Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti Regolamenti fil-qasam tas-sajd u s-saħħa tal-annimali minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni (COM(2013)0417 – C7-0175/2013 – 2013/0191(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0417),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 43(2) u 168(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0175/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 349 u 355(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kunsill tal-10 ta' Ottubru 2013(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tat-18 ta' Settembru 2013(2),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0425/2013),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti Regolamenti fil-qasam tas-sajd u s-saħħa tal-annimali minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolil-Artikolu 43(2) u, l-Artikolu 168(4)(b) u l-Artikolu 349 tiegħu, [Em. 1]
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li bagħtu l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(2),
Billi:
(1) Permezz tad-Deċiżjoni 2012/419/UE(3), il-Kunsill Ewropew emenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. Għaldaqstant, minn dik id-data l-Majott ma jibqax territorju barrani biex isiru jsir reġjun ultraperifiku skont l-Artikoli 349 u 355(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Wara din il-bidla fl-istatus legali tal-Majott, il-liġi tal-Unjoni se tapplika għall-Majott mill-1 ta' Jannar 2014. Huwa xieraq li jkun hemm provvediment għal ċerti miżuri speċifiċi ġustifikati mis-sitwazzjoni strutturali, soċjali u ekonomika partikolari tal-Majott f’għadd ta’ oqsmali hi aggravata minħabba l-bogħod, l-insularità, id-daqs żgħir, it-topografija u l-klima diffiċli tagħha. [Em. 2]
(2) Fil-qasam tas-sajd u s-saħħa tal-annimali, ir-Regolamenti li ġejjin għandhom jiġu emendati.
(3) Fir-rigward tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta’ Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar(4), l-ibħra madwar il-Majott għandhom ikunu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ purse-seines dwargħal ġlejjeb ta' tonn u ta' ħut simili fiż-żona sa 24 mil nawtiku mil-linji ta’ bażi tal-gżira għandu jkun projbit sabiex ikunu ppreservati ġlejjeb ta’ ħut migratorji kbar qrib il-gżira tal-Majott. [Em. ma jikkonċernawx il-lingwi kollha]
(4) Fir-rigward ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura(5), fid-dawl tal-iskemi frammentati ħafna u ta' marketing sottożviluppati tal-Majott, l-applikazzjoni tar-regoli dwar it-tikkettar ta’ prodotti tas-sajd jimponu fuq bejjiegħa bl-imnut piż li mhuwiex proporzjonat mal-informazzjoni li għandu jkun trasmess lill-konsumatur. Għalhekk huwa xieraq li tiġi pprovduta deroga temporanja mir-regoli dwar l-ittikkettjar ta’ prodotti tas-sajd offruti għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari fil-Majott.
(5) Fir-rigward tal-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd(6), miżuri speċifiċi għandhom jiġu introdotti fir-rigward ir-reġistru tal-flotta u s-sistema ta’ aċċess.
(6) L-ewwel nett, parti importanti tal-flotta li ttajjar il-bandiera ta’ Franza u li topera mid-dipartiment Franċiż tal-Majott hija komposta minn bastimenti ta’ anqas minn disa'10 metri li huma mxerrda madwar il-gżira, ma għandhomx postijiet ta’ nżul speċifiċi u għad iridu jiġu identifikati, imkejla u attrezzati bl-għodda minima tas-sigurtà sabiex jiġu inklużi fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni; bħala konsegwenza, Franza ma tkunx tista' tispiċċa dan ir-reġistru sal-31 ta’ Diċembru 20162020. Franza għandha, madankollu, tinstalla r-reġistru tal-flotta provviżorja li tiggarantixxi identifikazzjoni minima tal-bastimenti ta’ dan is-segment sabiex tiġi evitata l-proliferazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd informali. [Em. 4]
(7) It-tieni nett, hu meħtieġ għall-ħarsien tal-qagħda ekoloġika u bijoloġika sensittivatal-ibħra madwar il-Majott u l-preservazzjoni tal-ekonomija lokali ta' dik il-gżira, b'kunsiderazzjoni tal-qagħda strutturali, soċjali u ekonomika tagħhomtagħha, biex jiġu limitati xi attivitajiet tas-sajd f'dawk l-ibħra għal bastimenti reġistrati fil-portijiet ta' dik il-gżira. [Em. 5]
