Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi (COM(2012)0561 – C7-0320/2012 – 2011/0225(COD))
(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2012)0561),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 31 u 32 tat-Trattat Euratom, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0320/2012),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Frar 2012(1),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0385/2013),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex tibdel il-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi [Em. 1]
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomikakkunsidraw it-Trattatdwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 31 u l-Artikolu 32l-Artikolu91 tiegħu, [Em. 2]
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, imfassla wara li kisbet l-opinjoni ta’ grupp ta’ persuni maħtura mill-Kumitat Xjentifiku u Teknikukkunsidraw il-propostamill-KummissjoniEwropea, [Em. 3]
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament EwropewFilwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(2), [Em. 4]
Billi:
(1) L-Artikolu 33 tat-Trattat jesiġi li l-Istati Membri jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet xierqa sabiex jiżguraw il-konformità mal-istandards bażiċi tas-sikurezza għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali minn perikli li jirriżultaw minn radjazzjoni jonizzanti.
(2) L-istandards bażiċi ta’ sikurezza għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali minn perikli li jirriżultaw mir-radjazzjoni jonizzanti huma stabbiliti mid-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom(3). Dik id-Direttiva tapplika għall-prattiki kollha li jinvolvu riskju ta’ radjazzjoni jonizzanti li toriġina minn sors ta’ radjazzjoni artifiċjali jew naturali, inkluż it-trasport.
(3) Sabiex tkun żgurata l-konformità mal-istandards bażiċi tas-sikurezza persuni, organizzazzjonijiet jew impriżi huma soġġetti għal kontroll regolatorju mill-awtoritajiet tal-Istati Membri. Għal dak il-għan, id-Direttiva 96/29/Euratom tesiġi li l-Istati Membri jissottomettu ċerti prattiki li jinvolvu periklu minn radjazzjoni jonizzanti għal sistema ta’ rapportar u awtorizzazzjoni minn qabel jew li jipprojbixxu ċerti prattiki.
(4) Peress li t-trasport huwa l-unika prattika ta’ natura transfruntiera frekwenti, it-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi jistgħu jkunu meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti relatati mas-sistemi ta’ rapportar u awtorizzazzjoni f’diversi Stati Membri. Dan ir-Regolament jissostitwixxi dawk is-sistemi ta’ rapportar u awtorizzazzjoni fl-Istati Membri b’sistema ta’ reġistrazzjoni unika valida fil-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika kollha (minn hawn il-quddiem ”il-Komunità”).
(4a) Hemm il-ħtieġa li tiġi żgurata implimentazzjoni effiċjenti u armonizzata ta’ dan ir-Regolament billi jiġu definiti kriterji komuni li l-Istati Membri għandhom japplikaw biex joħorġu ċertifikati ta’ reġistrazzjonijiet u billi jitwaqqaf mekkaniżmu għall-iskambju fattibbli u obbligatorju ta’ informazzjoni ma’ Stati Membri oħrajn sabiex jiġi żgurat il-kontroll tat-trasportaturi, il-verifika tal-konformità, u r-reazzjoni effiċjenti f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. [Em. 5]
(5) Għat-trasportaturi bl-ajru u bil-baħar, diġà jeżistu tali sistemi ta’ reġistrazzjoni u ċertifikazzjoni. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (4) jistabbilixxi li t-trasportaturi tal-ajru jeħtieġu ċertifikat ta’ operatur tal-ajru speċifiku għat-trasportazzjoni ta’ oġġetti perikolużi. Għat-trasport bil-baħar, id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5)tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità. Iċ-ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili u s-sistema ta’ rapportar għal bastimenti marittimi huma meqjusa bħala li jimplimentaw b’mod sodisfaċenti r-rekwiżiti ta’ rapportar u awtorizzazzjoni tad-Direttiva 96/29/Euratom. Għaldaqstant, ir-reġistrazzjoni ta’ trasportaturi bl-ajru u bil-baħar taħt dan ir-Regolament mhijiex neċessarja biex tippermetti lill-Istati Membri jiżguraw il-konformità mal-istandards bażiċi tas-sikurezza f’dawn il-modi ta’ trasport.
(6) Trasportaturi ta’ materjal radjuattiv huma soġġetti għal għadd ta’ rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u tal-Euratom kif ukoll strumenti legali internazzjonali. Ir-Regolamenti tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) għat-Trasport Sikur ta’ Materjal Radjuattiv (TS-R-1) u r-Regolamenti Mudell għat-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi jibqgħu japplikaw direttament jew jiġu implimentati mill-Istati Membri taħt id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) għat-trasport bit-triq, bil-ferrovija u fl-ilmijiet navigabbli interni. Id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva huma, madankollu, mingħajr ħsara għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra fl-oqsma tas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali u l-protezzjoni ambjentali.
(6a) Sabiex jitqiesu r-riskji possibbli relatati mal-istandards ta' sikurezza għall-ħarsien tal-ambjent u tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta' kriterji komuni li jridu jkunu osservati mit-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi sabiex jiksbu ċertifikat ta' reġistrazzjoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 60]
(7) Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) .
(7a) Fid-dawl tal-mira wiesgħa li jitnaqqas il-piż regolatorju minn fuq l-industrija, il-Kummissjoni għandha tkompli timmonitora l-impatt ekonomiku ta’ dan ir-Regolament fuq il-ħafna negozji żgħar li jittrasportaw materjal radjuattiv fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed. [Em. 7]
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema Komunitarja għar-reġistrazzjonigħall-awtorizzazzjoni ur-reġistrazzjoni ta’ trasportaturi ta’ materjali radjuattivi li tiffaċilita l-kompitu tal-Istati Membri li jiżguraw li l-istandards bażiċi tas-sikurezza għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali minn perikli li joriġinaw minn radjazzjonijiet jonizzanti stabbilitibbażata fuq id-Direttiva 2008/68/KE u fid-Direttiva 96/29/Euratom qed jiġu osservati. [Em. 8]
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għal kwalunkwe trasportatur li jittrasporta materjali radjuattivi bit-triq, bil-ferrovija u fuq mogħdijiet tal-ilma interni, fi ħdan il-Komunità, minn pajjiżi terzi għall-Komunità u mill-Komunità għal pajjiżi terzi. Dan ma għandux japplika għal trasportaturi li jittrasportaw materjali radjuattivi bl-ajru u bil-baħar. [Em. 9]
2a. Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrattaw il-protezzjoni tat-trasport ta' materjali radjuattivi kontra s-serq, is-sabotaġġ jew atti malizzjużi oħrajn. [Em. 10]
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament
(a) "trasportatur" tfisser kwalunkwe persuna, organizzazzjoni jew impriża pubblika li twettaq il-ġarr ta' materjal radjuattiv permezz ta' kwalunkwe mezz ta' trasport fil-Komunità. Dan jinkludi trasportaturi li joperaw f'isem ħaddieħor jew f'isimhom; [Em. 11]
(b) "awtorità kompetenti" tfisser kwalunkwe awtorità deżinjata mill-Istat Membru sabiex twettaq kompiti previsti f'dan ir-Regolament;
(ba) "kriterji komuni" tfisser sett ta' standards ta' sikurezza bbażati fuq ir-Regolamenti Mudell għat-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi (il-Ftehim dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq (ADR), ir-Regolamenti dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bil-Ferrovija (RID), u l-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġi tal-Ilma Interni (ADN)), id-Direttiva 96/29/Euratom u d-Direttiva 2008/68/KE li t-trasportaturi ta' materjali radjuattivi jkollhom jikkonformaw magħhom sabiex jakkwistaw ċertifikat ta' reġistrazzjoni; [Em. 12]
(c) "trasport" tfisser l-operazzjonijiet kollha tat-trasport li jsiru mit-trasportatur mill-post tal-oriġini għall-post tad-destinazzjoni, inklużi t-tagħbien, il-ħżin waqt it-tranżitu u l-ħatt ta’ materjal radjuattiv; [Em. 13]
(a) (d) "materjal radjuattiv" tfisser kwalunkwe materjal li fih radjunuklidi fejn kemm il-konċentrazzjoni tal-attività kif ukoll l-attività totali fil-kunsinna jaqbżu l-valuri speċifikati fil-paragrafi 402–407 tar-Regolamenti tal-IAEA għat-Trasport Sikur ta’ Materjal Radjuattiv, Rekwiżiti tas-Sikurezza Nru TS-R-1, Vjenna, 2009 ;għandu l-istess tifsira bħal dik fir-Regolamenti Mudell għat-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi (ADR, RID u ADN) li huma implimentati mill-Istati Membri skont id-Direttiva 2008/68/KE; [Em. 14]
(e) "oġġetti perikolużi ta’ konsegwenzi għoljin - materjal radjuattiv" tfisser materjal radjuattiv li għandu l-potenzjal għalrilaxx aċċidentalijew li jintuża ħażin f’inċident terroristiku u li jista’, minħabba dan, jipproduċi konsegwenzi serji bħal korrimenti tal-massa jew qerda tal-massa kif iddefinit fl-Appendiċi A.9. tas-Sensiela dwar is-Sikurezza Nukleari tal-IAEA Nru 9 “Sikurezza fit-Trasport ta' Materjal Radjuattiv”, Vjenna, 2008; [Em. 15]
(f) "pakkett ta’ eċċezzjoni" tfisser kwalunkwe pakkett li fih il-kontenut radjuattiv permess ma jaqbiżx il-livelli ta’ attività stabbiliti fit-Tabella V tat-Taqsima IV tar-Regolamenti tal-IAEA għat-Trasport Sikur ta’ Materjal Radjuattiv, Rekwiżiti tas-Sikurezza Nru TS-R-1, Vjenna, 2009, jew wieħed minn għaxra ta’ dawn il-limiti għat-trasport bil-posta u li huwa tikkettat bħala NU Nru 2908, 2909, 2910 jew 2911;materjal radjuattiv li jissodisfa r-rekwiżiti għall-pakketti kklassifikati bħala "pakketti ta' eċċezzjoni" kif speċifikat fir-Regolamenti Mudell għat-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi (ADR, RID u ADN) li huma implimentati mill-Istati Membri skont id-Direttiva 2008/68/KE; [Em. 16]
(g) "materjal fissili" tfisser uranju-233, uranju-235, plutonju-239 u plutonju-241 jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn ir-radjunuklidi.
Artikolu 3
Dispożizzjonjiet ġenerali
1. It-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi għandu jkollhom reġistrazzjoni valida miksuba skont l-Artikolu 5. Ir-reġistrazzjoni għandha tippermetti li trasportatur iwettaq it-trasport mal-Unjoni kollha kemm hi.
2. Operazzjonijiet individwali tat-trasport għandhom ikunu akkumpanjati minn kopja taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tat-trasportatur jew mil-liċenzja jew ir-reġistrazzjoni miksuba skont il-proċedura nazzjonali applikabbli fil-każ tat-trasport imsemmi fil-paragrafu 3. [Em. 17]
3. Detentur ta’ liċenzji jew reġistrazzjonijiet validi maħruġa skont id-Direttiva 96/29/Euratom għall-immaniġġar ta’ materjal radjuattiv jew għall-użu ta’ tagħmir li fih materjal jew sorsi radjuattivi jista’ jittrasporta dawn il-materjali jew sorsi mingħajr ir-reġistrazzjoni taħt dan ir-Regolament jekk it-trasportazzjoni hija inkluża fil-liċenzji jew ir-reġistrazzjonijiet għall-Istati Membri kollha fejn isir it-trasport. [Em. 18]
4. Rekwiżiti ta’ rapportar u awtorizzazzjoni nazzjonali li huma addizzjonali għar-rekwiżiti stabbiliti b’dan ir-Regolament jistgħu japplikaw biss għat-trasportaturi tal-materjali li ġejjin, imma mhumiex limitati għalihom:
(a) materjal fissili, minbarra uranju naturali jew uranju mfaqqar li ġie rradjat f’reattur termali biss;
(b) oġġetti perikolużi ta’ konsegwenzi għoljinriskju għoli - materjal radjuattiv. [Em. 52]
5. Mhijiex se tkun meħtieġa reġistrazzjoni għat-trasportaturi li jittrasportaw esklużivament pakketti ta' eċċezzjoni.
5a. Kwalunkwe trasport ta’ materjali radjuattivi għandu jsir f’konformità mar-regoli u l-istandards internazzjonali stabbiliti mill-NU/KEE dwar l-oġġetti perikolużi u li jniġġsu, kif ukoll ADR, RID, u ADN, kif iddefinit fid-Direttiva 2008/68/KE. [Em. 19]
5b. Fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, l-applikant għandu jressaq evidenza tal-kapaċità finanzjarja tiegħu biex jipprovdi kumpens għal kwalunkwe dannu fil-każ ta’ inċident fejn il-konvoj tiegħu jkun responsabbli, b'konformità mal-prinċipju 'min iniġġes iħallas'. [Em. 53]
5c. Il-ġarr ta' materjal radjuattiv fuq konvoj li jkun qed jittrasporta l-isplussivi għandu jiġi pprojbit. [Em. 54]
Artikolu 4
Sistema Elettronika għar-Reġistrazzjoni tat-Trasportaturi (ESCReg)
1. Sistema Elettronika għar-Reġistrazzjoni tat-Trasportaturi (ESCReg) għandha tiġi stabbilita, mantnuta u magħmula sikura mill-Kummissjoni, li tkun responsabbli wkoll għall-manutenzjoni tagħha, għas-superviżjoni u l-kontroll tat-trasporttar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjal radjuattiv. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fis-sistema, l-ispeċifikazzjonijiet u r-rekwiżiti tekniċi għall-ESCReg. Sabiex tiġi evitata interpretazzjoni ħażina, dawk l-ispeċifikazzjonijiet għandhom ikunu kompluti u mhux ambigwi. [Em. 20]
1a. L-ESCReg għandha tkun sikura, soda u kompletament operazzjonali qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk għandu jitfassal mekkaniżmu għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESCReg sabiex, tal-anqas, jiġi ffaċilitat it-trasport transkonfinali. [Em. 21]
2. L-ESCReg għandha tagħti aċċess ristrett u sikur lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, lil trasportaturi rreġistrati u lil applikanti, soġġett għad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-protezzjoni ta' dejta personali, kif stabbilit bid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8). L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom aċċess għad-dejta kollha disponibbli. L-ESCReg għandha tipprovdi aċċess lill-pubbliku għal-lista ta' trasportaturi rreġistrati. [Em. 22]
3. Il-Kummissjoni ma għandhiex tkun responsabbliL-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-kontenut u l-eżattezza ta’ informazzjoni sottomessa permezz tal-ESCReg, li għandha tkun preċiża, f'waqtha u trasparenti. [Em. 23]
Artikolu 5
Proċedura ta’ reġistrazzjoni
1. Trasportatur għandu japplika għar-reġistrazzjoni permezz tal-ESCReg mal-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 3. [Em. 24]
It-trasportatur applikant għandu jissottometti l-formola tal-applikazzjoni elettronika mimlija stabbilita fl-Anness I. Għandhom ikunu disponibbli fi kwalunkwe ħin sabiex jgħinu lill-applikant linji gwida onlajn li jkun fihom informazzjoni ta' kuntatt u informazzjoni dwar kif jista' jiġi kkuntattjat il-punt ta' kuntatt jew l-awtorità kompetenti. [Em. 25]
Għandu japplika perjodu tranżitorju ta' sena wara ..(9) , sabiex it-trasportaturi kollha japplikaw u jakkwistaw ċertifikat ta' reġistrazzjoni skont dan ir-Regolament. F'dan il-perjodu tranżitorju, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/29/Euratom u d-Direttiva 2008/68/KE. [Em. 26]
2. Mal-mili u s-sottomissjoni tal-formola tal-applikazzjoni, l-applikant għandu jirċievi konferma awtomatika li l-applikazzjoni tkun waslet, flimkien man-numru tal-applikazzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tirċievi l-istess konferma. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli biex tiżgura konformitá mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Fil-każ ta' rifjut għandu jintbagħat lura lill-applikant messaġġ ta' żball li jagħti r-raġunijiet għaliex l-applikazzjoni tkun ġiet irrifjutata. [Em. 27]
3. Jekk l-applikant ikun stabbilit fi Stat Membru wieħed jew aktar, l-applikazzjoni għandha tiġi pproċessata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-uffiċċju prinċipali tal-applikant.
Jekk l-applikant ikun stabbilit f’pajjiż terz, l-applikazzjoni għandha tiġi pproċessata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn it-trasportatur biħsiebu jidħol għall-ewwel darba fit-territorju tal-Unjoni.
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li toħroġ l-ewwel ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ trasportatur għandha toħroġ ukoll iċ-ċertifikat l-ġdid f’każ ta’ modifika tad-dejta skont l-Artikolu 6.
4. Fi żmien tmien ġimgħat mill-ħruġ tal-konferma tal-wasla tal-applikazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ trasportatur jekk tqis li l-informazzjoni sottomessa hija kompluta u f’konformità ma’ dan ir-Regolament, id-Direttiva 96/29/Euratom u d-Direttiva 2008/68/KE.u li l-applikant jissodisfa r-rekwiżiti tal-kriterji komuni. [Em. 28]
5. Iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ trasportatur għandu jinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-Anness II u għandu jinħareġ fil-forma ta’ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni standardizzat permezz tal-ESCReg.
Kopja taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ trasportatur għandha tiġi pprovduta awtomatikament permezz tal-ESCReg lill-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri fejn it-trasportatur biħsiebu jopera.kollha. [Em. 29]
6. L-awtorità kompetenti għandha titlob lill-applikant biex jipprovdi, fi żmien tliet ġimgħat minn meta jirċievi din it-talba, il-korrezzjonijiet jew l-informazzjoni supplimentari meħtieġa, jekk ikun meħtieġ. Jekk l-awtorità kompetenti tirrifjuta li toħroġ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ trasportatur abbażi tal-fatt li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta jew ma tkunx konformi mar-rekwiżiti applikabbli, għandha twieġeb lill-applikant bil-miktub fi żmien tmien ġimgħat minn meta tkun ħarġet il-konferma tal-wasla. Qabel tali ċaħda, l-awtorità kompetenti għandha tesiġi li l-applikant jikkoreġi jew jissupplimenta l-applikazzjoni fi żmien tliet ġimgħat mill-wasla ta' din it-talba. Qabel tali ċaħda, l-awtorità kompetenti għandha tesiġi li l-applikant jikkoreġi jew jissupplimenta l-applikazzjoni fi żmien tliet ġimgħat mill-wasla ta' din it-talba. L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi dikjarazzjoni tar-raġunijiet taċ-ċaħda. [Em. 30]
Kopja taċ-ċaħda u dikjarazzjoni tar-raġunijiet għandhom jiġu pprovduti awtomatikament permezz tal-ESCReg lill-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri fejn it-trasportatur biħsiebu joperakollha. [Em. 31]
7. Jekk it-talba għal ċertifikat ta' reġistrazzjoni ta' trasportatur tiġi rrifjutata, l-applikant jista' jappella skont ir-rekwiżiti legali nazzjonali applikabbli.
8. Ċertifikat validu ta’ reġistrazzjoni għandu jiġi rikonoxxut mill-Istati Membri kollha.
9. Iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ trasportatur għandu jkun validu għal perjodu ta’ ħames snin u jista’ jiġġedded wara applikazzjoni mit-trasportatur.
9a. L-awtorità kompetenti għandha żżomm id-data storika kollha għall-applikanti kollha sabiex tiżgura t-traċċabbiltà tagħhom, biex jiġi ffaċilitat monitoraġġ aħjar u għall-prevenzjoni ta' kwalunkwe falsifikazzjoni. [Em. 32]
Artikolu 6
Modifika tad-dejta
1. It-trasportatur għandu jkun responsabbli biex jiżgura l-eżattezza kontinwa tad-dejta pprovduta fil-formola tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Komunitarja tat-trasportatur sottomessa lill-ESCReg. Għalhekk, applikant għandu jingħata l-awtorizzazzjoni biex jaġġorna faċilment id-data tiegħu b'piż amministrattiv limitat. [Em. 33]
1a. L-awtorità kompetenti li ħarġet iċ-ċertifikat hija responsabbli biex timmonitorja, permezz ta' spezzjonijiet, il-konformità kontinwa tat-trasportatur irreġistrat mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għall-perjodu tal-validità taċ-ċertifikat. [Em. 34]
2. It-trasportatur għandu japplika għal ċertifikat ġdid fil-każ ta’ modifika tad-dejta inkluża fil-parti A tal-formola tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Komunitarja tat-trasportatur.
2a. Sabiex ikun hemm trattament ugwali fost l-applikanti kollha, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-kriterji għall-għoti taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni jkunu identiċi u konsistenti mad-definizzjonijiet tal-IAEA u li l-proċess ta' reġistrazzjoni jkun armonizzat. [Em. 35]
Artikolu 7
Assigurazzjoni tal-konformità
1. Jekk trasportatur ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun ġie skopert in-nuqqas ta' konformità għandha tapplika l-miżuri ta’ infurzar fi ħdan il-qafas legali ta’ dak l-Istat Membru, bħal notifiki bil-miktub, miżuri ta’ taħriġ u edukazzjoni, sospensjoni, revoka jew modifika tar-reġistrazzjoni jew prosekuzzjoni, skont kemm ikun sinifikanti mil-lat ta' sikurezza n-nuqqas ta' konformità u r-rekord tal-konformità tat-trasportatur.
Il-miżuri ta’ infurzar għandhom jiġu immedjatament notifikati lill-Istat Membru li joħroġ iċ-ċertifikat. Fi żmien massimu ta' erba' ġimgħat, l-Istat Membru notifikat għandu jimmodifika, iġedded jew jirrevoka r-reġistrazzjoni. Id-deċiżjoni għandha tiġi pprovduta permezz tal-ESCReg lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha. [Em. 36]
1a. Skont kemm ikunu sinifikanti mil-lat ta' sikurezza n-nuqqas ta’ konformità u r-rekord tal-konformità tat-trasportatur, l-Istat Membru fejn ikun ġie skopert in-nuqqas ta' konformità jista' jissospendi r-reġistrazzjoni tat-trasportatur.
Is-sospensjoni għandha tiġi notifikata minnufih lill-Istat Membru li joħroġ iċ-ċertifikat. Fi żmien massimu ta' erba' ġimgħat, l-Istat Membru notifikat għandu jimmodifika, iġedded jew jirrevoka r-reġistrazzjoni. Id-deċiżjoni għandha tiġi pprovduta permezz tal-ESCReg lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha. [Em. 37]
2. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ġie skopert in-nuqqas ta' konformità għandha tikkomunika lit-trasportatur u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn it-trasportatur kien biħsiebu jittrasporta materjali radjuattivi, kollhau lill-Kummissjoni informazzjoni dwar azzjoni ta' infurzar applikata u dikjarazzjoni tar-raġunijiet għall-applikazzjoni ta' dik l-azzjoni. Jekk it-trasportatur ma jikkonformax mal-azzjoni ta’ infurzar applikata skont il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-uffiċċju prinċipali tat-trasportatur jew, jekk it-trasportatur ikun stabbilit f’pajjiż terz, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, fejn it-trasportatur kellu l-ħsieb li jidħol għall-ewwel darba fit-territorju tal-Komunità għandha tirrevoka r-reġistrazzjoni. [Em. 38]
3. L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika lit-trasportatur u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati r-revoka flimkien ma’ dikjarazzjoni tar-raġunijiet.[Em. 39]
3a. Il-każijiet kollha ta’ nuqqas ta’ konformità għandhom jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni u lill-ESCReg. [Em. 40]
Artikolu 8
Awtoritajiet kompetenti u punt tal-kuntatt nazzjonali
1. L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw awtorità kompetenti u punt tal-kuntatt nazzjonali għat-trasportgħar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi. Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fuq il-paġna ta' reġistrazzjoni tal-applikant. [Em. 41]
L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament l-isem/ismijiet, l-indirizz(i) u l-informazzjoni kollha neċessarja għal komunikazzjoni rapida mal-awtoritajiet kompetenti u mal-punt tal-kuntatt nazzjonali għat-trasport ta’ materjali radjuattivi, kif ukoll kwalunkwe bidla sussegwenti tat-tali dejta.
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika din l-informazzjoni u kwalunkwe bidla fiha lill-awtoritajiet kompetenti kollha fil-Komunità permezz tal-ESCReg u tagħmilha disponibbli għall-pubbliku fuq l-internet. [Em. 42]
2. L-informazzjoni dwar ir-regoli nazzjonali għall-protezzjoni mir-radjazzjoni applikabbli għat-trasport ta' materjali radjuattivi għandha tkun faċilment aċċessibbli permezz tal-punti ta' kuntatt.
3. Mat-talba tat-trasportaturi, il-punti ta’ kuntatt u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rispettiv għandhom jipprovdu l-informazzjoni kompleta dwar ir-rekwiżiti għat-trasport tal-materjali radjuattivi fuq it-territorju ta' dak l-Istat Membru.
L-informazzjoni għandha tkun faċilment aċċessibbli mill-bogħod u b'mezzi elettroniċi u għandha tinżamm aġġornata.
Il-punti ta’ kuntatt u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrispondu mill-aktar fis possibbli għal kwalunkwe talba ghall-informazzjoni u f'każijiet fejn it-talba tkun difettuża jew mhux ġustifikata, għandhom jinfurmaw lill-applikant kif xieraq mingħajr dewmien.fi żmien ġimagħtejn. [Em. 44]
Artikolu 9
Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw bil-għan li jiġu armonizzati r-rekwiżiti tagħhom għall-ħruġ ta’ reġistrazzjoni u biex jiżguraw l-applikazzjoni u l-infurzar armonizzati ta’ dan ir-Regolament.
Fejn hemm diversi awtoritajiet kompetenti fi ħdan Stat Membru, dawn għandhom jikkollaboraw u jikkooperaw mill-qrib abbażi ta’ ftehimiet legali jew formali bejniethom billi jkopru r-responsabbiltajiet ta’ kull awtorità. Dawn għandhom jikkomunikaw ma' xulxin u jipprovdu informazzjoni lil xulxin, lill-punt tal-kuntatt nazzjonali, u lill-organizzazzjonijiet governattivi u mhux governattivi oħra li għandhom responsabbiltajiet relatati.
Artikolu 9a
Atti delegati
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 9b li jistabbilixxi l-kriterji komuni msemmija fil-punt ba tal-Artikolu 2. [Em. 58]
Artikolu 9b
L-eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati msemmija fl-Artikolu 9a għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mill-1 ta’ Jannar 2014.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 9a tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 9a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew min-naħa tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel tmiem dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li ma kinux sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 59]
Artikolu 10
Implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu s-Sistema Elettronika għar-Reġistrazzjoni tat-Trasportaturi (ESCreg) deskritta fl-Artikolu 4.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 11(2).
Artikolu 11
Kumitat Konsultattiv
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Il-kumitat għandu jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni fit-twettiq tal-kompiti tagħha previsti f’dan ir-Regolament.
4. Il-kumitat għandu jkun magħmul minn esperti nnominati mill-Istati Membri u esperti nnominati mill-Kummissjoni u għandu jkun ippresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.
Artikolu 11a
Rieżami
Il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami ta' dan ir-Regolament sa ...(10) sabiex tiġi vvalutata l-effettività tiegħu u tipproponi, jekk ikun neċessarju, miżuri ulterjuri biex jiġi żgurat it-trasport sikur ta' materjali radjuattivi fil-Komunità u minn pajjiżi terzi. [Em. 47]
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tqis id-disponibilità ta' sistema ta' reġistrazzjoni valida u operazzjonali. [Em. 49]
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
JEKK JOGĦĠBOK IBGĦAT DIN L-APPLIKAZZJONI BILLI TUŻA BISS IS-SISTEMA ELETTRONIKA SIGURA TAL-KUMMISSJONI EWROPEA GĦAR-REĠISTRAZZJONI TAT-TRASPORTATURI (ESCReg)
JEKK IKUN HEMM XI TIBDIL FL-INFORMAZZJONI FIL-PARTI A, GĦANDHA TINTALAB REĠISTRAZZJONI ĠDIDA It-trasportatur huwa responsabbli biex jiżgura li d-dejta pprovduta fil-formola tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Komunitarja ta’ trasportatur imressqa permezz ta' din is-sistema tibqa' eżatta.
L-informazzjoni pprovduta f’din il-formola tal-applikazzjoni se tiġi pproċessata mill-Kummissjoni Ewropea f'konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
ĊERTIFIKAT ĠDID TA’ REĠISTRAZZJONI
MODIFIKA TA’ REĠISTRAZZJONI EŻISTENTI
TIĠDID TA’ REĠISTRAZZJONI EŻISTENTI
Numru/i taċ-Ċertifikat tar-Reġistrazzjoni:
Jekk jogħġbok agħti dettalji għalfejn qed tintalab bidla f'reġistrazzjoni eżistenti
1. IDENTIFIKAZZJONI TAL-APPLIKANT:
PARTI A
PARTI B
ISEM IL-KUMPANIJA:
INDIRIZZ SĦIĦ:
NUMRU TAR-REĠISTRAZZJONI NAZZJONALI:
1. Isem, pożizzjoni, indirizz sħiħ, numru tat-telefown ċellulari u dak fiss u indirizz tal-posta elettronika tar-rappreżentant responsabbli tal-organizzazzjoni tat-trasportatur (persuna mogħtija s-setgħa li tikkommetti lill-organizzazzjoni tat-trasportatur):
2. Isem, pożizzjoni, indirizz sħiħ, numru tat-telefown ċellulari u dak fiss u indirizz tal-posta elettronika tal-persuna tal-kuntatt għall-awtoritajiet dwar kwistjonijiet tekniċi/amministrattivi (li hija responsabbli għall-konformità mar-regolamenti għall-attivitajiet mobilizzati mill-kumpanija tat-trasportatur):
3. Isem, pożizzjoni, indirizz sħiħ numru tat-telefown ċellulari u dak fiss u l-indirizz tal-posta elettronika tal-konsulent tas-sikurezza (għal modi tat-trasport intern biss u jekk huma differenti minn 1 jew 2):
4. Isem, pożizzjoni u, indirizz sħiħ tal-persuna responsabbli għall-implimentazzjoni tal-numru tat-telefown ċellulari u dak fiss u indirizz tal-posta elettronika tal-Programm ta’ Protezzjoni mir-Radjazzjoni jekk tkun differenti minn 1 jew 2 jew 3. [Em. 50]
2. NATURA TAT-TRASPORT:
PARTI A
PARTI B
TRIQ
FERROVIJA
ILMIJIET NAVIGABBLI INTERNI
1 Persunal involut u mħarreġ għat-trasport (informazzjoni)
1 sa 5
5 sa 10
10 sa 20
>20
2 Settur tal-attività tat-trasport: deskrizzjoni ġenerali tan-natura tal-attivitajiet tat-trasport li għandhom jitwettqu (informazzjoni)
użu mediku
użu industrijali, użu f'ittestjar mhux distruttiv, riċerka
użu f'ċiklu tal-fjuwil nukleari
skart
oġġetti perikolużi ta’ konsegwenzi għoljin - materjal radjuattiv.
3. KOPERTURA ĠEOGRAFIKA
Jekk jogħġbok immarka fil-lista ta’ hawn taħt dawk l-Istati Membri li fihom huwa ppjanat li jiġi ttrasportat il-materjal radjuattiv u agħżel in-natura tal-attività
Jekk l-attivitajiet huma wkoll immobbilizzati fl-Istati Membri għajr l-Istati Membri fejn issir l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, jekk jogħġbok ipprovdi dettalji aktar speċifiċi għal kull pajjiż, jiġifieri tranżitu biss, jew postijiet ewlenin ta' tagħbien/ħatt fil-pajjiż partikolari, frekwenza:
PARTI A
PARTI B
L-Awstrija
Il-Belġju
Il-Bulgarija
Ċipru
Ir-Repubblika Ċeka
Id-Danimarka
L-Estonja
Il-Finlandja
Franza
Il-Ġermanja
Il-Greċja
L-Ungerija
L-Irlanda
L-Italja
Il-Latvja
Il-Litwanja
Il-Lussemburgu
Malta
Il-Pajjiżi l-Baxxi
Il-Polanja
Il-Portugall
Ir-Rumanija
Is-Slovakkja
Is-Slovenja
Spanja
L-Isvezja
Ir-Renju Unit
tranżitu
ħatt
tagħbien
postijiet ewlenin tat-tagħbien:
postijiet ewlenin tal-ħatt:
frekwenza:
kuljum
kull ġimgħa
kull xahar
inqas frekwenti
4. TIP TA’ KUNSINNI
Reġistrazzjoni ntalbet għal:
PARTI A
TIP TA’ PAKKETT – Klassifikazzjoni skont it-TS-R-1
PARTI B: Għadd stmat ta’ pakketti /sena
NU 2908 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TA’ EĊĊEZZJONI — PAKKETT VOJT
NU 2909 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TA’ EĊĊEZZJONI — OĠĠETTI MANIFATTURATI MINN URANJU NATURALI jew URANJU MFAQQAR jew TORJU NATURALI
NU 2910 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TA’ EĊĊEZZJONI — KWANTITÀ LIMITATA TA’ MATERJAL
NU 2911 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TA’ EĊĊEZZJONI — STRUMENTI jew OĠĠETTI
NU 2912 MATERJAL RADJUATTIV, ATTIVITÀ SPEĊIFIKA BAXXA (LSA-I), mhux fissili jew fissili ta’ eċċezzjoni
NU 2913 MATERJAL RADJUATTIV, OĠĠETTI B’WIĊĊ KONTAMINAT (SCO-I jew SCO-II), mhux fissili jew fissili ta’ eċċezzjoni
NU 2915 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TAT-TIP A, mingħajr forma speċjali, mhux fissili jew fissili ta’ eċċezzjoni
