Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/0436(APP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0424/2012

Testi mressqa :

A7-0424/2012

Dibattiti :

PV 18/11/2013 - 18
CRE 18/11/2013 - 18

Votazzjonijiet :

PV 19/11/2013 - 8.8
CRE 19/11/2013 - 8.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0462

Testi adottati
PDF 201kWORD 15k
It-Tlieta, 19 ta' Novembru 2013 - Strasburgu
Il-programm "L-Ewropa għaċ-ċittadini" ***
P7_TA(2013)0462A7-0424/2012
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar ir-regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020 (12557/2013 – C7-0307/2013 -– 2011/0436(APP))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali: approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill (12557/2013),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 352 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0307/2013),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81(1) u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għall-Affarjiet Kostituzzjonali (A7-0424/2012),

1.  Jagħti l-approvazzjoni għall-abbozz ta' regolament tal-Kunsill;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni annessa ma din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


ANNESS

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew jerġa' jsostni l-konvinzjoni tiegħu li dan ir-Regolament għandu wkoll il-għan li jilħaq l-objettivi marbuta mal-kultura u mal-istorja kif minquxa fl-Artikolu 167 tat-TFUE. Għaldaqstant, għal dan id-dossier kellha tiġi applikata bażi ġuridika doppja li tirrikjedi l-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Ir-raġuni waħdanija għala l-Parlament Ewropew abbanduna l-pożizzjoni tiegħu dwar il-bażi ġuridika doppja, u għalhekk il-pretiża tiegħu dwar il-kodeċiżjoni, u aċċetta l-proċedura ta' approvazzjoni – bi qbil mal-proposta tal-Kummissjoni bbażata fuq l-Artikolu 352 tat-TFUE – kienet ix-xewqa tiegħu li jevita blukkaġġ proċedurali totali u dewmien konsegwenti sa ma l-Programm jidħol fis-seħħ. Il-Parlament Ewropew jiġbed l-attenzjoni għad-determinazzjoni tiegħu li ma jħallix li sitwazzjoni bħal din terġa' tokkorri.

Avviż legali - Politika tal-privatezza