(8) Fir-rigward tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi tal-Komunità(7), aspett partikolari tal-Majott hu li l-ebda għan ma ġie stabbilit għall-flotta tagħha skont ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 li jirreferi għall-Programm ta’ Gwida Pluriennali 1997-2002. Mil-lat ta’ konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd, huwa xieraq li tiffriża l-kapaċità tas-sajd tal-flotot fil-livelli attwali, speċjalment għas-segment ta’ bastimenti kbar b’kapaċità kbira tas-sajd. Madankollu, għal bastimenti iżgħar, fid-dawl tal-fatt li Franza ppreżentat lill-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) pjan ta’ żvilupp li jindika l-evoluzzjoni mistennija tal-flotta bbażata fil-Majott, li l-ebda parti kontraenti tal-IOTC, inkluża l-Unjoni, ma oġġezzjonat għalih, huwa xieraq minħabba ċ-ċirkostanzi soċjali u ekonomiċi speċifiċi attwali tal-Majott, li l-għanijiet ta’ dak il-pjan jintużaw bħala livelli ta’ referenza għall-kapaċità tal-flotta rreġistrati fil-portijiet tal-Majott u li jippermettu lil Franza biex tiżdied il-flotta tagħha biex tissodisfa l-objettivi tal-pjan ta’ żvilupp tagħha. [Em. 6]
(9) Fir-rigward ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002(8), (ir-Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali), għandu jiġi nnotat li l-Majott ma għandux kapaċità industrijali għall-ipproċessar ta' prodotti sekondarji tal-annimali. Huwa għalhekk xieraq li jippermetti lil Franza perjodu ta’ ħames snin sabiex tiġi stabbilita l-infrastruttura meħtieġa għall-identifikazzjoni, l-immaniġġar, it-trasport, it-trattament u r-rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali fil-Majott f’konformità sħiħa mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.
(10) Fir-rigward ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006(9) , jidher li Franza mhux se tkun f'pożizzjoni li tkun konformi mal-obbligi kollha tal-Unjoni għas-segment "il-Majott. Speċi pelaġiċi u tal-qiegħ. Tul < 9 m"10 m" tal-flotta tal-Majott sad-data li fiha l-Majott isir reġjun ultraperiferiku. Il-bastimenti ta’ dak is-segment, imxerrdin madwar il-gżira, ma jkollhomx postijiet ta’ nżul speċifiċi u għad iridu jiġu identifikati. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jitħarrġu s-sajjieda u kontrolluri u li jistabbilixxu infrastruttura amministrattiva u fiżika xierqa. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi pprovduta deroga temporanja minn ċerti regoli li jikkonċernaw il-kontroll ta’ bastimenti tas-sajd u l-karatteristiċi tagħhom, l-attivitajiet tagħhom fuq il-baħar, l-apparat tagħhom u l-qabdiet tagħhom fl-istadji kollha mill-bastiment għas-suq fir-rigward ta’ dak is-segment tal-flotta. Madankollu, sabiex tissodisfa mill-anqas xi wħud mill-aktar objettivi importanti tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, Franza għandha tistabbilixxi sistema nazzjonali ta’ kontroll li jippermettilha tikkontrolla u tissorvelja l-attivitajiet ta’ dak is-segment tal-flotta u sabiex tosserva l-obbligi ta’ rappurtar internazzjonali tal-Unjoni. [Em. 7]
(11) Ir-Regolamenti (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 104/2000, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 639/2004, (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1224/2009 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 850/98
Ir-Regolament (KE) Nru 850/98 huwa b’dan emendat kif ġej:
(1) Fl-Artikolu 2(1) il-punt (h) għandu jinbidel b’dan li ġej:"
"(h) Ir-Reġjun 8:
L-ibħra kollha barra mix-xtut tad-dipartimenti Franċiżi ta' Réunion u l-Majott li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' Franza.";
"
(1a) Fl-Artikolu 2, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"
"3a. Il-‘Park Naturali Marittimu tal-Majott’ għandu jfisser iż-żona ekonomika esklużiva (ZEE) tal-Majott (68 381 km2). Fuq l-art, il-Park se jestendi sal-parti ta' fuq tal-bajja, li tikkorrispondi għal-limitu taż-żona pubblika marittima."
"
(2) L-artikolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 34:"
"Artikolu 34a
Restrizzjonijiet fuq attivitajiet tas-sajd fiż-żona ta' 24 mil madwar il-gżira tal-Majott
BastimentiIl-bastimenti għandhom ikunu projbiti milli jużaw xi purse-seines dwargħal ġlejjeb ta' tonn u ta' ħut simili fiż-żona sa 24 mil nawtiku mil-linji ta’ bażi tal-gżira tal-Majott, imkejla mil-linji bażi minn fejn huma mkejla l-ibħra territorjali. [Em. ma jikkonċernawx il-lingwi kollha]
Is-sajd taħt tagħmir f'wiċċ il-baħar biex jinġema l-ħut (FADs) u taħt mammali tal-baħar kbar u klieb il-baħar baliena (FADs naturali) għandu jkun projbit fil-Park Naturali Marittimu kollu tal-Majott. " [Em. 10]
"
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 104/2000
Fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-paragrafu 3:"
"3a. Sas-16Sal-31 ta’ Diċembru 2016 2021, il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal prodotti offruti għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari fil-Majott.” [Em. 11]
"
Artikolu 3
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2371/2002
Ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 huwa b’dan emendat kif ġej:
(1) Fl-Artikolu 15, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"
"5. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, Franza għandha tkun eżentata sal-31 ta’ Diċembru 20162021 mill-obbligu li tinkludi fir-reġistru tagħha ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni dawk il-bastimenti li huma anqas minn disa'10 metri f'tul totali u li joperaw mill-Majott. [Em. 12]
6. Sal-31 ta’ Diċembru 2016 2021, Franza għandha żżomm reġistru provviżorja ta’ bastimenti tas-sajd li huma anqas minn disa'10 metri f'tul totali u li joperaw mill-Majott. Dak ir-reġistru għandu jinkludi, għal kull bastiment, mill-inqas l-isem, it-tul totali tiegħu u kodiċi ta’ identifikazzjoni.” [Em. 13]
"
(2) L-artikolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 18:"
"Artikolu 18a
Il-Majott
B’deroga mill-Artikolu 17, fl-ibħra sa 100 mil nawtiku mil-linji ta’ bażi tal-Majott, u fil-Park Naturali Marittimu tal-Majott kollu, Franza tista’ tadotta l-miżuri ta' konservazzjoni li jkunu kkunsidrati meħtieġa għall-preservazzjoni tar-riżorsi naturali protetti mil-leġiżlazzjoni li tistabbilixxi dak il-park, inklużi miżuri biex tillimita s-sajd għal bastimenti tas-sajd irreġistrati fil-portijiet tal-Majott, jew fir-reġistru tal-bastimenti tal-Unjoni jew f’reġistru provviżorju msemmija fl-Artikolu 15(6), ħlief għal bastimenti tal-Unjoni li, fi żmien sentejn li jippreċedu l-1 ta’ Jannar 2014, jistadu f’dawk l-ilmijiet għal mill-inqas 40 jum sakemm dawn ma jaqbżux l-isforz tas-sajd eżerċitat tradizzjonalment.” [Em. 14]
"
Artikolu 4
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 639/2004
Fir-Regolament (KE) Nru 639/2004, l-artikolu li ġej huwa mdaħħal wara l-Artikolu 1:"
“Artikolu 1a
Flotta tal-Majott
1. B’deroga mill-Artikolu 1(1)(a), il-livelli ta’ referenza għal bastimenti tas-sajd irreġistrati fil-portijiet tal-Majott, jew fir-reġistru tal-bastimenti tal-Unjoni jew f’reġistru provviżorju msemmija fl-Artikolu 15(6) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, għandha tkun il-kapaċità ta’ dik il-flotta fil-31 ta’ Diċembru 2013.
