Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 23 ta' Mejju 2013 - Strasburgu
Deċiżjoni li ma ssirx oppożizzjoni għal miżura ta' implimentazzjoni: tranżitu ta’ ċerti prodotti sekondarji tal-annimali mill-Bosnja-Ħerzegovina
 Kodiċi Doganali Komunitarju fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni tiegħu ***I
 Ristabbiliment tal-aċċess tal-Mjanmar/Burma għal preferenzi tariffarji ġeneralizzati ***I
 L-istabbiliment ta' qafas għall-ġestjoni tar-responsabbiltà finanzjarja marbuta mat-tribunali għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-istat stabbiliti permezz ta' ftehimiet internazzjonali li l-UE hija parti għalihom ***I
 Il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi ***I
 Ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ tal-klieb, il-qtates u l-inmsa ***I
 Proposti leġiżlattivi futuri dwar l-UEM
 Is-sitwazzjoni tar-rifuġjati Sirjani fil-pajjiżi ġirien
 Irkupru tal-assi mill-pajjiżi tar-Rebbiegħa Għarbija fi tranżizzjoni
 Rapport ta' progress 2012 dwar il-Bosnja-Ħerzegovina
 Rapport ta' progress 2012 dwar dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
 Negozjati dwar il-ftehim UE-Stati Uniti dwar il-kummerċ u l-investiment
 L-aċċess tal-Mjanmar/Burma għas-sistema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati
 Strateġija makroreġjonali għall-Alpi
 Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-istandards tas-saħħa u tas-sikurezza wara n-nirien fil-fabbriki u ttiġrif ta' bini reċenti fil-Bangladexx
 Guantánamo: strajk tal-ġuħ tal-priġunieri
 Indja: l-eżekuzzjoni ta' Mohammad Afzal Guru u l-implikazzjonijiet tagħha
 Rwanda: il-każ ta' Victoire Ingabire

Deċiżjoni li ma ssirx oppożizzjoni għal miżura ta' implimentazzjoni: tranżitu ta’ ċerti prodotti sekondarji tal-annimali mill-Bosnja-Ħerzegovina
PDF 203kWORD 20k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssirx oppożizzjoni għal abbozz ta’ regolament tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tat-tranżitu ta’ ċerti prodotti sekondarji tal-annimali mill-Bosnja-Ħerzegovina (D025828/03 – 2013/2598(RPS))
P7_TA(2013)0216B7-0251/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (D025828/03),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41(3) u l-Artikolu 42(2) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija fil-5 ta’ Marzu 2013 mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tas-16 ta' Mejju 2013, fejn talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għall-abbozz ta' regolament,

–  wara li kkundira l-ittra tal-21 ta’ Mejju 2013 mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel għall-Presdient tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28ta’Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 88(4)(d) u l-Artikolu 87a(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba inċiżi tal-Artikolu 87a(6) tar-Regoli ta' Proċedura li skada fit-22 ta' Mejju 2013,

1.  Jiddikjara li ma jopponix l-abbozz ta’ regolament tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kummissjoni u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kunsill.

(1) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.
(2) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


Kodiċi Doganali Komunitarju fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni tiegħu ***I
PDF 292kWORD 22k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 450/2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni tiegħu (COM(2013)0193 – C7-0096/2013 – 2013/0104(COD))
P7_TA(2013)0217A7-0170/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0193),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 33, 114 u 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0096/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta’ Mejju 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-26 ta' April 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0170/2013),

A.  Billi għal raġunijiet ta' urġenza huwa ġustifikat li ssir il-votazzjoni qabel ma tagħlaq l-iskadenza ta' tmien ġimgħat stabbilita fl-Artikolu 6 tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità;

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari hawn taħt imsemmija;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta’ Mejju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru ...2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 450/2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni tiegħu

P7_TC1-COD(2013)0104


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 528/2013.)

(1) Għadha mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Ristabbiliment tal-aċċess tal-Mjanmar/Burma għal preferenzi tariffarji ġeneralizzati ***I
PDF 286kWORD 20k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 552/97 li jirtira temporanjament l-aċċess għal preferenzi tariffarji ġeneralizzati mill-Mjanmar/Burma (COM(2012)0524 – C7-0297/2012 – 2012/0251(COD))
P7_TA(2013)0218A7-0122/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0524),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0297/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-27 ta' Marzu 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0122/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari hawn taħt msemmija;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta’ Mejju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 552/97 li jirtira temporanjament l-aċċess għal preferenzi tariffarji ġeneralizzati mill-Mjanmar/Burma

P7_TC1-COD(2012)0251


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 607/2013.)


L-istabbiliment ta' qafas għall-ġestjoni tar-responsabbiltà finanzjarja marbuta mat-tribunali għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-istat stabbiliti permezz ta' ftehimiet internazzjonali li l-UE hija parti għalihom ***I
PDF 500kWORD 42k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-23 ta’ Mejju 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-ġestjoni tar-responsabbiltà finanzjarja marbuta mat-tribunali għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-istat stabbiliti permezz ta' ftehimiet internazzjonali li l-Unjoni Ewropea hija parti tagħhom (COM(2012)0335 – C7-0155/2012 – 2012/0163(COD))(1)
P7_TA(2013)0219A7-0124/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Titolu
Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-ġestjoni tar-responsabbiltà finanzjarja marbuta mat-tribunali għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-istat stabbiliti permezz ta' ftehimiet internazzjonali li l-Unjoni Ewropea hija parti tagħhom

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, l-Unjoni kisbet kompetenza esklussiva għall-konklużjoni ta' ftehimiet internazzjonali dwar il-protezzjoni tal-investimenti. L-Unjoni diġà hija parti tat-Trattat dwar il-Karta tal-Enerġija li jipprovdi għall-protezzjoni tal-investimenti.
(1)  Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, l-Unjoni kisbet kompetenza esklussiva għall-konklużjoni ta' ftehimiet internazzjonali dwar il-protezzjoni tal-investimenti. L-Unjoni, kif ukoll l-Istati Membri, diġà huma parti tat-Trattat dwar il-Karta tal-Enerġija li jipprovdi għall-protezzjoni tal-investimenti.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)   Ftehimiet li jipprovdu għal protezzjoni tal-investimenti tipikament jinkludu mekkaniżmu ta' soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-istat, li jippermetti investitur minn pajjiż terz jagħmel talba kontra Stat li fih għamel investiment. Is-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-Istat jista' jirriżulta f'aġġudikazzjonijiet ta' kumpens monetarju. Barra minn hekk, huwa inevitabbli li jkun hemm spejjeż sinifikanti għall-amministrazzjoni tal-arbitraġġ kif ukoll spejjeż relatati mad-difiża fi kwalunkwe każ bħal dan.
(2)   Fil-każijiet fejn huwa ġustifikabbli, il-ftehimiet dwar il-protezzjoni tal-investimenti futuri li ġew konklużi mill-Unjoni jistgħu jinkludu mekkaniżmu ta' soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-istat, li jippermetti investitur minn pajjiż terz jagħmel talba kontra Stat li fih għamel investiment. Is-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-Istat jista' jirriżulta f'aġġudikazzjonijiet ta' kumpens monetarju. Barra minn hekk, huwa inevitabbli li jkun hemm spejjeż sinifikanti għall-amministrazzjoni tal-arbitraġġ kif ukoll spejjeż relatati mad-difiża fi kwalunkwe każ bħal dan.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
(3a)  Ir-responsabbiltà finanzjarja ma tistax tiġi ġestita sew jekk l-istandards ta' protezzjoni offruti fil-ftehimiet ta' investiment jeċċedu b'mod sinifikanti l-limiti ta' responsabbiltà rikonoxxuti fl-Unjoni u fil-maġġoranza tal-Istati Membri. Għaldaqstant, il-ftehimiet futuri tal-Unjoni għandhom jagħtu lill-investituri barranin l-istess livell ta' protezzjoni għolja iżda mhux livell ogħla ta' protezzjoni milli tagħti l-liġi tal-Unjoni u l-prinċipji ġenerali li huma komuni għad-drittijiet tal-Istati Membri lill-investituri fi ħdan l-Unjoni.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 3b (ġdida)
(3b)  Id-delinjazzjoni tal-limiti esterni tar-responsabbiltajiet finanzjarji fl-ambitu ta' dan ir-Regolament hija marbuta wkoll mas-salvagwardja tas-setgħat leġiżlattivi tal-Unjoni eżerċitati fi ħdan il-kompetenzi definiti mit-Trattati, u kkontrollati għal-legalità tagħhom mill-Qorti tal-Ġustizzja, li ma jistgħux jiġu indebitament ristretti minn responsabbiltà potenzjali definita barra mis-sistema bbilanċjata stabbilita mit-Trattati. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat b'mod ċar li r-responsabbiltà tal-Unjoni għall-atti leġiżlattivi speċjalment fl-interazzjoni mal-liġi internazzjonali, għandha tkun inkwadrata b'mod ristrett u ma tistax tiġi impenjata mingħajr l-istabbiliment b'mod ċar tal-ħtija.1 Il-ftehimiet futuri ta' investiment li għandhom jiġu konklużi mill-Unjoni għandhom jirrispettaw dawn is-salvagwardji għas-setgħat leġiżlattivi tal-Unjoni u ma għandhomx jistabbilixxu standards ta' responsabbiltà aktar stretti li jippermettu l-evażjoni tal-istandards iddefiniti mill-Qorti tal-Ġustizzja.
1Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta' Settembru 2008 fil-Każijiet Konġunti C-120/06 P u C-121/06 P, FIAMM u Fedon vs il-Kunsill u l-Kummissjoni [2008] Ġabra I-6513
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Fejn l-Unjoni għandha responsabbiltà internazzjonali għat-trattament mogħti, tkun mistennija, bħala kwistjoni ta' liġi internazzjonali, li tħallas kwalunkwe aġġudikazzjoni u l-ispejjeż ta' kwalunkwe tilwim. Madankollu, aġġudikazzjoni avversa tista' tirriżulta potenzjalment jew mit-trattament mogħti mill-Unjoni stess jew mit-trattament mogħti minn Stat Membru. Bħala konsegwenza ma jkunx ekwu li kieku l-aġġudikazzjonijiet u l-ispejjeż tal-arbitraġġ kellhom jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni meta t-trattament ikun ingħata minn Stat Membru. Għalhekk huwa meħtieġ li r-responsabbiltà finanzjarja tiġi allokata, bħala kwistjoni ta' liġi tal-Unjoni, u mingħajr ħsara għar-responsabbiltà internazzjonali tal-Unjoni, bejn l-Unjoni u l-Istat Membru responsabbli għat-trattament mogħti abbażi tal-kriterji stabbiliti b'dan ir-Regolament.
(4)  Fejn l-Unjoni, bħala entità li għandha personalità ġuridika, ikollha responsabbiltà internazzjonali għat-trattament mogħti, tkun mistennija, bħala kwistjoni ta' dritt internazzjonali, li tħallas kwalunkwe aġġudikazzjoni u l-ispejjeż ta' kwalunkwe tilwim. Madankollu, aġġudikazzjoni avversa tista' tirriżulta potenzjalment jew mit-trattament mogħti mill-Unjoni stess jew mit-trattament mogħti minn Stat Membru. Bħala konsegwenza ma jkunx ekwu li kieku l-aġġudikazzjonijiet u l-ispejjeż tal-arbitraġġ kellhom jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni Ewropea (baġit tal-Unjoni) meta t-trattament ikun ingħata minn Stat Membru. Għalhekk huwa meħtieġ li r-responsabbiltà finanzjarja tiġi allokata, bħala kwistjoni ta' liġi tal-Unjoni, u mingħajr ħsara għar-responsabbiltà internazzjonali tal-Unjoni, bejn l-Unjoni u l-Istat Membru responsabbli għat-trattament mogħti abbażi tal-kriterji stabbiliti b'dan ir-Regolament.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Ir-responsabbiltà finanzjarja għandha tiġi allokata lill-entità responsabbli għat-trattament li nsab li huwa inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehim. Dan ifisser li l-Unjoni għandu jkollha responsabbiltà finanzjarja fejn it-trattament ikkonċernat huwa mogħti minn istituzzjoni, korp jew aġenzija tal-Unjoni. L-Istat Membru konċernat għandu jkollu responsabbiltà finanzjarja fejn it-trattament ikkonċernat huwa mogħti minn Stat Membru. Madankollu, fejn Stat Membru jaġixxi b'mod meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, pereżempju meta jittrasponi direttiva adottata mill-Unjoni, l-Unjoni għandu jkollha responsabbiltà finanzjarja sa fejn it-trattament ikkonċernat huwa meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni. Ir-regolament jeħtieġ jipprevedi wkoll il-possibbiltà li każ individwali jikkonċerna kemm trattament mogħti minn Stat Membru kif ukoll trattament meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni. Dan se jkopri l-azzjonijiet kollha meħuda mill-Istati Membri u mill-Unjoni Ewropea.
(6)  Ir-responsabbiltà finanzjarja għandha tiġi allokata lill-entità responsabbli għat-trattament li nsab li huwa inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehim. Dan ifisser li l-Unjoni stess għandu jkollha responsabbiltà finanzjarja fejn it-trattament ikkonċernat huwa mogħti minn kwalunkwe istituzzjoni, korp, aġenzija jew entità ġuridika tal-Unjoni. L-Istat Membru konċernat għandu jkollu responsabbiltà finanzjarja fejn it-trattament ikkonċernat huwa mogħti minn tali Stat Membru. Madankollu, fejn Stat Membru jaġixxi b'mod meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, pereżempju meta jittrasponi direttiva adottata mill-Unjoni, l-Unjoni stess għandu jkollha responsabbiltà finanzjarja sa fejn it-trattament ikkonċernat huwa meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni. Ir-regolament jeħtieġ jipprevedi wkoll il-possibbiltà li każ individwali jikkonċerna kemm trattament mogħti minn Stat Membru kif ukoll trattament meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni. Dan se jkopri l-azzjonijiet kollha meħuda mill-Istati Membri u mill-Unjoni. F'każ bħal dan, l-Istat Membri u l-Unjoni għandu jkollhom responsabbiltà finanzjarja għat-trattament speċifiku mogħti minn xi ħadd minnhom.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
(6a)  Meta l-Istat Membru jaġixxi b'mod inkonsistenti ma' dak meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, pereżempju meta huwa jonqos milli jittrasponi direttiva adottata mill-Unjoni jew jeċċedi t-termini ta' direttiva adottata mill-Unjoni meta jimplimentaha fil-liġi nazzjonali, dak l-Istat Membru għandu konsegwentement ikollu r-responsabbiltà finanzjarja għat-trattament ikkonċernat.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Min-naħa l-oħra, fejn Stat Membru għandu r-responsabbiltà finanzjarja potenzjali li tirriżulta minn tilwim, huwa xieraq, bħala kwistjoni ta' prinċipju, li Stat Membru bħal dan ikun permess jaġixxi bħala konvenut sabiex jiddefendi t-trattament li jkun ta lill-investitur. L-arranġamenti stabbiliti f'dan ir-Regolament jipprovdu għal dan. Dan għandu l-vantaġġ sinifikanti li l-baġit tal-Unjoni u r-riżorsi tal-Unjoni ma jġorrux il-piż, anke b'mod temporanju, tal-ispejjeż tal-litigazzjoni jew kwalunkwe aġġudikazzjoni eventwali kontra l-Istat Membru konċernat.
(8)  Min-naħa l-oħra, fejn Stat Membru għandu r-responsabbiltà finanzjarja potenzjali li tirriżulta minn tilwim, huwa ekwu u xieraq, bħala kwistjoni ta' prinċipju, li Stat Membru bħal dan ikun permess jaġixxi bħala konvenut sabiex jiddefendi t-trattament li jkun ta lill-investitur. L-arranġamenti stabbiliti f'dan ir-Regolament jipprovdu għal dan. Dan għandu l-vantaġġ sinifikanti li l-baġit tal-Unjoni u r-riżorsi mhux finanzjarji tal-Unjoni ma jġorrux il-piż, anke b'mod temporanju, tal-ispejjeż tal-litigazzjoni jew kwalunkwe aġġudikazzjoni eventwali kontra l-Istat Membru konċernat.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  F'ċerti ċirkostanzi, huwa essenzjali, sabiex jiġi żgurat li l-interessi tal-Unjoni jistgħu jiġu mħarsa kif xieraq, li l-Unjoni stess taġixxi bħala konvenut f'tilwim li jinvolvi trattament mogħti minn Stat Membru. Dan jista' jkun il-każ, b'mod partikolari, fejn it-tilwim jinvolvi wkoll trattament mogħti mill-Unjoni, fejn jidher li t-trattament mogħti minn Stat Membru huwa meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, fejn huwa probabbli li talbiet simili jistgħu jitressqu kontra Stati Membri oħra jew fejn il-każ jinvolvi kwistjonijiet tal-liġi mhux solvuti, liema soluzzjoni jista' jkollha impatt fuq każijiet futuri possibbli kontra Stati Membri oħra jew l-Unjoni. Fejn tilwim jikkonċerna trattament parzjalment mogħti mill-Unjoni, jew meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, l-Unjoni għandha taġixxi bħala konvenut, sakemm it-talbiet li jikkonċernaw trattament bħal dan mhumiex ta' importanza minuri, b'kunsiderazzjoni tar-responsabbiltà finanzjarja potenzjali involuta u l-kwistjonijiet legali mqajma, relatati mat-talbiet li jikkonċernaw trattament mogħti mill-Istat Membru.
(10)  F'ċerti ċirkostanzi, huwa essenzjali, sabiex jiġi żgurat li l-interessi tal-Unjoni jistgħu jiġu mħarsa kif xieraq, li l-Unjoni stess tista' taġixxi bħala konvenut f'tilwim li jinvolvi trattament mogħti minn Stat Membru. Dan jista' jkun il-każ, b'mod partikolari, fejn it-tilwim jinvolvi wkoll trattament mogħti mill-Unjoni, fejn jidher li t-trattament mogħti minn Stat Membru huwa meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, fejn talbiet simili tressqu kontra Stati Membri oħra jew fejn il-każ jinvolvi kwistjonijiet tal-liġi, liema soluzzjoni jista' jkollha impatt fuq każijiet attwali jew futuri possibbli kontra Stati Membri oħra jew l-Unjoni. Fejn tilwim jikkonċerna trattament parzjalment mogħti mill-Unjoni, jew meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, l-Unjoni għandha taġixxi bħala konvenut, sakemm it-talbiet li jikkonċernaw trattament bħal dan mhumiex ta' importanza minuri, b'kunsiderazzjoni tar-responsabbiltà finanzjarja potenzjali involuta u l-kwistjonijiet legali mqajma, relatati mat-talbiet li jikkonċernaw trattament mogħti mill-Istat Membru.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)   Huwa xieraq li l-Kummissjoni tiddeċiedi, fil-qafas stabbilit f'dan ir-regolament, jekk l-Unjoni għandhiex tkun il-konvenut jew jekk Stat Membru għandux jaġixxi bħala l-konvenut.
(12)   Sabiex tinħoloq sistema li taħdem, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, fil-qafas stabbilit f'dan ir-regolament, jekk l-Unjoni għandhiex tkun il-konvenut jew jekk Stat Membru għandux jaġixxi bħala l-konvenut u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kwalunkwe deċiżjoni bħal din bħala parti mir-rappurtar annwali tagħha dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Bl-istess mod, meta Stat Membru jaġixxi bħala konvenut huwa xieraq li jżomm il-Kummissjoni informata tal-iżviluppi fil-każ u li l-Kummissjoni tista', fejn xieraq, teħtieġ li l-Istat Membru li qed jaġixxi bħala konvenut jieħu pożizzjoni speċifika fi kwistjonijiet li għandhom interess tal-Unjoni.
(14)  Bl-istess mod, meta Stat Membru jaġixxi bħala konvenut huwa xieraq li jżomm il-Kummissjoni informata tal-iżviluppi fil-każ u li l-Kummissjoni tista', fejn xieraq, teħtieġ li l-Istat Membru li qed jaġixxi bħala konvenut jieħu pożizzjoni speċifika fi kwistjonijiet li għandhom impatt fuq l-interessi prevalenti tal-Unjoni.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Stat Membru jista' fi kwalunkwe ħin jaċetta li jkun responsabbli finanzjarjament anke fil-każ li jrid jitħallas kumpens. F'każ bħal dan l-Istat Membru u l-Kummissjoni jistgħu jidħlu f'arranġamenti għall-ħlas perjodiku tal-ispejjeż u għall-ħlas ta' kwalunkwe kumpens. Aċċettazzjoni bħal din ma timplikax li l-Istat Membru jaċċetta li t-talba tat-tilwim hija raġunata. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta deċiżjoni li teħtieġ l-Istat Membru jagħmel provvediment għal spejjeż bħal dawn. Fil-każ li t-tribunal jaġġudika l-ispejjeż lill-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura li kwalunkwe ħlas bil-quddiem tal-ispejjeż jiġi rimborżat immedjatament lill-Istat Membru konċernat.
(15)   Mingħajr preġudizzju għall-eżitu tal-proċeduri ta' arbitraġġ, Stat Membru jista' fi kwalunkwe ħin jaċċetta li jkun responsabbli finanzjarjament anke fil-każ li jrid jitħallas kumpens. F'każ bħal dan l-Istat Membru u l-Kummissjoni jistgħu jidħlu f'arranġamenti għall-ħlas perjodiku tal-ispejjeż u għall-ħlas ta' kwalunkwe kumpens. Aċċettazzjoni bħal din ma timplikax bl-ebda mod ġuridiku li l-Istat Membru jaċċetta li t-talba tat-tilwim hija raġunata. Il-Kummissjoni tista', f'każ bħal dan, tadotta deċiżjoni li teħtieġ l-Istat Membru jagħmel provvediment għal spejjeż bħal dawn. Fil-każ li t-tribunal jaġġudika l-ispejjeż lill-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura li kwalunkwe ħlas bil-quddiem tal-ispejjeż jiġi rimborżat immedjatament lill-Istat Membru konċernat.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  F'ċerti każijiet, jista' jkun xieraq li tintlaħaq soluzzjoni sabiex jiġi evitat arbitraġġ mhux meħtieġ u li jqum ħafna flus. Huwa meħtieġ li tiġi stabbilita proċedura biex jintlaħqu soluzzjonijiet bħal dawn. Proċedura bħal din għandha tippermetti lill-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni, li ssolvi każ fejn dan ikun fl-interessi tal-Unjoni. Fejn il-każ jikkonċerna trattament mogħti minn Stat Membru, huwa xieraq li jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib u konsultazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru konċernat. L-Istat Membru għandu jibqa' liberu biex dejjem isolvi l-każ, sakemm jaċċetta responsabbiltà finanzjarja sħiħa u li kwalunkwe soluzzjoni bħal din tkun konsistenti mal-liġi tal-Unjoni u ma tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni.
(16)  F'ċerti każijiet, jista' jkun xieraq li tintlaħaq soluzzjoni sabiex jiġi evitat arbitraġġ mhux meħtieġ u li jqum ħafna flus. Huwa meħtieġ li tiġi stabbilita proċedura effikaċi u rapida biex jintlaħqu soluzzjonijiet bħal dawn. Proċedura bħal din għandha tippermetti lill-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura ta' eżami, li ssolvi każ fejn dan ikun fl-interessi tal-Unjoni. Fejn il-każ jikkonċerna trattament mogħti minn Stat Membru, huwa xieraq li jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib u konsultazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru konċernat, inkluż dwar il-proċeduri ta' soluzzjoni u dwar l-ammont tal-kumpens monetarju. L-Istat Membru għandu jibqa' liberu biex dejjem isolvi l-każ, sakemm jaċċetta responsabbiltà finanzjarja sħiħa u li kwalunkwe soluzzjoni bħal din tkun konsistenti mal-liġi tal-Unjoni u ma tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni kollha kemm hi.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mill-qrib mal-Istat Membru konċernat sabiex tilħaq ftehim dwar it-tqassim tar-responsabbiltà finanzjarja. Fejn il-Kummissjoni tiddetermina li Stat Membru huwa responsabbli, u l-Istat Membru ma jaċċettax dik id-determinazzjoni, il-Kummissjoni għandha tħallas il-kumpens, iżda għandha tindirizza deċiżjoni lill-Istat Membru fejn titolbu jipprovdi l-ammonti konċernati lill-baġit tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-imgħax applikabbli. L-imgħax pagabbli għandu jkun dak stabbilit skont l-Artikolu 71(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej kif emendat. L-Artikolu 263 tat-Trattat huwa disponibbli fil-każijiet fejn Stat Membru jqis li d-deċiżjoni ma tissodisfax il-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament.
(18)  Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mill-qrib mal-Istat Membru konċernat sabiex tilħaq ftehim dwar it-tqassim tar-responsabbiltà finanzjarja. Fejn il-Kummissjoni tiddetermina li Stat Membru huwa responsabbli, u l-Istat Membru ma jaċċettax dik id-determinazzjoni, il-Kummissjoni għandha tħallas il-kumpens, iżda għandha tindirizza deċiżjoni lill-Istat Membru fejn titolbu jipprovdi l-ammonti konċernati lill-baġit tal-Unjoni, flimkien mal-imgħax applikabbli. L-imgħax pagabbli għandu jkun dak stabbilit skont l-Artikolu 78(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni1. L-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea huwa disponibbli fil-każijiet fejn Stat Membru jqis li d-deċiżjoni ma tissodisfax il-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament.
–––––––––––––––––
1 ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 19
(19)  Il-baġit tal-Unjoni għandu jipprovdi kopertura tan-nefqa li tirriżulta minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat li jipprovdi għal soluzzjoni ta' tilwim bejn l-istat u l-investitur. Fejn l-Istati Membri għandhom responsabbiltà finanzjarja skont dan ir-Regolament, l-Unjoni għandha tkun f'pożizzjoni li jew takkumula l-kontribuzzjonijiet tal-Istat Membru konċernat l-ewwel qabel l-implimentazzjoni tan-nefqa relevanti jew timplimenta n-nefqa relevanti l-ewwel u tiġi rimborżata mill-Istati Membri konernati wara. L-użu ta' dawn iż-żewġ mekkaniżmi ta' trattament baġitarju għandu jkun possibbli, jiddependi fuq x'inhu fattibbli, b'mod partikolari f'termini ta' żmien. Għaż-żewġ mekkaniżmi, il-kontribuzzjonijiet jew ir-rimborżi mħallsa mill-Istati Membri għandhom ikunu ttrattati bħala dħul intern assenjat tal-baġit tal-Unjoni. L-approprijazzjonijiet li jirriżultaw mid-dħul intern assenjat mhux biss għandhom ikopru n-nefqa relevanti iżda għandhom ikunu wkoll eleġibbli għar-rikostituzzjoni ta' partijiet oħra tal-baġit tal-Unjoni li kienu pprovdew l-approprjazzjonijiet inijzali biex tiġi implimentata n-nefqa relevanti skont it-tieni mekkaniżmu.
(19)  Il-baġit tal-Unjoni għandu jipprovdi kopertura tan-nefqa li tirriżulta minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat li jipprovdi għal soluzzjoni ta' tilwim bejn l-istat u l-investitur. Fejn l-Istati Membri għandhom responsabbiltà finanzjarja skont dan ir-Regolament, l-Unjoni għandha tkun f'pożizzjoni li jew takkumula l-kontribuzzjonijiet tal-Istat Membru konċernat l-ewwel qabel l-implimentazzjoni tan-nefqa relevanti jew timplimenta n-nefqa relevanti l-ewwel u tiġi rimborżata mill-Istati Membri konernati wara. L-użu ta' dawn iż-żewġ mekkaniżmi ta' trattament baġitarju għandu jkun possibbli, jiddependi fuq x'inhu fattibbli, b'mod partikolari f'termini ta' żmien. Għaż-żewġ mekkaniżmi, il-kontribuzzjonijiet jew ir-rimborżi mħallsa mill-Istati Membri għandhom ikunu ttrattati bħala dħul intern assenjat tal-baġit tal-Unjoni. L-approprjazzjonijiet li jirriżultaw mid-dħul intern assenjat mhux biss għandhom ikopru n-nefqa relevanti iżda għandhom ikunu wkoll eleġibbli għar-rikostituzzjoni ta' partijiet oħra tal-baġit tal-Unjoni li kienu pprovdew l-approprjazzjonijiet inijzali biex tiġi implimentata n-nefqa relevanti skont it-tieni mekkaniżmu.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt b
(b) “spejjeż li jqumu mill-arbitraġġ” tfisser it-tariffi u l-ispejjeż tat-tribunal tal-arbitraġġ u l-ispejjeż tar-rappreżentazzjoni u spejjeż aġġudikati lir-rikorrent mit-tribunal tal-arbitraġġ;
(b) “spejjeż li jqumu mill-arbitraġġ” tfisser it-tariffi u l-ispejjeż tat-tribunal tal-arbitraġġ, l-istituzzjoni tal-arbitraġġ u l-ispejjeż tar-rappreżentazzjoni u spejjeż aġġudikati lir-rikorrent mit-tribunal tal-arbitraġġ;
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt c
(c) “tilwim” tfisser talba mressqa minn rikorrent kontra l-Unjoni skont ftehim u li dwarha tribunal tal-arbitraġġ jagħti sentenza;
(c) “tilwim” tfisser talba mressqa minn rikorrent kontra l-Unjoni jew Stat Membru skont ftehim u li dwarha tribunal tal-arbitraġġ jagħti sentenza;
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt ja (ġdid)
(ja) “interessi prevalenti tal-Unjoni” tfisser kwalunkwe mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
(i) hemm theddida serja għall-applikazzjoni konsistenti jew uniformi jew l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-investiment tas-soġġett tal-ftehim għat-tilwim bejn l-investitur u l-istat li l-Unjoni hija parti tiegħu,
(ii) miżura ta' Stat Memebru tista' tkun f'kunflitt mal-iżvilupp tal-politika ta' investiment futura tal-Unjoni,
(iii) it-tilwim jimplika impatt finanzjarju sinifikanti fuq il-baġit tal-Unjoni f'sena partikolari jew bħala parti mill-qafas finanzjarju pluriennali.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2
2.  Fejn huwa stipulat f'dan ir-regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li tiddetermina r-responsabbiltà finanzjarja tal-Istat Membru konċernat skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1.
2.  Fejn huwa stipulat f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li tiddetermina r-responsabbiltà finanzjarja tal-Istat Membru konċernat skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikunu informati bit-tali deċiżjoni.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
Malli l-Kummissjoni tirċievi avviż li permezz tiegħu r-rikorrent jiddikjara l-intenzjoni tiegħu li jibda proċeduri ta' arbitraġġ, skont id-dispożizzjonijiet ta' ftehim, din għandha tinnotifika l-Istat Membru konċernat.

Malli l-Kummissjoni tirċievi avviż li permezz tiegħu r-rikorrent jiddikjara l-intenzjoni tiegħu li jibda proċeduri ta' arbitraġġ, jew malli l-Kummissjoni tiġi informata dwar talba għal konsultazzjonijiet jew talba kontra Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kull talba minn qabel minn rikorrent għall-konsultazzjonijiet, dwar l-avviż li bih r-rikorrent jistqarr l-intenzjoni tiegħu li jibda proċeduri ta' arbitraġġ kontra l-Unjoni jew Stat Membru fi żmien 15-il ġurnata ta' xogħol minn meta jirċievi l-avviż, inkluż l-isem tar-rikorrent, id-dispożizzjonijiet tal-ftehim li huwa allegat li nkiser, is-settur ekonomiku involut, it-trattament li huwa allegat li kiser il-ftehim u l-ammont ta' kumpens għad-danni mitlub.

Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt c
(c) huwa probabbli li talbiet simili jitressqu taħt l-istess ftehim kontra trattament mogħti minn Stati Membri oħra u l-Kummissjoni qiegħda fl-aħjar pożizzjoni biex tiżgura difiża effettiva u konsistenti; jew,
(c) talbiet simili jew talbiet għal konsultazzjonijiet li jirrigwardaw talbiet simili tressqu taħt l-istess ftehim kontra trattament mogħti minn Stati Membri oħra u l-Kummissjoni qiegħda fl-aħjar pożizzjoni biex tiżgura difiża effettiva u konsistenti; jew,
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt d
(d) it-tilwim iqum minn kwistjonijiet tal-liġi mhux solvuti li jistgħu jirrikorru f'tilwim ieħor taħt l-istess ftehimiet tal-Unjoni jew oħrajn li jikkonċernaw trattament mogħti mill-Unjoni jew Stati Membri oħra.
(d) it-tilwim iqajjem kwistjonijiet sensittivi tal-liġi li s-soluzzjoni tagħhom tista' tolqot l-interpretazzjoni futura tal-ftehim inkwistjoni jew ftehimiet oħrajn.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Meta l-Unjoni tassumi li taġixxi bħala konvenut skont deċiżjoni tal-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafu 2 jew mar-regola predefinita stabbilita fil-paragrafu 1, din id-determinazzjoni tal-istatus tal-konvenut għandha tkun vinkolanti għall-konvenut u t-tribunal tal-arbitraġġ.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra u l-Parlament Ewropew dwar kwalunkwe tilwim li fih jiġi applikat dan l-Artikolu u l-mod kif qed jiġi applikat.
4.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar kwalunkwe tilwim li fih jiġi applikat dan l-Artikolu u l-mod kif qed jiġi applikat.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b
(b) jinforma lill-Kummissjoni dwar il-passi proċedurali sinifikanti kollha, u jidħol f'konsultazzjonijiet regolarment u, fi kwalunkwe każ, meta mitlub mill-Kummissjoni; u,
(b) jinforma lill-Kummissjoni dwar il-passi proċedurali sinifikanti kollha mingħajr dewmien, u jidħol f'konsultazzjonijiet regolarment u, fi kwalunkwe każ, meta mitlub mill-Kummissjoni; u,
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni tista', fi kwalunkwe ħin, teħtieġ l-Istat Membru konċernat jieħu pożizzjoni partikolari fir-rigward ta' kwalunkwe punt tal-liġi mqajjem mit-tilwim jew kwalunkwe element ieħor li għandu interess tal-Unjoni.
2.   Meta l-interessi ġenerali tal-Unjoni jesiġu hekk, il-Kummissjoni tista', fi kwalunkwe ħin wara l-konsultazzjonijiet mal-Istat Membru konċernat, teħtieġ li l-Istat Membru jieħu pożizzjoni partikolari fir-rigward ta' kwalunkwe punt tal-liġi mqajjem mit-tilwim jew kwalunkwe kwistjoni tal-liġi li s-soluzzjoni tagħha tista' tolqot l-interpretazzjoni futura tal-ftehim inkwistjoni jew ftehimiet oħrajn.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Jekk l-Istat Membru kkonċernat jikkunsidra t-talba tal-Kummissjoni bħala li tikkomprometi bla bżonn id-difiża effettiva tiegħu, dan għandu jidħol f'konsultazzjonijiet bl-għan li jsib soluzzjoni aċċettabbli. Fejn ma tistax tinstab soluzzjoni aċċettabbli, il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni li teħtieġ lill-Istat Membru kkonċernat jieħu pożizzjoni ġuridika partikolari.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3
3.  Meta ftehim, jew ir-regoli msemmija fih, jipprovdu għall-possibbiltà ta' annullament, appell jew reviżjoni ta' punt tal-liġi inkluż f'deċiżjoni ta' arbitraġġ, il-Kummissjoni tista', fejn tikkunsidra li l-konsistenza jew il-korrettezza tal-interpretazzjoni tal-ftehim jeħtieġu dan, titlob l-Istat Membru jippreżenta applikazzjoni għal tali annullament, appell jew reviżjoni. F'ċirkostanzi bħal dawn, ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom jifformaw parti mid-delegazzjoni u jistgħu jesprimu l-fehmiet tal-Unjoni rigward il-punt tal-liġi inkwistjoni.
3.  Meta ftehim, jew ir-regoli msemmija fih, jipprovdu għall-possibbiltà ta' annullament, appell jew reviżjoni ta' punt tal-liġi inkluż f'deċiżjoni ta' arbitraġġ, il-Kummissjoni tista', fejn tikkunsidra li l-konsistenza jew il-korrettezza tal-interpretazzjoni tal-ftehim jeħtieġu dan, wara konsultazzjonijiet mal-Istat Membru konċernat, titlob li l-Istat Membru jippreżenta applikazzjoni għal tali annullament, appell jew reviżjoni. F'ċirkostanzi bħal dawn, ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom jifformaw parti mid-delegazzjoni u jistgħu jesprimu l-fehmiet tal-Unjoni rigward il-punt tal-liġi inkwistjoni.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Jekk l-Istat Membru kkonċernat jirrifjuta li jippreżenta applikazzjoni għal annullament, appell jew reviżjoni, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni fi żmien 30 ġurnata. F'dak il-każ il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni li teħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jippreżenta applikazzjoni għal annullament, appell jew reviżjoni.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – punt c
(c) il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istat Membru bid-dokumenti kollha relatati mal-proċeduri, sabiex tiżgura difiża kemm jista' jkun effettiva; u,
(c) il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istat Membru bid-dokumenti kollha relatati mal-proċeduri, iżżomm lill-Istat Membru informat bil-fażijiet proċedurali sinifikattivi kollha u tidħol f'konsultazzjonijiet mal-Istat Membri fi kwalunkwe każ meta mitlub mill-Istat Membru kkonċernat, sabiex tiżgura difiża kemm jista' jkun effettiva; u,
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha tinforma b'mod regolari lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill bl-iżviluppi fil-proċeduri ta' arbitraġġ imsemmija fl-ewwel paragrafu.

Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1
1.  Fejn l-Unjoni hija konvenut f'tilwim li jikkonċerna trattament mogħti, jew kompletament jew inkella parzjalment, minn Stat Membru, u l-Kummissjoni tikkunsidra li s-soluzzjoni tat-tilwim tkun fl-interessi tal-Unjoni, din għandha l-ewwel tikkonsulta lill-Istat Membru konċernat. L-Istat Memrbu wkoll jista' jibda konsultazzjonijiet bħal dawn mal-Kummissjoni.
1.  Fejn l-Unjoni hija konvenut f'tilwim li jikkonċerna trattament mogħti, jew kompletament jew inkella parzjalment, minn Stat Membru, u l-Kummissjoni tikkunsidra li s-soluzzjoni tat-tilwim tkun fl-interessi tal-Unjoni, din għandha l-ewwel tikkonsulta lill-Istat Membru konċernat. L-Istat Memrbu wkoll jista' jibda konsultazzjonijiet bħal dawn mal-Kummissjoni. L-Istat Membru u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw fehim reċiproku tas-sitwazzjoni ġuridika u l-konsegwenzi possibbli u jevitaw kwalunkwe nuqqas ta' qbil fid-dawl tas-soluzzjoni tal-każ.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3
3.  Fil-każ li Stat Membru ma jaċċettax li jsolvi t-tilwim, il-Kummissjoni tista' ssolvi t-tilwim fejn l-interessi prevalenti tal-Unjoni jeħtieġu dan.
3.  Fil-każ li Stat Membru ma jaċċettax li jsolvi t-tilwim, il-Kummissjoni tista' ssolvi t-tilwim fejn l-interessi prevalenti tal-Unjoni jeħtieġu dan. Il-Kummissjoni għandha tforni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-informazzjoni kollha rilevanti dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ssolvi t-tilwim, partikolarment il-ġustifikazzjoni tagħha.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Meta Stat Membru huwa konvenut f'tilwim li jikkonċerna b'mod esklussiv it-trattament mogħti mill-awtoritajiet tiegħu u jiddeċiedi li jsolvi t-tilwim, dan għandu jinnotifika lill-Kummissoni bl-abbozz ta' arranġament tas-soluzzjoni u għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar in-negozjati u l-implimentazzjoni tas-soluzzjoni.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1
1.  Fejn l-Unjoni taġixxi bħala konvenut skont l-Artikolu 8, u l-Kummissjoni tikkunsidra li l-aġġudikazzjoni jew is-soluzzjoni inkwistjoni għandha titħallas, parzjalment jew kompletament, mill-Istat Membru konċernat abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1), għandha tapplika l-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 5.
1.  Fejn l-Unjoni taġixxi bħala konvenut skont l-Artikolu 8, u l-Kummissjoni tikkunsidra li l-aġġudikazzjoni jew is-soluzzjoni inkwistjoni għandha titħallas, parzjalment jew kompletament, mill-Istat Membru konċernat abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1), għandha tapplika l-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu. Din il-proċedura għandha wkoll tapplika meta l-Unjoni, hija u taġixxi bħala konvenut skont l-Artikolu 8, tikseb eżitu pożittiv fl-arbitraġġ iżda jkollha ġġorr l-ispejjeż eventwali li ġejjin mill-arbitraġġ.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3
3.  Fi żmien tliet xhur mir-riċeviment tat-talba għall-ħlas tal-aħħar aġġudikazzjoni jew soluzzjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni indirizzata lill-Istat Membru konċernat, li tiddetermina l-ammont li jrid jitħallas mill-Istat Membru.
3.  Fi żmien tliet xhur mir-riċeviment tat-talba għall-ħlas tal-aħħar aġġudikazzjoni jew soluzzjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni indirizzata lill-Istat Membru konċernat, li tiddetermina l-ammont li jrid jitħallas mill-Istat Membru. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar deċiżjoni bħal din u r-raġunament finanzjarju tagħha.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 4
4.  Sakemm l-Istat Membru ma joġġezzjonax għad-determinazzjoni tal-Kummissjoni fi żmien xahar, l-Istat Membru konċernat għandu jikkumpensa l-baġit tal-Unjoni għall-ħlas tal-aġġudikazzjoni jew tas-soluzzjoni mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni. L-Istat Membru konċernat għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe imgħax dovut għar-rata li tapplika għall-flejjes l-oħra dovuti lill-baġit tal-Unjoni.
4.  Sakemm l-Istat Membru ma joġġezzjonax għad-determinazzjoni tal-Kummissjoni fi żmien xahar, l-Istat Membru konċernat għandu jikkumpensa bl-ammont ekwivalenti l-baġit tal-Unjoni għall-ħlas tal-aġġudikazzjoni jew tas-soluzzjoni mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni. L-Istat Membru konċernat għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe mgħax dovut għar-rata li tapplika għall-flejjes l-oħra dovuti lill-baġit tal-Unjoni.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni li teħtieġ l-Istat Membru jagħmel kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-baġit tal-Unjoni fir-rigward ta' kwalunkwe spejjeż li jqumu mill-arbitraġġ fejn tikkunsidra li l-Istat Membru għandu jkun responsabbli għall-ħlas ta' kwalunkwe aġġudikazzjoni skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3.
1.   Meta l-Unjoni taġixxi ta' konvenut skont l-Artikolu 8, u sakemm tkun daħħlet f'arranġament skont l-Artikolu 11, il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni li teħtieġ l-Istat Membru konċernat jagħmel kontribuzzjonijiet finanzjarji bil-quddiem lill-baġit tal-Unjoni fir-rigward ta' spejjeż previsti jew imġarrba li jqumu mill-arbitraġġ. Id-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għandha tkun proporzjonata u tieħu kont tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 19
Ir-rimborż jew il-ħlas ta' Stat Membru lill-baġit tal-Unjoni, għall-ħlas ta' kumpens jew soluzzjoni jew kwalunkwe spejjeż, għandhom jiġu kkunsidrati bħala dħul intern assenjat fit-tifsira ta' [L-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Gunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-K omunitajiet Ewropej]. Dan jista' jintuża biex ikopri n-nefqa li tirriżulta minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat li jipprovdi għal soluzzjoni ta' tilwim bejn l-istat u l-investitur jew biex ikunu rikostitwiti approprjazzjonijiet inizjalment provduti biex ikopru l-ħlas ta' kumpens jew soluzzjoni jew kwalunkwe spejjeż.

Ir-rimborż jew il-ħlas ta' Stat Membru lill-baġit tal-Unjoni, għall-ħlas ta' kumpens jew soluzzjoni jew kwalunkwe spejjeż, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 18(1) ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkunsidrati bħala dħul intern assenjat fit-tifsira tal-Artikolu 21(4) tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012. Dan jista' jintuża biex ikopri n-nefqa li tirriżulta minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat li jipprovdi għal soluzzjoni ta' tilwim bejn l-istat u l-investitur jew biex ikunu rikostitwiti approprjazzjonijiet inizjalment provduti biex ikopru l-ħlas ta' kumpens jew soluzzjoni jew kwalunkwe spejjeż.

Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-[Kumitat għall-Ftehimiet ta' Investiment stabbilit bir-Regolament [2010/197 COD]]. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru. 182/2011.
1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għall-Kumitat għall-Ftehimiet ta' Investiment stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1219/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 li jistabbilixxi arranġamenti transizzjonali għal ftehimiet bilaterali ta' investiment bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi1. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru. 182/2011.
–––––––––––––––––
1 ĠU L 351 20.12.2012, p. 40.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport dwar it-tħaddim ta' dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f'intervalli regolari. L-ewwel rapport għandu jiġi sottomess mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Rapporti sussegwenti għandhom jiġu sottomessi kull tliet snin minn hemm 'il quddiem.
1.  Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport dettaljat dwar it-tħaddim ta' dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f'intervalli regolari. Ir-rapport għandu jkun fih l-informazzjoni rilevanti kollha inkluża l-lista ta' talbiet imressqa kontra l-Unjoni jew l-Istati Membri, il-proċeduri u d-deċiżjonijiet relatati kif ukoll l-impatt finanzjarju fuq il-baġits rispettivi. L-ewwel rapport għandu jiġi sottomess mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Rapporti sussegwenti għandhom jiġu sottomessi kull tliet snin minn hemm 'il quddiem sakemm l-awtorità baġitjarja, li tinkludi l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, ma jiddeċidux mod ieħor.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill lista ta' talbiet għal konsultazzjonijiet mir-rikorrenti, talbiet u deċiżjonijiet ta' arbitraġġ.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0124/2013).


Il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi ***I
PDF 298kWORD 32k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi (COM(2012)0089 – C7-0060/2012 – 2012/0039(COD))
P7_TA(2013)0220A7-0371/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0089),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 43(2) u 168(4) (b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0060/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2012(1),

–  wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-13 ta' Marzu 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0371/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta’ Mejju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003

P7_TC1-COD(2012)0039


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 576/2013.)

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

Fil-qafas tal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Protezzjoni u t-Trattament Xieraq tal-Animali(2), il-Kummissjoni ser tinvestiga t-trattament xieraq tal-klieb u l-qtates involuti fil-prattiki kummerċjali.

Jekk ir-riżultat tal-istudju jindika li hemm riskji għas-saħħa minħabba dawk il-prattiki kummerċjali, il-Kummissjoni ser tara li tieħu miżuri xierqa biex tħares is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, inkluż li tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jagħmlu l-adattamenti li hemm bżonn fil-leġislazzjoni preżenti tal-Unjoni dwar il-kummerċ tal-klieb u l-qtates, proposta li tinkludi l-introduzzjoni ta' sistemi kompatibbli għar-reġistrazzjoni tagħhom u li jkunu aċċessibbli fl-Istati Membri.

Fid-dawl ta' hawn fuq, il-Kummissjoni ser tivvaluta jekk hux fattibbli u anke jekk ikunx f'loku li sistemi ta' reġistrazzjoni bħal dawn jiġu estiżi għall-klieb u l-qtates immarkati u identifikati skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar iċ-ċaqliq mhux kummerċjali tal-annimali tad-dar.

(1) ĠU C 229, 31.7.2012, p. 119.
(2) COM(2012)0006 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Protezzjoni u l-Benessri tal-Annimali 2012-2015.“


Ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ tal-klieb, il-qtates u l-inmsa ***I
PDF 286kWORD 21k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2013 dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 92/65/KEE fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-klieb, il-qtates u l-inmsa (COM(2012)0090 – C7-0061/2012 – 2012/0040(COD))
P7_TA(2013)0221A7-0366/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0090),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0061/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta’ Mejju 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-13 ta' Marzu 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0366/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta’ Mejju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-klieb, il-qtates u l-inmsa

P7_TC1-COD(2012)0040


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2013/31/UE.)

(1) ĠU C 229, 31.7.2012, p.119.


Proposti leġiżlattivi futuri dwar l-UEM
PDF 308kWORD 27k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Mejju 2013 dwar proposti leġiżlattivi futuri dwar l-UEM rispons għall-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni (2013/2609(RSP))
P7_TA(2013)0222B7-0250/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar “Koordinazzjoni ex-ante ta' pjanijiet għal riformi maġġuri ta' politika ekonomika” (COM(2013)0166) u dwar “L-introduzzjoni ta' Strument ta' Konverġenza u Kompetittività” (COM(2013)0165),

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar proposti leġiżlattivi futuri dwar l-UEM (O-000060/2013 – B7-0204/2013),

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar Stabbiltà, Koordinazzjoni u Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja tat-2 ta' Marzu 2012, minn hawn il-quddiem “il-Patt Fiskali”,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-13 u d-14 ta' Diċembru 2012,

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni għal Unjoni Ekonomika u Monetarja Profonda u Ġenwina tat-28 ta' Novembru 2012,

–  wara li kkunsidra r-rapport mill-President tal-Kunsill Ewropew tal-5 ta’ Diċembru 2012 bl-isem “Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina”,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2012 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar ir-rapport tal-Presidenti tal-Kunsill Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Grupp tal-euro “Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina”(1), minn hawn il-quddiem “Ir-rapport Thyssen”,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar it-titjib tal-governanza ekonomika u tal-qafas ta' stabilità tal-Unjoni, b'mod partikolari fiż-żona tal-euro(2), minn hawn 'il quddiem “ir-rapport Feio”,

–  wara li kkunsidra r-Regolamenti (UE) Nru 1176/2011 u (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011, minn hawn 'il quddiem “is-six-pack”,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar is-Semestru Ewropew għall-Koordinament tal-Politiki Ekonomiċi(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru ... 2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri taż-żona tal-euro u wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru ... /2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja ta' dawk l-Istati Membri fiż-żona tal-euro li qegħdin jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom, minn hawn 'il quddiem “it-two-pack”,

–  wara li kkunsidra l-istqarrija konġunta mill-President Barroso u l-Viċi President Rehn fl-okkażjoni tal-qbil fit-trilogu dwar il-leġiżlazzjoni tat-Two-Pack dwar il-governanza ekonomika fiż-żona tal-euro tal-20 ta' Frar 2013 (referenza MEMO/13/126)

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fl-Artikolu 11 tal-Patt Fiskali l-Istati Membri firmatarji “jiżguraw li r-riformi maġġuri kollha ta' politika ekonomika li biħsiebhom jagħmlu se jiġu diskussi ex-ante u, fejn xieraq, ikkoordinati bejniethom”, u li barra minn hekk, li tali “koordinazzjoni għandha tinvolvi l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea kif jitlob id-dritt tal-Unjoni Ewropea”;

B.  billi, skont l-Artikolu 15 tal-Patt Fiskali, it-trattat għandu jiġi inkorporat fid-dritt tal-UE fi żmien mhux aktar minn ħames snin “abbażi ta' valutazzjoni tal-esperjenza tal-implimentazzjoni tiegħu” u billi l-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni COM(2013)0165 u COM(2013)0166, kif ukoll il-proposti leġiżlattivi possibbli mistennija bħala segwitu, jistgħu jitqiesu bħala passi f'din id-direzzjoni;

C.  billi fir-rapport Feio fl-2010 l-Parlament diġà kien talab “l-istabbiliment ta' proċeduri speċifiċi u rekwiżit li l-Istati Membri, b'mod partikolari dawk fiż-żona tal-euro, jinfurmaw lil xulxin u lill-Kummissjoni qabel ma jieħdu deċiżjonijiet ta' politika ekonomika b'effetti mistennija konsekwenzjali sinifikanti, li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM)”;

D.  billi d-dikjarazzjoni li takkumpanja t-two-pack talbet il-ħolqien ta' qafas sostanzjalment imsaħħaħ ta' kontroll u sorveljanza ekonomika u baġitarja, kif ukoll kapaċità fiskali Ewropea aktar żviluppata għall-implimentazzjoni f'waqtha ta' riformi strutturali li jippromwovu t-tkabbir sostenibbli u li jappoġġaw il-prinċipju li skontu passi lejn aktar responsabbiltà u dixxiplina ekonomika għandhom jingħaqdu flimkien b'aktar solidarjetà u b'integrazzjoni approfondita tal-proċess deċiżjonali f'oqsma tal-politika bħat-tassazzjoni u s-swieq tax-xogħol, bħala strument ta' solidarjetà importanti; billi d-dikjarazzjoni msemmija hawn fuq tenfasizza l-prinċipju li passi lejn koordinazzjoni msaħħa tal-politika ekonomika jeħtieġ li jmorru id f'id ma' aktar solidarjetà;

E.  billi l-paragrafu 11 “tar-rapport Thyssen” enfasizza li “UEM ġenwina” ma tistax tkun limitata għal sistema ta' regoli iżda teħtieġ kapaċità baġitarja akbar ibbażata fuq riżorsi proprji speċifiċi;

F.  billi “r-Rapport Thyssen” fakkar li Statistika Ewropea ta' kwalità għolja u affidabbli għandha rwol essenzjali fil-qalba tal-governanza ekonomika ġdida u fl-eżerċizzji deċiżjonali ewlenin tagħha, li l-indipendenza effettiva tas-Sistema tal-Istatistika Ewropea kemm fl-livell nazzjonali kif ukoll Ewropew għandha tiġi salvagwardjata bħala prerekwiżit, u li l-mixja lejn standards ta' kontabilità pubblika fl-Istati Membri kollha b'mod standardizzat se jkun komplement essenzjali għas-setgħat akbar ta' infurzar tal-Kummissjoni biex tivverifka l-kwalità tas-sorsi nazzjonali użati għall-kalkolu ta' ċifri ta' dejn u ta' defiċit f'unjoni fiskali żviluppata bis-sħiħ.

Valutazzjoni ġenerali tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni

1.  Jirrikonoxxi l-isforz tal-Kummissjoni biex tagħmel aktar progress fil-qasam tal-governanza makroekonomika fl-Unjoni, billi tibni fuq is-six-pack u t-two-pack; jenfasizza madankollu li l-implimentazzjoni sħiħa tal-qafas il-ġdid għandu jkollha preċedenza fuq kwalunkwe proposta ġdida;

2.  Jirrimarka li l-ħolqien ta' mekkaniżmu ta' infurzar ibbażat fuq l-inċentivi u mmirat biex iżid is-solidarjetà, il-koeżjoni u l-kompetittività għandu jmur id f'id ma' saffi addizzjonali tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika kif mistqarr fid-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li takkumpanja “it-two pack” sabiex jiġi rispettat il-prinċipju li skontu “l-passi lejn aktar responsabbiltà u dixxiplina ekonomika jingħaqdu flimkien ma' aktar solidarjetà”;

3.  Jenfasizza li kwalunkwe proposta oħra għandu jkollha valur miżjud ċar fir-rigward tal-istrumenti li diġà jeżistu, bħal dawk taħt il-politika ta' koeżjoni;

4.  Jisħaq li l-isforzi ta' koordinazzjoni ma għandhomx iċajpru r-responsabbiltajiet rispettivi ta' livelli differenti tal-proċess deċiżjonali;

5.  Jafferma mill-ġdid li l-governanza fl-UE ma għandhiex tikser il-prerogattivi tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti nazzjonali, speċjalment meta jkun previst kwalunkwe trasferiment ta' sovranità; jenfasizza li leġittimità u responsabbilità xierqa jeħtieġu deċiżjonijiet demokratiċi u għandhom jiġu żgurati fl-livell nazzjonali u tal-UE mill-parlamenti nazzjonali u mill-Parlament Ewropew, rispettivament; ifakkar il-prinċipju stipulat fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2012 li “matul il-proċess, l-objettiv ġenerali jibqa' li jiġu żgurati l-leġittimità u r-responsabbiltà demokratika fil-livell li fih jittieħdu u jiġu implimentati d-deċiżjonijiet”; jenfasizza li l-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni u s-CCIs ex-ante għandhom japplikaw għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro bil-possibbiltà li Stati Membri oħra jingħaqdu fuq bażi permanenti; jistieden lill-Kummissjoni tipprevedi tali validazzjoni obbligatorja min-naħa tal-parlamenti nazzjonali fi proposti leġiżlattivi li jmiss u tiżgura involviment akbar tal-partijiet soċjali fil-koordinazzjoni ekonomika;

6.  Huwa tal-opinjoni li t-twaqqit tal-komunikazzjonijiet mhuwiex ottimali; jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta għall-adozzjoni ta' kodiċi ta' konverġenza fis-Semestru tal-UE, ibbażata fuq l-UE 2020 u li tinkludi pilastru soċjali b'saħħtu.

7.  Ifakkar li l-Kummissjoni jeħtiġilha tqis bis-sħiħ ir-rwol tal-Parlament bħala koleġiżlatur; huwa diżappuntat li l-komunikazzjonijiet reċenti dwar l-UEM ma jirriflettux il-pożizzjoni li ttieħdet mill-Parlament Ewropew matul in-negozjati dwar l-Approfondiment tal-UEM u jipprevedu biss skrutinju parlamentari limitat ħafna meta jipproponu struttura ta' djalogu; ifakkar li l-Parlament huwa awtorità leġiżlattiva u baġitarja fuq l-istess livell tal-Kunsill;

8.  Jiddispjaċih li l-oqsma ta' politika koperti fil-komunikazzjonijiet fil-biċċa l-kbira tagħhom jiffokaw fuq il-kompetittività tal-prezzijiet u ma jinkludux l-evitar tat-taxxa u d-dimensjoni soċjali u tal-impjiegi;

9.  Jenfasizza li l-proposti leġiżlattivi relatati maż-żewġ komunikazzjonijiet għandhom isegwu l-proċedura leġiżlattiva ordinarja;

Koordinazzjoni ex-ante ta' pjanijiet għal riformi maġġuri ta' politika ekonomika

10.  Huwa tal-fehma li koordinazzjoni ex-ante formali għal riformi ta' politika ekonomika fil-livell tal-UE hija importanti u għandha tissaħħaħ fi ħdan il-metodu Komunitarju u li għandha tikkonċerna r-riformi ekonomiċi nazzjonali ewlenin previsti fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma b'effetti konsegwenzjali potenzjali dimostrabbli; jemmen li tali koordinazzjoni ex-ante għandha tiġi allinjata mal-istrumenti tas-Semestru tal-UE għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika msemmija fl-Artikolu 2-a tar-Regolament (UE) Nru 1175/2011 u, fejn meħtieġ, titfassal flimkien ma' strumenti ġodda bbażati fuq is-solidarjetà u l-inċentivi;

11.  Huwa tal-fehma li integrazzjoni approfondita ta' koordinazzjoni ex-ante u tal-proċess deċiżjonali f'oqsma politiċi fil-livell tal-Unjoni għandha tibni fuq saff solidu magħmul minn statistika uffiċjali u b'mod partikolari, li koordinazzjoni baġitarja ulterjuri fl-Unjoni teħtieġ data kkonsolidati dwar il-kontijiet pubbliċi tal-Unjoni, tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. jemmen, għalhekk, li l-Kummissjoni għandha tinkludi l-istabbiliment ta' tali data konsolidata fil-proposti leġiżlattivi li ġejjin;

12.  Jiddeplora l-abbozzar vag u d-definizzjonijiet laxki żżejjed ta' xi wħud mill-filtri proposti għal riformi maġġuri ta' politika ekonomika, bħal “kunsiderazzjonijiet politiċi dwar l-ekonomija ”; jitlob l-introduzzjoni ta' filtri speċifiċi ġodda bbażati fuq is-Semestru tal-UE u fuq l-istrumenti tal-UE 2020 għall-identifikazzjoni ta' riformi ewlenin, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet nazzjonali u tiġi rispettata s-sussidjarjetà;

13.  Jenfasizza li l-mekkaniżmi li għandhom jiġu stabbiliti għal koordinazzjoni ex-ante għandhom japplikaw għall-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro u jkunu miftuħa għall-Istati Membri tal-Unjoni filwaqt li jqisu l-interdipendenza akbar tal-Istati Membri taż-żona tal-euro; huwa tal-opinjoni li l-Istati Membri taħt il-programm għandhom jitħallew jipparteċipaw fuq bażi volontarja;

14.  Jitlob il-pubblikazzjoni, it-trasparenza u l-inklussività tal-pjanijiet ta' riforma; jitlob ukoll djalogu soċjali fejn il-partijiet interessati soċjali jkollhom rwol ċentrali u espliċitu matul diskussjonijiet ta' koordinazzjoni ex-ante;

15.  Jitlob disinn diliġenti tal-proċess li permezz tiegħu l-Kummissjoni tkun infurmata u f'pożizzjoni li tikkummenta dwar ir-riformi ppjanati qabel l-adozzjoni finali tagħhom;

16.  Jitlob li dan l-istrument ġdid ta' koordinazzjoni jiddaħħal ukoll fil-proċess tas-Semestru Ewropew, u li l-Parlament Ewropew jingħata r-rwol meħtieġ ta' responsabilità demokratika;

17.  Jenfasizza li l-koordinazzjoni ex-ante ma għandhiex tifga l-isforzi nazzjonali u għandha minflok tiżgura li r-riformi ma jiddewmux, għajr jekk l-effetti sekondarji li jġibu magħhom ikunu sinifikanti biżżejjed biex jiġġustifikaw li r-riformi jiġu vvalutati mill-ġdid;

L-introduzzjoni ta' Strument għall-Konverġenza u l-Kompetittività (CCI)

18.  Huwa tal-opinjoni li kwalunkwe strument ġdid propost (CCI) għandu jkun ibbażat fuq il-kondizzjonalità, is-solidarjetà u l-konverġenza. jemmen li tali strument għandu jiġi varat biss wara li tiġi identifikata l-ħtieġa għal riformi strutturali maġġuri u fit-tul għat-tisħiħ ta' tkabbir sostenibbli u jiġu identifikati żbilanċi soċjali abbażi tal-valutazzjoni tal-koerenza bejn il-kodiċi ta' konverġenza u l-pjanijiet ta' implimentazzjoni nazzjonali b'involviment formali xieraq tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-parlamenti nazzjonali;

19.  Jenfasizza li l-mekkaniżmu ġdid (CCI) li għandu jiġu stabbilit għandu japplika għall-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro u jkun miftuħ għall-Istati Membri tal-Unjoni kollha filwaqt li jqis l-interdipendenza akbar tal-Istati Membri taż-żona tal-euro; huwa tal-fehma li l-Istati Membri taħt il-programm għandhom jitħallew jipparteċipaw fuq bażi volontarja;

20.  Huwa tal-fehma li huwa importanti ħafna li jiġi żgurat li dan l-istrument ġdid jiġi adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, ikun ibbażat fuq il-metodu Komunitarju u jiżgura skrutinju xieraq min-naħa tal-Parlament Ewropew billi jippermetti l-adozzjoni, każ b'każ, tal-approprjazzjonijiet baġitarji relevanti;

21.  Jikkonferma li r-rappurtar u l-monitoraġġ annwali tal-implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali għandhom isiru permezz ta' Semestru Ewropew imsaħħaħ, mingħajr preġudizzju għall-iskrutinju tal-baġit tal-UE;

22.  Huwa tal-fehma li s-CCI għandu jservi ta' vettura għal żieda fil-kapaċità baġitarja u jkun immirat lejn appoġġ kundizzjonali tar-riformi strutturali, u b'hekk iżid il-kompetittività, it-tkabbir u l-koeżjoni soċjali, filwaqt li jiżgura koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-politiki ekonomiċi u konverġenza sostenuta tal-prestazzjoni ekonomika tal-Istati Membri, u jindirizza l-iżbilanċi u d-diverġenzi strutturali; huwa tal-fehma li tali strumenti jservu ta' pedamenti lejn kapaċità fiskali ġenwina;

23.  Jenfasizza li tali kapaċità baġitarja tista' naturalment tibbenefika biss l-Istati Membri li jikkontribwixxu għaliha;

24.  Jiddispjaċih li l-komunikazzjonijiet, meta jipprevedu kuntratti bejn l-UE u l-Istati Membri, ma jirrispettawx l-ordinament ġuridiku uniku Ewropew; huwa tal-opinjoni li l-espressjoni “arranġamenti kuntrattwali” mhijiex adatta peress li l-mekkaniżmu previst fil-komunikazzjonijiet mhuwiex fil-veru sens “kuntratt” irregolat mid-dritt pubbliku jew privat iżda mekkaniżmu ta' infurzar ibbażat fuq l-inċentivi għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika;

25.  Jenfasizza li l-pjanijiet ta' riforma għandhom jitfasslu mill-Istati Membri, bl-involviment xieraq tal-Parlamenti Nazzjonali tagħhom skont l-arranġamenti kostituzzjonali interni tagħhom, u f'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni, b'rispett sħiħ għall-prinċipju tas-sussidjarjetà u għall-ħtieġa li jiġi ppreservat l-ispazju politiku adegwat għall-implimentazzjoni nazzjonali u l-proċessi demokratiċi fi ħdan kull Stat Membru;

26.  Jirrimarka li l-effetti negattivi possibbli f'tul ta' żmien qasir tal-implimentazzjoni tar-riformi strutturali, u b'mod partikolari d-diffikultajiet soċjali u politiċi, jistgħu jittaffew u jiġu aċċettati aktar faċilment miċ-ċittadini bl-istabbiliment ta' mekkaniżmu li jinċentiva l-appoġġ tar-riformi. jistqarr ukoll li dan il-mekkaniżmu għandu jiġi ffinanzjat permezz ta' faċilità ġdida attivata u rregolata skont il-metodu Komunitarju bħala parti integrali tal-baġit tal-UE iżda lilhinn mil-limiti massimi tal-MFF, sabiex jiġi żgurat li l-Parlament Ewropew ikun involut bis-sħiħ bħala awtorità leġiżlattiva u baġitarja;

27.  Jistqarr li l-miżuri li ttieħdu ma għandux ikollhom effetti negattivi fuq l-inklużjoni soċjali, id-drittijiet tal-ħaddiema, il-kura tas-saħħa u fuq kwistjonijiet soċjali oħra, anki fiż-żmien qasir;

28.  Jenfasizza li l-istrument għandu jevita problemi marbutin mal-periklu morali; f'dan is-sens, il-Kummissjoni għandha tiżgura li r-riformi ma jiddewmux sakemm isiru eliġibbli għal appoġġ finanzjarju u li l-istrument ma jipprovdix inċentivi għal riformi li xorta kienu se jiġu implimentati, anke mingħajr appoġġ mill-Unjoni;

29.  Jenfasizza li l-istrument għandu jevita tirkib mal-politika ta' koeżjoni;

o
o   o

30.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.

(1) Testi adottati P7_TA(2012)0430.
(2) ĠU C 70 E, 8.3.2012, p. 41.
(3) Testi adottati, P7_TA(2011)0542.


Is-sitwazzjoni tar-rifuġjati Sirjani fil-pajjiżi ġirien
PDF 275kWORD 31k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2013 dwar is-sitwazzjoni tar-refuġjati Sirjani fil-pajjiżi ġirien (2013/2611(RSP))
P7_TA(2013)0223RC-B7-0199/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sirja, partikolarment dawk tas-16 ta' Frar 2012(1) u tat-13 ta' Settembru 2012(2), u dwar ir-rifuġjati li jaħarbu l-kunflitt armat,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar is-Sirja tat-23 ta’ Marzu, tat-23 ta’ April, tal-14 ta’ Mejju, tal-25 ta' Ġunju, tat-23 ta' Lulju, tal-15 ta' Ottubru, tad-19 ta' Novembru u tal-10 ta' Diċembru 2012, kif ukoll tat-23 ta' Jannar, tat-18 ta' Frar, tal-11 ta' Marzu u tat-22 ta' April 2013; wara li kkunsidra l-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Intern ta' Ottubru 2012, li appoġġja t-twaqqif ta' programm ta' protezzjoni reġjonali mill-Kummissjoni; wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar is-Sirja tat-2 ta' Marzu, tad-29 ta' Ġunju u tal-14 ta' Diċembru 2012 u tat-8 ta' Frar 2013,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Catherine Ashton, dwar ir-rifuġjati Sirjani, b'mod partikolari r-rimarki tagħha matul is-seduta plenarja tat-13 ta' Marzu 2013 fi Strasburgu u d-dikjarazzjoni tagħha tat-8 ta' Mejju 2013; wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet magħmula mill-Kummissarju għall-Kooperazzjoni Internazzjonali, l-Għajnuna Umanitarja u r-Rispons għall-Kriżi, Kristalina Georgieva, dwar ir-rifuġjati Sirjani u r-rispons tal-UE, b'mod partikolari d-dikjarazzjoni tagħha tat-12 ta' Mejju 2013, u r-rapporti dwar is-sitwazzjoni u l-karti dwar il-fatti tal-ECHO (Għajnuna Umanitarja u Protezzjoni Ċivili) dwar is-Sirja,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2059 tal-20 ta’ Lulju 2012, 2043 tal-21 ta’ April 2012 u 2042 tal-14 ta’ April 2012, kif ukoll ir-rapport aġġornat tal-Kummissjoni Internazzjonali Indipendenti ta' Inkjesta tan-NU tal-11 ta' Marzu 2013; wara li kkunsidra l-informazzjoni tal-Kunsill ta' Sigurtà dwar is-Sirja mis-Sotto Segretarju Ġenerali għall-Affarijiet Umanitarji u Koordinatur tas-Sokkors ta' Emerġenza Valerie Amos, b'mod partikolari dik tat-18 ta' April 2013,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tas-Segretarju Ġenerali tan-NU u r-rimarki magħmula mill-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati, António Guterres, lill-Kunsill ta' Sigurtà, b'mod partikolari dwak tat-18 ta' April 2013; wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet dwar ir-Repubblika Għarbija tas-Sirja tal-Kunsill dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tat-2 ta' diċembru 2011 u tat-22 ta' Marzu 2013,

–  wara li kkunsidra l-laqgħa ta’ Marrakexx tal-Grupp ta' Ħbieb il-Poplu Sirjan u l-konferenza internazzjonali li saret f'Pariġi fit-28 ta' Jannar 2013,

–  wara li kkunsidra l-iktar Pjan ta' Rispons Reġjonali għas-Sirja (RRP) reċenti għall-perjodu minn Jannar sa Ġunju 2013, u l-RRPs kollha maħruġa mill-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati sa mill-ewwel wieħed f'Marzu 2012,

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Rispons dwar l-Għajnuna Umanitarja lis-Sirja (SHARP) tad-19 ta' Diċembru 2012, imħejji mill-Gvern tar-Repubblika Għarbija tas-Sirja, f'koordinazzjoni mas-Sistema tan-NU,

–  wara li kkunsidra l-Forum Umanitarju Sirjan (Syrian Humanitarian Forum, SHF) li twaqqaf fir-rebbiegħa tal-2012, u l-aktar laqgħa reċenti tiegħu li saret fid-19 ta' Frar 2013,

–  wara li kkunsidra l-Bullettini Umanitarji dwar is-Sirja maħruġa mill-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar is-Sirja, b'mod partikolari r-Riżoluzzjoni 46/182 dwar “It-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-għajnuna umanitarja ta' emerġenza tan-Nazzjonijiet Uniti” u l-Prinċipji ta' Gwida annessi magħhom, u r-Riżoluzzjoni 67/183 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sirja,

–  wara li kkunsidra r-rapport fil-qosor tal-Konferenza Internazzjonali fuq Livell Għoli ta’ Impenji għas-Sirja, li saret fil-Kuwait fit-30 ta' Jannar 2013,

–  wara li kkunsidra l-Komunikat Finali tal-Grupp ta' Azzjoni għas-Sirja (“il-Komunikat ta' Ġinevra”) tat-30 ta' Ġunju 2012,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra tal-1949 u l-Protokolli Anċillari tagħhom,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Konvenzjoni Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra, il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Protokoll Fakultattiv tagħha dwar l-Involviment tat-Tfal f'Kunflitti Armati, u l-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta' Ġenoċidju, li s-Sirja hija firmatarja tagħhom,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) u l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi sas-16 ta' Mejju 2013 l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati (UNHCR) kien irreġistra total ta' 1 523 626 rifuġjat Sirjan fil-pajjiżi ġirien u fl-Afrika ta' Fuq; billi huwa maħsub li n-numru totali ta' rifuġjati, inklużi dawn li mhumiex reġistrati, huwa ferm ogħla; billi skont l-UNHCR, hemm 7 miljun Sirjan li jiddependu mill-għajnuna, inkluż 3,1 miljun tifel u tifla, u n-numru ta' persuni spustjati internament (IDPs) fis-6 ta' Mejju 2013 kien ta' 4,25 miljun; billi skont l-istess sorsi, in-numru ta' rifuġjati (inklużi dawk li qed jistennew biex jiġu reġistrati) preżenti fil-pajjiżi riċevituri fis-16 ta' Mejju 2013 kien kif ġej: Turkija, 347 815; Libanu, 474 461; Ġordan, 474 405; Iraq, 148 028; Eġittu, 68 865; Marokk, Alġerija u Libja, 10 052 (reġistrati); billi eluf ta' Sirjani qed jaħarbu ta' kuljum lejn pajjiżi ġirien u l-UNHCR qed tipproġetta li se jkun hemm total ta' 3,5 miljun rifuġjat mis-Sirja sa tmiem l-2013;

B.  billi l-għadd ta’ rifuġjati Sirjani u l-persuni fi bżonn qed jikber drammatikament hekk kif is-sitwazzjoni politika u umanitarja teħżien ma’ kull jum li jkompli l-kunflitt armat; billi mhux biss persuni ċivili, imma wkoll bosta individwi li dari kienu mexxejja politiċi u militari tar-reġim, kif ukoll ambaxxaturi, telqu r-reġim u ħarbu f’pajjiżi ġirien u lilhinn minnhom; billi l-kunflitt armat fis-Sirja huwa theddida kbira għas-sigurtà u l-istabilità fraġli tar-reġjun kollu kemm hu; billi l-periklu li l-effetti sekondarji tal-kunflitt armat minn inċidentali jista' jsir strutturali; billi l-UE u l-komunità internazzjonali ma jistgħux jiffaċċjaw katastrofi addizzjonali; billi diżatru politiku, ta' sigurtà u umanitarju pan-reġjonali jista' jmur oltra l-kapaċità internazzjonali ta' rispons;

C.  billi eluf minn dawk li ħarbu mis-Sirja ddiżertaw mill-forzi armati biex ma jkollhomx iwettqu delitti tal-gwerra jew delitti kontra l-umanità, jew inkella qed jaħarbu mis-servizz militari għal raġunijiet simili;

D.  billi f'Mejju 2-13 in-NU qieset li mill-inqas 80 000 persuna, l-iktar ċivili, kienu mietu minħabba l-vjolenza fis-Sirja;

E.  billi l-qirda ta' infrastruttura essenzjali - inklużi skejjel u sptarijiet, l-iżvalutar tal-munita, iż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel, tal-fjuwil u l-qtugħ tad-dawl u n-nuqqas ta' ilma, ikel u mediċini - kellhom impatt fuq il-maġġoranza tas-Sirjani; billi l-aċċess fiżiku għal persuni fi bżonn ta' għajnuna umanitarja fis-Sirja għadu ferm ristrett u jiddependi mill-kooperazzjoni tal-gvern ta' Assad;

F.  billi l-aġenziji tan-NU irrappurtaw progress fl-organizzazzjoni ta' konvojs ta' għajnuna minn bosta aġenziji, li jaqbżu l-linji tal-kunflitt lejn żoni kontrollati jew ikkontestati mill-gvern jew mill-oppożizzjoni; billi l-ostakli burokratiċi u l-punti ta' verifika madwar il-pajjiż (kemm ikkontrollati mill-gvern kif ukoll mill-oppożizzjoni) qed jostakolaw rispons umanitarju effettiv fiż-żoni kollha tas-Sirja;

G.  billi r-reġistrazzjoni għadha l-mekkaniżmu ewlieni li permezz tiegħu jiġu identifikati, protetti u megħjuna persuni ta' tħassib, partikolarment nies li għadhom kemm waslu bi bżonnijiet speċjali, inklużi persuni b'diżabilità, anzjani, minorenni mhux akkumpanjati u tfal separati minn familthom, sabiex tiġi pprovduta għajnuna prijoritizzata;

H.  bili l-pajjiżi ospitanti żammew politika ta’ bibien miftuħa tul il-kunflitt armat, imma għażlu metodi ta’ lqugħ differenti; billi l-abbiltà u l-kapaċità tagħhom li jassorbu u jagħtu kenn lix-xmara dejjem tikber ta’ rifuġjati qed jaslu għal-limiti tagħhom, hekk kif hemm it-tendenza li l-“inċidenti” jseħħu regolarment tul il-fruntieri; billi l-Libanu għażel politika ta’ “xejn kampijiet” u r-rifuġjati fil-parti l-kbira assorbiehom f’komunitajiet lokali; billi madwar tliet kwarti tar-rifuġjati Sirjani fil-pajjiżi ġirien qed jgħixu barra kampijiet f'postijiet urbani; billi madwar 350 000 Sirjan qed jgħixu fi 23 kamp tar-rifuġjati fit-Turkija, il-Ġordan u l-Iraq;

I.  billi l-organizzazzjonijiet ta' għajnuna bħalissa qed iwieġbu għas-sitwazzjoni tar-rifuġjati Sirjani fil-Ġordan, il-Libanu u l-Iraq, billi jiffukaw primarjament fuq in-nisa u t-tfal bi bżonnijiet speċjali, iżda spiss mhumiex meqjuda biżżejjed f'komunitajiet urbani tar-rifuġjati; billi t-tqassim rurali tal-popolazzjoni tar-rifuġjati titlob programm kumpless ta' reġistrazzjoni urbana;

J.  billi l-pajjiżi li qed jirċievu r-rifuġjati qed jiffaċċjaw sfidi domestiċi tremendi, inkluża instabbiltà ekonomika, inflazzjoni u qgħad, bil-Libanu u l-Ġordan ikunu partikolarment vulnerabbli;

K.  billi qed issir problema dejjem tikber li r-rifuġjati Sirjani ma jifilħux iħallsu kera, hekk kif l-ammont ta' nies u l-kompetizzjoni għar-rifuġju jiżdiedu u jiżdiedu b'hekk il-prezzijiet; billi r-rifuġjati qed jiffaċċjaw diverġenzi sinifikanti fid-dħul finanzjarju, opportunitajiet limitati ta' xogħol, tmiem il-flejjes imfaddla u livelli dejjem ogħla ta' dejn; billi l-kompetizzjoni għall-impjiegi u l-prezzijiet dejjem ogħla tal-ikel huma fatturi li qed jippeġġoraw it-tensjonijiet bejn il-popolazzjonijiet lokali u dawk tar-rifuġjati, partikolarment fil-Libanu u fil-Ġordan, li bejniethom qed jospitaw 'il fuq minn miljun rifuġjat;

L.  billi l-isforzi kontinwi biex jiżdied l-appoġġ għall-komunitajiet ospitanti huwa meħtieġ sabiex dawn ikunu jistgħu jibqgħu iżommu l-fruntiera tagħhom miftuħa, jgħinu lir-rifuġjati u jipprovdu l-infrastruttura meħtieġa, u biex jonqsu t-tensjonijiet u jonqos il-piż fuq dawn il-komunitajiet;

M.  billi r-restrizzjonijiet ta' finanzjament għadhom qed jimpedixxu l-provvista f'waqtha u effiċjenti ta' għajnuna umanitarja bażika; billi x-SHARP tirrikjedi USD 563 miljun f'finanzjamenti biex tindirizza l-bżonnijiet tal-persuni fis-Sirja; billi fis-6 t' Mejju 2013, kien biss 61 % tal-pjan ta' rispons li ġie iffinanzjat;

N.  billi l-Pjan ta' Rispons Reġjonali tan-NU (RRP 4) ġie rivedut għall-perjodu sa Diċembru 2013; billi n-NU se tniedi appell ġdid għal finanzjament fis-7 ta' Ġunju 2013, li se jirrifletti n-numru dejjem jikber ta' rifuġjati li jaħarbu mis-Sirja, u l-bżonnijiet kontinwi tagħhom, kif ukoll jinkludi appoġġ ikbar għall-gvernijiet u l-komunitajiet ospitanti, u huwa probabbli li dan jammonta għal USD 3 biljuni;

O.  billi r-rapporti tal-organizzazzjonijiet ta' għajnuna jgħidu li s'issa ġew ipprovduti biss bejn 30% u 40% tal-fondi totali imwiegħda mill-komunità internazzjonali;

P.  billi l-livell ta' għajnuna umanitarja jinsab f'periklu li jsir insostenibbli; billi l-protagonisti umanitarji kollha involuti jeħtieġu livelli ta' appoġġ finanzjarju sproporzjonati bil-baġits umanitarji stabbiliti tad-donaturi tradizzjonali; billi għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi straordinarji ta' finanzjament sabiex jiġu ssodisfati l-bżonnijiet bażiċi dovuti għall-kriżi Sirjana;

Q.  billi l-UE hija l-akbar donatur; billi fit-22 ta' April 2013, l-ammont total ta' għajnuna umanitarja impenjat mill-UE bħala rispons għall-kriżi Sirjana kien kważi €473 miljun, inklużi €200 miljun mill-UE nnifisha u kważi €273 miljun mill-Istati Membri; billi fit-12 ta' Mejju 2013, il-Kummissjoni ħabbret iffinanzjar addizzjonali ta' €65 miljun;

R.  billi madwar 400 000 rifuġjat Palestinjan ġew affettwati fis-Sirja; billi l-Palestinjani fil-parti l-kbira baqgħu newtrali fil-kunflitt; billi kważi 50 000 Palestinjan ġew irreġistrati mill-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Libanu, u kważi 5000 fil-Ġordan; billi l-Ġordan għalaq il-fruntiera tiegħu għal Palestinjani li qed jaħarbu l-kunflitt fis-Sirja, u billi dawn fil-parti l-kbira ma jitħallewx jaħdmu fil-Libanu; billi r-rifuġjati Iraqini, Afgani, Somali u Sudaniżi fis-Sirja wkoll qed jiffaċċjaw spustament mill-ġdid;

S.  billi s-sikurezza u s-sigurtà fil-Kamp ta' Zaatari fil-Ġordan iddeġeneraw, u hemm serq u nirien; billi Zaatari saret ir-raba' l-ikbar belt fil-Ġordan, b'iktar minn 170 000 persuna; billi l-ġlied u l-protesti vjolenti fil-kampijiet tar-rifuġjati huma motivati mill-kundizzjonijiet ħżiena ta' għajxien u mid-dewmien fil-wasla tal-għajnuna; billi n-nuqqas ġenerali ta' sigurtà għadha qed tipperikola l-ħajjiet fil-kampijiet, u taffettwa lill-ħaddiema umanitarji; billi l-ħaddiema umanitarji ġew attakkati, imqiegħda fi sptarijiet u saħansitra maqtula matul it-tqassim ta' għajnuna, u billi kien hemm każijiet ta' swat lill-ġurnalisti;

T.  billi, skont organizzazzjonijiet internazzjonali, in-nisa u l-bniet fil-kampjiet tar-rifuġjati dejjem aktar qed jisfaw vittmi ta’ vjolenza sesswali, bl-istupru jintuża bħala arma tal-gwerra; billi m’hemm l-ebda soluzzjoni vijabbli għar-rifuġjati Sirjani li jkunu sfaw vittmi tal-vjolenza sesswali; billi numru sproporzjonat ta' tfajliet u nisa fil-kampijiet tar-rifuġjati qed jiżżewġu; billi, skont bosta sorsi, fil-kampijiet tar-rifuġjati Sirjani qed iseħħu “żwiġijiet tal-pjaċir” temporanji Mutah;

U.  billi f'Marzu 2013, in-NU nediet investigazzjoni indipendenti dwar l-allegazzjonijiet tal-użu possibbli ta' armi kimiċi fis-Sirja; billi dawn l-allegazzjonijiet setgħu kkontribwixxew għall-ispustjar tal-massa tal-persuni; billi r-reġim Sirjan irrifjuta li jippermetti lit-tim investigattiv tan-NU milli jidħol fil-pajjiż;

1.  Jesprimi tħassib serju fir-rigward tal-kriżi umanitarja li għadha għaddejja fis-Sirja, u xi jfisser dan għall-ġirien tagħha; jesprimi tħassib li l-esodu ta' rifuġjati mis-Sirja qed jibqa' jiżdied; ifakkar li l-gvern ta' Assad huwa r-responsabbli ewlieni mill-kura tal-benessri tal-popolu tiegħu;

2.  Jerġa' jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-brutalità u l-atroċitajiet imwettqa mir-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni tiegħu; jesprimi l-preokkupazzjoni kbira tiegħu dwar il-gravità tal-ksur mifrux u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem u d-delitti possibbli kontra l-umanità awtorizzati u/jew imwettqa mill-awtoritajiet Sirjani, l-armata Sirjana, il-forzi tas-sigurtà u l-milizji affiljati; jikkundanna l-eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji sommarji u kull forma oħra ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa minn gruppi u forzi li jopponu r-reġim tal-President Assad; itenni l-appell tiegħu lill-President Bashar al-Assad u lir-reġim tiegħu biex jirriżenjaw minnufih, sabiex jippermettu li fil-pajjiż isseħħ tranżizzjoni demokratika, paċifika u inklużiva mmexxija mis-Sirjani;

3.  Jistieden lill-atturi armati kollha biex itemmu minnufih il-vjolenza fis-Sirja; jenfasizza għal darb’ oħra li d-dritt internazzjonali umanitarju, li l-għan ewlieni tiegħu huwa li jipproteġi lin-nies ċivili, jeħtieġ li jkun irrispettat mill-atturi kollha fil-kriżi; jissottolinja li dawk responsabbli għall-ksur mifrux, sistemiku u gravi tad-drittijiet tal-bniedem li twettaq fis-Sirja matul dawn l-aħħar 24 xahar jeħtieġ li jwieġbu ta’ għemilhom u jinġiebu quddiem il-qrati; f'dan il-kuntest, jappoġġja bis-sħiħ l-appelli li għamlet il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem sabiex is-sitwazzjoni fis-Sirja tiġi riferita quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali;

4.  Iwassal il-kondoljanzi tiegħu mal-familji tal-vittmi; ifaħħar il-kuraġġ u d-determinazzjoni tal-poplu Sirjan u jtenni s-solidarjetà tiegħu miegħu għall-ġlieda tiegħu għal-libertà, id-dinjità u d-demokrazija;

5.  Jemmen li l-muftieħ għas-soluzzjoni tal-kunflitt jinsab f’mekkaniżmi politiċi li jiffaċilitaw proċessi politiċi mmexxija mis-Sirjani li jippromwovu soluzzjoni politika veloċi, kredibbli u effikaċi flimkien ma' dawk li ġenwinament huma kommessi b’mod ġenwin favur it-tranżizzjoni, filwaqt li jiġi żgurat rispett sħiħ tal-valuri universali tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, f'attenzjoni partikolari lid-drittijiet tal-minoranzi etniċi, kulturali u reliġjużi u tan-nisa; Jerġa’ jsostni li hija prijorita li l-lat umanitarju jinżamm separat minn dak politiku, ħalli l-aċċess għan-nies fil-bżonn jiġi ffaċilitat; jitlob li l-UE u s-SEAE jiżviluppaw pjan direzzjonali għall-governanza politika fiż-żoni meħlusa, inkluża l-possibbiltà tat-tneħħija tas-sanzjonijiet;

6.  Jirrimarka li d-diżerturi mis-Sirja lkoll huma intitolati jirċievu aktar protezzjoni, minħabba li huma fir-riskju għal raġunijiet għajr dawk imniżżla fil-paragrafu 26 tal-linji gwida tal-UNHCR, jiġifieri kastigi “eċċessivi jew sproporzjonatament ħarxa”, li possibbilment jammontaw għal tortura jew trattament inuman jew degradanti, jew saħansitra għal eżekuzzjoni arbitrarja;

7.  jistieden lill-membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU KSNU), b'mod partikolari lir-Russja u ċ-Ċina, biex jonoraw ir-responsabbiltà tagħhom biex jintemmu l-vjolenza u r-ripressjoni kontra l-poplu Sirjan, inkluż bl-adozzjoni tar-riżoluzzjoni tal-KSNU bbażata fuq l-istqarrija għall-istampa tal-KSNU tat-18 ta' April 2013, u biex joħroġ mandat għall-provvisti tal-għajnuna umanitarja fiż-żoni kollha tas-Sirja; jistieden lill-VP/RGħ tagħmel ħilitha biex tiżgura l-adozzjoni ta' riżoluzzjoni tal-KSNU, li teżerċita pressjoni diplomatika effikaċi kemm fuq ir-Russja kif ukoll fuq iċ-Ċina; jistieden lill-UE biex tkompli tesplora fil-KSNU l-possibilitajiet kollha fil-qafas tar-Responsabilità għall-Protezzjoni (R2P), f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Uniti, it-Turkija u l-Lega tal-Istati Għarab sabiex jgħinu lill-poplu Sirjan u jwaqqfu t-tixrid tad-demm; jappoġġja bil-qawwa l-ħidma tal-Kummissjoni ta’ Inkjesta Indipendenti dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja u jilqa’ r-rapport aġġornat;

8.  Jappoġġja s-sejħa konġunta magħmula mis-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti John Kerry u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu Sergey Lavrov biex iniedu, kemm jista' jkun malajr, konferenza tal-paċi internazzjonali dwar is-Sirja bħala segwitu għall-Konferenza ta' Ġinevra ta' Ġunju 2912;

9.  Jesprimi l-preokkupazzjoni tiegħu dwar militarizzazzjoni ulterjuri tal-kunflitt u l-vjolenza settarja; jinnota r-rwol ta' atturi reġjonali differenti, inkluż il-forniment ta' armi, u huwa preokkupat dwar l-effetti sekondarji tal-kunflitt Sirjan fil-pajjiżi tal-viċinat f'termini ta' kriżi umanitarja, sigurtà u stabilità; jikkundanna bis-saħħa l-attakki bil-karozzi bomba tal-11 ta' Mejju 2013, li qatlu u darrbu għexieren ta' persuni viċin il-bażi ta' rifuġjati Sirjani fil-belt ta' Reyhanli, fil-provinċja ta' Hatay fix-Xlokk tat-Turkija, kif ukoll każijiet ta' bumbardamenti u sparar mill-forzi armati Sirjani fil-pajjiżi ġirien; jappoġġja l-kundanna espressa mill-VP/RGħ għal kull tip ta’ attakk terroristiku;

10.  Jenfasizza li l-UE għandha responsabilità partikolari għall-istabilità u s-sigurtà fil-viċinat tagħha u jitlob lill-VP/RGħ u lill-Kummissarju għat-Tkabbir u l-Politika Ewropea tal-Viċinat biex jiżguraw li l-Ue jkollha rwol minn ta' quddiem fil-prevenzjoni tal-kunflitt armat fis-Sirja, biex dan ma jimxix lejn il-pajjiżi ġirien tagħha;

11.  Jagħti ġieħ lill-komunitajiet ospitanti u lill-pajjiżi ġirien tas-Sirja, b’mod partikolari lill-Ġordan, il-Libanu, it-Turkija u l-Iraq, għas-soluzzjonijiet inġenjużi li sabu biex jipprovdu kenn u għajnuna umanitarja għall-familji li ħarbu mill-kunflitt armat fis-Sirja, imma huwa mħasseb serjament dwar il-fatt li dawk il-pajjiżi qed joqorbu lejn saturazzjoni perikoluża minħabba l-influss ta' rifuġjati Sirjani, li jista' jwassal għal instabilità reġjonali mingħajr preċedenti;

12.  Jappoġġja u jilqa' l-kontribut konsiderevoli magħmul mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri għall-programmi internazzjonali ta' għajnuna umanitarja, u t-tmexxija politika murija mill-Kummissarju għall-Kooperazzjoni Internazzjonali, l-Għajnuna Umanitarja u r-Rispons għall-Kriżi; jilqa' d-diversifikazzjoni mill-Kummissjoni tas-sħab umanitarji fis-Sirja sabiex tipprovdi għajnuna aktar effiċjenti u mifruxa, partikolarment fir-reġjuni barra l-kontroll tal-gvern; jitlob lill-atturi tal-UE u lill-Istati Membri jikkoordinaw b'mod imtejjeb l-azzjonijiet u l-assistenza tagħhom ġewwa u barra s-Sirja;

13.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta pakkett komprensiv ta' għajnuna, li jservi ta' eżempju għal donaturi ewlenin oħra, biex tiġi indirizzata l-kriżi umanitarja fis-Sirja u fil-pajjiżi ġirien tagħha, abbażi ta' tliet pilastri; (i) żieda fl-għajnuna umanitarja (permezz tal-ECHO), (ii) appoġġ b'għajnuna lill-pajjiżi ospitanti biex dawn isaħħu l-komunitajiet lokali u jżidu l-kapaċità u l-infrastruttura (permezz ta' DEVCO) u (iii) l-introduzzjoni veloċi ta' pakketti ta' għajnuna makrofinanzjarja għal-Libanu u l-Ġordan;

14.  Jissottolinja l-importanza li l-fruntieri internazzjonali jinżammu miftuħa, u jħeġġeġ lill-komunità internazzjonali biex tkun ġeneruża fis-sostenn tagħha għal-Libanu u l-Ġordan huma u jimmaniġġjaw il-fluss dejjem jikbar ta’ rifuġjati; iħeġġeġ lil-gvernijiet reġjonali ospitanti kollha u lil protagonisti oħra biex jirrispetta l-prinċipji tan-non-refoulement u tat-trattament ugwali tar-rifuġjati;

15.  Jitlob li l-Ue tieħu miżuri adegwati u responsabbli fir-rigward tal-influss possibbli ta' rifuġjati lejn l-Istati Membri tagħha;

16.  Jistieden lill-Istati Membri biex b'mod immedjat itemmu l-użu rapportat tagħhom ta' perjodi ta' detenzjoni estiżi u l-prattika tar-refoulement, li jmorru direttament kontra d-dritt internazzjonali u dak tal-UE;

17.  Jappella biex dawk kollha fil-bżonn fis-Sirja, speċjalment il-feruti, ir-refuġjati, il-persuni spustati internament, in-nisa u t-tfal, jingħataw assistenza umanitarja immedjata; ifaħħar l-isforzi tal-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tal-UNRWA f'dan ir-rigward; jesiġi li l-gvern ta' Assad jippermetti lill-organizzazzjonijet umanitarji jkollhom aċċess sħiħ għall-pajjiż; jenfasizza l-ħtieġa li tiżdied il-kooperazzjoni fost l-atturi diversi li joperaw fil-post, bħalma huma l-awtoritajiet lokali, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-NGOs, inkluża l-kooperazzjoni fil-fruntiera; iqis li protokolli ta’ assistenza u monitoraġġ fil-fruntiera jħallu valur miżjud;

18.  Jistieden lill-UE biex tappoġġja t-twaqqif ta' postijiet ta' kenn mal-fruntiera tat-Turkija u s-Sirja, u possibilment fis-Sirja, kif ukoll biex jinħolqu kurituri umanitarji mill-komunità internazzjonali;

19.  Jilqa' l-operazzjoni enormi ta' għajnuna umanitarja, li għaliha qed jikkontribwixxu organizzazzjonijiet internazzjonali u lokali taħt l-awspiċi tal-OCHA u tal-UNHCR, u jfaħħar lill-ħaddiema kollha tal-għajnuna umanitarja u tal-kura tas-saħħa, internazzjonali u lokali, għall-kuraġġ u d-determinazzjoni tagħhom; jistieden lill-UE u lill-komunità internazzjonali biex iqawwu l-protezzjoni tan-nies ċivili, inklużi l-ħaddiema umanitarji u l-persunal mediku; iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali biex issib soluzzjoni għan-nuqqas kontinwu ta’ sigurtà u għall-problemi legali u ta’ ordni pubbliku fil-kampjiet tar-rifuġjati, fost l-oħrajn billi tistabbilixxi inizjattiva ta’ sigurtà ġdida fil-kampijiet; iħeġġeġ lill-partijiet kollha fil-kunflitt biex jirrispettaw id-dritt internazzjonali umanitarju u jiffaċilitaw l-aċċess umanitarju biex il-ħaddiema umanitarji ġewwa u barra l-pajjiż ikunu jistgħu jaqdu l-ħtiġijiet li qed jikbru;

20.  Jitlob lill-pajjiżi kollha, u b'mod partikolari lill-Istati Membri tal-UE, biex jissodisfaw mill-iktar fis il-wegħdiet li għamlu matul il-konferenza ta' donaturi fil-Kuwait tat-30 ta' Jannar 2013; jitlob lill-UE u lill-komunità internazzjonali biex jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ responsabbiltà ħalli jiżguraw li l-fondi impenjati jaslu realment f’idejn dawk li għalihom ikunu intiżi;

21.  Jiddenunċja l-prassi ta' vjolenza sesswali fil-kunflitt armat fis-Sirja, li tintuża wkoll bħala arma tal-gwerra u b'hekk tikkostitwixxi reat tal-gwerra, iħeġġeġ lill-UE u lill-komunità internazzjonali biex jallokaw riżorsi speċifiċi biex tintemm il-vjolenza sesswali, u jitlob lill-komunitajiet ospitanti biex jipprovdu trattament mediku adattat lil dawk li sfaw vittmi ta' vjolenza sesswali;

22.  Jitlob lid-donaturi, fid-dawl tal-ħtiġijiet dejjem jikbru tal-popolazzjoni ta’rifuġjati Palestinjani fis-Sirja u f’pajjiżi ġirien, biex jiffinanzjaw lill-UNRWA b'mod adegwat, u jitlob lill-UNRWA biex tappoġġja b'mod ġeneruż l-isforzi kontinwi ħalli ssaħħaħ ir-reżiljenza ta' dawk ir-rifuġjati u timminimizzalhom it-tbatija u l-ispostament;

23.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt fis-Sirja.

(1) Testi adottati, P7_TA(2012)0057.
(2) Testi adottati, P7_TA(2012)0351.


Irkupru tal-assi mill-pajjiżi tar-Rebbiegħa Għarbija fi tranżizzjoni
PDF 231kWORD 26k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2013 dwar l-irkupru tal-assi mill-pajjiżi tar-Rebbiegħa Għarbija fi tranżizzjoni (2013/2612(RSP))
P7_TA(2013)0224RC-B7-0188/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-pajjiżi tar-Rebbiegħa Għarbija u dwar l-Unjoni għall-Mediterran, b’mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2013 dwar is-sitwazzjoni fl-Eġittu(1), u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2012 dwar “Il-Kummerċ għall-Bidla: strateġija Kummerċjali u ta' Investiment tal-UE għan-Nofsinhar tal-Mediterran wara r-revoluzzjonijiet tar-Rebbiegħa Għarbija”(2),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi, is-Sigurtà u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran tat-12 ta' April 2013,

–  wara li kkunsidra r-Regolament il-ġdid tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2012 dwar l-adozzjoni ta’ qafas leġiżlattiv ġdid li jiffaċilita l-irkupru tal-assi fl-Eġittu u fit-Tuneżija,

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kopresidenti tat-Task Forces UE-Tuneżija u UE-Eġittu tat-28-29 ta’ Settembru 2011 u tal-14 ta’ Novembru 2012 rispettivament, u b’mod partikolari t-taqsimiet tagħhom li jirrigwardaw l-irkupru tal-assi,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 tal-4 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1100/2012 li jemendah,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011 tal-21 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1099/2012 li jemendah,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK tat-28 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/625/PESK u 2011/178/PESK li jemendawha, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 tat-2 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 965/2011 li jemendah, u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 364/2013 u (UE) Nru 50/2013 li jimplimentaw l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja,

–  wara li kkunsidra l-istrumenti ġuridiċi eżistenti tal-UE intiżi biex itejbu l-konfiska u l-irkupru tal-assi fil-qafas tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/500/ĠAI, 2003/577/ĠAI, 2005/212/ĠAI, 2006/783/ĠAI u 2007/845/ĠAI, kif ukoll il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2012 dwar l-iffriżar u l-konfiska tar-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (COM(2012)0085),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni (UNCAC) tal-2005, b’mod partikolari l-Artikolu 43 tagħha dwar il-kooperazzjoni internazzjonali u l-Kapitolu V tagħha dwar l-irkupru tal-assi, li l-Eġittu, il-Libja u t-Tuneżija huma partijiet kontraenti fiha u li ġiet approvata f’isem l-Unjoni Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/801/KE tal-25 ta' Settembru 2008,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali (il-Konvenzjoni ta' Palermo) tas-sena 2000,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 19/38 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tad-19 ta' April 2012 dwar l-impatt negattiv tan-nonripatrijazzjoni ta' fondi ta' oriġini illeċita lill-pajjiżi ta' oriġini fuq it-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem, u l-importanza li tittejjeb il-kooperazzjoni internazzjonali,

–  wara li kkunsidra l-inizjattiva tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tas-17 ta' Settembru 2007 dwar l-irkupru tal-assi misruqa,

–  wara li kkunsidra l-Inizjattiva tal-Irkupru tal-Assi Misruqa (Stolen Asset Recovery, StAR), programm konġunt tal-Bank Dinji u tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità,

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Irkupru tal-Assi tas-Sħubija tal-G8 ta' Deauville mal-Pajjiżi Għarab fi Tranżizzjoni tal-21 ta' Mejju 2012, li l-UE hija parti kontraenti fiha,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Finali tal-Forum Għarbi dwar l-Irkupru tal-Assi tat-13 ta' Settembru 2012,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, filwaqt li l-iffriżar tal-assi huwa kompetenza tal-UE, l-irkupru u r-ripatrijazzjoni tal-assi huma kompetenzi tal-Istati Membri u jeħtieġ li jsiru skont dispożizzjonijiet ġuridiċi nazzjonali; billi l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom rwol essenzjali biex jistimolaw u jiffaċilitaw dan il-proess;

B.  billi l-irkupru tal-assi mill-pajjiżi tar-Rebbiegħa Għarbija fi tranżizzjoni huwa obbligu morali u kwistjoni politika eminenti fir-relazzjonijiet tal-UE mal-viċinat tan-Nofsinhar tagħha; billi huwa wkoll kwistjoni ekonomika importanti għall-ġirien tan-Nofsinhar ikkonċernati, minħabba l-potenzjal li dawn l-assi, meta jintraddu u jintużaw b'mod trasparenti u effettiv, jikkontribwixxu għall-irkupru ekonomiku tagħhom; billi l-irkupru tal-assi jingħat messaġġ qawwi kontra l-impunità ta’ dawk involuti fil-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus,

C.  billi hemm qafas ġuridiku internazzjonali komprensiv li jirregola dan il-kamp, b’riferiment speċjali għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni (UNCAC) tal-2003, li timponi obbligi ċari fuq l-Istati Kontraenti; billi l-Artikolu 51 tal-UNCAC jiddikjara r-ritorn tal-assi “huwa prinċipju fundamentali ta' din il-Konvenzjoni, u l-Istati Kontraenti għandhom jagħtu lil xulxin l-aktar kooperazzjoni u assistenza wiesgħa f'dan ir-rigward”;

D.  billi l-proċess ġudizzjarju għall-irkupru tal-assi huwa kumpless u jieħu fit-tul; billi r-rekwiżiti ġuridiċi tal-istati rikjesti ma jistgħux jiġu evitati u l-partijiet terzi leġittimi ma jistgħux jiċċaħħdu mid-drittijiet legali tagħhom f'dan il-proċess; billi n-nuqqas ta' għarfien legali espert adegwat u kapaċità istituzzjonali limitata fl-istati rikjedenti huma ostakoli addizzjonali għas-suċċess ta’ inizjattivi f'dan il-qasam; billi hemm nuqqas ta’ kooperazzjoni effiċjenti bejn stati rikjedenti u stati rikjesti;

E.  billi wara r-revoluzzjonijiet tar-Rebbiegħa Għarbija fl-Eġittu u fit-Tuneżija, l-UE minnufih iffriżat l-assi tad-dittaturi ta’ dari, tal-familji tagħhom u ta' bosta persuni oħrajn assoċjati mar-reġimi tagħhom; billi, fil-każ tal-Libja, kienet adottata deċiżjoni simili tal-UE, bi qbil mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU 1970 (2011);

F.  billi l-qafas leġiżlattiv il-ġdid adottat mill-Kunsill fis-26 ta' Novembru 2012 jippermetti li l-Istati Membri tal-UE jirrilaxxaw lill-awtoritajiet Eġizzjani u Tuneżini assi ffriżati abbażi ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji rikonoxxuti fi Stati Membri tal-UE u jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn Stati Membri tal-UE u l-awtoritajiet relevanti;

G.  billi sew it-Task Force UE-Eġittu kif ukoll dik UE-Tuneżija t-tnejn issottolinjaw l-importanza tar-ritorn ta’ assi miksuba b’mod illeċitu li għadhom iffriżati f’għadd ta’ pajjiżi terzi; billi t-Task Forces qablu li jiffinalizzaw pjan direzzjonali li jista’ jinkludi l-istabbiliment ta’ grupp għall-irkupru tal-assi kkoordinat mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għal kull pajjiż;

H.  billi l-G8 qed jappoġġja pajjiżi fid-dinja Għarbija li għaddejjin minn tranżizzjoni lejn “soċjetajiet ħielsa, demokratiċi u tolleranti” permezz tas-Sħubija ta’ Deauville ta’ Mejju 2011; billi l-Pjan ta’ Azzjoni tiegħu maħruġ fil-21 ta' Mejju 2012 jirrikonoxxi li, wara r-Rebbiegħa Għarbija, l-irkupru tal-assi sar qasam ta’ attenzjoni aktar urġenti fir-reġjun u fil-komunità internazzjonali;

I.  billi l-Eġittu, il-Libja u t-Tuneżija għamlu sforzi konsiderevoli biex jiżguraw li l-assi miżapproprjati misruqa mid-dittaturi ta’ dari u mir-reġimi tagħhom jiġu ripatrijati lil dawk il-pajjiżi, inkluż il-ħolqien ta' kummissjonijiet investigattivi nazzjonali speċifiċi bil-kompitu li jintraċċaw, jidentifikaw u jirkupraw dawn l-assi, u l-ftuħ ta' kawżi fil-qrati ta' Stati Membri tal-UE; billi bosta atturi internazzjonali ewlenin – inklużi l-UE, il-membri tal-G8 u l-Isvizzera – irrispondew b'mod pożittiv għal dawk l-isforzi; billi, madankollu, s'issa nkisbu biss ftit riżultati konkreti f'dan il-qasam; billi dan ikkawża frustrament li qed jitqawwa fost il-gvernijiet u sosċjetajiet ċivili tal-pajjiżi rikjedenti;

J.  billi l-komunikazzjoni għandha rwol ewlieni fl-isforzi ta' rkupru tal-assi sabiex tixtered l-aħjar prattika u jinħolqu inċentivi billi jiġu ppubbliċizzati l-istejjer ta' suċċess; billi dan jevita dikjarazzjonijiet żvijanti dwar il-kwantità ta' assi li għandhom jiġu rkuprati;

K.  billi l-irkupru tal-assi jista’ jitwettaq permezz ta’ mekkaniżmi ġudizzjarji bilaterali u b’kooperazzjoni multilaterali; billi operazzjonijiet tal-irkupru tal-assi għandhom jiġu varati sew fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak internazzjonali;

L.  billi f'April 2013 l-awtoritajiet Lebaniżi raddew lill-awtoritajiet Tuneżini qrib USD 30 miljun li kienu ġew depożitati b'mod illeċitu fil-kontijiet tal-bank tal-mexxej Tuneżin preċedenti;

1.  Jenfasizza li, apparti s-sinifikat ekonomiku tiegħu, ir-radd tal-assi miżapproprjati misruqa mid-dittaturi ta’ dari u mir-reġimi tagħhom lill-pajjiżi tar-Rebbiegħa Għarbija fi tranżizzjoni huwa obbligu morali u ġuridiku u kwistjoni politika taħraq, minħabba dak li jimplika rigward ir-ristawr tal-ġustizzja u tar-responsabilità ta’ rendikont fl-ispirtu tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, kif ukoll rigward l-impenn politiku u l-kredibbiltà tal-UE, u għalhekk jikkostitwixxi dimensjoni ewlenija tas-sħubija tal-Unjoni mal-viċinat tan-Nofsinhar tagħha, speċjalment mal-Eġittu, il-Libja u t-Tuneżija;

2.  Jirrikonoxxi li, għall-pajjiżi tar-Rebbiegħa Għarbija, l-irkupru tal-assi misruqa għandu wkoll importanza ekonomika u soċjali, minħabba li jeħtieġu l-fondi għall-istabbilizzazzjoni tal-ekonomiji u l-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir f’dawk il-pajjiżi, li qed iħabbtu wiċċhom ma' sfidi ekonomiċi serji;

3.  Jinnota li, minkejja l-isforzi konsiderevoli magħmula mill-awtoritajiet Eġizzjani, Libjani u Tuneżini, u minkejja r-rieda politika qawwija tal-partijiet kollha, dawk involuti fl-irkupru tal-assi miżapproprjati ftit li xejn kellhom suċċess, l-iktar minħabba d-diversità u l-kumplessità tad-dispożizzjonijiet u proċeduri relevanti fis-sistemi ġuridiċi nazzjonali differenti, riġidità ġuridika, nuqqas ta' għarfien espert min-naħa tal-pajjiżi tar-Rebbiegħa Għarbija kkonċernati rigward proċeduri ġuridiċi, finanzjarji u amministrattivi f'ġurisdizzjonijiet Ewropej u oħrajn u n-nuqqas ta' riżorsi disponibbli għalihom;

4.  Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jagħmlu aktar sforzi sinifikanti bil-għan li jiffaċilitaw ir-radd lill-popli tal-pajjiżi tar-Rebbiegħa Għarbija ta’ assi miżapproprjati misruqa mir-reġimi preċedenti fi żmien raġonevoli; iħeġġeġ lill-Uffiċċji Nazzjonali għall-Irkupru tal-Assi fl-Istati Membri kollha biex jaħdmu flimkien mill-qrib u jiżviluppaw ir-relazzjonijiet tagħhom mal-awtoritajiet relevanti fil-pajjiżi tar-Rebbiegħa Għarbija bil-għan li jgħinuhom fil-proċeduri ġuridiċi kumplessi involuti; jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex jieħu rwol proattiv ta' mexxej, l-aktar fil-koordinazzjoni tal-isforzi tal-Istati Membri, billi jipprovdi bini ta' kapaċità u jħeġġeġ il-kooperazzjoni fost l-istati kollha kkonċernati;

5.  Jenfasizza li l-irkupru tal-assi jifforma parti essenzjali mis-sostenn tal-Unjoni għal tranżizzjoni demokratika u għall-irkupru ekonomiku f'dawn il-pajjiżi u jista' jsaħħaħ il-fiduċja reċiproka fuq iż-żewġ naħat fi spirtu ta' sħubija mas-soċjetajiet, li hija element essenzjali tal-Politika Ewropea għall-Viċinat riveduta;

