Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/2159(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0370/2013

Testi mressqa :

A7-0370/2013

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 20/11/2013 - 8.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0476

Testi adottati
PDF 293kWORD 40k
L-Erbgħa, 20 ta' Novembru 2013 - Strasburgu
Mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà biex jikkomplementa l-finanzjament fil-baġit ġenerali tal-UE għall-2013 favur il-finanzjament tal-Fond Soċjali Ewropew biex jiżdiedu l-allokazzjonijiet għal Franza, l-Italja u Spanja
P7_TA(2013)0476A7-0370/2013
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità (COM(2013)0559 – C7-0235/2013 – 2013/2159(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, kif adottat b'mod definittiv fit-12 ta' Diċembru 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 7/2013, li ġie ppreżentat mill-Kummissjoni fil-25 ta' Lulju 2013 (COM(2013)0557),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(2), u b'mod partikulari l-punt 27 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0559 – C7-0235/2013),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill adottata fis-7 ta' Ottubru 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0370/2013),

A.  billi, wara li eżamina l-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn taħt l-Intestatura 1b, jidher li hemm bżonn li jiġi mobilizzat l-Istrument ta' Flessibilità,

B.  billi l-Kummissjoni pproponiet il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità biex jikkomplementa l-finanzjament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, oltre l-limitu massimu tal-Intestatura 1b, ta' EUR 134 049 037, favur il-finanzjament tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) biex l-allokazzjonijiet għal Franza, l-Italja u Spanja għas-sena 2013 jiżdiedu b'ammont totali ta' EUR 150 miljun,

1.  Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni biex taqbeż il-limitu massimu għall-Intestatura 1b b'EUR 134 049 037, bil-ħsieb li żżid l-allokazzjonijiet tal-FSE għal Franza, l-Italja u Spanja għas-sena 2013 b'ammont totali ta' EUR 150 miljun, u għall-mobilizzazzjoni korrispondenti tal-Istrument ta' Flessibilità;

2.  Jaqbel mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità f'approprjazzjonijiet ta' impenji sa massimu ta' EUR 134 049 037, għall-finanzjament ta' dawk l-allokazzjonijiet addizzjonali taħt l-Intestatura 1b;

3.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 66, 8.3.2013.
(2) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2014/94/UE.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza