Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/2929(DEA)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B7-0547/2013

Testi mressqa :

B7-0547/2013

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/12/2013 - 12.13
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0592

Testi adottati
PDF 203kWORD 36k
Il-Ħamis, 12 ta' Diċembru 2013 - Strasburgu
Ebda oġġezzjoni għar-regolament ta' delega: Emenda għal-Annessi I, II u IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati
P7_TA(2013)0592B7-0547/2013

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-regolament ta' delega tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ottubru 2013 li jemenda l-Annessi I, II u IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati (C(2013)07167 – 2013/2929(DEA))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-regolament ta' delega tal-Kummissjoni (C(2013)07167),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tal-25 ta' Novembru 2013, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-regolament ta' delega,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data tat-2 ta' Diċembru 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 3(2), 5(3) u 17(2) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 87a(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Kummissjoni enfasizzat il-fatt li huwa essenzjali li l-Parlament jadotta d-deċiżjoni tiegħu qabel is-16 ta' Diċembru 2013, minħabba l-ħtieġa li r-regolament ta' delega jiġi ppubblikat qabel l-1 ta' Jannar 2014, biex ikunu jistgħu jseħħu r-ristabbiliment f'waqtu tal-Mjanmar/Burma u l-inklużjoni tas-Sudan t'Isfel fl-iskema SPĠ;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-regolament ta' delega;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza