiet ta’ nżul eżistenti msemmija fl-Artikolu 41 u taħtil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu.
(d) fil-portijiet tas-sajd, il-postijiet ta’ kenn u l-postijiet ta’ nżul msemmija fl-Artikolu 41 u bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu.
Emenda 329 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(da) fit-titjib tal-valur jew tal-kwalità tal-ħut li jinqabad, kif imsemmi fl-Artikolu 40 u bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu.
1a. Il-FEMS jista’ jappoġġja investimenti relatati mal-imprenditorija, kif imsemmi fl-Artikolu 32 u bl-istess kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu.
1b. Il-FEMS jista’ jappoġġja l-iżvilupp u l-faċilitazzjoni tal-innovazzjoni skont l-Artikolu 28, is-servizzi konsultattivi skont l-Artikolu 29 u s-sħubiji bejn ix-xjentisti u s-sajjieda skont l-Artikolu 30.
Emenda 332 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 2 – punt a
(a) Ir-referenzi magħmula fl-Artikoli 33, 36 u 39 għall-bastimenti tas-sajd għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-bastimenti li joperaw b’mod esklussiv f’baħar intern;
(a) Ir-referenzi magħmula fl-Artikoli 33, 36, 37, 39 u 40 għall-bastimenti tas-sajd għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-bastimenti li joperaw b’mod esklużiv f’baħar intern;
Emenda 333 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 2 – punt b
(b) Ir-referenzi magħmula fl-Artikolu 36 għall-ambjent tal-baħar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-ambjent fejn jopera l-bastiment tas-sajd intern.
(b) Ir-referenzi magħmula fl-Artikolu 36 għall-ambjent tal-baħar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-ambjent fejn jitwettaq is-sajd intern.
Emenda 334 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 3
3. Sabiex tiġi sostnuta d-diversifikazzjoni mis-sajjieda interni, il-FEMS jista’ jappoġġja l-assenjazzjoni mill-ġdid tal-bastimenti li joperaw f’sajd intern għal attivitajiet oħrajn barra s-sajd taħtil-kondizzjonijiet tal-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament.
3. Sabiex tiġi sostnuta d-diversifikazzjoni mis-sajjieda tal-ilmijiet interni, il-FEMS jista’ jappoġġja d-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd intern li huma komplimentari għal attivitajiet oħrajn barra s-sajd soġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 634 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 5
5. Sabiex jiġu protetti u żviluppati l-fawna u l-flora akwatiċi, il-FEMS jista’ jappoġġja l-parteċipazzjoni tas-sajjieda li jistadu f’baħar intern fir-rigward tal-ġestjoni, ir-restorazzjoni u l-monitoraġġ tas-siti ta’ NATURA 2000 fejn dawn iż-żoni jkunu jikkonċernaw direttament l-attivitajiet ta’ sajd, kif ukoll ir-rijabilitazzjoni tal-ibħra interni, inklużi l-postijiet fejn ibid il-ħut u r-rotot ta’ migrazzjoni għall-ispeċi migratorji, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 38(1)(d).
5. Sabiex jiġu protetti u żviluppati l-fawna u l-flora akkwatiċi, il-FEMS jista’ jappoġġja:
Emenda 635 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 5 – punt a (ġdid)
(a) mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 38(1)(d), il-ġestjoni, ir-restorazzjoni u l-monitoraġġ tas-siti tan-NATURA 2000 meta dawn iż-żoni jkunu jikkonċernaw direttament l-attivitajiet tas-sajd kif ukoll ir-rijabilitazzjoni tal-ibħra interni, inklużi l-postijiet fejn ibid il-ħut u r-rotot ta’ migrazzjoni għall-ispeċijiet migratorji u fejn rilevanti inkluża l-parteċipazzjoni ta’ sajjieda li jistadu f’ibħra interni;
Emenda 636 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 5 – punt b (ġdid)
(b) il-kostruzzjoni, l-immodernizzar jew l-installazzjoni ta’ faċilitajiet statiċi jew mobbli maħsuba biex jipproteġu u jsaħħu l-fawna u l-flora akkwatiċi, inklużi l-monitoraġġ u l-valutazzjoni xjentifika tagħhom.
Emenda 336 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 6
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti li jirċievu appoġġ skont dan l-Artikolu jkomplu joperaw b’mod esklussiv fl-ibħra interni.
6. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti li jirċievu appoġġ skont dan l-Artikolu jkomplu joperaw b’mod esklużiv fl-ibħra interni.
Emenda 337 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 1
1. L-appoġġ taħt dan il-Kapitolu għandu jkun limitat għall-impriżi tal-akkwakultura sakemm ma jkunx espliċitament stabbilit mod ieħor.
1. L-appoġġ taħt dan il-Kapitolu għandu jkun limitat għall-impriżi tal-akkwakultura sostenibbli, inklużi imprendituri li jidħlu fis-settur imsemmija fil-paragrafu 1a, u għall-organizzazzjonijiet ta’ produtturi u imprendituri tal-akkwakultura, sakemm ma jkunx espliċitament stabbilit mod ieħor. L-appoġġ ma għandux jingħata lil operaturi li jkunu għamlu ksur serju tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni.
1a. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, imprendituri li jidħlu fis-settur għandhom jissottomettu pjan ta’ negozju u, meta l-ispejjeż tal-investiment jaqbżu l-ammont ta’ EUR 150,000, studju ta’ fattibilità.
Emenda 589 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 2
2. Fejn l-operazzjonijiet ikunu jikkonsistu minn investimenti f’tagħmir jew infrastruttura li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti dwar l-ambjent, is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, l-iġjene jew il-benesseri tal-annimali skont il-liġi tal-Unjoni, u li jidħlu fis-seħħ wara l-2014, l-appoġġ jista’ jingħata sad-data li fiha l-istandards isiru obbligatorji għall-impriżi.
2. L-għajnuna hija limitata għall-investimenti f’tagħmir jew infrastruttura fejn jidher li hemm l-iżgħar impatt fuq l-ambjent jew li jipprovdu rendiment aħjar f'termini tas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, l-iġjene jew il-benesseri tal-annimali minn dik rikjesta mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni
L-appoġġ għall-attivitajiet tal-akkwakultura li jużaw l-organiżmi modifikati ġenetikament mhuwiex permess.
Mhuwiex permess l-appoġġ għall-attivitajiet ta' akkwakultura intensivi, ikunu li jkunu, li jsiru f'żoni marittimi protetti jew fiż-żoni ta' rikostituzzjoni ta' stokkijiet tal-ħut.
Emenda 340 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Sabiex tiġi stimolata l-innovazzjoni fl-akkwakultura, il-FEMS jista’ jappoġġja operazzjonijiet:
1. Sabiex tiġi stimolata l-innovazzjoni fl-akkwakultura sostenibbli, il-FEMS jista’ jappoġġja proġetti li għandhom l-għan:
(a) li jintroduċu għarfien tekniku jew organizzattiv ġdid fl-irziezet tal-akkwakultura li jnaqqas l-impatt tagħhom fuq l-ambjent jew jinkoraġġixxi użu aktar sostenibbli tar-riżorsi fl-akkwakultura;
(a) li jiżviluppaw għarfien tekniku, xjentifiku jew organizzattiv, li, b’mod partikolari,inaqqas l-impatt fuq l-ambjent, inaqqas id-dipendenza fuq l-għalf u ż-żejt tal-ħut, jinkoraġġixxi użu aktar sostenibbli tar-riżorsi fl-akkwakultura jew jiffaċilita metodi ta’ produzzjoni ġodda sostenibbli;
(b) li jiżviluppaw jew jintroduċu fis-suq prodotti ġodda jew li jkunu ttejbu b'mod sostanzjali meta mqabbel mal-aħħar avvanzi, proċessi ġodda jew imtejba, ġestjoni ġdida jew imtejba u s-sistemi ta' organizzazzjoni.
(b) li jiżviluppaw jew jintroduċu fis-suq prodotti ġodda jew li jkunu ttejbu b’mod sostanzjali, proċessi ġodda jew imtejba, ġestjoni ġdida jew imtejba u s-sistemi ta’ organizzazzjoni kif ukoll innovazzjonijiet jew titjib fil-produzzjoni u l-ipproċessar tal-prodotti tal-akkwakultura;
(ba) li jesploraw il-fattibbiltà teknika jew ekonomika tal-innovazzjonijiet, il-prodotti jew il-proċessi.
Emenda 341 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 2
2. L-operazzjonijiet taħt dan l-Artikolu għandhom jitwettqu b’kollaborazzjoni ma’ korp xjentifiku jew tekniku kif rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali ta’ kull Stat Membru li għandu jivvalida r-riżultati ta’ dawn l-operazzjonijiet.
2. L-operazzjonijiet taħt dan l-Artikolu għandhom jitwettqu minn jew b’kollaborazzjoni ma’ korp xjentifiku, akademiku jew tekniku,pubbliku jew privat, kemm pubbliċi kif ukoll dawk privati, kif rikonoxxuti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ kull Stat Membru li għandu jivvalida r-riżultati ta’ dawn l-operazzjonijiet.
3a. Il-FEMS għandu jipprovdi kontribut finanzjarju għall-iżvilupp u l-innovazzjoni fl-akkwakultura, implimentati skont pjanijiet strateġiċi pluriennali mfassla mill-Istati Membri.
Emenda 343 Proposta għal regolament Artikolu 46 – titolu
Investimenti fl-akkwakultura lil hinn mill-kosta u fl-akkwakultura mhux relatata mal-ikel
Investimenti fl-akkwakultura
Emenda 344 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 1
1. Sabiex jitrawmu forom ta’ akkwakultura b’potenzjal għoli ta’ tkabbir, il-FEMS jista’ jappoġġja l-investiment fl-iżvilupptal-akkwakultura ’l barra mill-kosta jew tal-akkwakultura mhux relatata mal-ikel.
1. Sabiex jitrawmu forom ta’ akkwakultura sostenibbli b’potenzjal għoli ta’ tkabbir, il-FEMS jista’ jappoġġja: –
(a) investimenti produttivi fl-akkwakultura, inkluża l-akkwakultura ’l barra mill-kosta jew tal-akkwakultura mhux relatata mal-ikel;
(b) diversifikazzjoni tal-produzzjoni u tal-ispeċijiet ikkultivati kif ukoll l-istudji dwar ir-rendiment u l-adegwatezza tal-lokalizzazzjoni;
1a. L-appoġġ taħt il-paragrafu 1 jista’ jingħata għaż-żieda fil-produzzjoni u/jew il-modernizzazzjoni tal-impriżi eżistenti fis-settur tal-akkwakultura jew għall-kostruzzjoni ta’ impriżi ġodda sakemm l-iżvilupp ikun konsistenti mal-pjan strateġiku nazzjonali pluriennali għall-iżvilupp tal-akkwakultura.
1b. L-appoġġ skont dan l-Artikolu għandu jingħata biss meta jkun intwera b’mod ċar, f' rapport ta’ kummerċjalizzazzjoni indipendenti, li jeżistu prospetti tas-suq sostenibbli tajbin għall-prodott. L-impriżi maħluqa għandhom ikunu ekonomikament vijabbli u ma għandhomx jikkontribwixxu għal produzzjoni żejda fis-settur.
Emenda 347 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Sabiex titrawwem l-imprenditorija fl-akkwakultura, il-FEMS jista’ jappoġġja l-investimenti li jikkontribwixxu għal:
1. Sabiex titrawwem l-imprenditorija fl-akkwakultura sostenibbli, il-FEMS jista’ jappoġġja l-investimenti li jikkontribwixxu għal:
Emenda 348 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 1 – punt a
(a) żieda ta’ valur lill-prodotti tal-akkwakultura, b’mod partikolaribilli l-impriża tal-akkwakultura titħallatwettaq l-ipproċessar, it-tqegħid fis-suq u l-bejgħ dirett tal-produzzjoni tal-akkwakultura tagħha stess;
(a) żieda ta’ valur lill-prodotti tal-akkwakultura, pereżempju permezz tal-appoġġ tas-settur tal-akkwakultura fit-twettiq tal-ipproċessar, it-tqegħid fis-suq u l-bejgħ tal-produzzjoni tal-akkwakultura tagħha stess, jew fl-istabbiliment ta’ assoċjazzjonijiet jew ftehimiet ta’ assoċjazzjoni għall-ipproċessar;
Emenda 349 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 1 – punt b
(b) diversifikazzjoni tad-dħul tal-impriżi tal-akkwakultura permezz tal-iżvilupp ta’ speċi ġodda fl-akkwakultura bi prospetti tajba fis-suq;
(b) diversifikazzjoni tad-dħul tas-settur tal-akkwakultura permezz tal-iżvilupp ta’ speċi ġodda nativi fl-akkwakultura fiż-żoni rispettivi tagħhom bil-valur miżjud u prospetti tajba fis-suq u ambjentali;
Emenda 350 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 1 – punt c
(c) id-diversifikazzjoni tad-dħul tal-impriżi tal-akkwakultura permezz tal-iżvilupp ta’ attivitajiet komplimentari barra l-akkwakultura.
(c) id-diversifikazzjoni tad-dħul tal-impriżi tal-akkwakultura permezz tal-iżvilupp ta’ attivitajiet komplimentari.
Emenda 351 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 2
2. L-appoġġ taħt il-paragrafu 1(c) għandu jingħata biss lill-impriżi tal-akkwakultura sakemm l-attivitajiet komplimentari barra l-akkwakultura jkunu relatati man-negozju akkwakulturali prinċipali tal-impriża, bħat-turiżmu tas-sajd bil-qasba, servizzi ambjentali tal-akkwakultura jew attivitajiet edukattivi dwar l-akkwakultura.
2. L-appoġġ taħt il-paragrafu 1(c) għandu jingħata biss lill-impriżi tal-akkwakultura sakemm l-attivitajiet komplimentari barra l-akkwakultura jkunu relatati mal-produzzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni akkwakulturali prinċipali, bħat-turiżmu tas-sajd bil-qasba, servizzi ambjentali tal-akkwakultura jew attivitajiet edukattivi dwar l-akkwakultura.
Emenda 352 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Sabiex jittejbu l-prestazzjoni u l-kompetittività globali tal-farms tal-akkwakultura, il-FEMS jista’ jappoġġja:
1. Sabiex jittejbu l-prestazzjoni u l-kompetittività globali tal-farms tal-akkwakultura u jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-operazzjonijiet tagħhom, il-FEMS jista’ jappoġġja:
Emenda 353 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 1 – punt b
(b) il-forniment ta’ servizzi ta’ konsulenza ta’ natura teknika, xjentifika, legali jew ekonomika għall-farms.
(b) il-forniment ta’ servizzi ta’ konsulenza ta’ natura teknika, xjentifika, legali, ambjentali jew ekonomika għall-farms.
Emenda 637 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol filwaqt li jitqiesu r-regoli tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (l-ILO);
Emenda 638 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)
(bb) il-promozzjoni tat-taħriġ professjonali u l-aċċess għax-xogħol għaż-żgħażagħ u għan-nisa fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura.
Emenda 354 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 2 – punt d
(d) l-istandards tas-saħħa u s-sigurtà bbażati fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni;
(d) l-istandards tas-saħħa, l-iġjene u s-sigurtà bbażati fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni;
Emenda 355 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)
(ea) il-promozzjoni tal-opportunitajiet indaqs, speċjalment fir-rigward tal-ugwaljanza tal-ġeneri u tal-integrazzjoni tal-persuni b’diżabilità;
Emenda 356 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 3
3. L-appoġġ taħti l-paragrafu (1)(a) għandu jingħata biss lil korpi tal-liġi pubblika magħżula sabiex jistabbilixxu s-servizzi ta’ konsulenza għall-farms. L-appoġġ taħt il-paragrafu (1)(b) għandu jingħata biss lil SMEs tal-akkwakultura jew lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi.
3. L-appoġġ taħt il-paragrafu (1)(a) għandu jingħata biss lil korpi tal-liġi pubblika magħżula sabiex jistabbilixxu s-servizzi ta’ konsulenza għall-farms jew lil organizzazzjonijiet professjonali rikonoxxuti mill-Istat Membru. L-appoġġ taħt il-paragrafu (1)(b) għandu jingħata biss lil SMEs tal-akkwakultura, lill-organizzazzjonijiet professjonali tal-akkwakultura rikonoxxuti mill-Istat Membru, lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, jew lill-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-akkwakultura.
3a. Meta l-appoġġ li għandu jingħata ma jaqbiżx l-ammont ta’ EUR 4 000, il-benefiċjarju jista’ jintgħażel permezz ta’ proċedura aċċellerata.
Emenda 358 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 4
4. Il-farms tal-akkwakultura ma għandhomx jirċievu appoġġ għas-servizzi ta’ konsulenza aktar minn darba għal kull kategorija ta’ servizzi koperti taħt il-paragrafu 2 (a) sa (e) matul il-perjodu tal-ipprogrammar.
imħassar
Emenda 359 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt a
(a) it-tagħlim tul il-ħajja, it-tixrid ta’ għarfien xjentifiku u prattiċi innovattivi u l-akkwist ta’ ħiliet professjonali ġodda fl-akkwakultura;
(a) it-taħriġ professjonali, it-tagħlim tul il-ħajja, it-tixrid ta’ għarfien xjentifiku u tekniku u prattiċi innovattivi, l-akkwist ta’ ħiliet professjonali ġodda fl-akkwakultura, it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-promozzjoni tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u t-tnaqqis tal-impatt ambjentali tal-operazzjonijiet tal-akkwakultura;
Emenda 360 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt b
(b) in-netwerking u l-iskambju ta’ esperjenza u l-aqwa prattika fost l-impriżi tal-akkwakultura jew l-organizzazzjonijiet professjonali u partijiet interessati oħrajn, inklużi korpi xjentifiċi jew dawk li jippromwovu l-opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa.
(b) in-netwerking u l-iskambju ta’ esperjenza u l-aqwa prattika fost l-impriżi tal-akkwakultura jew l-organizzazzjonijiet professjonali u partijiet interessati oħrajn pubbliċi jew privati, inklużi korpi xjentifiċi, tekniċi u ta’ taħriġ jew dawk li jippromwovu l-opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa.
Emenda 361 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 2
2. L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1(a) ma għandux jingħata lil impriżi kbar tal-akkwakultura.
imħassar
Emenda 362 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Sabiex jikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-siti u l-infrastrutturi tal-akkwakultura, il-FEMS jista’ jappoġġja:
1. Sabiex jikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-siti u l-infrastrutturi tal-akkwakultura, u sabiex inaqqas l-impatt ambjentali tal-operazzjonijiet, il-FEMS jista’ jappoġġja
–
Emenda 363 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 1 – punt a
(a) l-identifikazzjoni u l-immappjar tal-aktar żoni adattati għall-iżvilupp tal-akkwakultura, u fejn applikabbli, il-kunsiderazzjoni tal-proċessi tal-ippjanar spazjali marittimu;
(a) l-identifikazzjoni u l-immappjar tal-aktar żoni adattati għall-iżvilupp tal-akkwakultura sostenibbli b’impatt ambjentali baxx, u meta applikabbli, il-kunsiderazzjoni tal-proċessi tal-ippjanar spazjali marittimu, kif ukoll l-azzjonijiet ta’ monitoraġġ tal-interazzjonijiet ambjentali matul il-fażi ta’ produzzjoni tal-attivitajiet tal-akkwakultura;
Emenda 364 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) l-identifikazzjoni u l-immappjar taż-żoni fejn għandhom jiġu esklużi attivitajiet ta’ akkwakultura intensiva sabiex jinżamm ir-rwol tagħhom fil-funzjonament tal-ekosistema bħal żoni fejn jitrabba l-ħut, żoni kostali fejn ibejjed il-ħut, żoni tal-baħar protetti, siti tan-Natura 2000 jew żoni ta’ rkupru ta’ stokkijiet tal-ħut;
Emenda 365 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 1 – punt b
(b) it-titjib tal-infrastrutturi taż-żoni tal-akkwakultura, inkluż permezz tal-konsolidazzjoni tal-art, il-provvista tal-enerġija jew il-ġestjoni tal-ilma;
(b) it-titjib u l-iżvilupp tal-installazzjonijiet u tal-infrastrutturi ta’ sostenn meħtieġa għaż-żieda fil-potenzjal tas-siti tal-akkwakultura u t-tnaqqis tal-impronta ekoloġika tal-akkwakultura, inkluż permezz tal-investiment fil-konsolidazzjoni tal-art, il-provvista tal-enerġija jew il-ġestjoni tal-ilma;
Emenda 366 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 1 – punt c
(c) l-azzjoni meħuda u implimentata mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2009/147/KE jew l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 92/43/KEE bil-għan li jipprevjenu ħsara serja fl-akkwakultura.
(c) l-azzjoni meħuda mill-awtoritajiet kompetenti li għandha l-għan li tnaqqas il-kunflitti ma’ speċijiet selvaġġi protetti skont id-Direttiva 2009/147/KE jew id-Direttiva 92/43/KEE, bil-għan li jipprevjenu ħsara serja fl-akkwakultura.
Emenda 367 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 2
2. Il-benefiċjarji tal-appoġġ taħt dan l-Artikolu għandhom ikunu korpi tal-liġi pubblika biss.
2. L-eliġibilità għall-appoġġ taħt dan l-Artikolu għandha tkun limitata għal korpi tal-liġi pubblika jew organizzazzjonijiet privati fdati mill-Istat Membru biex iwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-punti (a), (aa) u (b) tal-paragrafu 1.
Emenda 368 Proposta għal regolament Artikolu 51 – titolu
L-inkoraġġiment ta’ bdiewa ġodda fis-settur tal-akkwakultura
L-inkoraġġiment ta’ bdiewa ġodda fis-settur tal-akkwakultura sostenibbli u tal-ipproċessar ta’ prodotti tal-akkwakultura
Emenda 369 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 1
1. Sabiex irawwem l-imprenditorija fl-akkwakultura, il-FEMS jista’ jappoġġja t-twaqqif ta’ impriżi tal-akkwakultura minn bdiewa ġodda li għadhom jibdew.
1. Sabiex irawwem l-imprenditorija fl-akkwakultura, il-FEMS jista’ jappoġġja l-istabbiliment ta’ impriżi jew kooperattivi tal-akkwakultura sostenibbli minn bdiewa ġodda li għadhom jibdew, inkluż fis-settur tal-ipproċessar relatat, b’attenzjoni partikolari fuq akkwakulturisti żgħażagħ u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.
Emenda 370 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. L-Appoġġ 1 għandu jingħata lill-bdiewa tal-akkwakultura li jidħlu fis-settur sakemm dawn:
2. L-appoġġ skont il-paragrafu 1 għandu jingħata lill-bdiewa tal-akkwakultura li jidħlu fis-settur sakemm dawn:
Emenda 371 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 2 – punt b
(b) ikunu qegħdin iwaqqfu għall-ewwel darba impriża mikro jew żgħira fis-settur tal-akkwakultura bħala kapijiet ta’ dik l-impriża;
(b) ikunu qegħdin iwaqqfu għall-ewwel darba impriża mikro jew żgħira fis-settur tal-akkwakultura jew tal-ipproċessar ta’ prodotti tal-akkwakultura relatat, bħala kapijiet ta’ dik l-impriża;
Emenda 372 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 2 – punt c
(c) jissottomettu pjan tan-negozju għall-iżvilupp tal-attivitajiet tagħhom fl-akkwakultura.
(c) jissottomettu pjan tan-negozju ekonomikament u ambjentalment kredibbli għall-iżvilupp tal-attivitajiet tagħhom fl-akkwakultura, inkluż pjan dwar kif inaqqsu l-impronta ekoloġika tal-attività tagħhom.
Emenda 373 Proposta għal regolament Artikolu 52 – titolu
Il-promozzjoni ta’ akkwakultura b’livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali
Il-promozzjoni ta’ akkwakultura sostenibbli b’livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali
Emenda 374 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Sabiex inaqqas b’mod sostanzjali l-impatt tal-akkwakultura fuq l-ambjent, il-FEMS jista’ jappoġġja investimenti:
Sabiex inaqqas b’mod sostanzjali l-impatt tal-akkwakultura fuq l-ambjent, il-FEMS jista’ jappoġġja l-investimenti li ġejjin:
Emenda 375 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt a
(a) li jippermettu tnaqqis sostanzjali tal-impatt tal-impriżi tal-akkwakultura fuq l-ilma, b’mod partikolari permezz ta’ tnaqqis tal-ammont ta’ ilma użat jew titjib tal-kwalità tal-ilma prodott, inkluż permezz tal-iskjerament ta’ sistemi tal-akkwakultura multitrofiċi;
(a) li jippermettu tnaqqis sostanzjali tal-impatt tal-impriżi tal-akkwakultura fuq l-użu u l-kwalità tal-ilma, b’mod partikolari permezz ta’ tnaqqis tal-ammont ta’ sustanzi kimiċi, antibijotiċi jew mediċini oħra jew ilma użati jew titjib tal-kwalità tal-ilma prodott, inkluż permezz tal-iskjerament ta’ sistemi tal-akkwakultura multitrofiċi;
Emenda 376 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) li jippromwovu sistemi tal-akkwakultura magħluqa;
Emenda 377 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt b
(b) li jillimitaw l-impatt negattiv tal-impriżi tal-akkwakultura fuq in-natura jew il-bijodiversità;
(b) li jillimitaw l-impatt negattiv tal-impriżi tal-akkwakultura fuq in-natura u jippromwovu l-ħarsien amjentali u l-bijodiversità, b’mod partikolari l-impatt fuq l-istokkijiet ta’ ħut selvaġġ, l-interazzjonijiet mal-ispeċi predaturi, l-użu ta’ sustanzi kimiċi tossiċi u antibijotiċi u impatti ambjentali oħra marbuta mal-akkwakultura intensiva;
Emenda 378 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt c
(c) ix-xiri tat-tagħmir li jipproteġi l-farms tal-akkwakultura minn predaturi selvaġġi li jibbenifikaw minn protezzjoni skont id-Direttiva 2009/147/KE tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew u d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE;
(c) ix-xiri tat-tagħmir li jipproteġi l-farms tal-akkwakultura minn predaturi selvaġġi;
Emenda 379 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt e
(e) ir-restorazzjoni tal-għadajjar jew il-laguni tal-akkwakultura eżistenti permezz tat-tneħħija tal-ħama, jew miżuri possibbli mmirati lejn il-prevenzjoni tad-depożizzjoni tal-ħama.
(e) ir-restorazzjoni tal-estwarji,l-għadajjar jew il-laguni tal-akkwakultura eżistenti u tal-ħabitats marbuta magħhom, permezz tat-tneħħija tal-ħama jew tal-prevenzjoni tad-depożizzjoni tal-ħama.
Emenda 380 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Sabiex jiġi promoss l-iżvilupp ta’ akkwakultura organika u effiċjenti fl-enerġija, il-FEMS jista’ jappoġġja:
1. Sabiex jiġi promoss l-iżvilupp ta’ akkwakultura organika u aktar effiċjenti fl-enerġija, il-FEMS jista’ jappoġġja:
Emenda 381 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) il-konverżjoni ta’ operazzjonijiet għat-trobbija ta' speċi karnivori f’oħrajn li jrabbu speċi erbivori li għall-ikel ma jiddependux fuq ħut frisk, selvaġġ, tal-baħar jew tal-ilma ħelu, fuq ikel magħmul mill-ħut jew fuq prodotti taż-żejt tal-ħut;
Emenda 382 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)
(ab) il-promozzjoni ta’akkwakultura b’sistema magħluqa fejn ħut jew prodotti oħra akkwatiċi jitrabbew f’sistemi magħluqa ta’ riċirkolazzjoni, sabiex jiġi minimizzat l-użu tal-ilma.
Emenda 383 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 1 – punt b
(b) parteċipazzjoni fl-iskemi tal-Unjoni tal-immaniġġjar tal-ambjent u verifika tal-Unjoni stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar tal-ambjent u verifika (EMAS).
(b) il-parteċipazzjoni fl-iskemi tal-Unjoni għall-immaniġġjar tal-ambjent u l-verifika bħal dawkstabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar tal-ambjent u verifika (EMAS) jew il-parteċipazzjoni fi skemi ta’ mmanniġġjar tal-ambjent rikonoxxuti fil-livell nazzjonali;
Emenda 384 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 2
2. L-appoġġ għandu jingħata biss lil benefiċjarji li jimpenjaw ruħhom għal minimu ta’ 3 snin li jipparteċipaw fl-EMAS (Skema ta' Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi) jew għal minimu ta’ 5 snin li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-produzzjoni organika.
2. L-appoġġ għandu jingħata biss lil benefiċjarji li jimpenjaw ruħhom għal minimu ta’ ħames snin li jipparteċipaw fl-EMAS (Skema ta’ Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi) jew għal minimu ta’ ħames snin li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-produzzjoni organika.
Emenda 385 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 3
3. L-appoġġ għandu jieħu l-forma ta’ kumpens għal massimu ta’ sentejn matul il-perjodu tal-konverżjoni tal-impriża għall-produzzjoni organika jew matul it-tħejjija għall-parteċipazzjoni fl-iskema EMAS.
3. L-appoġġ għandu jieħu l-forma ta’ kumpens għal massimu ta’ ħames snin matul il-perjodu tal-konverżjoni tal-impriża għall-produzzjoni organika jew matul it-tħejjija għall-parteċipazzjoni fl-iskema EMAS.
Emenda 386 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 4 – punt a
(a) telf tad-dħul jew spejjeż addizzjonali mġarrba matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-produzzjoni konvenzjonali fi produzzjoni organika għall-operazzjonijiet eliġibbli taħt il-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu;
(a) telf tad-dħul jew spejjeż addizzjonali mġarrba matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-produzzjoni konvenzjonali fi produzzjoni organika jew ta’ konservazzjoni tal-produzzjoni organika għall-operazzjonijiet eliġibbli taħt il-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu;
Emenda 387 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Sabiex jitrawwem l-iżvilupp ta’ akkwakultura li tipprovdi sevizzi ambjentali, il-FEMS jista’ jappoġġja:
1. Sabiex jitrawwem l-iżvilupp ta’ akkwakultura sostenibbli li tipprovdi servizzi ambjentali, il-FEMS jista’ jappoġġja:
Emenda 388 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 1 – punt a
(a) metodi ta’ akkwakultura kompatibbli ma’ ħtiġijiet ambjentali speċifiċi u soġġetti għal rekwiżiti ta’ ġestjoni speċifiċi li jirriżultaw min-nomina ta’ żoni ta’ NATURA 2000 f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(a) metodi ta’ akkwakultura estensivi u semiintensivi li huma kompatibbli ma’ ħtiġijiet ambjentali speċifiċi u soġġetti għal rekwiżiti speċifiċi ta’ ġestjoni li jirriżultaw min-nomina ta’ żoni NATURA 2000 f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE;
Emenda 389 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 1 – punt b
(b) il-parteċipazzjoni fil-konservazzjoni ex-situ u r-riproduzzjoni tal-annimali akkwatiċi, fi ħdan il-qafas tal-programmi ta’ konservazzjoni u r-restorazzjoni tal-bijodiversità żviluppati mill-awtoritajiet pubbliċi, jew taħt is-superviżjoni tagħhom;
(b) l-ispejjeż relatati b’mod dirett mal-parteċipazzjoni fil-konservazzjoni ex-situ u r-riproduzzjoni tal-annimali akkwatiċi, fi ħdan il-qafas tal-programmi ta’ konservazzjoni u r-restorazzjoni tal-bijodiversità żviluppati mill-awtoritajiet pubbliċi, jew taħt is-superviżjoni tagħhom;
Emenda 390 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 1 – punt c
(c) forom ta’ akkwakultura estensiva, inkluż il-konservazzjoni u t-titjib tal-ambjent, il-bijodiversità u l-ġestjoni tal-pajsaġġ u l-karatteristiċi tradizzjonali taż-żoni tal-akkwakultura.
(c) forom ta’ akkwakultura estensiva u semintensiva, kemm f’żoni kostali kif ukoll fl-ilmijiet interni, inkluż il-konservazzjoni u t-titjib tal-ambjent, il-bijodiversità u l-ġestjoni tal-pajsaġġ u l-karatteristiċi tradizzjonali taż-żoni tal-akkwakultura.
Emenda 391 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 2
2. L-appoġġ taħt il-paragrafu 1 (a) għandu jieħu l-forma ta’ kumpens annwali għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba jew id-dħul mitluf li jirriżultaw minn rekwiżiti tal-ġestjoni fiż-żoni kkonċernati, b’rabta mal-implimentazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE tal-Kunsill jew id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
2. L-appoġġ taħt il-paragrafu 1 (a) għandu jieħu l-forma ta’ kumpens annwali għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba u/jew id-dħul mitluf li jirriżultaw minn rekwiżiti tal-ġestjoni fiż-żoni kkonċernati, b’rabta mal-implimentazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE tal-Kunsill jew id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Emenda 392 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 4
4. L-appoġġ speċifikat taħt il-paragrafu 1(c) għandu jieħu l-forma ta’ kumpens annwali għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba.
4. L-appoġġ speċifikat taħt il-paragrafu 1(c) għandu jieħu l-forma ta’ kumpens annwali għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba kif ukoll il-kumpens għal telf ikkawżat lill-istokk tal-akkwakultura minn speċijiet protetti, bil-kundizzjoni li jkunu ttieħdu l-miżuri ta’ protezzjoni.
Emenda 393 Proposta għal regolament Artikolu 55 – paragrafu 1
1. Il-FEMS għandu jappoġġja l-kumpens lill-bdiewa tal-molluski għas-sospensjoni temporanja tar-rakkolta ta’ molluski mrobbija esklussivament għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika.
1. Il-FEMS jista’ jappoġġja l-kumpens lill-bdiewa tal-molluski għas-sospensjoni temporanja tar-rakkolta ta’ molluski mrobbija esklużivament għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika.
Emenda 395 Proposta għal regolament Artikolu 55 – paragrafu 2 – punt b
(b) it-telf li jirriżulta mis-sospensjoni tal-ħsad jammonta għal aktar minn 35 % tal-fatturat annwali tan-negozju kkonċernat, ikkalkolat fuq il-bażi tal-fatturat medju tan-negozju matul it-tliet snin ta’ qabel.
(b) it-telf li jirriżulta mis-sospensjoni tal-ħsad jammonta għal aktar minn 15 % tal-fatturat annwali tan-negozju kkonċernat, ikkalkolat fuq il-bażi tal-fatturat medju tan-negozju matul it-tliet snin ta’ qabel, jew fil-perjodu ta’ attività preċedenti, meta l-impriża jkollha perjodu iqsar ta’ implimentazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli speċjali għall-kalkolu biex jintużaw fl-impriżi b’attività ta’ inqas minn sena.
Emenda 396 Proposta għal regolament Artikolu 55 – paragrafu 3
3. It-tul ta’ żmien li għalih jista’ jingħata l-kumpens għandu jkun ta’ massimu ta’ 12-il xahar matul il-perjodu kollu tal-ipprogrammar.
imħassar
Emenda 397 Proposta għal regolament Artikolu 56 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Sabiex jitrawmu l-prinċipji tas-saħħa u l-benessri tal-annimali fl-impriżi tal-akkwakultura, b’mod partikolari f’termini ta’ prevenzjoni u bijosigurtà, il-FEMS jista’ jappoġġja:
1. Sabiex jitrawmu l-prinċipji tas-saħħa u l-benessri tal-annimali fl-impriżi tal-akkwakultura, b’mod partikolari f’termini ta’ prevenzjoni u bijosigurtà, il-FEMS jista’ jappoġġja farms tal-akkwakultura u organizzazzjonijiet tal-akkwakultura professjonali fir-rigward tal-operazzjonijiet li ġejjin:
Emenda 398 Proposta għal regolament Artikolu 56 – paragrafu 1 – punt a
(a) il-kontroll u l-eradikazzjoni tal-mard fl-akkwakultura skont it-termini tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju;
(a) l-ispejjeż tal-kontroll u l-eradikazzjoni tal-mard fl-akkwakultura skont it-termini tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju, inkluż l-ispiża operattiva meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-obbligi stipulati fil-pjan tal-eradikazzjoni;
Emenda 399 Proposta għal regolament Artikolu 56 – paragrafu 1 – punt b
(b) l-iżvilupp tal-aqwa prattiċi ġenerali u għal prattiċi apposta għal speċi partikolari jew kodiċi ta’ mġiba fuq il-bijosigurtà jew fuq il-ħtiġijiet tal-benessri tal-annimali fl-akkwakultura;
(b) l-iżvilupp tal-aqwa prattiċi ġenerali u prattiċi apposta għal speċi partikolari jew kodiċi ta’ mġiba fuq il-bijosigurtà, il-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali u tal-benessri tal-annimali fl-akkwakultura;
Emenda 400 Proposta għal regolament Artikolu 56 – paragrafu 1 – punt c
(c) iż-żieda fid-disponibbiltàtal-mediċini veterinarji għall-użu fl-akkwakultura u l-promozzjoni tal-użu xieraq ta’ dawn il-mediċinipermezz tal-ikkummissjonar ta’ studji farmaċewtiċi u t-tixrid u l-iskambju tal-informazzjoni.
(c) l-inizjattivi li għandhom l-għan li jnaqqsu d-dipendenza tal-akkwakultura fuq mediċini veterinarji;
Emenda 401 Proposta għal regolament Artikolu 56 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) l-istabbiliment u l-funzjonament tal-gruppi għall-ħarsien tas-saħħa fis-settur tal-akkwakultura kif rikonoxxuti mill-Istati Membri.
Emenda 402 Proposta għal regolament Artikolu 57 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Sabiex jiġi salvagwardjat id-dħul tal-produtturi tal-akkwakultura, il-FEMS jista’ jappoġġja l-kontribuzzjoni għal assigurazzjoni fuq l-istokkijiet tal-akkwakultura li għandha tkopri t-telf minħabba:
1. Sabiex jiġi salvagwardjat id-dħul tal-produtturi tal-akkwakultura, il-FEMS jista’ jappoġġja l-kontribuzzjoni għal assigurazzjoni fuq l-istokkijiet tal-akkwakultura jew fond reċiproku rikonoxxut mill-Istat Membru li għandhom ikopru t-telf minħabba tal-anqas wieħed minn dawn li ġejjin:
Emenda 403 Proposta għal regolament Artikolu 57 – paragrafu 1 – punt a
(a) diżastri naturali;
(a) diżastri naturali jew tniġġis estensiv tal-ambjent marin;
Emenda 404 Proposta għal regolament Artikolu 57 – paragrafu 1 – punt c
(c) bidliet f’daqqa fil-kwalità tal-ilma;
(c) bidliet f’daqqa fil-kwalità u l-kwantità tal-ilma;
Emenda 405 Proposta għal regolament Artikolu 57 – paragrafu 1 – punt d
(d) mard fl-akkwakultura jew il-qerda tal-faċilitajiet tal-produzzjoni.
(d) mard fl-akkwakultura, il-ħtif ta' annimal minn annimal ieħor, il-ħsarat mekkaniċi jew il-qerda tal-faċilitajiet tal-produzzjoni, li mhumiex responsabbiltà tal-operatur;
Emenda 406 Proposta għal regolament Artikolu 57 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(da) ħsara kbira lill-faċilitajiet ikkawżata minn annimali selvaġġi, inkluż infestazzjoni ta’ farms tal-akkwakultura minn speċijiet invażivi;
Emenda 407 Proposta għal regolament Artikolu 57 – paragrafu 1 – punt db (ġdid)
(db) tniġġis ambjentali minħabba inċident estern għall-farm tal-akkwakultura;
Emenda 408 Proposta għal regolament Artikolu 57 – paragrafu 1 – punt dc (ġdid)
(dc) ġbir u qerda tal-annimali li jmutu fil-farms bħala riżultat ta' kawżi naturali jew inċidenti fil-farms li għalihom l-operatur mhuwiex responsabbli, jew li nqatlu u ndifnu fil-farm stess, għal raġunijiet ta’ saħħa tal-annimali b’awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet relevanti.
2. L-okkorrenza ta’ avveniment klimatiku ħażin ħafna jew l-infestazzjoni ta’ marda fl-akkwakultura għandha tiġi rikonoxxuta tali mill-Istat Membru kkonċernat.
2. L-okkorrenza ta’ avveniment klimatiku ħażin ħafna, mard, tniġġis estensiv jew kwalunkwe miċ-ċirkostanzi rilevanti stipulati fil-paragrafu 1 fl-akkwakultura għandhom ikunu rikonoxxuti tali mill-Istat Membru kkonċernat.
Emenda 410 Proposta għal regolament Artikolu 57 – paragrafu 3
3. L-appoġġ għandu jingħata biss għal kuntratti ta’ assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura li tkopri t-telf ekonomiku taħt il-paragrafu 1 li jaqbeż it-30% tal-produzzjoni medja annwali tal-bidwi tal-akkwakultura.
3. L-appoġġ għandu jingħata biss għal kuntratti ta’ assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura jew fondi reċiproċi li jkopru t-telf ekonomiku taħt il-paragrafu 1 li jaqbeż il-25 % tal-produzzjoni medja annwali tal-bidwi tal-akkwakultura.
Emenda 411 Proposta għal regolament Artikolu 58
Il-FEMS jista’ jappoġġja l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd wara approċċ għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità kif stabbilit fl-Artikolu 28 tar-[Regolament (UE) Nru [...] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni].
Il-FEMS jista’ jappoġġja l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd u tal-akkwakultura wara approċċ għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità kif stabbilit fl-Artikolu 28 tar-[Regolament (UE) Nru [...] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni].
Emenda 412 Proposta għal regolament Artikolu 59 – paragrafu 1
L-appoġġ finanzjarju taħt dan il-Kapitolu għandu jikkontribwixxi għall-ksib tal-prijoritajiet tal-Unjoni identifikat fl-Artikolu 6(1).
L-appoġġ finanzjarju taħt dan il-Kapitolu għandu jikkontribwixxi għall-ksib tal-prijoritajiet tal-Unjoni identifikati fl-Artikolu 6(1), (2) u (3).
Emenda 413 Proposta għal regolament Titolu V – kapitlu III – taqsima 2 – titolu
Żoni tas-sajd, sħubiji lokali u strateġiji għall-iżvilupp lokali
Żoni tas-sajd u tal-akkwakultura, sħubiji lokali u strateġiji għall-iżvilupp lokali
Emenda 414 Proposta għal regolament Artikolu 60 – titolu
Żoni tas-sajd
Żoni tas-sajd u tal-akkwakultura
Emenda 415 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Żona tas-sajd eliġibbli għall-appoġġ għandha tkun:
1. Sabiex żona tikkwalifika bħala żona eliġibbli għall-appoġġ, din għandha tkun jew żona tas-sajd tal-baħar, jew żona tas-sajd interna jew inkella żona tal-akkwakultura. Din għandha tkun funzjonalment konsistenti f’termini ġeografiċi, bijoloġiċi, ekonomiċi u soċjali, billi tqis b'mod speċifiku l-attivitajiet tas-sajd, tal-akkwakultura u dawk relatati u għandha toffri massa kritika suffiċjenti f’termini tar-riżorsi umani, finanzjarji u ekonomiċi sabiex tappoġġja strateġija ta’ żvilupp lokali vijabbli.
Emenda 416 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a
(a) limitata fid-daqs u, bħala regola ġenerali, għandha tkun iżgħar mil-livell 3 tan-NUTS tal-klassifikazzjoni komuni tal-unitajiet territorjali għall-istatistika skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tas-26 ta’ Mejju 2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS); u
imħassar
Emenda 417 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt b
(b) funzjonalment konsistenti f’termini ġeografiċi, ekonomiċi u soċjali, billi tieħu kont speċifiku tas-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura u toffri massa kritika suffiċjenti f’termini tar-riżorsi umani, finanzjarji u ekonomiċi sabiex tappoġġja strateġija ta’ żvilupp lokali vijabbli.
imħassar
Emenda 418 Proposta għal regolament Artikolu 61 – paragrafu 1
1. Għall-finijiet tal-FEMS, l-istrateġija integrata tal-iżvilupp lokali msemmija fl-Artikolu 28(1)(c) tar-[Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] għandha tkun ibbażata fuq l-interazzjoni bejn l-atturi u l-proġetti ta’setturi differenti tal-ekonomija lokali, b’mod partikolaris-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura;
1. Għall-finijiet tal-FEMS, l-istrateġija integrata tal-iżvilupp lokali msemmija fl-Artikolu 28(1)(c) tar-[Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] għandha tkun ibbażata fuq l-interazzjoni u l-konsultazzjonijiet bejn l-atturi u l-proġetti tas-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura, kif ukoll setturi oħrajn tal-ekonomija lokali. Għal dan il-għan, għandhom jiġu kkonsultati l-Kunsilli Konsultattivi.
Emenda 419 Proposta għal regolament Artikolu 61 – paragrafu 2 – punt a
(a) jimmassimizzaw il-parteċipazzjoni tas-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura fl-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd kostali u fil-baħar intern;
(a) jimmassimizzaw il-parteċipazzjoni tas-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura fl-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd kostali u fil-baħar intern u tal-akkwakultura;
Emenda 420 Proposta għal regolament Artikolu 61 – paragrafu 2 – punt b
(b) jiżguraw li l-komunitajiet lokali jużaw u jibbenefikaw bis-sħiħ mill-opportunitajiet offruti mill-iżvilupp marittimu u kostali.
(b) jiżguraw li l-komunitajiet lokali jużaw u jibbenefikaw bis-sħiħ mill-opportunitajiet offruti mill-iżvilupp marittimu, kostali u fil-baħar intern u, b’mod partikolari, jgħinu portijiet tas-sajd żgħar u li l-attività fihom tkun qed tonqos biex jimmassimizzaw il-potenzjal marin tagħhom bl-iżvilupp ta’ infrastruttura diversifikata.
Emenda 421 Proposta għal regolament Artikolu 61 – paragrafu 3
3. L-istrateġija għandha tkun konsistenti mal-opportunitajiet u l-ħtiġijiet identifikati fiż-żona u l-prijoritajiet tal-Unjoni għall-FEMS. L-istrateġiji jistgħu jvarjaw minn dawkli jiffokaw fuq is-sajdgħal strateġiji usa’ diretti lejn id-diversifikazzjoni taż-żoni tas-sajd. L-istrateġija għandha tmur lil hinn minn sempliċi ġabra ta’ operazzjonijiet jew it-tqegħid flimkien ta’ miżuri settorjali.
3. L-istrateġija għandha tkun konsistenti mal-opportunitajiet u l-ħtiġijiet identifikati fiż-żona u l-prijoritajiet tal-Unjoni għall-FEMS. L-istrateġiji għandhom jiffokaw fundamentalment fuq is-settur tas-sajdjew tal-akkwakultura, għalkemm jistgħu jkunu usa’,u diretti lejn id-diversifikazzjoni taż-żoni tas-sajd u tal-akkwakultura. L-istrateġija għandha tmur lil hinn minn sempliċi ġabra ta’ operazzjonijiet jew it-tqegħid flimkien ta’ miżuri settorjali.
Emenda 422 Proposta għal regolament Artikolu 61 – paragrafu 5
5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 127 dwar il-kontenut tal-pjan ta’ azzjoni msemmi fl-Artikolu 29(1)(e) tar-[Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni].
5. L-istrateġija għall-iżvilupp lokali integrata għandha tinkludi pjan ta’ azzjoni msemmi fl-Artikolu 29(1)(e) tar-[Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni]. Il-pjan ta’ azzjoni għandu jistabbilixxi, fost affarijiet oħra, il-lista ta’ azzjonijiet previsti għall-implimentazzjoni tal-istrateġija u, għal kull azzjoni, dan għandu jispeċifika l-objettivi ta’ dik l-azzjoni, l-infiq eliġibbli, il-benefiċjarji ammissibbli, il-pakkett finanzjarju relatat mal-fondi pubbliċi assoċjati, il-kriterji għall-għażla tal-operazzjonijiet u l-indikaturi tal-prestazzjoni.
Emenda 423 Proposta għal regolament Artikolu 62 – paragrafu 3 – punt b
(b) jiżguraw rappreżentanza sinifikanti tas-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura.
(b) jiżguraw li jkun hemm maġġoranza ta' rappreżentanti mis-settur tas-sajd u/jewtas-setturi tal-akkwakultura.
Emenda 424 Proposta għal regolament Artikolu 62 – paragrafu 4
4. Jekk l-istrateġija tal-iżvilupp lokali hija appoġġjata minn Fondi oħra minbarra l-FEMS, għandujiġi stabbilit korp speċifiku għall-għażla tal-proġetti appoġġjati mill-FEMS skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu (3).
4. Jekk l-istrateġija tal-iżvilupp lokali hija appoġġjata minn Fondi oħra minbarra l-FEMS, il-korp għall-għażla tal-FLAG tal-proġetti appoġġjati mill-FEMS għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu (3).
Emenda 425 Proposta għal regolament Artikolu 62 – paragrafu 7
7. Ir-rwoli rispettivi tal-FLAG, tal-awtorità amministrattiva jew tal-aġenzija tal-pagamenti għall-kompiti ta’ implimentazzjoni relatati mal-istrateġija għandhom jiġu deskritti b’mod ċar fil-programm operazzjonali.
7. Ir-rwoli rispettivi tal-FLAG, tal-awtorità amministrattiva u tal-awtorità ta’ implimentazzjoni, metadin tkun differenti mill-awtoritàamministrattiva, għall-kompiti ta’ implimentazzjoni relatati mal-istrateġija għandhom jiġu deskritti b’mod ċar fil-programm operazzjonali.
Emenda 426 Proposta għal regolament Artikolu 63 – paragrafu 1
1. L-operazzjonijiet eliġibbli taħt din it-Taqsima huma stabbiliti fl-Artikolu 31 tar-[Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni].
1. L-operazzjonijiet u l-ispejjeż eliġibbli taħt din it-Taqsima huma stabbiliti fl-Artikolu 31 tar-[Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni].
Emenda 427 Proposta għal regolament Artikolu 64 – paragrafu 1
1. L-appoġġ preparatorju għandu jkopri l-bini tal-kapaċità, it-taħriġ u n-netwerking bil-għan li titħejja u tiġi implimentata strateġija ta’ żvilupp lokali.
1. L-appoġġ preparatorju għandu jkopri l-bini tal-kapaċità, il-konsultazzjoni, it-taħriġ u n-netwerking bil-għan li titħejja u tiġi implimentata strateġija ta’ żvilupp lokali.
Emenda 428 Proposta għal regolament Artikolu 65 – paragrafu 1 – punt a
(a) iż-żieda tal-valur, il-ħolqien tal-impjiegi u l-promozzjoni tal-innovazzjoni fl-istadji kollha tal-katina tal-provvista tas-sajd u tal-akkwakultura;
(a) iż-żieda tal-valur, il-ħolqien tal-impjiegi, l-attrazzjoni taż-żgħażagħ u l-promozzjoni tal-innovazzjoni fl-istadji kollha tal-katina tal-provvista tas-sajd, tal-akkwakultura u tal-ipproċessar;
Emenda 429 Proposta għal regolament Artikolu 65 – paragrafu 1 – punt b
(b) l-appoġġ għad-diversifikazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi f’żoni tas-sajd, inkluż id-diversifikazzjoni f’attivitajiet marittimi li jikkumplimentaw l-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura;
Emenda 430 Proposta għal regolament Artikolu 65 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) it-tisħiħ tat-taħriġ u t-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-oqsma tas-sajd u tal-akkwakultura;
Emenda 431 Proposta għal regolament Artikolu 65 – paragrafu 1 – punt c
(c) it-tisħiħ u l-kapitalizzazzjoni fuq l-assi ambjentali taż-żoni tas-sajd, inklużi operazzjonijiet sabiex jiġi mitigat it-tibdil fil-klima;
(c) it-tisħiħ u l-kapitalizzazzjoni fuq l-assi ambjentali taż-żoni tas-sajd u tal-akkwakultura, inklużi operazzjonijiet sabiex tinżamm il-bijodiversità, titjieb il-ġestjoni taż-żona tal-kosta u jiġi mitigat it-tibdil fil-klima;
Emenda 432 Proposta għal regolament Artikolu 65 – paragrafu 1 – punt d
(d) il-promozzjoni tal-benessri soċjali u l-wirt kulturali fl-oqsma fiż-żoni tas-sajd inkluż il-wirt kulturali marittimu;
(d) il-promozzjoni tal-benessri soċjali u l-wirt kulturali fl-oqsma fiż-żoni tas-sajd u tal-akkwakultura inkluż is-sajd u l-wirt kulturali marittimu;
Emenda 433 Proposta għal regolament Artikolu 65 – paragrafu 2
2. L-appoġġ mogħti jista’ jinkludi miżuri stabbiliti fil-Kapitoli I u II ta’ dan it-Titolu sakemm ikun hemm raġuni ċara għall-ġestjoni tagħhom fil-livell lokali. Meta tingħata l-għajnuna għall-operazzjonijiet li jikkorrespondu għal dawn il-miżuri, għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet rilevanti u l-iskali ta’ kontribuzzjoni għal kull operazzjoni stabbiliti fil-Kapitoli I u II ta’ dan it-Titolu.
2. L-appoġġ mogħti jista’ jinkludi miżuri stabbiliti fil-Kapitoli I, II u IV ta’ dan it-Titolu sakemm ikun hemm raġuni ċara għall-ġestjoni tagħhom fil-livell lokali. Meta tingħata l-għajnuna għall-operazzjonijiet li jikkorrispondu għal dawn il-miżuri, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet rilevanti u l-iskali ta’ kontribuzzjoni għal kull operazzjoni stabbiliti fil-Kapitoli I, II u IV ta’ dan it-Titolu.
Emenda 434 Proposta għal regolament Artikolu 66 – paragrafu 2
2. Minbarra FLAGs oħrajn, l-imsieħba ta’ FLAG taħt il-FEMS jistgħu jkunu sħubija bejn il-pubbliku u l-privat lokali li qiegħda timplimenta strateġija ta’ żvilupp lokali fl-Unjoni jew barra minnha.
2. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, minbarra FLAGs oħrajn, l-imsieħba ta’ FLAG taħt il-FEMS jistgħu jkunu l-parteċipanti fi proġett ta’ kooperazzjoni ma’ territorju mhux FLAG ibbażat fuq sħubija bejn il-pubbliku u l-privat lokali li qiegħda timplimenta strateġija ta’ żvilupp lokali fl-Unjoni jew barra minnha.
Emenda 435 Proposta għal regolament Artikolu 66 – paragrafu 3
3. F’każijiet fejn il-proġetti ta’ kooperazzjoni ma jintgħażlux mill-FLAGs, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ applikazzjonikontinwa għall-proġetti ta’ kooperazzjoni. Huma għandhom jippubblikaw il-proċeduri amministrattivi nazzjonali jew reġjonali dwar l-għażla ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni transnazzjonali u lista tal-ispejjeż eliġibbli sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-data tal-approvazzjoni tal-programm operazzjonali tagħhom.
3. F’każijiet fejn il-proġetti ta’ kooperazzjoni ma jintgħażlux mill-FLAGs, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ applikazzjonijietkontinwi għall-proġetti ta’ kooperazzjoni. Huma għandhom jippubblikaw il-proċeduri amministrattivi nazzjonali jew reġjonali dwar l-għażla ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni transnazzjonali u lista tal-ispejjeż eliġibbli sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-data tal-approvazzjoni tal-programm operazzjonali tagħhom. Il-Kunsilli Konsultattiv, minħabba l-karattru transnazzjonali tagħhom, jistgħu jkunu involuti f’dik is-sistema ta’ applikazzjonijiet kontinwi.
Emenda 436 Proposta għal regolament Artikolu 66 – paragrafu 4
4. L-approvazzjoni tal-proġetti ta’ kooperazzjoni għandha ssir mhux aktar tard minn erba’ xhur wara d-data tas-sottomissjoni tal-proġett.
4. Id-deċiżjonijiet amministrattivi dwar il-proġetti ta’ kooperazzjoni għandhom isiru mhux aktar tard minn erba’ xhur wara d-data tas-sottomissjoni tal-proġett.
Emenda 437 Proposta għal regolament Artikolu 68
L-appoġġ taħt dan il-Kapitolu għandu jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet speċifiċi tal-Kapitolu I u tal-Kapitolu II ta’ dan it-Titolu.
L-appoġġ taħt dan il-Kapitolu għandu jikkontribwixxi għal:
(a) l-ilħiq tal-objettivi speċifiċi tal-Kapitoli I u II ta’ dan it-Titolu;
(b) it-titjib tal-kompetittività tal-industrija tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;
(c) it-titjib tas-sikurezza tal-ikel u tal-kwalità tal-prodotti;
(d) l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti ġodda u l-użu ta’ teknoloġiji ġodda u ta’ metodi ta’ produzzjoni innovattivi;
(e) it-tnaqqis tal-impatt negattiv fuq l-ambjent u ż-żieda fl-effiċjenza enerġetika;
(f) użu aħjar ta’ speċijiet minuri, ta' prodotti sekondarji u tal-iskart;
(g) l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti ġodda u l-użu ta’ teknoloġiji ġodda u ta’ metodi ta’ produzzjoni innovattivi;
(h) it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-taħriġ tal-ħaddiema;
(i) il-ftuħ u l-iżvilupp ta’ swieq ġodda.
Emenda 438 Proposta għal regolament Artikolu 69 – paragrafu 1
1. Il-FEMS jista’ jappoġġja t-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 32 tar-[Regolament (UE) Nru dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura].
1. Il-FEMS għandu jappoġġja t-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 32 tar-[Regolament (UE) Nru dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura].
Emenda 439 Proposta għal regolament Artikolu 70 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Il-FEMS jista’ jappoġġja l-kumpens lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti li jaħżnu l-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II għar-Regolament Nru. [dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura], bil-kundizzjoni li il-prodotti jinħażnu f’konformità mal-Artikoli 35 u 36 tar-RegolamentNru ... [dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura]:
1. Il-FEMS jista’ jikkofinanzja l-kumpens lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti li jaħżnu l-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura elenkati fl-Anness II għar-Regolament Nru. [dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura], bil-kundizzjoni li l-prodotti jinħażnu f’konformità mal-Artikoli 35 u 36 ta’ dak ir-Regolament:
Emenda 440 Proposta għal regolament Artikolu 70 – paragrafu 1 – punt a
(a) l-ammont tal-għajnuna għall-ħżin ma għandux jaqbeż l-ammont tal-ispejjeż tekniċi u finanzjarji tal-azzjonijiet meħtieġa għall-istabbilizzazzjoni u l-ħżin tal-prodotti inkwistjoni;
(a) l-ammont tal-għajnuna għall-ħżin ma għandux jaqbeż l-ammont tal-ispejjeż tekniċi u finanzjarji tal-azzjonijiet meħtieġa għall-istabbilizzazzjoni, it-tħejjija u l-ħżin tal-prodotti kkonċernati;
Emenda 441 Proposta għal regolament Artikolu 70 – paragrafu 1 – punt c
(c) l-għajnuna finanzjarja fis-sena ma għandhiex taqbeż il-perċentwali li ġejjin tal-valur annwali medju tal-produzzjoni kummerċjalizzata fl-ewwel bejgħ tal-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi fil-perjodu 2009-2011. Fil-każ li l-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi ma kellhom l-ebda produzzjoni kummerċjalizzata fl-2009-2011, għandu jkun ikkunsidrat il-valur annwali medju tal-produzzjoni kkummerċjalizzata fl-ewwel tliet snin tal-produzzjoni tat-tali membru:
(c) ħajnuna finanzjarja fis-sena ma għandhiex taqbeż 5 % tal-valur annwali medju tal-produzzjoni kummerċjalizzata fl-ewwel bejgħ tal-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi fil-perjodu 2009-2011. Fil-każ li l-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi ma kellhom l-ebda produzzjoni kummerċjalizzata fl-2009-2011, għandu jkun ikkunsidrat il-valur annwali medju tal-produzzjoni kkummerċjalizzata fl-ewwel tliet snin tal-produzzjoni tat-tali membru:
– 1 % fl-2014
– 0,8 % fl-2015
– 0,6 % fl-2016
– 0,4 % fl-2017
– 0,2 % fl-2018
Emenda 442 Proposta għal regolament Artikolu 70 – paragrafu 2
2. Sal-2019, l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi eliminat b’mod gradwali.
imħassar
Emenda 443 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Il-FEMS jista’ jappoġġja l-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li għandhom l-għan li:
1. Il-FEMS jista’ jappoġġja l-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni għal prodotti tas-sajd, tal-akkwakultura u tas-sajd fl-ibħra interni li għandhom l-għan li:
Emenda 444 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt a – parti introduttorja
(a) ifittxu swieq ġodda u jtejbu l-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ speċijiet tas-sajd u tal-akkwakultura, inkluż:
Emenda 445 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt a – punt ia (ġdid)
(ia) prodotti kkummerċjalizzati minn organizzazzjonijiet tas-sajjieda, mill-assoċjazzjonijiet tagħhom u permezz ta’ pixkeriji;
Emenda 446 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt a – punt ii
(ii) qabdiet mhux mixtieqa żbarkati f’konformità mal-Artikolu 15 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd] u l-Artikolu 8 (b) it-tieni inċiż tar-[Regolament (UE) Nru dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura];
(ii) qabdiet mhux mixtieqa żbarkati minn stokkijiet kummerċjali f’konformità mal-miżuri tekniċi, l-Artikolu 15 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd] u l-Artikolu 8(b) it-tieni inċiż tar-[Regolament (UE) Nru dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura];
Emenda 447 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt a – sottopunt iii
(iii) prodotti miksuba bl-użu ta’ metodi b’impatt baxx fuq l-ambjent jew prodotti tal-akkwakultura organika definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika.
(iii) prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura miksuba bl-użu ta’ metodi b’impatt baxx fuq l-ambjent, jew prodotti tal-akkwakultura organika definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika jew f’sistemi tal-akkwakultura magħluqa;
Emenda 448 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt a – punt iiia (ġdid)
(iiia) prodotti lokali u staġjonali, inkluż prodotti koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel.
Emenda 449 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt a – punt iiib (ġdid)
(iiib) prodotti ġodda jew imtejba.
Emenda 450 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt b – parti introduttorja
(b) jippromwovu l-kwalità billi jiffaċilitaw:
(b) jippromwovu l-kwalità u l-valur miżjud billi jiffaċilitaw:
Emenda 451 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt b – punt ii
(ii) iċ-ċertifikazzjoni u l-promozzjoni inklużil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura sostenibbli u ta’ metodi ta’ pproċessar li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;
(ii) iċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità u l-promozzjoni u l-ħolqien ta’ tikketti speċifiċi fir-rigward tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura sostenibbli, – prodotti tas-sajd fuq skala żgħira u kostali, prodotti lokali u staġjonali u ta’ metodi ta’ pproċessar li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;
Emenda 452 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt b – punt iia (ġdid)
(iia) it-traċċabbiltà tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, inkluż l-iżvilupp ta’ ekotikketta tal-Unjoni għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;
Emenda 453 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt b – punt iib (ġdid)
(iib) proċessi u metodi innovattivi;
Emenda 454 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt b – sottopunt iii
(iii) kummerċjalizzazzjoni diretta ta’ prodotti tas-sajd minn sajjieda kostali fuq skala żgħira.
(iii) kummerċjalizzazzjoni diretta ta’ prodotti tas-sajd minn sajjieda kostali fuq skala żgħira u sajjieda li jistadu bil-wieqfa.
Emenda 455 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt b – punt iiia (ġdid)
(iiia) il-preżentazzjoni u l-ippakkjar tal-prodotti;
Emenda 456 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt b – punt iiib (ġdid)
(iiib) it-twettiq tar-rekwiżiti ta’ konformità u ta’ ċertifikazzjoni għall-prodotti koperti bir-Regolament (KE) 510/2006 mill-produtturi, il-proċessuri u l-iżviluppaturi li għalihom japplikaw is-sistemi ta’ kontroll u ċertifikazzjoni.
Emenda 457 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt c
(c) jikkontribwixxu għat-trasparenza tal-produzzjoni u s-swieq u jwettqu stħarriġ tas-suq;
(c) jikkontribwixxu għat-trasparenza tal-produzzjoni u s-swieq u jwettqu stħarriġ tas-suq u studji dwar id-dipendenza kummerċjali tal-Unjoni;
Emenda 458 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt e
(e) il-ħolqien ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, ta’ assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet bejn il-fergħat rikonoxxuti skont il-Kapitolu II, Taqsima III tar-Regolament [dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura];
(e) joħolqu u jgħaqqdu organizzazzjonijiet tal-produtturi, ta’ assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet bejn il-fergħat rikonoxxuti skont il-Kapitolu II, Taqsima III tar-Regolament [dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura], sabiex jitrawwem ir-rwol tagħhom fil-ġestjoni tal-miżuri tas-sajd u tal-kummerċjalizzazzjoni;
Emenda 459 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt f
(f) jagħmlu kampanji promozzjonali reġjonali, nazzjonali jew transnazzjonali għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura.
(f) jagħmlu kampanji promozzjonali reġjonali, nazzjonali jew transnazzjonali, inkluż wirjiet u kampanji tal-midja, għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura ambjentalmentsostenibbli.
Emenda 460 Proposta għal regolament Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)
(-a) għall-innovazzjoni biex jiġu żviluppati prodotti ġodda bi kwalità aħjar u valur miżjud, proċessi ġodda jew imtejba u f’sistemi ta’ ġestjoni u dawk organizzattivi ġodda jew imtejba;
Emenda 461 Proposta għal regolament Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt -b (ġdid)
(–b) li jżidu l-valur miżjud tal-prodotti;
Emenda 462 Proposta għal regolament Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) li jtejbu l-kundizzjonijiet tas-sigurtà, tal-iġjene, tas-saħħa u tax-xogħol;
Emenda 463 Proposta għal regolament Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt d
(d) għall-ipproċessar ta’ prodotti tal-akkwakultura organika kif irregolat fl-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007.
(d) għall-ipproċessar ta’ prodotti tal-akkwakultura sostenibbli u ta’ prodotti tal-akkwakultura organika kif irregolat fl-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007.
1a. Il-FEMS jista’ jappoġġja lill-impriżi, l-assoċjazzjonijiet u ċ-ċentri teknoloġiċi li jirrappreżentaw is-settur tal-ipproċessar biex jiżviluppaw attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni relatati ma' dawk imsemmija fil-paragrafu 1.
Emenda 465 Proposta għal regolament Artikolu 73 – paragrafu 1
1. Il-FEMS jista’ jappoġġja r-reġim ta’ kumpens introdott mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 791/2007 għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba mill-operaturi fis-sajd, fil-biedja u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mill-Azores, mill-Madeira, mill-Gżejjer Kanarji, mill-Gujana Franċiża u mir-Réunion.
1. Il-FEMS għandu jappoġġja skema ta’ kumpens introdotta mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 791/2007 biex jikkumpensa għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba mill-operaturi fis-sajd, fil-biedja,fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mir-reġjuni l-aktar imbiegħda skont l-Artikolu 349 tat-TFUE. Dik l-iskema għandha tapplika għall-ispejjeż addizzjonali kollha li jħallsu l-operaturi impenjati fl-attivitajiet imsemmija f’dan il-paragrafu.
Emenda 466 Proposta għal regolament Artikolu 73 – paragrafu 2
2. Kull Stat Membru kkonċernat għandu jiddetermina, għar-reġjuni msemmija fil-paragrafu 1, il-lista ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura u l-kwantità ta’ dawk il-prodotti eliġibbli għall-kumpens.
2. Kull Stat Membru kkonċernat għandu jiddetermina, għar-reġjuni msemmija fil-paragrafu 1, il-lista ta’ spejjeż addizzjonali li jħallsu l-operaturi impenjati fl-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1. Huwa jistabbilixxi wkoll il-lista ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura u l-kwantità ta’ dawk il-prodotti eliġibbli għall-kumpens.
Emenda 467 Proposta għal regolament Artikolu 73 – paragrafu 3
3. Meta jistabbilixxu l-lista u l-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-fatturi kollha rilevanti, b’mod partikolari l-ħtieġa li jiżguraw li l-kumpens ikun kompatibbli għal kollox mar-regoli tal-PKS.
3. Meta jistabbilixxu l-lista u l-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-fatturi kollha rilevanti, b’mod partikolari l-ħtieġa li jiżguraw li l-kumpens ikun kompatibbli kompletament mar-regoli tal-PKS, u li l-kapaċità tas-sajd tal-flotot ikkonċernati tkun proporzjonata mal-opportunitajiet disponibbli ta’ sajd.
Emenda 468 Proposta għal regolament Artikolu 73 – paragrafu 4 – punt ca (ġdid)
(ca) li jinkisbu minn sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat.
5a. L-operaturi li ġejjin li jkollhom spejjeż addizzjonali fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd għandhom ikunu eliġibbli għall-kumpens:
(a) kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tuża mezzi tal-produzzjoni biex tikseb il-prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura bil-ħsieb li tqegħidhom fis-suq;
(b) is-sidien jew l-operaturi ta’ bastimenti rreġistrati fil-portijiet tar-reġjuni msemmija fil-paragrafu 1 u li joperaw f'dawk ir-reġjuni jew assoċjazzjonijiet ta’ tali sidien jew operaturi;
(c) l-operaturi fis-settur tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni jew l-assoċjazzjonijiet ta’ tali operaturi.
Emenda 470 Proposta għal regolament Artikolu 73a (ġdid)
Artikolu 73a
Operaturi
1. Il-kumpens għandu jitħallas lill-operaturi involuti fl-attivitajiet tas-sajd u l-akkwakultura fir-reġjuni kkonċernati.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-operaturi li jirċievu kumpens jibqgħu ekonomikament vijabbli.
Emenda 471 Proposta għal regolament Artikolu 74 – paragrafu 1 – punt a
(a) għal kull prodott tas-sajd jew tal-akkwakultura, l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw min-nuqqasijiet speċifiċi tar-reġjuni kkonċernati, u
(a) għal kull prodott tas-sajd jew tal-akkwakultura jew kategorija ta’ prodotti, l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw min-nuqqasijiet speċifiċi tar-reġjuni kkonċernati, u
Emenda 472 Proposta għal regolament Artikolu 74 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) kwalunkwe appoġġ ieħor li l-benefiċjarju qed jirċievi jew ikun irċieva għall-attività tiegħu.
Emenda 473 Proposta għal regolament Artikolu 75 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni pjan ta’ kumpens għal kull reġjun ikkonċernat, inklużi l-lista u l-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 73, il-livell ta’ kumpens imsemmi fl-Artikolu 74 u l-awtorità kompetenti stabbilita fl-Artikolu 99.
1. stati Membri kkonċernati għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni pjan ta’ kumpens għal kull reġjun ikkonċernat, inklużi l-lista u l-kwantitajiet u t-tip ta’ operaturi msemmija fl-Artikolu 73, il-livell ta’ kumpens imsemmi fl-Artikolu 74 u l-awtorità kompetenti stabbilita fl-Artikolu 99.
1a. L-Istati Membri jistgħu jemendaw il-kontenut tal-pjan ta’ kumpens imsemmi fil-paragrafu 1. Tali emendi għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni.
Emenda 475 Proposta għal regolament Artikolu 75 – paragrafu 2
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 127 sabiex tiddefinixxi l-kontenut tal-pjan ta’ kumpens, inklużi l-kriterji għall-kalkolu tal-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw min-nuqqasijiet speċifiċi tar-reġjuni kkonċernati.
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 127 li jistabbilixxu l-kontenut tal-pjan ta’ kumpens, inklużi l-kriterji għall-kalkolu tal-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw min-nuqqasijiet speċifiċi tar-reġjuni kkonċernati.
Emenda 476 Proposta għal regolament Artikolu 75a (ġdid)
Artikolu 75a
Għajnuna mill-Istat
1. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 8, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza, skont l-Artikolu 108 tat-TFUE, għajnuna operattiva fis-setturi li jipproduċu, jipproċessaw u jikkummerċjalizzaw il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, bil-għan li jitnaqqsu l-limitazzjonijiet speċifiċi fir-reġjuni l-aktar imbiegħda bħala riżultat tal-iżolament, l-insularità u d-distanza estrema tagħhom.
2. L-Istati Membri jistgħu jagħtu finanzjament addizzjonali għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ kumpens imsemmija fl-Artikolu 75. F’dawn il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Kummissjoni tista’ tapprovaha bħala parti minn dawk il-pjanijiet, f’konformità ma’ dan ir-Regolament. L-għajnuna mill-Istat li tkun ġiet notifikata skont dan il-paragrafu għandha wkoll titqies bħala notifikata fit-tifsira tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE.
Emenda 477 Proposta għal regolament Artikolu 78 – paragrafu 1
1. Il-FEMS jista’ jappoġġja l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ kontroll, spezzjoni u infurzar tal-Unjoni kif speċifikat fl-Artikolu 46 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd] u kif speċifikat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.
1. Il-FEMS jista’ jappoġġja l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ kontroll, spezzjoni u infurzar tal-Unjoni kif speċifikat fl-Artikolu 46 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd] u kif speċifikat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, kif ukoll l-istabbiliment tal-komponenti meħtieġa li jiżguraw it-traċċabbiltà tal-prodotti tas-sajd skont l-Artikolu 58 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009. Din is-sistema għandha tirriżulta f’għadd ta’ kontrolli bbażati fuq id-daqs tal-flotot fi Stati Membri differenti.
Emenda 478 Proposta għal regolament Artikolu 78 – paragrafu 2 – punt a
(a) ix-xiri jew l-iżvilupp tat-teknoloġija, inklużi ħardwer u softwer, sistemi ta’ identifikazzjoni tal-bastimenti (VDS), sistemi tas-CCTV u netwerks tal-IT li jippermettu l-ġbir, l-amministrazzjoni, il-validazzjoni, l-analiżi u l-iskambju ta’ dejta relatata mas-sajd, u l-iżvilupp ta’ metodi ta’ teħid ta’ kampjuni għall-istess dejta kif ukoll interkonnessjoni ma’ sistemi transsettorjali ta’ skambju tad-dejta;
(a) ix-xiri, l-installazzjoni u l-iżvilupp tat-teknoloġija, inklużi ħardwer u softwer, sistemi ta’ identifikazzjoni tal-bastimenti (VDS), sistemi tas-CCTV u netwerks tal-IT li jippermettu l-ġbir, l-amministrazzjoni, il-validazzjoni, l-analiżi, il-ġestjoni tar-riskju, is-sottomissjoni u l-iskambju ta’ data relatata mas-sajd, u l-iżvilupp ta’ metodi ta’ teħid ta’ kampjuni għall-istess data kif ukoll interkonnessjoni ma’ sistemi transsettorjali ta’ skambju tad-data, sakemm operazzjonijiet bħal dawn jirrispettaw il-libertajiet individwali u jiżguraw il-protezzjoni tad-data personali;
Emenda 479 Proposta għal regolament Artikolu 78 – paragrafu 2 – punt b
(b) ix-xiri u l-installazzjoni tal-komponenti meħtieġa biex jiżguraw it-trasmissjoni tad-dejta mill-atturi involuti fis-sajd u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd lill-Istat Membru rilevanti u lill-awtoritajiet tal-UE, inklużi l-komponenti meħtieġa għas-sistemi elettroniċi ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar (ERS -electronic recording and reporting systems), is-sistemi ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS - Vessel Monitoring Systems) u s-sistemi ta’ identifikazzjoni awtomatika (AIS - Automatic Identification Systems) li jintużaw għal skopijiet ta’ kontroll;
(b) l-iżvilupp, ix-xiri u l-installazzjoni tal-komponenti, inklużi l-ħardwer u s-softwertal-kompjuter, li huma meħtieġa biex jiżguraw it-trasmissjoni tad-data mill-atturi involuti fis-sajd u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd lill-Istat Membru rilevanti u lill-awtoritajiet tal-UE, inklużi l-komponenti meħtieġa għas-sistemi elettroniċi ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar (ERS -electronic recording and reporting systems), is-sistemi ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS - Vessel Monitoring Systems) u s-sistemi ta’ identifikazzjoni awtomatika (AIS - Automatic Identification Systems) li jintużaw għal skopijiet ta’ kontroll;
Emenda 480 Proposta għal regolament Artikolu 78 – paragrafu 2 – punt c
(c) ix-xiri u l-istallazzjoni tal-komponenti meħtieġa sabiex tkun żgurata traċabbiltà tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, kif definita fl-Artikolu 58 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009;
(c) l-iżvilupp, ix-xiri u l-installazzjoni tal-komponenti, inklużi l-ħardwer u s-softwer tal-kompjuter, li huma meħtieġa sabiex tkun żgurata traċċabbiltà tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, kif definita fl-Artikolu 58 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009;
Emenda 481 Proposta għal regolament Artikolu 78 – paragrafu 2 – punt e
(e) l-immodernizzar u x-xiri ta’ bastimenti, inġenji tal-ajru u ħelikopters ta’ sorveljanza, sakemm dawn jintużaw mill-inqas 60 % tad-drabi għall-kontroll tas-sajd;
(e) mmodernizzar u x-xiri ta’ bastimenti, inġenji tal-ajru u ħelikopters ta’ sorveljanza, sakemm dawn jintużaw għall-kontroll tas-sajd għal mill-inqas 60 % tad-drabi kollha li jintuża t-tagħmir, ikkalkulat fuq bażi annwali;
Emenda 482 Proposta għal regolament Artikolu 78 – paragrafu 2 – punt g
(g) l-implimentazzjoni ta’ proġetti pilota relatati mal-kontroll tas-sajd, inkluż l-analiżi tad-DNA tal-ħut jew l-iżvilupp ta’ websajts relatati mal-kontroll;
(g) l-iżvilupp ta’ sistemi innovattivi ta’ kontroll u monitoraġġ u l-implimentazzjoni ta’ proġetti pilota relatati mal-kontroll tas-sajd, inkluż l-analiżi tad-DNA tal-ħut jew l-iżvilupp ta’ websajts relatati mal-kontroll;
Emenda 483 Proposta għal regolament Artikolu 78 – paragrafu 2 – punt ja (ġdid)
(ja) programmi li jwettqu kontroll aktar strett għall-istokkijiet soġġetti għal kontroll speċifiku u għal programmi ta’ spezzjoni stabbiliti skont l-Artikolu 95 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, inkluża kwalunkwe spiża operattiva;
Emenda 484 Proposta għal regolament Artikolu 78 – paragrafu 2 – punt jb (ġdid)
(jb) programmi konnessi mal-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni stabbiliti skont l-Artikolu 102(4) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, inkluża kwalunkwe spiża operattiva.
Emenda 485 Proposta għal regolament Artikolu 78 – paragrafu 3
3. Il-miżuri elenkati fil-punti (h), (i) u (j) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu eliġibbli biss għall-appoġġ jekk ikunu relatati mal-attivitajiet ta’ kontroll imwettqa minn awtorità pubblika.
3. Il-miżuri elenkati fil-punti (h), (i), (j), (ja) u (jb) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu eliġibbli biss għall-appoġġ jekk ikunu relatati mal-attivitajiet ta’ kontroll imwettqa minn awtorità pubblika.
Emenda 486 Proposta għal regolament Artikolu 78a (ġdid)
Artikolu 78a
Azzjoni kollettiva li ssaħħaħ u tistandardizza l-kontrolli
1. Sabiex jissaħħu u jiġu standardizzati l-kontrolli, il-FEMS jista’ jappoġġja l-implimentazzjoni ta’ proġetti transnazzjonali biex jiġu żviluppati u ttestjati sistemi interstatali ta’ kontroll, ta' spezzjoni u eżekuzzjoni previsti fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru .../… [dwar is-PKS] imniżżel fl-Artikolu 46 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-PKS
2. B’mod partikolari, għandhom ikunu eliġibbli t-tipi ta’ operazzjonijiet li ġejjin:
(a) programmi internazzjonali ta’ taħriġ tal-persunal responsabbli għall-attivitajiet ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza ta’ attivitajiet tas-sajd;
(b) inizjattivi, inkluż l-organizzazzjoni ta’ gruppi ta’ ħidma u l-iżvilupp ta’ materjal informattiv, biex jiġu standardizzati l-interpretazzjoni tar-regolamenti u l-kontrolli li jirriżultaw fl-Unjoni.
Emenda 487 Proposta għal regolament Artikolu 79 – paragrafu 1
1. Il-FEMS għandu jappoġġja l-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta bijoloġika, teknika, ambjentali u soċjoekonomika primarja bħal fil-programm multiannwali tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 37(5) tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd].
1. Il-FEMS għandu jappoġġja l-ġbir, il-ġestjoni, l-analiżi u l-użu ta’ data bijoloġika, teknika, ambjentali u soċjoekonomika primarja meħtieġa għall-ġestjoni ta’ sajd u akkwakultura sostenibbli bbażati fuq l-ekosistema bħal fil-programm multiannwali tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 37(5) tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd].
Emenda 488 Proposta għal regolament Artikolu 79 – paragrafu 2 – punt a
(a) il-ġestjoni u l-użu tad-dejta għal skopijiet ta’ analiżi xjentifika u l-implimentazzjoni tal-PKS;
(a) il-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-data għal skopijiet ta’ analiżi xjentifika u l-implimentazzjoni tal-PKS;
Emenda 489 Proposta għal regolament Artikolu 79 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa) ix-xiri jew l-iżvilupp tat-teknoloġija, inklużi l-ħardwer u s-softwer tal-kompjuter, meħtieġa għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-data;
Emenda 490 Proposta għal regolament Artikolu 79 – paragrafu 2 – punt b
(b) programmi multiannwali nazzjonali ta’ teħid ta’ kampjuni;
(b) programmi multiannwali nazzjonali, transnazzjonali u sottonazzjonali ta’ teħid ta’ kampjuni;
Emenda 491 Proposta għal regolament Artikolu 79 – paragrafu 2 – punt c
(c) monitoraġġ fuq il-baħar tas-sajd kummerċjali u rikreattiv;
(c) monitoraġġ fuq il-baħar tas-sajd kummerċjali u rikreattiv, inkluż il-monitoraġġ tal-qabda inċidentali ta’ organiżmi tal-baħar u tjur;
Emenda 492 Proposta għal regolament Artikolu 79 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)
(da) il-ġestjoni ta’ programmi ta’ ħidma annwali fir-rigward tal-kompetenza teknika u xjentifika fis-sajd, l-ipproċessar ta’ komunikazzjonijiet tad-data u ta’ settijiet ta’ data u l-ħidma preparatorja għall-provvediment ta’ pariri xjentifiċi;
Emenda 493 Proposta għal regolament Artikolu 79 – paragrafu 2 – punt db (ġdid)
(db) L-organizzazzjoni u l-ġestjoni tal-laqgħat tal-esperti fis-sajd;
Emenda 494 Proposta għal regolament Artikolu 79 – paragrafu 2 – punt e
(e) il-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-Istati Membri f’laqgħat ta’ koordinazzjoni reġjonali msemmija fl-Artikolu 37(4) tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd], f’laqgħat ta’ organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd li tagħhom l-UE hija sieħba kuntrattwali jew osservatur jew f’laqgħat ta’ korpi internazzjonali responsabbli biex jipprovdu pariri xjentifiċi.
(e) il-parteċipazzjoni,mir-rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-esperti xjentifiċi tagħhom, kif ukoll tar-rappreżentanti tal-awtoritajiet reġjonali,f’laqgħat ta’ koordinazzjoni reġjonali msemmija fl-Artikolu 37(4) tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd], f’laqgħat ta’ organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd li tagħhom l-UE hija sieħba kuntrattwali jew osservatur jew f’laqgħat ta’ korpi internazzjonali responsabbli biex jipprovdu pariri xjentifiċi, ekonomiċi jew tekniċi;
Emenda 495 Proposta għal regolament Artikolu 79 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)
(ea) it-titjib fis-sistemi tal-ġbir tad-data u tal-ġestjoni tad-data u l-implimentazzjoni ta’ studji pilota bil-għan li jiġu mtejba s-sistemi eżistenti tal-ġbir tad-data u tal-ġestjoni tad-data;
Emenda 496 Proposta għal regolament Artikolu 79 – paragrafu 2 – punt eb (ġdid)
(eb) spejjeż operattivi għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data.
Emenda 497 Proposta għal regolament Artikolu 79a (ġdid)
Artikolu 79a
Penalitajiet
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 150 sabiex tippenalizza Stat Membru billi tiffriża u/jew tnaqqas il-fondi mill-FEMS fil-każ li Stat Membru jonqos milli:
(a) jilħaq l-obbligi tiegħu ta’ ġbir u trażmissjoni ta' data jew jonqos milli jirrapporta l-kapaċità effettiva tal-flotta tas-sajd tiegħu. jew
(b) ikun kapaċi jsolvi l-problemi tas-sajd illegali, mhux rapportat u mhux regolat fl-ilmijiet tiegħu u/jew fil-flotta tas-sajd tiegħu.
Emenda 498 Proposta għal regolament Artikolu 81 – paragrafu 1 – parti introduttorja
L-appoġġ taħt dan il-Kapitolu għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata tal-Unjoni. Għandu:
L-appoġġ taħt dan il-Kapitolu għandu jikkontribwixxi biex itejjeb l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata tal-Unjoni. Għandu:
Emenda 499 Proposta għal regolament Artikolu 81 – paragrafu 1 – punt a – punt i
(i) jippromwovi azzjonijiet li jinkoraġġixxu lill-Istati Membri u lir-reġjuni tal-UE biex jiżviluppaw, jintroduċu jew jimplimentaw tmexxija marittima integrata;
(i) jippromwovi azzjonijiet li jinkoraġġixxu lill-Istati Membri u lir-reġjuni tagħhom biex jiżviluppaw, jintroduċu jew jimplimentaw tmexxija marittima integrata;
Emenda 500 Proposta għal regolament Artikolu 81 – paragrafu 1 – punt a – sottopunt ii
(ii) jippromwovi d-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ u fost l-Istati Membri u l-partijiet interessati fir-rigward ta’ kwistjonijiet tal-baħar u marittimi, anki billi jiżviluppa strateġiji għall-baċini tal-baħar;
(ii) jippromwovi d-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ u fost l-Istati Membri u l-partijiet interessati fir-rigward ta’ kwistjonijiet tal-baħar u marittimi, anki billi jiżviluppa u jimplimenta strateġiji integrati għall-baċini tal-baħar, billi jitqies approċċ ibbilanċjat fil-baċini kollha tal-baħar kif ukoll jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tal-baċini u s-sottobaċini marittimi, u tal-istrateġiji makroreġjonali rilevanti, meta xieraq;
Emenda 501 Proposta għal regolament Artikolu 81 – paragrafu 1 – punt a – punt iii
(iii) jippromwovi l-pjattaformi u n-netwerks ta’ kooperazzjoni transsettorjali, inklużi rappreżentanti ta’ awtoritajiet pubbliċi, reġjonali u lokali, mill-industrija, mis-settur tat-turiżmu, ta’ partijiet interessati tar-riċerka, ċittadini, minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali;
(iii) jippromwovi l-pjattaformi u n-netwerks ta’ kooperazzjoni transsettorjali, inklużi rappreżentanti ta’ awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, reġjonali u lokali, mill-industrija, mis-settur tat-turiżmu, ta’ partijiet interessati tar-riċerka, ċittadini, minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali, inkluż fil-kuntest ta’ strateġiji ta’ baċini tal-baħar;
Emenda 502 Proposta għal regolament Artikolu 81 – paragrafu 1 – punt a – punt iv
(iv) jippromwovi l-iskambju tal-aqwa prattiċi u d-djalogu fil-livell internazzjonali, inkluż id-djalogu bilaterali mal-pajjiżi terzi mingħajr preġudizzju għal arranġamenti oħra jew arranġamenti li jista' jkun hemm bejn l-UE u l-pajjiżi terzi kkonċernati;
(iv) jippromwovi l-iskambju tal-aqwa prattiċi u d-djalogu fil-livell internazzjonali, inkluż id-djalogu bilaterali mal-pajjiżi terzi, b’kunsiderazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS) u l-konvenzjonijiet internazzjonali eżistenti rilevanti bbażati fuq UNCLOS, mingħajr preġudizzju għal arranġamenti oħra jew arranġamenti li jista’ jkun hemm bejn l-UE u l-pajjiżi terzi kkonċernati;
Emenda 503 Proposta għal regolament Artikolu 81 – paragrafu 1 – punt b – parti introduttorja
(b) jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ inizjattivi transsettorjali li huma ta’ benefiċċju reċiproku għas-setturi marittimi u/jew il-politiki settorjali differenti, billi jkunu kkunsidrati u jkompli jibni fuq għodod u inizjattivi eżistenti, bħal:
(b) jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ inizjattivi transsettorjali li huma ta’ benefiċċju reċiproku għas-setturi marittimi u tal-baħar u/jew il-politiki settorjali differenti, billi jkunu kkunsidrati u jkompli jibni fuq għodod u inizjattivi eżistenti, bħal:
Emenda 504 Proposta għal regolament Artikolu 81 – paragrafu 1 – punt b – punt i
(i) sorveljanza marittima integrata sabiex ittejjeb l-effettività u l-effiċjenzja permezz tal-iskambju ta' informazzjoni fis-setturi u l-fruntieri filwaqt li jkunu ikkunsidrati kif xieraq is-sistemi eżistenti u dawk futuri;
(i) sorveljanza marittima integrata sabiex ittejjeb is-sigurtà, l-effettività u l-effiċjenzja permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni fis-setturi u l-fruntieri filwaqt li jkunu ikkunsidrati kif xieraq is-sistemi eżistenti u dawk futuri;
Emenda 505 Proposta għal regolament Artikolu 81 – paragrafu 1 – punt b – punt iii
(iii) l-iżvilupp progressiv ta’ bażi ta’ għarfien komprensiva u aċċessibbli ta’ kwalità għolja għall-pubbliku dwar il-baħar li għandha tiffaċilita l-kondiviżjoni, l-użu mill-ġdid u t-tixrid ta’ din id-dejta u l-għarfien fost varji gruppi ta’ utenti.
(iii) żvilupp progressiv ta’ bażi ta’ għarfien komprensiva u aċċessibbli ta’ kwalità għolja għall-pubbliku dwar il-baħar biex tnaqqas id-duplikazzjoni, tiffaċilita l-kondiviżjoni, l-użu mill-ġdid u t-tixrid ta’ din id-data u l-għarfien fost varji gruppi ta’ utenti.
Emenda 506 Proposta għal regolament Artikolu 81 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) jippromwovi t-titjib fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki fost id-diversi funzjonijiet tal-gwardakosta bl-għan li tinħoloq GwardaKosta Ewropea.
Emenda 507 Proposta għal regolament Artikolu 81 – paragrafu 1 – punt c
(c) Jappoġġja t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-impjiegi, l-innovazzjoni u t-teknoloġiji l-ġodda fi ħdan setturi marittimi emerġenti u prospettivi f’reġjuni kostali b’kumplimentarjetà mal-attivitajiet settorjali u nazzjonali stabbiliti.
(c) jappoġġja t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-impjiegi, l-innovazzjoni u t-teknoloġiji l-ġodda fi ħdan setturi marittimi emerġenti u prospettivi, kif ukoll f’reġjuni kostali, insulari u l-aktar imbiegħda fl-Unjoni, b’kumplimentarjetà mal-attivitajiet settorjali u nazzjonali stabbiliti.
Emenda 508 Proposta għal regolament Artikolu 81 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) jippromwovi l-iżvilupp tal-kapital uman fis-settur marittimu, partikolarment billi jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni u l-iskambji fil-qasam tat-taħriġ;
Emenda 509 Proposta għal regolament Artikolu 81 – paragrafu 1 – punt d
(d) jippromwovi l-protezzjoni tal-ambjent marittimu, b’mod partikolari l-bijodiversità tiegħu u ż-żoni protetti tal-baħar bħaż-żoni Natura 2000, u l-użu sostenibbli tar-riżorsi marittimi u kostali u sabiex jiddefinixxi ulterjorment il-konfini tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet tal-bniedem li jħallu impatt fuq l-ambjent marittimu, b’mod partikolari fil-qafastad-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marittima.
(d) jippromwovi l-protezzjoni tal-ambjent marittimu, b’mod partikolari l-bijodiversità tiegħu u ż-żoni protetti tal-baħar bħaż-żoni Natura 2000, u l-użu sostenibbli tar-riżorsi marittimi u kostali, billi jiġi implimentat approċċ ibbażat fuq l-ekosistemi b’referenza għal ġestjoni tal-attivitajiet tal-bniedem bi qbil mal-għanijiet tal-istat ambjentali tajjeb kif stipulat mid-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marittima.
Emenda 510 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 1 – punt b
(b) proġetti, inkluż proġetti ta' prova u proġetti ta' kooperazzjoni;
(b) proġetti, mit-tfassil sal-implimentazzjoni, inkluż proġetti ta’ prova u pilota u proġetti ta’ kooperazzjoni nazzjonali u transkonfinali;
Emenda 511 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 1 – punt c
(c) informazzjoni pubblika u l-qsim tal-aħjar prattika, kampanji li jqajmu kuxjenza u attivitajiet relatati ta' komunikazzjoni u tixrid bħall-kampanji pubbliċitarji, avvenimenti, l-iżvilupp u ż-żamma tal-websajts, pjattaformi għall-partijiet interessati, inkluż komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet ġenerali ta' dan ir-Regolament,
(c) informazzjoni pubblika u l-qsim tal-aħjar prattika, inkluż rigward il-programmi Ewropej ta’ riċerka effettivi rilevanti, kampanji li jqajmu kuxjenza u attivitajiet relatati ta’ komunikazzjoni u tixrid bħall-kampanji pubbliċitarji, avvenimenti, l-iżvilupp u ż-żamma tal-websajts, pjattaformi għall-partijiet interessati, inkluż komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet ġenerali ta’ dan ir-Regolament;
Emenda 512 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 1 – punt d
(d) konferenzi, seminars u workshops;
(d) konferenzi, seminars, fora u workshops;
Emenda 513 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 1 – punt e
(e) skambju tal-aħjar prattiki, attivitajiet ta’ koordinazzjoni, inklużi netwerks ta’ skambju ta’ informazzjoni u mekkaniżmi ta’ tmexxija għall-istrateġiji għall-baċini tal-baħar;
(e) skambju tal-aħjar prattiki, attivitajiet ta’ koordinazzjoni, inklużi netwerks ta’ skambju ta’ informazzjoni u appoġġ għall-iżvilupp ta’ strateġiji għall-baċini tal-baħar;
Emenda 514 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 1 – punt f
(f) l-iżvilupp, it-tħaddim u l-manutenzjoni tas-sistemi tal-IT u netwerks li jippermettu l-ġbir, l-amministrazzjoni, il-validazzjoni, l-analiżi u l-iskambju ta’ metodi ta’ kampjunar u l-iskambju tagħhom għal dejtarelatata mas-sajd kif ukoll bħala interkonnessjoni għal sistemi ta’ skambju tad-dejta transsettorjali;
(f) l-iżvilupp, it-tħaddim u l-manutenzjoni tas-sistemi tal-IT u netwerks li jippermettu l-ġbir, l-amministrazzjoni, il-validazzjoni, l-analiżi u l-iskambju ta’ metodi ta’ kampjunar u l-iskambju tagħhom għal data kif ukoll bħala interkonnessjoni għal sistemi ta’ skambju tad-data transsettorjali;
Emenda 515 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
(fa) proġetti ta’ taħriġ għall-iżvilupp tal-għarfien, il-kwalifiki professjonali u miżuri li jappoġġjaw l-iżvilupp professjonali fis-settur marittimu;
Emenda 516 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 1 – punt fb (ġdid)
(fb) strumenti xierqa għall-istrateġija integrata għall-ġestjoni tal-ilmijiet kostali, għall-ippjanar spazjali marittimu u għall-ġestjoni tar-riżorsi komuni kondiviżi fil-livell tal-baċini tal-baħar;
Emenda 517 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 1 – punt fc (ġdid)
(fc) assistenza teknika skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru .../.... [li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni];
Emenda 518 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. Sabiex jintlaħaq l-għan speċifiku li jiġu żviluppati l-operazzjonijiet transsettorjali stabbiliti fl-Artikolu 81 b), il-FEMS jista’ jappoġġja:
2. Sabiex jintlaħaq l-għan speċifiku li jiġu żviluppati l-operazzjonijiet transkonfinali u transsettorjali stabbiliti fl-Artikolu 81 b), il-FEMS jista’ jappoġġja:
Emenda 519 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 2 – punt b
(b) l-attivitajiet ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni fost l-Istati Membri biex jiżviluppaw l-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata taż-żoni kostali, inkluż l-infiq relatat mas-sistemi u l-prattiki tal-iskambju tad-dejta u attivitajiet ta’ monitoraġġ, evalwazzjoni, it-tfassil u t-tħaddim ta’ netwerks ta’ esperti, u t-tfassil ta’ programm bil-għan ta’ bini tal-kapaċità għall-Istati Membri sabiex jimplimentaw pjanar spazjali marittimu;
(b) l-attivitajiet ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni fost l-Istati Membri, u jekk ikun il-każ, fost Stati Membri u reġjuni, biex jiżviluppaw l-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata taż-żoni kostali, inkluż l-infiq relatat mas-sistemi u l-prattiki tal-iskambju tad-data u attivitajiet ta’ monitoraġġ, evalwazzjoni, it-tfassil u t-tħaddim ta’ netwerks ta’ esperti, u t-tfassil ta’ programm bil-għan ta’ bini tal-kapaċità għall-Istati Membri sabiex jimplimentaw pjanar spazjali marittimu;
Emenda 520 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 2 – punt c
(c) l-għodod tekniċi għat-twaqqif u t-tmexxija ta’ Netwerk Ewropew operazzjonali ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni dwar il-Baħar maħsubbiex jiffaċilita l-ġbir, l-assemblaġġ, il-kontroll tal-kwalità, l-użu mill-ġdid u d-distribuzzjoni ta’ dejta dwar il-baħar permezz ta’ kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri involuti fin-netwerk.
(c) l-għodod tekniċi għall-istabbiliment u t-tmexxija ta’ Netwerk Ewropew operazzjonali ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni dwar il-Baħar li għandu l-għan li jiffaċilita l-ġbir, l-akkwist, l-assemblaġġ, il-kontroll tal-kwalità, l-użu mill-ġdid u d-distribuzzjoni ta’ datau għarfien dwar il-baħar permezz ta’ kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri involuti fin-netwerk.
Emenda 521 Proposta għal regolament Artikolu 84 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Il-miżuri taħt dan il-Kapitolu għandhom jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-PKS u tal-PMI, b’mod partikolari fir-rigward ta’:
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija)
Emenda 522 Proposta għal regolament Artikolu 84 – paragrafu 1 – punt a
(a) parir xjentifiku fil-kuntest tal-PKS;
(a) il-ġbir, il-ġestjoni u t-tixrid ta’ parir xjentifiku fil-kuntest tal-PKS;
Emenda 523 Proposta għal regolament Artikolu 84 – paragrafu 1 – punt b
(b) miżuri speċifiċi ta’ kontroll u ta’ infurzar fil-kuntest tal-PKS;
(b) miżuri speċifiċi ta’ kontroll u ta’ infurzar fil-kuntest tal-PKS, inklużi spezzjonijiet tax-xogħol;
Emenda 524 Proposta għal regolament Artikolu 84 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(da) id-djalogu soċjali u l-inklużjoni tal-imsieħba soċjali;
Emenda 525 Proposta għal regolament Artikolu 84 – paragrafu 1 – punt e
(e) intelliġenza tas-suq;
(e) intelliġenza tas-suq, inkluż l-istabbiliment ta’ swieq elettroniċi;
Emenda 526 Proposta għal regolament Artikolu 84a (ġdid)
Artikolu 84a
Miżuri ta’ konservazzjoni
Sabiex tkun żgurata implimentazzjoni effiċjenti ta’ miżuri ta’ konservazzjoni skont l-Artikoli 17 u 21 tar-Regolament (UE) Nru …/…. [dwar il-PKS] il-FEMS tista' tappoġġja inizjattivi adottati mill-Istati Membri biex ikun hemm kooperazzjoni u implimentazzjoni ta’ miżuri komuni li jwasslu sabiex jinkisbu l-objettivi u l-miri maqbula fil-pjanijiet pluriennali stabbiliti skont l-Artikoli 9, 10 u 11 tar-Regolament (UE) Nru .../.... [dwar il-PKS];
Emenda 527 Proposta għal regolament Artikolu 85 – paragrafu 1
1. Il-FEMS jista’ jappoġġja l-provvista ta’ riżultati xjentifiċi, b’mod partikolari proġetti ta’ riċerka applikata marbuta direttament mal-provvista ta’ opinjonijiet u pariri xjentifiċi, għall-iskop ta’ deċiżjonijiet sodi u effiċjenti dwar il-ġestjoni tas-sajd fil-kuntest tal-PKS.
1. Il-FEMS jista’ jappoġġja l-provvista ta’ riżultati xjentifiċi, b’mod partikolari proġetti ta’ riċerka applikata marbuta direttament mal-provvediment ta’ opinjonijiet u pariri xjentifiċi u soċjoekonomiċi, għall-iskop ta’ deċiżjonijiet sodi u effiċjenti dwar il-ġestjoni tas-sajd fil-kuntest tal-PKS.
Emenda 528 Proposta għal regolament Artikolu 85 – paragrafu 2 – punt a
(a) studji u proġetti pilota meħtieġa għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-PKS, inkluż dwar tipi alternattivi ta’ tekniki ta’ ġestjoni tas-sajd sostenibbli;
(a) studji u proġetti pilota meħtieġa għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-PKS, inkluż dwar tipi alternattivi ta’ tekniki ta’ ġestjoni tas-sajd u tal-akkwakultura sostenibbli, inkluż fi ħdan il-Kunsilli Konsultattivi;
Emenda 529 Proposta għal regolament Artikolu 85 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa) studji meħtieġa għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-PKS f’żoni bijoġeografikament sensittivi;
Emenda 530 Proposta għal regolament Artikolu 85 – paragrafu 2 – punt b
(b) it-tħejjija u l-provvista ta’ opinjonijiet u pariri xjentifiċi minn korpi xjentifiċi, inklużi korpi konsultattivi xjentifiċi responsabbli għalll-valutazzjonijiet tal-ħażniet, minn esperti indipendenti u minn istituzzjonijiet tar-riċerka;
(b) it-tħejjija u l-provvista ta’ opinjonijiet u pariri xjentifiċi minn korpi xjentifiċi, inklużi korpi konsultattivi xjentifiċi responsabbli għall-valutazzjonijiet tal-ħażniet, minn esperti u minn istituzzjonijiet tar-riċerka;
Emenda 531 Proposta għal regolament Artikolu 85 – paragrafu 2 – punt c
(c) il-parteċipazzjoni ta’ esperti fil-laqgħat dwar kwistjonijiet xjentifiċi u tekniċi fil-qasam tas-sajd u gruppi ta’ ħidma esperti kif ukoll f’korpi konsultattivi internazzjonali u f’laqgħat fejn tkun meħtieġa l-kontribuzzjoni tal-esperti dwar is-sajd;
(c) il-parteċipazzjoni ta’ esperti fil-laqgħat dwar kwistjonijiet xjentifiċi u tekniċi fil-qasam tas-sajd u gruppi ta’ ħidma esperti kif ukoll f’korpi konsultattivi internazzjonali u f’laqgħat meta tkun meħtieġa l-kontribuzzjoni tal-esperti dwar is-sajd u l-akkwakultura;
Emenda 532 Proposta għal regolament Artikolu 85 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca) il-finanzjament tal-bastimenti tar-riċerka li jkunu qed iwettqu programmi ta’ riċerka xjentifika f’żoni barra mill-Unjoni meta l-Unjoni tkun qed topera skont ftehimiet dwar is-sajd;
Emenda 533 Proposta għal regolament Artikolu 85 – paragrafu 2 – punt e
(e) l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ġbir tad-dejta, inklużil-ħolqien u t-tmexxija ta’ databases reġjonalizzati għall-ħżin, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta li minnhom tibbenifika l-kooperazzjoni reġjonali u li jtejbu l-attivitajiet tal-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta, kif ukoll il-kompetenzi xjentifiċi b’appoġġ għall-ġestjoni tas-sajd.
(e) l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ġbir tad-data, inklużid-diversi partijiet interessati reġjonali u inklużil-ħolqien u t-tmexxija ta’ databases reġjonalizzati għall-ħżin, il-ġestjoni u l-użu tad-data li minnhom tibbenifika l-kooperazzjoni reġjonali u li jtejbu l-attivitajiet tal-ġbir u l-ġestjoni tad-data, kif ukoll il-kompetenzi xjentifiċi b’appoġġ għall-ġestjoni tas-sajd.
Emenda 534 Proposta għal regolament Artikolu 85 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)
(ea) l-istabbiliment ta’ swieq elettroniċi sabiex jikkoordinaw aħjar l-informazzjoni bejn l-operaturi u l-proċessuri tas-suq.
Emenda 535 Proposta għal regolament Artikolu 86 – paragrafu 2 – punt a
(a) ix-xiri konġunt minn bosta Stati Membri li jappartjenu għall-istess żona ġeografika, ta’ bastimenti, inġenji tal-ajru u ħelikopters ta’ sorveljanza, sakemm dawn jintużaw mill-inqas 60 % tad-drabi għall-kontroll tas-sajd;
(a) ix-xiri konġunt minn bosta Stati Membri li jappartjenu għall-istess żona ġeografika, ta’ bastimenti, inġenji tal-ajru u ħelikopters ta’ sorveljanza, sakemm dawn jintużaw għall-kontroll tas-sajd għal mill-inqas 60 % tad-drabi kollha li jintuża t-tagħmir, ikkalkolat fuq bażi annwali;
Emenda 536 Proposta għal regolament Artikolu 86 – paragrafu 2 – punt b
(b) in-nefqa marbuta mal-valutazzjoni u l-iżvilupp ta' teknoloġiji ta' kontroll ġodda;
(b) in-nefqa marbuta mal-valutazzjoni u l-iżvilupp ta' teknoloġiji ta' kontroll ġodda kif ukoll ta’ proċessi għall-iskambju ta’ data bejn l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet responsabbli f'oqsma bħas-sigurtà, is-salvataġġ u l-kontroll fl-Unjoni ;
Emenda 537 Proposta għal regolament Artikolu 88 – paragrafu 1
1. Il-FEMS jista’ jappoġġja l-ispejjeż operazzjonali tal-Kunsilli Konsultattivi stabbiliti mill-Artikolu 52 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd].
1. Il-FEMS għandu jappoġġja l-ispejjeż operattiviu tal-għarfien meħtieġa tal-Kunsilli Konsultattivi stabbiliti mir-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd], sabiex jiżgura l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tal-kompiti tagħhom.
1a. Il-FEMS jista’ jappoġġja l-ispejjeż operattivi tal-Kunsilli Konsultattivi meta dawk l-ispejjeż jippromwovu l-involviment u l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-sajjieda u partijiet interessati oħra.
1b. Il-FEMS għandu jappoġġja l-ispejjeż operattivi, tekniċi u xjentifiċi assoċjati mat-twettiq tal-istudji sabiex jissaħħu r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsilli Konsultattivi.
Emenda 540 Proposta għal regolament Artikolu 88a (ġdid)
Artikolu 88a
Djalogu soċjali
Il-FEMS jista’ jappoġġja l-ispejjeż operattivi tal-istrutturi li jippromwovu d-djalogu soċjali u l-inklużjoni tal-imsieħba soċjali.
Emenda 541 Proposta għal regolament Artikolu 89 – paragrafu 1
Il-FEMS jista’ jappoġġja l-iżvilupp u t-tixrid tal-għarfien dwar is-suq għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 49 tar-[Regolament (UE) Nru dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura].
Il-FEMS jista’ jappoġġja l-iżvilupp u t-tixrid tal-għarfien dwar is-suq għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 49 tar-[Regolament (UE) Nru dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura], inkluż l-istabbiliment ta’ swieq elettroniċi sabiex ikun hemm koordinazzjoni aħjar tal-informazzjoni bejn l-operaturi u l-proċessuri tas-suq;
Emenda 542 Proposta għal regolament Artikolu 91 – paragrafu 1 – punt b
(b) l-implimentazzjoni tal-ftehimiet tas-sajd sostenibbli u l-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-organizzazzjonijiet ta’ ġestjoni tas-sajd reġjonali;
(b) it-tħejjija, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-ftehimiet tas-sajd sostenibbli u l-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-organizzazzjonijiet ta’ ġestjoni tas-sajd reġjonali; il-miżuri kkonċernati jikkonsistu minn studji, laqgħat, involviment tal-esperti, spejjeż ta’ persunal temporanju, attivitajiet ta’ informazzjoni u kwalunkwe spejjeż oħra amministrattivi jew spejjeż li jirriżultaw mill-assistenza xjentifika jew teknika mill-Kummissjoni.
