Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033 (COM(2012)0407 – C7-0198/2012 – 2012/0199(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0407),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 167(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0198/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-15 ta’ Frar 2012(1) u tat-30 ta’ Novembru 2012(2),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7-0226/2013),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb li tadotta d-Deċiżjoni Nru .../2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033 u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE [Emenda 84(1)]
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 167(5) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3),
Billi:
(1) It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jimmira għal unjoni dejjem eqreb fost il-popli tal-Ewropa u jagħti lill-Unjoni Ewropea l-kompitu, inter alia, li tikkontribwixxi għat-tisbiq tal-kulturi tal-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta d-diversità nazzjonali u reġjonali tagħhom u fl-istess waqt tagħti prominenza lill-patrimonju kulturali komuni. F’dan ir-rigward, l-Unjoni, fejn meħtieġ, tappoġġja u tissupplimenta l-azzjoni tal-Istati Membri biex itejbu l-għarfien u t-tixrid tal-kultura u l-istorja tal-popli Ewropej.
(2) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ▌dwar Aġenda Ewropea għall-kultura f’dinja li qed tiġi globalizzata approvata mill-Kunsill fir-Riżoluzzjoni tas-16 ta' Novembru 2007(4) ▌u mill-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' April 2008(5), tistabbilixxi l-għanijiet għal attivitajiet futuri tal-Unjoni fil-qasam tal-kultura. Dawn l-attivitajiet għandhom jippromwovu d-diversità kulturali u d-djalogu interkulturali. Għandhom jippromwovu wkoll il-kultura bħala katalizzatur għall-kreattività fil-qafas tat-tkabbir u l-impjiegi, kif ukoll element vitali fir-relazzjonijiet internazzjonali tal-Unjoni.
(2a) Il-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali, li daħlet fis-seħħ fit-18 ta' Marzu 2007 and li tagħha l-Unjoni hi firmatarja, għandha l-għan li tipproteġi u tippromwovi d-diversità kulturali u l-interkulturalità u tkabbar l-għarfien dwar il-valur tad-diversità kulturali fil-livelli lokali, nazzjonali u internazzjonali.
(3) Id-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) ▌stabbilixxiet azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin mill-2007 sal-2019
(4) L-evalwazzjonijiet tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura kif ukoll il-konsultazzjoni pubblika dwar il-ġejjieni tal-azzjoni wara l-2019 jiżvelaw li l-Kapitali progressivament saru waħda mill-inizjattivi kulturali l-aktar ambizzjużi fl-Ewropa kif ukoll waħda mill-aktar apprezzati miċ-ċittadini Ewropej.
(5) Barra mill-għanijiet oriġinali tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura li kienu li tiġi enfasizzata r-rikkezza u d-diversità tal-kulturi Ewropej u l-karatteristiċi li jaqsmu bejniethom u li jiġi promoss għarfien reċiproku akbar bejn iċ-ċittadini Ewropej, l-ibliet bit-titolu progressivament żiedu dimensjoni ġdida wkoll billi użaw l-effett ta’ lieva tat-titolu biex jistimulaw l-iżvilupp aktar ġenerali tal-belt f'konformitá mal-istrateġiji u l-prijoritajiet rispettivi tagħhom.
(6) L-għanijiet tal-azzjoni dwar il-Kapitali Ewropej tal-Kultura huma għalkollox konformi mal-għanijiet tal-Programm Ewropa Kreattiva stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) li għandu l-għan li jissalvagwardja, jiżviluppa u jippromwovi d-diversità kulturali u lingwistika Ewropea, li jippromwovi l-patrimonju kulturali Ewropew u li jsaħħaħ il-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej, b'mod partikolari fis-settur awdjo-viżiv, bil-għan li jsostni tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Dawn għandhom jgħinu ukoll billi joħolqu sens ta' appartenenza fir-rigward taż-żona kulturali komuni, u jistimolaw id-djalogu interkulturali u l-fehim reċiproku.
(6a) Sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet, hu importanti li l-bliet li jkollhom dan it-titolu jiżviluppaw rabtiet bejniethom, min-naħa fis-setturi kulturali u kreattivi tagħhom u mill-oħra, f'setturi bħall-edukazzjoni, ir-riċerka, l-ambjent, l-iżvilupp urban jew it-turiżmu kulturali. B'mod partikolari, l-esperjenza tal-imgħoddi wriet il-potenzjal tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura meta dawn jaġixxu bħala katalist għall-iżvilupp lokali u t-turiżmu kulturali kif enfasizzat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ġunju 2010 bl-isem "L-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja: qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew", li intlaqgħat mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta' Ottubru 2010 (8)u approvata mill-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Settembru 2011(9).
(6b) Hu importanti wkoll li l-bliet detenturi tat-titolu jfittxu li jippromwovu l-inklużjoni soċjali u l-opportunitajiet indaqs u biex jagħmlu dak kollu possibbli biex jiżguraw l-akbar parteċipazzjoni possibbli tal-elementi kollha tas-soċjetà ċivili fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-programm kulturali, billi tingħata attenzjoni speċjali lill-gruppi marġinalizzati u żvantaġġjati.
(7) L-evalwazzjonijiet u l-konsultazzjoni pubblika wrew, b'mod konvinċenti, li l-Kapitali Ewropej tal-Kultura għandhom bosta benefiċċji potenzjali meta jiġu ppjanati bir-reqqa. Jibqgħu l-ewwel u qabel kollox inizjattiva kulturali, iżda jistgħu wkoll iġibu magħhom benefiċċji ekonomiċi u soċjali sinifikanti, b’mod partikolari meta jiġu inkorporati fil-qafas ta’ strateġija ta’ żvilupp fit-tul immexxi mill-kultura fil-belt ikkonċernata.
(8) L-azzjoni tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura huma wkoll ta’ sfida kbira. L-organizzazzjoni ta’ programm ta’ attivitajiet kulturali għal sena sħiħa mhix xi ħaġa faċli u xi Kapitali Ewropej tal-Kultura kellhom suċċess aktar minn oħrajn fl-isfruttament tal-potenzjal. Għalhekk, l-azzjoni għandha tissaħħaħ biex tgħin l-ibliet kollha jisfruttaw bis-sħiħ it-titolu.
(9) It-titolu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għandu jkompli jibqa’ riservat għal bliet, irrispettivament mid-daqs tagħhom, iżda biex jilħaq pubbliku usa’ u jikbru l-impatti, dawk l-ibliet għandhom ukoll ikomplu jkollhom il-possibilità li jinvolvu ż-żona ta’ madwarhom.
(10) L-għoti tat-titolu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura għandu jibqa’ jkun ibbażat fuq programm kulturali maħluq speċifikament għas-sena tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura u li għandu jkollu dimensjoni Ewropea qawwija ħafna. Dan il-programm għandu wkoll ikun parti minn strateġija fit-tul li jkollha impatt sostenibbli fuq l-iżvilupp tal-ambjent ekonomiku, kulturali u soċjali lokali.
(11) Il-proċess ta’ għażla fuq żewġ stadji bbażat fuq lista kronoloġika tal-Istati Membri u mwettaq minn bord Ewropew ta' esperti indipendenti (il-"bord") wera li huwa ġust u trasparenti. Dan ippermetta li l-ibliet itejbu l-applikazzjonijiet tagħhom bejn il-fażi ta’ qabel l-għażla u l-aħħar fażi tal-għażla abbażi ta’ parir espert mill-bord, u żgura tqassim ġust tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura madwar l-Istati Membri kollha. Barra minn hekk biex tkun salvagwardjata l-kontinwità tal-azzjoni u biex ikun evitat it-telf ta' esperjenza u għarfien li tista' tinħoloq jekk il-membri kollha jinbidlu fl-istess ħin, il-membri tal-bord għandhom jinbidlu gradwalment.
(11a) L-għarfien espert nazzjonali għandu jibqa' jkun żgurat billi l-Istati Membri jitħallew jaħtru sa żewġ esperti fuq il-bord responsabbli mill-għażla u l-monitoraġġ tal-ibliet.
(12) Il-kriterji tal-għażla għandhom ikunu aktar espliċiti biex jagħtu aktar gwida aħjar lill-ibliet kandidati fir-rigward tal-għanijiet u tar-rekwiżiti li jridu jikkonformaw magħhom sabiex jiksbu t-titolu ta' Kapitali Ewropea tal-Kultura. Il-kriterji tal-għażla għandhom jitkejlu faċilment biex jgħinu lill-bord ▌fl-għażla u fil-monitoraġġ tal-ibliet. ▌F'dan ir-rigward għandha ssir enfasi partikolari fuq il-pjanijiet tal-bliet kandidati għal attivitajiet dwar il-patrimonjuinklużi fi strateġija ta’ politika kulturali fit-tul li jistgħu joħolqu impatt kulturali, ekonomiku u soċjali sostenibbli.
(13) Il-fażi ta’ preparazzjoni bejn in-nomina ta’ belt u s-sena tat-titolu hija ta’ importanza kruċjali għas-suċċess ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura. Hemm qbil ġenerali wiesa' fost il-partijiet interessati li l-miżuri ta’ akkumpanjament introdotti bid-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE kienu utli ħafna għall-bliet. Dawk il-miżuri għandhom jiġu żviluppati aktar b’mod partikolari permezz ta’ laqgħat u żjarat ta’ monitoraġġ aktar frekwenti fl-ibliet mill-membri tal-bord, u permezz ta’ skambju ta' esperjenza aktar sod bejn il-Kapitali Ewropej tal-Kultura tal-imgħoddi, tal-preżent u tal-ġejjieni, kif ukoll bejn l-ibliet kandidati. L-ibliet magħżula jistgħu jiżviluppaw ukoll rabtiet ma' Kapitali Ewropej tal-Kultura oħrajn.
(14) Il-premju Melina Mercouri kiseb valur simboliku qawwi li jmur lil hinn ħafna mill-ammont tal-premju li jista’ jingħata mill-Kummissjoni. Madankollu, biex jiġi żgurat li l-ibliet nominati jissodisfaw l-impenji tagħhom, il-kondizzjonijiet għall-ħlas tal-premju għandhom ikunu aktar stretti u espliċiti.
(14a) L-ibliet kandidati għandhom jesploraw il-possibilità, fejn xieraq, li jfittxu appoġġ finanzjarju mill-programmi u mill-fondi tal-Unjoni.
(15) Huwa importanti li l-ibliet ikkonċernati jagħmluha ċara fil-materjal kollu ta’ komunikazzjoni tagħhom li l-Kapitali Ewropej tal-Kultura huma azzjoni tal-Unjoni.
(16) L-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni tar-riżultati tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura tal-imgħoddi ma jistgħux jipprovdu dejta primarja dwar l-impatt tat-titolu u huma bbażati fuq dejta miġbura fil-livell lokali. Għalhekk, l-ibliet infushom għandhom ikunu l-atturi ewlenin fil-proċess tal-evalwazzjoni u għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ kejl effettivi.
(17) L-esperjenza tal-imgħoddi wriet li l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati tista’ tgħin biex jinġiebu aktar qrib lejn l-Unjoni billi jiġu enfasizzati l-aspetti komuni tal-kulturi Ewropej Il-Kapitali Ewropej tal-Kultura għandha għalhekk tkun miftuħa mill-ġdid għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali wara l-2019.
(17a) Madankollu, għal raġunijiet ta' ekwità mal-ibliet fl-Istati Membri, kull belt fil-pajjiżi kandidati jew pajjiżi kandidati potenzjali għandha titħalla tipparteċipa f'kompetizzjoni waħda biss tul il-perjodu mill-2020 sal-2033. Barra minn hekk, ukoll għal raġunijiet ta’ ekwità mal-Istati Membri, kull pajjiż kandidat jew pajjiż kandidat potenzjali għandu jitħalla jilqa' t-titolu darba biss matul il-perjodu mill-2020 sal-2033. Għalhekk, bliet minn dawk il-pajjiżi kandidati jew pajjiż kandidat potenzjali li diġà ngħataw it-titolu tul il-perjodu kopert minn din id-Deċiżjoni ma għandhomx jitħallew jipparteċipaw f'kompetizzjonijiet sussegwenti f'dak l-istess perjodu.
(18) Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u, partikolarment, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-ħatra tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura, is-setgħat implimentattivi għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni.
(19) Id-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE għandha titħassar u tiġi sostitwita b'din id-Deċiżjoni. Id-dispożizzjonijiet tagħha għandhom madankollu jkomplu japplikaw għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura kollha sal-2019 li kienu diġà nominati jew huma fil-proċess li jiġu nominati.
(20) Ladarba l-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, b'mod partikolari li tiġi ssalvagwardjata u promossa d-diversità ta' kulturi fl-Ewropa, biex jiġu enfasizzati l-elementi komuni kondiviżi u tiġi promossa l-kontribuzzjoni tal-kultura għall-iżvilupp fit-tul tal-ibliet, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba l-ħtieġa, b’mod partikolari, ta’ kriterji u proċeduri komuni, ċari u trasparenti għall-għażla u l-monitoraġġ tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura, kif ukoll ta’ koordinazzjoni aktar b’saħħitha bejn l-Istati Membri, iżda jistgħu, minħabba l-firxa u l-effetti mistennija tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-deċiżjoni ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Stabbiliment
▌Azzjoni tal-Unjoni Ewropea intitolata"Kapitali Ewropej tal-Kultura" (l-"azzjoni") hija b'dan stabbilita għas-snin 2020 sal-2033.
Artikolu 2
Għanijiet
1. L-għanijiet ġenerali tal-azzjoni għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a) li tiġi salvagwardata u promossa d-diversità tal-kulturi fl-Ewropa u jiġu enfasizzati l-aspetti komuni li għandhom bejniethom, kif ukoll sabiex jikber is-sens ta' appartenza għal spazju kulturali komuni;
(b) li titrawwem il-kontribuzzjoni tal-kultura għall-iżvilupp fit-tul tal-ibliet f'konformità mal-istrateġiji u l-prijoritajiet rispettivi tagħhom.
2. L-għanijiet speċifiċi tal-azzjoni għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a) li ttejjeb il-medda, id-diversità u d-dimensjoni Ewropea tal-offerta kulturali fl-ibliet, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni transnazzjonali;
(b) li tkabbar l-aċċess u l-parteċipazzjoni fil-kultura;
(c) li ssaħħaħ il-kapaċità tas-settur kulturali u r-rabtiet tiegħu ma' setturi oħra;
(d) li tgħolli l-profil internazzjonali tal-bliet permezz tal-kultura.
Artikolu 3
Aċċess għall-azzjoni
-1. Il-kompetizzjoni għat-titolu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għandha tkun miftuħa biss għall-ibliet, li jistgħu jinvolvu ż-żoni tal-madwar tagħhom.
-1a. L-għadd ta' Kapitali Ewropej tal-Kultura f'sena partikolari ("sena tat-titolu") ma għandux ikun aktar minn tlieta.
Il-ħatra għandha tapplika għal massimu ta' belt waħda fi kwalunkwe wieħed miż-żewġ Stati Membri li jidhru fil-kalendarju li jinsab fl-Anness ("kalendarju") u, fis-snin rilevanti, għal belt waħda mill-pajjiżi kandidati u potenzjali jew għal bliet minn pajjiż wieħed li jsir membru tal-Unjoni fiċ-ċirkostanzi li jinsabu fil-paragrafu 3a.
1. L-ibliet fl-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jinħatru bħala Kapitali Ewropej tal-Kultura għal sena waħda skont il-kalendarju.
▌
▌
3. L-ibliet f’pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali li jipparteċipaw fil-Programm Ewropa Kreattiva jew fil-programmi sussegwenti tal-Unjoni li jappoġġaw il-kultura fid-data tal-pubblikazzjoni tas-sejħa għal preżentazzjoni ta' applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 10jistgħu japplikaw għat-titolu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura, għal sena waħda biss, fil-qafas ta’ kompetizzjoni miftuħa organizzata kull tielet sena ▌ b’konformità mal-kalendarju fl-anness.
▌L-ibliet fil-pajjiżi kandidati u dawk kandidati potenzjali għandhom jitħallew jipparteċipaw biss f'kompetizzjoni waħda matul il-perjodu mill-2020 sal-2033.
Barra minn hekk, kull pajjiż kandidat jew kandidat potenzjali għandu jitħalla jilqa' t-titolu darba biss matul il-perjodu mill-2020 sal-2033.
3a. Pajjiżi li jsiru membri tal-Unjoni wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni iżda qabel il-31 ta' Diċembru 2026 għandhom ikunu intitolati jilqgħu t-titolu tal-Belt Kulturali Ewropea skont ir-regoli u l-proċeduri applikabbli għal Stati Membri seba' snin wara l-adeżjoni. Il-kalendarju għandu jkun aġġornat kif meħtieġ.Pajjiżi li jaderixxu għall-Unjoni wara il-31 ta' Diċembru 2026 ma għandhomx ikunu intitolati jipparteċipaw f'din l-azzjoni ta' Kapitali Ewropea tal-Kultura bħala Stati Membri.
Madankollu, fi snin fejn diġà hemm tliet Kapitali Ewropej tal-Kultura skont il-kalendarju, l-ibliet fil-pajjiżi aderenti għall-Unjoni għandhom ikunu intitolati biss jilqgħu t-titolu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura fis-sena disponibbli li jmiss fil-kalendarju, fl-ordni tal-adeżjoni tagħhom.
Jekk belt minn pajjiż aderenti għall-Unjoni tkun ipparteċipat qabel f'kompetizzjoni għal pajjiżi kanditati u dawk kandidati potenzjali, hi ma tistax tipparteċipa fl-ebda kompetizzjoni sussegwenti għall-Istati Membri.Meta belt ta' pajjiż aderenti tkun ġiet maħtura bħala Belt Kulturali Ewropea matul il-perjodu mill-2020 sal-2033 skont il-paragrafu 3, dak il-pajjiż ma għandux ikun intitolat jinnomina belt oħra minn tiegħu bħala Belt Kulturali Ewropea f'din l-azzjoni wara l-adeżjoni tiegħu.
Jekk aktar minn pajjiż wieħed jaderixxi mal-Unjoni fl-istess data u jekk ma jkunx hemm qbil dwar l-ordni ta' parteċipazzjoni fl-azzjoni bejn dawk il-pajjiżi, il-Kunsill għandu jorganizza tlugħ bix-xorti.
Artikolu 4
Applikazzjonijiet
▌
2. Għandha titħejja formola ta’ applikazzjoni komuni bbażata fuq il-kriterji stipulati fl-Artikolu 5 ("formola ta' applikazzjoni") mill-Kummissjoni li għandha tintuża mill-kandidati kollha. Fejn belt tinvolvi ż-żona tagħha tal-madwar, l-applikazzjoni għandha ssir taħt l-isem tal-belt.
3. Kull applikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq programm kulturali b’dimensjoni Ewropea qawwija. Il-programm kulturali għandu jkun ta' sena u għandu jinħoloq b'mod speċifiku għat-titolu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura, skont il-kriterji stipulati fl-Artikolu 5. ▌
Artikolu 5
Kriterji
Il-kriterji għall-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet ("il-kriterji ") jinqasmu f’sitt kategoriji: "kontribut għall-istrateġija fit-tul", ▌"dimensjoni Ewropea", "kontenut kulturali u artistiku", "kapaċità li twassal", "komunikazzjoni" u "ġestjoni".
1. Għal dik li huwa "kontribut għall-istrateġija fit-tul", għandu jittieħed kont tal-fatturi li ġejjin:
(a) il-fattli l-istrateġija kulturali tal-belt tkun fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni, li tinkludi l-azzjonijiet u l-pjanijiet tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sostenn ta’ attivitajiet kulturali lil hinn mis-sena tat-titolu;
(b) il-pjanijiet għat-tisħiħ tal-kapaċità tas-setturi kulturali u kreattivi, inkluż l-iżvilupp ta' kollegamenti fit-tul bejn is-setturi kulturali, ekonomiċi u soċjali fil-belt ikkonċernata;
▌
(d) l-effetti kulturali, l-impatt soċjali u ekonomiku, inkluż l-iżvilupp urban fit-tul li huwa previst li t-titolu jkollu fuq il-belt;
(e) il-pjanijiet għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-impatt tat-titolu fuq il-belt u għat-tixrid tar-riżultati tal-evalwazzjoni.
▌
4. Għal dik li hija "dimensjoni Ewropea", il-fatturi li ġejjin għandhom jiġu eżaminati:
(a) l-ambitu u l-kwalità tal-attivitajiet li jippromwovu d-diversità kulturali tal-Ewropa, id-djalogu interkulturaliu l-fehim reċiproku akbar bejn iċ-ċittadini Ewropej;
(b) l-ambitu u l-kwalità tal-attivitajiet li jenfasizzaw l-aspetti komuni tal-kulturi Ewropej, il-patrimonju u l-istorja, kif ukoll l-integrazzjoni Ewropea u temi attwali Ewropej;
(c) l-ambitu u l-kwalità tal-attivitajiet li fihom huma rrappreżentati l-artisti Ewropej, il-kooperazzjoni mal-operaturi jew l-ibliet speċjalment Kapitali Ewropej tal-Kultura oħrajn f'pajjiżi differenti, inkluż fejn xieraq, ta' Kapitali Ewropej tal-Kultura oħra u s-sħubiji transnazzjonali;
(d) strateġija biex jiġi attirat l-interess ta’ pubbliku Ewropew u internazzjonali wiesa’.
4a. Għal dak li huwa "kontenut kulturali u artistiku", il-fatturi li ġejjin għandhom jiġu eżaminati:
(a) viżjoni artistika u strateġija ċari u koerenti għall-programm kulturali tas-sena;
(b) l-involviment ta’ artisti u organizzazzjonijiet kulturali lokali fil-ħolqien u l-implimentazzjoni tal-programm kulturali;
(c) il-firxa u d-diversità tal-attivitajiet proposti u l-kwalità artistika ġenerali tagħhom;
(d) il-kapaċità li tgħaqqad il-forom tal-arti tradizzjonali u l-wirt kulturali lokali ma’ espressjonijiet kulturali ġodda, innovattivi u sperimentali.
4b. Għal dik li hija "kapaċità ta’ rendiment", l-ibliet kandidati għandhom juru li:
(a) l-applikazzjoni għandha l-appoġġ politiku wiesa' u impenn finanzjarju sostenibbli mill-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali;
(b) il-belt għandha, jew ser ikollha, l-infrastruttura vijabbli u xierqa biex tilqa' t-titolu.
5. Għal dik li hija "komunikazzjoni", il-fatturi li ġejjin għandhom jiġu eżaminati:
(a) l-involviment tal-popolazzjoni lokali u s-soċjetà ċivili fil-preparazzjoni tal-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura;
(b) il-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda u sostenibbli għal firxa wiesgħa ta’ ċittadini biex jattendu jew jipparteċipaw f'attivitajiet kulturali, partikolarment iż-żgħażagħ, il-volontiera u l-emarġinati u l-iżvantaġġjati, inklużi l-minoranzi. Attenzjoni speċjali għandha tingħata wkoll ▌għall-aċċessibbiltà ta’ dawn l-attivitajiet għal persuni b'diżabilità u għall-anzjani;
(c) l-istrateġija ġenerali għall-iżvilupp tal-udjenza, u partikolarment il-ħolqa mal-edukazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-iskejjel.
6. Għal dik li hija "ġestjoni", il-fatturi li ġejjin għandhom jiġu eżaminati:
(a) il-fattibbiltà tal-istrateġija għall-ġbir tal-fondi u tal-baġit propost li tinkludi, fejn xieraq, il-pjanijiet biex jinstab appoġġ finanzjarju mill-programmi u mill-fondi tal-Unjoni. Dan il-baġit għandu jkopri l-fażi tat-tħejjija, is-sena tat-titolu fiha nnifsha, l-evalwazzjoni u dispożizzjonijiet għal attivitajiet ta' segwitu, u ippjanar ta' kontinġenza;
(b) l-istruttura tal-governanza u ta' rendiment prevista għall-implimentazzjoni tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura, li għandha tinkludi dispożizzjoni dwar kooperazzjoni adegwata bejn l-awtorità lokali u l-istruttura ta' rendiment, inkluż it-tim artistiku;
(c) il-proċeduri għall-ħatra tad-diretturi ġenerali u artistiċi u l-oqsma ta' azzjoni tagħhom ;
(d) l-istrateġija ta' kummerċjalizzazzjoni u ta’ komunikazzjoni, li għandha tkun komprensiva u għandha tenfasizza li l-Kapitali Ewropej tal-Kultura hi azzjoni tal-Unjoni;
(da) l-eżiztenza ta' istruttura ta' rendiment li l-persunal tagħha jkollu l-ħiliet u l-esperjenza xierqa għall-ippjanar, il-ġestjoni u t-twettiq tal-programm kulturali għas-sena tat-titolu.
Artikolu 6
Bord ta' Esperti
1. Bord Ewropew ta’ esperti indipendenti ("▌il-bord") għandu jiġi stabbilit biex iwettaq il-proċeduri tal-għażla u l-monitoraġġ.
1a. Il-bord għandu jikkonsisti minn għaxar esperti maħtura mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni skont il-paragrafu 2 ("esperti Ewropej").
Barra minn hekk, għall-għażla u l-monitoraġġ tal-belt minn Stat Membru, l-Istat Membru kkonċernat għandu jkun intitolat jaħtar sa żewġ esperti (l-"esperti nazzjonali") skont il-proċeduri tiegħu stess u f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni .
2. ▌
Wara li torganizza sejħa ta' turija ta' interess, il-Kummissjoni għandha tipproponi grupp ta' membri potenzjali ta' esperti Ewropej.
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni sussegwentement għandhom jagħżlu tliet esperti kull wieħed minn dan il-grupp u jaħtruhom skont il-proċeduri rispettivi tagħhom. Il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jagħżel espert mill-grupp u jaħtar lil dak l-espert skont il-proċeduri tiegħu.
Fl-għażla tal-esperti Ewropej, kull waħda minn dawk l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom ifittxu li jiżguraw il-komplementarjetà tal-kompetenzi, it-tqassim ġeografiku bbilanċjat u bilanċ bejn is-sessi fil-kompożizzjoni ġenerali tal-bord.
▌
2a. L-esperti kollha għandhom ikunu ċittadini tal-Unjoni. Huma għandhom ikunu indipendenti b'esperjenza u għarfien espert sostanzjali fis-settur kulturali, fl-iżvilupp kulturali tal-ibliet, jew fl-organizzazzjoni tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura jew f'avveniment kulturali internazzjonali ta' ambitu u skala simili. Huma għandhom ikunu wkoll f'pożizzjoni li jiddedikaw numru xieraq ta' ġranet tax-xogħol fis-sena lill-bord.
Il-Bord għandu jinnomina l-president tiegħu.
3. L-esperti Ewropej għandhom jinħatru għal perjodu ta' tliet snin.
Minkejja l-ewwel subparagrafu,fir-rigward tal-ewwel darba li jitwaqqafil-bord, il-Parlament Ewropew għandu jaħtar l-esperti tiegħu għal tliet snin, il-Kunsill għal sena, il-Kummissjoni għal sentejn u l-Kumitat tar-Reġjuni ▌għal sena▌.
4. L-esperti kollha tal-bord ▌għandhom jiddikjaraw kwalunkwe konflitt ta’ interess attwali jew potenzjali fir-rigward ta’ belt kandidata speċifika. Fil-każ ta' dikjarazzjoni bħal din minn espert, jew jekk jiġi żvelat tali kunflitt ta' interess, dak l-espert għandu jirriżenja u l-istituzzjoni jew il-korp rilevanti tal-Unjoni jew Stat Membru għandu jibdel dak l-espert għall-bqija tal-mandat, bi qbil mal-proċedura rilevanti.
5. Il-Kummissjoni għandha tippubblika, fuq il-websajt tagħha, ir-rapporti kollha tal-bord.
Artikolu 7
Sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet fl-Istati Membri
1. Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-organizzazzjoni tal-kompetizzjoni bejn l-ibliet tiegħu f'konformità mal-kalendarju ▌.
2. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw sejħa għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet mill-anqas sitt snin qabel ▌is-sena tat-titolu.
B'deroga, dawk l-Istati Membri li huma intitolati li jinnominaw Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2020, għandhom jippubblikaw din is-sejħa malajr kemm jista' jkun wara ...(10). Kull sejħa għal sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, immirata lejn l-ibliet kandidati għat-titolu, għandha tinkludi l-formula ta' applikazzjoni ▌.
L-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet mill-ibliet kandidati għal kull sejħa għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għandha tkun skedata mhux qabel 10 xhur minn meta tiġi pubblikata.
3. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni mill-Istat Membru konċernat.
Artikolu 8
Preselezzjoni fl-Istati Membri
1. Kull ▌Stat Membru kkonċernat għandu jlaqqa' l-bord ▌għal laqgħa ta' qabel l-għażla mal-ibliet kandidati mill-anqas ħames snin qabel is-sena tat-titolu ▌.
2. Il-bord, ▌ wara li jevalwa l-applikazzjonijiet skont il-kriterji, għandu jilħaq ftehim dwar lista mqassra ta' bliet kandidati ▌u għandu joħroġ rapport tal-preselezzjoni dwar l-applikazzjonijiet kollha li jagħti, inter alia, rakkomandazzjonijiet lill-ibliet kandidati tal-lista mqassra.
3. Il-bord ▌għandu jippreżenta rapport ta' preselezzjonilill-Istati Membrikkonċernati u lill-Kummissjoni. Kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati għandu japprova formalment il-lista mqassra bbażata fuq ir-rapporti tal-bord.
Artikolu 9
Għażla fl-Istati Membri
1. L-ibliet kandidati fil-lista mqassra għandhom ilestu u jirrevedu l-applikazzjonijiet tagħhom bil-ħsieb li jikkonformaw mal-kriterji kif ukoll jieħdu kont tar-rakkomandazzjonijiet fir-rapport ta' qabel l-għażla, u għandhom jippreżentawhom lill-Istat Membru kkonċernat, li mbagħad għandu jippreżentahom lill-Kummissjoni.
2. Kull Stat Membru kkonċernat għandu jlaqqa' l-bord ▌għal laqgħa ta' għażla finali mal-ibliet kandidati fil-lista mqassra sa mhux aktar tard minn disa’ xhur wara l-laqgħa ta' preselezzjoni.
Fejn meħtieġ, l-Istat Membru kkonċernat, b'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jista' jestendi dik l-iskadenza għal perjodu raġonevoli.
3. Il-bord ▌għandu jevalwa l-applikazzjonijiet kompletati u rieżaminati.
4. Il-bord ▌għandu joħroġ rapport tal-għażla dwar l-applikazzjonijiet b'rakkomandazzjoni għan-nomina ta' belt waħda fl-Istat Membru kkonċernat bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura. Madankollu, jekk ebda belt kandidata ma tissodisfa l-kriterji kollha, il-bord ▌jista' jirrakkomanda li dik is-sena t-titolu ma jingħatax.
Ir-rapport tal-għażla għandu jkollu wkoll rakkomandazzjonijiet lill-belt ikkonċernata dwar il-progress li jrid isir sas-sena tat-titolu.
Il-bord għandu jippreżenta rapport ta' preselezzjoni lill-Istati Membri kkonċernati u lill-Kummissjoni. ▌
Artikolu 10
Preselezzjoni u għażla fil-pajjiżi kandidati u dawk kandidati potenzjali
1. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-organizzazzjoni tal-kompetizzjoni bejn l-ibliet fil-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali.
2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sejħa għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet mill-anqas sitt snin qabel ▌is-sena tat-titolu. ▌
Kull sejħa għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, immirata lejn l-ibliet kandidati għat-titolu, għandu jkun fiha formola ta' applikazzjoni.
L-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet taħt kull sejħa għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għandha tkun skedata mhux qabel 10 xhur mill-pubblikazzjoni.
▌
4. Il-preselezzjoni tal-ibliet għandha titwettaq mill-bord ▌mill-anqas ħames snin qabel ▌is-sena tat-titolu, abbażi tal-formola tal-applikazzjoni. Mhi se tiġi organizzata l-ebda laqgħa mal-ibliet kandidati.
Il-bord, ▌ wara li jevalwa l-applikazzjonijiet skont il-kriterji, għandu jilħaq ftehim dwar lista mqassra ta' bliet kandidati ▌u għandu joħroġ rapport tal-preselezzjoni dwar l-applikazzjonijiet kollha li jagħtu, inter alia, rakkomandazzjonijiet lill-ibliet kandidati tal-lista mqassra. Il-bord għandu jippreżenta r-rapport tiegħu ta' preselezzjoni tiegħu lill-Kummissjoni ▌.
5. L-ibliet kandidati fil-lista mqassra għandhom ilestu u jirrevedu l-applikazzjonijiet tagħhom bil-ħsieb li jikkonformaw mal-kriterji kif ukoll jieħdu kont tar-rakkomandazzjonijiet fir-rapport tal-preselezzjoni, u għandhom jippreżentawhom lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni għandha tlaqqa' l-bord ▌għal laqgħa ta' għażla finali mal-ibliet kandidati fil-lista mqassra mhux aktar tard minn disa' xhur wara l-laqgħa ta' preselezzjoni. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista' testendi dik l-iskadenza għal perjodu raġonevoli.
Il-bord ▌għandu jevalwa l-applikazzjonijiet kompletati u rieżaminati.
Huwa għandu joħroġ rapport tal-għażla dwar l-applikazzjonijiet tal-ibliet kandidati fil-lista mqassra flimkien ma’ rakkomandazzjoni għan-nomina bħala Kapitali Ewropea tal-Kultura ta’ massimu ta’ belt waħda f’pajjiż kandidat jew pajjiż kandidat potenzjali.
Madankollu, jekk ebda belt kandidata ma tissodisfa l-kriterji kollha, il-bord ▌jista' jirrakkomanda li dik is-sena t-titolu ma jingħatax .
Ir-rapport tal-għażla għandu jkollu wkoll rakkomandazzjonijiet lill-belt ▌ ikkonċernata dwar il-progress ▌li jrid isir sas-sena tat-titolu.
Il-bord għandu jippreżenta r-rapport tal-għażla tiegħu lill-Kummissjoni ▌.
Artikolu 11
Nomina
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti implimentattivi, tinnomina uffiċjalment il-Kapitali Ewropej tal-Kultura, wara li tikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-bord ▌. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat tar-Reġjuni bl-għażla tagħha.
Artikolu 12
Kooperazzjoni bejn l-ibliet nominati
▌Bliet nominati għall-istess sena għandhom ifittxu li jiżviluppaw rabtiet bejn il-programmi kulturali tagħhom, u l-kooperazzjoni tista' titqies fil-qafas tal-proċedura ta' monitoraġġ kif stabbilit fl-Artikolu 13.
Artikolu 13
Monitoraġġ
1. Il-bord ▌għandu jissorvelja t-tħejjija tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura u jipprovdi l-ibliet b’appoġġ u gwida minn meta jiġu nominati sal-bidu tas-sena tat-titolu.
2. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha ssejjaħ tliet laqgħat li għandhom jattendu għalihom il-bord ▌u l-ibliet nominati ▌: l-ewwel laqgħa għandha sseħħ tliet snin qabel ▌is-sena tat-titolu; it-tieni laqgħa għandha sseħħ tmintax-il xahar qabel ▌is-sena tat-titolu u t-tielet laqgħa għandha sseħħ xahrejn qabel ▌ is-sena tat-titolu. L-Istat Membru jew il-pajjiż kandidat jew kandidat potenzjali kkonċernat jista’ jinnomina osservatur għal dawk il-laqgħat.
L-ibliet għandhom joħorġu rapporti dwar il-progress lill-Kummissjoni sitt ġimgħat qabel kull waħda mil-laqgħat.
Matul il-laqgħat, il-bord ▌għandu jagħmel rendikont tal-preparazzjonijiet u jagħti parir bil-ħsieb li jgħin lill-ibliet jiżviluppaw programm kulturali ta’ kwalità għolja u strateġija effettiva. Il-bord għandu jagħti attenzjoni speċjali lir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fir-rapport dwar l-għażla u fir-rapporti ta’ monitoraġġ preċedenti.
3. Wara kull laqgħa, il-bord ▌għandu joħroġ rapport dwar l-istat tal-preparazzjonijiet u dwar kwalunkwe passi li għandhom jittieħdu.
Il-bord għandu jittrażmetti r-rapporti ta' monitoraġġ lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-ibliet u l-Istati Membri jew il-pajjiżi kkonċernati. ▌
4. Barra mil-laqgħat ta' monitoraġġ, il-Kummissjoni tista' torganizza żjarat mill-bord ▌fl-ibliet innominati kull meta jkun meħtieġ.
Artikolu 14
Premju
1. ▌Il-Kummissjoni tista' tagħti premju fi flus ("il-premju") b'unur Melina Mercouri lil belt nominatasoġġett għall-finanzjament disponibbli fil-qafas finanzjarju pluriennali rilevanti.
L-aspetti legali u finanzjarji tal-Premju għandhom jiġu ttrattati fil-qafas tal-programmi rispettivi tal-Unjoni ta' appoġġ għall-kultura.
2. ▌Il-premju għandu jitħallas sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Marzu tas-sena tat-titolu, kemm-il darba l-belt ikkonċernata żżomm mal-impenji li tkun għamlet fl-istadju tal-applikazzjoni, tikkonforma mal-kriterji u tieħu konttar-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-rapporti tal-għażla u tal-monitoraġġ.
L-impenji magħmula fl-istadju tal-applikazzjoni għandhom jitqiesu miżmuma mill-belt nominata meta ma tkun saret l-ebda bidla sostanzjali lill-programm u l-istrateġija bejn l-istadju tal-applikazzjoni u s-sena tat-titolu, u b'mod partikolari meta:
(a) il-baġit inżamm f'livell li fih jista' jitwettaq programm kulturali ta' kwalità għolja f'konformità mal-applikazzjoni u l-kriterji;
(b) l-indipendenza tat-tim artistiku tkun ġiet rispettata b'mod adegwat;
(c) id-dimensjoni Ewropea tkun baqgħet qawwija biżżejjed fil-verżjoni finali tal-programm kulturali;
(d) l-istrateġija ta' kummerċjalizzazzjoni u komunikazzjoni u l-materjal ta' komunikazzjoni użat mill-belt nominata jkunu jirriflettu biċ-ċar il-fatt li l-Kapitali Ewropej tal-Kultura hija inizjattiva tal-Unjoni;
(e) il-pjanijiet għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-impatti tat-titolu fuq il-belt ikkonċernata jkunu fis-seħħ.
Artikolu 15
Arranġamenti prattiċi
Il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari:
(a) tiżgura l-koerenza ġenerali tal-azzjoni;
(b) tiżgura l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u l-bord ▌;
(c) fid-dawl tal-għanijiet u l-kriterji, tistabbilixxi linji gwida biex jassistu fl-għażla u l-proċeduri ta' monitoraġġ f'kooperazzjoni mill-qrib mal-bord ▌;
(d) tipprovdi appoġġ tekniku lill-bord ▌;
(e) tagħmel pubblika l-informazzjoni rilevanti kollha u tikkontribwixxi għall-viżibbiltà tal-azzjoni fil-livell Ewropew u internazzjonali;
(f) trawwem l-iskambju tal-esperjenza u tal-aħjar prassi bejn il-Kapitali Ewropej tal-Kultura tal-imgħoddi, tal-preżent u tal-futur, kif ukoll l-ibliet kandidati, u tippromwovi tqassim aktar mifrux tar-rapporti ta' evalwazzjoni tal-ibliet u l-lezzjonijiet meħuda.
Artikolu 16
Evalwazzjoni
1. L-evalwazzjoni tar-riżultati ta’ kull Kapitali Ewropea tal-Kultura għandha tkun ▌ir-responsabbiltà tal-belt ikkonċernata.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida u indikaturi komuni għall-ibliet abbażi tal-għanijiet u tal-kriterji ▌sabiex tiżgura approċċ koerenti fil-proċedura ta' evalwazzjoni.
L-ibliet għandhom iħejju r-rapporti ta' evalwazzjoni tagħhom u jittrażmettuhom lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru tas-sena ta' wara s-sena tat-titolu. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapporti ta' evalwazzjoni fuq il-websajt.
2. Barra l-evalwazzjonijiet tal-ibliet, il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li l-evalwazzjoni esterna u indipendenti tar-riżultati tal-azzjoni jsiru fuq bażi regolari. ▌
L-evalwazzjoni esterna u indipendenti għandha tiffoka fuq il-fatt li tqiegħed il-Kapitali Ewropej tal-Kultura kollha tal-imgħoddi f’kuntest Ewropew, b’mod li jistgħu jsiru paraguni u jittieħdu tagħlimiet għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura tal-ġejjieni, kif ukoll għall-ibliet Ewropej kollha. Hija għandha tivvaluta l-azzjoni bħala entità sħiħa, inklużi l-effiċjenza tal-proċessi involuti fit-tmexxija tagħha, l-impatt tagħha u kif tista’ tittejjeb.
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat tar-Reġjuni r-rapporti li ġejjin imsejsa fuq dawk l-evalwazzjonijiet, akkumpanjati, jekk ikun xieraq, minn proposti rilevanti:
(a) l-ewwel rapport interim ▌mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024;
(b) it-tieni rapport interim ▌mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2029;
(c) rapport ▌ex post sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2034.
Artikolu 17
Tħassir u dispożizzjonijiet tranżitorji
Id-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE hija b'dan imħassra. Hija għandha madankollu tkompli tapplika fil-każ ta’ bliet li ġew nominati jew huma fil-proċess li jiġu nominati bħala Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin mill-2012 sal-2019.
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin mill-2007 sal-2019 (ĠU L 304, 3.11.2006, p. 1).
Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014-2020) u li tħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1718/2006/KE, Nru 1855/2006/KE u Nru 1041/2009/KE (ĠU L 347, 2013/12/20, p. 221).