6.  Jilqa’, f'dan il-kuntest, l-inizjattiva tal-Kanada, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, ir-Renju Unit, il-Ġappun, l-Isvizzera u l-Istati Uniti tal-Amerika li joħorġu gwida li fiha deskrizzjoni komprensiva tas-sistemi ġuridiċi nazzjonali tagħhom rigward l-irkupru tal-assi, biex il-pajjiżi rikjedenti jkunu jistgħu jifhmu aħjar x’inhuwa ġuridikament possibbli, it-tip ta’ informazzjoni disponibbli, it-tipi ta’ investigazzjoni li jistgħu jsiru, u kif għandhom jimxu biex jiksbu rkupru effettiv tal-assi permezz tal-għoti ta' assistenza ġuridika reċiproka; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jagħmlu l-istess u jistabbilixxu sett komuni ta' prinċipji tal-UE;

7.  Jilqa’ l-inizjattiva tal-G8 tal-Pjan ta' Azzjoni tas-Sħubija ta' Deauville dwar l-Irkupru tal-Assi, li jidentifika miżuri konkreti għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni, l-assistenza fil-każijiet, l-isforzi tal-bini tal-kapaċità u l-għajnuna teknika, u jissuġġerixxi inizjattiva reġjonali kollaborattiva, il-Forum Għarbi dwar l-Irkupru tal-Assi, għal diskussjoni u kooperazzjoni fi sforzi kontinwi;

8.  Jilqa' l-qafas leġiżlattiv il-ġdid adottat mill-Kunsill fis-26 ta' Novembru 2012, li jiffaċilita r-ritorn ta' fondi miżapproprjati lill-Eġittu u t-Tuneżija billi jawtorizza lill-Istati Membri li jirrilaxxaw l-assi ffriżati abbażi ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji rikonoxxuti u billi jħeġġeġ l-iskambju ta' informazzjoni fost l-awtoritajiet relevanti mill-Istati Membri minn naħa u l-Eġittu u t-Tuneżija mill-oħra; jenfasizza, madankollu, il-bżonn li jinkisbu riżultati konkreti u li l-Libja tkun inkluża bis-sħiħ f'dan il-proċess;

9.  Jilqa' l-kooperazzjoni stretta bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u atturi ewlenin internazzjonali oħrajn fl-irkupru tal-assi min-naħa tal-Eġittu, il-Libja u t-Tuneżija, b'attenzjoni speċjali għall-Inizjattiva għall-Irkupru tal-Assi Misruqa (StAR) tal-Bank Dinji u tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità; jenfasizza l-importanza li jsir użu sħiħ tal-mekkaniżmi attwali, kemm fil-livell nazzjonali kemm f'dak internazzjonali, flimkien mal-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni l-ġdida meħtieġa u l-aġġustament tal-leġiżlazzjoni eżistenti fi ħdan is-sistemi ġurdiċi f'dan il-qasam;

10.  Jistieden lill-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran biex tqajjem il-kwistjoni mal-parlamenti nazzjonali, b’tali mod li d-deputati miż-żewġt ixtut ikunu jistgħu jiġu persważi jippromwovu miżuri ġuridiċi b’mod attiv ħalli jiżguraw kooperazzjoni aktar stretta bejn l-awtoritajiet tal-pulizija u ġudizzjarji involuti;

11.  Jitlob li, mingħajr dewmien, jinħoloq mekkaniżmu tal-UE magħmul minn tim ta' investigaturi, prosekuturi, avukati u esperti oħrajn nazzjonali u internazzjonali, bil-għan li jagħti konsulenza u assistenza ġurdika u teknika lill-pajjiżi tar-Rebbiegħa Għarbija fil-proċess tal-irkupru tal-assi; jitlob li dan il-mekkaniżmu jiġi ffinanzjat debitament mill-istrument finanzjarju relevanti fi ħdan il-qasam tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni; jenfasizza, fil-kuntest ta' proċeduri ġudizzjarji kumplessi, sensittivi u li jieħdu fit-tul, l-importanza li dan il-mekkaniżmu tal-UE jkun sostenibbli; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jisiltu t-tagħlimiet minn din l-esperjenza, u jibnu fuqha; jinnota wkoll il-possibilità ta' finanzjament addizzjonali għal dan il-mekkaniżmu, fi stadju ulterjuri, permezz ta' ftehimiet ta' kofinanzjament mal-istati rikjedenti;

12.  Iħeġġeġ lil-Lega Għarbija biex tiddefinixxi, tadotta u timplimenta bil-ħeffa mekkaniżmi ta' kooperazzjoni dwar l-irkupru tal-assi, u jistieden partikolarment lill-pajjiżi tal-Golf biex isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom u joffru l-assistenza ġuridika tagħhom lill-pajjiżi tar-Rebbiegħa Għarbija huma u jindirizzaw il-proċess tal-irkupru tal-assi;

13.  Jirrikonoxxi u jappoġġja bis-sħiħ il-kontribut tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kemm fil-pajjiżi rikjedenti u kemm f'dawk rikjesti, għall-proċess tal-irkupru tal-assi, b'mod partikolari billi jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet relevanti, iħeġġu l-kooperazzjoni fost l-atturi nazzjonali u internazzjonali ewlenin, jimmonitorjaw ir-ritorn tal-assi u jiżguraw li l-assi ritornati jintużaw b'mod trasparenti u effikaċi fl-istati rikjedenti;

14.  Itenni l-impenn tiegħu li jappoġġja tranżizzjoni demokratika tal-pajjiżi tar-Rebbiegħa Għarbija u jwiegħed li jappoġġja u jassisti lill-pajjiżi tar-Rebbiegħa Għarbija fil-ħolqien ta' demokraziji b'saħħithom u stabbli li fihom ikunu rrispettati l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, inklużi –drittijiet tan-nisa u l-liberta tal-espressjoni, u fejn l-elezzjonijiet isiru skont standards internazzjonali; jenfasizza li huwa tal-akbar importanza li l-UE turi l-impenn konkret u ġenwin tagħha favur dan il-proċess;

15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà/Viċi President tal-Kummissjoni, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Parlament u lill-Gvern tal-Isvizzera, lill-Kungress u lill-President tal-Istati Uniti tal-Amerika, lill-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran u lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Eġittu, tal-Libja u tat-Tuneżija.

(1) Testi adottati, P7_TA(2013)0095.
(2) Testi adottati, P7_TA(2012)0201.


Rapport ta' progress 2012 dwar il-Bosnja-Ħerzegovina
PDF 320kWORD 33k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Mejju 2013 dwar ir-Rapport ta' Progress 2012 dwar il-Bosnja-Ħerzegovina (2012/2865(RSP))
P7_TA(2013)0225B7-0161/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2003 dwar il-Balkani tal-Punent u l-anness tagħhom bit-titolu “L-Aġenda ta' Thessaloniki għall-Balkani tal-Punent: nimxu lejn l-integrazzjoni Ewropea”,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda u l-Bosnja-Ħerzegovina min-naħa l-oħra, iffirmat fis-16 ta’ Ġunju 2008 u rratifikat mill-Istati Membri kollha tal-UE u mill-Bosnja-Ħerzegovina,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/211/KE tat-18 ta' Frar 2008 dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kondizzjonijiet kontenuti fis-Sħubija Ewropea mal-Bożnja u Ħerzegovina u li tħassar id-Deċiżjoni 2006/55/KE(1),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/426/CFSP tat-18 ta’ Lulju 2011(2) u l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Bosnja-Ħerzegovina tal-21 ta’ Marzu 2011, l-10 ta’ Ottubru 2011, il-5 ta’ Diċembru 2011, il-25 ta’ Ġunju 2012 u l-11 ta’ Diċembru 2012,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem “Strateġija tat-Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2012-2013’ (COM(2012)0600) u r-Rapport ta' Progress 2012 dwar il-Bosnja-Ħerzegovina, adottat fl-10 ta’ Ottubru 2012 (SWD(2012)0335),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-14-il laqgħa Interparlamentari bejn il-Parlament Ewropew u l-Assemblea Parlamentari tal-Bosnja-Ħerzegovina, li saret f’Sarajevo fid-29 u t-30 ta’ Ottubru 2012,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, b’mod partikolari r-riżoluzzjoni tal-14 ta’ Marzu 2012 dwar ir-Rapport ta’ Progress dwar il-Bosjna-Ħerzegovina(3) u r-riżoluzzjoni tat-22 ta' Novembru 2012 dwar it-Tkabbir: politiki, kriterji u l-interessi strateġiċi tal-UE(4),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.  billi l-UE affermat kemm-il darba l-impenn tagħha favur is-sħubija fl-UE tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, inkluża l-Bosnja-Ħerzegovina (BĦ); billi l-UE tibqa’ impenjata fis-sod għal Bosnja-Ħerzegovina sovrana u magħquda bil-prospett ta' sħubija fl-UE u billi dan il-prospett huwa wieħed mill-aktar fatturi unifikanti fost il-poplu tal-pajjiż;

B.  billi, sabiex jitħaffef il-progress tal-pajjiż lejn is-sħubija fl-UE u jinkisbu riżultati tanġibbli li jibbenefikaw minnhom iċ-ċittadini kollha, huma meħtieġa istituzzjonijiet funzjonali u mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni ċari fil-livelli kollha kif ukoll impenn sod u konsistenti mill-mexxejja politiċi tal-pajjiż;

C.  billi r-riforma kostituzzjonali tibqa' r-riforma ewlenija għat-trasformazzjoni tal-BĦ f’demokrazija effikaċi u li tiffunzjona tajjeb; billi huwa meħtieġ progress tanġibbli f’oqsma ewlenin tal-bini tal-istat, inkluż fil-governanza, il-ġudikatura, l-implimentazzjoni tal-istat tad-dritt, kif ukoll fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u fl-approssimazzjoni mal-istandards tal-UE;

D.  billi l-ħolqien ta’ mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni effikaċi huwa meħtieġ b’urġenza biex ikun hemm involviment aħjar mal-UE;

E.  billi n-nuqqas ta’ prospetti ta’ impjieg, b’mod partikolari għaż-żgħażagħ, qed jissokta jdgħajjef serjament l-iżvilupp soċjoekonomiku u politiku tal-pajjiż;

F.  billi l-korruzzjoni għadha qed ixxekkel serjament l-iżvilupp soċjoekonomiku u politiku fil-pajjiż;

G.  billi l-kooperazzjoni reġjonali u r-relazzjonijiet tajbin bejn il-ġirien huma elementi ewlenin tal-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni u għandhom rwol deċiżiv fil-proċess tat-trasformazzjoni tal-Balkani tal-Punent f’żona ta’ stabbiltà fit-tul u ta' żvilupp sostenibbli; billi l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi oħrajn tar-reġjun fi spirtu ta’ relazzjonijiet tajbin bejn il-ġirien hija prerekwiżit għal-koeżistenza paċifika u r-rikonċiljazzjoni fil-BĦ u l-Balkani tal-Punent;

H.  billi l-UE poġġiet l-istat tad-dritt fil-qalba tal-proċess ta' tkabbir tagħha;

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1.  Itenni bil-qawwa l-appoġġ tiegħu għall-integrazzjoni Ewropea tal-BĦ għall-benefiċċju taċ-ċittadini kollha tal-pajjiż;

2.  Jinsab imħasseb minħabba n-nuqqas kontinwu ta’ viżjoni kondiviża għad-direzzjoni ġenerali tal-pajjiż mill-elite tal-politika, li b’hekk iqiegħed lill-BĦ fil-periklu li tkompli taqa' lura meta mqabbla ma’ pajjiżi oħrajn tar-reġjun;

3.  Ifaħħar il-fatt li l-elezzjonijiet ġenerali saru b’mod paċifiku, liberu u ġust; jieħu nota tat-tilwima ta’ wara l-elezzjonijiet fi Srebenica; jirrikonoxxi d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tal-BĦ f’din il-kwistjoni; jinsab imħasseb dwar il-fatt li Mostar kienet l-unika belt fejn ma sarux l-elezzjonijiet muniċipali; iħeġġeġ lill-partijiet kollha kkonċernati jaqblu mal-bidliet fl-Istatut tal-Belt ta’ Mostar skont deċiżjoni relevanti tal-Qorti Kostituzzjonali tal-BĦ;

4.  Jilqa’ s-sospensjoni tas-superviżjoni internazzjonali fid-Distrett ta’ Brcko; jistieden lill-awtoritajiet biex jissodisfaw l-objettivi u l-kundizzjonijiet li għad fadal għall-għeluq tal-Uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli, sabiex ikunu permessi aktar sjieda u responsabbiltà lokali;

5.  Jisħaq fuq l-importanza li l-BĦ titkellem b’vuċi waħda fil-proċess ta’ integrazzjoni mal-UE; iħeġġeġ lill-mexxejja politiċi u lill-uffiċjali eletti jaħdmu flimkien u jiffukaw fuq l-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali bħala parti mid-Djalogu ta’ Livell Għoli mal-Kummissjoni biex ikunu kapaċi jissodisfaw ir-rekwiżiti sabiex fl-aħħar jidħol fis-seħħ il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u sabiex tiġi ppreżentata applikazzjoni kredibbli għas-sħubija; jistieden lill-mexxejja politiċi u lill-awtoritajiet kollha jaħdmu flimkien f’kooperazzjoni mill-qrib mar-Rappreżentant Speċjali tal-UE fil-proċess tal-adeżjoni;

6.  Ifakkar lill-Kummissjoni li t-tkabbir tal-UE jmur lil hinn minn sempliċi trasferiment tal-acquis tal-UE u għandu jkun ibbażat fuq impenn reali u komprensiv favur il-valuri Ewropej; jinnota b’xi tħassib li l-forza ta’ trasformazzjoni tal-'poter ta’ persważjoni' tal-UE jista’ jkun li tnaqqset minħabba l-kriżi ekonomika u finanzjarja reċenti; madankollu jħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lil pajjiżi oħrajn tal-Balkani tal-Punent jeżaminaw metodi innovattivi biex irawmu kultura u ambjent ta’ rikonċiljazzjoni fil-Bosnja-Ħerzegovina u fir-reġjun;

7.  Jiddispjaċih li t-Tielet Laqgħa tad-Djalogu ta’ Livell Għoli bejn l-UE u l-Bosnja-Ħerzegovina dwar il-Proċess ta’ Adeżjoni, li kienet ppjanata għall-11 ta’ April 2013, ġiet ikkanċellata minħabba n-nuqqas ta’ progress fil-każ Sejdić-Finci;

8.  Jinnota l-kontribut sinifikanti tal-Missjoni tal-Pulizija tal-UE li ngħalqet fit-30 ta’ Ġunju 2012 u jilqa’ l-preżenza msaħħa tal-UE fil-qasam tal-istat tad-dritt; jilqa’ t-tiġdid tal-mandat tal-Operazzjoni tal-Forza tal-Unjoni Ewropea (EUFOR Althea) u l-enfasi mill-ġdid tagħha fuq il-bini tal-kapaċità u t-taħriġ;

Kundizzjonijiet politiċi

9.  Ifakkar fl-importanza ta’ Istituzzjonijiet li jiffunzjonaw fil-livelli kollha għall-progress tal-pajjiż fil-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea; jilqa’ r-ritorn għad-djalogu u l-elezzjoni ta’ ministri ġodda għall-Kunsill tal-Ministri f’Novembru 2012 wara l-kollass tal-koalizzjoni u ħames xhur ta' mblokk; jinsab preokkupat dwar l-ibblukkar li jirriżulta mill-inċertezza rigward l-organizzazzjoni mill-ġdid tal-gvern fil-Federazzjoni tal-BĦ; madankollu jilqa’ l-progress fin-nomina ta' kandidati għall-postijiet vakanti fil-Qorti Kostituzzjonali tal-Federazzjoni;

10.  Jistieden lill-awtoritajiet kompetenti kollha jiżviluppaw strateġija/programm għall-integrazzjoni mal-UE, li jkun jiżgura t-traspożizzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar ikkoordinati u armonizzati tal-liġi u l-istandards tal-UE fil-pajjiż kollu, u b’hekk juru viżjoni kondiviża tad-direzzjoni ġenerali tal-pajjiż u rieda li jiżguraw il-prosperità ġenerali għaċ-ċittadini tiegħu;

11.  Jitlob għal bidliet fir-regoli ta’ proċedura tal-Kamra tal-Popli u tal-Kamra tar-Rappreżentanti biex jiġi introdott mekkaniżmu mgħaġġel għal-leġiżlazzjoni tal-UE;

12.  Jilqa’ l-progress li nkiseb fl-ewwel nofs tal-2012 u minn Ottubru, b’mod partikolari l-adozzjoni ta’ liġijiet importanti dwar iċ-ċensiment u l-għajnuna mill-Istat, il-Baġit Statali tal-2011, l-2012 u l-2013, il-pakkett fitosanitarju, il-progress fir-rigward tal-Kunsill tal-Għajnuna mill-Istat u l-Aġenzija ta’ Kontra l-Korruzzjoni, kif ukoll l-ilħuq ta’ ftehim politiku dwar il-proprjetà tal-istat u d-difiża; jitlob għall-implementazzjoni effettiva tagħhom u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex flimkien mar-Rappreżentant Speċjali tal-UE, twettaq monitoraġġ mill-qrib tal-implementazzjoni billi tikkunsidra bis-sħiħ id-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali tal-BĦ tat-13 ta’ Lulju 2012; jistieden lill-awtoritajiet tal-BĦ jibnu u jsaħħu l-kapaċitajiet tal-korpi relevanti bħall-Kunsill għall-Għajnuna mill-Istat u l-Aġenzija Kontra l-Korruzzjoni, speċjalment fir-rigward ta’ livelli suffiċjenti ta’ persunal;

13.  Jinsab imħasseb dwar id-dewmien fil-għemil taċ-ċensiment; jissottolinja l-importanza li jsir ċensiment tal-popolazzjoni f’Ottubru 2013 u jilqa’ l-isforzi li jkun żgurat li dan iseħħ f’Ottubru skont l-istandards internazzjonali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti kollha jneħħu l-ostakli kollha u ma jippolitiċċawx ċensiment li l-iskopijiet tiegħu jkunu li tinġabar dejta soċjo-ekonomika oġġettiva; jitlob li jkun hemm ir-rispett lejn jeddijiet il-minoranzi f’dan ir-rigward;

14.  Jistieden lill-awtoritajiet statali tal-BĦ jikkonformaw mas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali dwar il-ħtieġa li tiġi emendata l-leġiżlazzjoni dwar in-numri tal-identità taċ-ċittadini; jinnota li wara t-12 ta’ Frar 2013, minħabba diversi xhur ta’ inattività min-naħa tal-awtoritajiet konċernati, it-trabi li kien għadhom kemm twieldu ma setgħux jinħarġulhom numri tal-identità, u lanqas, għaldaqstant, dokumenti bażiċi bħal passaporti jew karti tal-assigurazzjoni medika; jitlob li jittieħdu miżuri b’urġenza biex din is-sitwazzjoni tiġi riżolta;

15.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet biex jeżegwixxu s-sentenza ta’ Sejdić u Finci, bħala l-ewwel pass fir-riforma kostituzzjonali komprensiva li hija meħtieġa sabiex il-pajjiż jersaq lejn demokrazija moderna u funzjonali li fiha kwalunkwe tip ta’ diskriminazzjoni tiġi eliminata u li fiha kull ċittadin, tkun xi tkun l-affiljazzjoni etnika tiegħu, igawdi mill-istess drittijiet u libertajiet; jilqa’ l-fatt li l-Assemblea tal-Kanton ta’ Sarajevo, l-ewwel li għamlet dan fil-BĦ, ġa emendat b’mod unanimi l-kostituzzjoni tagħha ħalli lil dawk li huma etnikament mhux dikjarati u lill-minoranzi etniċi tagħtihom il-possibilità jifformaw il-caucus tagħhom fl-Assemblea, skont id-deċiżjoni meħuda skont il-Konvenzjoni Ewoprea tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-kawża Sejdić-Finci;

16.  Jinnota d-deċiżjoni tal-Kummissarju għat-Tkabbir u l-Politika tal-Viċinat li jikkanċella t-Tielet Laqgħa tad-Djalogu ta’ Livell Għoli bejn l-UE u l-BĦ dwar il-Proċess ta’ Adeżjoni, minħabba n-nuqqas ta’ ftehim politiku dwar l-implimentazzjoni tas-sentenza Sejdić-Finci; jinsab imħasseb dwar il-fatt li s’issa ma ntlaħaqx ftehim, għax jemmen jista’ jkollu effetti negattivi fuq il-proċess ta’ adeżjoni kollu kemm hu, u jistieden lill-mexxejja politiċi jsibu soluzzjoni;

17.  Iħeġġeġ lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE u lill-Kap tad-Delegazzjoni (RSUE/Kap tad-Delegazzjoni) biex ikompli jsaħħaħ l-isforzi tiegħu biex jiffaċilita ftehim dwar l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni Sejdić u Finci;

18.  Jinnota l-ħtieġa urġenti għal riformi kostituzzjonali sostanzjali, kemm f’livell ta’ stat kemm ta’ entità, ħalli l-istrutturi istituzzjonali fil-livelli kollha jsiru aktar effiċjenti, funzjonali u trasparenti; itenni l-ħtieġa għas-semplifikazzjoni tal-istruttura tal-Federazzjonit al-BĦ; jistieden lill-SEAE u lill-Kummissjoni jibdew konsultazzjonijiet wesgħin u aperti kif ukoll diskussjonijiet pubbliċi mal-istakeholders kollha fil-pajjiż dwar il-bidla kostituzzjonali; jisħaq li l-partijiet u lill-komunitajiet kollha għandhom ikunu involuti kompletament f’dan il-proċess, li għandu jwassal għal riżultati konkreti;

19.  Jitlob lill-awtoritajiet kompetenti kollha jiżguraw l-istabbiliment ta' sistema legali indipendenti, imparzjali u effettiva appoġġata minn servizz ta’ pulizija imparzjali u indipendenti u jimplimentaw b'mod effettiv l-Istrateġija għar-Riforma tas-Settur tal-Ġustizzja u l-Istrateġija Nazzjonali dwar id-Delitti tal-Gwerra; iħeġġeġ l-armonizzazzjoni tal-ġurisprudenza fi kwistjonijiet kriminali u ċivili bejn is-sistemi differenti ġudizzjarji u tal-prosekuzzjoni kif ukoll l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet kollha tad-Djalogu Strutturat UE-BĦ dwar il-Ġustizzja;

20.  Jitlob lill-awtoritajiet tal-BĦ biex jiksbu progress fir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet amministrattivi fil-livelli kollha tal-gvern li jittrattaw kwistjonijiet tal-UE; jinsab imħasseb dwar is-sostenibbiltà finanzjarja tal-amministrazzjoni pubblika u n-nuqqas ta' appoġġ politiku għar-riforma tagħha; jisħaq dwar il-ħtieġa li jkun hemm konċentrazzjoni fuq il-bini, bl-assistenza tal-UE, ta’ mekkaniżmu ta’ kordinament effiċjenti u t-titjib tal-kwalifiki u l-kompetenza tas-servizz ċivili, bħala element importanti għall-iżgurar ta’ koperazzjoni effiċjenti u produttiva mal-UE;

21.  Jesprimi tħassib dwar il-livell għoli ta’ korruzzjoni fil-pajjiż, ir-rabta tiegħu mal-partiti politiċi u l-preżenza tal-korruzzjoni fil-livelli kollha tal-ħajja pubblika; iħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti fil-livelli kollha jipproponu u jimplementaw strateġiji u pjanijiet għal kontra l-korruzzjoni; jistieden lill-awtoritajiet responsabbli juru rieda politika biex jittrattaw il-kwestjoni u joffru mezzi sabiex l-Aġenzija Kontra l-Korruzzjoni ssir kompletament operattiva, biex jinbena rekord ta’ investigazzjonijiet u kundanni u jħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-BĦ jallinjaw il-leġiżlazzjoni relevanti dwar il-korruzzjoni mar-rakkomandazzjonijiet tal-GRECO; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi miġġieled b’mod effettiv it-traffikar tal-bnedmin permezz tal-prosekuzzjoni tal-awturi tal-ksur u l-provvediment ta' protezzjoni u kumpens lill-vittmi;

22.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti jaċċelleraw l-isforzi biex jimplimentaw il-pjan direzzjonali għal Ftehim Operazzjonali mal-EUROPOL, b’mod partikolari l-allinjament tal-leġiżlazzjoni u l-proċeduri relevanti dwar il-protezzjoni tad-data;

23.  Jitlob b’urġenza lill-awtoritajiet tal-BĦ jinkoraġġixxu l-iżvilupp tal-midja indipendenti u varjata li hija ħielsa mill-interferenza politika, il-frammentazzjoni etnika u l-polarizzazzjoni; jenfasizza r-rwol speċjali tal-midja tas-servizz pubbliku fit-tisħiħ tad-demokrazija u l-koeżjoni soċjali, u jistieden lill-awtoritajiet jiżguraw is-sostenibbiltà finanzjarja, l-indipendenza u l-konformità tagħha mal-istandards Ewropej; jiddispjaċih għall-pressjoni politika kontinwa kif ukoll għat-theddid kontra tagħhom; jesprimi tħassib dwar it-tentattivi biex tiddgħajjef l-indipendenza tal-Aġenzija Regolatorja tal-Komunikazzjoni u tax-xandara tas-servizz pubbliku; ifakkar li l-midja ħielsa tirrappreżenta element essenzjali ta’ demokrazija stabbli;

24.  Iħeġġeġ lill-partijiet politiċi kollha jaħdmu proattivament għal soċjetà inklussiva u tolleranti; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti jimplimentaw il-liġijiet u l-politiki dwar l-antidiskriminazzjoni u jindirizzaw in-nuqqasijiet fil-liġi u fil-prattika, inklużi dawk relatati ma’ persuni b’diżabbiltà; jinsab imħasseb dwar id-diskors ta’ mibegħda, it-theddid u l-fastidju fir-rigward ta’ persuni LGBT; jistieden lill-awtoritajiet jimplementaw fis-sħiħ il-Pjan ta’ Azzjoni dwar ir-Roma, jippromwovu attivament l-inklużjoni effikaċi tar-Roma u tal-minoranzi l-oħrajn kollha, jikkundannaw pubblikament l-inċidenti istigati mill-mibegħda, u jiżguraw investigazzjoni xierqa mill-pulizija u prosekuzzjoni ġudizzjarja; jistieden lill-awtoritajiet jappoġġaw b’mod attiv l-inizjattivi tas-soċjetà ċivili f’dan il-qasam, b’appoġġ finanzjarju u prattiku kif ukoll b’impenn politiku;

25.  Iħeġġeġ il-ħidma tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet ċivili fil-BĦ, u jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa mekkaniżmi ta’ finanzjament li jagħtu lok lil organizzazzjonijiet fil-livell tal-komunitajiet lokali wkoll li jibbenefikaw mill-finanzjament tal-IPA;

26.  Jitlob li jkun hemm l-għoti ta’ setgħa lin-nisa bil-promozzjoni, protezzjoni u tisħiħ ta’ jeddijiethom, bit-titjib tas-sitwazzjoni soċjali u ekonomika tagħhom, b’żieda tal-preżenza tagħhom fis-suq tax-xogħol, bl-iżgurar tar-rappreżentanza ġusta tan-nisa fi proċeduri ta' teħid ta' deċiżjonijiet politiċi u ekonomiċi u t-tħeġġiġ tal-imprenditorija tan-nisa; Jinnota li n-nisa għadhom mhumiex rappreżentati biżżejjed fil-parlamenti, fil-gvernijiet u fl-amministrazzjoni pubblika u li d-drittijiet tax-xogħol tagħhom spiss jiġu injorati; jitlob lill-awtoritajiet tal-Bosnja-Ħerżegovina jallinjaw id-drittijiet ta' sigurtà soċjali għal dawn bil-liv tal-maternità, tal-paternità jew liv tal-ġenituri madwar il-pajjiż sabiex jintlaħaq livell għoli, u tinħoloq sitwazzjoni uniformi għaċ-ċittadini kollha u l-evitar tad-diskriminazzjoni;

27.  Jesprimi tħassib dwar il-livell għoli ta’ vjolenza domestika li ma tiġix rapportata u dwar il-fatt li ma jsirux biżżejjed prosekuzzjonijiet tagħha; jitlob lill-awtoritajiet jadottaw u jimplementaw miżuri biex jiksbu l-protezzjoni reali tan-nisa; jinsisti fuq il-ħtieġa li jissaħħu l-korpi tal-infurzar tal-liġi sabiex jiġu indirizzati b’suċċess kwistjonijiet bħall-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru, il-vjolenza domestika, il-prostituzzjoni furzata u t-traffikar tan-nisa; jisħaq fuq l-importanza tal-protezzjoni tat-tfal kontra l-vjolenza, it-traffikar u kull tip ieħor ta’ abbuż; iħeġġeġ lill-Kummissjoni terġa’ teżamina metodi biex tappoġġa l-ġlieda kontra l-vjolenza domestika;

28.  Jilqa’ l-abbozz ta’ Programm għall-Vittmi ta’ Stupru, Abbuż Sesswali u Tortura Matul il-Gwerra fil-BĦ; iħeġġeġ l-għoti ta’ riżorsi biżżejjed għar-riabilitazzjoni ta’ vittmi ta’ vjolenza sesswali relatata mal-kunflitti b’mod sistematiku inklużi kumpensi irrispettivament mill-istatus soċjali tagħhom, kura medika u psikoloġika kif ukoll servizzi soċjali xierqa; jitlob lill-awtoritajiet kompetenti kollha biex iżidu l-għarfien pubbliku dwar l-istatus tal-vittmi;

29.  Jistieden lill-Federazzjoni tintroduċi regolamentazzjoni dwar ir-reati ta’ mibegħda fil-Kodiċi Kriminali kif diġà ġie stabbilit fir-Repubblika Srpska u fid-Distrett ta’ Brcko fl-2009;

30.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li fi tmiem l-2011 kien għad hemm madwar 113,000 persuna spustata f'pajjiżha fil-BĦ, inklużi madwar 8,000 li kienu joqogħdu f'ċentri kollettivi u 7,000 refuġjat; iħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti kollha fil-livelli kollha, anke abbażi tal-impenn mill-komunità tad-donaturi internazzjonali imġedded fil-konferenza tad-donaturi internazzjonali ta’ Sarajevo f’April 2012,biex jiffaċilitaw ir-ritorn sostenibbli ta’ refuġjati u persuni spustati f’pajjiżhom billi jiżguraw l-aċċess tagħhom għall-akkomodazzjoni, l-edukazzjoni, il-protezzjoni soċjali u l-impjieg; iħeġġiġhom jiffaċilitaw dan il-proċess billi jipprovdu għajnuna finanzjarja lir-refuġjati kollha li jirritornaw b’mod ġust u adegwat, inkluż ir-ritorn ta’ refuġjati Kroati lejn il-Posavina;

31.  Jinnota bi tħassib in-numru għoli ta’ persuni fil-BĦ li jsofru minn disturbi ta’ stress postrawmatiku (PTSD) minħabba l-gwerra; jistieden lill-awtoritajiet jindirizzaw in-nuqqas ta’ kura soċjali u psikoloġika għal persuni li jsofru mis-sindromu tal-PTSD;

32.  Jitlob għall-implimentazzjoni sħiħa tal-Istrateġija għall-Azzjoni kontra l-Mini kif ukoll għall-adozzjoni tal-liġi dwar l-azzjonijiet kontra l-mini sabiex jiġu evitati aktar diżgrazzji minħabba aċċidenti b'mini tal-art;

33.  Jikkundanna bil-qawwa kwalunkwe tentattiv, fil-BĦ jew x’imkien ieħor fid-dinja, li titnaqqas is-serjetà rigward il-ġenoċidju li seħħ fi Srebrenica jew li dan jiġi miċħud;

Kwistjonijiet soċjoekonomiċi

34.  Iħeġġeġ lill-gvernijiet fil-livelli kollha biex jappoġġaw politiki fiskali b’saħħithom; jinsab imħasseb dwar id-daqs tal-ekonomija informali u dwar ir-rata ta’ qgħad għolja, partikolarment tan-nisa u ż-żgħażagħ; jesprimi tħassib dwar l-impatt li jikkawżaw l-instabilità politika u l-istat tad-dritt dgħajjef u l-ispazju ekonomiku frammentat fuq it-tkabbir ekonomiku u l-investimenti kif ukoll fuq l-ambjent tan-negozju kollu kemm hu; jistieden lill-gvern biex joħloq spazju ekonomiku uniku fil-pajjiż, sabiex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet favorevoli għall-proliferazzjoni tan-negozji, speċjalment l-impriżi żgħar u medji, sabiex jissaħħu s-sorsi domestiċi ta' tkabbir filwaqt li titnaqqas id-dominanza tal-gvern fl-ekonomija u l-ishma tal-monopolji, sabiex jiġi promoss l-infiq orjentat lejn it-tkabbir, u tingħata spinta lill-kompetittività;

35.  Jilqa’ d-deċiżjoni tal-UE li tagħti Għajnuna Makrofinanzjarja li tammonta għal EUR 100 miljun lill-BĦ, bħala sinjal ċar tal-impenn tagħha għall-perspettiva Ewropea tal-pajjiż u l-benessri tal-poplu tiegħu;

36.  Jistieden lill-awtoritajiet tal-BĦ, speċjalment lill-awtoritajiet fl-entitajiet li jirreġistraw l-aktar kumpaniji tal-BĦ, biex jirrevedu u jimmodernizzaw il-leġiżlazzjoni eżistenti dwar ix-xogħol, u jsaħħu d-djalogu soċjali u l-ispezzjoni tax-xogħol;

37.  Jilqa’ l-iffirmar ta’ ftehim bejn il-BĦ u l-UE dwar l-adeżjoni tal-BĦ mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO); iħeġġeġ lill-awtoritajiet fil-BĦ jżidu n-negozjati ma’ msieħba oħrajn bl-għan li jsiru membru tad-WTO fil-futur qrib;

38.  Jinnota li sar ċertu progress fit-titjib tal-qafas ġenerali għall-edukazzjoni, jistieden b’mod ripetut lill-Kunsill tal-Ministri, inter alia, biex itejjeb il-koordinazzjoni fost it-12-il ministeru tal-edukazzjoni u d-Dipartiment tal-Edukazzjoni fid-distrett ta’ Brcko u biex inaqqas il-frammentazzjoni tas-sistema edukattiva;

39.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li tittejjeb il-kwalità ġenerali tal-edukazzjoni b'mod li tissodisfa l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol intern u barrani; jistieden lill-awtoritajiet tal-BĦ jindirizzaw in-nuqqasijiet ta' taħriġ vokazzjonali sabiex jattiraw investiment dirett barrani kif ukoll jiżguraw, ukoll minħabba n-neċessità ekonomika, li tibda l-akkreditazzjoni ta' istituzzjonijiet edukattivi u li l-aġenziji li jittrattaw ir-rikonoxximent ta' lawrji u diplomi jsiru kompletament operattivi; jilqa’ l-miżuri meħudin għall-iżvilupp u t-trawwim tal-korsijiet ta' taħriġ u programmi għaż-żgħażagħ ħalli tkun ifaċilitata l-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol, u jitlob li jkun hemm aktar inizjattivi f'dan is-sens;

40.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti kollha jtemmu s-segregazzjoni etnika tat-tfal (“żewġ skejjel taħt saqaf wieħed’) li għadha teżisti f’xi kantoni tal-Federazzjoni; jitlob, barra minn hekk, li jkun hemm il-promozzjoni tal-inklużjoni effikaċi tat-tfal Roma b'mod partikolari fl-edukazzjoni, inter alia permezz tal-programmi għat-tħejjija għall-iskola; jistieden lill-awtoritajiet jikkollaboraw mal-NGOs relevanti sabiex iħeġġu lill-familji Rom jappoġġaw l-aċċess tat-tfal tagħhom għall-edukazzjoni; jistieden lill-awtoritajiet jarmonizzaw ir-regolamenti fi ħdan il-BĦ sabiex jiżguraw li t-tfal kollha jiġu trattati b’mod ugwali; jitlob, b’mod ġenerali, għal aktar sforzi biex tiġi evitata s-separazzjoni fil-familja u għal aktar servizzi ta' appoġġ għal familji fir-riskju; jistieden lill-Kummissjoni teżamina jekk assistenza mmirata tal-UE tistax tgħin biex tintemm is-sistema segregata tal-edukazzjoni;

41.  Jilqa’ l-pjanijiet tal-Kummissjoni li titlob li jkun hemm laqgħa ta’ livell għola dwar l-edukazzjoni bit-tir li jkun promoss id-djalogu fuq diversi suġġetti, inkluża s-segregazzjoni etnika tat-tfal fl-iskejjel u t-tlaqqigħ tar-rappreżentanti tal-organizzazzjoni internazzjonali relevanti u l-awtoritajiet tal-BĦ responsabbli mill-edukazzjoni;

42.  Jistieden lill-awtoritajiet jallinjaw il-leġiżlazzjoni mal-acquis dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali tal-UE;

43.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet jieħdu l-miżuri kollha neċessarji ħalli jippreżervaw il-wirt nazzjonali u jindirizzaw l-qafas ġuridiku rispettiv; jitlob, barra minn hekk, lill-awtoritajiet kompetenti kollha fil-livelli kollha li jiżguraw li jkun hemm proċeduri ċari għall-finanzjament tal-istituzzjonijiet kulturali ħalli jkun prevenut l-għeluq;

44.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-BĦ biex jimplimentaw miżuri adegwati sabiex jipprevjenu aktar abbuż tar-reġim tal-ivvjaġġar mingħajr viża u biex jindirizzaw b'mod effettiv l-abbuż organizzat tal-proċeduri tal-asil fl-Istati Membri tal-UE;

Kooperazzjoni reġjonali u kwistjonijiet bilaterali

45.  Ifaħħar lill-BĦ għar-rwol kostruttiv tagħha fil-kooperazzjoni reġjonali u jistieden lill-pajjiż jaħdem fuq id-delimitazzjoni tal-fruntieri b’kooperazzjoni mal-ġirien kollha;

46.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet fil-BĦ biex iħaffu t-tħejjijiet għall-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE billi jallinjaw il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-BĦ dwar is-sikurezza tal-ikel mal-acquis tal-UE; jinsab imħasseb minħabba n-nuqqas ta’ azzjoni mill-awtoritajiet tal-BĦ u li dan jista’ potenzjalment iwassal għal telf fis-swieq tal-esportazzjoni tal-BĦ; jilqa’ l-progress li sar s’issa, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti ħalli b’ħeffa jibnu l-infrastruttura neċessarja fil-postazzjonijiet ta' kontroll tal-fruntieri tal-UE (BIPs); jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li ssib soluzzjonijiet fil-laqgħat trilaterali tagħha mal-Kroazja u l-BĦ dwar l-aħħar kwestjoni li għadhom pendenti dwar il-ġestjoni tal-fruntieri fid-dawl ta' dħul il-Kroazja fl-UE, inkluża l-ftehima ta' Neum/Ploče; jitlob li jkun hemm aktar sforzi kostruttivi f’dan is-sens, li jippermettu aktar BIPs jekk ikun neċessarju; ifaħħar lill-BĦ għall-kontribut tagħha għall-progress li sar dwar ir-riżoluzzjoni tal-kwistjonijiet pendenti inkluża t-tlestija tal-Ftehim dwar it-Traffiku Lokali tal-Fruntiera, li għandu jissemplifika t-traffiku taċ-ċittadini f’żoni ħdejn il-fruntiera; iqis li huwa neċessarju li tinstab soluzzjoni sabiex tinżamm l-istess sistema ta’ karti tal-identità bejn il-pajjiżi wara Lulju 2013 sabiex iċ-ċittadini tal-BĦ jkunu jistgħu jkomplu jivvjaġġaw lejn il-Kroazja;

47.  Itenni t-talba tiegħu li jingħata permess għad-dħul taċ-ċittadini tal-Kosovo peress li l-BĦ għadha l-uniku pajjiż tar-reġjun li ma jħallihomx jidħlu; iħeġġeġ, għalhekk, lill-awtoritajiet tal-BĦ jaċċettaw id-dokumenti tal-ivvjaġġar meħtieġa ta' ċittadini tal-Kosovo biex jidħlu fil-pajjiż, kif sar mis-Serbja u minn pajjiżi oħra;

48.  Itenni l-ħtieġa għal implementazzjoni kontinwata aktar stretta tal-kriterji neċessarji u l-miżuri marbutin mal-ivvjaġġar ħieles mill-viża lejn il-pajjiżi Schengen, għall-implementazzjoni tal-istrateġiji fit-tul, u għar-regolazzjoni tal-politika fuq il-minoranzi; jikkunsidra neċessarju li ċ-ċittadini jiġu informati dwar il-limitazzjonijiet ta’ reġim mingħajr viża sabiex jiġi evitat kwalunkwe tip ta’ abbuż tal-libertà tal-ivvjaġġar u tal-politika ta’ liberalizzazzjoni tal-viża; jinnota ċ-ċifri kostantement baxxi ta' dawk li jfittxu l-asil li joriġinaw mill-BĦ fl-Istati Membri tal-UE; jenfasizza l-importanza tal-ivvjaġġar mingħajr viża għaċ-ċittadini tal-BĦ;

o
o   o

49.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Presidenza tal-Bosnja-Ħerzegovina, lill-Kunsill tal-Ministri tal-Bosnja-Ħerzegovina, lill-Assemblea Parlamentari tal-Bosnja-Ħerzegovina u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Federazzjoni tal-Bosnja-Ħerzegovina u r-Repubblika Srpska.

(1) ĠU L 80, 19.3.2008, p. 18.
(2) ĠU L 188, 19.7.2011, p. 30.
(3) Testi adottati, P7_TA(2012)0085.
(4) Testi adottati, P7_TA(2012)0453.


Rapport ta' progress 2012 dwar dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
PDF 336kWORD 35k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Mejju 2013 dwar ir-Rapport ta' Progress tal-2012 dwar dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (2013/2866(RSP))
P7_TA(2013)0226B7-0186/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2005 biex jagħti lill-pajjiż l-istatus ta' pajjiż kandidat għall-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea u l-konklużjonijiet tal-Presidenza li ħarġu wara l-laqgħat tal-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta' Ġunju 2006 u tal-14 u l-15 ta' Diċembru 2006,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2012,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kapijiet ta' Missjoni tal-UE u tal-Istati Uniti tal-11 ta' Jannar 2013,

–  wara li kkunsidra r-Rapport ta' Progress tal-2012 tal-Kummissjoni (SWD(2012)0332) u l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-10 ta' Ottubru 2012 bit-titolu “L-Istrateġija tat-Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2012-2013” (COM(2012)0600),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet 845 (1993) u 817 (1993) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll ir-riżoluzzjoni 47/225 (1993) tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Ftehim Interim tal-1995,

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar l-Applikazzjoni tal-Ftehim Interim tat-13 ta' Settembru 1995,

–  wara li kkunisdra r-rakkomandazzjoni 329 (2012) tal-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa dwar id-Demokrazija lokali fil-pajjiż,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu inkluża r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2012 dwar it-tkabbir: politiki, kriterji u interessi strateġiċi tal-UE(1),

–  wara li kkunsidra l-għaxar laqgħa tal-Kumitat Parlamentari Konġunt tas-7 ta' Ġunju 2012,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-pajjiżi kollha kandidati u dawk potenzjalment kandidati għandhom jiġu ttrattati skont il-merti proprji tagħhom;

B.  billi d-Djalogu ta' Livell Għoli dwar l-Adeżjoni (HLAD) ġab dinamiżmu ġdid għall-proċessi ta' riforma fil-pajjiż;

C.  billi l-adeżjoni mal-UE hija fundamentali għall-istabilità fit-tul tal-pajjiż u għal relazzjonijiet interetniċi tajba;

D.  billi l-Kunsill Ewropew iddeċieda għar-raba' sena konsekuttiva li ma jiftaħx in-negozjati tal-adeżjoni mal-pajjiż minkejja r-rakkomandazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward; billi dan il-posponiment ulterjuri qiegħed iżid mal-frustrazzjoni li qiegħda dejjem tikber tal-opinjoni pubblika fil-pajjiż dwar l-istaġnar tal-proċess ta' integrazzjoni u jirriskja li jkabbar il-problemi nazzjonali u t-tensjoni interna; billi l-kwistjonijiet bilaterali ma għandhomx jirrappreżentaw ostakolu għall-ftuħ uffiċjali tan-negozjati ta' adeżjoni għalkemm għandhom jiġu solvuti qabel tmiem il-proċess ta' adeżjoni;

E.  billi l-pajjiż lest li jniedi n-negozjati ta' adeżjoni mal-UE;

F.  billi l-kooperazzjoni reġjonali u r-relazzjonijiet ta' bon viċinat għadhom partijiet essenzjali tal-proċess ta' tkabbir;

G.  billi l-kwistjonijiet bilaterali għandhom jiġu indirizzati bi spirtu kostruttiv waqt li jitqiesu l-interessi u l-valuri ġenerali tal-UE;

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1.  Itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill biex jiffissa data għall-ftuħ tan-negozjati ta' adeżjoni mingħajr iżjed dewmien;

2.  Jiddispjaċih li, għar-raba' sena konsekuttiva, waqt l-aħħar laqgħa tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2012 il-Kunsill iddeċieda li ma jilqax ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni u għadu ma fetaħx in-negozjati ta' adeżjoni; iqis madankollu li l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, unanimament approvati għal deċiżjoni bi żmien limitat abbażi ta' rapport ġdid tal-Kummissjoni, jirrappreżentaw pass 'il quddiem awtentiku, filwaqt li jirrikonoxxu l-importanza tal-progress suffiċjenti fir-rigward ta' oqsma fundamentali kif imniżżel fil-konklużjonijiet ta' Diċembru 2012 tal-Kunsill Ewropew; jifraħ lill-Kummissarju inkarigat mit-Tkabbir tal-inizjattivi tiegħu u jistiednu jinkludi fir-rapport imminenti tiegħu valutazzjoni tal-kost li jiġġenera n-nuqqas ta' tkabbir, inklużi r-riskji ewlenin għall-pajjiż f'każ ta' titwil tal-istatus quo; jilqa’ r-rapport tar-Rebbiegħa tas-16 ta’ April 2013 mill-Kummissjoni Ewropea u jistieden lill-Presidenza Irlandiża twettaq diplomazija intensa biex tikseb riżultat sodisfaċenti mmirat għal deċiżjoni tal-Kunsill biex jinfetħu n-negozjati qabel tmiem Ġunju 2013;

3.  Jissottolinja l-fatt li r-relazzjonijiet ta' bon viċinat huma pilastru essenzjali għall-proċess ta' adeżjoni tal-UE; jilqa' favorevolment ir-rwol ġenerali kostruttiv tal-pajjiż fir-rigward tar-relazzjonijiet ma' pajjiżi oħra ta' tkabbir; jinkoraġġixxi l-iskambji diplomatiċi kostanti li saru bejn Ateni, Sofja u Skopje u jisħaq fuq l-importanza li l-partijiet kollha juru impenn adegwat lejn “relazzjonijiet ta' bon viċinat” abbażi speċjalment tal-ħbiberija u tar-rispett reċiproċi, tad-djalogu kostruttiv u tax-xewqa awtentika għar-riżoluzzjoni tan-nuqqas ta' qbil u għat-tegħlib tal-ostilitajiet; jappella biex jiġu evitati ġesti, dikjarazzjonijiet u azzjonijiet li jista' jkollhom impatt negattiv fuq ir-relazzjonijiet ta' bon viċinat; jilqa' pożittivament f'dan ir-rigward l-ewwel laqgħa li saret reċentement bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' Skopje u ta' Sofja mmirat lejn il-possibilità li jiġi ffirmat ftehim bejn iż-żewġ pajjiżi; iħeġġeġ lill-Kummissarju inkarigat mit-Tkabbir jagħti attenzjoni partikolari lir-rapport tiegħu lill-kwistjoni tar-“relazzjonijiet ta' bon viċinat”; jitlob ukoll kollaborazzjoni soċjokulturali akbar fid-dawl tat-tisħiħ tar-rabtiet bejn il-popli tar-reġjun;

4.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-kwistjonijiet bilaterali għandhom jiġu indirizzati kemm jista' jkun kmieni fil-proċess ta' adeżjoni, bi spirtu kostruttiv u ta' bon viċinat u preferibbilment qabel il-ftuħ tan-negozjati ta' adeżjoni; itenni l-fehma tiegħu li l-kwistjonijiet bilaterali ma għandhomx jiġu evokati biex ixekklu l-proċess ta'adeżjoni mal-UE;

5.  Jinsisti li l-pajjiżi kollha kandidati u dawk potenzjalment kandidati għandhom jiġu ttrattati skont il-merti proprji tagħhom fil-proċess ta' integrazzjoni;

6.  Jemmen bis-saħħa li l-bidu tan-negozjati jista' hu stess jikkostitwixxi “żvolta”, billi joffri impuls pożittiv u strument effikaċi biex jitkomplew ir-riformi, titjieb is-sitwazzjoni interna, jiġi aġevolat id-djalogu interetniku u jiġu promossi relazzjonijiet favorevoli mal-ġirien;

7.  Jikkunsidra li d-Djalogu ta' Livell Għoli dwar l-Adeżjoni (HLAD) ikkostitwixxa strument importanti biex jiżblokka l-istall eżistenti u jnissel dinamiżmu mġedded fil-proċess ta' adeżjoni mal-UE; jilqa' pożittivament il-progress li sar f'aktar minn 75 % tal-oqsma politiċi identifikati; itenni l-importanza ta' implimentazzjoni totali u irreversibbli; jisħaq fuq il-fatt li l-HLAD ma jissostitwixxix in-negozjati ta' adeżjoni; jistieden lill-Kunsill jitlob lill-Kummissjoni tibda l-proċess ta' “screening” malajr kemm jista' jkun sabiex tippermetti aktar progress;

8.  Jilqa' pożittivament u jsostni totalment il-ftehim ta' dan l-aħħar li wassal għall-iżblokk tal-istall fl-iżviluppi politiċi interni fil-pajjiż u jqis li dan il-ftehim se jippermetti aktar progress lejn l-adeżjoni mal-UE qabel id-diskussjonijiet tal-Kunsill Ewropew; jistieden liż-żewġ partijiet ikomplu d-djalogu politiku u jisħaq fuq il-bżonn ta' sostenn u involviment trasversali fl-aġenda tal-UE; jissottolinja l-fatt li l-parlament nazzjonali jikkostitwixxi istituzzjoni demokratika fundamentali għad-diskussjoni u għar-riżoluzzjoni tad-differenzi politiċi u jitlob lill-forzi politiċi kollha fil-pajjiż jaġixxu f'dan l-ispirtu u jirrispettaw il-proċeduri tagħha u l-valuri demokratiċi li fuqhom tissejjes; isostni l-inizjattivi li wassalu għal titjieb tal-funzjonament tal-parlament, inkluża l-proposta biex tinħoloq Kummissjoni ta' Inkjesta bil-għan li tistabbilixxi r-responsabilità għall-fatti tal-24 ta' Diċembru 2012, tifformula rakkomandazzjonijiet ulterjuri għal riforma globali tal-proċeduri tal-parlament fuq bażi verament transpartitika, ittejjeb l-awtorità, l-indipendenza u l-leġittimità tal-parlament u tipprevjeni kwalunkwe ripetizzjoni ta' tali inċidenti; jistieden lill-awtoritajiet joħolqu l-Kummissjoni ta' Inkjesta immedjatament, biex din tkun tista' tagħti bidu għall-ħidma importanti tagħha biex il-pajjiż jerġa’ jkollu proċess politiku normali; jiddispjaċih li l-ġurnalisti tkeċċew ukoll mill-parlament u jappella għall-issuktar tad-djalogu bejn il-gvern u l-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti f'kundizzjonijiet li l-ġurnalisti stess jistgħu jafdaw u joqogħdu fuqhom;

9.  Jesprimi tħassib kbir rigward it-tensjonijiet fir-relazzjonijiet interetniċi matul is-sena; iqis li d-djalogu politiku msaħħaħ huwa essenzjali fit-tkomplija tal-progress lejn soċjetà paċifika, multietnika, multikulturali u multikonfessjonali u fl-eliminazzjoni tar-riskju ta' polarizzazzjoni tas-soċjetà skont diviżjonijiet etniċi; jikkundanna enerġikament kull inċident u sinjal ta' intolleranza bbażati fuq raġunijiet etniċi;

10.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rapport tal-gvern dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim Qafas ta' Ohrid (OFA) u jistenna li r-rapport jiġi ppreżentat b'mod pubbliku sabiex jiġġenera appoġġ soċjali u politiku wiesgħa għall-futur multietniku tal-pajjiż; jinkoraġġixxi lill-gvern jgħaddi malajr għall-fażi li jmiss tar-rieżami;

11.  Jilqa' favorevolment il-Programm għad-Deċentrament 2011-14 u jappella għall-implimentazzjoni totali tal-Liġi dwar l-Iżvilupp Reġjonali; jinkoraġġixxi lill-gvern ikompli d-deċentrament fiskali bl-objettiv fit-terminu medju li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkollhom il-possibilità li jonqfu ta' 9 % tal-PDG; ifaħħar ix-xogħol tal-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (UNDP) u l-komunità usa' tad-donaturi f'kollaborazzjoni mal-gvern bil-għan li tinbena l-kapaċità tal-gvern lokali biex tiġi żgurata governanza tajba u aċċess ugwali għaċ-ċittadini kollha;

12.  Jilqa' favorevolment l-isforzi tal-awtoritajiet biex jinqatgħu mill-passat ta' komuniżmu, id-divulgazzjoni pubblika tal-ismijiet tal-aġenti affiljati mal-ex servizzi sigrieti Jugoslavi u l-proroga tat-terminu tal-applikabbiltà tal-Liġi dwar it-Tisfija sakemm tiġi adottata l-Liġi dwar l-Aċċess Liberu għall-Informazzjoni Pubblika; fl-istess ħin, iħeġġeġ lill-awtoritajiet jiksbu l-arkivji tas-servizzi sigrieti Jugoslavi mis-Serbja u jinkludu fil-proċess ta' tisfija l-persunal tas-servizzi ta' intelligence u kontrospjonaġġ; iħeġġeġ it-tisħiħ tal-mandat tal-Kummissjoni għall-Verifika tad-Data billi jiġu trasferiti d-dokumenti neċessarji kollha mis-servizzi ta' intelligence u kontrospjonaġġ għar-reċinti tal-Kummissjoni fuq bażi permanenti; jisħaq fuq il-bżonn ta' riforma tas-settur tas-sigurtà u t-tisħiħ tas-superviżjoni parlamentari fuq is-servizzi ta' intelligence u kontrospjonaġġ;

13.  Jemmen li soċjetà multietnika tista' tinkiseb bl-aħjar mod permezz ta' djalogu politiku msaħħaħ, tmexxija bbażata fuq l-eżempju li turi aċċettazzjoni u tolleranza lejn etniji oħra, u sistema edukattiva li tgħallem il-valuri ta' soċjetà multietnika; jilqa' favorevolment, għalhekk, il-proġett edukattiv multietniku tal-gvern u jistieden lill-iskejjel kollha jsegwu l-eżempju ta' pijunieri bħal dawk ta' Kumanovo li qegħdin jipprovaw itemmu l-edukazzjoni separata tal-komunitajiet etniċi differenti;

14.  Jinkoraġġixxi enerġikament lill-awtoritajiet u lis-soċjetà ċivili jieħdu miżuri xierqa għar-rikonċiljazzjoni storika bil-għan li titneħħa l-firda bejn u fi ħdan id-diversi gruppi etniċi u nazzjonali, inklużi ċ-ċittadini ta' identità Bulgara; itenni l-appell tiegħu biex isir progress pożittiv waqt ċelebrazzjonijiet konġunti ta' avvenimenti u personaġġi komuni mal-Istati Membri tal-UE ġirien; iħeġġeġ it-tentattivi għat-twaqqif ta' kumitati esperti konġunti dwar l-istorja u l-edukazzjoni, bl-għan li jikkontribwixxu għal interpretazzjoni tal-istorja oġġettiva u bbażata fuq il-fatti, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni akkademika u l-promozzjoni ta' attitudnijiet pożittivi fiż-żgħażagħ fir-rigward tal-ġirien tagħhom; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jintroduċu materjali didattiċi ħielsa minn interpretazzjonijiet ideoloġiċi tal-istorja u mmirati lejn it-titjib tal-fehim reċiproku; josserva bi tħassib il-fenomenu tal-“antikizzazzjoni”; jinsab konvint li l-kultura u l-arti għandhom jintużaw biex ilaqqgħu aktar mill-qrib lin-nies aktar milli jifirduhom; iħeġġeġ lill-gvern jibgħat sinjali ċari lill-pubbliku u lill-mezzi ta' komunikazzjoni li d-diskriminazzjoni abbażi tal-identità nazzjonali mhijiex tollerata fil-pajjiż, inkluż fir-rigward tas-sistema ġudizzjarja, fil-mezzi ta' komunikazzjoni, fl-impjiegi u fl-opportunitajiet soċjali; jissottolinja l-importanza ta' dawn l-azzjonijiet għall-integrazzjoni tad-diversi komunitajiet etniċi u l-istabilità u l-integrazzjoni Ewropea tal-pajjiż;

15.  Jilqa' favorevolment il-progress fit-tisħiħ tal-qafas normattiv fil-qasam tal-ġustizzja għat-tfal, inklużi l-emendi tal-liġi dwar il-ġustizzja tal-minorenni, it-twaqqif ta' sistema ta' monitoraġġ u l-iżvilupp ta' strateġija nazzjonali għall-prevenzjoni tad-delinkwenza fost il-minorenni; jinnota bi tħassib in-nuqqasijiet li fadal fil-protezzjoni tat-tfal vittmi ta' delitti, b'mod partikolari l-vittmi ta' abbużi, minħabba nuqqas ta' riżorsi, il-kapaċità limitata tal-persunal professjonali u n-nuqqas ta' sistema ta' rispons effikaċi għat-tfal vittmi; jitlob titjib fir-riżorsi finanzjarji u umani taċ-ċentri ta' xogħol soċjali u l-ħolqien ta' timijiet multifunzjonali li jipprovdu servizzi ta' rkupru, riabilitazzjoni u reintegrazzjoni għat-tfal vittmi;

Relazzjonijiet ta' bon viċinat u l-kwistjoni tal-isem

16.  Ikompli jiddispjaċih li l-inkapaċità li tissolva t-tilwima tal-isem imblokkat it-triq tal-pajjiż lejn l-adeżjoni mal-UE; jaqbel mal-Kunsill Ewropew li l-kwistjoni tal-isem teħtieġ tinġieb f'konklużjoni definittiva mill-aktar fis possibbli miż-żewġ naħat u li d-Deċiżjoni tal-Aja, li hija parti mid-dritt internazzjonali, teħtieġ tidħol fis-seħħ; jappoġġa bis-sħiħ l-isforzi tal-mibgħut speċjali tan-NU biex tintlaħaq soluzzjoni aċċettata minn kulħadd; jilqa' pożittivament il-proposta mressqa mill-Kummissarju inkarigat mit-Tkabbir dwar laqgħa trilaterali bejn Skopje, Ateni u Brussell; huwa tal-fehma li tali inizjattiva tista' tgħin biex tagħti spinta lin-negozjati mmexxija min-NU; jilqa' favorevolment l-ispinta ġġenerata għal Memorandum ta' Qbil u l-kuntatt reċenti mal-medjatur tan-NU; jistieden lill-partijiet kollha jaħtfu l-opportunità biex din l-azzjoni tirnexxi, jidħlu fi djalogu kostruttiv bil-għan li jsibu soluzzjoni u jiżblokkaw din is-sitwazzjoni; huwa tal-fehma li l-mexxejja tal-pajjiż u l-Unjoni Ewropea għandhom jispjegaw lill-pubbliku l-benefiċċji ta' soluzzjoni meta din tintlaħaq qabel ir-referendum dwar il-kwistjoni;

17.  Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jibdew jiżviluppaw, bi qbil mat-Trattati tal-UE, mekkaniżmu ta' arbitraġġ ġeneralment applikabbli mmirat li jsolvi l-kwistjonijiet bilaterali bejn il-pajjiżi tat-tkabbir u l-Istati Membri;

18.  Jilqa' pożittivament l-użu tat-terminu “Maċedoni” fir-Rapport ta' Progress tal-2012 fir-rispett tad-diversi lingwi, identitajiet u kulturi tal-pajjiż, u l-Istati Membri tal-UE tal-viċinat;

Kriterji politiċi

19.  Jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-pajjiż għadu jissodisfa l-kriterji politiċi;

20.  Jappella għat-tisħiħ tar-rwol ta' viġilanza tal-Parlament fil-konfront tal-gvern u għat-titjib tal-Kodiċi Elettorali u għaż-żieda tat-trasparenza tal-finanzjament tal-partiti politiċi; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li r-rakkomandazzjonijiet OSKE/ODIHR maħruġa wara l-elezzjonijiet parlamentari tal-2011 ġew parzjalment implimentati biss u jistieden, dawn ir-rigward, lill-gvern jemenda l-liġijiet biex jimplimentaw totalment ir-rakkomandazzjonijiet, anke rigward ir-reviżjoni u l-aġġornament tal-roll elettorali;

21.  Jilqa' b'sodisfazzjoni l-isforzi kontinwi fl-avvanzament tal-qafas leġiżlattiv għas-servizz ċivili u pubbliku u l-proċeduri amministrattivi, prinċipalment fir-rigward tal-Liġi dwar il-Ħaddiema Amministrattivi u l-Liġi dwar il-Proċeduri Amministrattivi Ġenerali; jitlob aktar sforzi bil-għan li jiġu garantiti t-trasparenza, l-imparzjalità u l-professjonalità tal-amministrazzjoni pubblika, jiġi żgurat ir-reklutaġġ meritokratiku u jissaħħu l-kontroll finanzjarju, l-ippjanar strateġiku u l-ġestjoni tar-riżorsi umani;

22.  Jitlob aktar sforzi biex jiggarantixxu l-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura; iqis bħala importanti d-definizzjoni ta' rekwiżiti ċari għat-destituzzjoni tal-imħallfin bil-għan li jiġu eliminati r-riskji għall-indipendenza tal-ġudikatura; jilqa' pożittivament il-progress fit-tnaqqis ġenerali tal-kawżi akkumulati fil-qrati, iżda jħeġġeġ provvedimenti li jittrattaw l-akkumulu fi ħdan il-Qorti Suprema u l-Qorti Amministrattiva; iħeġġeġ ir-razzjonalizzazzjoni progressiva tan-netwerk tal-qrati u l-appoġġ kontinwu lill-Akkademja tal-Imħallfin u l-Prosekuturi, fid-dawl tar-rwol ewlieni tagħha fl-iżgurar li jitkomplew it-taħriġ, l-iżvilupp professjonali u r-reklutaġġ ibbażat fuq il-mertu;

23.  Jilqa' favorevolment l-isforzi biex tiżdied l-effiċjenza u t-trasparenza fis-sistema tal-qorti u b'mod partikolari l-pubblikazzjoni tas-sentenzi tal-qrati fil-livelli kollha fis-siti rispettivi tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa li jinħoloq reġistru tal-infurzar għal każijiet ta' prosekuzzjonijiet u kundanni li permezz tiegħu jista' jitkejjel il-progress; jitlob l-unifikazzjoni tal-ġurisprudenza, biex jiġu żgurati sistema ġudizzjarja prevedibbli u l-fiduċja pubblika;

24.  Jappoġġa t-Task Force Investigattiva Speċjali (SITF) tal-EULEX u jinkoraġġixxi l-pajjiż jikkoopera bis-sħiħ ma' u jassisti lill-SITF f'xogħolha;

25.  Jilqa' b'sodisfazzjon it-tisħiħ tal-qafas ġuridiku kontra l-korruzzjoni, inklużi t-tibdiliet lil-Liġi dwar il-Kunflitti ta' Interess, iżda jinsab imħasseb li l-korruzzjoni għadha mifruxa kemm fil-pajjiż kif ukoll fir-reġjun kollu kemm hu; jitlob sforzi akbar rigward l-implimentazzjoni tal-liġijiet attwalment fis-seħħ u jħeġġeġ sforzi kontinwi biex jiġi stabbilit reġistru tal-kundanni fil-każijiet ta' profil għoli; jilqa' favorevolment il-programm sostnut mill-OSKE kontra l-korruzzjoni, il-proġett PrijaviKorupcija.org li jippermetti r-rapportar tal-korruzzjoni permezz ta' messaġġ SMS u d-dikjarazzjoni ta' għaxar sindki fir-rigward tat-tolleranza żero fil-konfront tal-korruzzjoni fil-muniċipalitajiet tagħhom;

26.  Josserva li, filwaqt li s-sentenzi għal reati relatati mall-korruzzjoni huma aktar ħorox, l-ordnijiet għal sekwestru u l-konfiska tal-beni jibqgħu eċċezzjoni; huwa tal-fehma li s-sekwestu u l-konfiska tal-beni huma strumenti kruċjali għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata; jistieden lill-awtoritajiet tal-pajjiż jinfurzaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali tagħhom dwar il-konfiska estiża, l-arrikkiment illeċitu u r-responsabilità kriminali ta' persuni ġuridiċi;

27.  Ifaħħar l-emendi għal-Liġi dwar il-Finanzjament tal-Partiti Politiċi; josserva b'mod partikolari r-rwol ewlieni tal-Uffiċċju Statali tal-Awditjar fis-superviżjoni tal-finanzjament politiku; jistieden lill-awtoritajiet tal-pajjiżi jagħtu lill-Uffiċċju Statali tal-Awditjar b'mezzi suffiċjenti biex jippermettu kontroll proattiv u bir-reqqa tal-finanzjament tal-partiti jew tal-kampanji kif ukoll għat-titjib b'mod sinifikanti tat-trasparenza tal-infiq pubbliku u tal-finanzjament tal-partiti politiċi;

28.  Josserva li l-attivitajiet għall-ħolqien ta' Bażi tad-Data ta' Intelligence Nazzjonali għadhom għaddejjin; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet ilestu l-proċedura ta' sejħa għall-offerti u jiddeċiedu min se jistabbilixxi l-Bażi tad-Data ta' Intelligence Nazzjonali malajr kemm jista' jkun sabiex jagħtu appoġġ sħiħ lill-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni, il-frodi, il-ħasil tal-flus u reati gravi oħra, inklużi dawk transkonfinali;

29.  Jilqa' pożittivament id-depenalizzazzjoni legali tal-malafama u d-djalogu dejjem aktar fil-fond bejn il-gvern u l-ġurnalisti dwar kwistjonijiet marbuta mal-libertà ta' espressjoni; jistieden lill-awtoritajiet ikomplu jsaħħu u jippromwovu l-libertà tal-informazzjoni u l-pluraliżmu tal-mezzi tal-komunikazzjoni, li għandha tkun ħielsa minn kull forma ta' influwenza politika jew finanzjarja u trid tkun applikata kontinwament; jesprimi tħassib, madankollu, li l-pajjżi niżel fl-Indiċi ta' Libertà ta' “Ġurnalisti mingħajr fruntieri” u jitlob aktar sforzi favur it-tisħiħ tal-istandards professjonali fil-ġurnaliżmu u fil-ġurnaliżmu investigattiv, il-promozzjoni tal-pluraliżmu tal-mezzi tal-komunikazzjoni, l-indipendenza tax-xandar tas-servizz pubbliku, l-eżegwibilità tad-drittijiet ta' impjieg tal-ħaddiema fil-mezzi tal-komunikazzjoni, it-trasparenza tas-sjieda tal-midja, is-sostenibilità u l-konformità mal-istandards Ewropej; josserva bi tħassib l-awtoċensura mifruxa fost il-ġurnalisti u n-nuqqas ta' organizzazzjoni tal-midja awtoregolatorja; jesprimi tħassib li l-maġġoranza tar-reklamar iffinanzjat mill-gvern huwa mmirat lejn il-mezzi tal-komunikazzjoni favur il-gvern; isostni lill-attivisti tal-mezzi tal-komunikazzjoni soċjali li eżerċitaw pressjoni kontra ċ-ċensura tal-Internet;

30.  Jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta’ rappurtar analitiku u oġġettiv tal-mezzi tax-xandir fil-ġimgħat qabel l-elezzjonijiet lokali f’Marzu 2013, b’mod partikolari fir-rigward tal-attivitajiet tal-oppożizzjoni, li r-rappurtar dwarhom waqt il-kampanja kien kważi non-eżistenti kemm fil-mezzi tax-xandir statali kif ukoll f'dawk privati; jenfasizza li midja viġilanti u professjonali hija fattur indispensabbli għall-iżvilupp ulterjuri ta’ kultura u instituzzjonijiet demokratiċi fil-pajjiż u għat-twettiq tal-kriterji politiċi;

31.  Josserva li s-sentenza El-Masri tal-Awla Manja tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tat-13 ta' Diċembru 2012 irrikonoxxiet ksur multiplu tal-Konvenzjoni Ewropea dwar is-sekwestru, il-konsenja straordinarja u t-tortura ta' ċittadin Ġermaniż Khaled El-Masri fil-31 ta' Diċembru 2003 u d-detenzjoni tiegħu għal 23 ġurnata f'lukanda fi Skopje qabel ma ġie trasferit mill-ajruport ta' Skopje għall-Afganistan; jistieden lill-gvern jottempera mingħajr dewmien mal-aspetti kollha tas-sentenza tal-QEDB, billi jagħti dikjarazzjoni uffiċjali ta' skuża lis-sur El-Masri, il-ħlas ta' kumpens ordnat mill-qorti u billi jieħu l-impenn li joħloq kummissjoni ta' inkjesta internazzjonali;

32.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-Liġi l-ġdida dwar l-Opportunitajiet Indaqs, l-istrateġija għall-ewwel ħames snin dwar l-gender-budgeting (inklużjoni tad-dimensjoni tal-ġeneru fil-baġit) li ġiet żviluppata bi sħubija mal-UN Women, il-finanzjament allokat għall-pjan ta' azzjoni għall-inklużjoni tar-Rom u l-proġett li jgħin lir-Rom jillegalizzaw djarhom; japprezza l-ftuħ tal-uffiċċju l-ġdid ta' sostenn għall-komunità LGBT iżda jesprimi tħassib dwar l-att ta' vandaliżmu kommess kontrih; iħeġġeġ lill-gvern ikompli bl-isforzi tiegħu biex isaħħaħ il-politiki kontra d-diskriminazzjoni, b'mod speċjali dawk relatati mad-diskrimazzjoni bbażata fuq l-etnija kif ukoll fuq l-identità nazzjonali;

33.  Jistieden lill-ministri u lill-uffiċjali jikkundannaw pubblikament id-diskriminazzjoni kontra l-persuni LGBT, jiggarantixxu li l-Gay Pride ippjanat jew attivitajiet oħrajn tal-komunità LGBT jkunu jistgħu jsiru mingħajr periklu u b'suċċess u jimpenjaw ruħhom favur in-nondiskriminazzjoni fuq kull raġuni msemmija fit-Trattat tal-UE; jistieden lill-mezzi tal-komunikazzjoni jastjenu mir-retorika anti-LGBT, inklużi d-diskors ta' mibegħda u l-inċitament għall-mibegħda;

34.  Jinsab imħasseb dwar każijiet ta' trattament ħażin mill-pulizija; jitlob taħriġ kontinwu, professjonalizzazzjoni u depolitiċizzazzjoni tal-persunal tal-pulizija; jemmen li mekkaniżmu indipendenti ta' superviżjoni għall-aġenziji inkarigati mill-eżekuzzjoni tal-liġi huwa meħtieġ għall-ġlieda kontra l-impunità u biex jiġu żgurati servizzi tal-pulizija demokratiċi u responsabbli;

35.  Jisħaq fuq il-fatt li r-reġim ta' eżenzjoni mill-obbligu tal-viża fl-ivvjaġġar mogħti liċ-ċittadini tal-pajjiż u tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent kollha jirrappreżenta benefiċċju importanti ħafna fil-proċess ta' integrazzjoni fl-UE u inċentiv b'saħħtu ħafna għall-aċċelerazzjoni tar-riformi fil-qasam tal-ġustizzja u l-intern;

36.  Jistieden lill-awtoritajiet jieħdu miżuri u jikkooperaw mal-Istati Membri tal-UE biex jipprevjenu talbiet għall-asil mhux xierqa miċ-ċittadini tal-pajjiż fl-UE, filwaqt li jiggarantixxu d-dritt li jivvjaġġaw f'reġim ta' eżenzjoni tal-viżi għaċ-ċittadini kollha u jipprevjenu kull diskriminazzjoni jew stigmatizzazzjoni tar-Rom u tal-persuni minn gruppi ta' minoranza etnika; jistieden lill-gvernijiet tal-Istati Membri ma jikkontestawx u ma jxekklux l-eżenzjoni mill-obbligu tal-viża fl-ivvjaġġar taċ-ċittadini tal-pajjiż iżda jħeġġeġ lill-awtoritajiet jimplimentaw politiki li joffru liċ-ċittadini kollha futur deċenti f'pajjiżhom;

37.  Filwaqt li japprezza n-numru għoli ta' parlamentari nisa meta mqabbel ma' ċerti Stati Membri, għadu mħasseb dwar il-parteċipazzjoni baxxa tan-nisa fis-suq tax-xogħol; jistieden lill-awtoritajiet isaħħu s-servizzi tat-tħaris tat-tfal għal dawk it-tfal b'diżabilitajiet, għat-tfal tat-triq, għat-tfal li jagħmlu użu mid-drogi u t-tfal li huma vittmi tal-vjolenza domestika, abbuż sesswali jew traffikar;

38.  Jilqa' pożittivament il-progress kontinwu li għamlet il-Kummissjoni għall-Protezzjoni kontra d-Diskriminazzjoni; jitlob li din ikollha t-totalità tal-persunal, u jemmen li l-fatt li din tkun aċċettata min-Netwerk Ewropew tal-korpi ta' promozzjoni tal-ugwaljanza sservi ta' eżempju ta' promozzjoni tal-adeżjoni mal-UE permezz tal-integrazzjoni tagħhom stess fin-netwerks Ewropej rilevanti għall-aġenziji u għall-organizzazzjonijiet l-oħra;

Soċjetà ċivili

39.  Iqis li l-iżvilupp ta' kultura politika li tibbenefika minn soċjetà ċivili indipendenti, pluralistika, interetnika, interkulturali u mhux partiġġjana hija fundamentali għat-tkomplija tal-progress demokratiku fil-pajjiż u li l-konstatazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jistgħu jarrikkixxu il-possibilitajiet għal tfassil ta' politiki bbażat fuq il-provi; jenfasizza li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) jeħtieġu li jissaħħu, isiru indipendenti mill-interessi politiċi u jintensifikaw il-proġetti konġunti tagħhom għall-ġid reċiproku ma' tali organizzazzjonijiet mill-pajjiżi ġirien u, b'mod aktar ġenerali, mill-UE kollha;

40.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-konsultazzjoni li saret mal-OSĊ fir-rigward tal-modifiki għal-liġijiet dwar l-assistenza ġudizzjarja u l-fondazzjonijiet; jappella għal konsultazzjoni sħiħa u f'waqtha mas-soċjetà ċivili dwar l-inizjattivi politiċi kollha rilevanti, inkluż id-Djalogu ta' Livell Għoli dwar l-Adeżjoni, u għall-inklużjoni fil-gruppi ta' ħidma governattivi kollha rilevanti ta' membri osservaturi mis-soċjetà ċivili magħżula b'mod trasparenti;

41.  Jenfasizza r-rwol kruċjali li jista' jiżvolġu l-OSĊ biex jagħmlu l-proċess ta' integrazzjoni mal-UE aktar trasparenti, responsabbli u inklużiv;

42.  Iqis li l-istudju parlamentari dwar l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) juri bżonn ta' impenn, min-naħa tal-gvern, favur l-objettivi ta' sħubija mas-soċjetà ċivili u ta' ħolqien ta' fond nazzjonali biex iforni kofinanzjament bil-għan li l-OSĊ jitħallew jipparteċipaw bis-sħiħ fil-programmi ffinanzjati mill-UE; jistieden lill-OSĊ jinvolvu ruħhom totalment fid-deċiżjonijiet dwar il-programmazzjoni tal-IPA li jmiss;

Kwistjonijiet ekonomiċi

43.  Ifaħħar lill-pajjiż talli żamm l-istabilità makroekonomika; josserva, madankollu, li d-dejn tas-settur pubbliku żdied, il-kwalità tal-governanza fiskali ddeterjorat u t-tnaqqis ekonomiku globali ħalla effett negattiv fuq l-investiment dirett barrani lejn il-pajjiż;

44.  Jilqa' favorevolment il-miżuri leġiżlattivi għat-tisħiħ tal-ambjent tan-negozju u l-azzjoni kontinwa bil-għan li jiġu żviluppati strateġiji makrofiskali għal żmien medju; iħeġġeġ lill-forzi politiċi jiftħu djalogu politiku trasparenti dwar is-sitwazzjoni fiskali u l-obbligi ta' kreditu tal-pajjiż;

45.  Josserva bi tħassib li l-qgħad għadu għoli ħafna, u l-qgħad fost iż-żgħażagħ huwa fost l-ogħla fid-dinja kollha u li l-impjieg tan-nisa għadu baxx ħafna; japprezza l-pjan ta' azzjoni dwar il-qgħad fost iż-żgħażagħ żviluppat flimkien mal-programm “Xogħol Deċenti” tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO); jistieden lill-gvern itejjeb il-koordinament bejn il-korpi li jeżegwixxu r-regoli tax-xogħol u jkompli fuq it-taħriġ konġunt organizzat mill-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (KETU) biex isaħħaħ il-kapaċitajiet tas-sħab soċjali bil-għan li jinvolvu ruħhom fi djalogu soċjali effikaċi; huwa tal-fehma li investiment ulterjuri fit-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-kapaċità innovattiva huwa meħtieġ sabiex jiġi ffaċilitat il-bini ta' ekonomija bbażata fuq l-għarfien;

46.  Jilqa' pożittivament il-progress li sar fil-modernizzazzjoni tan-netwerks tat-trasport, tal-enerġija u tat-telekomunikazzjonijiet u, b'mod partikolari, l-isforzi biex jitlesta l-Kuritur X(2); fid-dawl tal-importanza tal-kollegamenti ferrovjarji fil-qafas ta' sistema sostenibbli ta' trasport, jilqa' pożittivament l-intenzjoni tal-gvern li jimmodernizza jew jibni kollegamenti ferrovjarji minn Skopje sal-kapitali tal-pajjiżi ġirien u jappella għal aktar progress, inkluża l-finalizzazzjoni tal-finanzjament tal-kollegamenti ferrovjarji fi ħdan il-Kuritur VIII(3);

47.  Jenfasizza l-importanza li jinħoloq mekkaniżmu ta' konsulenza bejn il-gvern u l-kumpaniji privati meta jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-ġlieda kontra l-kriżi ekonomika; isostni wkoll li tali mekkaniżmu jista' jkun soluzzjoni għall-aġġustament tas-sistema edukattiva skont il-bżonnijiet tas-suq, li jista' jnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ;

48.  Jieħu nota tal-isforzi tal-gvern li jibni mill-ġdid l-infrastruttura stradali lokali fil-pajjiż, bil-għan li jitjiebu t-turiżmu alternattiv u l-ħajja taċ-ċittadini; jinkoraġġixxi, f'dan ir-rigward, lill-pajjiż jieħu approċċ aktar dinamiku fil-proġetti ta' żvilupp reġjonali fl-ambitu tal-IPA li se jżidu l-kooperazzjoni transkonfinali u l-kollegamenti fost il-pajjiżi tar-reġjun;

49.  Josserva li huma meħtieġa sforzi sinifikanti fil-qasam tal-ambjent u b'mod partikolari fl-oqsma tal-kwalità tal-ilma, il-ħarsien tan-natura u l-kontroll tat-tniġġis industrijali u l-ġestjoni tar-riskju; jenfasizza l-fatt li ma jista' jsir l-ebda progress sostanzjali mingħajr it-tisħiħ adegwat tal-kapaċità amministrattiva; jistieden lill-gvern tal-pajjiż jieħu l-passi meħtieġa f'dan ir-rigward;

50.  Itenni l-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli għall-pajjiż u jilqa' favorevolment il-fatt li l-progress li qed isir b'21 konċessjoni ġdida għal impjanti idroelettriċi żgħar diġà garantiti, impjant idroelettriku li diġà qed jopera u x-xogħol għaddej fuq il-kostruzzjoni ta' park eoliku; jistieden lill-gvern iżid il-livell ta' dibattitu pubbliku fuq l-impatt tat-tibdil fil-klima u għal aktar sforzi għall-konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-acquis tal-UE f'dan il-qasam u jimplimenta l-leġiżlazzjoni nazzjonali, b'mod speċjali dwar il-ġestjoni tal-ilma, il-kontroll tat-tniġġis industrijali, il-ħarsien tan-natura u t-tibdil fil-klima; jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva kemm fil-livell ċentrali kif ukoll f'dak lokali;

51.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet iżidu l-isforzi tagħhom għall-introduzzjoni tal-gvern elettroniku bħala parti mir-riformi tal-amministrazzjoni pubblika bl-għan li joffri servizzi effiċjenti, aċċessibli u trasparenti liċ-ċittadini u lill-impriżi;

Kooperazzjoni reġjonali u internazzjonali

52.  Japprezza l-fatt li l-pajjiż bħalissa qiegħed jippresjedi u jikkontribwixxi fil-Proċess ta' Kooperazzjoni fl-Ewropa tax-Xlokk, bit-tama li dan se jsaħħaħ aġenda Ewropea soda, relazzjonijiet ta' bon viċinat u inklużjoni; jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni reġjonali f'konformità mal-aġenda u l-valuri Ewropej u jitlob aktar progress f'dan ir-rigward; jerġa' jafferma li huwa importanti għall-UE li tfittex l-adeżjoni tal-pajjiżi kollha fir-reġjun mingħajr eċċezzjoni;

53.  Jemmen li bidla fil-mentalità minn “Balkani tal-Punent” għal “Ewropa tax-Xlokk” taf tgħin f'dan l-isforz;

54.  Jilqa' favorevolment il-parteċipazzjoni tal-pajjiż fil-missjoni EUFOR Althea u l-ftehim biex il-pajjiż jipparteċipa fl-operazzjonijiet ta' ġestjoni tal-kriżijiet fl-ambitu tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK); jistieden lill-pajjiż jikkonforma ruħu mal-pożizzjoni tal-UE fil-Qorti Kriminali Internazzjonali;

55.  Jitlob lill-gvern u lill-organizzazzjonijiet kompetenti kollha jagħmlu sforz biex jilħqu l-kriterji u l-kundizzjonijiet neċessarji għall-arranġamenti tal-eżenzjoni mill-viża fiż-żona Schengen; jenfasizza l-bżonn biex jiġi żgurat li l-pubbliku jkun informat b'mod sħiħ rigward ir-restrizzjonijiet tal-eżenzjoni mill-viża u li ma jseħħ ebda abbuż mill-eżenzjoni jew mill-politika ta' liberalizzazzjoni tal-viża; jenfasizza li s-sospensjoni tal-arranġamenti tal-eżenzjoni tal-viża ma tkunx mingħajr konsegwenzi ekonomiċi u soċjali sfavorevoli;

o
o   o

56.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-gvern u lill-parlament tal-pajjiż.

(1) Testi adottati, P7_TA(2012)0453.
(2) Il-Kuritur X huwa wieħed mill-għaxar kurituri tat-trasport pan-Ewropej u jmur minn Salzburg (Awstrija) sa Salonka (Greċja). Il-fergħa D tiegħu jsegwi r-rotta Veles - Prilep - Bitola - Florina - Igoumenitsa (Via Egnatia).
(3) Il-Kuritur VIII huwa wieħed mill-għaxar kurituri tat-trasport pan-Ewropej u jmur minn Durrës (Albanija) sa Varna (Bulgarija). Jgħaddi wkoll minn Skopje.


Negozjati dwar il-ftehim UE-Stati Uniti dwar il-kummerċ u l-investiment
PDF 309kWORD 27k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Mejju 2013 dwar in-negozjati dwar il-ftehim UE-Stati Uniti dwar il-kummerċ u l-investiment (2013/2558(RSP))
P7_TA(2013)0227B7-0187/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Samit UE-Stati Uniti, maħruġa fit-28 ta' Novembru 2011, u d-Dikjarazzjoni Konġunta UE-Stati Uniti tal-Kunsill Ekonomiku Trans-Atlantiku (KET) maħruġa fid-29 ta' Novembru 2011,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Finali tal-Grupp ta' Ħidma ta' Livell Għoli dwar l-Impjiegi u t-Tkabbir (HLWG) tal-11 ta' Frar 2013(1),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tat-13 ta' Frar 2013 mill-President tal-Istati Uniti Barack Obama, il-President tal-Kummissjoni Ewropea José Manuel Barroso u l-President tal-Kunsill Ewropew Herman Van Rompuy(2),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7 u t-8 ta’ Frar 2013(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, partikolarment dik tat-23 ta' Ottubru 2012 dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi mal-Istati Uniti(4),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tat-73 Laqgħa Interparlamentari tad-Djalogu Trans-Atlantiku bejn il-Leġiżlaturi (TLD), li saret f'Washington fit-30 ta' Novembru u fl-1 ta' Diċembru 2012,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Finali tal-Proġett ta' Marzu 2013 taċ-Ċentru ta' Riċerka għall-Politika Ekonomika (Londra) bit-titolu “Reducing Transatlantic Barriers to Trade and Investment: An Economic Assessment’(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.  billi l-UE u l-Istati Uniti huma l-aktar żewġ operaturi kummerċjali u investituri importanti tad-dinja, li flimkien jirrappreżentaw kważi nofs il-PDG dinji u terz tal-kummerċ dinji;

B.  billi s-swieq tal-UE u tal-Istati Uniti huma profondament integrati, b'medja qrib iż-EUR 2 biljun f'beni u servizzi li huma suġġetti għal kummerċ bilaterali kuljum, u li b'hekk isostnu miljuni ta' impjiegi fiż-żewġ ekonomiji, u billi l-investimenti tal-UE u tal-Istati Uniti jikkostitwixxu l-mutur reali tar-relazzjoni trans-Atlantika, bl-investimenti bilaterali jammontaw għal iktar minn EUR 2,394 triljun fl-2011;

C.  billi, skont ir-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt imħejji mill-Kummissjoni abbażi ta' rapport miċ-Ċentru ta' Riċerka għall-Politika Ekonomika, sħubija trans-Atlantika ambizzjuża u komprensiva fil-qasam tal-kummerċ u tal-investiment, ladarba tkun implimentata għalkollox, tista' twassal għal gwadanji ekonomiċi sinifikanti b'mod ġenerali kemm għall-UE (EUR 119,2 biljun fis-sena) kif ukoll għall-Istati Uniti (EUR 94,9 biljun fis-sena); billi l-esportazzjonijiet tal-UE lejn l-Istati Uniti jistgħu għalhekk jiżdiedu bi 28 % u l-esportazzjonijiet totali tal-UE b'6 %, biex b'hekk jibbenefikaw l-esportaturi ta' prodotti u ta' servizzi tal-UE kif ukoll il-konsumaturi tal-UE;

D.  billi l-UE u l-Istati Uniti jikkondividu valuri komuni, sistemi ġuridiċi komparabbli u standards għoljin, anke jekk differenti, fil-qasam tal-protezzjoni tax-xogħol, tal-konsumaturi u tal-ambjent;

E.  billi l-ekonomija globali taffaċċja sfidi u t-tfaċċar ta' parteċipanti ġodda, u kemm l-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Istati Uniti għandhom jisfruttaw il-potenzjal sħiħ ta' kooperazzjoni ekonomika aktar stretta biex joħolqu effett ta' lieva fuq il-vantaġġi tal-kummerċ internazzjonali bil-għan li jegħlbu l-kriżi ekonomika u jilħqu rkupru ekonomiku globali sostnut;

F.  billi, wara s-Samit UE-Stati Uniti li sar f'Novembru 2011, l-HLWG ġie inkarigat li jidentifika l-għażliet biex jiżdiedu l-kummerċ u l-investiment bil-għan li jiġu sostnuti l-ħolqien tal-impjiegi, tkabbir ekonomiku u kompetittività reċiprokament vantaġġużi;

G.  billi l-HLWG analizza konġuntament firxa wiesgħa ta' għażliet potenzjali għall-espansjoni tal-kummerċ u tal-investiment trans-Atlantiku, u wasal għall-konklużjoni fir-Rapport Finali tiegħu li ftehim komprensiv dwar il-kummerċ u l-investimenti jista' jforni l-livell l-aktar sinifikanti ta' vantaġġ liż-żewġ ekonomiji;

H.  billi l-UE hija konvinta li l-iżvilupp u t-tisħiħ tas-sistema multilaterali hija objettiv kruċjali; billi, madankollu, dan ma jipprekludix ftehimiet bilaterali li jmorru lil hinn mill-impenji tad-WTO u li jkunu jikkomplementaw ir-regoli multilaterali, peress li kemm il-ftehimiet reġjonali kif ukoll dawk ta' kummerċ ħieles iwasslu għal armonizzazzjoni ikbar tal-istandards u liberalizzazzjoni usa' li tiffavorixxi s-sistema kummerċjali multilaterali;

I.  billi fit-12 ta' Marzu 2013 il-Kummissjoni pproponiet l-awtorizzazzjoni tal-ftuħ tan-negozjati u tal-abbozzi tad-direttivi tan-negozjati għall-eżami tal-Kunsill;

Il-kuntest strateġiku, politiku u ekonomiku

1.  Jemmen li l-importanza strateġika tar-relazzjoni ekonomika UE-Stati Uniti għandha tiġi affermata mill-ġdid u approfondita, u li l-UE u l-Istati Uniti għandhom ifasslu approċċi komuni għal-kummerċ globali, għall-investiment u għal kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bħall-istandards, in-normi u r-regolamenti, biex tiġi żviluppata viżjoni trans-Atlantika usa' u sett komuni ta' għanijiet strateġiċi;

2.  Iqis li huwa kruċjali li l-UE u l-Istati Uniti jiżblukkaw il-potenzjal mhux sfruttat ta' suq trans-Atlantiku verament integrat, biex jimmassimizzaw il-ħolqien ta' impjiegi diċenti u jistimolaw potenzjal ta' tkabbir intelliġenti, qawwi, sostenibbli u bbilanċjat; iqis li dan huwa partikolarment f'waqtu fid-dawl tal-kriżi ekonomika li għadha għaddejja, l-istat tas-swieq finanzjarji u tal-kundizzjonijiet ta' finanzjament, il-livell għoli ta' dejn pubbliku, ir-rati għoljin ta' qgħad u l-projezzjonijiet modesti ta' tkabbir fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku, kif ukoll fid-dawl tal-benefiċċji li toffri reazzjoni verament ikkoordinata għal dawn il-problemi kondiviżi;

3.  Jemmen li l-UE jmissha tisfrutta l-esperjenza vasta tagħha fin-negozjar ta' ftehimiet bilaterali ta' kummerċ profondi u komprensivi biex tikseb riżultati saħansitra aktar ambizzjużi mal-Istati Uniti;

Rapport Finali tal-HLWG

4.  Jilqa’ l-ħruġ tar-Rapport Finali tal-HLWG u japprova bis-sħiħ ir-rakkomandazzjoni għall-varar tan-negozjati għal ftehim komprensiv fil-qasam tal-kummerċ u tal-investimenti;

5.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-enfasi li r-Rapport Finali poġġa fuq: (i) it-titjib ambizzjuż tal-aċċess reċiproku għas-suq ta' beni, servizzi, investimenti u akkwist pubbliku fil-livelli kollha ta' gvern; (ii) it-tnaqqis tal-ostakli nontariffarji (ONT) u ż-żieda tal-kompatibbiltà tar-reġimi ta' regolamentazzjoni; u (iii) l-iżvilupp ta' regoli komuni bil-għan li jilqgħu l-isfidi u l-opportunitajiet kondiviżi tal-kummerċ globali;

6.  Jaqbel mal-opinjoni skont liema, minħabba t-tariffi medji baxxi diġà eżistenti, is-soluzzjoni biex jiġi żblukkat il-potenzjal tar-relazzjoni trans-Atlantika tinsab fit-tegħlib tal-ONT, li jikkonsistu prinċipalment fi proċeduri doganali, standards tekniċi u restrizzjonijiet regolatorji interni; isostni l-objettiv propost mill-HLWG biex nersqu progressivament lejn suq trans-Atlantiku saħansitra aktar integrat;

7.  Jilqa' pożittivament ir-rakkomandazzjoni biex jiġu eżaminati modi ġodda ta' tnaqqis tal-kostijiet bla bżonn u tad-dewmien amministrattiv li jirriżulta mir-regolamentazzjoni, filwaqt li jintlaħqu l-livelli ta' saħħa, sikurezza u ħarsien ambjentali li kull naħa tqis bħala adegwati, jew inkella filwaqt li jintlaħqu l-objettivi regolatorji leġittimi;

Mandat ta' negozjar

8.  Itenni l-appoġġ tiegħu għal ftehim kummerċjali u ta' investiment profond u komprensiv mal-Istati Uniti li jappoġġa l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità għolja għall-ħaddiema Ewropej, li jkun ta' benefiċċju dirett għall-konsumaturi Ewropej, li jiftaħ opportunitajiet ġodda għall-kumpaniji tal-UE, b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), biex ibiegħu prodotti u jipprovdu servizzi fl-Istati Uniti, li jiżgura aċċess sħiħ għas-suq tal-akkwist pubbliku fl-Istati Uniti u li jtejjeb l-opportunitajiet għall-investimenti tal-UE fl-Istati Uniti;

9.  Jistieden lill-Kunsill jagħti segwitu lir-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-Rapport Finali tal-HLWG u jawtorizza lill-Kummissjoni tibda n-negozjati għal ftehim ta' Sħubija Trans-Atlantika fil-qasam tal-Kummerċ u tal-Investimenti (TTIP) mal-Istati Uniti;

10.  Jenfasizza li t-TTIP irid ikun ambizzjuż u vinkolanti fil-livelli kollha ta' gvern fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku, inklużi r-regolaturi kollha u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra; jisħaq fuq il-fatt li l-ftehim għandu jwassal għall-ftuħ veru u dejjiemi tas-suq fuq bażi reċiproka u għall-aġevolazzjoni kummerċjali fil-post, u għandu jagħti attenzjoni partikolari lill-modi strutturali ta' kif tinkiseb konverġenza regolatorja trans-Atlantika akbar; iqis li l-ftehim ma għandux jissogra jippreġudika d-diversità kulturali u lingwistika tal-Unjoni, inkluż fis-settur tas-servizzi awdjoviżivi u kulturali;

11.  Iqis li hu essenzjali li l-UE u l-Istati Membri tagħha jżommu l-posibbiltà li jippreservaw u jiżviluppaw il-politiki kulturali u awdjoviżivi tagħhom, u li jagħmlu dan fil-kuntest tal-liġijiet, tal-istandards u tal-ftehimiet eżistenti tagħhom; jitlob għalhekk li l-esklużjoni tas-servizzi kulturali u awdjoviżivi, inklużi dawk provduti online, tiġi ddikjarata b'mod ċar fil-mandat għan-negozjar;

12.  Jenfasizza li l-proprjetà intellettwali hija waħda mill-ixpruni tal-innovazzjoni u tal-ħolqien u hija pilastru tal-ekonomija bbażata fuq l-għarfien, u li l-ftehim għandu jinkludi protezzjoni b'saħħitha għal oqsma ddefiniti b'mod preċiż u ċar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPRs), inklużi l-indikazzjonijiet ġeografiċi, u għandu jkun konsistenti ma' ftehimiet internazzjonali eżistenti; jemmen li s-setturi l-oħra ta' diverġenza relatati mal-IPRs għandhom ikunu solvuti konformement mal-istandards internazzjonali ta' protezzjoni;

13.  Iqis li l-ftehim għandu jiggarantixxi rispett sħiħ għall-istandards tad-drittijiet fundamentali tal-UE; itenni l-appoġġ tiegħu għal livell għoli ta' protezzjoni tad-data personali, ħaġa li għandha tkun ta' benefiċċju għall-konsumaturi fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku; iqis li l-ftehim għandu jikkunsidra d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS) dwar il-protezzjoni tad-data personali;

14.  Ifakkar fl-importanza tas-settur tat-trasport għat-tkabbir u l-impjiegi, u speċjalment fl-avjazzjoni, fejn is-swieq tal-UE u tal-Istati Uniti huma responsabbli għal 60 % tat-traffiku dinji tal-ajru; jenfasizza li n-negozjati għandhom jindirizzaw b'mod sinifikanti r-restrizzjonijiet attwali fuq is-servizzi tat-trasport marittimu u bl-ajru li huma proprjetà ta' negozji Ewropej, inkluż b'rabta mas-sjieda tal-linji tal-ajru mill-barranin u r-reċiproċità fir-rigward tal-kabotaġġ, kif ukoll l-iskrining tal-merkanzija marittima;

15.  Jenfasizza l-valur tal-valutazzjoni bbażata fuq ir-riskji u tal-iskambju ta' informazzjoni bejn iż-żewġ partijiet fir-rigward tas-sorveljanza tas-suq u l-identifikazzjoni ta' prodotti ffalsifikati;

16.  Jilqa' b'sodisfazzjon, b'mod partikolari, ir-rakkomandazzjoni tal-HLWG lill-UE u lill-Istati Uniti biex jindirizzaw l-aspetti ambjentali u tax-xogħol għal dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ u mal-iżvilupp sostenibbli; iqis li l-esperjenza minn ftehimiet kummerċjali preċedenti tal-UE u l-impenji li ilhom jeżistu bejn l-UE u l-Istati Uniti għandhom jitqiesu biex jissaħħu l-iżvilupp u l-infurzar tal-liġijiet u l-politiki fl-oqsma tax-xogħol u tal-ambjent u biex jiġu promossi l-istandards ewlenin u l-punti ta' riferiment stipulati mill-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO), kif ukoll impjiegi diċenti u żvilupp sostenibbli; jinkoraġġixxi l-armonizzazzjoni tal-istandards tar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva (RSK); jirrikonoxxi li l-ilħiq ta' standards komuni x'aktarx jippreżenta sfidi kemm tekniċi kif ukoll politiċi, u jenfasizza li l-għan komuni għandu jkun li jiġi żgurat li ma jkun hemm ebda tnaqqis fl-ambizzjonijiet ambjentali;

17.  Jenfasizza s-sensittività ta' ċerti oqsma ta' negozjati, bħas-settur agrikolu, fejn il-perċezzjonijiet fir-rigward tal-Organiżmi Ġenetikament Modifikati (OĠM), tal-klonazzjoni u tas-saħħa tal-konsumaturi għandhom it-tendenza li juru diverġenza bejn l-Istati Uniti u l-UE; jara opportunità fil-koopeerazzjoni msaħħa fil-kummerċ agrikolu, u jenfasizza l-importanza ta' eżitu ambizzjuż u bbilanċjat f'dan il-qasam; jenfasizza li l-ftehim m'għandux idgħajjef il-valuri fundamentali ta' naħa jew oħra, pereżempju l-prinċipji tal-prekawzjoni fl-UE; jistieden lill-Istati Uniti tneħħi l-projbizzjoni tagħha fir-rigward tal-importazzjoni ta' prodotti taċ-ċanga mill-UE, bħala miżura għall-bini tal-fiduċja;

18.  Jenfasizza li s-servizzi finanzjarji għandhom jiġu inklużi fin-negozjati dwar it-TTIP, u jitlob f'dan il-kuntest li tingħata attenzjoni partikolari lill-ekwivalenza, lir-rikonoxximent reċiproku, lill-konverġenza u lill-extraterritorjalità, peress li dawn huma kunsiderazzjonijiet ċentrali għaż-żewġ naħat; jenfasizza li konverġenza lejn qafas regolatorju finanzjarju komuni bejn l-Istati Uniti u l-UE tkun ta' benefiċċju; jenfasizza li filwaqt li l-aċċess għas-suq għandu jitqies bħala pass pożittiv, il-proċessi superviżorji prudenzjali huma vitali biex tinkiseb konverġenza xierqa; jenfasizza li l-impatt negattiv tal-extraterritorjalità għandu jiġi minimizzat u m'għandux jitħalla jippreġudika approċċ konsistenti fir-rigward tar-regolamentazzjoni tas-servizzi finanzjarji;

19.  Jerġa' jafferma s-sostenn tiegħu għat-tneħħija tal-ostakli regolatorji bla bżonn, u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Gvern tal-Istati Uniti jinkludu fil-ftehim mekkaniżmi (inkluża l-kooperazzjoni regolatorja upstream inizjali) intiżi li jevitaw ostakli futuri; iqis li regolamentazzjoni aħjar u t-tnaqqis tal-piżijiet regolatorji u amministrattivi huma kwistjonijiet li għandhom ikunu fuq quddiem nett meta jiġi nnegozjat it-TTIP, u li konverġenza regolatorja trans-Atlantika akbar għandha twassal għal regolamentazzjoni aktar razzjonalizzata li tkun faċli li tinftiehem u li tiġi applikata, b'mod partikolari għall-SMEs;

20.  Itenni l-konvinzjoni tiegħu li ftehim komprensiv fil-qasam tal-kummerċ u tal-investimenti bejn l-UE u l-Istati Uniti għandu l-potenzjal li jwassal għal sitwazzjoni vantaġġuża għal kulħadd, li tkun ta' benefiċċju għaż-żewġ ekonomiji, u li livell aktar fond ta' integrazzjoni jkun jimmultiplika l-qligħ b'mod konsiderevoli għaż-żewġ ekonomiji; huwa konvint li l-allinjament tal-istandards regolatorji tal-UE u tal-Istati Uniti, fejn dan ikun possibbli, jiżgura li l-UE u l-Istati Uniti jkomplu jistabbilixxu l-istandards globali u jwitti t-triq għal standards internazzjonali; huwa tal-fehma soda li l-benefiċċji ta' dan il-ftehim f'termini ta' kummerċ internazzjonali u ta' standardizzazzjoni għandhom jitqiesu u jiġu fformulati b'attenzjoni;

21.  Ifakkar fil-ħtieġa ta' kuntatt proattiv u involviment kontinwu u trasparenti mill-Kummissjoni ma' firxa wiesgħa ta' partijiet interessati, inklużi rappreżentanti tan-negozji, ta' organizzazzjonijiet ambjentali, tal-bdiewa, tal-ħaddiema u oħrajn, tul il-proċess kollu tan-negozjati, biex jiġu żgurati diskussjonijiet ibbażati fuq il-fatti, tiżdied il-fiduċja fin-negozjati, jinkiseb kontribut proporzjonat minn diversi naħat u jitrawwem l-appoġġ pubbliku billi jitqiesu l-preokkupazzjonijiet tal-partijiet interessati; jinkoraġġixxi lill-partijiet interessati kollha jipparteċipaw b'mod attiv u jressqu inizjattivi u informazzjoni rilevanti għan-negozjati;

22.  Iwissi li maż-żmien il-kwalità għandha tipprevali fuq iż-żmien, u għandu fiduċja fil-fatt li n-negozjaturi mhumiex se jgħaġġlu biex jaslu għal ftehim li ma jiġġenerax benefiċċji tanġibbli u sostanzjali għall-impriżi, għall-ħaddiema u għaċ-ċittadini tagħna;

Rwol tal-Parlament

23.  Jistenna bil-ħerqa li jitniedu n-negozjati mal-Istati Uniti, u li jsegwihom mill-qrib u jagħti l-kontribut tiegħu għal eżitu ta' suċċess; ifakkar lill-Kummissjoni fl-obbligu tagħha li żżomm lill-Parlament informat immedjatament u totalment fil-fażijiet kollha tan-negozjati (qabel u wara ċ-ċikli ta' negozjati); huwa impenjat li jittratta l-kwistjonijiet leġiżlattivi u regolatorji li jafu jinqalgħu fil-kuntest tan-negozjati u tal-ftehim futur; itenni r-responsabbiltà bażika tiegħu li jirrappreżenta liċ-ċittadini tal-UE u jistenna b'ħerqa li jiffaċilita diskussjonijiet inklużivi u miftuħa matul il-proċess tan-negozjati; huwa impenjat li jassumi rwol proattiv biex jikkollabora mal-kontropartijiet Amerikani tiegħu meta jintroduċi regolamenti ġodda;

24.  Jimpenja ruħu li jaħdem f'kuntatt mill-qrib mal-Kunsill, mal-Kummissjoni, mal-Kungress tal-Istati Uniti, mal-Gvern tal-Istati Uniti u mal-partijiet interessati biex jinkiseb il-potenzjal ekonomiku, soċjali u ambjentali sħiħ tar-relazzjoni ekonomika trans-Atlantika u jissaħħaħ ir-rwol ta' tmexxija tal-UE u tal-Istati Uniti fil-liberalizzazzjoni u fir-regolamentazzjoni tal-kummerċ u tal-investimenti barranin; huwa impenjat li jinkoraġġixxi kooperazzjoni bilaterali approfondita bejn l-UE u l-Istati Uniti biex jasserixxi r-rwol ta' tmexxija tagħhom fil-kummerċ u fl-investiment internazzjonali;

25.  Ifakkar li l-Parlament se jintalab jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-ftehim TTIP futur, kif stabbilit fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u li l-pożizzjonijiet tiegħu għandhom għalhekk jitqiesu kif jixraq fil-fażijiet kollha;

26.  Ifakkar li l-Parlament se jagħmel ħiltu biex jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-ftehim futur;

o
o   o

27.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u lill-Kungress tal-Istati Uniti.

(1) http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2013/february/tradoc_150519.pdf
(2) http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-13-94_en.htm
(3) http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/ec/135324.pdf
(4) Testi adottati, P7_TA(2012)0388.
(5) http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2013/march/tradoc_150737.pdf


L-aċċess tal-Mjanmar/Burma għas-sistema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati
PDF 243kWORD 32k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Mejju 2013 dwar ir-ristabbiliment tal-aċċess ta’ Mjanmar/Burmagħas-sistema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati (2012/2929(RSP))
P7_TA(2013)0228B7-0198/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar Burma/il-Mjanmar, b’mod partikolari dawk tal-20 ta’ April 2012(1) u tat-22 ta’ Novembru 2012(2), u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2012(3) dwar il-persekuzzjoni tal-Musulmani Rohingya f’Burma/il-Mjanmar,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-UE tat-23 ta' April 2012 dwar Burma/il-Mjanmar,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tar-Rappreżentant Għoli Catherine Ashton u tal-Kummissarju għall-Kummerċ Karel De Gucht tal-15 ta’ Ġunju 2012, li talbet ir-ristabbiliment tal-preferenzi kummerċjali għal Burma/il-Mjanmar, kif ukoll id-dikjarazzjoni mill-kelliem tar-Rappreżentant Għoli tas-6 ta’ Frar 2013 dwar l-organizzazzjoni eventwali ta’ Task Force Mjanmar/UE sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni ekonomika,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 552/97 li jirtira temporanjament l-aċċess għal preferenzi tariffarji ġeneralizzati mill-Mjanmar/Burma (COM(2012)0524),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008(4), li japplika Skema ta’ Preferenzi Tariffarji Ġeneralizzati (SPĠ),

–  wara li kkunsidra r-“Resolution concerning the measures on the subject of Myanmar adopted under article 33 of the ILO Constitution” (Riżoluzzjoni dwar il-miżuri fuq is-suġġett tal-Mjanmar adottati skont l-Artikolu 33 tal-Kostituzzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol ), adottata mill-Konferenza Internazzjonali tax-Xogħol fit-13 ta’ Ġunju 2012,

–   wara li kkunsidra l-Istrateġija konġunta bejn il-Mjanmar u l-ILO għat-tneħħija tax-xogħol furzat sal-31 ta' Diċembru 2015, kif approvat mill-awtoritajiet tal-Mjanmar/Burma fil-5 ta' Lulju 2012,

–  wara li kkunsidra d-dokument tal-Gvern tal-Istati Uniti tal-11 ta’ Lulju 2012 bit-titolu “Reporting Requirements on Responsible Investment in Burma” (Rekwiżiti ta’ Rappurtar dwar l-Investiment Responsabbli f’Burma“(5),

–  wara li kkunsidra r-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti tas-6 ta’ Marzu 2013 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f’Burma/il-Mjanmar,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fil-Post tax-Xogħol, adottata fl-1998, u l-konvenzjonijiet tal-ILO li jistabbilixxu standards universali fundamentali tax-xogħol fir-rigward ta': l-abolizzjoni tax-xogħol furzat (Nri 29 (1930) u 105 (1957)); il-libertà ta' assoċjazzjoni u d-dritt tal-innegozjar kollettiv, (Nri 87 (1948) u 98 (1949)); l-abolizzjoni tat-tħaddim tat-tfal (Nri 138 (1973) u 182 (1999)); u n-nondiskriminazzjoni fl-impjieg, (Nri 100 (1951) u 111 (1958)),

–  wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni għall-prevenzjoni tar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal mill-forzi armati tal-Mjanmar, li ġie ffirmat mill-gvern ta’ Burma/il-Mjanmar u min-NU fis-27 ta' Ġunju 2012,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal (CRC), b'mod partikolari l-Artikolu 38 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem(6) u l-konklużjonijiet dwar in-nondiskriminazzjoni fl-impjieg tat-8 ta' Diċembru 2009(7),

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-OECD għall-Impriżi Multinazzjonali, aġġornati f'Mejju 2011,

–  wara li kkunsidra l-Inizjattiva ta’ Rappurtar Globali u l-Linji Gwida tar-Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà tagħha(8),

–  wara li kkunsidra l-Prinċipji tan-NU għall-Investiment Responsabbli (UNPRI),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Pakkett ”Negozji responsabbli“’ (COM(2011)0685),

–  wara li kkunsidra n-negozjati li għaddejjin dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/109/KE (id-Direttiva dwar it-Trasparenza) (COM(2011)0683) u l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rapporti finanzjarji annwali, ir-rapporti finanzjarji konsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi (COM(2011)0684), li temenda d-Direttiva 2003/51/KE (id-“Direttiva tal-Kontabbiltà”),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar ir-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji fil-ftehimiet kummerċjali internazzjonali(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-6 ta’ Frar 2013 dwar “Ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva: promozzjoni tal-interessi tas-soċjetà u triq lejn l-irkupru sostenibbli u inklużiv”(10) u dwar “ir-responsabbiltà soċjali korporattiva: imġiba kummerċjali responsabbli u trasparenti u tkabbir sostenibbli(11),

–  wara li kkunsidra l-Ewwel Laqgħa Interparlamentari bejn il-PE u l-Mjanmar li saret bejn is-26 ta' Frar u t-2 ta' Marzu 2012, u r-rapport dwarha(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.  billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f’Mjanmar/Burma għadha fraġli minkejja l-passi li qed jieħu l-gvern tal-President Thein Sein;

B.  billi Mjanmar/Burmaġeografikament jagħmel parti minn reġjun ta' interess strateġiku u ġeopolitiku kbir, b'mod partikolari għall-UE, l-Istati Uniti, iċ-Ċina, l-Indja u l-Awstralja;

C.  billi dawn il-bidliet li għaddejjin bħalissa joħolqu opportunitajiet importanti għall-iżvilupp ta’ relazzjoni mtejba ħafna bejn l-UE u Mjanmar/Burma, jgħinu l-proċess ta’ riforma u jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku, politiku u soċjali;

D.  billi l-Kummissjoni pproponiet li terġa’ tintroduċi aċċess għal preferenzi tariffarji ġeneralizzati lil Mjanmar/Burmaabbażi tal-fatt li l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) stqarret li l-ksur tal-Konvenzjoni tagħha dwar ix-Xogħol Furzat m’għadux jitqies bħala serju u sistematiku;

E.  billi skont l-istimi tal-ILO, għad hemm madwar 5 000 tifel u tifla suldati f’Mjanmar/Burma;

F.  billi hemm ħtieġa għal prudenza, minħabba li, skont ir-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-Mjanmar, għad baqa’ tħassib serju dwar id-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-detenzjoni arbitrarja, iċ-ċaqliq furzat, il-konfiska tal-art, l-użu tas-suldati tfal, atti ta’ aggressjoni kontra minoranzi etniċi u ġudikatura dgħajfa;

G.  billi fl-imgħoddi ħafna setturi tal-attività ekonomika f'Mjanmar/Burma, bħall-minjieri, l-injam, iż-żejt, il-gass u l-kostruzzjoni tad-digi kienu konnessi direttament ma' abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem u mal-qerda tal-ambjent u kienu, fl-istess ħin, is-sors ewlieni ta’ dħul tal-gvern militari;

H.  billi l-kumpaniji li joperaw fi stati fraġli u f’żoni b’governanza dgħajfa, bħal Mjanmar/Burma, jiffaċċjaw riskju ogħla li jikkawżaw jew jikkontribwixxu għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem; billi għalhekk huma meħtieġa miżuri speċjali sabiex jiġi evitat dan ir-riskju, kif rikonoxxut mir-rekwiżiti ta' rappurtar tal-Gvern tal-Istati Uniti għal investiment responsabbli f'Mjanmar/Burma;

I.  billi l-kumpaniji Ewropej u s-sussidjarji u s-sottokuntratturi tagħhom jistgħu jiżvolġu rwol fundamentali fil-promozzjoni u t-tixrid tal-istandards soċjali u tax-xogħol madwar id-dinja;

J.  billi kwalunkwe impriża li topera f’Mjanmar/Burmagħandha tissodisfa l-obbligu tagħha li tirrispetta l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u għalhekk għandha:

   (a) tikkonforma mal-obbligi legali nazzjonali u internazzjonali tagħha fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem, l-istandards soċjali u tax-xogħol u r-regoli ambjentali,
   (b) turi impenn ġenwin lejn id-drittijiet, il-protezzjoni u l-benesseri tal-forza tax-xogħol tagħha u ċ-ċittadini inġenerali,
   (c) tirrispetta l-libertà ta’ assoċjazzjoni u d-drittijiet tan-negozjar kollettiv,
   (d) toqgħod lura mill-ħtif tal-art u miċ-ċaqliq sfurzat tal-popolazzjonijiet lokali;
   (e) tindirizza kwalunkwe ksur b’mod rapidu u effikaċi;

1.  Jirrikonoxxi l-passi sinifikanti li ttieħdu mill-President Thein Sein u riformaturi oħrajn f'Mjanmar/Burmafl-introduzzjoni ta' riformi demokratiċi matul is-sena li għaddiet, li wasslu sabiex il-Kummissjoni tipproponi r-ristabbiliment tal-aċċess ta' Mjanmar/Burmagħall-Iskema ta' Preferenzi Tariffarji Ġeneralizzati (SPĠ); iħeġġiġhom ikomplu b’dan il-proċess bħala kwistjoni ta’ urġenza sabiex id-demokratizzazzjoni sħiħa, il-konsolidament tal-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kollha jsiru kemm permanenti kif ukoll irriversibbli;

2.  Jappella sabiex id-diskussjonijiet dwar il-paċi mal-gruppi etniċi, speċjalment il-Katchin, jitkomplew, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet ta' Mjanmar/Burma jistabbilixxu pjan ta' azzjoni biex tintemm r-repressjoni kontra r-Rohingya, u minoranzi oħrajn soġġetti għal repressjoni, inkluż l-għoti mid-drittijiet taċ-ċittadinanza l-indirizzar ta' preġudizzji li ilhom jeżistu għal żmien twil u attitudnijiet diskriminatorji bbażati fuq l-etniċità u r-reliġjon, u l-iżvilupp ta' politika ta' integrazzjoni u rikonċiljazzjoni fit-tul għal komunitajiet spustati;

3.  Jistieden lill-Gvern ta’ Mjanmar/Burmajaderixxi għall-prinċipji tal-governanza tajba u jeħles il-priġunieri politiċi kollha li baqa’ mingħajr dewmien u kundizzjonijiet; jistieden ukoll lill-Gvern ta’ Mjanmar/Burmajiżgura r-rispett għal-libertà ta’ opinjoni u espressjoni, għaqda u assoċjazzjoni, u jkompli l-kooperazzjoni mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet bħall-ILO, sabiex jelimina x-xogħol furzat u jiżgura li l-implimentazzjoni tal-liġijiet dwar l-organizzazzjonijiet tax-xogħol u l-protesti u l-għaqdiet paċifiċi tkun konsistenti mal-istandards internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem;

4.  Iħeġġeġ lill-Gvern ta’ Mjanmar/Burma jirratifika l-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra u l-Protokoll Fakultattiv tagħha, jippermetti li l-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u l-gruppi ta’ monitoraġġ nazzjonali jkollhom aċċess sħiħ għall-ħabsijiet, u jieħu miżuri immedjati u effikaċi biex jipprevjeni t-tortura u t-trattament ħażin;

5.  Iħeġġeġ lill-Gvern ta’ Mjanmar/Burmajaċċellera l-isforzi biex jirrevedi u jirriforma l-leġiżlazzjoni u d-dispożizzjonijiet legali li jiksru standards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, b’dati ta’ mira ċari għall-konklużjoni ta’ kull reviżjoni; jinnota li dawn ir-riformi għandhom jinkludu l-parteċipazzjoni bla xkiel tal-gruppi tas-soċjetà ċivili u l-assistenza tal-korpi internazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem, bħall-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR); jistieden lill-gvern jiżgura l-implimentazzjoni effettiva ta’ liġijiet ġodda u riveduti, inkluż permezz tat-taħriġ u l-bini tal-kapaċità ta’ istituzzjonijiet ta’ implimentazzjoni, membri tal-professjoni legali, uffiċjali tal-infurzar tal-liġi u l-ġudikatura;

6.  Jiddispjaċih li, minkejja diversi wegħdiet mill-President Thein Sein, l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti għadu ma kienx kapaċi jistabbilixxi preżenza permanenti fil-pajjiż;

7.  Jenfasizza l-importanza li l-allegazzjonijiet kollha ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem f’żoni milquta minn konflitti jiġu indirizzati b’mod indipendenti, u li n-Nazzjonijiet Uniti u ħaddiema oħra li joperaw fil-qasam tal-għajnuna u ħaddiema umanitarji jingħataw aċċess għal dawk kollha li jkunu jeħtieġu għajnuna umanitarja, kemm f’territorji kkontrollati mill-gvern u kemm f’territorji mhux ikkontrollati mill-gvern;

8.  Jistieden lill-Gvern tal-Mjanmar/Burma jimplimenta bis-sħiħ il-Pjan ta' Azzjoni Konġunt mal-ILO dwar it-tneħħija tax-xogħol furzat sal-31 ta' Diċembru 2015 u biex ikompli l-kooperazzjoni mill-qrib tiegħu ma’ organizzazzjonijiet bħall-ILO, sabiex jelimina din il-prattika u jiżgura li l-implimentazzjoni tal-liġijiet relatati mal-organizzazzjonijiet tax-xogħol u l-manifestazzjonijiet u l-għaqdiet paċifiċi tkun konsistenti mal-istandards internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem;

9.  Jinnota l-implimentazzjoni tal-liġi dwar l-investiment barrani ta’ Novembru 2012, li qed tissorvelja l-liberalizzazzjoni mingħajr preċedent tal-ekonomija; jisħaq fuq l-importanza li jiġi ratifikat il-Memorandum ta’ Ftehim tal-ILO, iffirmat mill-Ministru tax-Xogħol ta’ Burma, bl-għan li jtemm ix-xogħol furzat sal-2015, u li jiġi implimentat il-pjan sabiex tiġi adottata leġiżlazzjoni kontra l-korruzzjoni u dwar it-tassazzjoni;

10.  Jirrikonoxxi li, minħabba perjodu twil ta' tmexxija militari li invadiet u strutturat is-saffi kollha tas-soċjetà ta' Burma, u minkejja l-inizjattivi importanti mmirati lejn id-demokratizzazzjoni, il-bidliet qed iseħħu bil-mod u jeħtieġu għajnuna u appoġġ internazzjonali;

11.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar ir-rapporti li r-reklutaġġ furzat tat-tfal fost il-forzi tat-Tatmadaw Kyi (l-armata tal-Mjanmar) u l-Forzi tal-Gwardja tal-Fruntiera ma waqafx, u għalhekk jistieden lill-Gvern ta’ Mjanmar/Burmajimplimenta b’ħeffa l-aspetti kollha tal-pjan ta' azzjoni dwar is-suldati tfal, li ffirma man-Nazzjonijiet Uniti, u jappella sabiex il-protezzjoni tat-tfal issir prijorità għolja fuq l-aġenda tar-riforma;

12.  Jistieden il-Gvern ta’ Mjanmar/Burmajiżgura li l-bdiewa u l-komunitajiet jiġu protetti mill-konfiska tal-artijiet u mill-evizzjonijiet furzati, b’konformità mal-istandards internazzjonali; jinnota t-tħassib dwar il-Kostituzzjoni, il-Liġi dwar l-Art Agrikola u l-Liġi dwar il-Ġestjoni tal-Art Vakanti, Mistrieħa u Verġni, li tippermetti lill-gvern jikkonfiska l-art għal kwalunkwe proġett li jemmen li huwa ta' “interess nazzjonali” u tippermettilu jagħmel użu mill-artijiet “vakanti” kollha, li xi wħud minnhom huma okkupati u jipprovdu mezz ta’ għajxien għal komunitajiet; jinnota wkoll li negozjanti b'konnessjonijiet tajbin qed ifittxu li jieħdu azzjoni legali biex jirreġistraw tali artijiet f’isimhom;

13.  Jisħaq fuq l-importanza tal-programm ta' għajnuna għal perjodu qasir tal-Kummissjoni b'rabta mal-kummerċ li għandu jibda fl-2013; jistieden lill-Gvern ta’ Mjanmar/Burmabiex isaħħaħ l-istituzzjonijiet u l-politiki tiegħu fil-qasam kummerċjali, fid-dawl tal-effetti pożittivi tagħhom fuq l-ekonomija tal-pajjiż, u biex jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jimmassimizza l-benefiċċju mill-għajnuna tal-UE b'rabta mal-kummerċ u r-ristabbiliment tal-preferenzi tat-tip “Kollox ħlief Armi”;

14.  Jitlob li jiżdied il-livell tal-għajnuna għall-iżvilupp bilaterali tal-UE lil Mjanmar/Burmataħt il-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020 u li l-Gvern ta’ Mjanmar/Burmajippromwovi u jappoġġa azzjoni fl-oqsma prinċipali koperti mill-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR): il-konsolidazzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; jinnota, f’dan ir-rigward, ix-xogħol taċ-Ċentru għall-Paċi fil-Mjanmar iffinanzjat mill-UE; jistenna li l-Gvern ta’ Mjanmar/Burmajaċċetta u jiffaċilita l-ftuħ ta’ Uffiċċju reġjonali tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU b’mandat sħiħ, peress li l-pajjiż jeħtieġ mhux biss għajnuna teknika iżda wkoll mekkaniżmu għall-monitoraġġ mill-qrib tad-drittijiet tal-bniedem;

15.  Jinnota d-deċiżjoni tal-Assoċjazzjoni ta’ Nazzjonijiet tal-Asja tax-Xlokk (ASEAN) li taċċetta t-talba ta’ Burma/il-Mjanmar li jippresiedi fl-organizzazzjoni fl-2014 bħala sinjal ta' fiduċja mġedda fil-pajjiż;

16.  Jisħaq fuq il-bżonn li l-Gvern ta’ Mjanmar/Burmajsaħħaħ l-istituzzjonijiet u l-politiki kummerċjali tiegħu, li jfassal pjan għat-tisħiħ tal-liġijiet kontra l-korruzzjoni u dawk fil-qasam tat-tassazzjoni, u li jistabbilixxi qafas għall-kumpaniji b’mod konformi mal-istandards internazzjonali dwar ir-responsabbiltà soċjali korporattiva u dik ambjentali;

17.  Jilqa' l-impenn mill-Gvern ta’ Mjanmar/Burmali jimplimenta bis-sħiħ l-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi (EITI), li se tirrikjedi li l-Gvern jiżvela d-dħul li jirċievi mill-industriji estrattivi u mill-attivitajiet ekonomiċi; jistieden ukoll lill-Gvern ta’ Mjanmar/Burmabiex kemm jista' jkun malajr jikseb konformità sħiħa mal-EITI billi jissodisfa r-rekwiżiti relevanti, filwaqt li jinvolvi bis-sħiħ lis-soċjetà ċivili f’dak il-proċess;

18.  Jirrikonoxxi li l-kummerċ u l-investiment responsabbli u sostenibbli – inkluż ma’ u mill-Unjoni – jistgħu jappoġġaw l-isforzi ta’ Mjanmar/Burmabiex jiġi miġġieled il-faqar u biex jiġi żgurat li l-miżuri jkunu ta’ benefiċċju għal parti akbar tal-popolazzjoni; jinnota, madankollu, li dan għandu jsir billi tiġi promossa l-prattika tal-ogħla standards ta’ integrità u responsabbiltà soċjali korporattiva, kif stabbilit fil-Linji Gwida tal-OECD għall-Impriżi Multinazzjonali, il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-“istrateġija rinnovata tal-UE 2011-2014 għar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva” (COM(2011)0681);

19.  Iqis li d-divulgazzjoni lill-investituri u l-konsumaturi hija mutur fundamentali tar-responsabbiltà soċjali korporattiva (CSR) u trid tkun ibbażata fuq prinċipji soċjali u ambjentali faċilment applikabbli u li jistgħu jitkejlu; jenfasizza li dan huwa wkoll importanti sabiex jiġi protett il-valur fit-tul tal-investimenti Ewropej; jitlob biex din id-divulgazzjoni tkun ibbażata sew fuq appoġġ għall-Prinċipji tan-NU għal Investiment Responsabbli u fuq il-prinċipju dwar rappurtar integrat (IR);

20.  Jinnota l-passi pożittivi li ttieħdu fir-riforma attwali tad-Direttiva dwar it-Trasparenza u d-Direttiva dwar il-Kontabbiltà sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni tas-CSR filwaqt li jinstab bilanċ bejn it-tiftix leġittimu għat-trasparenza u r-responsabbiltà u l-impenn ta' rappurtar min-naħa tal-kumpaniji; jappoġġa bil-qawwi l-proposta leġiżlattiva għal rappurtar għal kull pajjiż ibbażat fuq l-istandards tal-EITI u għar-rappurtar dwar il-bejgħ u l-profitti, kif ukoll dwar it-taxxi u d-dħul, sabiex tiġi skoraġġita l-korruzzjoni u għall-prevenzjoni tal-evitar tat-taxxa; jenfasizza li tali r-rappurtar għal kull pajjiż għandu jkopri dawk is-setturi li f’Mjanmar/Burma, kienu marbutin direttament ma' abbużi serji u sistematiċi fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u l-qerda tal-ambjent, bħall-estrazzjoni mill-minjieri, l-injam, iż-żejt u l-gass;

21.  Jistieden lill-kumpaniji kbar Ewropej involuti fin-negozju ma’ Mjanmar/Burmabiex jirrappurtaw dwar il-politiki u l-proċeduri ta’ diliġenza dovuta tagħhom relatati mad-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tal-ħaddiema u l-ambjent, flimkien mal-applikazzjoni ta’ dawk il-politiki u l-proċeduri;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq monitoraġġ tal-impenji tal-impriżi tal-UE fid-dawl tal-prinċipji u l-linji gwida tas-CSR rikonoxxuti fil-livell internazzjonali, b’konformità mal-komunikazzjoni tagħha dwar l-istrateġija tas-CSR tal-UE, kif ukoll kwalunkwe rekwiżiti volontarji li jistgħu jiġu adottati unilateralment minn impriżi fl-UE, u biex jistabbilixxu gwida fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem għas-setturi taż-żejt u tal-gass;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli timmonitorja l-iżviluppi f’Mjanmar/Burmafir-rigward tax-xogħol furzat u kwalunkwe ksur serju u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem, u tirreaġixxi għal tali żviluppi skont il-proċeduri u l-mekkaniżmi fis-seħħ, inkluż, jekk ikun meħtieġ, permezz ta’ proposti ġodda ta’ rtirar ta’ preferenzi kummerċjali;

24.  Jistenna li s-SEAE jikkonsulta mal-Parlament u jżommu informat dwar il-proċess tal-ħolqien ta' djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-Mjanmar/Burma;

25.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri, u lill-Gvern u lill-Parlament ta' Mjanmar/Burma.

(1) Testi adottati, P7_TA(2012)0142.
(2) Testi adottati, P7_TA(2012)0464.
(3) Testi adottati, P7_TA(2012)0355.
(4) ĠU L 211, 6.8.2008, p. 1.
(5) http://www.humanrights.gov/wp-content/uploads/2012/07/Burma-Responsible-Investment-Reporting-Reqs.pdf
(6) “Guiding Principles on Business and Human Rights: Implementing the United Nations ”Protect, Respect and Remedy“ Framework’ tas-16 ta’ Ġunju 2011, approvati mill-Kunsill tan-NU tad-Drittijiet tal-Bniedem:http://www.business-humanrights.org/media/documents/ruggie/ruggie-guiding-principles-21-mar-2011.pdf
(7) http://www.business-humanrights.org/SpecialRepPortal/Home/Protect Respect-Remedy-Framework u http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/EN/foraff/111819.pdf
(8) Verżjoni 3.1, Marzu 2011:https://www.globalreporting.org/resourcelibrary/G3.1-Sustainability-Reporting-Guidelines.pdf
(9) GU C 99 E, 3.4.2012, p. 101.
(10) Testi adottati, P7_TA(2013)0050.
(11) Testi adottati, P7_TA(2013)0049.
(12) http://www.europarl.europa.eu/meetdocs/2009_2014/documents/dase/cr/897/897838/897838en.pdf838en.pdf


Strateġija makroreġjonali għall-Alpi
PDF 211kWORD 23k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Mejju 2013 dwar strateġija makro-reġjonali għall-Alpi (2013/2549(RSP))
P7_TA(2013)0229RC-B7-0190/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 192, 265(5) u 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku (COM(2009) 0248),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Alpina tas-7 ta’ Novembru 1991,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Diċembru 2010 bit-titlu “L-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-reġjun tad-Danubju’ (COM(2010)0715) u l-pjan ta’ azzjoni indikattiv li jakkompanja l-istrateġija (SEC(2009)0712),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Frar 2011 dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Unjoni għar-reġjun tad-Danubju(1),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 ta’ Ġunju 2011, li fihom il-Kunsill Ewropew talab lill-Istati Membri biex “ikomplu jaħdmu b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni dwar strateġiji makro-reġjonali ġejjiena potenzjali’,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2011 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' “Kooperazzjoni territorjali Ewropea” (COM(2011)0611),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-istrateġiji makro-reġjonali għandhom l-għan li jagħmlu użu aħjar tar-riżorsi eżistenti biex jiġu trattati kwistjonijiet relatati mal-iżvilupp territorjali, jidentifikaw risponsi konġunti għal sfidi komuni, itejbu l-integrazzjoni spazjali u jsaħħu l-effikaċja ta’ diversi forom ta’ politiki u sħubiji appoġġati mill-UE bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll istituzzjonijiet oħra u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

B.  billi l-Kummissjoni qed tipproponi li tittejjeb il-parti transnazzjonali tal-politika ta’ kooperazzjoni territorjali u li kwalunkwe strateġija makro-reġjonali ġdida għandha tiġi inizjata fuq bażi volontarju filwaqt li tislet mill-esperjenza u mill-aħjar prattika tal-passat;

C.  billi t-territorji tar-reġjun Alpin jikkondividu diversi karatteristiċi komuni, bħal pereżempju l-fatt li ż-żoni ta' muntanji għolja tagħhom huma ġeografikament uniċi, kif ukoll l-interazzjonijiet mill-qrib tagħhom mal-bliet il-kbar taċ-ċirku peri-Alpin;

D.  billi l-istrateġija makro-reġjonali għall-Alpi, li għandha tkun kumparabbli għall-istrateġiji adottati mill-UE għar-reġjun tal-Baħar Baltiku u dak tad-Danubju, se toffri opportunità ta’ dimensjoni ġdida u sinifikat ikbar għall-Alpi fil-kuntest tal-UE, f’termini ta’ aċċess aħjar għall-finanzjament;

E.  billi r-reġjun tal-Alpi jappartjeni lil diversi Stati Membri tal-UE kif ukoll lil pajjiżi li ma jagħmlux parti mill-UE, u jikkostitwixxi makro-reġjun interkonness b’kapaċitajiet ekonomiċi eteroġeni u tħassib li kulma jmur qed jikber fir-rigward ta’ kwistjonijiet ambjentali, il-bidla demografika, l-infrastruttura tat-trasport, it-turiżmu u kwistjonijiet relatati mal-enerġija, u billi koordinament tal-politiki interni u esterni tal-partijiet konċernati kollha jista’ jipproduċi riżultati aħjar u valur miżjud;

F.  billi l-Alpi huma muntanji ta’ interess għall-Ewropa u għall-bqija tad-dinja, b’ekosistemi fraġli u għadd kbir ta’ glaċieri li huma milquta serjament mit-tibdil fil-klima, kif ukoll għadd kbir ta’ żoni naturali protetti u diversi speċijiet ta’flora u fawn aendemiċi protetti;

G.  billi l-politika ta’ koeżjoni għandha l-għan li tikseb koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-UE kollha;

1.  Jemmen li l-iżvilupp ta’ strateġiji fuq skala kbira, bħal strateġiji makro-reġjonali, għandu jgħin biex jikber ir-rwol tal-livell lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-politika tal-UE, u li l-prinċipju tal-governanza b’diversi livelli għandu jkun ċentrali fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-istrateġija għall-Alpi;

2.  Ifakkar ir-riżultati tal-esperjenza ta’ tagħlim li joffru l-Istrateġija tal-Baħar Baltiku u l-Istrateġija tad-Danubju rigward it-trasparenza fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-allokazzjoni ta’ finanzjament tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta bla dewmien pjan ta’ azzjoni speċifiku għal din iż-żona bl-għan li jingħelbu l-iżvantaġġi strutturali li jiffaċċaw ir-reġjuni muntanjużi u jinħolqu l-kundizzjonijiet xierqa għal tkabbir ekonomiku u koeżjoni soċjali u territorjali effettiva fir-reġjun;

3.  Jenfasizza r-rwol pożittiv li jiżvolġu għodod leġiżlattivi tal-UE bħalma homa r-Raggruppamenti Ewropej ta' Koperazzjoni Territorjali (REKT) għall-makro-reġjuni, għax dawn jipprovdu appoġġ reġjonali għal aspetti ta’ kooperazzjoni konkreti u l-iskambju tal-prattiki tajba kif ukoll għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji tal-iżvilupp territorjali li jippermettu kooperazzjoni bejn awtoritajiet f’livelli differenti;

4.  Jilqa’ l-iżvilupp attwali fir-reġjuni taż-żona tal-Alpi, u l-approċċ “bottom-up’ adottat fihom, reġjuni li b’mod ripetut esprimew ix-xewqa taħghom li jkun hemm strateġija Alpina li tindirizza b’mod effettiv l-isfidi komuni taż-żona kollha tal-Alpi, li l-potenzjal konsiderevoli taż-żona jiġi sfruttat b’mod aktar konsistenti u li tiġi indirizzata l-ħtieġa li titjieb il-mobilità, i-ssigurtà enerġetika, il-ħarsien ambjentali, l-iżvilupp soċjali u ekonomiku, l-iskambju kulturali u l-protezzjoni ċivili fir-reġjun tal-Alpi;

5.  Iqis li l-iżvilupp sostenibbli tal-Alpi huwa wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-istrateġija makro-reġjonali, meta jitqies l-għadd kbir ta’ glaċieri milquta mit-tibdil fil-klima;

6.  Jemmen li din l-istrateġija għandha wkoll tinkoraġġixxi, u tipprova tiffaċilita, in-nomina ta’ żoni naturali protetti Ewropej. Bħala eżempju ta’ dan nistgħu nsemmu l-inizjattiva konġunta riċenti tal-Parc National du Mercantour (Franza) u tal-Parco Naturale delle Alpi Marittime (Italja);

7.  Jindika li hu importanti li l-kontenut tal-istrateġija għall-Alpi jkun allinjat mal-Konvenzjoni Alpina u l-protokolli sussegwenti tagħha, kif ukoll li jqis il-kooperazzjoni transnazzjonali u n-netwerking eżistenti f’dan il-qasam;

8.  Jenfasizza li strateġija makro-reġjonali għall-Alpi għandha tqis il-konservazzjoni tal-użu tradizzjonali tal-art (primarjament għall-agrikultura), biex titrawwem il-bijodiversità, kif ukoll għall-konservazjoni ta’ żoni protetti eżistenti;

9.  Jitlob li strateġija makro-reġjonali għall-Alpi tkun is-suġġett ta’ evalwazzjoni komprensiva mill-Kummissjoni, imsejsa fuq kriterji oġġettivi u indikaturi li jistgħu jitkejlu;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timplimenta l-Artikolu 174 TFUE b’mod ġenwin permezz ta' pjan strateġiku, bil-ħsieb li jingħelbu l-iżvantaġġi strutturali ta' territorji muntanjużi u jinħolqu l-kundizzjonijiet tajba għal tkabbir ekonomiku u koeżjoni soċjali u territorjali effettiva fir-reġjun tal-Alpi;

11.  Jemmen li d-dimensjoni territorjali tal-istrateġija għandha twassal għall-iżvilupp konkret tal-idea ta’ koeżjoni territorjali;

12.  Jisħaq li strateġija makro-reġjonali għall-Alpi hi għodda effettiva biex titjieb il-kooperazzjoni territorjali Ewropea fir-reġjun konċernat billi jiġi implimentat approċċ “bottom-up’ u billi tiżdied il-kooperazzjoni permezz ta’ użu aħjar tar-riżorsi disponibbli, u b’hekk jiġi faċilitat il-koordinament tal-politiki li jinvolvu diversi setturi;

13.  Jenfasizza li strateġija makro-reġjonali għall-Alpi tiżgura li l-inizjattivi differenti tal-UE relatati mar-reġjun tal-Apli u ż-żoni muntanjużi jikkumplimentaw lil xulxin, u ġġib magħha valur miżjud għal proġetti konkreti;

14.  Jemmen li strateġija makro-reġjonali għall-Alpi trid tikkoordina l-fondi eżistenti tal-UE, b'mod partikolari taħt il-politika ta' koeżjoni, biex timplimenta proġetti li jkollhom l-għan li jindirizzaw sfidi komuni bħall-ħarsien tal-ambjent, l-investiment fil-kompetittività u l-innovazzjoni, l-agrikultura u l-forestrija, l-ilma, l-enerġija, kwistjonijiet ambjentali u klimatiċi u t-trasport;

15.  Jisħaq li strateġija makro-reġjonali potenzjali għall-Alpi tkun konformi mal-objettivi ta’ Ewropa 2020, u b’hekk tiżgura l-konformità mal-impenn tal-UE għal tkabbir smart, sostenibbli u inklużiv;

16.  Jenfasizza li hu importanti li tiżdied – permezz ta' strateġija tali – il-kapaċità innovattiva tar-reġjun tal-Alpi billi jintużaw il-ħiliet li toffri l-forża tal-ħidma tiegħu, jinħolqu sħubiji u kooperazzjoni bejn parteċipanti ewlenin (is-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni, it-taħriġ u r-riċerka, u min iħaddem), iż-żgħażagħ attivi jinżammu fiż-żona, tiġi appoġġata l-kreattività u tissaħħaħ il-kapaċità tar-reġjuni differenti fl-oqsma tal-edukazzjoni, ix-xjenza u r-riċerka;

17.  Jenfasizza li l-qafas tal-kooperazzjoni makroreġjonali ġdid irid jiżgura li l-iżvantaġġi naturali ta’ reġjuni periferali, bħal pereżempju żoni muntanjużi, jinbidlu f'punti pożittivi u f’opportunitajiet, u li tingħata spinta lill-iżvilupp sostenibbli ta' dawn ir-reġjuni;

18.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lil Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-istituzzjonijiet l-oħra relevanti.

(1) ĠU C 188 E, 28.6.2012, p. 30.


Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-istandards tas-saħħa u tas-sikurezza wara n-nirien fil-fabbriki u ttiġrif ta' bini reċenti fil-Bangladexx
PDF 231kWORD 26k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2013 dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-istandards tas-saħħa u tas-sikurezza wara n-nirien fil-fabbriki u t-tiġrif ta' bini reċenti fil-Bangladexx (2013/2638(RSP))
P7_TA(2013)0230RC-B7-0223/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Bangladexx, b’mod partikolari dawk tas-17 ta’ Jannar 2013 dwar persuni midruba f’nirien f’fabbriki tat-tessuti, partikolarment fil-Bangladexx(1), u tal-14 ta’ Marzu 2013 dwar is-sitwazzjoni fil-Bangladexx(2) u s-sostenibilità fil-katina tal-valur tal-qoton mondjali(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tat-30 ta’ April 2013 mill-Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, Catherine Ashton u Kummissarju tal-Kummerċ Karel De Gucht wara l-waqgħa tal-bini reċenti fil-Bangladexx,

–  wara li kkunsidra l-Qbil dwar is-Sikurezza tal-Bini u kontra n-Nar fil-Bangladexx,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol, il-Patt Dinji tan-Nazzjonijiet Uniti, u l-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fil-ftehimiet ta' kummerċ internazzjonali(4) u dwar ir-responsabilità soċjali tal-kumpaniji fil-ftehimiet kummerċjali internazzjonali(5),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Popolari tal-Bangladexx dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp(6),

–  wara li kkunsidra l-Qafas Promozzjonali tal-ILO għas-Sikurezza u s-Saħħa Okkupazzjonali (2006, C-187) u l-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza u s-Saħħa Okkupazzjonali (1981, C-155), li għadhom ma ġewx ratifikati mill-Bangladexx, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet rispettivi tagħhom (R-197); wara li kkunsidra wkoll il-Konvenzjoni dwar l-Ispezzjoni tax-Xogħol (1947, C-081), li l-Bangladexx hu firmatarju tagħha, u r-rakkomandazzjonijiet tagħha (R-164),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “Strateġija rinnovata tal-UE 2011-2014 għar-Responsabilità Soċjali Korporattiva” (COM(2011)0681),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-6 ta' Frar 2013 “Responsabilità Soċjali Korporattiva: imġiba kummerċjali responsabbli u trasparenti u tkabbir sostenibbli”(7) u “Responsabilità Soċjali Korporattiva: promozzjoni tal-interessi tas-soċjetà u triq lejn l-irkupru sostenibbli u inklużiv”(8),

–  wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar il-Kummerċ u d-Drittijiet tal-Bniedem, li jistabbilixxu qafas kemm għall-gvernijiet kif ukoll għall-kumpaniji biex jipproteġu u jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem, kif approvati mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem f'Ġunju 2011,

–  wara li kkunsidra l-Kampanja Ħwejjeġ Nodfa,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-missjoni ta’ livell għoli li saret mill-ILO fil-Bangladexx bejn l-1 u l-4 ta’ Mejju 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 110(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.  billi, nhar l-24 ta' April 2013, aktar minn 1,100 ruħ mietu u madwar 2,500 ndarbu meta waqgħet il-fabbrika tal-ħwejjeġ fil-bini Rana Plaza f’Daka fil-Bangladexx, biex din saret l-agħar traġedja fl-istorja tal-industrija mondjali tal-ħwejjeġ;

B.  billi mill-inqas 112-il persuna mietu fin-nirien tal-fabbrika ta’ Tazreen, fid-distrett ta’ Ashulia ta’ Daka fl-24 ta’ Novembru 2012; billi tmien persuni mietu f'nirien f'fabbrika f'Daka fit-8 ta' Mejju 2013; u billi huwa stamat li madwar 600 ħaddiem ta’ fabbriki tal-ħwejjeġ kienu mietu f’nirien fil-fabbriki fil-Bangladexx biss mill-2005 ’l hawn, qabel it-traġedja ta’ Rana Plaza;

C.  billi sid il-bini Rana Plaza u tmien persuni oħra ġew arrestati u ttieħdu passi kriminali kontriehom abbażi tal-fatt li l-bini kien inbena illegalment u kien żviluppa problemi strutturali massivi, imma l-ħaddiema ġew imġiegħla jkomplu jaħdmu minkejja l-biża’ tagħhom rigward is-sikurezza;

D.  billi l-kundizzjonijiet fil-fabbriki tat-tessuti ta’ dan it-tip sikwit ikunu ħżiena, bi ftit jew xejn kunsiderazzjoni għal drittijiet tax-xogħol bħal dawk rikonoxxuti mill-konvenzjonijiet ewlenin tal-ILO, u spiss bi ftit jew xejn attenzjoni għas-sikurezza; billi s-sidien tal-fabbriki ta’ dan it-tip f’ħafna każijiet ma ġewx ikkastigati u għaldaqstant ftit jew xejn għamlu biex itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol;

E.  billi fil-każ tal-fabbrika ta’ Tazreen, għalkemm kumitat ta’ inkjesta governattiv iffurmat mill-Ministeru tal-Intern u l-Kumitat Parlamentari Permanenti fil-Ministeru tax-Xogħol wasal għall-konklużjoni li sid il-fabbrika ta’ Tarzeen għandu jiġi akkużat f’qorti kriminali b'negliġenza li ma tistax tinħafer, dan għadu ma ġiex arrestat;

F.  billi s-suq Ewropew huwa l-akbar destinazzjoni għall-esportazzjoni ta’ lbies u prodotti tat-tessuti mill-Bangladexx, filwaqt li kumpaniji prominenti tal-Punent ammettew li kellhom kuntratti ma’ fabbriki f’Rana Plaza għall-forniment ta’ ħwejjeġ;

G.  billi l-Bangladexx sar it-tieni l-akbar esportatur fid-dinja ta’ ħwejjeġ lesti, biċ-Ċina biss akbar minnu, u billi issa għandu ’l fuq minn 5 000 fabbrika tat-tessuti li jimpjegaw madwar 4 miljun ruħ, u billi l-ħwejjeġ issa jikkostitwixxu 75 % tal-esportazzjonijiet tiegħu;

H.  billi l-industrija tat-tessuti hija meqjusa bħala wieħed mill-aktar setturi industrijali niġġiesa; billi l-għażil tas-suf, l-insiġ u l-produzzjoni ta’ fibri industrijali jnaqqsu l-kwalità tal-arja u jirrilaxxaw aġenti volatili numerużi fl-atmosfera li huma partikolarment ta’ ħsara għall-ħaddiema, il-konsumaturi u l-ambjent;

I.  billi huwa rrappurtat li dawk li kienu jaħdmu fil-bini Rana Plaza kienu jitħallsu biss EUR 29 fix-xahar; billi, skont il-Kampanja Ħwejjeġ Nodfa l-kostijiet tax-xogħol f’dan is-settur jirrappreżentaw biss minn 1 % sa 3 % tal-prezz finali ta' prodott, u billi l-pressjoni fuq l-ipprezzar qed tiżdied;

J.  billi diversi ditti ewlenin tal-Punent issa aderixxew ma’ qbil legalment vinkolanti li ġie miftiehem mill-organizzazzjonijiet tax-xogħol lokali u li hu mmirat sabiex jiżgura l-istandards bażiċi ta’ sikurezza fuq il-post tax-xogħol fil-fabbriki tal-ħwejjeġ fil-Bangladexx, b’segwitu għall-kritika mifruxa tad-ditti internazzjonali li jaħdmu mal-produtturi lokali ta’ ħwejjeġ;

1.  Jesprimi n-niket tiegħu dwar it-telf traġiku ta’ 1,127 ħajja u l-korrimenti li sofrew eluf aktar bħala riżultat tal-waqgħa tal-bini Rana Plaza; jibgħat il-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi u lil dawk li ndarbu, u jikkundanna lil dawk responsabbli talli naqsu għal darb’oħrta milli jevitaw telf kbir ta' ħajjiet bħal dan;

2.  Jenfasizza li tali inċidenti jissottolinjaw traġikament in-nuqqas ta’ standards ta’ sikurezza fis-siti ta' produzzjoni u jiddimostraw li hija meħtieġa azzjoni urġenti biex titjieb l-implimentazzjoni tal-istandards ewlenin tax-xogħol tal-ILO u tiżdied l-osservanza tal-prinċipji ta' responsabilità soċjali korporattiva (CSR) min-naħa tal-kumpaniji multinazzjonali tal-bejgħ tat-tessuti;

