Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0801(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0351/2013

Testi mressqa :

A7-0351/2013

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 20/11/2013 - 8.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0480

Testi adottati
PDF 207kWORD 38k
L-Erbgħa, 20 ta' Novembru 2013 - Strasburgu
Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet *
P7_TA(2013)0480A7-0351/2013

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2009/935/ĠAI fir-rigward tal-lista ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet (16229/2012 – C7-0011/2013 – 2013/0801(CNS))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (16229/2012),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)(1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(1)(a) tiegħu, skont liema l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C7-0011/2013),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/934/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tadotta r-regoli implimentattivi li jirregolaw ir-relazzjonijiet tal-Europol mal-imsieħba, inkluż l-iskambju ta' data personali u informazzjoni kklassifikata(2),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/935/ĠAI tat-30 ta’ Novembru 2009 li tiddetermina l-lista ta’ Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet(3),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0351/2013),

1.  Jiċħad l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill ma jadottax id-deċiżjoni, peress li reċentement il-Kummissjoni pproponiet regolament ġdid għall-Europol (Prosposta tal-Kummissjoni tas-27 ta' Marzu 2013 għal regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi u t-Taħriġ (Europol) u li jħassar d-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI (COM(2013)0173)), li permezz tiegħu d-dispożizzjonijiet u l-proċedura għall-konklużjoni ta’ ftehimiet ma’ Stati terzi u organizzazzjonijiet għandhom jiġu modifikati; għalhekk m'għandu jkun hemm ebda emenda għall-miżuri li jimplimentaw id-Deċiżjoni 2009/371/JHA;

3.  Jitlob lid-Direttur u lill-Bord Maniġerjali tal-Europol biex fil-każ li jiġi adottat l-abbozz ta’ deċiżjoni, ma jibdew negozjati dwar ftehimiet operattivi ma’ ebda wieħed mill-pajjiżi mniżżlin fih, peress li f'xi wħud mill-pajjiżi mniżżlin fl-abbozz ta' deċiżjoni ma jeżistix livell suffiċjenti ta' protezzjoni tad-data u peress li l-osservanza tad-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data personali ma tistax tiġi żgurata; jenfasizza li kwalunkwe skambju ta' data personali ma' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali jrid jipprovdi garanziji stretti ta' sigurtà rigward il-protezzjoni tal-privatezza u tad-drittijiet fundamentali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Europol.

(1) ĠU L 121, 15.5.2009, p.37.
(2) ĠU L 325, 11.12.2009, p. 6.
(3) ĠU L 325, 11.12.2009, p. 12.

Avviż legali - Politika tal-privatezza