Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/2081(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0330/2013

Testi mressqa :

A7-0330/2013

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 24/10/2013 - 12.4
CRE 24/10/2013 - 12.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0453

Testi adottati
PDF 561kWORD 53k
Il-Ħamis, 24 ta' Ottubru 2013 - Strasburgu
Rapport Annwali tal-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni
P7_TA(2013)0453A7-0330/2013

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2013 dwar ir-Rapport Annwali tal-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (2013/2081(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (14605/1/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 36 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali (FII) tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1), u b’mod partikolari l-Parti II, Taqsima G, paragrafu 43 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-12 ta’ Settembru 2012(2), tal-11 ta’ Mejju 2011(3) u tal-10 ta’ Marzu 2010(4) dwar ir-rapporti annwali tal-2011, l-2010 u l-2009 dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni, rispettivament,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni li addotta fit-8 ta’ Lulju 2010(5) dwar is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u r-rakkomandazzjoni tiegħu tas-13 ta’ Ġunju 2013 lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà/Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-analiżi tal-2013 tal-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-SEAE(6),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ) dwar ir-responsabbiltà politika(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli fil-plenarja tal-Parlament Ewropew fit-8 ta’ Lulju 2010 dwar l-organizzazzjoni bażika tal-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE(8),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Lulju 2013 bl-isem 'Lejn settur tad-difiża u tas-sigurtà aktar kompetittiv u effiċjenti' (COM(2013)0542),

–  wara li kkunsidra n-negozjati li għaddejjin bejn il-Parlament u l-Kunsill dwar l-istrumenti finanzjarji esterni ġodda għall-qafas finanzjarju pluriennali għall-2014-2020,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Konferenza Interparlamentari għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni u l-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni li saru f'Vilnjus mill-4 sas-6 ta' Settembru 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 48 u 119(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0330/2013),

A.  billi l-iskrutinju tal-politika estera tal-UE, imwettaq mill-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali fil-livelli rispettivi tagħhom, huwa essenzjali biex l-azzjoni esterna Ewropea tiġi mifhuma u appoġġjata miċ-ċittadini tal-UE; billi l-iskrutinju parlamentari jtejjeb il-leġittimità ta’ din l-azzjoni;

DINJA GĦADDEJJA LI QED TINBIDEL: L-IBBILANĊJAR TAL-INTERESSI U L-VALURI F'POLITIKA ESTERA ĠDIDA TAL-UE

1.  Iqis li l-ewwel kwart tas-seklu wieħed u għoxrin huwa kkaratterizzat minn perjodu ta’ tibdil strutturali fit-tul li qed jittrasforma l-ordni globali; jenfasizza li dan jeżiġi approċċ ġdid sabiex titfassal ordni dinjija multipolari ġdida li tkun inklużiva u msejsa fuq l-istat tad-dritt u l-mudell demokratiku pluralista kif ukoll fuq valuri universali, inklużi d-drittijiet tal-bniedem; jinnota li fil-ġejjieni se jkun hemm bosta ostakli mhux l-inqas fir-rapporti mal-qawwiet emerġenti fir-riforma tas-sistema multilaterali, fl-ibbilanċjar mill-ġdid tad-distribuzzjoni reġjonali fraġli tas-setgħat u fl-indirizzar ta’ theddid multiplu, u sfidi min-nazzjonijiet, atturi mhux statali, stati fraġli u instabbiltà reġjonali;

2.  Jenfasizza li l-kriżi finanzjarja dinjija u l-ekonomiji emerġenti l-ġodda li qed jimponu dejjem iżjed ir-rieda tagħhom qed joħolqu sfidi politiċi, ekonomiċi, soċjali, kulturali u ambjentali kbar, inklużi sfidi rigward il-problemi interni, għall-partijiet kollha u huwa tal-opinjoni li l-indirizzar ta’ dawn l-isfidi jeħtieġ azzjoni kollettiva u unita u l-ħolqien ta’ alleanzi sabiex jiġu promossi l-paċi, is-sigurtà, il-progress soċjali, u l-ġid, flimkien mad-demokrazija fid-diversità kulturali, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li l-politiki u l-azzjonijiet kollha tal-UE għandhom ikunu skont id-dritt internazzjonali tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti;

3.  Huwa tal-opinjoni li l-UE għandha tiddefendi lill-interessi taċ-ċittadini tagħha fid-dinja b'mod determinat u unifikat, filwaqt li dejjem tibbaża l-politiki tagħha fuq il-promozzjoni tal-valuri fundamentali li fuqhom hija mibnija l-Unjoni (id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, il-ġustizzja soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar) u fuq ir-rispett għal pajjiżi oħra;

4.  Jenfasizza li l-politika estera tal-UE teħtieġ tkun flessibbli meta tirrispondi għat-theddid emerġenti u l-isfidi f'oqsma bħas-saħħa, l-enerġija, it-tibdil fil-klima u l-aċċess għall-ilma, li kollha jista' jkollhom impatt fuq il-prijoritajiet politiċi tagħna u l-ekonomiji tagħna kif ukoll fuq l-iżvilupp internazzjonali;

5.  Jenfasizza li l-UE teħtieġ tistabbilixxi politika estera ġdida u kredibbli bħala rispons għall-isfidi attwali fid-dinja; jemmen li sabiex tippromwovi u tippreserva l-valuri, id-dehra u l-interessi u l-pożizzjoni tagħha fix-xena globali, l-UE teħtieġ tkun mhux biss koerenti u konsistenti fl-azzjoni esterna tagħha iżda, l-ewwel u qabel kollox għandha tiddefinixxi b’mod ċar u timplimenta l-objettivi strateġiċi tagħha, bl-użu sħiħ tal-opportunitajiet provduti mit-Trattat ta’ Lisbona; jikkunsidra li kemm l-UE kollha kemm hi u l-Istati Membri għandhom l-interess fl-iżvilupp ta' viżjoni komuni li tmur lil hinn mill-perċezzjonijiet u l-esperjenza storika tal-Istati Membri individwali; jitlob li jintuża l-istrument tal-kooperazzjoni mtejba sabiex tinkiseb iktar kapaċità ta’ azzjoni u jingħeleb l-użu mhux xieraq tal-veto fil-Kunsill;

6.  Jiddikjara li huwa biss permezz ta’ azzjoni konġunta jew tal-għaqda li jkollna s-saħħa nsegwu l-interessi tagħna u niddefendu l-valuri tagħna f’din id-dinja, u għaldaqstant l-Istati Membri għandhom juru ‒ iktar milli fl-imgħoddi ‒ l-istat ta’ tħejjija u r-rieda politika tagħhom għal azzjoni kollettiva, veloċi u effettiva; jafferma li l-Istati Membri għandhom jissodisfaw l-obbligu kuntrattwali tagħhom ta’ lealtà lejn il-PESK, kemm fl-azzjoni kif ukoll fl-ispirtu, li huwa minqux fit-Trattat ta’ Lisbona(9);

7.  Jenfasizza li l-effettività tal-azzjoni esterna tal-UE tiddependi wkoll mill-appoġġ sħiħ taċ-ċittadini tagħha u mil-leġittimità li jirriżulta minn dan billi tkun ankrata fil-valuri fundamentali tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem tal-UE, u għaldaqstant jitlob konsultazzjoni mill-qrib, regolari u f'waqtha tal-Parlament Ewropew meta jiġu stabbiliti b’mod ċar il-prijoritajiet u l-objettivi għall-politika estera tal-UE;

8.  Jemmen li l-iżvilupp tal-midja Ewropea hija mixtieqa sabiex tippromwovi s-solidarjetà, tqarreb lejn xulxin il-bosta perċezzjonijiet nazzjonali u tqajjem kuxjenza dwar il-PESK;

IL-BINI TA' APPROĊĊ KOMPRENSIV ĠDID GĦALL-POLITIKA ESTERA TAL-UE

9.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jaqdu rwol kostruttiv fil-politika estera u ta' sigurtà tal-Unjoni billi jippromwovu politika ta' koordinazzjoni strateġika fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari permezz ta' kooperazzjoni effettiva bejn il-kapitali tagħhom u Brussell fir-rigward tal-pożizzjonijiet li jadottaw fil-forums multilaterali, speċjalment fin-Nazzjonijiet Uniti u fi ħdan in-NATO; jenfasizza l-ħtieġa, matul perjodu kkaratterizzat minn restrizzjonijiet ekonomiċi, li titjieb l-effettività tal-Unjoni bħala attur globali koeżiv; jinnota b'mod partikolari li l-Istati Membri għandhom rwol importanti x'jaqdu fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni effettiva tal-PESK, mhux biss billi jagħmlu disponibbli l-kapaċitajiet ċivili u militari, iżda anke billi jiżguraw il-finanzjament komuni tal-operazzjonijiet tal-PESK u t-tisħiħ tal-bażi teknoloġika u industrijali Ewropea, u jistenna li dan l-irwol jissaħħaħ wara d-diskussjoni dwar il-futur tad-difiża Ewropea fil-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2013;

10.  Jikkunsidra, f'dan ir-rigward, li hija ta' importanza kbira li tissaħħaħ il-kooperazzjoni, titjieb il-koordinazzjoni u jiżviluppaw is-sinerġiji ma' programmi u proġetti tal-Istati Membri tal-UE f'pajjiżi terzi sabiex titjieb l-effettività tal-azzjoni esterna tal-UE u tkampa mar-restrizzjonijiet baġitarji attwali;

