Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2012/0337(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0166/2013

Testi mressqa :

A7-0166/2013

Dibattiti :

PV 23/10/2013 - 19
CRE 23/10/2013 - 19

Votazzjonijiet :

PV 24/10/2013 - 12.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0451

Testi adottati
PDF 289kWORD 40k
Il-Ħamis, 24 ta' Ottubru 2013 - Strasburgu
Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 ***I
P7_TA(2013)0451A7-0166/2013
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar programm ġenerali ta’ azzjoni ambjentali tal-Unjoni Ewropea sal-2020: “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna” (COM(2012)0710 – C7-0392/2012 – 2012/0337(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0710),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 192(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0392/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta' Marzu 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-26 ta' Ġunju 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0166/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 161, 6.6.2013, p. 77.
(2) ĠU C 218, 30.7.2013 p. 53.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' Ottubru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 "Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna"
P7_TC1-COD(2012)0337

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni 1386/2013/UE.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza