Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument għall-Kooperazzjoni fis-Sikurezza Nukleari (COM(2011)0841 – C7-0014/2012 – 2011/0414(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0841),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 203 tat-Trattat Euratom, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0014/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits(A7-0327/2012),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 1a (ġdida)
(1a) Ammont ta' referenza finanzjarja għall-istrument, skont it-tifsira tal-Punt 18 tal-Ftehim Interistituzzjonali ta'.../2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba*, huwa inkluż f'dan ir-Regolament, mingħajr il-poteri baġitarji tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, kif stabbilit fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huma b'hekk affettwati .
____________________ * ĠU ...
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 1b (ġdida)
(1b) It-titjib tal-implimentazzjoni u l-kwalità tal-infiq għandhom jikkostitwixxu prinċipji gwida biex jinkisbu l-objettivi tal-istrument, waqt li jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 1c (ġdida)
(1c) Huwa importanti li jiġu żgurati l-ġestjoni finanzjarja sod tal-istrument u l-implimentazzjoni tiegħu bl-aktar mod effikaċi u faċli għall-utent, filwaqt li għandhom jiġu wkoll żgurati ċ-ċertezza ġuridika u l-aċċessibilità tal-istrument għall-parteċipanti kollha.
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 3
(3) L-inċident ta' Chernobyl fl-1986 enfasizza l-importanza globali tas-sikurezza nukleari. L-inċident ta' Fukushima Daiichi fl-2011 ikkonferma l-ħtieġa li jitkomplew l-isforzi biex titjieb is-sikurezza nukleari sal-ogħla standards. Sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet ta' sikurezza meħtieġa biex jiġu eliminati il-perikli għall-ħajja u s-saħħa tal-pubbliku, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-'Komunità') għandha tkun tista' tappoġġja is-sikurezza nukleari fil-pajjiżi terzi.
(3) L-inċident ta' Chernobyl fl-1986 enfasizza l-importanza globali tas-sikurezza nukleari. L-inċident ta' Fukushima Daiichi fl-2011 ikkonferma li r-riskji nukleari huma inerenti f’kull reattur u li għalhekk huwa neċessarju li jitkomplew l-isforzi biex titjieb is-sikurezza nukleari sabiex jinkisbu l-ogħla standards li jirriflettu l-iktar prattiki avvanzati, b’mod partikolari f’termini ta’ governanza u indipendenza regolatorja. Sakemm l-impjanti nukleari jibqgħu joperaw u jibqgħu jinbnew oħrajn ġodda, dan l-istrument għandu jkollu l-għan li jiżgura li l-livell ta’ sikurezza nukleari fil-pajjiżi assistiti jirrifletti l-istandards ta’ sikurezza Ewropej, li tali standards jinżammu u li l-appoġġ għall–awtoritajiet superviżorji indipendenti jsir prijorità ewlenija. Sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet ta' sikurezza meħtieġa biex jiġu eliminati il-perikli għall-ħajja u s-saħħa tal-pubbliku, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-'Komunità') għandha tkun tista' tappoġġja s-sikurezza nukleari fil-pajjiżi terzi.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 4
(4) Billi taġixxi fi ħdan politiki komuni u strateġiji mal-Istati Membri tagħha, l-Unjoni Ewropea waħedha għandha massa kritika biex tirrispondi għall-isfidi globali u hija wkoll fl-aħjar pożizzjoni biex tikkoordina l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi.
(4) Għadd ta’ pajjiżi madwar id-dinja qed jikkunsidraw li jibnu jew qed jippjanaw biex jibnu impjanti tal-enerġija nukleari, u dan joħloq firxa wiesgħa ta’ sfidi u l-ħtieġa li jinħolqu kulturi ta’ sikurezza nukleari u sistemi ta’ governanza adegwati. Jeħtieġ li jinstabu mezzi għat-tisħiħ tas-sikurezza u s-sigurtà tal-impjanti tal-enerġija nukleari li qed jinbnew viċin il-fruntieri tal-Unjoni, b’mod partikolari fejn ikun hemm nuqqas ta’ kooperazzjoni politika mal-Unjoni. F’dan ir-rigward, l-istress tests għandhom jitwettqu fl-Istati Membri u l-pajjiżi terzi kkonċernati kollha sabiex jiġu identifikati l-perikli ta’ sikurezza potenzjali filwaqt li l-miżuri neċessarji biex dawn jiġu korretti għandhom jiġu implimentati immedjatament. Billi taġixxi fi ħdan politiki komuni u strateġiji mal-Istati Membri tagħha u billi tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali, l-Unjoni Ewropea tinsab f’pożizzjoni tajba biex tirrispondi għall-isfidi globali u biex tikkoordina l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi. Għandha tingħata prijorità biex jiġi żgurat l-appoġġ mill-awtoritajiet superviżorji indipendenti u fir-rigward tal-appoġġ tar-regolaturi tagħhom, kif ukoll fir-rigward ta’ strutturi multilaterali reġjonali u internazzjonali li jistgħu jsaħħu l-fiduċja u l-applikazzjoni ta’ standards permezz ta’ mekkaniżmi ta’ reviżjoni bejn il-pari. F'dan ir-rigward, il-Parlament Ewropew għandu jkun infurmat regolarment mill-Kummissjoni dwar il-pjanijiet ta’ pajjiżi terzi fil-qasam tas-sikurezza nukleari b’konformità ma’ din id-Direttiva.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 6
(6) Sabiex jinżamm u jiġi promoss it-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari u r-regolamentazzjoni tagħha, il-Kunsill adotta d-Direttiva 2009/71/Euratom tal-25 ta' Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari ta' stallazzjonijiet nukleari. Il-Kunsill adotta wkoll id-Direttiva 2011/70/Euratom tad-19 ta' Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv. Dawn id-Direttivi u l-istandards għolja ta' sikurezza nukleari u skart radjuattiv u l-ġestjoni tal-fjuwil maħruq implimentati fl-Unjoni huma eżempji li jistgħu jintużaw biex jinkoraġixxu pajjiżi terzi biex jadottaw standards għolja simili.
(6) Sabiex jinżamm u jiġi promoss it-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari u r-regolamentazzjoni tagħha, il-Kunsill adotta d-Direttiva 2009/71/Euratom tal-25 ta' Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari ta' stallazzjonijiet nukleari. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Ottubru 2012 dwar valutazzjonijiet komprensivi tar-riskji u tas-sikurezza ("stress tests") tal-impjanti tal-enerġija nukleari fl-Unjoni Ewropea u tal-attivitajiet relatati tenfasizza l-ħtieġa li dan il-qafas jissaħħaħ. Il-Kunsill adotta wkoll id-Direttiva 2011/70/Euratom tad-19 ta' Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv. Dawn id-Direttivi u l-istandards għolja ta' sikurezza nukleari u skart radjuattiv u l-ġestjoni tal-fjuwil maħruq implimentati fl-Unjoni huma eżempji li jistgħu jintużaw biex jinkoraġixxu pajjiżi terzi biex jadottaw standards għolja simili.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 10
(10) Hemm bżonn partikolari li l-Komunità tkompli bl-isforzi tagħha b'appoġġ għall-applikazzjoni ta' salvagwardji effikaċi ta' materjali nukleari f'pajjiżi terzi, billi tibni fuq l-attivitajiet ta' salvagwardja tagħha stess fi ħdan l-Unjoni.
(10) Hemm bżonn partikolari li l-Komunità tkompli bl-isforzi tagħha b'appoġġ għall-applikazzjoni ta' salvagwardji effikaċi ta' materjali nukleari f'pajjiżi terzi, billi tibni fuq l-attivitajiet ta' salvagwardja tagħha stess fi ħdan l-Unjoni. L-użu ta’ esperti tal-Unjoni biex jassistu lil pajjiżi terzi fil-qasam nukleari huwa importanti wkoll biex jinżamm livell għoli ta’ kompetenza fi ħdan l-Unjoni.
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 12a (ġdida)
(12a) Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) ("Orizzont 2020")1 il-ġdid u l-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplimenta l-Orizzont 20202 jagħtu attenzjoni partikulari lill-kooperazzjoni internazzjonali u r-relazzjonijiet tal-Unjoni ma' pajjiżi terzi. F'dan ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni partikolari fir-rigward tal-iżvilupp tar-riżorsi umani.
____________________ 1 Regolament (UE) Nru ..../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... li jistabbilixxi Orizzont 2020 - Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)u li jħassar id-Deċiżjoni 1982/2006/KE (ĠU L ...).
____________________ 2 Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru ... / ... ta '... dwar il-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplimenta Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (ĠU....)
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 12b (ġdida)
(12b) Il-koerenza, il-koordinazzjoni u l-komplementarjetà tal-assistenza tal-Unjoni fil-qasam tas-sikurezza nukleari għandhom jiġu żgurati bl-isforzi individwali tal-Istati Membri, kif ukoll ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u lokali oħra sabiex ikunu evitati d-duplikazzjoni u l-finanzjament doppju.
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 1
Artikolu 1
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
L-Unjoni Ewropea għandha tiffinanzja miżuri sabiex tappoġġa l-promozzjoni ta' livell għoli ta' sikurezza nukleari, ta' protezzjoni minn radjazzjoni u l-applikazzjoni ta' salvagwardji effiċjenti u effikaċi ta' materjal nukleari f'pajjiżi terzi skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
L-Unjoni Ewropea għandha tiffinanzja miżuri sabiex tappoġġa l-promozzjoni ta' livell għoli ta' sikurezza nukleari, ta' protezzjoni minn radjazzjoni u l-applikazzjoni ta' salvagwardji effiċjenti u effikaċi ta' materjal nukleari f'pajjiżi terzi skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Dan jiżgura li l-materjal nukleari jintuża biss għall-finijiet ċivili li għalihom ikun intenzjonat.
1. L-għanijiet speċifiċi li ġejjin għandhom jiġu segwiti:
1. L-għanijiet speċifiċi li ġejjin għandhom jiġu segwiti:
(a) il-promozzjoni ta' kultura effettiva ta' sikurezza nukleari u l-implimentazzjoni tal-ogħla standards ta' sikurezza nukleari u protezzjoni mir-radjazzjoni;
(a) il-promozzjoni ta' governanza u kultura effettiva ta' sikurezza nukleari u l-implimentazzjoni tal-ogħla standards ta' sikurezza nukleari u protezzjoni mir-radjazzjoni;
(b)ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv, diżattivazzjoni u rimedjazzjoni ta' dawk li kienu siti nukleari u stallazzjonijiet;
(b)ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv, diżattivazzjoni u rimedjazzjoni ta' dawk li kienu siti nukleari u stallazzjonijiet f'pajjiżi terzi;
(c) it-twaqqif tal-oqfsa u l-metodoloġiji għall-applikazzjoni ta' salvagwardji effiċjenti u effettivi ta' materjali nukleari f'pajjiżi terzi.
(c) it-twaqqif tal-oqfsa u l-metodoloġiji għall-applikazzjoni ta' salvagwardji effiċjenti u effettivi ta' materjali nukleari f'pajjiżi terzi.
2. Il-progress globali fil-ksib tal-għanijiet speċifiċi imsemmija hawn fuq għandu jiġi evalwat, rispettivament, permezz tal-indikaturi tal-prestazzjoni li ġejjin:
2. Il-progress globali fil-ksib tal-għanijiet speċifiċi imsemmija hawn fuq għandu jiġi evalwat, rispettivament, permezz tal-indikaturi tal-prestazzjoni li ġejjin:
(a)l-għadd u l-importanza ta' kwistjonijiet identifikati matul missjonijiet ta' reviżjoni tal-esperti tal-IAEA rilevanti;
(a)l-għadd u l-importanza ta' kwistjonijiet identifikati matul missjonijiet ta' reviżjoni tal-esperti tal-IAEA rilevanti;
(aa) il-grad safejn il-pajjiżi megħjuna jiżviluppaw l-ogħla standards ta' sikurezza nukleari li jkunu simili għal-livelli meħtieġa fl-Unjoni mil-lati tekniċi, regolatorji u operazzjonali;
(b)l-istatus tal-iżvilupp ta' fjuwil użat, l-iskart nukleari u strateġiji tad-dekummissjonar, il-qafas leġislattiv u regolatorju rispettiv u l-implimentazzjoni tal-proġetti;
(b)l-istatus tal-iżvilupp ta' fjuwil użat, l-iskart nukleari u strateġiji tad-dekummissjonar, l-għadd u l-iskala tar-riabilitazzjoni meħtieġa f’ex siti u stallazzjonijiet nukleari, il-qafas rispettiv leġiżlattiv u regolatorju u l-implimentazzjoni tal-proġetti;
(c) l-għadd u l-importanza ta' kwistjonijiet identifikati fir-rapporti rilevanti tal-IAEA dwar is-salvagwardji nukleari.
(c) l-għadd u l-importanza ta' kwistjonijiet identifikati fir-rapporti rilevanti tal-IAEA dwar is-salvagwardji nukleari.
(ca) l-impatt fit-tul fuq l-ambjent;
3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-miżuri adottati huma konsistenti mal-qafas politiku strateġiku ġenerali tal-Unjoni fil-qafas għall-pajjiż imsieħeb, u partikolarment mal-għanijiet tal-iżvilupp tagħha u ta' politiki u programmi ta' kooperazzjoni ekonomika.
3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-miżuri adottati huma konsistenti mal-qafas politiku strateġiku ġenerali tal-Unjoni fil-qafas għall-pajjiż imsieħeb, u partikolarment mal-għanijiet tal-iżvilupp tagħha u ta' politiki u programmi ta' kooperazzjoni ekonomika.
3a. L-objettivi stipulati fil-paragrafu 1 hawn fuq għandhom jintlaħqu primarjament permezz tal-miżuri li ġejjin:
(a) appoġġ għall-entitajiet regolatorji biex jiżguraw l-indipendenza, il-kompetenza u l-iżvilupp tagħhom u għall-investiment f'riżorsi umani;
(b) appoġġ għal miżuri għat-tisħiħ u l-implimentazzjoni tal-qafas leġiżlattiv;
(c) appoġġ għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' sistemi ta' valutazzjoni tas-sikurezza bbażati fuq standards simili għal dawk applikati fl-Unjoni Ewropea;
(d) kooperazzjoni fl-oqsma li ġejjin: għarfien espert, esperjenza u żvilupp tal-ħiliet, proċeduri tal-ġestjoni tal-inċidenti u ta' prevenzjoni tal-inċidenti, strateġiji għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u starteġiji ta' dekummissjonar.
Dawn il-miżuri għandhom jinkludu element sostanzjali ta' skambju ta' għarfien (qsim ta' għarfien espert, appoġġ għal programmi, kemm eżistenti kif ukoll ġodda, ta' edukazzjoni u taħriġ fil-qasam tas-sikurezza nukleari) sabiex tissaħħaħ is-sostenibilità tar-riżultati miksuba.
4. Miżuri speċifiċi appoġġjati minn dan ir-Regolament u l-kriterji li japplikaw għal kooperazzjoni dwar is-sikurezza nukleari huma dettaljati fl-Anness.
4. Miżuri speċifiċi appoġġjati minn dan ir-Regolament u l-kriterji li japplikaw għal kooperazzjoni dwar is-sikurezza nukleari huma dettaljati fl-Anness.
5. Kooperazzjoni finanzjarja, ekonomika u teknika pprovduta taħt dan ir-Regolament għandha tkun kumplimentarja għal dik ipprovduta mill-Unjoni taħt strumenti oħra ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp.
5. Kooperazzjoni finanzjarja, ekonomika u teknika pprovduta taħt dan ir-Regolament għandha tkun kumplimentarja għal dik ipprovduta mill-Unjoni taħt strumenti oħra ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp "Orizzont 2020" u l-programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkomplementa l-Orizzont 2020.
5a. Filwaqt li tingħata l-għajnuna taħt dan l-istrument għandha tingħata prijorità lill-pajjiżi benefiċjarji skont ir-Regolament (UE) Nru ... / ... 1 u r-Regolament (UE) Nru ... / ... 2 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
1Regolament (UE) Nru ... /2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II)(ĠU L...)
2Regolament (UE) Nru ... /2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'....li tistabbilixxi Strument Ewropew tal-Viċinat u tas-Sħubija (ĠU L...)
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 3
3. Id-dokumenti ta' istrateġija se jkollhom l-għan li jipprovdu qafas koerenti għall-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-pajjiżi msieħba jew ir-reġjuni kkonċernati, konsistenti mal-għan globali u l-kamp ta' applikazzjoni, mal-objettivi, il-prinċipji u l-politika tal-Unjoni.
3. Id-dokumenti ta' istrateġija se jkollhom l-għan li jipprovdu qafas koerenti għall-kooperazzjoni bejn l-Unjoni, l-Istati Membri u l-pajjiżi sħab jew ir-reġjuni kkonċernati, konsistenti mal-għan globali u l-kamp ta' applikazzjoni, mal-objettivi, il-prinċipji u l-politiki esterni u interni tal-Unjoni.
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 5
5. Id-dokument ta' strateġija għandu jiġi approvat mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15 (3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni Komuni. Id-dokumenti ta' strateġija jistgħu jiġu riveduti f'nofs il-perjodu jew kull meta jkun meħtieġ skont l-istess proċedura. Madankollu, din il-proċedura m'għandhiex tkun meħtieġa għall-aġġornamenti tal-istrateġija li ma jaffettwawx żoni prijoritarji inizjali u l-objettivi stipulati fid-dokument.
5. Id-dokument ta' strateġija għandu jiġi approvat mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni Komuni. Id-dokumenti ta' strateġija jridu jiġu riveduti f'nofs il-perjodu jew kull meta jkun meħtieġ skont l-istess proċedura. Madankollu, din il-proċedura m'għandhiex tkun meħtieġa għall-aġġornamenti tal-istrateġija li ma jaffettwawx żoni prijoritarji inizjali u l-objettivi stipulati fid-dokument, sakemm ma jkollhomx impatt finanzjarju li jaqbeż il-livelli limiti definiti fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Komuni.
Id-dokument ta' strateġija jrid jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew, li għandu jagħti l-valutazzjoni tiegħu fir-reviżjoni ta' nofs iż-żmien.
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2
2. Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta' prijorità magħżula għall-finanzjament, l-għanijiet speċifiċi, ir-riżultati mistennija ul-indikaturi ta' prestazzjoni u l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi, kemm globalment kif ukoll għal kull qasam ta' prijorità, u li jinkludu riżerva raġonevoli ta' fondi mhux allokati; din tista' tingħata, fejn ikun xieraq, fil-forma ta' firxa jew ta' minimu.
2. Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta' prijorità magħżula għall-finanzjament, l-għanijiet speċifiċi, ir-riżultati mistennija, indikaturi ta' prestazzjoni ċari, speċifiċi u trasparenti u l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi, kemm globalment kif ukoll għal kull qasam ta' prijorità, u li jinkludu riżerva raġonevoli ta' fondi mhux allokati iżda bla ħsara għas-setgħat tal-awtorità baġitarja; din tista' tingħata, fejn ikun xieraq, fil-forma ta' firxa jew ta' minimu. Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jistabbilixxu regoli biex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u jiġi żgurat l-użu tajjeb tal-fondi disponibbli.
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 3
3. Il-programmi multiannwali indikattivi għandhom, fil-prinċipju, ikunu bbażati fuq djalogu mal-pajjiżi msieħba jew reġjun(i) li jinvolvu l-partijiet interessati, sabiex jiġi żgurat li dak il-pajjiż jew reġjun ikkonċernat ikollu biżżejjed appartenenza tal-proċess u biex jiġi inkoraġġit l-appoġġ għal strateġiji nazzjonali ta' żvilupp.
3. Il-programmi multiannwali indikattivi għandhom, kemm jista’ jkun, ikunu bbażati fuq djalogu mal-pajjiżi sħab jew reġjun(i) li jinvolvu l-partijiet interessati, sabiex jiġi żgurat li dak il-pajjiż jew reġjun ikkonċernat ikollu biżżejjed appartenenza tal-proċess u biex jiġi inkoraġġit l-appoġġ għal strateġiji nazzjonali ta' żvilupp. Dawn il-programmi indikattivi multiannwali għandhom iqisu l-programm ta' ħidma tal-IAEA fil-qasam tas-sikurezza nukleari u l-ġestjoni tal-iskart.
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 5
5. Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jiġu riveduti kif meħtieġ, b'kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe eżaminazzjoni tad-dokumenti rilevanti ta' strateġija f'konformità mal-istess proċedura. Madankollu, il-proċedura tal-eżami m'għandhiex tkun meħtieġa għal modifiki li l-programmi indikattivi multiannwali, li jagħmlu aġġustamenti tekniċi, jassenjaw mill-ġdid fondi fi ħdan l-allokazzjonijiet għal kull qasam ta' priorità, jew iżidu jew inaqqsu d-daqs inizjali tal-allokazzjoni indikattiva b'inqas minn 20%, kemm-il darba dawn il-modifiki ma jaffettwawx l-oqsma prijoritarji inizjali u l-miri stipulati fid-dokument. Kull miżura teknika bħal dawn għandha tiġi kkomunikata fi żmien xahar lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jiġu riveduti kif meħtieġ, b'kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe eżaminazzjoni tad-dokumenti rilevanti ta' strateġija f'konformità mal-istess proċedura. Madankollu, il-proċedura tal-eżami m'għandhiex tkun meħtieġa għal modifiki li l-programmi indikattivi multiannwali, li jagħmlu aġġustamenti tekniċi, jassenjaw mill-ġdid fondi fi ħdan l-allokazzjonijiet għal kull qasam ta' prijorità, jew iżidu jew inaqqsu d-daqs inizjali tal-allokazzjoni indikattiva fi ħdan il-limitu perċentwali relevanti stipulat fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Komuni, kemm-il darba dawn il-modifiki ma jaffettwawx l-oqsma prijoritarji inizjali u l-miri stipulati fid-dokument. Kull miżura teknika bħal dawn għandha tiġi kkomunikata fi żmien xahar lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Jekk l-ammont totali tal-emendi mhux sostanzjali jew l-impatt baġitarju tagħhom jeċċedi l-limiti għal finanzjament fuq skala żgħira, kif stipulat fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni Komuni, għandha tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(3) ta’ dak ir-Regolament.
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 4a (ġdid)
Artikolu 4 a
Rappurtaġġ
1. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u għandha tagħti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport darbtejn fis-sena dwar l-implimentazzjoni tal-għajnuna għal kooperazzjoni.
2. Ir-rapport għandu jkun fih informazzjoni relatata mas-sentejn preċedenti dwar il-miżuri ffinanzjati, informazzjoni dwar ir-riżultati ta' eżerċizzji ta' monitoraġġ u evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta' impenji u pagamenti tal-baġit, imqassma skont il-pajjiż, ir-reġjun u t-tip ta' kooperazzjoni, kif ukoll il-pjanijiet ta’ pajjiżi terzi fil-qasam tas-sikurezza nukleari.
