Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/0288(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0363/2013

Testi mressqa :

A7-0363/2013

Dibattiti :

PV 20/11/2013 - 4
CRE 20/11/2013 - 4

Votazzjonijiet :

PV 20/11/2013 - 8.19
CRE 20/11/2013 - 8.19
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0490

Testi adottati
PDF 315kWORD 117k
L-Erbgħa, 20 ta' Novembru 2013 - Strasburgu
Il-finanzjament, l-immaniġġjar u l-monitoraġġ tal-PAK ***I
P7_TA(2013)0490A7-0363/2013
RETTIFIKI
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni (COM(2011)0628 – C7-0341/2011 – COM(2012)0551 – C7-0312/2012 – 2011/0288(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0628) u l-emendi għall-proposta (COM(2012)0551),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0341/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta’ April 2012(1), u tal-14 ta' Novembru 2012(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni 1/2012 tal-Qorti tal-Awdituri tat-8 ta' Marzu 2012(3),

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-4 ta' Mejju 2012(4),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2013 dwar il-ftuħ u l-mandat tan- negozjati interistituzzjonali dwar il-proposta(5),

–  wara li kkunsidra l-impenji meħuda mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz ta’ ittra tas-7 ta’ Ottubru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali kif ukoll tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju, tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0363/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament u tal-Kunsill mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma’ din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 191, 29.6.2012, p. 116.
(2) ĠU C 11, 15.1.2013, p. 88.
(3) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(4) ĠU C 225, 27.7.2012, p. 174.
(5) Testi adottati, P7_TA(2013)0087.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-maniġġar u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008
P7_TC1-COD(2011)0288

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1306/2013.)


ANNESS MAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL

dwar il-kondizzjonalità

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jistiednu lill-Kummissjoni biex timmonitorja t-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tad-Direttiva 2000/60/KE tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma kif ukoll tad-Direttiva 2009/128/KE tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidu u, fejn xieraq, tippreżenta, ladarba dawn id-Direttivi jkunu ġew implimentati mill-Istati Membri kollha u jkunu ġew identifikati l-obbligi applikabbli direttament għall-bdiewa, proposta leġislattiva li temenda dan ir-regolament bil-ħsieb li l-partijiet rilevanti ta' dawn id-Direttivi jiddaħħlu fis-sistema tal-kondizzjonalità.

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

dwar il-pagamenti tardivi magħmula mill-aġenzji tal-pagamenti lill-benefiċjarji (Artikolu 42(1))

Il-Kummissjoni Ewropea tiddikjara li meta tadotta regoli dwar it-tnaqqis ta' ħlasijiet lura lill-aġenziji tal-pagamenti f'każ ta' pagament magħmul lill-benefiċjarji wara l-aktar data tard possibbli stipulata mil-leġislazzjoni tal-Unjoni, ser jinżamm il-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet attwali relatati mal-pagamenti tardivi għall-FAEG.

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

dwar il-livell ta' implimentazzjoni (Artikolu 112b)

Il-Kummissjoni Ewropea tikkonferma li skont l-Artikolu 4(2) TUE, l-Unojin tirrispetta l-istrutturi kostituzzjonali tal-Istati Membri u għaldaqstant, l-Istati membri huma responsabbli biex jiddeċiedu f'liema livell jixtiequ jimplimentaw il-politika agrikola komuni, dment li jirrispettaw id-dritt tal-Unjoni u jiżguraw l-effikaċja tagħha. Dan il-prinċipji japplikaw għall-erba' Regolamenti kollha tar-riforma tal-PAK.

Avviż legali - Politika tal-privatezza