11.  Jilqa’ l-inizjattiva tal-VP/RGħ li jiġi żviluppat il-kunċett ta’ 'Approċċ Komprensiv' sabiex jinkiseb il-potenzjal sħiħ tat-Trattat ta’ Lisbona u jiġu żgurati l-effettività u l-koerenza globali tal-PESK u l-PSDK; jistieden lill-VP/RGħ sabiex tinvolvi ruħha f’dibattitu mal-Parlament dwar l-aħjar mod kif għandu jiġi żgurat li l-approċċ komprensiv jiġi implimentat b’mod konsistenti u b’mod partikolari sabiex jiġi żgurat li l-prijoritajiet tal-politika estera tagħna jkomplu jiġu żviluppati b’mod konsistenti mal-interessi u l-valuri tagħna u jiġu appoġġjati bil-mezzi finanzjarji meħtieġa u bi strumenti effettivi u flessibbli; Jenfasizza li l-istrutturi u l-kapaċitajiet militari, inkluż l-istruttura ta' ppjanar permanenti u l-Kwartieri Ġenerali tal-Operazzjoni militari, jiffurmaw parti integrali minn tali approċċ, u jikkunsidra li t-tisħiħ tal-koordinazzjoni bejn il-Kapijiet tal-Missjoni, ir-Rappreżentanti Speċjali tal-UE u l-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet se jikkontribwixxu wkoll għat-tfassil konsistenti u koerenti tal-politiki esteri u ta' sigurtà tal-UE fuq il-post; Jistieden lill-Istati Membri biex jappoġġjaw lill-VP/RGħ sabiex jintlaħaq il-potenzjal sħiħ tal-approċċ komprensiv;

12.  Jiddeplora l-fatt li l-UE għadha ma żviluppatx strateġija ċara għar-relazzjonijiet tagħha mal-bqija tad-dinja u li l-attivitajiet tagħha huma definiti iżjed b’reazzjoni milli b’azzjoni; għaldaqstant jitlob dibattitu fundamentali u strateġiku, li għandu jinkludi lill-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Parlament; titlob, bħala kontribuzzjoni għal dan id-dibattitu, li l-Kunsill Ewropew f'Diċembru biex jelabora aktar dwar l-inizjattiva tal-Istrateġija Globali Ewropea.

13.  Għaldaqstant jenfasizza li fehim komprensiv tal-PESK ikopri l-oqsma kollha tal-politika estera, inkluż it-tfassil progressiv tal-PSDK, li jista' jwassal għal difiża komuni, b’enfasi fuq l-insegwiment tal-koerenza u l-konsistenza filwaqt li tiġi rrispettata l-ispeċifiċità ta’ kull komponent tal-azzjoni esterna; jemmen li għandu jkun hemm koordinazzjoni iżjed mill-qrib, taħt it-tmexxija tal-VP/RGħ, tal-politiki interni tal-UE u tal-għażliet ta’ politika tal-Istati Membri f’oqsma ewlenin bħall-konnettività, il-kummerċ, it-trasport, l-enerġija, l-ambjent u l-komunikazzjoni, meta dawn ikollhom implikazzjonijiet transnazzjonali ċari, b'mod partikolari fir-rigward tad-diversifikazzjoni u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-UE;

14.  Jistieden lill-Kunsill u l-VP/RGħ sabiex iwieġbu għar-rakkomandazzjoni tal-Parlament dwar l-analiżi tal-2013 tal-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-SEAE sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp ulterjuri ta’ struttura xierqa u bilanċjata fir-rigward tas-sessi fis-SEAE (bil-parteċipazzjoni tas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni), fejn jiġu integrati l-kompetenzi ġeografiċi u tematiċi u jmexxu approċċ komprensiv għall-ippjanar, il-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika;

TMEXXIJA U KOERENZA FIL-POLITIKA ESTERA TAL-UE

15.  Jenfasizza r-rwol ta’ tmexxija politika li l-VP/RGħ hija mistennija li tieħu sabiex tiżgura l-unità, il-konsistenza u l-effettività tal-azzjoni tal-Unjoni; jinnota li l-VP/RGħ, fir-reviżjoni tagħha tas-SEAE, identifikat oqsma li fihom ir-rwol tagħha għandu jissaħħaħ u jsir iktar effettiv fit-tnedija, l-eżekuzzjoni u l-iżgurar tal-konformità mad-deċiżjonijiet tal-PESK u ħarġet rakkomandazzjonijiet maħsuba biex jiżguraw koordinazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, filwaqt li tagħmel użu sħiħ mill-pożizzjoni tagħha bħala Viċi President tal-Kummissjoni; jenfassizza, in vista tas-Seduti tal-Kummissjoni l-ġdida fl-2014, il-fatt li l-Parlament Ewropew għandu jappoġġja din it-tendenza billi jsaħħaħ ir-rwol tal-Viċi President fir-relazzjonijiet esterni u b'hekk l-koordinazzjoni bejn is-SEAE u l-Kummissjoni tkun irrinforzata;

16.  Itenni mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għat-tmexxija tal-VP/RGħ, taħt ċirkostanzi diffiċli, tan-negozjati mal-Iran u jfaħħarha għas-suċċess li kisbet sabiex tqarreb il-partijiet flimkien fl-UE, id-djalogu ffaċilitat bejn il-Kosovo u s-Serbja; iqis li dawn l-eżempji ta’ tmexxija u ta’ stabbiliment ta’ prijoritajiet għandhom jiġu applikati aktar, kemm fil-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali tal-UE u fil-viċinat tagħha u kemm bħala tweġiba għal firxa ta’ sfidi strateġiċi li testendi mill-Asja Ċentrali sal-Lvant Nofsani u mill-Qarn tal-Afrika sas-Saħel; jesprimi r-rieda tiegħu li jappoġġja dan il-proċess;

17.  Jitlob li ssir analiżi tad-distribuzzjoni tal-infrastruttura u r-reklutaġġ ta’ persunal tad-delegazzjonijiet tal-UE sabiex jiġi żgurat li l-effiċjenza, il-viżibbiltà u r-rappreżentanza tal-Unjoni fil-pajjiżi terzi jirriflettu l-ambizzjonijiet politiċi tagħna u l-prijoritajiet mistennija; jitlob li din l-analiżi tiġi diskussa mal-kumitat kompetenti tal-Parlament, b’mod speċjali fejn ir-riżultat jeħtieġ kwalunkwe ridistribizzjoni ta’ riżorsi jew deċiżjoni li jinfetħu jew jingħalqu delegazzjonijiet f’pajjiżi terzi; itenni, partikolarment, l-appell tiegħu għall-ftuħ ta' delegazzjoni tal-UE fl-Iran;

IT-TQABBIL TAL-OBJETTIVI MA' RIŻORSI ADEGWATI

18.  Jistaqsi, fir-rigward tal-firxa tal-isfidi u t-talbiet għall-impenn tal-UE fid-dinja, ir-raġunament tal-Kunsill għall-qtugħ tal-qafas finanzjarju pluriennali, li se jnaqqas il-kapaċità tal-Unjoni biex tippromwovi l-paċi, is-sigurtà u l-iżvilupp ekonomiku u l-kredibbiltà tagħha fir-rigward ta’ tali sforzi; iwissi li jekk dan it-tnaqqis jiġi applikat b’mod mhux ikkoordinat, dan jirriskja li jdgħajjef is-segwitu effettiv tal-interessi u l-valuri tagħna kif ukoll il-ħila kollettiva tagħna li nippromwovu l-paċi, id-demokrazoja, is-sigurtà tal-bniedem u l-ġid fil-viċinat tagħna u lil hinn minnu;

19.  Jirrikonoxxi, fl-istess ħin, il-ħtieġa li jsiru għażliet strateġiċi u li jiġu stabbiliti prijoritajiet sabiex jiġi żgurat li r-riżorsi tal-Unjoni jintużaw b’mod iffukat u effettiv; Jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom huma konsistenti u kkoordinati mal-objettivi u l-impenji strateġiċi tal-Unjoni;

20.  Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-istrumenti finanzjarji l-ġodda tar-relazzjonijiet esterni li qed jiġu kkunsidrati mill-Parlament u mill-Kunsill ikunu kompletament iffinanzjati, imfassla biex isaħħu l-interessi strateġiċi tal-Unjoni u jkunu jistgħu jiġu adattati għaċ-ċirkustanzi politiċi li qed jinbidlu;

21.  Jinsisti li r-reviżjoni tal-FII 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda għandha timmarka pass ieħor ’il quddiem f’termini ta’ iktar trasparenza fir-rigward tal-PESK; jemmen li l-iskrutinju demokratiku jeħtieġ linji baġitarji separati għal kull missjoni jew operazzjoni tal-PSDK, inkluż ix-xogħol ta’ Rappreżentanti Speċjali tal-UE, akkumpanjati minn proċeduri simplifikati, iżda trasparenti, għat-trasferiment intern ta’ fondi jekk iċ-ċirkostanzi jeħtieġu dan;

IL-VALUTAZZJONI TAL-KISBIET TAL-VP/RGĦ U TAL-KUNSILL FL-2011

22.  Jilqa’ l-passi meħuda mill-Kunsill, bl-appoġġ tal-VP/RGħ, fir-Rapport Annwali tal-2011, lejn l-immappjar tal-politika estera tal-Unjoni f’dokument ta’ politika li jħares ’il quddiem u strateġiku;

23.  Jinnota l-isforzi li saru sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet deskritti fil-qosor fl-aħħar riżoluzzjoni tal-Parlament dwar dan is-suġġett, b’mod partikolari t-tfassil ta’ missjonijiet u operazzjonijiet ġodda tal-PSDK fil qafas tal-approċċ ġenerali tal-Unjoni lejn pajjiż jew reġjun;

24.  Madankollu, jemmen li r-Rapport Annwali tal-Kunsill għadu ma jilħaqx l-ambizzjonijiet tat-Trattat ta’ Lisbona f’ċertu aspetti importanti, u għaldaqstant jistieden sabiex fil-futur:

   jiġu stabbiliti prijoritajiet ċari u linji gwida strateġiċi għall-PESK bħala parti essenzjali tal-proċess tal-applikazzjoni tar-riżorsi diplomatiċi, ekonomiċi, finanzjarji u, meta jkun meħtieġ, ta’ ġestjoni ta’ kriżi b’mod iżjed effettiv fit-twettiq tal-politika estera u ta’ sigurtà tal-Unjoni,
   jiġi stabbilit qafas għall-valutazzjoni tal-imsieħba strateġiċi eżistenti u għall-iżvilupp ta’ sħubijiet ġodda inklużi ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali;
   jiġi stabbilit pjan direzzjonali biex isir progress fl-innovazzjonijiet importanti tat-Trattat ta' Lisbona, b'mod partikolari (1) billi l-allokazzjoni tal-kompiti speċjali u l-missjonijiet għal grupp ristrett tal-Istati Membri isir b'mod operazzjonali, (2) permezz tal-istabbiliment ta' kooperazzjoni strutturali permanenti fid-difiża minn Stati Membri kapaċi u li huma l-aktar disposti, u (3) permezz tat-tisħiħ tar-rwol tal-Aġenzija tad-Difiża Ewropea u ta' aktar riżorsi għaliha,
   jiġu indirizzati l-problemi serji fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-PSDK, fost l-oħrajn fir-rigward tal-proċeduri ta' finanzjament u l-finanzjament ta' operazzjonijiet, li jirriżultaw f'dewmien inkomprensibbli bejn it-teħid tad-deċiżjonijiet politiċi għat-tnedija ta' missjoni u l-attwazzjoni effettiva ta' dik il-missjoni fl-art (fejn il-Libja u l-Mali huma l-iżjed riċenti f'linja twila ta' eżempji), inkluż permezz ta' rivalutazzjoni tal-iskop u l-kapaċità tal-Gruppi Tattiċi tal-UE, u b'hekk jitjieb il-qafas ġenerali għas-simplifikazzjoni tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-PSDK;

25.  Jistieden lill-Kunsill jitlob li l-VP/RGħ tistabbilixxi fir-Rapport Annwali li jmiss l-objettivi tagħha fil-qasam tal-politika estera għas-snin 2014 u 2015, kif ukoll iż-żmien u r-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom; jenfasizza li dawn il-prijoritajiet għandhom jiffukaw fuq l-għanijiet strateġiċi tal-UE, li jibdew bis-sħubija transatlantika, l-iżvilupp ekonomiku u politiku tal-Viċinati tal-Lvant u n-Nofsinhar tagħha u l-Proċess ta' Paċi tal-Lvant Nofsani;

26.   Jistieden lill-Kunsill u lill-VP/RGħ, meta jfasslu r-Rapporti Annwali futuri dwar il-PESK, biex jinvolvu ruħhom fi stadju bikri mal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin sabiex jiddiskutu l-objettivi tal-politika estera għas-snin li ġejjin u jipprovdu liċ-ċittadini tal-UE b’dikjarazzjoni ċara dwar l-evoluzzjoni, il-prijoritajiet u l-progress tal-politika estera tal-Unjoni, u b'hekk ir-rwol tal-VP/RGħ bħala mexxej fil-politika estera tal-UE ikun ivvalutat mill-ġdid u jintwera;

27.  Jilqa’ l-inizjattiva li jsir Summit tal-Kunsill Ewropew dwar il-futur tad-difiża Ewropea f’Diċembru 2013 bħala opportunità għal reviżjoni tal-għanijiet strateġiċi u l-interessi ta’ sigurtà tal-UE, kunċetti li għandhom jiġu żviluppati ulterjorment f’White Book dwar id-difiża Ewropea; jitlob li din il-laqgħa twassal għal pjan direzzjonali ċar bi skedi ta' żmien biex jinkisbu l-objettivi ewlenin, inkluż, għall-ewwel darba, ir-reviżjoni f'waqtha tal-Istrateġija tas-Sigurtà Ewropea u l-użu ta' White Book li jservi bħala mudell komuni għas-sigurtà nazzjonali u r-reviżjonijiet tad-difiża fl-istess ħin; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żviluppata kooperazzjoni aktar mill-qrib biex tiggarantixxi s-sigurtà militari u tikseb it-tfaddil;

PRIJORIJATAJIET STRATEĠIĊI: ĊRIEKI KONĊENTRIĊI TA' PACI, SIGURTÀU ŻVILUPP SOĊJOEKONOMIKU

28.  Jilqa' l-iżvilupp tas-'sħubijiet strateġiċi' bħala format tal-impenn tal-UE id f'id mas-setgħat kemm stabbiliti kif ukoll emerġenti; sostna madankollu li l-kunċett jeħtieġ kriterji ċari u konsistenti fir-rigward ta' postu fl-arkitettura tal-politika estera tal-UE; jitlob li jitfasslu deċiżjonijiet futuri dwar l-imsieħba strateġiċi biex ikunu mfassla skont il-prijoritajiet tal-politika estera tal-Unjoni u li l-Parlament jiġi infurmat b’mod regolari qabel it-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar is-sħubijiet futuri, b’mod partikolari fejn tali sħubijiet jirċievu appoġġ finanzjarju mill-baġit tal-Unjoni jew jinvolvu relazzjoni kuntrattwali iżjed mill-qrib mal-UE;

L-Istati Uniti tal-Amerika

29.  Jenfasizza l-fatt li s-sħubija mal-Istati Uniti hija bbażata fuq rabtiet politiċi, kulturali, ekonomiċi u storiċi b'saħħithom u fuq valuri komuni bħal-libertà, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; jemmen bis-sħiħ li l-Istati Uniti hija l-aktar sieħeb strateġiku importanti għall-UE, minkejja l-fehmiet diverġenti dwar kwistjonijiet importanti; għaldaqstant iħeġġeġ lill-UE sabiex tagħti prijorità politika ċara lit-tisħiħ tar-relazzjonijiet transatlantiċi fil-livelli kollha u li dawn jitwessgħu sabiex jiġu inklużi msieħba transatlantiċi oħra, bil-għan tal-insegwiment tal-benefiċċju komuni u r-reċiproċità;

30.  Huwa tal-opinjoni li l-UE u l-Istati Uniti għandhom bżonn jikkooperaw mill-qrib fir-rigward tar-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti u l-kriżijiet li jinqalgħu bħala riżultat tal-programm nukleari tal-Iran u tal-proċess ta' tranżizzjoni fil-pajjiżi tar-Rebbiegħa Għarbija u tal-Lvant Nofsani; jilqa' l-impenn tal-President Obama għal soluzzjoni ta' żewġ stati għall-kunflitt bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani; jistieden lill-UE, wara dibattitu parlamentari, biex tintensifika l-attività diplomatika bħala parti minn strateġija politika komprensiva miftiehma għall-istabbiltà fit-tul u s-sigurtà tar-reġjun kollu;

31.  Jilqa’ l-aħbar dwar it-tnedija ta’ negozjati għas-Sħubija Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment (TTIP), li jistgħu jagħtu spinta ekonomika importanti lill-ekonomiji tal-UE u tal-Istati Uniti, jistimolaw il-progress għal ftehimiet internazzjonali oħra u jirrappreżentaw mudell biex ikun segwit minn atturi reġjonali u globali oħra; ifakkar il-ħtieġa li jitwaqqaf Kunsill Politiku Transatlantiku; jinnota li, sadanittant, it-tkomplija tal-prattika li jsiru summits annwali bejn l-UE u l-Istati Uniti tista’ tipprovdi opportunità għall-identifikazzjoni ta’ objettivi komuni, għall-koordinazzjoni ta’ strateġiji fir-rigward ta’ theddid u sfidi ta’ rilevanza globali, l-iżvilupp ta’ approċċ komuni lejn is-setgħat emerġenti, jiġi żgurat il-multilateraliżmu u l-iskambju tal-aħjar prattiki; ifakkar li s-summit annwali bejn l-UE u l-Istati Uniti għadu ma sarx din is-sena; jinnota li, barra minn hekk, il-konklużjoni eventwali tat-TTIP u tan-negozjati tal-UE mal-Kanada li għaddejjin se joħolqu l-prospett ta' spazju ekonomiku wiesa' li jinkludi lill-Amerika ta' Fuq, l-UE u bosta pajjiżi tal-Amerika Latina u jġibu tkabbir fl-ekonomika u impjiegi; jissuġġerixxi li aktar opportunitajiet politiċi jiġu esplorati għall-kooperazzjoni transatlantika triangulari;

32.  Jikkunsidra li sabiex tinbena l-fiduċja, jeħtieġ li l-Istati Uniti tikkonforma mal-leġiżlazzjoni għall-protezzjoni tad-data sensibbli u tbiddel l-attivitajiet tal-ġbir tad-data tagħha diretti lejn l-UE u ċ-ċittadini tagħha, u jistaqsi għal konklużjoni rapida tal-ftehim komprensiv bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar il-protezzjoni tad-data, li tipprovdi informazzjoni u rimedju legali għaċ-ċittadini tal-UE; jenfasizza li d-divulgazzjonijiet riċenti qajmu tħassib madwar l-Ewropa li jistgħu jkunu ta' ħsara għar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti; ifakkar li l-protezzjoni tad-data għandha tkun rispettata kemm mill-UE kif ukoll mill-imsieħba tagħha, u jikkunsidra li jinħtieġu standards komuni għall-iskambju ta' informazzjoni klassifikata li tipproteġi lil-libertà kemm taċ-ċittadini tal-UE u tal-Istati Uniti;

Ir-Russja

33.  Itenni mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għall-politika tal-Unjoni ta’ involviment kritiku mar-Russja; jikkunsidra lir-Russja bħala ġara strateġika importanti, iżda huwa tal-opinjoni li sabiex tinbena sħubija ġenwina għandhom jiġu rrispettati l-valuri fundamentali tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; jilqa' l-kooperazzjoni mar-Russja dwar kwistjonijiet internazzjonali importanti, b'mod speċjali fir-rigward tal-Lvant Nofsani, l-Iran, l-Afganistan u s-Sirja;

34.  Jiddispjaċih madankollu għall-fatt li r-Russja tuża l-veto tagħha fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (KSNU) sabiex iddgħajjef l-isforzi tal-komunità internazzjonali li taġixxi b'mod effettiv u fil-pront b’reazzjoni għal kriżijiet umanitarji, bħat-traġedja u l-vjolenza li qiegħda tiżdied fis-Sirja; jistieden għaldaqstant lill-VP/RGħ biex jużaw l-piż diplomatiku u l-isforzi tal-UE għal aktar impenn mar-Russja dwar dawn il-kwistjonijiet; jilqa' l-medjazzjoni tar-Russja fir-rigward tal-ħażna tal-armi kimiċi tas-Sirja, flimkien mal-proposta deskritta mill-Ministru Russu għall-Affarijiet Barranin Sergei Lavrov li jħeġġeġ lis-Sirja biex iċċedi l-kontroll tal-ħażna kimika, u l-offerta tar-Russja biex tassisti f'tali operazzjoni; jiddispjaċih għall-fatt li tali medjazzjoni ma saritx fi stadju aktar bikri, li kieku kienet tevita t-telfa ta' eluf ta' ħajjiet;

