Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 11 ta' Ġunju 2013 - Strasburgu
It-68 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti
 Pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet - 1 ***I
 Talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Jacek Olgierd Kurski
 It-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Małgorzata Handzlik
 It-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Alexander Alvaro
 Aġenda ġdida għall-Politika Ewropea tal-Konsumatur
 It-titjib tal-aċċess għall-ġustizzja: l-għajnuna legali f’tilwim ċivili u kummerċjali transkonfinali
 L-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali***II
 Ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar u ikel għal skopijiet mediċi speċjali ***II
 Ir-rekwiżiti minimi tas-saħħa u s-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) ***I
 Pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet - 2 ***I
 Il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus
 L-akkomodazzjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea
 Il-mobilità edukattiva u professjonali tan-nisa fl-UE
 Servizz ta' Pedaġġ Elettroniku u sistema ta' vinjetti għall-vetturi ħfief privati fl-Ewropa

It-68 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti
PDF 319kWORD 29k
Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 lill-Kunsill dwar it-68 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (2013/2034(INI))
P7_TA(2013)0234A7-0202/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikoli 21 u 34 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill magħmula minn Alexander Graf Lambsdorff f'isem il-Grupp ALDE dwar it-68 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (AĠNU) (B7-0083/2013),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/168/PESK tal-21 ta' Marzu 2011 dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2003/444/PESK,

–  wara li kkunsidra l-prijoritajiet tal-UE għas-67 Sessjoni tal-AĠNU, kif adottati mill-Kunsill fit-23 ta' Lulju 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Settembru 2003 intitolata “L-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti: l-għażla tal-multilateraliżmu” (COM(2003)0526),

–  wara li kkunsidra s-67 Sessjoni tal-AĠNU, b'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet ta' dak il-korp dwar “It-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi”(2), “Rieżami komprensiv tal-politika kwadriennali tal-attivitajiet operattivi għall-iżvilupp tas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti”(3), “Libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin”(4), “Il-promozzjoni ta' ordni internazzjonali demokratiku u ekwitabbli”(5), “Tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem”(6), “L-istat tad-dritt fil-livelli nazzjonali u internazzjonali”(7) u “In-nisa, id-diżarm, in-nonproliferazzjoni u l-kontroll tal-armi”(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-AĠNU tat-3 ta' Mejju 2011 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea fix-xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-AĠNU tal-31 ta' Ottubru 2003 li adottat il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni(10),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni Nru 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (KSNU) dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, adottata fil-31 ta' Ottubru 2000,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tan-NU tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-5 ta' Lulju 2012 intitolata “Il-promozzjoni, il-ħarsien u t-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem fl-Internet”, li tirrikonoxxi l-importanza tal-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-moviment liberu tal-informazzjoni online,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar is-67 Sessjoni tal-AĠNU(11),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tat-18 ta' April 2013 dwar il-prinċipju tan-NU tar-responsabbiltà ta' protezzjoni (R2P)(12),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Mejju 2011 dwar l-UE bħala attur globali: ir-rwol tagħha fl-organizzazzjonijiet multilaterali(13),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2011 dwar il-politiki esterni tal-UE favur id-demokratizzazzjoni(14),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Frar 2013 dwar it-22 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti(15),

–  wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni konġunta tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tas-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem lis-67 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, bid-data tat-28 u d-29 ta' Ottubru 2012,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 121(3) u 97 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0202/2013),

A.  billi fid-dawl tal-globalizzazzjoni u l-interkonnessjonijiet dejjem jikbru tal-Istati u s-soċjetajiet hemm ħtieġa u opportunità dejjem jikbru għal regoli u mekkaniżmi deċiżjonali komuni sabiex jiġu indirizzati l-isfidi globali emerġenti b'mod konġunt;

B.  billi l-frammentazzjoni tat-tfassil politiku fil-livell globali, flimkien ma' proliferazzjoni ta' forums internazzjonali u transnazzjonali, qed joħolqu kumplessitajiet ġodda fir-relazzjonijiet internazzjonali;

C.  billi l-UE impenjat ruħha favur multilateraliżmu effikaċi, bis-sistema kollha tan-NU fil-qalba tiegħu bħala organizzazzjoni b’saħħitha; billi n-NU qiegħda fiċ-ċentru tal-governanza globali;

D.  billi sħubija soda u stabbli bejn l-UE u n-NU tifforma bażi importanti u kontribut għax-xogħol tan-NU taħt it-tliet pilastri – paċi u sigurtà, drittijiet tal-bniedem u żvilupp – u billi, f’dan ir-rigward, l-UE trid tissodisfa r-responsabbiltajiet tagħha fis-soluzzjoni komuni tal-isfidi globali;

E.  billi r-rispett, il-promozzjoni u s-salvagwardja tal-universalità u l-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem huma pedamenti tal-azzjoni tal-UE fix-xena internazzjonali; billi d-demokrazija u l-istat tad-dritt huma pilastri tal-paċi sostenibbli, li jiggarantixxu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali;

1.  Jindirizza dawn ir-rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill:

  

L-UE bħala attur globali

   (a) li jiġu żgurati kontinwament il-koerenza u l-viżibilità tal-UE bħala attur globali fin-NU; li tissaħħaħ il-kapaċità tal-UE li taġixxi b’mod ikkoordinat, rapidu u komprensiv fl-arena globali u li tipprovdi riżultati b’mod konsistenti u f’waqtu; li tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tar-riżoluzzjoni tal-AĠNU tat-3 ta’ Mejju 2011 dwar il-parteċipazzjoni tal-UE fix-xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti;
   (b) li jiġi promoss multilateraliżmu effikaċi permezz tat-tisħiħ tar-rappreżentanza, tat-trasparenza, tal-obbligu li tagħti rendikont, tal-effiċjenza u tal-effikaċja tan-NU, bil-għan li jittejjeb ir-rendiment tagħha fuq il-post; biex ifakkar il-ħtieġa li jintlaħaq bilanċ istituzzjonali bejn ir-rwol emerġenti tal-G-20, in-NU u l-aġenziji tagħha kif ukoll l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali;
   (c) li jkun hemm involviment aktar attiv ma’ sħab strateġiċi u sħab bilaterali u multilaterali oħrajn għall-promozzjoni ta’ soluzzjonijiet effikaċi għall-problemi u, meta possibbli, isiru tentattivi ta’ sforzi kollettivi bil-għan li jinkisbu riżultati aħjar;
  

L-UE u l-governanza globali

   (d) li tissaħħaħ il-kooperazzjoni mas-sħab biex in-NU ssir organizzazzjoni aktar effikaċi u magħquda għas-seklu XXI;
   (e) li tiġi promossa riforma komprensiva u kunsenswali tal-KSNU; li tiġi ppreżentata proposta dwar kif jinkiseb, bħala għan ċentrali fit-tul tal-UE, siġġu komuni tal-UE f'KSNU mwessa'; li tittieħed l-inizjattiva biex tiġi żviluppata pożizzjoni komuni tal-Istati Membri tal-UE għal dak il-għan; li jkun hemm promozzjoni ulterjuri tat-trasparenza u koordinament aħjar tal-politiki u l-pożizzjonijiet bejn il-membri tal-UE tal-KSNU; li jiġi żgurat li dawk l-Istati Membri li għandhom siġġu permanenti fil-KSNU jippromwovu l-fehmiet u l-pożizzjonijiet tal-Unjoni bħala l-mezz biex l-UE taġixxi b'mod koordinat fil-KSNU;
   (f) li jibqgħu jsiru sforzi koordinati biex jissaħħu r-rwol u l-awtorità tal-AĠNU u biex jiżdiedu l-effikaċja u l-effiċjenza tagħha, anke permezz tat-titjib tal-metodi ta' ħidma tagħha;
   (g) li jitrawwem involviment aktar istituzzjonalizzat tal-partijiet interessati l-oħra (ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, is-settur akkademiku) fix-xogħol tal-AĠNU; li tissaħħaħ is-sistema tan-NU billi l-ġabra ta' kapaċità esperta ċivili tiġi estiża u approfondita;
   (h) li tiġi promossa l-implimentazzjoni ta’ żvelar obbligatorju pajjiż b’pajjiż tal-pagamenti tal-kumpaniji transnazzjonali, jiġifieri fis-settur bankarju u estrattiv, reġistrati jew elenkati fis-swieq finanzjarji f’ġurisdizzjonijiet nazzjonali tas-sħab;
  

