Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-ħatra proposta ta' Phil Wynn Owen bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0313/2013 – 2013/0811(NLE))
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0313/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7‑0438/2013),
A. billi l-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
B. billi waqt il-laqgħa tiegħu tas-7 ta’ Novembru 2013, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri;
1. Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta’ Phil Wynn Owen bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri ;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awditurikif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta' verifika tal-Istati Membri.