35.  Jibqa' mħasseb dwar in-nuqqas ta' impenn min-naħa tar-Russja għall-istat tad-dritt, id-demokrazija pluralista u d-drittijiet tal-bniedem, kif muri mil-leġiżlazzjoni riċenti li xxekkel il-ħidma tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u timmira lejn il-minoritajiet , inkluż il-komunitajiet LGBT, kif ukoll r-restrizzjoni tal-libertà tal-espressjoni, il-libertà ta' għaqda u l-libertà ta' assoċjazzjoni; jenfasizza li t-tisħiħ tal-istat tad-dritt fl-oqsma kollha tal-ħajja pubblika Russa, inkluża l-ekonomija, ikun rispons kostruttiv għan-nuqqas ta' kuntentizza espress minn ħafna ċittadini Russi u huwa essenzjali biex tinbena sħubija ġenwina u kostruttiva bejn l-UE u r-Russja; jenfasizza li sforz determinat biex jindirizza l-korruzzjoni huwa importanti għat-tisħiħ tal-kunfidenza fir-relazzjoni ekonomika bejn l-UE u r-Russja u li l-progress rigward in-negozjati dwar il-faċilitazzjoni tal-viżi ‒ li l-istadju preliminari tiegħu kien pożittiv ‒ għandu jkun dipendenti fuq il-progress f'oqsma bħall-ġustizzja selettiva u l-elezzjonijiet liberi, ġusti u kompetittivi;

36.  Jenfasizza r-rieda tal-UE li tikkontribwixxi għas-Sħubija għall-Modernizzazzjoni u għal kwalunkwe suċċessur għall-ftehim ta’ sħubija u kooperazzjoni attwali li huwa marbut mal-progress tar-Russja f'oqsma bħad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u d-demokrazija pluralista (inklużi l-elezzjonijiet liberi, ġusti u kompetittivi); jenfasizza wkoll li l-UE tibqa' impenjata biex tibni fiduċja reċiproka u tkompli d-djalogu politiku mar-Russja, inkluż dwar kwistjonijiet ta' importanza globali bħall-ġlieda kontra t-terroriżmu, in-nonproliferazzjoni, il-kriminalità organizzata u t-tibdil fil-klima;

37.  Jikkritika l-fatt li r-Russja, bi ksur ta’ normi internazzjonali (pereżempju l-Ftehimiet ta’ Ħelsinki) tuża l-istrumenti tal-politika tal-enerġija u l-kummerċ sabiex tirrikatta lill-pajjiżi fil-viċinat Ewropew sabiex iġġiegħelhom jingħaqdu mal-unjoni doganali mmexxija mir-Russja minflok ma jiffirmaw il-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni mal-UE, u b'hekk tfixkel id-deċiżjonijiet sovrani tagħhom; jemmen, barra minn hekk, li l-integrazzjoni progressiva ta' pajjiżi sħab mal-UE tista' tkun konsistenti mal-intenzjoni tagħhom ta' relazzjonijiet tajba ta' viċinat mar-Russja; iħeġġeġ lir-Russja tadotta pożizzjoni kostruttiva rigward il-kunflitti ffriżati; jiddispjaċih għall-fatt li l-UE ma kinitx involuta b'mod aktar sod fir-riżoluzzjoni ta' dawn il-kunflitti; iwissi lir-Russja li l-użu ta' kunflitti mhux solvuti għal skopijiet politiċi jista' joħloq ġlied ġdid u jiddestabbilizza r-reġjun kollu;

Iċ-Ċina

38.  Jinkoraġġixxi lill-UE biex tiżviluppa aktar l-isħubija komprensiva u strateġika tagħha maċ-Ċina, filwaqt li tippromwovi l-interessi globali taż-żewġ partijiet, il-proġetti komuni bbażati fuq l-istandards ġeostrateġiċi u r-rispett reċiproku; jistieden lill-UE u l-Istati Membri sabiex jitkellmu b’vuċi waħda mal-Gvern Ċiniż; jitlob, filwaqt li jilqa’ madwar 60 djalogu settorjali attivi u n-negozjati proposti rigward trattat tal-investiment, li jiġu żviluppati iktar djalogi settorjali u għar-riżoluzzjoni rapida ta' investigazzjonijiet tal-kummerċ li għaddejjin; itenni mill-ġdid l-ħtieġa għad-djalogu fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, bejn l-UE u ċ-Ċina, fost l-oħrajn permezz tal-involviment tas-soċjetà ċivili u l-kooperazzjoni man-NU;

39.  Jenfasizza li l-kooperazzjoni bejn l-UE u ċ-Ċina fl-arena multilaterali hija kruċjali sabiex tippromwovi l-istabbiltà u tindirizza l-isfidi globali, fost l-oħrajn fir-rigward ta' kwistjonijiet ekonomiċi u finanzjarji, inklużi l-isforzi biex jiġu kkontrollati l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u r-rifuġju fiskali; jenfasizza wkoll li l-kooperazzjoni hija meħtieġa wkoll sabiex tindirizza t-tibdil fil-klima, il-kwistjonijiet ambjentali, l-użu tar-riżorsi naturali limitati tal-pjaneta, u l-kooperazzjoni tal-iżvilupp, biex tappoġġja l-paċi u r-rispett għad-dritt internazzjonali f'kunflitti bħal dak fis-Sirja, u biex tirrispondi għall-isfidi maħluqa mill-Iran u l-Korea ta' Fuq fir-rigward tan-nonproliferazzjoni;

40.  Jesprimi t-tħassib tiegħu għall-fatt li ċ-Ċina għadha tikser id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tal-minoranzi kulturali u reliġjużi, bħal fit-Tibet;

Il-Ġappun

41.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu kkonsolidati r-relazzjonijiet tal-Unjoni mal-Ġappun bħala sieħeb strateġiku u attur internazzjonali ewlieni li jaqsam il-valuri demokratiċi komuni tal-UE u huwa sieħeb naturali għall-kooperazzjoni fil-fora multilaterali; jistenna bil-ħerqa n-negozjati tal-Ftehim Qafas komprensiv u l-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles;

Il-Korea t’Isfel

42.  Jistieden lill-UE tapprofondixxi l-kooperazzjoni politika tagħha mal-Korea t'Isfel, attur Asjatiku demokratiku ewlieni li riċentament intensifika r-relazzjonijiet kummerċjali mal-UE permezz ta' Ftehim ta' Kummerċ Ħieles ambizzjuż;

L-Indja

43.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jsaħħu r-relazzjonijiet tagħhom mal-Indja, abbażi tal-promozzjoni tad-demokrazija, l-inklużjoni soċjali, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem u jħeġġeġ liż-żewġ naħat biex jagħmlu minn kollox biex jikkonkludu n-negozjati ta’ ftehim ta' kummerċ ħieles komprensiv bejn l-UE u l-Indja, li għandu jistimula l-kummerċ u t-tkabbir ekonomiku Ewropew u Indjan;

It-Turkija

44.  Jenfasizza l-importanza strateġika tad-djalogu u l-kooperazzjoni tal-UE mat-Turkija dwar l-istabbiltà, id-demokrazija u s-sigurtà, b’referenza partikolari għal-Lvant Nofsani usa’; jinnota li t-Turkija mhijiex biss alleat tan-NATO iżda wkoll kandidat biex tissieħeb mal-UE jekk u meta jintlaħqu l-kriterji tal-adeżjoni u d-deċiżjoni rigward is-sħubija sħiħa tiġi approvata demokratikament; jistaqsi għall-ftuħ tal-kapitli kruċjali, speċjalment sabiex jiġu mnedija r-riformi politiċi meħtieġa; jinnota li t-Turkija kkundannat b’mod qawwi u ripetut il-vjolenza tar-reġim Sirjan kontra persuni ċivili u qed tipprovdi assistenza umanitarja vitali lis-Sirjani li qed jaħarbu l-vjolenza li qed isseħħ lil hinn mill-fruntieri; jitlob għal aktar kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u t-Turkija, flimkien mal-miżuri fil-livell tal-Unjoni, fir-rigward ta' fluss tar-rifuġjati li qed jikber fil-fruntieri esterni tal-UE; jenfasizza li r-reputazzjoni internazzjonali li qed tikber tat-Turkija għandha tkun ibbażata wkoll fuq l-impenn tagħha għad-drittijiet fundamentali, l-istat sekulari, id-demokrazija pluralista u l-istat tad-dritt internament, u li l-aktar riformi kruċjali għadhom iridu jitlaħqu; jinnota l-vitalità tad-domandi demokratiċi magħmula mis-soċjetà ċivili fit-Turkija u itenni mill-ġdid it-tħassib tiegħu dwar il-vjolenza, ir-risposti ripressivi u spiss inadegwati mill-awtoritajiet; jistaqsi għall-appoġġ tat-Turkija kontra l-movimenti fundamentalisti u mhux demokratiċi fir-reġjun;

L-Afrika t'Isfel

45.  Itenni mill-ġdid l-importanza tas-sħubija strateġika tal-UE mal-Afrika t'Isfel; jitlob li l-Afrika t’Isfel, meta wieħed iqis ir-rekord tagħha tat-tranżizzjoni għad-demokrazija, liema tranżizzjoni kienet ta’ suċċess u paċifika, u r-rwol tagħha bħala setgħa reġjonali, tista’ tkun forza kbira li tippromwovi d-demokrazija u l-governanza tajba, trawwem integrazzjoni ekonomika reġjonali, u tappoġġja rikonċiljazzjoni nazzjonali madwar l-Afrika kollha, u sieħeb ewlieni għall-UE f’dawn l-isforzi; jenfasizza l-importanza ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-UE u l-Afrika t’Isfel dwar it-tibdil fil-klima, l-iżvilupp sostenibbli u r-riformi ta’ istituzzjonijiet internazzjonali;

L-UE li se titkabbar

46.  Jenfasizza li s-sħubija mal-UE tipprovdi l-paċi, il-prosperità, l-iżvilupp demokratiku, l-istabbiltà u s-sigurtà f’ambjent internazzjonali li qed jinbidel b’mod mgħaġġel, u li l-appartenenza fl-UE tkompli toffri l-perspettiva ta’ żvilupp soċjoekonomiku; huwa tal-opinjoni li t-tkabbir jibqa' għodda importanti fil-politika estera tal-UE u huwa fl-interess strateġiku fit-tul tal-UE, li ma jistax ikun neċessarjament imkejjel f'termini ta' karti tal-bilanċi f'perijodu qasir; jinnota li, madankollu, il-politika tat-tkabbir għandha tikkunsidra l-kapaċità tal-integrazzjoni tal-UE stess u l-impenn ġenwin tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u tat-Turkija biex jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom u jindirizzaw it-tħassib pendenti. jilqa' l-ftehim dwar it-telekomunikazzjoni u l-enerġija milħuq bejn is-Serbja u l-Kosovo matul is-16-il laqgħa ta' negozjati mal-VP/RGħ, u jitlob għal aktar sforżi biex jingħelbu l-ostakli li fadal;

Il-viċinat tal-UE

47.  Jenfasizza li l-UE teħtieġ tagħmel iktar sforz, tagħti prijorità ikbar, u turi impenn ikbar lill-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) fi żmien fejn din il-politika tinsab f'diffikultà u qiegħda tiġi sfidata mill-iżviluppi f'bosta pajjiżi; jemmen għaldaqstant li għal raġunijiet ta' solidarjetà u minħabba l-interess tagħha stess fi żvilupp paċifiku u liberu, l-UE għandha tiffoka b'saħħa l-istrumenti tagħha, fost l-oħrajn billi ssaħħaħ l-approċċi multilaterali fir-reġjun, u tagħmel rabtiet sodi bejn l-istrumenti tal-politika, finanzjarji tagħha u l-finanzjament sabiex tilħaq l-objettivi tal-politika tagħha, speċjalment rigward it-tfassil tar-riformi dwar id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-ekonomija; jinnota li l-perspettiva Ewropea tibqa' inċentiv ewlieni, partikolarment għall-pajjiżi Ewropej tal-viċinat, biex jitfasslu riformi ambizzjużi;

48.  Jenfasizza li l-modernizzazzjoni tal-viċinat Ewropew kollu hija bbażata fuq l-iżvilupp gradwali tad-demokrazija libera li fiha dawk li kienu eletti b'mod demokratiku jiggvernaw b'mod demokratiku wkoll skont prinċipji kostituzzjonali, ir-rispett għall-oppożizzjoni, għad-divrenzja tal-opinjonijiet u għan-nonkonformità;

49.  Jitlob biex il-prinċipji sottostanti tal-approċċ il-ġdid tal-PEV, kif stabbiliti mill-VP/RGħ u l-Kummissjoni fil-komunikazzjonijiet konġunti relevanti(10), b’mod partikolari l-prinċipji ta’ 'aktar għal aktar', ta’ differenzjazzjoni u ta’ responsabilità reċiproka u 'is-sħubija mas-soċjetà', ikunu kompletament operattivi u li l-assistenza tal-Unjoni tkun allinjata bis-sħiħ ma’ dan l-approċċ ġdid;

50.  Jenfasizza li, sabiex jiġu evitati tensjonijiet soċjali ta’ wara l-adeżjoni u/jew żbilanċi soċjoekonomiċi fl-Unjoni mkabbra, il-Kummissjoni għandha tippromwovi politiki ta’ qabel l-adeżjoni mmirati lejn it-tnaqqis tal-inugwaljanzi soċjali strutturali, kif ukoll sabiex jingħelbu d-differenzi kulturali fl-istati tal-adeżjoni qabel iż-żmien tal-adeżjoni; jenfasizza li għandha tingħata prijorità lill-integrazzjoni nazzjonali tal-minoritajiet soċjali u kulturali, biex b'hekk tipprevjeni l-moviment tal-massa lejn Stati Membri oħra wara l-adeżjoni;

Il-Viċinat tal-Lvant

51.  Ifakkar li l-Viċinat tal-Lvant huwa ta’ importanza strateġika u jfakkar il-perspettiva Ewropea tal-pajjiżi kkonċernati, li tibqa' inċentiv elwieni għal dawn il-pajjiżi biex ifasslu r-riformi; jenfasizza li l-UE għandha influwenza reali f'dan il-qasam u għandha tiddefendi l-qawwa trasformattiva tagħha bis-sħiħ; jikkunsidra li wasal iż-żmien għall-isforzi intensifikati, flimkien ma' impenn politiku ikbar, biex jilħqu l-objettivi tas-Sħubija tal-Lvant, inkluż il-ħtieġa li tkun stabbilita rabta aktar mill-qrib bejn il-PESK u l-PEV; jilqa' l-progress li sar, u jistieden ukoll lin-naħat kollha biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex jiġu ffirmati jew inizjati l-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni, il-Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles Profond u Komprensiv u l-ftehimiet dwar il-liberalizzazzjoni tar-reġim tal-viżi tal-UE ladarba l-kundizzjonijiet stabbiliti jintlaħqu, u jistieden lill-imsieħba tagħna tal-Lvant biex jissodisfaw ir-rekwiżiti għal Summit ta' Vilnjus ta' suċċess f'Novembru 2013; jenfasizza li s-summit għandu jimmarka pass ċar 'il quddiem biex is-soċjetajiet tal-Istati Membri u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant jitqarrbu lejn xulxin;

52.  Madankollu, jiddispjaċih li s-sitwazzjoni ġenerali fir-rigward tal-istandards demokratiċi u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem f’ħafna mill-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant ftit li xejn għamlet progress, jekk ma ddeterjoratx; jitlob lill-UE taqdi rwol aktar attiv u ta' sostenn fit-tfittxija għal soluzzjonijiet politiċi għall-kunflitti ffriżati fil-Viċinat tal-Lvant, b'mod partikolari bil-għan li tikser l-imblokk dwar l-Ossezja tan-Nofsinhar u l-Abkażja u dwar il-kunflitt fin-Nagorno-Karabakh u taqdi bis-sħiħ rwol b'appoġġ għal kwalunkwe ftehim ta' paċi li jirriżulta; jinkuraġġixxi aktar progress dwar il-kwistjoni tat-Transnistrija; jenfasizza barra minn hekk li l-iżvilupp sħiħ tas-Sħubija tal-Lvant jista' jsir biss ladarba l-kunflitti ffriżati jiġu solvuti b'mod paċifiku, li għandu jkun prijorità; jitlob lill-UE biex tagħmel użu sħiħ mill-għodod disponibbli għaliha biex tagħmilha ta' medjatur u tiżgura li d-drittijiet tal-bniedem huma rrispettati kollha; itenni mill-ġdid li l-iżvilupp tar-relazzjonijiet għandu jsir bil-kundizzjoni li jkun hemm impenn sinifikattiv lejn id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt;

53.  Ifakkar li r-riformi demokratiċi promossi mill-UE huma fl-interess tal-pajjiżi msieħba nfushom u jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħhom; jirrimarka li istituzzjonijiet demokratiċi b’saħħithom u rabtiet iżjed mill-qrib mal-UE permezz tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni, DCFTAs u l-miżuri ta' faċilitazzjoni tal-viżi se jgħinu lit-tisħiħ tas-sovranità ta’ dawn il-pajjiżi kontra l-influwenza tal-pajjiżi ġirien b’saħħithom; huwa mħasseb ħafna dwar il-pressjoni dejjem ikbar fuq uħud mill-pajjiżi msieħba, bħall-Moldova, l-Ukraina u l-Armenja, li fl-aħħar mill-aħħar għandha l-għan li tnaqqas il-progress lejn aktar involviment mal-UE; jitlob lill-UE biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet b'mod koerenti politikament; jafferma mill-ġdid ir-rieda tal-UE li tkun sieħba affidabbli u b’saħħitha għal dawn il-pajjiżi, abbażi ta’ valuri komuni kondiviżi u s-solidarjetà, u li taqsam magħhom il-vantaġġi kollha tal-acquis tal-UE, b’konformità ma’ arranġament ta’ Żona Ekonomika Plus;

54.  Jenfasizza li għalkemm il-ftehim bejn l-UE u l-Ukraina ġie inizjalat, jista’ jiġi ffirmat u ratifikat biss jekk l-Ukraina tissodisfa r-rekwiżiti meħtieġa kif stabbiliti fil-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Ukraina tal-10 ta’ Diċembru 2012; itenni mill-ġdid l-istedina tiegħu lill-Parlament u l-Gvern tal-Ukraina biex jindirizzaw il-kwistjoni tal-ġustizzja selettiva u jibdew billi minnufih jeħilsu lil Yulia Tymoshenko, u jimplimentaw ir-riformi stabbiliti fl-Aġenda ta’ Assoċjazzjoni miftiehma b’mod konġunt, inkluża r-riforma ġudizzjarja (jiġifieri l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali) u r-riforma tal-liġi elettorali; jistieden lill-Ukraina temenda l-kodiċi penali tagħha, billi tneħħi s-sanzjonijiet kriminali għal atti politiċi mwettqa b’mod ċar minn funzjonarji tal-Istat li jaġixxu f’kapaċità uffiċjali;

55.  Jappoġġja l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ġeorġja, iżda jemmen li jinħtieġ progress tanġibbli mill-awtoritajiet tal-Ġeorgja fil-qasam tal-istat tad-dritt; jitlob, b'mod partikolari, għall-ħelsien tal-priġunieri politiċi, inkluż l-eks-Prim Ministru Vano Merabishvili, u biex jintlaħqu l-istandards Ewropej fl-elezzjonijiet presidenzjali li ġejjin;

Il-Viċinat tan-Nofsinhar u l-Lvant Nofsani

56.  Jenfasizza r-relazzjonijiet fit-tul tal-UE mal-pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar tal-Ewropa; jitlob biex il-prinċipji sottostanti tal-approċċ il-ġdid tal-PEV, kif stabbiliti mill-VP/RGħ u l-Kummissjoni fil-komunikazzjonijiet konġunti rilevanti, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ 'aktar għal aktar', ta’ differenzjazzjoni u ta’ responsabilità reċiproka u 'is-sħubija mas-soċjetà', ikunu kompletament operattivi u li l-assistenza tal-Unjoni tkun allinjata bis-sħiħ ma’ dan l-approċċ ġdid;

57.  Ifakkar l-appoġġ tiegħu għall-użu ta’ kunċetti ġodda mill-VP/RGħ, bħat-Task Force għan-Nofsinhar tal-Mediterran, bħala mod biex jiġi massimizzat l-ingranaġġ miksub mill-finanzjament mill-UE u l-imsieħba tagħha, għall-benefiċċju taċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi; jistenna riżultati tanġibbli minn dan l-approċċ innovattiv f’termini ta’ koordinazzjoni aħjar bejn il-kontribuzzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri, ta’ għajnuna fil-bini tal-kapaċitajiet lill-pajjiżi benefiċjarji u ta’ responsabbiltà tal-amministrazzjonijiet tagħhom;

58.  Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar is-sitwazzjoni fl-Eġittu u l-vjolenza eċċessiva min-naħa tal-partijiet kollha, inkluż kemm mill-forzi tas-sigurtà tal-Istat kif ukoll mill-forzi tal-oppożizzjoni; jenfasizza li l-UE għandha tappoġġja d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem u jilqa’ d-deċiżjoni tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE tal-21 ta’ Awwissu 2013 li jissospendu l-liċenzji kollha tal-esportazzjoni ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna; iħeġġeġ lill-atturi politiċi fl-Eġittu sabiex isibu soluzzjoni għad-differenzi tagħhom permezz ta’ djalogu paċifiku u jitlob li jintlaħaq ftehim politiku inklużiv u li s-setgħa tiġi ttrasferita lill-mexxejja eletti b’mod demokratiku kemm jista’ jkun malajr; iħeġġeġ lill-UE u b'mod partikolari lill-VP/RGħ, sabiex tikkapitalizza fuq il-pożizzjoni unika tagħha u n-netwerks tagħha ta' relazzjonijiet fost l-atturi prinċipali u biex tkompli l-isforzi tagħha bħala medjatur, għal soluzzjoni politika fir-rigward ta' parametri bażiċi ta' tranżizzjoni demokratika;

59.  Jiddispjaċih għall-fatt li l-UE rrinunzjat il-politika komuni tagħha għall-embargo fuq l-armi għas-Sirja, u b'hekk iddgħajjef approċċ komuni; jikkundanna t-tixrid ta’ demm traġiku u li għadu għaddej fis-Sirja, li diġà kellu impatt umanitarju devastanti inkluż fuq il-pajjiżi ġirien, b’mod partikolari l-Ġordan, il-Libanu u t-Turkija; jistieden lill-Istati Membri biex juru solidarjetà u jipprovdu għajnuna lir-rifuġjati mis-Sirja u persuni spostati fis-Sirja; jikkundanna b'qawwa l-qtil bil-massa ta' nies ċivili u jenfasizza li l-użu tal-armi kimiċi mill-Gvern Sirjan huwa ksur serju tan-normi internazzjonali li jista' jwassal għat-tressiq quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali ta' dawk kollha responsabbli; jilqa' r-risposta internazzjonali soda u jitlob għall-implimentazzjoni rapida, taħt superviżjoni internazzjonali, tal-pjan biex jinqerdu tali armi kimiċi kollha; jenfasizza li l-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja teħtieġ livell għoli ta' koerenza u solidarjetà fost l-Istati Membri tal-UE, ħidma b'kooperazzjoni man-NATO u atturi reġjonali, speċjalment mar-Russja, l-Iran, l-Iżrael u t-Turkija; jitlob lill-UE tappoġġja b'mod attiv l-isforzi biex jitlaqqgħu t-taħdidiet ta’ Ġinevra II sabiex tiġi promossa soluzzjoni politika aċċettabbli għas-Sirjani u tintemm l-ispirali fatali ta’ vjolenza;

60.  Itenni t-talba tiegħu biex l-UE tiżvolġi rwol aktar attiv fir-riżoluzzjoni tal-kunflitt tas-Saħara tal-Punent, li attwalment jirrappreżenta ostaklu insormontabbli għall-iżvilupp sħiħ ta' relazzjonijiet tajbin tal-viċinat fil-Magreb;

61.  Ikompli jappoġġja l-approċċ fuq żewġ binarji adottat mill-UE, l-Istati Uniti, ir-Russja u ċ-Ċina bil-għan tal-insegwiment tan-nonproliferazzjoni; jistieden lill-President Iranjan biex isegwi dikjarazzjonijiet pożittivi riċenti billi jikkoopera bis-sħiħ mal-komunità internazzjonali fl-indirizzar tat-tħassib fir-rigward tan-natura esklussivament paċifika tal-programm nukleari Iranjan; jistieden lill-UE 3-plus-3 tikkunsidra kemm miżuri addizzjonali kif ukoll inċentivi dipendenti fuq l-Iran filwaqt li tagħmel progress konkret fit-teħid ta' passi verifikabbli għall-indirizzar tat-tħassib tal-komunità internazzjonali; jenfasizza li kwalunkwe falliment jew twaqqif fin-negozjati bejn l-UE 3-plus-3 u l-Iran dwar in-nonproliferazzjoni nukleari se jwassal għal riskji serji għas-sigurtà reġjonali u globali;

62.  Jesprimi tama għan-negozjati ta’ paċi tal-Lvant Nofsani u jfakkar li s-soluzzjoni tal-kunflitt fil-Lvant Nofsani hija ta’ interess fundamentali għall-UE, kif ukoll għall-partijiet infushom u r-reġjun usa’; għaldaqstant jenfasizza li l-ħtieġa għal progress hija ħafna iktar urġenti minħabba t-tibdil li għaddej bħalissa fid-dinja Għarbija, il-kriżi Sirjana u s-sitwazzjoni partikolarment instabbli fil-Lvant Nofsani usa’; jistieden lill-Istati Membri jsibu raġuni komuni għal azzjoni iżjed deċiżiva min-naħa tal-UE b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Lega Għarbija u l-membri l-oħra tal-Kwartett; jilqa' it-tkomplija ta' negozjati diretti bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani bħala bażi għat-triq lejn soluzzjoni ta' żewġ stati; jikkritika l-politika ta' insedjament Israeljana, li hija ksur tad-dritt internazzjonali u qiegħda tfixkel il-prospetti ta' paċi u riżoluzzjoni negozjata tal-kunflitt; itenni mill-ġdid li huwa fl-interess tal-UE li l-Lvant Nofsani jkun stabbli u paċifiku u jitlob għal aktar involviment attiv bil-għan li jintlaħaq dan l-iskop; jilqa' l-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida dwar l-istrumenti ta' finanzjament tal-UE u jitlob għall-implimentazzjoni sensittiva u mhux burokratika tagħhom;

63.  Jistaqsi kemm lill-Iran u lill-Emirati Għarab Magħquda biex jipparteċipaw fi djalogu miftuħ u onest fejn soluzzjoni paċifika għat-tilwima territorjali tagħhom tkun possibbli u kollha kemm hi konsistenti mad-dritt internazzjonali;

L-Amerika Latina

64.  Jilqa’ d-djalogu politiku bejn l-UE u l-Amerika Latina, inklużi s-summits tal-kapijiet tal-Istati u l-Assemblea Parlamentari EUROLAT;

65.  Jemmen li l-UE u l-pajjiżi tal-Amerika Latina jikkondividu impenn komuni għal żvilupp ekonomiku soċjalment sostenibbli u rabta komuni mal-valuri demokratiċi u mal-istat tad-dritt, iżda jesperjenzaw ukoll tensjonijiet fir-rikonċiljazzjoni ta' dawk il-valuri u l-għanijiet b'kundizzjonjiet ta' governanza;

66.  Jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-proċess ta’ negozzjar ta’ Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Mercosur u jinnota l-impenn taż-żewġ partijiet sabiex jaslu għal skambju ta’ offerti dwar l-aċċess għas-swieq sal-aħħar tal-2013; jilqa' id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Assoċċjazzjoni bejn l-Amerika Ċentrali u l-UE u tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles b'iktar minn partit wieħed mal-Kolombja u l-Perù u jistenna bil-ħerqa t-tneħħija tar-rekwiżiti tal-viżi ma' dawn iż-żewġ pajjiżi, kif ukoll il-ħidma fuq aktar Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni, inkluż mal-Ekwador; jinnota li tali ftehimiet jirrappreżentaw avvanzi importanti fir-relazzjonijiet strateġiċi li qed jiżviluppaw bejn l-UE u l-Amerika Latina;

67.  Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-kuntatti u l-koordinazzjoni mal-imsieħba tal-Amerika Latina fil-fora multilaterali; jitlob għall-adozzjoni tal-Karta Ewro-Latinamerikana għall-Paċi u s-Sigurtà, kif mitlub mill-Assemblea EUROLAT;

L-Afrika

68.  Jinsisti li t-tħejjijiet għar-Raba’ Samit bejn l-UE u l-Afrika fl-2014 joffru opportunità sabiex isir pass lil hinn mill-bini ta’ kapaċitajiet istituzzjonali fil-livell kontinentali lejn l-istabbiliment ta’ sħubija politika għall-paċi, is-sigurtà u l-iżvilupp soċjoekonomiku, mill-isforzi biex jiġġieldu kontra l-flussi finanzjarji illegali mill-Afrika, il-kisba tal-Għan ta' Żvilupp tal-Millenju u l-governanza tajba fil-livell reġjonali u subreġjonali;

69.  Jenfasizza l-importanza tal-istrateġiji rispettivi tal-UE għall-Qarn tal-Afrika u r-reġjun ta’ Saħel bħala mezz ewlieni sabiex tiġi indirizzata l-kumplessità tal-isfidi fl-oqsma tas-sigurtà, il-governanza u l-iżvilupp li jaffettwaw lil dawn ir-reġjuni li jkopru min-naħa għall-oħra tal-Afrika;

70.  Ifakkar li l-istabbiltà aktar fit-tul tal-Istat u s-sigurtà tal-bniedem f'dawn iż-żewġ reġjuni ma jinħtieġux biss ir-rebħa kontra l-estremisti radikali vjolenti u dawk li jittraffikaw l-armi, id-drogi u l-persuni, iżda wkoll il-promozzjoni tar-rikonċiljazzjoni, it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tas-soċjetà tal-istat u dawk ċivili u d-dispożizzjoni ta' attivitajiet ekonomiċi alternattivi biex jagħtu lin-nies għajxien dinjituż, partikolarment permezz tal-ħolqien ta' impjiegi billi jiġu ffaċilitati l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' miżuri li jkabbru l-fiduċja;

L-Asja ċentrali

71.  Jappoġġja l-promozzjoni tal-UE għal approċċ reġjonali fl-Asja Ċentrali, li huwa essenjali fl-indirizzar tal-isfidi komuni, b'mod partikolari fir-rigward tal-istabbiltà, is-sigurtà, l-ilma u l-enerġija, billi jiġi ffaċilitat id-djalogu, jiġu żviluppati r-relazzjonijiet tajba ta' viċinat u l-interessi strateġiċi tal-UE jkunu promossi; jitlob li l-impenn tal-UE f'dan ir-reġjun ikun marbut mal-progress fid-demokratizzazzjoni, id-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba, l-iżvilupp sostenibbli soċjoekonomiku, l-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; ikompli jenfasizza l-importanza tal-preżenza tal-UE fl-art sabiex tissorvelja mill-qrib il-proċessi motivati politikament, u l-ħtieġa tal-promozzjoni għall-pluraliżmu politiku;

72.  Jenfasizza wkoll l-importanza tad-djalogu tal-UE mal-pajjiżi tal-Asja Ċentrali dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà reġjonali u ambjentali, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma u tas-sitwazzjoni fl-Afganistan wara l-2014; jilqa' t-tnedija tad-Djalogu ta' Sigurtà ta' Livell Għoli bejn l-UE u l-Asja Ċentrali fit-13 ta' Ġunju 2013;

73.  Jinnota li l-pajjiżi tal-Asja Ċentrali li huma rikki fl-enerġija u r-riżorsi naturali huma potenzjalment sinifikanti għad-diversifikazzjoni tas-sorsi u r-rotot ta’ provvista tal-UE sabiex jinkiseb grad ogħla ta' sigurtà tal-enerġija; jistieden lis-SEAE u l-Kummissjoni biex ikomplu jappoġġjaw bis-sħiħ il-proġetti ta’ diversifikazzjoni tal-provvista ta’ enerġija bħall-Kuritur tan-Nofsinhar u t-trans-Caspian pipeline;

L-Afganistan

74.  Huwa mħasseb ħafna dwar il-vjolenza kontinwa, fil-forom kollha tagħha, fl-Afganistan, partikolarment dik immirata lejn in-nisa; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Afganistan biex iħejji sabiex jieħu r-responsabbiltà sħiħa wara l-irtirar tal-forzi internazzjonali mill-2014; jistieden lill-Istati Membri jingranaw sabiex jappoġġjaw il-bini tal-kapaċitajiet militari u ċivili tal-Gvern tal-Afganistan u l-Forzi ta’ Sigurtà Nazzjonali tiegħu sabiex tinħoloq l-istabbiltà u s-sigurtà li huma prerekwiżiti għall-iżvilupp, u sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta’ sitwazzjoni ta’ vakwu ladarba l-pajjiż jassumi r-responsabbiltà sħiħa għas-sigurtà tiegħu stess wara l-2014; jenfasizza l-ħtieġa li jitkompla l-appoġġ tal-UE għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni; itenni mill-ġdid il-ħtieġa li jiġi stabbilit pjan għall-eliminazzjoni tal-produzzjoni tal-oppju; ifakkar li l-Parlament talab ripetutament għall-promozzjoni ta' pjan ta' ħames snin għall-eliminazzjoni tal-produzzjoni tal-oppju;

75.  Itenni mill-ġdid l-impenn fit-tul tal-UE biex tassisti lill-Afganistan fi tranżizzjoni paċifika u l-iżvilupp soċjoekonomiku sostenibbli; jilqa' l-fatt li l-UE u l-Afganistan dalwaqt se jikkonkludu n-negozjati dwar il-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sħubija u Żvilupp; jistieden liż-żewġ naħat jikkonkludu n-negozjati malajr;

76.  Jenfasizza l-ħtieġa għal kooperazzjoni mtejba fis-subreġjun tal-Asja Ċentrali u mar-Russja, il-Pakistan, l-Indja u l-Iran sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tat-traffikar transkonfinali tal-bnedmin u l-merkanzija, u għall-ġlieda kontra l-produzzjoni illegali u t-traffikar tad-drogi; iwissi kontra r-riskju ta’ problemi bħal dawn li jixxerdu f’pajjiżi ġirien u fis-subreġjun usa’ wara l-2014; jenfasizza r-rwol ewlieni tal-Pakistan fil-ġlieda kontra t-terroriżmu;

L-Asja

77.  Jistieden lill-UE biex iżżid il-preżenza tagħha fir-reġjun tal-Asja Paċifiku, biex tiffoka lil hinn miċ-Ċina, l-Indja u l-Ġappun; jenfasizza l-potenzjal politiku u ekonomiku tas-sħubijiet stabbiliti bejn l-UE u l-Indonesja, demokrazija bir-raba' l-akbar ‒ fil-parti l-kbira tagħha Musulmana ‒ popolazzjoni, u membru tal-G-20, u bejn l-UE u l-Filippini; jenfasizza l-prospetti l-ġodda għar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-ASEAN li jsegwu t-tibdiliet demokratiċi fil-Myanmar; iqis il-Pjan ta’ Azzjoni Bandar Seri Begawan biex tissaħħaħ is-sħubija mtejba tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN)-UE bħala pass rilevanti; jara wkoll it-Trattat ta’ Ħbiberija bħala okkażjoni għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni u jistenna bil-ħerqa li jinkisbu riżultati tanġibbli f’dan ir-rigward;

78.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu konklużi n-negozjati dwar ftehimiet ta’ sħubija u kooperazzjoni u ftehimiet dwar il-qafas politiku ma’ bosta pajjiżi tax-Xlokk u l-Lvant tal-Asja, ibbażat fuq standards soċjali u r-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji Ewropej, sabiex jikkonsolida u jgħolli l-livell tar-relazzjonijiet tal-UE mar-reġjun;

79.  Jenfasizza l-importanza tas-sigurtà reġjonali tal-Asja-Paċifiku, u jinsab mħasseb dwar it-tensjonijiet, inkluż it-tilwim territorjali madwar il-Baħar tal-Lvant u n-Nofsinhar taċ-Ċina, filwaqt li jinsab dejjem iżjed imħasseb dwar il-Korea ta’ Fuq; jissuġġerixxi li l-UE tista’ tassumi rwol iżjed attiv, u jitlob li l-partijiet kollha kkonċernati jiġu inklużi f’mekkaniżmi ta’ djalogu u kooperazzjoni, b’mod speċjali fix-xena multilaterali, fid-dawl tal-importanza tal-istabbiltà f’din iż-żona għas-sigurtà marittima u l-interessi kummerċjali tal-UE;

80.  Jinnota l-isforzi magħmula għal kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti wara l-'fus' għall-Asja, kif muri mill-approċċ komuni għat-tneħħija tas-sanzjonijiet fuq il-Mjanmar; jitlob, għaldaqstant, li jkun hemm iktar koordinazzjoni tal-politiki tal-Istati Uniti u l-UE lejn l-Asja, flimkien ma’ dawk ta’ msieħba ewlenin bħall-Awstralja u n-New Zealand; iħeġġeġ għal dan il-għan il-konklużjoni rapida tan-negozjati dwar il-ftehimiet qafas mal-Awstralja u n-New Zealand, li għandha tirrifletti l-approċċ komuni tal-UE għall-inklużjoni ta' klawżoli politiċi miktuba ċari dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-ftehimiet internazzjonali kollha nnegozjati mill-UE;

81.  Ifakkar l-ewwel Djalogu Strateġiku bejn l-UE u l-Pakistan li sar f’Ġunju 2012 u l-impenn għal diskussjonijiet kostruttivi dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni bilaterali u l-opinjonijiet komuni dwar il-kwistjonijiet reġjonali u internazzjonali ta’ interess reċiproku, inkluż impenn aktar proattiv favur soċjetà pluralista bħala element essenzjali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu; jistieden lill-VP/RGħ taġġorna lill-Parlament dwar is-segwitu għal dak id-djalogu strateġiku u l-preparazzjonijiet għal dak li jmiss, li għandu jseħħ fi Brussell fl-2013;

82.  Ifaħħar l-isforzi kontinwi tat-Tajwan fiż-żamma tal-paċi u l-istabbiltà fir-reġjun tal-Asja-Paċifiku; jirrikonoxxi l-progress magħmul fir-relazzjonijiet bejn l-Istretti, b’mod speċjali l-konnessjonijiet ekonomiċi, it-turiżmu u l-kooperazzjoni kulturali li qed jiffjorixxu; itenni mill-ġdid l-appoġġ b’saħħtu tiegħu għall-parteċipazzjoni sinifikanti tat-Tajwan f’organizzazzjonijiet u attivitajiet internazzjonali rilevanti, inkluża l-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jiffaċilitaw in-negozjati ta' ftehim ta' kooperazzjoni ekonomika (ECA) bejn l-UE u t-Tajwan; jinkoraġġixxi kooperazzjoni bilaterali aktar mill-qrib bejn l-UE u t-Tajwan f’oqsma bħall-kummerċ, ir-riċerka, il-kultura, l-edukazzjoni u l-protezzjoni ambjentali;

83.  Jibqa' mħasseb ħafna dwar il-ksur enormi kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem tal-Korea ta' Fuq u t-testijiet kontinwi tagħha tal-apparati nukleari dejjem aktar b'saħħithom u missili għal distanzi twal, li jibqgħu theddida serja għall-paċi internazzjonali, l-istabbiltà u s-sigurtà u għall-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż;