3.  Jiddefendi d-drittijiet tal-ħaddiema fil-Bangladexx li jiffurmaw, jirreġistraw u jissieħbu ma' trade unions indipendenti mingħajr biża' li jingħataw fastidju; iqis li l-eżistenza ta' strutturi trejdjunjonistiċi demokratiċi hija strument indispensabbli fil-ġlieda għal standards tas-saħħa u tas-sikurezza u kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar, inkluż pagi aktar għoljin; jitlob lill-gvern tal-Bangladexx jiggarantixxi dawn id-drittijiet fundamentali;

4.  Jilqa’ l-Ftehim dwar is-Sikurezza tal-Bini u Kontra n-Nar tal-Bangladexx bejn it-trade unions, l-NGOs u madwar 40 bejjiegħ bl-imnut multinazzjonali tat-tessuti, finalizzat fil-15 ta' Mejju 2013 u li għandu l-għan li jtejjeb l-istandards tas-sikurezza fil-postijiet tal-produzzjoni (u li jkopri l-arranġamenti għall-ħlas għal dawn il-miżuri), b’mod partikolari billi titwaqqaf sistema indipendenti ta’ spezzjoni, inklużi rapporti pubbliċi u tiswijiet u rinnovamenti obbligatorji, u billi jiġi appoġġjat b’mod attiv il-ħolqien ta’ “kumitati tas-saħħa u s-sikurezza” bl-involviment ta’ entitajiet ta’ rappreżentanza tal-ħaddiema f’kull fabbrika; jistieden lid-ditti tat-tessuti kollha rilevanti jappoġġjaw dan l-isforz, inklużi l-bejjiegħa bl-imnut tat-tessuti Walmart, Gap, Metro, NKD u Ernstings, li qed ikomplu jirrifjutaw kwalunkwe ftehim vinkolanti;

5.  Jinnota l-Pjan ta' Azzjoni adottat mill-gvern, minn dawk li jimpjegaw lill-ħaddiema, mill-ħaddiema u l-ILO fl-4 ta’ Mejju 2013, li jobbliga lill-partijiet jirriformaw il-liġijiet tax-xogħol u b’hekk jippermettu lill-ħaddiema jiffurmaw trade unions mingħajr ħtieġa ta’ permess minn qabel mis-sidien tal-fabbriki u biex jidħlu f’negozjar kollettiv, li jevalwaw is-sikurezza tal-fabbriki tal-ħwejjeġ lesti fil-Bangladexx li huma orjentati lejn l-esportazzjoni sa tmiem l-2013, u li jċaqalqu minn posthom il-fabbriki fi stat perikoluż u jirreklutaw mijiet ta' spetturi addizzjonali;

6.  Jittama li l-Ftehim u l-Pjan ta' Azzjoni jiġu implimentati fi żmien xieraq u bis-sħiħ; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-approvazzjoni mill-Kabinett tal-Bangladexx fit-13 ta’ Mejju 2013 tal-Att (ta’ emenda) dwar ix-Xogħol 2013 tal-Bangladexx li jinkludi dispożizzjonijiet dwar l-assigurazzjoni ta’ gruppi u s-servizzi tas-saħħa fil-fabbriki; iħeġġeġ lill-Parlament tal-Bangladexx jadotta din l-emenda mingħajr dewmien fis-sessjoni li jmiss tiegħu; jilqa’ wkoll id-deċiżjoni tal-Gvern tal-Bangladexx li fil-ġimgħat li ġejjin jgħolli l-paga minima, u jħeġġeġ lill-Gvern tal-Bangladexx iħarrek kumpaniji li jagħtu pagi inqas minn din;

7.  Ifakkar li l-Bangladexx jibbenefika minn aċċess mingħajr dazji u mingħajr kwoti għas-suq tal-UE taħt l-iskema “Kollox ħlief Armi” (EBA) tas-Sistema ta’ Preferenzi Ġeneralizzati (GSP), u li dawn il-preferenzi jistgħu jiġu rtirati skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament GSP f'każ ta' ksur serju u sistematiku tal-prinċipji stabbiliti fil-konvenzjonijiet imniżżla fil-Parti A, Anness III abbażi tal-konklużjonijiet tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga l-konformità tal-Bangladexx ma’ dawn il-konvenzjonijiet u jistenna li titqies investigazzjoni skont l-Artikolu 18 tar-Regolament GSP jekk jinstab li l-Bangladexx qed jikser serjament u sistematikament il-prinċipji stabbiliti fihom;

9.  Iqis li huwa ta’ dispjaċir profond li l-Gvern tal-Bangladexx naqas milli jinforza r-regolamenti nazzjonali dwar il-bini; jistieden lill-Gvern u lill-awtoritajiet ġudizzjarji relevanti jinvestigaw l-allegazzjonijit li n-nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ dawk ir-regolamenti kien dovut għal kollużjoni bejn uffiċjali korrotti u s-sidien tal-art li pprovaw inaqqsu l-ispejjeż tagħhom;

10.  Jistenna li min hu responsabbli għal negliġenza kriminali jew min għandu responsabilità kriminali mod ieħor fir-rigward tat-waqgħa tal-bini Rana Plaza, in-nirien fil-fabbrika ta’ Tazreen u n-nirien l-oħra kollha jinġiebu quddiem il-ġustizzja; jistenna li l-awtoritajiet lokali u d-diriġenzi tal-fabbriki jikkooperaw sabiex jiggarantixxu aċċess sħiħ għas-sistema ġudizzjarja għall-vittmi kollha, b'mod li jippermettilhom jitolbu kumpens; jistenna li l-bejjiegħa multinazzjonali ta’ tessuti li kienu qed jipproduċu f’dawn il-fabbriki jiġu involuti fil-ħolqien ta’ pjan ta’ kumpens finanzjarju; Jilqa’ l-passi li diġà ttieħdu mill-Gvern tal-Bangladexx bħala appoġġ għall-vittmi u l-familji tagħhom;

11.  Jistieden lin-negozji kollha, b’mod partikolari d-ditti tal-ħwejjeġ, li jikkuntrattaw jew jissottokuntrattaw lil fabbriki fil-Bangladexx u pajjiżi oħra biex jikkonformaw bis-sħiħ ma’ prattiki ta’ CSR rikonoxxuti internazzjonalment, partikolarment il-Linji Gwida OECD aġġornati reċentement, l-għaxar prinċipji tal-Patt Globali tan-NU, l-Istandard ta’ Gwida dwar ir-Responsabbiltà Soċjali ISO 26000, id-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-Prinċipji fir-Rigward tal-Impriżi Multinazzjonali u l-Politka Soċjali tal-ILO, u l-Prinċipji ta’ Gwida fir-rigward tal-Impriżi u d-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, u biex jinvestigaw b’mod kritiku l-katini ta’ provvista tagħhom sabiex jiżguraw li l-prodotti tagħhom ikunu manifatturati esklużivament f’fabbriki li jirrispettaw bis-sħiħ standards tas-sikurezza u d-drittijiet tal-ħaddiema;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi attivament imġiba kummerċjali responsabbli fost il-kumpaniji tal-UE li joperaw barra, b’enfasi speċjali biex tiġi żgurata ottemperanza stretta mal-obbligi legali kollha tagħhom, b'mod partikolari mal-istandards u r-regoli internazzjonali fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem, ix-xogħol u l-ambjent;

13.  Jistieden lill-bejjiegħa, lill-NGOs u l-atturi l-oħra kollha involuti, inkluż, fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni, jaħdmu flimkien sabiex jiżviluppaw standard ta’ tikkettar soċjali volontarju li jiċċertifika li prodott ikun ġie manifatturat f’konformità mal-istandards tax-xogħol ċentrali tal-ILO madwar il-katina tal-provvista kollha kemm hi; jistieden lill-kumpaniji li jużaw is-CSR bħala għodda għall-kummerċjalizzazzjoni biex jiżguraw li kwalunkwe talba li ssir tkun preċiża;

14.  Jilqa’ l-appoġġ li qed jingħata mill-Kummissjoni lill-Ministeru tax-Xogħol u l-Impjiegi tal-Bangladexx u l-Assoċjazzjoni tal-Manifatturi u l-Esportaturi tal-Ħwejjeġ tal-Bangladexx; jitlob li din il-kooperazzjoni tissaħħaħ u tiġi estiża biex tinkludi pajjiżi oħra fir-reġjun, skont kif ikun xieraq;

15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Bangladexx u lid-Direttur Ġenerali tal-ILO.

(1) Testi adottati, P7_TA(2013)0027.
(2) Testi adottati, P7_TA(2013)0100.
(3) Testi adottati, P7_TA(2013)0099.
(4) ĠU C 99E, 3.4.2012, p. 31.
(5) ĠU C 99E, 3.4.2012, p. 101.
(6) ĠU L 118, 27.4.2001, p. 48.
(7) Testi adottati, P7_TA(2013)0049.
(8) Testi adottati, P7_TA(2013)0050.


Guantánamo: strajk tal-ġuħ tal-priġunieri
PDF 213kWORD 26k
Riżoluzzjoni tal-Parlamemt Ewropew adottata fit-23 ta’ Mejju 2013 dwar il-Guantánamo: strajk tal-ġuħ tal-priġunieri (2013/2654(RSP))
P7_TA(2013)0231B7-0221/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar Guantánamo,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' April 2012 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni, inklużi l-implikazzjonijiet għall-politika strateġika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem(1),

–  wara li kkunsidra l-istrumenti internazzjonali, Ewropej u nazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u dwar il-projbizzjoni tad-detenzjoni arbitrarja, l-għajbien furzat u t-tortura, bħall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) tas-16 ta' Diċembru 1966, u l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni oħra Krudili, Inumani jew Degradanti tal-10 ta' Diċembru 1984, u l-protokolli relevanti tagħhom,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni konġunta tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u tal-Istati Uniti tal-Amerika, tal-15 ta' Ġunju 2009, dwar l-għeluq tal-faċilità ta' detenzjoni ta' Guantánamo Bay u l-kooperazzjoni futura kontra t-terroriżmu, ibbażata fuq valuri kondiviżi, il-liġi internazzjonali, u r-rispett lejn l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra l-istqarrija tal-5 ta' April 2013 minn Navi Pillay, Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, dwar ir-reġim ta' detenzjoni ta' Guantánamo, fejn iddikjarat li “t-tkomplija tal-inkarċerazzjoni indefinita għal ħafna mid-detenuti hi ekwivalenti għal detenzjoni arbitrarja u tirrappreżenta ksur ċar tad-dritt internazzjonali”,

–  wara li kkunsidra l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 122 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.  billi ħafna mill-166 prinġunier li għad fadal fi Guantánamo Bay qed jipparteċipaw fi strajk tal-ġuħ bi protesta kontra l-kundizzjonijiet attwali tal-faċilità ta' detenzjoni;

B.  billi 86 mill-priġunieri li fadal ġew approvati għar-rilaxx, iżda għadhom qed jinżammu indefinittivament;

C.  billi l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika jikkondividu valuri fundamentali ta' libertà, demokrazija, u rispett għad-dritt internazzjonali, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem;

D.  billi minn tal-inqas 10 detenuti li ħadu sehem fl-istrajk tal-ġuħ qed jiġu mitmugħa bil-forza sabiex jinżammu ħajjin; billi l-ftehimiet internazzjonali fost it-tobba jirrikjedu li jintwera rispett għad-deċiżjoni informata u volontarja ta' individwu li jipparteċipa fi strajk tal-ġuħ;

E.  billi l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika jikkondividu l-valur komuni tal-libertà ta' reliġjon; billi saru bosta rapporti dwar maniġġjar mhux f’loku ta’ kopji tal-Koran tad-detenuti mill-persunal militari Amerikan tul it-tfittxijiet fiċ-ċelel;

F.  billi l-Istqarrija Konġunta tal-UE u l-Istati Uniti tal-Amerika tal-15 ta' Ġunju 2009 ħadet nota tal-impenn tal-President Obama li jordna l-għeluq tal-faċilità ta' detenzjoni ta' Guantánamo Bay sal-22 ta' Jannar 2010, u laqgħet “il-passi li jmiss li għandhom jittieħdu, inkluż ir-rieżami intensiv tal-politiki ta' detenzjoni, ta' trasferiment ta' proċess u ta' interrogazzjoni, fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u ż-żieda fit-trasparenza ta' dawn il-prattiki tal-passat fir-rigward ta' dawn il-politiki”;

G.  billi l-Istati Uniti tal-Amerika sejrin iwaqqfu l-unika titjira ċivili lejn Guantánamo, bir-riżultat li t-titjira waħdanija li tibqa’ topera hija waħda militari li dak li jkun jista’ jużaha biss bil-permess tal-Pentagon, u b'hekk ikun hemm aċċess limitat għall-istampa, l-avukati u l-ħaddiema tad-drittijiet tal-bniedem;

1.  Jinnota r-relazzjoni trans-Atlantika stretta msejsa fuq valuri ċentrali kondiviżi u r-rispett ta' drittijiet bażiċi, universali u mhux negozjabbli tal-bniedem, bħalma huma d-dritt għal proċess ġust u l-projbizzjoni ta' detenzjoni arbitrarja; jilqa' l-kooperazzjoni trans-Atlantika stretta fuq firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;

2.  Jitlob lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti tal-Amerika biex jittrattaw lid-detenuti bir-rispett dovut għad-dinjità inerenti tagħhom u biex jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali tagħhom;

3.  Jesprimi tħassib dwar il-benesseri tad-detenuti li jinsabu fuq strajk tal-ġuħ u dawk li qed jiġu mitmugħa bil-forza, u jistieden lill-Istati Uniti tal-Amerika biex tirrispetta d-drittijiet u d-deċiżjonijiet tagħhom;

4.  Iħeġġeġ lill-Istati Uniti tal-Amerika biex terġa’ tikkunsidra l-għeluq tal-unika titjira ċivili lejn Guantánamo Bay, li tillimita l-aċċess tal-istampa u tal-membri tas-soċjetà ċivili;

5.  Iħeġġeġ lill-Istati Uniti tal-Amerika biex tara li l-materjal reliġjuż ikun trattat bil-kura adegwata u bir-rispett, filwaqt li jinżammu l-proċeduri ta' tfittxija obbligatorja;

6.  Jenfasizza li l-priġunieri li għadhom detenuti għandhom ikunu intitolati għal rieżami regolari tal-legalità tad-detenzjoni tagħhom bi qbil mal-Artikolu 9 tal-Patt Internazzjonali dwar id-drittijiet Ċivili u Politiċi, li jiddikjara li “kull min jiġi mċaħħad mil-libertà tiegħu permezz tal-arrest jew detenzjoni, għandu jkun intitolat iniedi proċedimenti fil-qorti, sabiex il-qorti tkun tista' tiddeċiedi mingħajr dewmien dwar il-legalità tad-detenzjoni tiegħi u tordna r-rilaxx tiegħu f'każ ta' detenzjoni illegali”;

7.  Itenni l-indinjazzjoni u s-sens ta’ offiża tiegħu rigward kull attakk terroristiku tal-massa, is-solidarjetà tiegħu mal-vittmi ta' attakki ta’ dan it-tip u s-simpatija tiegħu għall-uġigħ u t-tbatija tal-familji, il-ħbieb u l-qraba tagħhom; itenni, madankollu, li l-ġlieda kontra t-terroriżmu ma tistax titwettaq b'detriment tal-valuri kondiviżi, bażiċi u stabbiliti, bħalma huwa r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt;

8.  Jesprimi d-dispjaċir tiegħu għall-fatt li l-impenn meħud mill-President tal-Istati Uniti tal-Amerika li jagħlaq Guantánamo sa Jannar 2010 għadu ma ġiex implimentat; itenni it-talba tiegħu lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti tal-Amerika biex jeżaminaw mill-ġdid is-sistema ta' kummissjonijiet militari bil-għan li jiġu żgurati proċessi ġusti, jagħlqu Guantánamo, u jipprojbixxu fi kwalunkwe ċirkostanza l-użu tat-tortura, it-trattament ħażin u d-detenzjoni indefinita mingħajr proċess;

9.  Josserva b’dispjaċir id-deċiżjoni tal-President tal-Istati Uniti tas-7 ta' Marzu 2011 li jiffirma l-ordni eżekuttiva dwar id-detenzjoni u r-revoka tal-projbizzjoni dwar it-tribunali militari; huwa konvint li l-proċessi kriminali normali taħt il-ġurisdizzjoni ċivili huma l-aqwa mod biex ikun solvut l-istatus tad-detenuti ta' Guantánamo; jinsisti li d-detenuti li jinsabu fil-kustodja tal-Istati Uniti tal-Amerika għandhom jew jiġu akkużati minnufih u pproċessati skont l-istandards internazzjonali tal-istat tad-dritt jew inkella jiġu rilaxxati; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li l-istess standards dwar proċessi ġusti għandhom japplikaw għal kulħadd, mingħajr l-ebda diskriminazzjoni;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Awtorità ta' Konvokazzjoni għall-Kummissjonijiet Militari, lis-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti tal-Amerika, lill-President tal-Istati Uniti tal-Amerika, lill-Kungress u lis-Senat tal-Istati Uniti tal-Amerika, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-President tal-Assemblea Ġenerali tan-NU u lill-gvernijiet tal-Istati Membri tan-NU.

(1) Testi adottati, P7_TA(2012)0126.


Indja: l-eżekuzzjoni ta' Mohammad Afzal Guru u l-implikazzjonijiet tagħha
PDF 207kWORD 21k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2013 dwar l-Indja: l-eżekuzzjoni ta’ Mohammad Afzal Guru u l-implikazzjoni tagħha (2013/2640(RSP))
P7_TA(2013)0232RC-B7-0237/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 62/149 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tat-18 ta’ Diċembru 2007, li titlob għal moratorju dwar l-użu tal-piena tal-mewt, u r-Riżoluzzjoni 63/168 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti li titlob għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 62/149 tal-Assemblea Ġenerali, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fit-18 ta' Diċembru 2008,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni finali adottata mir-4 Kungress Dinji Kontra l-Piena tal-Mewt, li sar f'Ġinevra bejn l-24 u s-26 ta' Frar 2010, li titlob l-abolizzjoni universali tal-piena tal-mewt,

–  wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tal-11 ta' Awissu 2010 dwar il-moratorji rigward l-użu tal-piena tal-mewt,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti dwar l-abolizzjoni tal-piena kapitali, u b’mod partikolari dik tas-26 ta’ April 2007 dwar l-inizjattiva għal moratorju universali għall-piena kapitali(1),

–  wara li kkunsidra t-tressiq tar-rapport f'Lulju 2012 minn 14-il ex imħallef tal-Qorti Suprema u tal-Qorti Għolja tal-Indja lill-President tal-Indja, li jistiednu jikkommuta s-sentenzi għall-mewt ta' 13-il priġunier minħabba li dawk is-sentenzi ngħataw ħażin mill-Qorti Suprema matul id-disa' snin ta’ qabel,

–  wara li kkunsidra l-Jum Dinji kontra l-Piena tal-Mewt u t-twaqqif tal-Jum Ewropew kontra l-Piena tal-Mewt fl-10 ta' Ottubru ta’ kull sena,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fl-2002 Mohammad Afzal Guru ġie kkundannat għall-mewt wara li nstab ħati ta' konfoffa b’rabta mal-attakk fuq l-Parlament tal-Indja f’Diċembru 2001, u nqatel mill-awtoritajiet Indjani fid-9 ta' Frar 2013;

B.  billi l-piena tal-mewt hija l-iktar kastig krudili, inuman u degradanti u tmur kontra d-dritt għall-ħajja, kif iddikjarat fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

C.  billi de jure jew de facto 154 pajjiż fid-dinja neħħew il-piena tal-mewt; billi l-Indja, matul il-preżentazzjoni tal-kandidatura tagħha għal siġġu fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem qabel l-elezzjonijiet tal-20 ta' Mejju 2011, wiegħdet li tappoġġa l-għola standards ta' promozzjoni u protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

D.  billi f'Novembru 2012, l-Indja temmet il-moratorju mhux uffiċjali ta’ tmien snin dwar l-eżekuzzjonijiet, meta qatlet lil Ajmal Kasab, ikkundannat għar-rwol tiegħu fl-attakki li saru f’Mumbai fl-2008;

E.  billi organizzazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem qajmu dubji serji dwar il-korrettezza tal-proċess ta’ Afzal Guru;

F.  billi fl-Indja aktar minn 1 455 priġunier fil-preżent huma kkundannati għall-mewt;

G.  billi, minkejja l-kerfju impost f’ħafna partijiet tal-Kashmir amministrat mill-Indja, il-mewt ta’ Afzal Guru ġet segwita minn protesti;

1.  Itenni l-oppożizzjoni twila tiegħu kontra l-piena tal-mewt fiċ-ċirkostanzi kollha, u jistieden għal darb’oħra għal moratorju immedjat għall-eżekuzzjonijiet f’dawk il-pajjiżi fejn għad hemm il-piena tal-mewt;

2.  Jikkundanna lill-Gvern tal-Indja talli fid-9 ta’ Frar 2013, wettaq b’mod sigriet l-eżekuzzjoni ta’ Afzal Guru fil-Ħabs ta’ Tihar fi New Delhi, kontra ix-xejriet dinjija lejn l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt, u jesprimi d-dispjaċir tiegħu li l-mara ta’ Afzal Guru u l-membri tal-familja tiegħu ma ġewx infurmati bl-eżekuzzjoni u d-dfin imminenti tiegħu;

3.  Jistieden lill-Gvern tal-Indja biex jirritorna l-ġisem ta' Afzal Guru lill-familja tiegħu;

4.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Indja biex iżommu mill-qrib mal-ogħla standards ġudizzjarji nazzjonali u internazzjonali fil-proċessi u l-proċedimenti ġudizzjarji, u jipprovdu l-assistenza legali meħtieġa lill-priġunieri u l-persuni kollha li jridu jgħaddu minn proċess;

5.  Jiddispjaċih mill-mewt ta’ tliet żgħażagħ mill-Kashmir wara l-protesti kontra l-eżekuzzjoni ta’ Afzal Guru; jistieden lill-forzi tas-sigurtá biex irażżnu l-użu tal-forza kontra dimostranti paċifiċi; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-effetti negattivi possibbli fuq il-proċess ta’ paċi tal-Kashmir;

6.  Jistieden lill-Gvern tal-Indja, bħala kwistjoni ta’ urġenza, biex ma japprova ebda ordni ta’ eżekuzzjoni fil-futur;

7.  Jistieden lill-Gvern u lill-Parlament tal-Indja jadottaw leġiżlazzjoni li tintroduċi moratorju permanenti fuq l-eżekuzzjonijiet, bil-għan li jabolixxu l-piena tal-mewt fil-ġejjieni qarib;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-President tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, u lill-President, il-Gvern u l-Parlament tal-Indja.

(1) ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 775


Rwanda: il-każ ta' Victoire Ingabire
PDF 222kWORD 25k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2013 dwar ir-Rwanda: il-każ ta’ Victoire Ingabire (2013/2641(RSP))
P7_TA(2013)0233RC-B7-0243/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li r-Rwanda rratifikatu fl-1975,

–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli (ACHPR),

–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza,

–  wara li kkunsidra l-istrumenti tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Kummissjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, b’mod partikolari l-Prinċipji u l-Linji Gwida dwar id-Dritt għal Proċess Ġust u għall-Assistenza Legali fl-Afrika,

–  wara li kkunsidra t-tweġiba tar-RGħ/VP Catherine Ashton tal-4 ta’ Frar 2013 għall-Mistoqsija bil-Miktub E-010366/2012 dwar Victoire Ingabire,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP), minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, u b’mod partikolari l-Anness VII tiegħu, li jitlob il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, demokrazija bbażata fuq l-istat tad-dritt u governanza trasparenti u responsabbli,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti,

–  wara li kkunsidra r-rapport ta' Amnesty International bl-isem “Justice in jeopardy: The first instance trial of Victoire Ingabire” (Ġustizzja fil-periklu: il-proċess ta’ prim istanza ta’ Victoire Ingabire) tal-2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fl-2010, wara 16-il sena eżiljata fil-Pajjiżi l-Baxxi, Victoire Ingabire, President tal-Forzi Demokratiċi Magħquda (UDF(1)), koalizzjoni ta’ partiti tal-oppożizzjoni Rwandiżi, reġgħet lura fir-Rwanda biex tkun kandidat fl-elezzjoni presidenzjali;

B.  billi Victoire Ingabire, li fl-aħħar mill-aħħar ma tħallietx tkun kandidat fl-elezzjoni, ġie arrestata fl-14 ta' Ottubru 2010; billi l-elezzjoni rebaħha, bi 93 % tal-voti, Paul Kagame, li kien għadu kemm temm mandat bħala President u li huwa l-mexxej tal-Front Patrijottiku Rwandiż (RPF); billi l-UDF ma kienx irnexxielu jirreġistra bħala partit politiku qabel l-elezzjoni tal-2010; billi partiti oħra tal-oppożizzjoni ġew soġġetti għall-istess trattament;

C.  billi l-attivitajiet politiċi tas-Sinjura Ingabire ffukaw, fost kwistjonijiet oħra, fuq l-istat tad-dritt, il-libertà tal-assoċjazzjonijiet politiċi u l-abilitazzjoni tan-nisa fir-Rwanda;

D.  billi l-RPF għadu l-partit politiku dominanti fir-Rwanda taħt il-President Kagame, u jikkontrolla l-ħajja pubblika skont sistema ta’ partit waħdieni, li fiha min jikkritika lill-awtoritajiet Rwandiżi jsofri fastidju, intimidazzjoni u ħabs;

E.  billi fit-30 ta' Ottubru 2012 Victoire Ingabire ngħatat sentenza ta’ tmien snin ħabs; billi nstabet ħatja fuq żewġ akkużi aġġornati u nħelset minn erbgħa oħra; billi nstabet ħatja ta’ konġura kontra l-awtoritajiet permezz ta’ terroriżmu, u li mminimizzat il-ġenoċidju tal-1994, abbażi tar-relazzjonijiet preżunti tagħha mal-Forzi Demokratiċi għal-Liberazzjoni tar-Rwanda (FDLR), grupp ta’ ribelli Hutu; billi l-Prosekutur Pubbliku talab li tingħata sentenza ta’ ħajjitha l-ħabs;

F.  billi fil-25 ta’ Marzu 2013 Victoire Ingabire telgħet tixhed fil-proċess ta’ appell tagħha, u talbet li l-evidenza tiġi rieżaminata;

G.  billi l-prosekuzzjoni ta’ Victoire Ingabire għal “ideoloġija ġenoċidali” u “diviżjoniżmu” turi n-nuqqas ta' tolleranza tal-pluraliżmu politiku min-naħa tal-Gvern Rwandiż;

H.  billi f’April 2013, fl-appell tagħha quddiem il-Qorti Suprema, filwaqt li nħelset mis-sitt akkużi li kienu sarulha mill-prosekuzzjoni, ingħatat sentenza fuq akkużi ġodda li ma kinux ibbażati fuq dokumenti legali u li, skont l-avukat difensur tagħha, ma kinux ġew ippreżentati fil-proċess; billi ż-żewġ akkużi ġodda jinkludu negazzjoniżmu/reviżjoniżmu u tradiment;

I.  billi f’Mejju 2013, wara li fl-2012 kienu xehdu kontra Victoire Ingabire quddiem il-Qorti Suprema tar-Rwanda, erba’ xhieda tal-prosekuzzjoni u koakkużat qalu lill-Qorti Suprema li x-xhieda tagħhom kienet iffalsifikata; billi organizzazzjoni prominenti tad-drittijiet tal-bniedem esprimiet tħassib dwar “id-detenzjoni tagħhom f’iżolazzjoni fit-tul” u “l-użu tat-tortura biex jammettu l-ħtija”;

J.  billi ħafna osservaturi jqisu li l-proċess, li beda fl-2011, huwa motivat b’raġunijiet politiċi; billi d-dritt nazzjonali u l-ġudikatura tar-Rwanda jiksru konvenzjonijiet internazzjonali li fihom ir-Rwanda hija parti kontraenti, b’mod partikolari l-Konvenzjonijiet Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li l-Gvern Rwandiż iffirmahom fis-16 ta' Lulju 1997, speċifikament id-dispożizzjonijiet dwar il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-ħsieb;

K.  billi mis-16 ta' April 2012 is-Sa Ingabire kienet qed tibbojkottja l-proċess tagħha bi protesta kontra l-intimidazzjoni u l-proċeduri illegali ta’ interrogazzjoni użati kontra wħud mill-koakkużati tagħha, jiġifieri l-ex membri tal-FLDR il-Logutenent Kurunell Tharcisse Nditurende, il-Logutenent Kurunell Noël Habiyaremye, il-Kaptan Jean Marie Vianney Karuta u l-Maġġur Vital Uwumuremyi, kif ukoll kontra d-deċiżjoni tal-Qorti li tqassar is-smigħ ta’ xhud tad-difiża, is-Sa Michel Habimana, li takkuża lill-awtoritajiet Rwandiżi li ffabrikaw l-evidenza; billi l-awtoritajiet Rwandiżi ma kkonfermawx dawn iċ-ċirkustanzi;

L.  billi Bernard Ntaganda, il-fundatur tal-partit PS-Imberakuri, ingħata sentenza ta’ erba’ snin ħabs fuq akkużi li pperikola s-sigurta nazzjonali, “diviżjoniżmu” u attentat li jorganizza dimostrazzjoni bla awtorizzazzjoni;

M.  billi fit-13 ta' Settembru 2012 Victoire Ingabire – flimkien ma’ żewġ protagonisti politiċi Rwandiżi oħra, Bernard Ntaganda u Deogratias Mushyayidi, ilkoll attwalment miżmuma fil-ħabs ta’ Kigali – ġiet nominata għall-Premju Sakharov tal-Parlament Ewropew għal-Libertà tal-Ħsieb;

N.  billi r-Rwanda hija firmatarja tal-Ftehim ta’ Cotonou, li jistipula li r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem huwa element essenzjali tal-kooperazzjoni UE-AKP;

O.  billi r-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, inkluż il-pluraliżmu politiku u l-libertà tal-espressjoni u assoċjazzjoni, huwa serjament ristrett fir-Rwanda, b’tali mod li l-partiti tal-oppożizzjoni jsibuha diffiċli li joperaw u l-ġurnalisti qajla jistgħu jesprimu fehmiet kritiċi;

P.  billi l-konsolidament tad-demokrazija – li jinkludi l-iżgurar tal-indipendenza tal-ġudikatura u l-parteċipazzjoni tal-partiti tal-oppożizzjoni – huwa kruċjali, partikolarment fid-dawl tal-elezzjonijiet parlamentari tal-2013 u l-elezzjoni presidenzjali li għandha ssir fl-2017;

Q.   billi l-ġenoċidju u l-gwerra ċivili tal-1994 fir-Rwanda għad għandhom impatt negattiv fuq l-istabbiltà tar-reġjun;

1.  Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar il-proċess inizjali ta’ Victoire Ingabire, li ma kienx jissodisfa l-istandards internazzjonali, mhux l-anqas rigward id-dritt tagħha li tkun preżunta innoċenti, u li kien ibbażat fuq evidenza fabbrikata u ammissjonijiet minn koakkużati li kienu nżammu f’detenzjoni militari f’Camp Kami, fejn allegatament kienu torturati biex jammettu l-ħtija;

2.  Jikkundanna bil-qawwa n-natura tal-proċess motivat b’raġunijiet politiċi, il-prosekuzzjoni ta’ oppożituri politiċi u l-preġudizzju tal-eżitu tal-proċess; jistieden lill-ġudikatura Rwandiża biex tiżgura appell pront u ġust għas-Sa Victoire Ingabire, li jissodisfa l-istandards stabbiliti bid-dritt Rwandiż u b’dak internazzjonali;

3.  Jitlob li l-prinċipju ta’ ugwaljanza jkun rispettat permezz ta’ miżuri li jiżguraw li kull parti – il-prosekuzzjoni u d-difiża – tingħata l-istess mezzi proċedurali u l-istess opportunità għall-iżvelar tal-evidenza materjali disponibbli tul il-proċess, u opportunità ndaqs li tippreżenta l-argument tagħha; jinkoraġġixxi eżami mtejjeb tal-evidenza, inklużi mezzi li jiżguraw li din ma tkunx inkisbet permezz tat-tortura;

4.  Jitlob li l-UE tibgħat osservaturi biex isegwu l-proċess ta’ appell ta’ Victoire Ingabire;

5.  Jisħaq fuq ir-rispett għall-indipendenza tas-sistema ġudizzjarja fir-Rwanda, imma jfakkar lill-awtoritajiet Rwandiżi li l-UE, fil-kuntest tad-djalogu politiku uffiċjali mar-Rwanda skont l-Artikolu 8 tal-Ftehim ta’ Cotonou, qajmet it-tħassib tagħha rigward ir-rispett dovut għad-drittijiet tal-bniedem u d-dritt għal proċess ġust;

6.  Ifakkar li l-libertajiet ta’ għaqda, assoċjazzjoni u espressjoni huma kompnenti essenzjali fi kwalunkwe demokrazija, u jqis li dawn il-prinċipji huma soġġetti għal restrizzjonjiet serji fir-Rwanda;

7.  Jikkundanna kull forma ta’ ripressjoni, intimidazzjoni u detenzjoni ta’ attivisti politiċi, ġurnalisti u attivisti tad-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Rwandiżi biex jeħilsu minnufih l-individwi u l-attivisti kollha miżmuma jew li nstabu ħatja biss għaliex eżerċitaw drittijiethom tal-liberta tal-espressjoni, assoċjazzjoni u tal-għaqda paċifika; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Rwandiżi, f’dan ir-rigward, biex jaġġustaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali ħalli jiggarantixxu l-libertà ta’ espressjoni;

8.  Iħeġġeġ lill-Gvern Rwandiż biex jottempera ruħu mad-dritt internazzjonali u jirrispetta d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966 u l-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli;

9.  Ifakkar li stqarrijiet miksuba bl-użu tat-tortura jew ta’ forom oħra ta’ maltrattament m’huma ammissibbli fl-ebda proċediment;

10.  Jistieden lill-awtoritajiet Rwandiżi biex jinvestigaw b’mod effikaċi l-allegazzjonijiet ta’ tortura u ta’ abbużi oħra tad-drittijiet tal-bniedem, u jressqu lil dawk ħatja ta’ dawn ir-reati quddiem il-ġustizzja, għaliex l-impunità ma tistax tiġi ttollerata;

11.  Jesprimi t-tħassib tiegħu għall-fatt li, 19-il sena wara li l-RPF ħa l-poter, u sentejn wara r-rielezzjoni tal-President Kagame, ir-Rwanda għad m’għandha l-ebda partit politiku tal-oppożizzjoni funzjonanti;

12.  Jistieden lill-awtoritajiet Rwandiżi biex jiżguraw is-separazzjoni tas-setgħat amministrattivi, leġiżlattivi u ġudizzjarji, u b’mod partikolari l-indipendenza tal-ġudikatura, u jippromwovu l-parteċipazzjoni tal-partitit tal-oppożizzjoni, f'kuntest ta' rispett reċiproku u djalogu inklużiv, bħala parti mill-proċess demokratiku;

13.  Huwa tal-fehma li l-liġi dwar l-ideoloġija tal-ġenoċidju tal-2008, li ntużat fl-akkuża kontra Victoire Ingabire, serviet ta’ għodda politika biex tagħlaq ħalq min jikkriktika l-gvern;

14.  Jistieden lill-Gvern Rwandiż biex jirrevedi l-liġi dwar l-“ideoloġija tal-ġenoċidju” ħalli jallinjaha mal-obbligi tar-Rwanda skont id-dritt internazzjonali, u jibdel il-liġi li tistitwixxi pieni għal reati ta’ diskriminiazzjoni u settarjaniżmu biex jallinjaha mal-obbligi tar-Rwanda skont id-dritt umanitarju internazzjonali;

15.  Jenfasizza li l-proċess kriminali ta’ Victoire Ingabire, wieħed mill-itwal fl-istorja tar-Rwanda, huwa importanti, sew mil-lat politiku kif ukoll minn dak legali, bħala eżami tal-kapaċità tal-ġudikatura Rwandiża li tittratta kawżi politiċi prominenti b’mod ġust u indipendenti;

16.  Ifakkar lill-awtoritajiet Rwandiżi li d-demokrazija tissejjes fuq gvern pluralista, oppożizzjoni funzjonanti, midja u ġudikatura indipendenti, rispett tad-drittijiet tal-bniedem, u rispett tad-drittijiet tal-espressjoni u tal-għaqda; jistieden lir-Rwanda, f’dan ir-rigward, biex tissodisfa dawn l-istandards u ttejjeb ir-rekord tagħha rigward id-drittijiet tal-bniedem;

17.  Jenfasizza li, fil-kuntest tal-ħidma internazzjonali għall-iżvilupp fir-Rwanda, id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, u governanza trasparenti u reattiva għandhom jingħataw wisq aktar prijorità; jitlob li l-UE, f’kollaborazzjoni ma’ donaturi internazzjonali oħra, tissokta tagħmel pressjoni biex tinkoraġġixxi riforma tad-drittijiet tal-bniedem fir-Rwanda;

18.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u għall-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana, lill-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lid-difensuri ta’ Victoire Ingabire u lill-President tar-Rwanda.

(1) bil-Franċiż: Forces Démocratiques Unifiées (FDU-Inkingi).

Avviż legali - Politika tal-privatezza