Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/0282(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0361/2013

Testi mressqa :

A7-0361/2013

Dibattiti :

PV 20/11/2013 - 4
CRE 20/11/2013 - 4

Votazzjonijiet :

PV 20/11/2013 - 8.20
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0491

Testi adottati
PDF 294kWORD 107k
L-Erbgħa, 20 ta' Novembru 2013 - Strasburgu
Appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) ***I
P7_TA(2013)0491A7-0361/2013
RETTIFIKI
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (COM(2011)0627 - C7-0340/2011 – COM(2012)0553 – C7-0313/2012 – 2011/0282(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0627) u l-proposta emendata (COM(2012)0553),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0340/2011),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Kamra tad-Deputati Lussemburgiża, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri 1/2012 tat-8 ta' Marzu 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' April 2012 u t-12 ta' Diċembru 2012(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-4 ta' Mejju 2012(3),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2013 dwar il-ftuħ u l-mandat tan-negozjati interistituzzjonali dwar il-proposta(4),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-7 ta' Ottubru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7–0361/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tirreferi l-kwistjoni għal darb’oħra lill-Parlament jekk hija għandha l-intenzjoni li temenda l-proposta tagħha sostanzjalment jew tissostitwiha b’test ieħor;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU C 191, 29.6.2012, p. 116 u ĠU C 44, 15.2.2013, p. 160.
(3) ĠU C 225, 27.7.2012, p.174
(4) Testi adotati, P7_TA(2013)0086.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-xx ta' Novembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005
P7_TC1-COD(2011)0282

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1305/2013.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza