Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0188(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0376/2013

Testi mressqa :

A7-0376/2013

Dibattiti :

PV 10/12/2013 - 22
CRE 10/12/2013 - 22

Votazzjonijiet :

PV 11/12/2013 - 4.22
CRE 11/12/2013 - 4.22
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0573

Testi adottati
PDF 588kWORD 112k
L-Erbgħa, 11 ta' Diċembru 2013 - Strasburgu
L-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni *
P7_TA(2013)0573A7-0376/2013

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (COM(2013)0348 – C7-0200/2013 – 2013/0188(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2013)0348),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0200/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0376/2013),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill jerġa’ jikkonsultah jekk beħsiebu jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
(1)  F'dawn l-aħħar snin, l-isfida ppreżentata mill-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa żdiedet konsiderevolment u saret punt fokali ta' tħassib fl-Unjoni u fuq il-livell globali. Introjtu li ma jiġix irrappurtat u ntaxxat qiegħed inaqqas konsiderevolment id-dħul nazzjonali mit-taxxi. Għaldaqstant, il-ħtieġa li jiżdiedu l-effiċjenza u l-effikaċja fil-ġbir tat-taxxi hija waħda urġenti. L-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni jikkostitwixxi għodda importanti f'dan ir-rigward u l-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' Diċembru 2012 li fiha Pjan ta' azzjoni biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa enfasizzat il-ħtieġa li tippromwovi b'mod vigoruż l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni bħala l-istandard futur Ewropew u internazzjonali tat-trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni fi kwistjonijiet tat-taxxa. Il-Kunsill Ewropew fit-22 ta' Mejju 2013 talab l-estensjoni tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni fil-livelli tal-Unjoni u globali bil-għan li jiġu miġġielda l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa.
(1)  F'dawn l-aħħar snin, l-isfida ppreżentata mill-frodi fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa żdiedet konsiderevolment u saret punt fokali ta' tħassib fl-Unjoni u fuq il-livell globali, speċjalment fi żminijiet ta’ kriżi. Introjtu li ma jiġix irrappurtat u ntaxxat qiegħed inaqqas konsiderevolment id-dħul nazzjonali mit-taxxi u joħloq kundizzjonijiet għal kompetizzjoni inġusta u jwassal għal telf. Għaldaqstant, il-ħtieġa li jiżdiedu l-effiċjenza u l-effikaċja fil-ġbir tat-taxxi hija waħda urġenti. Għandhom jitwaqqfu sistemi effettivi għat-titjib tal-effiċjenza tal-ġbir tat-taxxa u biex jiġi determinat liema liġi tat-tassazzjoni ta' Stat Membru hija applikabbli. L-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni jikkostitwixxi għodda importanti f'dan ir-rigward u l-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' Diċembru 2012 li fiha Pjan ta' azzjoni biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa enfasizzat il-ħtieġa li tippromwovi b'mod vigoruż l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni bħala l-istandard futur Ewropew u internazzjonali tat-trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni fi kwistjonijiet tat-taxxa. Il-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar il-Ġlieda kontra l-Frodi tat-Taxxa, l-Evażjoni tat-Taxxa u r-Rifuġji tat-Taxxa u l-Kunsill Ewropew fit-22 ta’ Mejju 2013 talbu l-estensjoni tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni fil-livelli tal-Unjoni u globali bil-għan li jiġu miġġielda l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa.
_____________
____________
8 COM(2012)722 finali.
8 COM(2012)722 finali.
9 Testi adottati, P7_TA(2013)0205.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 1a (ġdida)
(1a)  Fil-passat il-politika fiskali ġiet ikkunsidrata bħala kwistjoni esklużivament nazzjonali, fejn l-UE m’għandhiex x’taqsam. Illum il-ġurnata, minħabba l-globalizzazzjoni, it-taxxa ukoll trid tiġi diskussa fil-livell tal-Unjoni. Ikun iktar effiċjenti u effettiv li tkun il-Kummissjoni li tikkoordina l-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa f’isem l-Istati Membri, milli jkun hemm serje ta’ ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri. Teżisti varjazzjoni ta' standards differenti għall-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni minn pajjiż għall-ieħor. Din hi kwistjoni kumplessa għalxejn u timponi spejjeż għoljin li huma bla bżonn, kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-istituzzjonijiet finanzjarji fi ħdan l-Unjoni.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 1b (ġdida)
(1b)  Id-definizzjonijiet relatati mad-Direttiva 2011/16/UE għandhom jiġu żviluppati f 'koordinazzjoni mal-ħidma tal-OECD f'dan il-qasam, bl-iskop li jipprovdu spjegazzjonijiet aktar ċari, jissimplifikaw il-qafas regolatorju u jsaħħu l-koerenza tal-emendi għal dik id-Direttiva.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 3
(3)  Kif enfasizzat mit-talba tal-Kunsill Ewropew, huwa xieraq li titressaq 'il quddiem l-estensjoni ta' skambju awtomatiku tal-informazzjoni diġà prevista fl-Artikolu 8(5) tad-Direttiva 2011/16/UE. Inizjattiva tal-Unjoni tiżgura approċċ koerenti, konsistenti u komprensiv mifrux mal-Unjoni kollha għall-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni fis-suq intern li jwassal għal iffrankar fl-ispejjeż kemm għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa kif ukoll għall-operaturi ekonomiċi.
(3)  Kif enfasizzat mit-talba tal-Kunsill Ewropew, huwa xieraq li titressaq 'il quddiem l-estensjoni ta' skambju awtomatiku tal-informazzjoni diġà prevista fl-Artikolu 8(5) tad-Direttiva 2011/16/UE. Inizjattiva tal-Unjoni tiżgura approċċ koerenti, konsistenti u komprensiv mifrux mal-Unjoni kollha għall-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni fis-suq intern u hi importanti sabiex titjieb l-effikaċja tas-sistemi tat-taxxa u biex jissaħħaħ is-suq intern fejn il-koeżistenza ta' 28 sistema tat-taxxa nazzjonali tqajjem kwistjonijiet ta' tassazzjoni doppja u tgħawiġ tal-kompetizzjoni. Mhumiex biss l-Istati Memrbi li se jibbenefikaw mill-iskambju ta’ informazzjoni fuq bażi ugwali, iżda ukoll, l-Unjoni tkun tista’ tieħu rwol mexxej fil-promozzjoni internazzjonali ta’ standards simili.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 3a (ġdida)
(3a)  L-Istati Membri għandhom jimplimentaw kooperazzjoni amministrattiva u skambju ta’ informazzjoni li ma jiksrux id-drittijiet proċedurali u d-dritt għall-privatezza tal-kontribwenti.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 3b (ġdida)
(3b)  Bi qbil mar-rapport tal-OECD tad-19 ta’ Ġunju 2013 u d-Dikjarazzjoni tal-Mexxejja tal-G20 ta’ San Pietruburgu tas-6 ta’ Settembru 2013, l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni għandu jkun ibbażat fuq mudell komuni u globali li jiżgura privatezza suffiċjenti u l-użu korrett ta’ informazzjoni skambjata. L-estensjoni tal-ambitu tal-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni tat-taxxa se jkun il-kontribut tal-Unjoni għall-ħidma tal-OECD u għandha ttejjeb il-possibilitajiet ta’ ħolqien ta’ sistema globali koerenti bbażata fuq l-istandard il-ġdid tal-OECD li għandu jiġi ppreżentat fi Frar 2014.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 3c (ġdida)
(3c)  Meta dejta tiġi sottomessa lill-awtoritajiet tat-taxxa għal finijiet ta’ skambju ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi oħra, huwa importanti li jiġi ċċarat kif dawk l-awtoritajiet jistgħu jużaw dik id-dejta.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 4a (ġdida)
(4a)  Sabiex jitnaqqsu l-ambigwitajiet u l-inkonsistenzi, u biex ikun hemm iffrankar fl-ispejjeż, huwa essenzjali li l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva tiġi kkoordinata flimkien mal-implimentazzjoni tal-FATCA.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 5
(5)  Il-konklużjoni ta' ftehimiet paralleli u mhux koordinati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2011/16/UE twassal għal distorsjonijiet li jkunu ta' detriment għall-funzjonament tajjeb tas-Suq intern. Skambju awtomatiku tal-informazzjoni mkabbar fuq il-bażi ta' strument leġiżlattiv għall-UE kollha għandu jneħħi l-ħtieġa għall-Istati Membri sabiex jinvokaw dik id-dispożizzjoni, bil-għan li jikkonkludu ftehimiet bilaterali jew multilaterali li jistgħu jitqiesu xierqa dwar l-istess suġġett fl-assenza ta' leġiżlazzjoni relevanti tal-Unjoni.
(5)  Il-konklużjoni ta' ftehimiet paralleli u mhux koordinati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2011/16/UE twassal għal distorsjonijiet li jkunu ta' detriment għall-funzjonament tajjeb tas-Suq intern u għall-approċċ fil-livell tal-Unjoni b’mod globali. Skambju awtomatiku tal-informazzjoni mkabbar fuq il-bażi ta' strument leġiżlattiv għall-UE kollha għandu jneħħi l-ħtieġa għall-Istati Membri sabiex jinvokaw dik id-dispożizzjoni, bil-għan li jikkonkludu ftehimiet bilaterali jew multilaterali li jistgħu jitqiesu xierqa dwar l-istess suġġett fl-assenza ta' leġiżlazzjoni relevanti tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-Unjoni se tkun ukoll f’pożizzjoni ta’ negozjar aħjar sabiex tipprova tikseb standards ogħla ta’ skambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa fuq livell globali.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 5a (ġdida)
(5a)  Għaddejja ħidma fl-OECD biex jiġi definit mudell ta’ ftehim bilaterali u multilaterali ta’ skambju ta’ informazzjoni. Barra minn hekk, għaddejjin negozjati bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u numru kbir ta’ pajjiżi oħrajn għall-implimentazzjoni tal-FATCA permezz ta’ ftehimiet bilaterali. L-emendi proposti għad-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa jirregolaw f’miżura kbira l-iskambju ta’ informazzjoni kopert mil-liġi FATCA u l-ħidma tal-OECD. Il-Kummissjoni għandha tiċċara r-relazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet regulatorji sabiex tiżgura li l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa u l-istituzzjonijiet finanzjarji responsabbli mill-applikazzjoni ta' dawk l-emendi jkunu jistgħu jimplimentawhom.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 6a (ġdida)
(6a)  Il-kategoriji l-ġodda tal-introjtu u l-kapital fir-rigward ta' din id-Direttiva jintroduċu obbligu li jkun stabbilit l-iskambju ta’ informazzjoni skont l-interpretazzjoni tagħhom fil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li jikkomunika l-informazzjoni.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 7a (ġdida)
(7a)  L-għan tad-dispożizzjoni attwali għall-għoti ta' informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa, dwar id-dħul minn kapitali u servizzi hi inter alia biex isservi bħala bażi ta’ tassazzjoni u għall-iskambji ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi oħra. Jekk ir-rekwiżit li tingħata informazzjoni jiġi mibdul u l-informazzjoni tinkiseb sempliċement biex taqdi l-iskambju ta’ informazzjoni, huwa importanti li jiġi ċċarat il-mod kif l-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali se jitħallew jużaw din l-informazzjoni.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 9a (ġdida)
(9a)  Kull Stat Membru għandu jistipula penali għall-ksur ta' din id-Direttiva u għandu jieħu l-miżuri adegwati biex tkun żgurata l-konformità.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 10
(10)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tħares il-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
(10)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tħares il-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari fl-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Fid-dawl tas-sensittività tad-dejta li trid tinġabar, għandha tingħata attenzjoni speċifika lir-rispett għad-drittijiet ta' privatezza u l-aspettattiva leġittima tal-kunfidenzjalità, partikolarment matul il-proċess ta' stħarriġ.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt b
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8 – paragrafu 3a – subparagrafu 1 – parti introduttorja
3a.  L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha, permezz ta' skambju awtomatiku, tikkomunika lill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor, informazzjoni rigward perjodi taxxabbli mill-1 ta' Jannar 2014 fir-rigward tal-punti li ġejjin li huma mħallsa, garantiti jew miżmuma minn istituzzjoni finanzjarja għall-benefiċċju dirett jew indirett ta' sid benefiċjarju li jkun persuna fiżika residenti f'dak l-Istat Membru l-ieħor:
3a.  L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru għandha, permezz ta’ skambju awtomatiku, tikkomunika,lill-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor, informazzjoni rigward perjodi taxxabbli mill-1 ta’ Jannar 2014 fir-rigward tal-punti li ġejjin, bi qbil mal-leġiżlazzjoni nazzjonali li huma mħallsa, garantiti jew miżmuma minn istituzzjoni finanzjarja għall-benefiċċju dirett jew indirett ta’ sid benefiċjarju li jkun persuna fiżika residenti f’dak l-Istat Membru l-ieħor:
Emenda 18
Proposta għal Direttiva
Artikolu 1 – punt ba (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8 – paragrafu 4
(ba)  Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:
4.  Qabel l-1 ta' Lulju 2016, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni fuq bażi annwali bi statistiki dwar il-volum ta' skambji awtomatiċi u, sa fejn ikun possibbli, b'informazzjoni dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji amministrattivi u oħrajn rilevanti relatata mal-iskambji li seħħew u bidliet poten- zjali oħrajn, kemm għall-amministrazzjonijiet fiskali u kif ukoll għall-partijiet terzi.
"4. Qabel l-1 ta' Lulju 2016, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni fuq bażi annwali bi statistiki dwar il-volum ta' skambji awtomatiċi u, sa fejn ikun possibbli, b'informazzjoni dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji amministrattivi u oħrajn rilevanti relatata mal-iskambji li seħħew u bidliet poten- zjali oħrajn, kemm għall-amministrazzjonijiet fiskali u kif ukoll għall-partijiet terzi. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-informazzjoni riċevuta.''‑{}‑
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt c
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 1
5.  Qabel l-1 ta' Lulju 2017, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jipprovdi ħarsa ġenerali u valutazzjoni tal-istatistika u l-informazzjoni riċevuta, dwar kwistjonijiet bħall-ispejjeż amministrattivi u oħrajn rilevanti u l-benefiċċji tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni, kif ukoll l-aspetti prattiċi marbuta ma' dan. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Kunsill rigward il-kategoriji u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, inkluża l-kundizzjoni li għandha tkun disponibbli l-informazzjoni li tikkonċerna lil residenti fi Stati Membri oħra jew l-elementi msemmija fil-paragrafu 3a, jew it-tnejn.
5.  Qabel l-1 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport li jipprovdi ħarsa ġenerali u valutazzjoni tal-impatt tal-istatistika u l-informazzjoni riċevuta, dwar kwistjonijiet bħall-ispejjeż amministrattivi u oħrajn rilevanti u l-benefiċċji tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni, kif ukoll l-aspetti prattiċi marbuta ma’ dan. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward il-kategoriji ta' dħul u ta' kapital u/jew il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, jew it-tnejn li huma, inkluża l-kundizzjoni li għandha tkun disponibbli l-informazzjoni li tikkonċerna lil residenti fi Stati Membri oħra jew l-elementi msemmija fil-paragrafu 3a, jew it-tnejn.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 18 – paragrafu 2a (ġdid)
1a.  Fl-Artikolu 18, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
"2a. Stat Membru għandu jistipula penali għall-ksur ta' din id-Direttiva u għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura l-konformità magħha. Tali penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u persważivi.
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1b (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 19a (ġdid)
1b.  Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 19a
Mandat għal negozjati ma’ pajjiżi terzi
Minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], il-Kummissjoni biss, għandha tinnegozja ftehimiet ma’ pajjiżi terzi dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni (AEOI) f’isem l-Unjoni. Għaldaqstant, minn dik id-data, l-Istati Membri m’għandhomx jidħlu fi ftehimiet bilaterali."
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1c (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
1c.  Fl-Artikolu 22(1), il-punt li ġej qed jiġi miżjud:
"(ca) ikunu disponibbli r-riżorsi umani, teknoloġiċi u finanzjarji meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, fid-dawl tal-ammont u l-kumplessità tal-informazzjoni soġġetta għall-iskambju awtomatiku mill-1 ta' Jannar 2015."
Emenda 24
Proposta għal Direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1d (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 23 – paragrafu 3
1d.  Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni valutazzjoni annwali tal-effikaċja tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni imsemmi fl-Artikolu 8 kif ukoll ir-riżultati prattiċi miksuba. Il-forma u l-kondizzjonijiet ta' komunikazzjoni ta' dik il-valutazzjoni annwali għandhom jiġu adottati mill- Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).
"3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni valutazzjoni annwali tal-effikaċja tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni imsemmi fl-Artikolu 8 kif ukoll ir-riżultati prattiċi miksuba. Il-forma u l-kondizzjonijiet ta' komunikazzjoni ta' dik il-valutazzjoni annwali għandhom jiġu adottati mill- Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2). Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew f'komunikazzjoni annwali, dwar il-valutazzjonijiet mill-Istati Membri.''
Emenda 25
Proposta għal Direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1e (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 25
1e.  L-Artikolu 25 jinbidel b'dan li ġej:
L-iskambju kollu ta' informazzjoni skont din id-Direttiva għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet li jimplimentaw id- Direttiva 95/46/KE. Madankollu, għall-fini tal-applikazzjoni korretta ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jillimitaw l-ambitu tal-obbligi u d-drittijiet previsti fl-Artikolu 10, l-Artikolu 11(1), l-Artikoli 12 u 21 tad-Direttiva 95/46/KE safejn meħtieġ sabiex jiġu salvagwardati l-interessi msemmija fl- Artikolu 13(1)(e) ta' dik id-Direttiva.
"1. L-iskambju kollu ta' informazzjoni skont din id-Direttiva għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet li jimplimentaw id- Direttiva 95/46/KE. Madankollu, għall-fini tal-applikazzjoni korretta ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jillimitaw l-ambitu tal-obbligi u d-drittijiet previsti fl-Artikolu 10, l-Artikolu 11(1), l-Artikoli 12 u 21 tad-Direttiva 95/46/KE safejn speċifikament meħtieġ sabiex jiġu salvagwardati l-interessi msemmija fl- Artikolu 13(1)(e) ta' dik id-Direttiva.
2.  "L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jipproteġu l-informazzjoni skambjata minn aċċess mhux awtorizzat minn partijiet terzi jew minn pajjiżi terzi."
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 2b (ġdid)
2b.  Sa .... * [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-funzjonament ta' din id-Direttiva u, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Kunsill biex jipprovdu għat-trasparenza tal-iskambji ta' informazzjoni.
Avviż legali - Politika tal-privatezza