NU 2916 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TAT-TIP B(U), mhux fissili jew fissili ta’ eċċezzjoni
NU 2917 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TAT-TIP B(M), mhux fissili jew fissili ta’ eċċezzjoni
NU 2919 MATERJAL RADJUATTIV, TRASPORTAT TAĦT FTEHIM SPEĊJALI, mhux fissili jew fissili ta’ eċċezzjoni
NU 2977 MATERJAL RADJUATTIV, EŻAFLUWORUR TAL-URANJU, FISSILI
NU 2978 MATERJAL RADJUATTIV, EŻAFLUWORUR TAL-URANJU, mhux fissili jew fissili ta’ eċċezzjoni
NU 3321 MATERJAL RADJUATTIV, ATTIVITÀ SPEĊIFIKA BAXXA (LSA-II), mhux fissili jew fissili ta’ eċċezzjoni
NU 3322 MATERJAL RADJUATTIV, ATTIVITÀ SPEĊIFIKA BAXXA (LSA-III), mhux fissili jew fissili ta’ eċċezzjoni
NU 3323 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TAT-TIP C, mhux fissili jew fissili ta’ eċċezzjoni
NU 3324 MATERJAL RADJUATTIV, ATTIVITÀ SPEĊIFIKA BAXXA (LSA-II), FISSILI
NU 3325 MATERJAL RADJUATTIV, ATTIVITÀ SPEĊIFIKA BAXXA (LSA-III), FISSILI
NU 3326 MATERJAL RADJUATTIV, OĠĠETTI B’WIĊĊ KONTAMINAT (SCO-I jew SCO-II), FISSILI
NU 3327 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TAT-TIP A, FISSILI, mingħajr forma speċjali
NU 3328 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TAT-TIP B(U), FISSILI
NU 3329 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TAT-TIP B(M), FISSILI
NU 3330 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TAT-TIP C, FISSILI
NU 3331 MATERJAL RADJUATTIV, TRASPORTAT TAĦT FTEHIM SPEĊJALI, FISSILI
NU 3332 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TAT-TIP A, B’FORMA SPEĊJALI, mhux fissili jew fissili ta’ eċċezzjoni
NU 3333 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TAT-TIP A, B’FORMA SPEĊJALI, FISSILI
5. PROGRAMM TA’ PROTEZZJONI MIR-RADJAZZJONI (RPP)
PARTI A:
Meta nimmarka din il-kaxxa:
Jiena niddikjara li aħna għandna RPP li hu kompletament implimentat u applikat b'mod strett
PARTI B:
referenza u data tad-dokument li jiddeskrivi l-RPP
Upload tal-RPP
6. PROGRAMM TA’ ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ (QAP)
Dan il-QAP għandu jkun disponibbli għal spezzjoni mill-awtorità kompetenti (skont l-Artikolu 1(7)(3) tal-ADR)
PARTI A:
Meta nimmarka din il-kaxxa:
Jiena niddikjara li aħna għandna QAP li hu implimentat kompletament u applikat b'mod strett
PARTI B:
Referenza u data tad-dokument
7. Dikjarazzjoni
Jiena, it-trasportatur, qiegħed hawnhekk niċċertifika li jiena nikkonforma mar-regolamenti internazzjonali, komunitarji u nazzjonali rilevanti kollha relatati mat-trasport ta’ materjali radjuattivi.
Jiena, it-trasportatur, qiegħed hawnhekk niċċertifika li l-informazzjoni inkluża f’din il-formola hija korretta.
Data ……….. Isem ………..…….. Firma………
ANNESS II
ĊERTIFIKAT ELETTRONIKU TA’ REĠISTRAZZJONI TA’ TRASPORTATURI GĦAT-TRASPORT TA’ MATERJAL RADJUATTIV
NOTA:
KOPJA TA’ DAN IĊ-ĊERTIFIKAT TA’ REĠISTRAZZJONI GĦANDHA TAKKUMPANJA KULL TRASPORT LI JAQA’ TAĦT IL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TA' DAN IR-REGOLAMENT.
Dan iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni qed jinħareġ skont ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) xxxxx
Dan iċ-ċertifikat ma jeżonorax lit-trasportatur mill-konformità mar-regolamenti tat-trasport applikabbli l-oħra.
1) NUMRU TAR-REFERENZA TAR-REĠISTRAZZJONI: BE/ xxxx / jj-xx-ssss
2) ISEM L-AWTORITÀ / PAJJIŻ:
3) ISEM IL-KUMPANIJA U INDIRIZZA
4) MOD TAT-TRASPORT:
TRIQ
FERROVIJA
ILMIJIET NAVIGABBLI INTERNI
7) STATI MEMBRI fejn iċ-ċertifikat huwa applikabbli
8) TIP TA’ PAKKETT– NUMRU NU (ara l-anness 1- l-istess format)
Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta' Mejju 1996 li tistabbilixxi l-istandards bażiċi ta’ sikurezza għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali minn perikli li jirriżultaw mir-radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1).
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni ta’ rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4).
Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10).
Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).
Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (OJ L 55, 28.2.2011, p. 13).