Madankollu, għall-bastimenti tas-sajd li huma bejn tmien metri u 12-il metru f'tul totali u jużaw il-konzijiet u bastimenti tas-sajd li huma anqas minn disa'10 metri tul totali, il-livell ta’ referenza għandu jkun il-kapaċità prevista fil-pjan ta’ żvilupp ppreżentata minn Franza lill-Kummissjoni tat-Tonn tal-Oċean Indjan fis-7 ta’ Jannar 2011. [Em. 15]
2. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, Franza għandha tiġi awtorizzata li tintroduċi kapaċità ġdida fis-segmenti tal-flotta ddefiniti għal bastimenti tas-sajd li huma bejn tmien metri u 12-il metru f'tul totali u jużaw il-konzijiet u bastimenti tas-sajd li huma anqas minn disa'10 metri f'tul totali mingħajr l-irtirar ta’ kapaċità ekwivalenti.” [Em. 16]
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan japplika mill-4 ta’ Marzu 2011.
Madankollu, l-Artikolu 4 għandu japplika b'effett mill-1 ta' Jannar 20192021. Prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati ġġenerati fil-Majott qabel l-1 ta’ Jannar 20192021 għandhom jintremew skont l-Artikolu 19(1)(b). [Em. 17]
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. "
"
Artikolu 6
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1224/2009
Fir-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-artikolu li ġej huwa mdaħħal wara l-Artikolu 2:"
"Artikolu 2a
L-applikazzjoni tas-sistema ta’ kontroll tal-Komunità għal ċerti segmenti tal-flottatad-dipartiment extrakontinentali Franċiżtar-reġjun ultraperiferiku tal-Majott [Em. 18]
1. Sal-31 ta’ Diċembru 20162021, l-Artikolu 5(3) u l-Artikoli 6, 8, 41, 56, minn 58 sa 62, 66, 68 u 109 mhux se japplikaw għal Franza fir-rigward tal-bastimenti tas-sajd li huma inqas minn disa' 10 metri f'tul totali u joperaw mill-Majott, l-attivitajiet tagħhom u l-qbid tagħhom. [Em. 19]
2. Sal-1 ta’ Jannar 2014 2015, Franza għandha tistabilixxi skema nazzjonali ta' kontroll applikabbli għal bastimenti tas-sajd li huma anqas minn disa'10 metri f'tul totali u li joperaw mill-Majott. Dik l-iskema għandha tkun konformi ma’dawn ir-rekwiżiti li ġejjin: [Em. 20]
(a)
awtorità waħda, li tinsab fil-Majott, għandha tikkoordina l-attivitajiet tal-kontroll tal-awtoritajiet lokali kollha;
(b)
il-kontroll, is-spezzjoni u l-infurzar għandhom isiru fuq bażi mhux diskriminatorja;
(c)
l-iskema għandha tiżgura l-kontroll tal-qbid tal-ispeċijiet suġġetti għal ġestjoni taħt il-Kummissjoni tal-Oċean Indjan tat-Tonn u ta’ speċijiet suġġetti għal protezzjoni;
(d)
l-iskema għandha tiżgura l-kontroll tal-aċċess għal ilmijiet madwar il-Majott, b’mod partikolari f’oqsma suġġetti għal restrizzjonijiet tal-aċċess applikabbli għal ċerti segmenti tal-flotta;
(e)
l-iskema għandha tistabbilixxi bħala prijorità l-objettiv ta’ mmappjar tal-attivitajiet tas-sajd madwar il-gżira bil-għan li jitħejjew ir-raġunijiet għal azzjoni mmirata f’termini ta’ kontroll.
3. Sat-30 ta’ Settembru 20142015 Franza għandha tippreżenta lill-Kummissjoni pjan ta’ azzjoni li jistipula l-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 mill-1 ta’ Jannar 20172018 dwar il-bastimenti tas-sajd li huma anqas minn disa'10 metri f'tul totali u joperaw mid-dipartiment Franċiżmir-reġjun ultraperiferiku tal-Majott. Il-pjan ta’ azzjoni għandu jkun is-suġġett ta’ djalogu bejn Franza u l-Kummissjoni. Franza għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex timplimenta dak il-pjan ta’ azzjoni." [Em. 21]
"
Artikolu 7
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. fl-1 ta' Jannar 2014. [Em. 22]
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.