Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda ċerti Direttivi fl-oqsma tal-ambjent, l-agrikoltura, il-politika soċjali u s-saħħa pubblika minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni (COM(2013)0418 – C7-0176/2013 – 2013/0192(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0418),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 43(2), 114 ,153(2), 168 u 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0176/2013),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kunsill tal-10 ta’Ottubru 2013(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Settembru 2013(2),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0399/2013),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda ċerti Direttivi fl-oqsma tal-ambjent, l-agrikoltura, il-politika soċjali u s-saħħa pubblika minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 114, l-Artikolu 153(2), l-Artikolu 168 u l-Artikolu 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li bagħtu l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(2),
Billi:
(1) Permezz tad-Deċiżjoni 2012/419/EU(3), il-Kunsill Ewropew emenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. Għaldaqstant, minn dik id-data l-Majott ma jibqax territorju barranijew pajjiż extra-Ewropewskont it-tifsira tal-Artikolu 198 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u jsir reġjun ultraperifiku skont it-tifsira tal-Artikoli 349 u 355(1) TFUE. B'segwitu għal din il-bidla fl-istatus legali tal-Majott,id-dritt. Il-liġi tal-Unjoni se tapplikajapplika għall-Majott minn dik id-datamill-1 ta' Jannar 2014. Huwa xieraq li jkun hemm provvediment għal ċerti miżuri speċifiċi ġustifikati mis-sitwazzjoni strutturali, soċjali, abjentali u ekonomika partikolari tal-Majott u l-istatus il-ġdid tiegħu bħala reġjun ultraperiferiku, f’għadd ta’ oqsma. [Em. 1]
(2) Huwa xieraq li jittieħed kont tas-sitwazzjoni partikolari fil-Majott fir-rigward tal-istat tal-ambjent, li jitlob għal titjib konsiderevoli sabiex ikun hemm konformità mal-objettivi ambjentali stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni, li għalihom huwa meħtieġ żmien addizzjonali. Miżuri speċifiċi sabiex gradwalment jitjieb l-ambjent għandhom jiġu adottati fi ħdan limiti speċifiċi ta’ żmien.
(3) Sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tad-drenaġġ urban(4), jeħtieġ li jittieħdu miżuri fil-Majott biex jiżguraw li agglomerazzjonijiet huma pprovduti b’sistemi ta’ ġbir tad-drenaġġ urban. Dawn il-miżuri jitolbu għal xogħlijiet ta’ infrastruttura li għandhom isegwu proċeduri amministrattivi u ta’ ppjanar u barra minn hekk jeħtieġu l-istabbiliment ta’ sistemi ta’ kejl u monitoraġġ ta' skariki ta’ drenaġġ. Għalhekk, jeħtieġ li jingħata perjodu ta’ żmien suffiċjenti lil Franza biex tissodisfa dawn ir-rekwiżiti.
(4) Fil-qasam tal-agrikoltura, fir-rigward id-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE tad-19 ta’ Lulju 1999 li tistabilixxi standards minimi għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbidu(5) ta’ min jinnota li, fil-Majott, it-tiġieġ li jbidu l-bajd jitrawmu f’gaġeġ mhux arrikkiti. Minħabba investimentr-restrizzjonijiet ekonomiċi u soċjali li jeżistu fil-Majott u l-investiment konsiderevoli u xogħolx-xogħol ta’ tħejjija meħtieġ biex jissostitwixxi l-gaġeġ mhux arrikkiti b’gaġeġ arrikkiti jew sistemi alternattivi, huwa neċessarju, fir-rigward ta’ tiġieġ li jbidu li jkunu bdew ibidu fl-1 ta’ Jannar 2014, biex tiġi posposta l-projbizzjoni tal-użu ta’ gaġeġ mhux arrikkiti għal perjodu ta’ mhux aktar minn 12-il xaharerba' snin minn dik id-data. Sostituzzjoni tal-gaġeġ matul iċ-ċiklu ta’ tiġieġ li jbidu b’hekk għandha tiġi evitata. Sabiex tkun evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, bajd li ġej minn stabbilimenti li jużaw gaġeġ mhux arrikkiti għandhom jitqiegħdu fuq is-suq biss fis-suq lokali tal-Majott. Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli neċessarji, bajd prodott f’gaġeġ mhux arrikkiti għandu jkollu marka speċjali. [Em. 2]
(5) Fir-rigward tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma(6), l-implimentazzjoni kif imiss ta’ dik id-Direttiva rigward pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar jeħtieġ li Franza tadotta u timplimenta pjanijiet ta’ ġestjoni li fihom miżuri tekniċi u amministrattivi biex jiksbu stat tajjeb tal-ilma għal, u biex tipprevjeni d-deterjorazzjoni tal-korpi kollha tal-ilmijiet tal-wiċċ. Perjodu biżżejjed ta’ żmien jeħtieġ li jingħata għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri.
(6) Fir-rigward tad-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar l-immaniġġar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm u li tħassar id-Direttiva 76/160/KEE(7), l-istat attwali tal-ilmijiet tal-wiċċ fil-Majott jitlob titjib konsiderevoli sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva. Il-kwalità tal-ilmijiet għall-għawm tiddependi direttament fuq it-trattament tad-drenaġġ urban mormi, u d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/7/KE jistgħu biss jiġu mħarsa progressivament ladarba agglomerazzjonijiet li jaffettwaw il-kwalità ta’ drenaġġ urban jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva 91/271/KEE. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu adottati limiti speċifiċi ta’ żmien jeħtieġu li jiġu adottatispeċifiċi sabiex jippermettu lil Franza biex tilħaq l-istandards tal-Unjoni rigward il-kwalità tal-ilma għall-għawm fil-Majott bħala reġjun ultraperiferiku ġdid u minħabba s-sitwazzjoni soċjali, ambjentali u ekonomika speċjali tiegħu. [Em. 3]
(7) Fil-qasam tal-politika soċjali, għandu jittieħed kont tad-diffikultajiet ta' konformità mad-Direttiva 2006/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar il-ħtiġijiet minimi ta' saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jirriżultaw mill-aġenti fiżiċi (radjazzjoni ottika artifiċjali)(8) fil-Majott mill-1 ta’ Jannar 2014. Ma hemm l-ebda faċilità teknika disponibbli fil-Majott minħabba s-sitwazzjoni soċjali u ekonomika speċjali prevalenti tiegħu għall-implimentazzjoni ta’ miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma’ dik id-Direttiva f’dak il-qasam ta’ radjazzjoni ottika artifiċjali. Għalhekk, huwa possibblixieraq li tagħti deroga lil Franza tingħata deroga minn ċerti dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 2017, sakemm dawk l-istrutturi mhumiex disponibbli fil-Majott u mingħajr preġudizzju għall-prinċipji ġenerali ta’ protezzjoni u prevenzjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema. [Em. 4]
(8) Sabiex tiggarantixxi livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq ix-xogħol, il-konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali għandha tiġi żgurata, ir-riskji li jirriżultaw mid-deroga għandhom jitnaqqsu għal minimu u l-ħaddiema kkonċernati għandhom jibbenefikaw minn tisħiħ fis-sorveljanza tas-saħħa. Huwa importanti li jitnaqqas it-tul tad-deroga kemm jista’ jkun. Għalhekk, il-miżuri ta’ deroga nazzjonali għandhom jiġu riveduti kull sena u rtirati hekk kif iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikawhom ma jibqgħux jeżistu.
(9) Fir-rigward tad-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transfruntiera(9), it-traspożizzjoni tagħha teħtieġ numru ta’ adattamenti biex tkun żgurata l-kontinwità tal-kura u informazzjoni lill-pazjenti. Huwa għalhekk xieraq li Franza tingħata perjodu addizzjonali ta’ 30 xahar mill-1 ta’ Jannar 2014 biex iddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma’ dik id-Direttiva fir-rigward tal-Majott.
(10) Id-Direttivi 91/271/KEE, 1999/74/KE, 2000/60/KE, 2006/7/KE, 2006/25/KE u 2011/24/UE għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq,
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 91/271/KEE
Id-Direttiva 91/271/KEE hija emendata kif ġej:
(1) Fl-Artikolu 3, jidħol il-paragrafu 1a li ġej:"
"1a. Permezz ta’ deroga mill-ewwel u t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, fir-rigward tal-Majott, Franza għandha tiżgura li l-agglomerazzjonijiet kollha jkunu pprovduti b’sistemi ta’ ġbir għad-drenaġġ urban mormi:
—
sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020 għal agglomerazzjonijiet ta’ aktar minn 10 00015 000 p.e., li se jkopru mill-inqas 70 % tat-tagħbija ġġenerata fil-Majott; [Em. 5]
—
sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2027 għall-agglomerazzjonijiet kollha ta’ aktar minn 2 000 p.e. " [Em. 6]
"
(2) Fl-Artikolu 4, jidħol il-paragrafu 1a li ġej:"
"1a Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, fir-rigward tal-Majott, Franza għandha tiżgura li d-drenaġġ urban mormi li jidħol f’sistemi ta’ ġbir għandu, qabel ma jkun skarigat, jkun suġġett għal trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti:
—
sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020 għal agglomerazzjonijiet ta’ aktar minn 15 000 p.e., flimkien ma' dawk l-agglomerazzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5 (2a), li se jkopru mill-inqas 70 % tat-tagħbija ġġenerata fil-Majott;
—
sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2027 għall-agglomerazzjonijiet kollha ta’ aktar minn 2 000 p.e. " [Em. 7]
"
(3) L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
(a) Għandu jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:"
"2a. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, fir-rigward tal-Majott, Franza għandha tiżgura li d-drenaġġ urban mormi li jidħol f’sistemi ta’ ġbir hu, qabel ma jkun skarigat, suġġett għal trattament iktar strett minn dak deskritt fl-Artikolu 4:
—
sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020 għal agglomerazzjonijiet ta’ aktar minn 10 000 15 000 p.e., flimkien ma' dawk l-agglomerazzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4(1a), li se jkopru mill-inqas 70 % tat-tagħbija ġġenerata fil-Majott; [Em. 8]
—
sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2027 għall-agglomerazzjonijiet kollha ta’ aktar minn 2 000 p.e. " [Em. 9]
"
(3a) Fl-Artikolu 7, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:"
"Permezz ta' deroga mill-ewwel paragrafu, il-limitu ta' żmien definit fih, fir-rigward tal-Majott, għandu jkun il-31 ta' Diċembru 2027." [Em. 10]
"
(4) L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:
(a) Fil-paragrafu 1 għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:"
“Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, fir-rigward tal-Majott, Franza għandha tistabbilixxi programm għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva sat-30 ta’ Ġunju 2014.”
"
(b) Fil-paragrafu 2 għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:"
“Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, fir-rigward tal-Majott, Franza għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar il-programm sal-31 ta’ Diċembru 2014.”
"
Artikolu 2
Emenda tad-Direttiva 1999/74/KE
Fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/74/KE, jiżdied il-paragrafu li ġej:"
‘3. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, fil-Majott, tiġieġ li jbidu li jkunu bdew ibidufl-1 ta’ Jannar 2014 u mrobbija f’dik id-datajistgħu jkomplu jiġu mrobbija f’gaġeġ kif imsemmi f’dan il-Kapitolu jistgħu jkomplu jiġu mrobbija f’dawn il-gaġeġ sal-31 ta’ Diċembru 2017. [Em. 11]
Mill-1 ta’ Jannar 2014, l-ebda gaġġa bħal dawk li għalihom saret referenza f’dan il-Kapitolu ma tista’ tinbena jew tiddaħħal f’servizz għall-ewwel darba fil-Majott.
Il-bajd li ġej minn stabbilimenti li jrabbu tiġieġ li jbidu fil-gaġeġ kif imsemmi f’dan il-Kapitolu għandhom jitqiegħdu biss fis-suq lokali tal-Majott. Dak il-bajd u l-pakki tagħhom għandhom ikunu identifikati b’mod ċar b’marka speċjali, li jippermettu l-kontrolli neċessarji. Deskrizzjoni ċara ta’ dan l-immarkar speċjali għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.”
"
Artikolu 3
Emendi lid-Direttiva 2000/60/KE
Id-Direttiva 2000/60/KE hija emendata kif ġej:
(1) L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
(a) fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"
“Fir-rigward tal-Majott, il-limitu ta’ żmien imsemmi fil-punti (a)(ii), (a)(iii), (b)(ii) u (c) għandu jkun it-22 ta’ Diċembru 2021.”