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 5a (ġdid)
Artikolu 5a
Il-koerenza u l-komplementarjetà tal-għajnuna tal-Unjoni
1. Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi żgurata l-koerenza ma’ oqsma u strumenti oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, kif ukoll ma' politiki rilevanti oħra tal-Unjoni.
2. L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-programmi ta' appoġġ rispettivi tagħhom bl-għan li jżidu l-effikaċja u l-effiċjenza rigward l-għoti tal-appoġġ u d-djalogu politiku b’konformità mal-prinċipji stabbiliti għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni operattiva fil-qasam tal-appoġġ estern, u għall-armonizzazzjoni tal-politika u l-proċeduri. Il-koordinazzjoni għandha tinvolvi konsultazzjonijiet regolari u skambji frekwenti ta' informazzjoni relevanti tul il-fażijiet differenti taċ-ċiklu ta' appoġġ.
3. L-Unjoni, b'kollaborazzjoni mal-Istati Membri, għandha tieħu l-passi neċessarji biex tiżgura l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni xierqa ma’ organizzazzjonijiet u entitajiet multilaterali u reġjonali, inklużi, iżda mhux biss, istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti, fondi u programmi, fondazzjonijiet privati u politiċi kif ukoll donaturi mhux tal-Unjoni.
Emenda 33/rev Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1
1. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tul il-perjodu 2014 sal-2020 huwa ta' EUR 631 100 000.
1. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tul il-perjodu 2014 sal-2020 huwa ta' EUR 225 321 000.
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2
2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju multiannwali.
2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u tal-Kunsillfil-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali
Emenda 20 Proposta għal regolament Anness – Miżuri speċifiċi appoġġjati
Miżuri speċifiċi appoġġjati
Miżuri speċifiċi appoġġjati
Il-miżuri li ġejjin jistgħu jiġu appoġġjati biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.
Il-miżuri li ġejjin jistgħu jiġu appoġġjati biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.
(a) Il-promozzjoni ta' kultura effettiva ta' sikurezza nukleari u l-implimentazzjoni tal-ogħla standards ta' sikurezza nukleari u protezzjoni kontra r-radjazzjoni fil-livelli kollha, b'mod partikolari permezz ta' :
(a) L-istabbiliment u l-promozzjoni ta' governanza u kultura effettiva ta' sikurezza nukleari u l-implimentazzjoni tal-ogħla standards ta' sikurezza nukleari li jirriflettu l-iktar prattiki avvanzati u protezzjoni kontra r-radjazzjoni fil-livelli kollha, b'mod partikolari permezz ta':
– appoġġ kontinwu għall-korpi regolatorji, organizzazzjonijiet ta' appoġġ tekniku, u r-rinfurzar tal-qafas regolatorju, partikolarment dwar l-attivitajiet ta' liċenzjar, inkluż l-eżaminazzjoni u s-segwitu ta' valutazzjonijiet effettivi u komprensivi ta' riskju u sikurezza ('stress tests');
– appoġġ kontinwu għall-korpi regolatorji, organizzazzjonijiet ta' appoġġ tekniku, u r-rinfurzar tal-qafas regolatorju, partikolarment dwar l-attivitajiet ta' liċenzjar, inkluż l-eżaminazzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' sikurezza fl-istallazzjonijiet nukleari biex jintlaħaq standard li jirrifletti l-iktar prattiki avvanzati fl-UE mil-lat tekniku, regolatorju u operazzjonali;
– il-promozzjoni ta' oqfsa, proċeduri u sistemi regolatorji effikaċi li jiżguraw kontra radjazzjoni jonizzanti minn materjali radjuattivi, b'mod partikolari minn sorsi radjuattivi ta' attività għolja, u r-rimi tagħhom mingħajr periklu;
– il-promozzjoni ta' oqfsa, proċeduri u sistemi regolatorji effikaċi u trasparenti li jiżguraw protezzjoni adegwata kontra radjazzjoni jonizzanti minn materjali radjuattivi, b'mod partikolari minn sorsi radjuattivi ta' attività għolja, u r-rimi tagħhom mingħajr periklu;
– il-promozzjoni ta’ sistemi effikaċi ta’ governanza tas-sikurezza nukleari, li jiggarantixxu l-indipendenza, ir-responsabilità u l-awtorità tal-korpi regolatorji kif ukoll strutturi ta’ kooperazzjoni reġjonali u internazzjonali bejn tali korpi;
– it-twaqqif ta' arranġamenti effettivi għall-prevenzjoni tal-inċidenti b'konsegwenzi radjoloġiċi kif ukoll il-mitigazzjoni ta' tali konsegwenzi jekk iseħħu (pereżempju, il-monitoraġġ tal-ambjent fil-każ ta' rilaxxi radjuattivi, id-disinn u l-implimentazzjoni ta' attivitajiet ta' mitigazzjoni u rimedju), u għall-miżuri ta' ppjanar għall-emerġenzi, preparatezza u rispons, protezzjoni ċivili u riabilitazzjoni.
– it-twaqqif ta' arranġamenti effettivi għall-prevenzjoni tal-inċidenti b'konsegwenzi radjoloġiċi kif ukoll il-mitigazzjoni ta' tali konsegwenzi jekk iseħħu (pereżempju, il-monitoraġġ tal-ambjent fil-każ ta' rilaxxi radjuattivi, id-disinn u l-implimentazzjoni ta' attivitajiet ta' mitigazzjoni u rimedju), u għall-miżuri ta' ppjanar għall-emerġenzi, preparatezza u rispons, protezzjoni ċivili u riabilitazzjoni.
– appoġġlill-operaturi nukleari, f'każijiet eċċezzjonali, taħt ċirkostanzi speċifiċi u ġġustifikati tajjeb fil-qafas ta' miżuri ta' segwitu tal-valutazzjonijiet komprensivi ta' sikurezza u ta' riskju ('istress tests');
– kooperazzjoni ma’ operaturi nukleari, f'każijiet eċċezzjonali, taħt ċirkostanzi speċifiċi u ġġustifikati tajjeb fil-qafas ta' miżuri ta' segwitu tal-valutazzjonijiet komprensivi ta' sikurezza u ta' riskju ('stress tests');
– il-promozzjoni ta' politiki ta' informazzjoni, edukazzjoni u taħriġ professjonali fil-qasam tal-enerġija nukleari u relatati maċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari, il-ġestjoni tal-iskart nukleari u l-protezzjoni mir-radjazzjoni.
(b) Ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv, diżattivazzjoni u rimedjazzjoni ta' dawk li kienu siti nukleari u stallazzjonijiet, b'mod partikolari permezz ta' :
(b) Ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv, diżattivazzjoni u rimedjazzjoni ta' dawk li kienu siti nukleari u stallazzjonijiet, b'mod partikolari permezz ta' :
– kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi fil-qasam ta' karburant nukleari użat u l-ġestjoni tal-iskart radjoattiv (jiġifieri t-trasport, il-pretrattament, it-trattament, l-ipproċessar, il-ħżin u r-rimi) inkluż l-iżvilupp ta' strateġiji speċifiċi u oqfsa għal ġestjoni responsabbli ta' fjuwil nukleari moħli u skart radjuattiv;
– kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi fil-qasam ta' karburant nukleari użat u l-ġestjoni tal-iskart radjoattiv (jiġifieri t-trasport, il-pretrattament, it-trattament, l-ipproċessar, il-ħżin u r-rimi) inkluż l-iżvilupp ta' strateġiji speċifiċi u oqfsa għal ġestjoni responsabbli ta' fjuwil nukleari moħli u skart radjuattiv;
– l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji u oqfsa għad-diżattivazzjoni ta' stallazzjonijiet eżistenti, għal r-riabilitazzjoni ta' dawk li kienu siti nukleari u siti storiċi relatati mat-tħaffir għall-uranju, u għall-irkupru u l-ġestjoni ta' oġġetti u materjal radjuattiv mgħarraq fil-baħar;
– l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji u oqfsa għad-diżattivazzjoni ta' stallazzjonijiet eżistenti, għal r-riabilitazzjoni ta' dawk li kienu siti nukleari u siti storiċi relatati mat-tħaffir għall-uranju, u għall-irkupru u l-ġestjoni ta' oġġetti u materjal radjuattiv mgħarraq fil-baħar;
– It-twaqqif tal-qafas u l-metodoloġiji regolatorji meħtieġa (inklużi l-metodi forensiċi nukleari) għall-implimentazzjoni ta' salvagwardji nukleari, inklużi l-kontabilità u l-kontroll kif suppost ta' materjali fissili fil-livell Statali u fil-livell tal-operaturi;
– It-twaqqif tal-qafas u l-metodoloġiji regolatorji meħtieġa (inklużi l-metodi forensiċi nukleari) għall-implimentazzjoni ta' salvagwardji nukleari, inklużi l-kontabilità u l-kontroll kif suppost ta' materjali fissili fil-livell Statali u fil-livell tal-operaturi;
– Miżuri li jippromwovu l-kooperazzjoni internazzjonali (anke fil-qafas ta' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, b'mod partikolari tal-IAEA) fl-oqsma msemmija hawn fuq, inklużi l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' Konvenzjonijiet u Trattati internazzjonali, l-iskambju ta' informazzjoni, bini ta' kapaċità u t-taħriġ fil-qasam ta' sikurezza u riċerka nukleari.
– Miżuri li jippromwovu l-kooperazzjoni internazzjonali (anke fil-qafas ta' organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali rilevanti, b'mod partikolari tal-IAEA) fl-oqsma msemmija hawn fuq, inklużi l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' Konvenzjonijiet u Trattati internazzjonali, l-iskambju ta' informazzjoni, bini ta' kapaċità u t-taħriġ fil-qasam ta' sikurezza u riċerka nukleari.
(ba) Assistenza biex jiġi żgurat livell għoli ta' kompetenza u speċjalizzazzjoni tar-regolaturi, l-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ tekniku u l-operaturi (mingħajr tgħawwiġ tal-kompetizzjoni) fl-oqsma koperti b’dan ir-Regolament, partikolarment permezz ta':
– l-appoġġ kontinwu għall-edukazzjoni u t-taħriġ tal-persunal tal-entitajiet regolatorji, organizzazzjonijiet ta’ appoġġ tekniku u operaturi nukleari (mingħajr tgħawwiġ tal-kompetizzjoni);
– il-promozzjoni tal-iżvilupp ta' faċilitajiet ta' taħriġ adegwati.
Emenda 21 Proposta għal regolament Anness – Kriterji – 1. Kriterji ġenerali
1. Il-kriterji ġenerali
1. Il-kriterji ġenerali
– Il-kooperazzjoni tista' tkopri l-'pajjiżi terzi' kollha (Stati Membri mhux fl-UE) madwar id-dinja.
– Il-kooperazzjoni għandha tkopri l-'pajjiżi terzi' kollha (Stati Membri mhux fl-UE) b’konformità mal-objettivi stipulati fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.
– Se tingħata prijorità lill-pajjiżi ta' Adeżjoni u l-pajjiżi fir-reġjun Ewropew tal-Viċinat. Approċċi reġjonali ser ikunu ffavoriti.
– Se tingħata prijorità lill-pajjiżi ta' Adeżjoni u l-pajjiżi fir-reġjun Ewropew tal-Viċinat. Approċċi reġjonali ser ikunu ffavoriti.
– Pajjiżi bi dħul għoli għandhom ikunu inklużi biss biex ikunu jistgħu jittieħdu miżuri eċċezzjonali, per eżempju wara inċident nukleari maġġuri, jekk ikun meħtieġ u xieraq.
– Pajjiżi bi dħul għoli għandhom ikunu inklużi biss biex ikunu jistgħu jittieħdu miżuri eċċezzjonali, per eżempju wara inċident nukleari maġġuri, jekk ikun meħtieġ u xieraq. Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, ‘pajjiżi bi dħul għoli’ tfisser il-pajjiżi u t-territorji elenakati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/20061
– Fehim komuni u fehim reċiproku bejn il-pajjiż terz u l-Unjoni Ewropea għandu jiġi kkonfermat permezz ta' talba formali lill-Kummissjoni, li tikkommetti lill-Gvern rispettiv.
– Fehim komuni u fehim reċiproku bejn il-pajjiż terz u l-Unjoni Ewropea għandu jiġi kkonfermat permezz ta' talba formali lill-Kummissjoni, li tikkommetti lill-Gvern rispettiv.
– Pajjiżi terzi li jixtiequ jikkooperaw mal-Unjoni Ewropea għandhom jikkonformaw totalment mal-prinċipji ta' non-proliferazzjoni. Għandhom ukoll ikunu partijiet mill-konvenzjonijiet rilevanti, fil-qafas tal-IAEA, fuq is-sikurezza u s-sigurtà nukleari jew ħadu passi li juru impenn sod biex jaderixxu għal tali konvenzjonijiet. Il-kooperazzjoni mal-Unjoni Ewropea tista' ssir bil-kundizzjoni tal-adeżjoni jew it-tlestija ta' passi lejn l-adeżjoni mal-konvenzjonijiet rilevanti. F'każijiet ta' emerġenza, il-flessibilità għandha, eċċezzjonalment, tiġi murija fl-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju.
– Pajjiżi terzi li jixtiequ jikkooperaw mal-Unjoni Ewropea għandhom jikkonformaw totalment mal-prinċipji ta' non-proliferazzjoni. Għandhom ukoll ikunu partijiet mill-konvenzjonijiet rilevanti, fil-qafas tal-IAEA, fuq is-sikurezza u s-sigurtà nukleari jew ħadu passi li juru impenn sod biex jaderixxu għal tali konvenzjonijiet. Il-kooperazzjoni mal-Unjoni Ewropea għandha ssir bil-kundizzjoni tal-adeżjoni mal-konvenzjonijiet rilevanti u l-implimentazzjoni tagħhom. F'każijiet ta' emerġenza, il-flessibilità għandha, eċċezzjonalment, tiġi murija fl-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju, jekk in-nuqqas ta’ teħid ta’ azzjoni x’aktarx iżid ir-riskji għall-Unjoni u ċ-ċittadini tagħha.
– Sabiex jiżgura u jimmonitorja l-konformità mal-għanijiet ta' kooperazzjoni, il-pajjiż terz benefiċjarju għandu jaċċetta l-prinċipju ta' valutazzjoni tal-azzjonijiet meħuda. L-evalwazzjoni tagħmilha possibbli biex wieħed jimmonitorja u jivverifika l-konformità mal-għanijiet miftiehma u tista' tkun kundizzjoni għat-tkomplija ta' pagament tal-kontribut tal-Komunità.
– Sabiex jiżgura u jimmonitorja l-konformità mal-għanijiet ta' kooperazzjoni, il-pajjiż terz benefiċjarju għandu jaċċetta l-prinċipju ta' valutazzjoni tal-azzjonijiet meħuda. Il-konformità verifikabbli u kontinwa mal-għanijiet miftiehma għandha tkun kundizzjoni għat-tkomplija ta' pagament tal-kontribut tal-Komunità.
– Il-kooperazzjoni fl-oqsma tas-sikurezza u s-salvagwardji nukleari taħt dan ir-Regolament mhijiex immirata lejn il-promozzjoni tal-enerġija nukleari.
– Il-kooperazzjoni fl-oqsma tas-sikurezza u s-salvagwardji nukleari taħt dan ir-Regolament mhijiex immirata lejn il-promozzjoni tal-enerġija nukleari jew lejn l-estensjoni taż-żmien tat-tħaddim tal-impjanti tal-enerġija nukleari eżistenti.
_______________
1 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 tal- 21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli, u ma’ pajjiżi li qed jiżviluppaw li jaqaw fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għal attivitajiet li mhumiex għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp.(ĠU L 405, 30.12.2006).
Emenda 22 Proposta għal regolament Anness – Kriterji – 2. Pajjiżi b'kapaċità tal-ġenerazzjoni nukleari li ġiet installata - paragrafu 1
Fil-każ ta' pajjiżi li jkunu diġà bbenefikaw mill-finanzjament tal-Komunità, kooperazzjoni addizzjonali għandha tiddependi fuq l-evalwazzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit Komunitarju u fuq ġustifikazzjoni xierqa ta' ħtiġijiet ġodda. L-evalwazzjoni għandha tagħmilha possibbli li tiġi ddeterminata b'mod aktar preċiż in-natura tal-kooperazzjoni u l-ammonti li jingħataw lil dawk il-pajjiżi fil-futur.
Fil-każ ta' pajjiżi li jkunu diġà bbenefikaw mill-finanzjament tal-Komunità, kooperazzjoni addizzjonali għandha tiddependi fuq l-evalwazzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit Komunitarju u fuq ġustifikazzjoni xierqa ta' ħtiġijiet ġodda. L-evalwazzjoni għandha tagħmilha possibbli li tiġi ddeterminata b'mod aktar preċiż in-natura tal-kooperazzjoni u l-ammonti li jingħataw lil dawk il-pajjiżi fil-futur. L-Unjoni għandha tħeġġeġ il-kooperazzjoni reġjonali u l-mekkaniżmi ta’ evalwazzjoni bejn il-pari.
Emenda 23 Proposta għal regolament Anness – Kriterji – 3. Pajjiżi mingħajr kapaċità tal-ġenerazzjoni nukleari li ġiet installata – paragrafu 2
Fil-każ ta' pajjiżi li jixtiequ jiżviluppaw il-kapaċità tal-ġenerazzjoni nukleari, kemm jekk għandhom jew m'għandhomx reatturi għar-riċerka u li għalihom tqum il-kwistjoni tal-intervent fil-mument opportun biex jiġi żgurat li kultura ta' sikurezza u s-sigurtà nukleari titrawwem mod parallel mal-iżvilupp tal-programm tal-ġenerazzjoni nukleari, speċjalment fir-rigward tat-tisħiħ tal-awtoritajiet regolatorji u l-organizzazzjonijiet ta' appoġġ tekniku, il-kooperazzjoni se tikkunsidra l-kredibilità tal-programm tal-iżvilupp tal-enerġija nukleari, l-eżistenza ta' deċiżjoni governattiva dwar l-użu tal-enerġija nukleari u t-tfassil preliminari ta' pjan direzzjonali.
Fil-każ ta' pajjiżi li jixtiequ jiżviluppaw il-kapaċità tal-ġenerazzjoni nukleari, kemm jekk għandhom jew m'għandhomx reatturi għar-riċerka u li għalihom tqum il-kwistjoni tal-intervent fil-mument opportun biex jiġi żgurat li kultura ta' sikurezza u s-sigurtà nukleari titrawwem mod parallel mal-iżvilupp tal-programm tal-ġenerazzjoni nukleari, speċjalment fir-rigward tat-tisħiħ tal-governanza tas-sikurezza nukleari u tal-indipendenza u l-kapaċità tal-awtoritajiet regolatorji u l-organizzazzjonijiet ta' appoġġ tekniku. Il-kooperazzjoni se tikkunsidra l-kredibilità tal-programm tal-iżvilupp tal-enerġija nukleari, l-eżistenza ta' deċiżjoni governattiva dwar l-użu tal-enerġija nukleari u t-tfassil preliminari ta' pjan direzzjonali.
Sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet ta' sikurezza meħtieġa biex jiġu eliminati l-perikli għall-ħajja u s-saħħa tal-pubbliku, u biex jiġi żgurat li l-materjali nukleari ma jingħatawx direzzjoni oħra għal għanijiet barra dawk li hu maħsub għalihom, il-kooperazzjoni hi diretta primarjament lejn ir-regolaturi nukleari (u l-organizzazzjonijiet ta' sostenn tekniku tagħhom). L-għan huwa li tkun żgurata l-kompetenza teknika u l-indipendenza tagħhom u r-rinfurzar tal-qafas regolatorju, partikolarment dwar l-attivitajiet ta' liċenzjar, inkluż ir-reviżjoni u segwitu effettiv u komprensiv ta' valutazzjonijiet tar-riskju u tas-sikurezza ('stress tests').
Skont dan l-istrument, il-kooperazzjoni hi diretta primarjament lejn ir-regolaturi nukleari (u l-organizzazzjonijiet ta' sostenn tekniku tagħhom) bl-għan li tkun żgurata l-kompetenza teknika u l-indipendenza tagħhom u r-rinfurzar tal-qafas regolatorju, partikolarment dwar l-attivitajiet ta' liċenzjar, inkluż ir-reviżjoni u segwitu effettiv u komprensiv ta' valutazzjonijiet tar-riskju u tas-sikurezza ('stress tests'). Dan għandu joħloq il-kundizzjonijiet ta' sikurezza meħtieġa biex jiġu eliminati l-perikli għall-ħajja u s-saħħa tal-pubbliku, u biex jiġi żgurat li l-materjal nukleari ma jiġix devjat għal skopijiet oħra għajr dawk li hu maħsub għalihom.
Prijoritajiet oħra ta' programmi ta' kooperazzjoni biex jiġu żviluppati fil-kuntest ta' dan ir-Regolament jinkludu:
Prijoritajiet oħra ta' programmi ta' kooperazzjoni biex jiġu żviluppati fil-kuntest ta' dan ir-Regolament jinkludu:
— attivitajiet ta’ għoti ta' liċenzji;
– l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji u strutturi responsabbli għall-użu responsabbli u l-ġestjoni sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv;
– l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji u strutturi responsabbli għall-użu responsabbli u l-ġestjoni sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv;
– id-diżattivazzjoni ta' stallazzjonijiet eżistenti u r-riabilitazzjoni ta' dawk li kienu siti nukleari u siti storiċi relatati mat-tħaffir għall-uranju, kif ukoll l-irkupru u l-ġestjoni ta' oġġetti u ta' materjal radjuattiv mgħarrqa fil-baħar, meta dawn jikkostitwixxu periklu għall-pubbliku.
– id-dekummissjonar ta' stallazzjonijiet eżistenti u r-riabilitazzjoni ta' dawk li kienu siti nukleari u siti storiċi relatati mat-tħaffir għall-uranju, kif ukoll l-irkupru u l-ġestjoni ta' oġġetti u materjal radjuattiv mgħarrqa fil-baħar, meta dawn jikkostitwixxu periklu għall-pubbliku.
– l-iżgurar li l-materjali nukleari ma jintużawx għal finijiet li għalihom ma kinux intenzjonati.
Kooperazzjoni ma' operaturi ta' installazzjonijiet nukleari f'pajjiżi terzi se jiġu kkunsidrati f’sitwazzjonijiet speċifiċi fil-qafas ta' miżuri ta' segwitu tal-'istress tests'. Tali kooperazzjoni mal-operaturi ta' stallazzjonijiet nukleari ser teskludi provvista ta' tagħmir.
Kooperazzjoni ma' operaturi ta' stallazzjonijiet nukleari f'pajjiżi terzi se jiġu kkunsidrati f’sitwazzjonijiet speċifiċi fil-qafas ta' miżuri ta' segwitu tal-'istress tests'. Tali kooperazzjoni mal-operaturi ta' stallazzjonijiet nukleari se teskludi provvista ta' tagħmir, u assistenza jew attivitajiet oħrajn li jistgħu u għandhom jinxtraw fuq bażi kummerċjali mill-operatur sabiex jissodisfa l-istandards ta’ sikurezza regolatorji.