L-imsieħba multilaterali

84.  Jemmen li l-G-20 jista’ jkun forum utli u partikolarment xieraq għall-bini ta’ kunsens li jkun inklużiv, ibbażat fuq is-sħubija u kapaċi li jrawwem konverġenza, inkluża konverġenza regolatorja; huwa tal-opinjoni, madankollu, li l-G-20 għad irid juri l-valur tiegħu fit-trasformazzjoni tal-konklużjonijiet tas-summit f’politiki sostenibbli li jindirizzaw sfidi kritiċi;

85.  Jirrikonoxxi r-rwol tal-KNSU bħala l-ogħla korp internazzjonali responsabbli għaż-żamma tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali, filwaqt li jinnota li l-kriżijiet riċenti enfasizzaw l-inabbiltà tiegħu li dejjem tikber biex jaġixxi fil-ħin b'risposta għal theddidiet gravi għall-paċi internazzjonali u s-sigurtà, minħabba l-istrutturi u l-metodi ta' ħidma tiegħu; iħeġġeġ għaldaqstant lill-VP/RGħ biex tpoġġi l-isforzi tagħha sabiex ikun żgurat siġġu permanenti tal-UE fil-KNSU u biex tmexxi r-riforma tal-KNSU; jistieden lil dawk l-Istati Membri tal-UE li għandhom siġġu permanenti biex jinvolvu lill-VP/RGħ fit-teħid ta' deċiżjoni tagħhom;

86.  Jitlob lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jikkonfermaw mill-ġdid l-impenn tal-UE li tavvanza l-kamp tal-multilateraliżmu effettiv, li fil-qalba tiegħu jkun hemm is-sistema tan-NU, billi jsaħħu r-rappreżentanza, ir-responsabbiltà u l-effettività tan-NU, li teħtieġ ir-riforma tal-KNSU, inklużi r-restrizzjonijiet tas-setgħa tal-veto; jenfasizza l-importanza tal-ħidma ma’ imsieħba internazzjonali oħra, sabiex tingħata tweġiba għall-isfidi internazzjonali; jenfasizza l-fatt li siġġu għall-UE fil-KSNU mkabbar jibqa’ għan ċentrali u fuq perjodu ta’ żmien twil tal-UE; barra minn hekk, jitlob lill-Istati Membri sabiex isaħħu l-preżenza tal-UE fis-sistema tan-NU, biex jikkoordinaw l-isforzi tagħhom fl-għażla ta’ uffiċjali għolja għal postijiet ta’ livell għoli fin-NU u f’istituzzjonijiet internazzjonali oħra;

87.  Jitlob lill-UE u l-Istati Membri tagħha sabiex jikkooperaw mal-imsieħba fit-tisħiħ tar-rwol tal-organizzazzjonijiet reġjonali fiż-żamma tal-paċi, il-prevenzjoni tal-kunflitti, il-ġestjoni tal-kriżijiet ċivili u militari, u r-riżoluzzjoni ta’ kunflitti; jenfasizza l-ħtieġa li ssir ħidma mal-imsieħba biex jiġi żgurat li l-kunċett tar-Responsabilità ta’ Protezzjoni (R2P) huwa żviluppat legalment u jitħaddem meta jkun hemm bżonn, jiffoka fuq il-prevenzjoni, il-protezzjoni u r-rikostruzzjoni wara kunflitt; ifakkar ir-rakkomandazzjoni tiegħu li 'Konsensus dwar ir-R2P' interistituzzjonali tal-UE jkun adottat, u jistenna li s-SEAE jibda l-konsultazzjonijiet għal dan il-għan; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati linji gwida u kapaċitajiet ta’ medjazzjoni iżjed effettivi, inkluż permezz ta’ kollaborazzjoni bejn l-UE u n-NU;

88.  Jilqa’ l-impenji li saru mill-UE u n-NATO biex isaħħu l-isħubija strateġika tagħhom permezz ta' approċċ kumplimentari; jinnota li l-kriżi ekonomika attwali globali u Ewropea xprunat sforzi għal kapaċitajiet operazzjonali aktar kosteffikaċi kemm fl-UE kif ukoll fin-NATO li huma meħtieġa b’mod urġenti; jitlob għal soluzzjoni politika urġenti għall-istaġnar li għad hemm li qed ifixkel kooperazzjoni xierqa u mill-qrib bejn l-UE u n-NATO; jilqa' inizjattivi bħall-applikazzjonijiet addizzjonali mill-Istati Membri tal-UE għas-sħubija fis-Sħubija għall-Paċi (PfP) tan-NATO bħala l-ewwel pass lejn it-tneħħija ta' ostakli bejn l-UE u n-NATO;

89.  Jibqa' imħasseb dwar il-problemi biex jinbdew il-missjonijiet tal-PSDK, bħal pereżempju d-dewmien fl-ippjanar u t-tnedija, in-nuqqas ta’ persunal, l-ippjanar finanzjarju u d-diffikultajiet ta’ implimentazzjoni, il-kwistjonijiet dwar l-istatus tal-ftehimiet tal-PESK ma' pajjiżi terzi u d-diffikultajiet tal-bidu; jitlob li jinħoloq mekkaniżmu ta’ segwitu li jiżgura li dawn il-problemi rikorrenti jiġu indirizzati flimkien;

90.  Jitlob lill-VP/RGħ tintegra iċ-ċibersigurtà fl-azzjoni esterna tal-UE sabiex tikkoordina mal-azzjoni li qed tittieħed mill-Programm ta' Stokkolma u biex tiżviluppa netwerks ta’ imsieħba li jaħsbuha l-istess biex jittrattaw it-theddid u l-isfidi taċ-ċibersigurtà; jenfasizza li għandhom isiru sforzi biex jiġi żgurat li strumenti legali internazzjonali eżistenti huma infurzati fiċ-ċibersfera;

91.  Jenfasizza l-ħtieġa biex il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment u l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi ta' tagħmir u software intenzjonat primarjament għas-sorveljanza jew l-interċezzjoni tal-komunikazzjonijiet bl-internet u bit-telefon ikunu rregolati fil-livell tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li l-kumpaniji Ewropej ma jitħallewx jesportaw oġġetti ta’ użu doppju ta’ dan it-tip lejn reġimi mhux demokratiċi, awtoritarji u ripressivi;

92.  Itenni t-talba tiegħu lill-VP/RGħ sabiex tieħu kont tal-effettività tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva kif ukoll tal-politiki tagħha għall-indirizzar tal-armi konvenzjonali, inklużi l-esportazzjonijiet tal-armi;

93.  Jilqa’ l-approċċ ikkoordinat tal-UE waqt in-negozjar tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, li rriżulta f’riżultat pożittiv; jitlob lill-Istati Membri jirrattifikaw it-Trattat malajr sabiex ikun jista’ jidħol fis-seħħ, wara l-kunsens tal-Parlament; Jitlob għall-kompetenza fir-rigward tar-regoli li jirregolaw l-esportazzjoni tal-armi u tat-tagħmir jew is-software intenzjonat primarjament għas-sorveljanza jew l-interċezzjoni tal-komunikazzjonijiet bl-internet u bit-telefon fuq netwerks mobbli biex ikunu trasferiti kollha għall-UE;

94.  Jappoġġja d-djalogu dwar ir-riforma tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u t-tnedija tal-proċess Ħelsinki 40+ f’Diċembru 2012, li jipprovdi pjan direzzjonali strateġiku għat-tisħiħ tal-OSKE; jappoġġja bis-sħiħ ix-xogħol tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) li jwettaq xogħol imprezzabbli fil-qasam tal-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-istandards demokratiċi;

95.  Jirrikonoxxi r-rwol dejjem aktar importanti tal-organizzazzjonijiet reġjonali, b’mod partikolari tal-Lega Għarbija, il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf (GCC), l-Organizzazzjoni tal-Konferenza Islamika u l-Organizzazzjoni ta’ Kooperazzjoni Ekonomika, u jistieden lill-UE ssaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha, speċjalment dwar kwistjonijiet relatati mal-proċessi ta’ tranżizzjoni u l-ġestjoni tal-kriżi fil-Viċinat tan-Nofsinhar; jilqa’ l-isforzi tal-UE biex tassisti lil-Lega Għarbija fil-proċess ta’ integrazzjoni tagħha;

o
o   o

96.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO, lill-President tal-Assemblea Parlamentari tan-NATO, lill-President fil-kariga tal-OSKE, lill-President tal-Assemblea Parlamentari tal-OSKE, lill-President tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa, u lill-President tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p.1.
(2) Testi adottati, P7_TA(2012)0334.
(3) ĠU C 377 E, 7.12.2012, p.35.
(4) ĠU C 349 E, 22.12.2010, p.51.
(5) ĠU C 351 E, 2.12.2011, p.454.
(6)6 Testi adottati, P7_TA(2013)0278.
(7)7 ĠU C 351 E, 2.12.2011, p. 470..
(8)8 ĠU C 351 E, 2.12.2011, p. 472.
(9) 'L-Istati Membri għandhom isostnu l-politika esterna u ta’ sigurtà tal-Unjoni attivament u mingħajr riserva fi spirtu ta’ lealtà u solidarjetà reċiproka u għandhom jirrispettaw l-azzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam. [...] Għandhom joqgħodu lura minn kull azzjoni li tkun kontra l-interessi tal-Unjoni jew li x’aktarx tagħmel ħsara għall-effettività tagħha bħala forza b’koeżjoni fir-relazzjonijiet internazzjonali. Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli għandhom jassiguraw li dawn il-prinċipji jkunu rispettati.' (L-Artikolu 24(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea).
(10) Komunikazzjoni konġunta tal-25 ta’ Mejju 2011 intitolata 'Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni: Reviżjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat' (COM(2011)0303); komunikazzjoni konġunta tal-20 ta’ Marzu 2013 intitolata 'Politika Ewropea tal-Viċinat: Naħdmu lejn Sħubija aktar b’Saħħitha' (JOIN(2013)0004).

Avviż legali - Politika tal-privatezza