"
(b) fil-paragrafu 4, is-sentenza tal-introduzzjoni għandha tinbidel b’dan li ġej:"
“Il-limiti ta’ żmien stabbiliti skont il-paragrafu 1 jistgħu jiġu estiżi għall-finijiet ta’ kisba tal-għanijiet f’fażijiet għal korpi ta’ ilma, sakemm ma titfaċċax aktar deterjorazzjoni fl-istat ta’ korp tal-ilma affettwat meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ntlaħqu: '
"
(2) L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
(a) fil-paragrafu 7, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"
“Fir-rigward tal-Majott, il-limiti taż-żmien imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu t-22 ta’ Diċembru 2015 u t-22 ta’ Diċembru 2018 rispettivament.”
"
(b) fil-paragrafu 8, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"
“Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun it-22 ta’ Diċembru 2021.”
"
(3) L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
(a) fil-paragrafu 6, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"
“Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun it-22 ta’ Diċembru 2015.”
"
(b) fil-paragrafu 7, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"
“Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun it-22 ta’ Diċembru 2021.”
"
Artikolu 4
Emendi għad-Direttiva 2006/7/KE
Id-Direttiva 2006/7/KE hija emendata kif ġej:
(1) L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
(a) fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"
“Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun il-31 ta’ Diċembru 2019.”
"
(b) fil-paragrafu 3, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"
“Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun il-31 ta’ Diċembru 2031.”
"
(2) Fl-Artikolu 6(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:"
“Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun it-30 ta' Ġunju 2015.”
"
(3) Fl-Artikolu 13(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:"
“Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun it-30 ta' Ġunju 2014.”
"
Artikolu 5
Emenda tad-Direttiva 2006/25/KE
Fid-Direttiva 2006/25/KE, l-Artikolu 14 a li ġej huwa mdaħħal:"
“Artikolu 14a
1. Mingħajr preġudizzju għall-prinċipji ġenerali ta’ protezzjoni u prevenzjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, Franza tista’ sal-31 ta’ Diċembru 2017 tidderoga mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex tikkonforma ma’ din id-Direttiva fil-Majott sakemm tali applikazzjoni teħtieġ faċilitajiet tekniċi speċifiċi u li dawn il-faċilitajiet ma jkunux disponibbli fil-Majott.
L-ewwel subparagrafu ma japplikax għall-obbligi fl-Artikolu 5(1) ta’ din id-Direttiva kif ukoll għal dawk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jirriflettu l-prinċipji ġenerali stabbiliti fid-Direttiva 89/391/KEE.
2. Kull deroga minn din id-Direttiva li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ miżuri li kienu jeżistu fl-1 ta’ Jannar 2014 jew mill-adozzjoni ta’ miżuri ġodda għandha tkun preċeduta minn konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali skont il-liġijiet u l-prattika nazzjonali. Dawn id-derogi għandhom ikunu applikati b'kundizzjonijiet li jiggarantixxu, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi partikolari prevalenti fil-Majott, li r-riskji li jirriżultaw għall-ħaddiema għandhom jitnaqqsu għall-minimu possibbli u li l-ħaddiema kkonċernati jibbenefikaw minn sorveljanza msaħħa tas-saħħa.
3. Il-miżuri ta’ deroga nazzjonali għandhom jiġu riveduti kull sena, wara konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali, u għandha tiġi rtirata hekk kif iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikawhom ma għadhomx jeżistu.”
"
Artikolu 6
Emenda tad-Direttiva 2011/24/KE
Fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 2011/24/UE, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:"
'3. Permezz ta' deroga mill-ewwel sentenza tal-paragrafu 1, Franza għandha ddaħħal fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex tkun konformi ma’ din id-Direttiva fir-rigward tal-Majott sat-30 ta’ Ġunju 2016.”
"
Artikolu 7
Traspożizzjoni
1. Franza għandha tadotta u tippubblika l-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva kif ġej:
(a) fir-rigward tal-Artikolu 1(1), (2) u (3), sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2018;
B'hekk Franza għandha tikkomunika minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Meta Franza tadotta dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza mal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Franza se tiddetermina kif għandha ssir tali referenza.
2. Franza għandha tikkomunika lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li tadotta fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 8
Id-dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014. [Em. 12]
Artikolu 9
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.