Emenda 543 Proposta għal regolament Artikolu 92 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Soġġett għal-limitu massimu ta’ 5 % tal-ammont totali tal-programm operazzjonali, fuq inizjattiva ta’ Stat Membru il-FEMS jista’ jappoġġja:
1. Soġġett għal-limitu massimu ta’ 6 % tal-ammont totali tal-programm operazzjonali, fuq inizjattiva ta’ Stat Membru il-FEMS jista’ jappoġġja:
Emenda 544 Proposta għal regolament Artikolu 94 – paragrafu 3 – punt a
Emenda 548 Proposta għal regolament Artikolu 94 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)
(ea) żieda ta’ 10 punti perċentwali, kif ukoll ir-rata massima tal-kontribuzzjoni tal-FEMS, meta l-operazzjonijiet ikunu ffinanzjati mill-FEMS fil-gżejjer Griegi l-aktar imbiegħda u fir-reġjuni l-aktar imbiegħda li, minħabba d-distanza estrema tagħhom, huma żvantaġġjati;
Emenda 549 Proposta għal regolament Artikolu 95 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom japplikaw intensità massima ta’ għajnuna pubblika ta’ 50 % tal-infiq eliġibbli totali tal-operazzjoni.
1. L-Istati Membri għandhom japplikaw intensità massima ta’ għajnuna pubblika ta’ 60 % tal-infiq eliġibbli totali tal-operazzjoni.
Emenda 550 Proposta għal regolament Artikolu 95 – paragrafu 2 – punt a
(a) il-benefiċjarju jkun korp legali pubbliku;
(a) il-benefiċjarju jkun korp legali pubbliku jew korp privat li jwettaq kompiti ta’ servizz pubbliku;
Emenda 551 Proposta għal regolament Artikolu 95 – paragrafu 2 – punt b
(b) l-operazzjoni tkun relatata mal-għajnuna għall-ħżin imsemmija fl-Artikolu 70;
imħassar
Emenda 552 Proposta għal regolament Artikolu 95 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu japplikaw intensità ta’ għajnuna pubblika bejn 50 % u massimu ta’ 100 % tal-infiq eliġibbli totali meta l-operazzjoni tkun implimentata skont il-Kapitolu III tat-Titolu V u tkun tissodisfa waħda mill-kriterji li ġejjin:
3. B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu japplikaw intensità ta’ għajnuna pubblika ta’ bejn 60 % u massimu ta’ 100 % tal-infiq eliġibbli totali meta l-operazzjoni tkun implimentata skont il-Kapitoli I, II, III jew IV tat-Titolu V u tkun tissodisfa tnejn jew aktar mill-kriterji li ġejjin:
Il-Kummissjoni għandha teżerċita dan l-għoti tas-setgħa b’rispett sħiħ tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u billi tikkunsidra r-riskju li n-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-PKS rispettivi jikkostitwixxi theddid serju għall-użu sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi marittimi ħajjin li jirrestawraw u jħarsu l-popolazzjoni tal-ispeċijiet maħsuda fil-livelli li jista’ joħloq l-MSY, is-sostenibbiltà tal-istokkijiet ikkonċernati jew il-konservazzjoni tal-ambjent marittimu.
Il-Kummissjoni għandha teżerċita dan l-għoti tas-setgħa b’rispett sħiħ tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u billi tikkunsidra r-riskju li n-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-PKS rispettivi jikkostitwixxi theddid serju għall-użu sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi marittimi ħajjin li jirrestawraw u jħarsu l-popolazzjoni tal-ispeċijiet maħsuda 'l fuq mil-livelli li jista' joħloq l-MSY, is-sostenibbiltà tal-istokkijiet ikkonċernati, il-konservazzjoni tal-ambjent marittimu jew il-kisba u ż-żamma ta’ stat ambjentali tajjeb sal-2020.
Emenda 576 Proposta għal regolament Artikolu 99
1. Minbarra r-regoli ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 114 tar-[Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] l-awtorità amministrattiva għandha:
1. Minbarra r-regoli ġenerali spjegati fl-Artikolu 114 tar-[Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] l-awtorità ta’ ġestjoni għandha:
(a) kull sitt xhur, tipprovdi lill-Kummissjoni bid-dejta relevanti dwar l-operazzjonijiet magħżula għall-finanzjament, inklużi l-karatteristiċi ewlenin tal-benefiċjarju u tal-operazzjoni stess. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, regoli għall-preżentazzjoni ta' din id-dejta skont il-proċedura ta' konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 128(2).
(a) kull sitt xhur, tipprovdi lill-Kummissjoni d-dejta relevanti dwar l-operazzjonijiet magħżula għall-finanzjament, inklużi l-karatteristiċi ewlenin tal-benefiċjarju u tal-operazzjoni stess. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, regoli għall-preżentazzjoni ta' din id-dejta skont il-proċedura ta' konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 128(2).
(b) tiżgura l-pubbliċità għall-programm billi tinforma lil benefiċjarji potenzjali, organizzazzjonijiet professjonali, l-imsieħba ekonomiċi u soċjali, il-korpi involuti fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi kkonċernati, inklużi organizzazzjonijiet ambjentali, dwar il-possibbiltajiet offruti mill-programm u r-regoli sabiex jinkiseb l-aċċess għall-finanzjament tal-programm;
(b) tiżgura l-pubbliċità għall-programm billi tinforma lill-benefiċjarji potenzjali, l-organizzazzjonijiet professjonali, is-sħab ekonomiċi u soċjali, il-korpi involuti fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi kkonċernati, inklużi organizzazzjonijiet ambjentali, dwar il-possibbiltajiet offruti mill-programm u r-regoli sabiex jinkiseb l-aċċess għall-finanzjament tal-programm u l-obbligu li dak li jkun jikkonforma tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd;
(c) tiżgura pubbliċità għall-programm billi tinforma lill-benefiċjarji tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni u lill-pubbliku ġenerali dwar l-irwol tal-Unjoni fil-programm.
(c) tiżgura pubbliċità għall-programm billi tinforma lill-benefiċjarji dwar il-kontribuzzjoni tal-Unjoni u l-obbligu li jikkonformaw mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd;
(d) tiżgura pubbliċità għall-programm billi tinforma lill-pubbliku ġenerali dwar ir-rwol li twettaq l-Unjoni fil-programm kif ukoll li jwettqu l-Istati Membri fl-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.
Emenda 554 Proposta għal regolament Artikolu 100 – paragrafu 1
1. Minbarra dak li hu stabbilit fl-Artikolu 135 tar-[Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], l-Istat Membru għandu jwettaq il-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 98.
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija).
Emenda 555 Proposta għal regolament Artikolu 100 – paragrafu 2
2. Għal każijiet ta’ korrezzjonijiet finanzjarji applikati fuq l-infiq direttament marbut man-nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 98, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu l-ammont ta’ korrezzjoni billi jikkunsidraw il-gravità tan-nuqqas ta’ konformità mill-benefiċjarju mar-regoli tal-PKS, il-vantaġġ ekonomiku miġjub min-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-PKS jew l-importanza tal-kontribuzzjoni tal-FEMS għall-attività ekonomika tal-benefiċjarju.
2. Għal każijiet ta’ korrezzjonijiet finanzjarji applikati fuq l-infiq direttament marbut man-nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 98, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu l-ammont ta’ korrezzjoni billi jikkunsidraw il-gravità (inklużi l-limitu, it-tul taż-żmien u kwalunkwe rikorrenza) tan-nuqqas ta’ konformità mill-benefiċjarju mar-regoli tal-PKS, il-vantaġġ ekonomiku miġjub min-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-PKS jew l-importanza tal-kontribuzzjoni tal-FEMS għall-attività ekonomika tal-benefiċjarju.
Emenda 577 Proposta għal regolament Artikolu 102
1. Minbarra dak li hu stabbilit fl-Artikolu 134 tar-[Regolament (UE) Nru [...] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], il-Kummissjoni tista' tissospendi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, il-pagamenti interim kollha jew parti minnhom tal-programm operazzjonali, fejn:
1. Minbarra dak li hu stabbilit fl-Artikolu 134 tar-[Regolament (UE) Nru [...] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], il-Kummissjoni tista' tissospendi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, il-pagamenti interim kollha jew parti minnhom tal-programm operazzjonali, fejn:
(a) ikun hemm nuqqas serju fis-sistema ta’ ġestjoni u kontroll tal-programm operazzjonali li għaliha ma jkunux ittieħdu miżuri korrettivi;
(b) l-infiq f’dikjarazzjoni ċċertifikata tal-infiq ikun marbut ma’ irregolarità serja jew xi każ ieħor ta’ nuqqas ta’ konformità li ma jkunux ġew ikkoreġuti;
(c) l-Istat Membru jkun naqas milli jieħu l-azzjoni meħtieġa sabiex jirrimedja s-sitwazzjoni li tagħti lok għal interruzzjoni skont l-Artikolu 118;
(d) hemm nuqqas serju fil-kwalità u affidabbiltà tas-sistema ta' sorveljanza;
il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li tirrikonoxxi li Stat Membru jkun naqas milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-Politika Komuni tas-Sajd. Għandu jkun probabbli li dan in-nuqqas ta’ konformità jaffettwa n-nefqa li tinsab f’dikjarazzjoni ċċertifikata li għaliha jintalab il-pagament interim.
(e) il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li tirrikonoxxi li Stat Membru jkun naqas milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-Politika Komuni tas-Sajd. Għandu jkun probabbli li dan in-nuqqas ta’ konformità jaffettwa n-nefqa li tinsab f’dikjarazzjoni ċċertifikata li għaliha jintalab il-pagament interim;
(f) il-kundizzjonijiet msemmija fl-Artikoli 17(5) u 20(3) tar-Regolament No [...]dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni] huma sodisfatti.
2. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 128(3), regoli dettaljati dwar il-pagamenti li jistgħu jiġu sospiżi. L-ammonti ta' dawn il-pagamenti għandhom ikunu proporzjonati għan-natura u l-importanza tan-nuqqas ta’ konformità mill-Istat Membru.
2. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li tissospendi l-pagamenti interim kollha jew parti minnhom wara li tkun tat lill-Istat Membru l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien perjodu ta’ xahrejn. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 151(3), regoli dettaljati dwar il-parti tal-pagamenti li jistgħu jiġu sospiżi. Dawn l-ammonti għandhom ikunu proporzjonati għan-natura u l-importanza tan-nuqqas, l-irregolarità jew in-nuqqas ta’ konformità mill-Istat Membru.
2a. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li ttemm is-sospensjoni tal-pagamenti interim kollha jew parti minnhom fejn l-Istat Membru jkun ħa l-miżuri meħtieġa sabiex tkun tista’ titneħħa s-sospensjoni. Meta l-Istat Membru ma jkunx ħa dawn il-miżuri, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, deċiżjoni sabiex tapplika l-korrezzjonijiet finanzjarji billi tikkanċella l-kontribuzzjoni totali jew parzjali tal-Unjoni għall-programm operazzjonali f’konformità mal-Artikoli 128 u l-Artikolu 129.
Emenda 578 Proposta għal regolament Artikolu 103a (ġdid)
Artikolu 103a
Kontrolli fuq il-post mill-Kummissjoni
1. Mingħajr preġudizzju għall-kontrolli mwettqa mill-Istati Membri skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali jew l-Artikolu 287 tat-Trattat, u kwalunkwe verifika organizzata skont l-Artikolu 322 tat-Trattat, il-Kummissjoni tista’ torganizza kontrolli fuq il-post fl-Istati Membri bil-għan li tivverifika b’mod partikolari:
(b) l-eżistenza tad-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa u l-korrelazzjoni tagħhom mal-operazzjonijiet iffinanzjati mill-FEMS;
(c) it-termini li fuqhom twettqu u ġew ikkontrollati l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-FEMS.
2. Il-persuni ddelegati mill-Kummissjoni biex iwettqu kontrolli fuq il-post jew l-aġenti tal-Kummissjoni li jaġixxu fil-kamp ta' applikazzjoni tas-setgħat mogħtija lilhom għandu jkollhom aċċess għall-kotba u għad-dokumenti l-oħrajn kollha, inklużi dokumenti u metadejta mħejjija jew irċevuti u rreġistrati fuq mezz elettroniku, fir-rigward tan-nefqa ffinanzjata mill-FEMS.
4. Il-Kummissjoni għandha tagħti avviż minn qabel biżżejjed ta’ kontrolli fuq il-post lill-Istat Membru kkonċernat jew lill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun ser issir il-kontrolli. Aġenti mill-Istat Membru kkonċernat jistgħu jieħdu sehem f’dawn il-kontrolli.
5. Fuq it-talba tal-Kummissjoni u bil-qbil tal-Istat Membru kkonċernat, il-kontrolli addizzjonali jew l-inkjesti dwar l-operazzjonijiet koperti minn dan ir-Regolament għandhom jitwettqu mill-korpi kompetenti ta’ dak l-Istat Membru. L-aġenti tal-Kummissjoni jew il-persuni ddelegati mill-Kummissjoni jistgħu jieħdu sehem f’dawn il-kontrolli.
6. Sabiex ittejjeb il-verifiki, il-Kummissjoni tista’, bil-qbil tal-Istat Membru kkonċernat, titlob l-għajnuna tal-awtoritajiet ta’ dawk l-Istati Membri għal ċerti kontrolli jew inkjesti.
7. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 151(2), tistabbilixxi regoli dwar il-proċeduri li għandu jkun hemm konformità magħhom meta jitwettqu kontrolli addizzjonali msemmija fil-paragrafu 5 u 6.
Emenda 579 Proposta għal regolament Artikolu 104
1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-tħaddim bla xkiel tal-FEMS u għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiffaċilitaw il-kontrolli li l-Kummissjoni tqis li huma xierqa b’rabta mal-ġestjoni tal-finanzjament tal-Unjoni, inklużi kontrolli fuq il-post.
Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom li jkunu adottaw għall-implimentazzjoni tal-atti tal-Unjoni relatati mal-Politika Komuni tas-Sajd, fejn dawk l-atti jkollhom impatt finanzjarju fuq il-FEMS.
2. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom li jkunu adottaw għall-implimentazzjoni tal-atti tal-Unjoni relatati mal-Politika Komuni tas-Sajd, fejn dawk l-atti jkollhom impatt finanzjarju fuq il-FEMS.
3. L-istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-informazzjoni kollha dwar l-irregolaritajiet u l-każijiet suspettati ta’ frodi identifikati, u dwar il-passi meħuda sabiex jirkupraw ħlasijiet bi żball b’rabta ma’ dawk l-irregolaritajiet u frodi skont l-Artikolu 116.
Emenda 580 Proposta għal regolament Artikolu 107
1. Qabel tieħu deċiżjoni dwar korrezzjoni finanzjarja permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiftaħ il-proċedura billi tinforma lill-Istat Membru dwar il-konklużjonijiet provviżorji tagħha u titlob lill-Istat Membru biex jippreżenta l-kummenti tiegħu fi żmien xahrejn.
Minbarra l-paragrafu 2 tal-Artikolu 137 tar-[Regolament (UE) Nru [...] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], fejn il-Kummissjoni tipproponi korrezzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 106(2) l-Istat Membru għandu jingħata l-opportunità li juri, permezz ta’ eżaminazzjoni tad-dokumentazzjoni kkonċernata, li l-firxa attwali tal-każ ta’ nuqqas ta’ konformità, mar-regoli tal-PKS u r-rabta tiegħu man-nefqa, kienet inqas mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni.
2. Fejn il-Kummissjoni tipproponi korrezzjoni finanzjarja fuq il-bażi ta’ estrapolazzjoni jew b’rata fissa, l-Istat Membru għandu jingħata l-opportunità li juri, permezz ta’ eżaminazzjoni tad-dokumentazzjoni kkonċernata, li l-firxa attwali ta’ irregolarità jew ta’ xi każ ieħor ta’ nuqqas ta’ konformità, inkluż nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-PKS, kienet inqas mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni. Bi qbil mal-Kummissjoni, l-Istat Membru jista’ jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-eżaminazzjoni għal kampjun jew proporzjon xieraq tad-dokumentazzjoni kkonċernata. Għajr f’każijiet debitament ġustifikati, iż-żmien permess għal din l-eżaminazzjoni ma għandux jaqbeż perjodu ulterjuri ta’ xahrejn wara l-perjodu ta’ xahrejn imsemmi fil-paragrafu 1.
3. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kwalunkwe evidenza pprovduta mill-Istat Membru fil-limiti ta’ żmien imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.
4. Meta l-Istat Membru ma jaċċettax il-konklużjonijiet proviżorji tal-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jkun mistieden għal smigħ mill-Kummissjoni, sabiex ikun żgurat li l-informazzjoni kollha rilevanti u l-osservazzjonijiet ikunu disponibbli abbażi tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-korrezzjoni finanzjarja.
5. Sabiex tapplika l-korrezzjonijiet finanzjarji, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni, fi żmien sitt xhur mid-data tas-smigħ, jew mal-wasla ta' informazzjoni addizzjonali fejn l-Istat Membru jaqbel li jippreżenta informazzjoni addizzjonali wara s-seduta ta’ smigħ. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni u l-osservazzjonijiet kollha sottomessi matul il-kors tal-proċedura. Jekk ma ssir ebda seduta ta’ smigħ, il-perjodu ta’ sitt xhur għandu jibda xahrejn wara d-data tal-ittra ta’ stedina għas-seduta ta’ smigħ mibgħuta mill-Kummissjoni.
6. Meta l-Kummissjoni jew il-Qorti tal-Awdituri josservaw irregolaritajiet li jaffettwaw il-kontijiet annwali mibgħuta lill-Kummissjoni, il-korrezzjoni finanzjarja li tirriżulta għandha tnaqqas l-appoġġ mill-FEMS għall-programm operazzjonali.
Emenda 557 Proposta għal regolament Artikolu 111 – paragrafu 1
1. L-informazzjoni ewlenija dwar l-implimentazzjoni tal-programm, dwar kull operazzjoni magħżula għal finanzjament, kif ukoll dwar l-operazzjonijiet kompluti, meħtieġa għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, inklużi l-karatteristiċi ewlenin tal-benefiċjarju u ta’ kull operazzjoni, għandha tiġi rreġistrata u miżmuma b’mod elettroniku.
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija).
Emenda 558 Proposta għal regolament Artikolu 113 – paragrafu 2
2. L-awtorità amministrattiva u l-kumitat ta’ monitoraġġ għandhom iwettqu l-monitoraġġ tal-programm operazzjonali permezz ta’ indikaturi finanzjarji, indikaturi tal-output u indikaturi fil-mira.
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija).
Emenda 559 Proposta għal regolament Artikolu 114 – paragrafu 1 – punt a
(a) għandu jiġi kkonsultat u joħroġ opinjoni, fi żmien erba’ xhur mid-deċiżjoni li tapprova l-programm, dwar il-kriterji tal-għażla għall-operazzjonijiet iffinanzjati; il-kriterji tal-għażla għandhom jiġu riveduti skont il-ħtiġijiet tal-ipprogrammar;
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija).
Emenda 581, 560, u 561 Proposta għal regolament Artikolu 120 – paragrafu 1
1. L-awtorità amministrattiva, għandha tkun responsabbli f'konformità mal-Artikolu 99(1)(b) għall:
1. L-awtorità amministrattiva, għandha tkun responsabbli f'konformità mal-Artikolu 99(1)(b) sa (d) għall:
(a) iżgurar tal-ftuħ ta’ sit elettroniku uniku jew portal ta’ sit elettroniku uniku li jipprovdi l-informazzjoni dwar il-programm operazzjonali f’kull Stat Membru u aċċess għalih;
(a) iżgurar tal-ftuħ ta’ sit elettroniku uniku jew portal ta’ sit elettroniku uniku li jipprovdi l-informazzjoni dwar il-programmi operazzjonali f’kull Stat Membru u aċċess faċli għalihom;
(b) informazzjoni lill-benefiċjarji potenzjali bl-opportunitajiet ta’ finanzjament taħt il-programm operazzjonali;
(b) informazzjoni lill-benefiċjarji potenzjali bl-opportunitajiet ta’ finanzjament taħt il-programm operazzjonali u l-obbligu ta' konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd;
(c) pubbliċità għaċ-ċittadini tal-Unjoni r-rwol u l-kisbiet tal-FEMS permezz ta’ azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni dwar ir-riżultati u l-impatt tal-Kuntratti ta’ Sħubija, il-programmi operazzjonali u l-operazzjonijiet.
(c) pubbliċità għaċ-ċittadini tal-Unjoni r-rwol u l-kisbiet tal-FEMS permezz ta’ azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni dwar ir-riżultati u l-impatt tal-Kuntratti ta’ Sħubija, il-programmi operazzjonali u l-operazzjonijiet;
(d) jiġi żgurat li sommarju tal-miżuri li jiżguraw konformità mar-regoli PKS, inklużi l-każijiet ta' nuqqas ta' konformità mill-Istati Membri jew mill-benfiċjarji, kif ukoll l-azzjonijiet ta' rimedju bħall-korrezzjonijiet finanzjarji meħuda, jiġi magħmul pubbliku.
4a. Fir-rigward tal-aċċess għal informazzjoni ambjentali, għandhom japplikaw id-Direttiva 2003/4/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u (KE) Nru 1367/2006.
Emenda 563 Proposta għal regolament Anness I – tabella – linja 1
Test propost mill-Kummissjoni
Tip ta’ operazzjonijiet
Punti perċentwali
Relatati mas-sajd kostali fuq skala żgħira jistgħu jibbenifikaw minn żieda ta'
25
Emenda
Tip ta’ operazzjonijiet
Punti perċentwali
Relatati mas-sajd kostali fuq skala żgħira jistgħu jibbenifikaw minn żieda ta'
30
Emenda 564 Proposta għal regolament Anness I – tabella – linja 5
Test propost mill-Kummissjoni
Tip ta' operazzjonijiet
Punti perċentwali;
Implimentati minn organizzazzjoni ta’ produtturi jew minn assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jibbenifikaw minn żieda ta'
20
Emenda
Tip ta' operazzjonijiet
Punti perċentwali;
Implimentati minn organizzazzjoni ta’ produtturi,assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, organizzazzjoni ta’ sajjieda professjonali rikonoxxuta mill-Istat Membru jew organizzazzjoni interprofessjoni, jistgħu jibbenifikaw minn żieda ta'
30
Emenda 565 Proposta għal regolament Anness I – tabella – linja 5a (ġdida)
Emenda
Tip ta’ operazzjonijiet
Punti perċentwali
Konformità mar-rekwiżiti tal-kriterji ta' sostenibbiltà kollha li l-Istati Membri jistgħu japplikaw tista' twassal għal żieda ta'
10
Emenda 566 Proposta għal regolament Anness I – tabella – linja 8
Test propost mill-Kummissjoni
Tip ta’ operazzjonijiet
Punti perċentwali
Operazzjonijiet implimentati minn intrapriżi li mhumiex inklużi fid-definizzjoni ta' SME's: titnaqqas għal
20
Emenda
Tip ta’ operazzjonijiet
Punti perċentwali
Operazzjonijiet implimentati minn intrapriżi li mhumiex inklużi fid-definizzjoni ta' SME's: titnaqqas għal
15
Emenda 567 Proposta għal regolament Anness I – tabella – linja 8a (ġdida)
Emenda
Tip ta’ operazzjonijiet
Punti perċentwali
B'reazzjoni għar-rekwiżiti tas-sett ta’ kriterji ta’ sostenibbiltà li l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw, dawn jistgħu jibbenefikaw minn żieda ta’
10
Emenda 568 Proposta għal regolament Anness III – tabella – linja 7a (ġdida)
Emenda
7a. Leġiżlazzjoni relatata mal-kundizzjonijiet tax-xogħol
Rispett tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol mill-operaturi.
L-applikazzjoni u t-twettiq effettivi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, li tinkludi:
– il-leġiżlazzjoni dwar il-ħin ta’ ħidma u ta’ serħan tas-sajjieda;
– il-leġiżlazzjoni fil-qasam tas-saħħa u tas-sikurezza;
– il-leġiżlazzjoni dwar il-kwalifiki inizjali u t-taħriġ kontinwu tas-sajjieda.
Emenda 569 Proposta għal regolament Anness III – tabella 2 – linja 3
Test propost mill-Kummissjoni
Prijorità tal-FEMS:
6 It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-PKS
TO 6: il-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-użu tar-riżorsi b’effiċjenza
Kapaċità amministrattiva pprovata għall-konformità mar-rekwiżiti tad-dejta għall-ġestjoni tas-sajd kif stabbilit fl-Artikolu 37 tar-[Regolament dwar il-PKS]
Kapaċità amministrattiva pprovata sabiex jitħejja u jiġi applikat programm multiannwali għall-ġbir tad-dejta, li għandu jiġi revedut mis-STECF u aċċettat mill-Kummissjoni
Kapaċità amministrattiva pprovata għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ħidma annwali għall-ġbir tad-dejta, li għandu jiġi revedut mis-STECF u aċċettat mill-Kummissjoni
Biżżejjed kapaċità fl-allokazzjoni tar-riżorsi umani sabiex jintlaħqu ftehimiet bilaterali jew multilaterali ma’ Stati Membri oħra jekk hija il-ħidma għall-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ ġbir tad-dejta hija kondiviża
Emenda
Prijorità tal-FEMS:
6 It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-PKS
TO 6: il-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-użu tar-riżorsi b’effiċjenza
Kapaċità amministrattiva pprovata għall-konformità mar-rekwiżiti tad-data għall-ġestjoni tas-sajd kif stabbilit fl-Artikolu 37 tar-[Regolament dwar il-PKS]
Valutazzjoni tal-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd:
Titwettaq analiżi speċifika tal-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunità tas-sajd sabiex tkun żgurata implimentazzjoni effettiva ta’ miżuri ta' ġestjoni tal-flotta
Kapaċità amministrattiva pprovata sabiex jitħejja u jiġi applikat programm multiannwali għall-ġbir tad-data, li għandu jiġi revedut mis-STECF u aċċettat mill-Kummissjoni
Kapaċità amministrattiva pprovata għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ħidma annwali għall-ġbir tad-data, li għandu jiġi revedut mis-STECF u aċċettat mill-Kummissjoni
Biżżejjed kapaċità fl-allokazzjoni tar-riżorsi umani sabiex jintlaħqu ftehimiet bilaterali jew multilaterali ma’ Stati Membri oħra jekk hija il-ħidma għall-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ ġbir tad-data hija kondiviża
Evidenza ta’ kapaċità amministrattiva fil-preparazzjoni u l-implimentazzjoni ta' valutazzjonijiet tal-kapaċità tal-flotot;
Rappurtar adegwat dwar l-isforzi biex jiġi stabbilit bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd kif mitlub mill-Artikolu 34 u l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru .../.... [dwar il-PKS].
Emenda 570 Proposta għal regolament Anness III – tabella 2 – linja 4a (ġdida)
TO 6: il-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-użu tar-riżorsi b’effiċjenza.
Valutazzjoni annwali tal-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd: Twettqet analiżi speċifika tal-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva ta’ miżuri ta’ ġestjoni tal-flotta li jikkonċernaw it-tnaqqis tal-kapaċità tal-flotta u investimenti diretti fil-bastimenti.
L-azzjonijiet speċifiċi jinkludu:
– Evidenza ta’ kapaċità amministrattiva fil-preparazzjoni u l-implimentazzjoni ta' valutazzjonijiet tal-kapaċità tal-flotot;
– Rappurtar adegwat fuq l-isforzi biex jiġi stabbilit bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd kif mitlub mill-Artikolu 34 u l-Artikolu 37 [tar-regolament bażiku propost].
Emenda 614 Proposta għal regolament Anness IV – punt 1 – paragrafu 1 – inċiż 1
– Isem il-benefiċjarju (entitajiet legali biss; l-ebda persuna fiżika ma għandha tissemma);;
– Isem il-benefiċjarju;
Emenda 582 Proposta għal regolament Anness IV – punti 2 u 3
2. MIŻURI TA’ INFORMAZZJONI U PUBBLIĊITÀ GĦALL-PUBBLIKU
2. MIŻURI TA’ INFORMAZZJONI U PUBBLIĊITÀ GĦALL-PUBBLIKU
2.1.Responsabbiltajiet tal-Istat Membru
2.1.Responsabbiltajiet tal-Istat Membru
1. L-Istat Membru għandu jiżgura li l-informazzjoni u l-miżuri ta’ pubbliċità jimmiraw lejn l-akbar kopertura medjatika possibbli billi jintużaw diversi forom u metodi ta’ komunikazzjoni fil-livell xieraq.
1. L-Istat Membru għandu jiżgura li l-informazzjoni u l-miżuri ta’ pubbliċità jimmiraw lejn l-akbar kopertura medjatika possibbli billi jintużaw diversi forom u metodi ta’ komunikazzjoni fil-livell xieraq.
2. L-Istat Membru għandu jkun responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ tal-inqas il-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità li ġejjin:
2. L-Istat Membru għandu jkun responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ tal-inqas il-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità li ġejjin:
(a) attività informattiva kbira li tippubbliċizza t-tnedija tal-programm operazzjonali;
(a) attività informattiva kbira li tippubbliċizza t-tnedija tal-programm operazzjonali;
(b) għal tal-inqas darbtejn matul il-perjodu ta’ pprogrammar, attività informattiva kbira li tippromwovi l-opportunitajiet ta’ finanzjament u l-istrateġiji fil-mira u li tippreżenta l-kisbiet tal-programm operazzjonali;
(b) għal tal-inqas darbtejn matul il-perjodu ta’ pprogrammar, attività informattiva kbira li tippromwovi l-opportunitajiet ta’ finanzjament u l-istrateġiji fil-mira u li tippreżenta l-kisbiet tal-programm operazzjonali;
(c) wiri tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea quddiem il-bini ta’ kull awtorità amministrattiva, jew f’post viżibbli għall-pubbliku;
(c) wiri tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea quddiem il-bini ta’ kull awtorità amministrattiva, jew f’post viżibbli għall-pubbliku;
(d) pubblikazzjoni b’mod elettroniku tal-lista ta’ operazzjonijiet skont it-taqsima 1;
(d) pubblikazzjoni b’mod elettroniku tal-lista ta’ operazzjonijiet skont it-taqsima 1;
(e) l-għoti ta’ eżempji ta’ operazzjonijiet, skont kull programm operazzjonali, fuq is-sit elettroniku uniku jew fuq is-sit elettroniku tal-programm operazzjonali li huwa aċċessibbli permezz tal-portal tas-sit elettroniku uniku; l-eżempji għandhom ikunu f’lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mitkellma ħafna għajr il-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat;
(e) l-għoti ta’ eżempji ta’ operazzjonijiet, skont kull programm operazzjonali, fuq is-sit elettroniku uniku jew fuq is-sit elettroniku tal-programm operazzjonali li huwa aċċessibbli permezz tal-portal tas-sit elettroniku uniku; l-eżempji għandhom ikunu f’lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mitkellma ħafna għajr il-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat;
(f) taqsima speċifika mis-sit elettroniku uniku għandha tkun iddedikata sabiex tagħti sommarju qasir tal-operazzjonijiet ta’ innovazzjoni u ekoinnovazzjoni;
(f) taqsima speċifika mis-sit elettroniku uniku għandha tkun iddedikata sabiex tagħti sommarju qasir tal-operazzjonijiet ta’ innovazzjoni u ekoinnovazzjoni;
(g) l-aġġornar tal-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali, inklużi l-kisbiet ewlenin tiegħu, fuq is-sit elettroniku uniku jew fuq is-sit elettroniku tal-programm operazzjonali li huwa aċċessibbli permezz tal-portal tas-sit elettroniku uniku.
(g) l-aġġornar tal-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali, inklużi l-kisbiet ewlenin tiegħu, fuq is-sit elettroniku uniku jew fuq is-sit elettroniku tal-programm operazzjonali li huwa aċċessibbli permezz tal-portal tas-sit elettroniku uniku.
(ga) Għandu jiġi ppubblikat sommarju fuq bażi annwali sal-31 ta' Jannnar, li jibda mill-2016, dwar il-każijiet ta' nuqqas ta' konformità kommessi mill-Istati Membri u l-benefiċjarji, kif ukoll azzjonijiet ta' rimedju inklużi korrezzjonijiet finanzjarji mwettqa mill-Istati Membri jew mill-Kummissjoni.
3. F’konformità mal-liġi u l-prattiki nazzjonali, fil-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità, l-awtorità amministrattiva għandha tinvolvi lill-korpi li ġejjin:
3. F’konformità mal-liġi u l-prattiki nazzjonali, fil-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità, l-awtorità amministrattiva għandha tinvolvi lill-korpi li ġejjin:
(i) ċentri ta’ informazzjoni dwar l-Ewropa, kif ukoll l-uffiċċji ta’ rappreżentanza tal-Kummissjoni fl-Istati Membri;
(b) ċentri ta’ informazzjoni dwar l-Ewropa, kif ukoll l-uffiċċji ta’ rappreżentanza tal-Kummissjoni fl-Istati Membri;
(j) istituzzjonijiet edukattivi u ta’ riċerka
(c) istituzzjonijiet edukattivi u ta’ riċerka
Dawn il-korpi għandhom ixerrdu ħafna l-informazzjoni deskritta fl-Artikolu 120 (1)(a) u (b).
Dawn il-korpi għandhom ixerrdu ħafna l-informazzjoni deskritta fl-Artikolu 120 (1)(a) u (b).
3. MIŻURI TA’ INFORMAZZJONI GĦAL BENEFIĊJARJI POTENZJALI U GĦALL-BENEFIĊJARJI
3. MIŻURI TA’ INFORMAZZJONI GĦAL BENEFIĊJARJI POTENZJALI U GĦALL-BENEFIĊJARJI
3.1. Miżuri ta’ informazzjoni għal benefiċjarji potenzjali
3.1. Miżuri ta’ informazzjoni għal benefiċjarji potenzjali
1. L-awtorità amministrattiva għandha tiżgura li l-għanijiet tal-programm operazzjonali u l-opportunitajiet ta’ finanzjament offruti mill-FEMS jinxterdu ħafna fost il-benefiċjarji potenzjali u l-partijiet interessati kollha.
1. L-awtorità amministrattiva għandha tiżgura li l-għanijiet tal-programm operazzjonali u l-opportunitajiet ta’ finanzjament offruti mill-FEMS jinxterdu ħafna fost il-benefiċjarji potenzjali u l-partijiet interessati kollha.
2. L-awtorità amministrattiva għandha tiżgura li l-benefiċjarji potenzjali huma informati dwar tal-inqas dan li ġej:
2. L-awtorità amministrattiva għandha tiżgura li l-benefiċjarji potenzjali huma informati dwar tal-inqas dan li ġej:
(a) il-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà tal-infiq li għandhom jintlaħqu sabiex wieħed jikkwalifika għall-appoġġ taħt programm operazzjonali;
(a) il-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà tal-infiq li għandhom jintlaħqu sabiex wieħed jikkwalifika għall-appoġġ taħt programm operazzjonali;
(b) deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet ta’ ammissibbiltà għall-applikazzjonijiet, il-proċeduri għall-eżaminazzjoni ta’ applikazzjonijiet għall-finanzjament u tal-perjodi ta’ żmien involuti;
(b) deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet ta’ ammissibbiltà għall-applikazzjonijiet, il-proċeduri għall-eżaminazzjoni ta’ applikazzjonijiet għall-finanzjament u tal-perjodi ta’ żmien involuti;
(ba) Il-konsegwenzi finanzjarji possibbli fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-Politka Komuni tal-Sajd;
(c) il-kriterji għall-għażla tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu appoġġjati;
(c) il-kriterji għall-għażla tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu appoġġjati;
(d) il-kuntatti fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali li jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar il-programmi operazzjonali;
(d) il-kuntatti fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali li jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar il-programmi operazzjonali;
(e) li l-applikazzjonijiet għandhom jipproponu attivitajiet ta’ komunikazzjoni, proporzjonati għad-daqs tal-operazzjoni, sabiex jinformaw lill-pubbliku dwar il-miri tal-operazzjoni u l-appoġġ tal-UE għall-operazzjoni.
(e) li l-applikazzjonijiet għandhom jipproponu attivitajiet ta’ komunikazzjoni, proporzjonati għad-daqs tal-operazzjoni, sabiex jinformaw lill-pubbliku dwar il-miri tal-operazzjoni u l-appoġġ tal-UE għall-operazzjoni.
3.2. Miżuri ta’ informazzjoni għall-benefiċjarji
3.2. Miżuri ta’ informazzjoni għall-benefiċjarji
L-awtorità amministrattiva għandha tinforma lill-benefiċjarji li l-aċċettazzjoni tal-finanzjament tikkostitwixxi aċċettazzjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-lista ta’ operazzjonijiet ippubblikata skont l-Artikolu 120(2).
L-awtorità amministrattiva għandha tinforma lill-benefiċjarji li l-aċċettazzjoni tal-finanzjament tikkostitwixxi aċċettazzjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-lista ta’ operazzjonijiet ippubblikata skont l-Artikolu 120(2).