Il-paċi u s-sigurtà

   (i) li tiġi promossa l-inkorporazzjoni ta' perspettiva ta' bini ta' paċi fl-operazzjonijiet għaż-żamma tal-paċi u li jissaħħaħ koordinament eqreb bejn l-operazzjonijiet għaż-żamma tal-paċi u t-Timijiet tal-Pajjiżi tan-NU u l-atturi fil-qasam tal-iżvilupp;
   (j) li jkun hemm kooperazzjoni fit-tisħiħ tar-rwol u l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet reġjonali fiż-żamma tal-paċi, fil-prevenzjoni ta’ konflitti, fil-ġestjoni ta’ kriżijiet ċivili u militari u fir-riżoluzzjoni ta’ konflitti; li jitrawmu missjonijiet ta’ valutazzjoni konġunti u li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u s-sħab tagħha (inklużi l-Unjoni Afrikana u l-organizzazzjonijiet subreġjonali, in-NATO, l-OSKE, l-ASEAN, is-CELAC, il-Lega Għarbija, eċċ.) fil-prevenzjoni ta’ konflitti u fil-pajjiżi li jkunu f’sitwazzjoni ta’ wara konflitt;
   (k) fuq talba, li n-Nazzjonijiet Uniti jiġu pprovduti b’appoġġ mill-gruppi tattiċi tal-UE għall-missjonijiet ta’ tisħiħ tal-paċi u li tiġi żgurata l-kooperazzjoni sħiħa tal-Isttai Membri fl-użu tagħhom għal missjonijiet li jkunu ġew awtorizzati mill-KSNU jew l-AĠNU;
   (l) li jiġi żgurat li l-mandati tal-missjonijiet taż-żamma tal-paċi jirriflettu l-ħtieġa għall-appoġġ ta’ proċessi elettorali, inklużi missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali;
   (m) li ssir ħidma favur l-istabbiliment tar-Responsabbiltà ta’ Protezzjoni (R2P) bħala standard ġdid tad-dritt internazzjonali, fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni li qablu dwaru l-Istati Membri tan-NU fis-Samit Dinji tal-2005;
   (n) li jiġu żgurati l-konsistenza u l-konformità totali mad-dritt umanitarju internazzjonali tal-iżvilupp u l-applikazzjonijiet ulterjuri possibbli tal-prinċipju R2P, waqt li ssir ħidma favur l-universalità tiegħu bħala għodda għad-diplomazija preventiva u bħala mutur għall-iżvilupp tal-bniedem;
   (o) li jingħata segwitu għall-proposti ppreżentati mill-Parlament fir-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill dwar il-prinċipju tan-NU tar-R2P(16), u li ssir ħidma mas-sħab biex jiġi żgurat li l-kunċett ta’ R2P jiffoka fuq il-prevenzjoni, il-protezzjoni u r-rikostruzzjoni wara konflitt li jinvolvi sitwazzjonijiet ta’ tħassib dwar ġenoċidju, tindif etniku, delitti tal-gwerra jew delitti kontra l-umanità, iżda qatt ma jintuża bħala pretest biex jitmexxew interessi partikolari jew nazzjonali, jew dawk ta’ koalizzjonijiet internazzjonali bbażati fuq konsiderazzjonijiet ġeostrateġiċi jew ekonomiċi bil-għan ta’ bidla fir-reġim; li l-Istati jiġu megħjuna fil-kapaċitajiet ta' kostruzzjoni għal dan il-għan;
   (p) li jiġu żviluppati kriterji li għandhom jiġu segwiti fl-implimentazzjoni tal-R2P, b’mod partikolari t-tielet pilastru, li jinkludi l-interventi militari, bħall-proporzjonalità, iċ-ċarezza ex-ante dwar l-objettivi ta’ politika u l-użu ta’ valutazzjonijiet tal-impatt fil-fond;
   (q) li jissaħħaħ ir-rwol tal-UE bħala attur politiku globali billi jkollha rwol attiv fid-diplomazija preventiva;
   (r) li l-partijiet kollha, kemm jekk atturi statali kif ukoll jekk mhux statali direttament jew indirettament involuti f'konflitt armat, jintalbu jirrispettaw bis-sħiħ l-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali, inklużi l-assigurazzjoni tal-ispazju umanitarju u l-iżgurar tal-aċċess bla xkiel għall-għajnuna umanitarja lil dawk fil-bżonn, b'enfasi partikolari fuq il-protezzjoni taċ-ċivili, u li jħeġġu soluzzjoni paċifika u diplomatika għal kull tip ta' konflitt;
   (s) li jiġu appoġġati r-Riżoluzzjonijiet 1325 (2000) u 1820 (2008) tal-KSNU dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà; li tiġi enfasizzata u żgurata l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-proċessi tal-paċi; li tiġi rikonoxxuta l-ħtieġa ta’ integrazzjoni tal-perspettivi dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-prevenzjoni ta’ konflitti, l-operazzjonijiet taż-żamma tal-paċi, l-assistenza umanitarja u r-rikostruzzjoni ta’ wara konflitt;
   (t) li jkun hemm kooperazzjoni man-NU biex jiġu indirizzati t-theddidiet ta’ sigurtà globali bħall-proliferazzjoni tal-armi nukleari, il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu; li jiżdiedu l-isforzi biex jiġu konklużi n-negozjati dwar konvenzjoni komprensiva dwar it-terroriżmu internazzjonali;
   (u) li jkun hemm kooperazzjoni mas-sħab multilaterali u bilaterali favur iż-żieda ta’ pressjoni aktar robusta u effikaċi sabiex il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-vjolenza fis-Sirja jintemmu minnufih; li, flimkien mas-sħab, speċjalment l-Istati Uniti, it-Turkija u l-Lega ta' Stati Għarab, jiġu esplorati l-alternattivi kollha fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-prinċipju R2P għall-assistenza tal-poplu Sirjan u biex jintemm it-tixrid ta' demm; li titqiegħed pressjoni fuq il-Gvern Sirjan u fuq dawk kollha involuti fil-kriżi biex jirrispettaw bis-sħiħ id-dritt umanitarju internazzjonali u biex jippermettu forniment ta’ malajr ta' assistenza umanitarja transkonfinali, servizzi pubbliċi bażiċi kif ukoll aċċess sħiħ għall-organizzazzjonijiet umanitarji; li s-sħab internazzjonali jiġu mistiedna jonoraw l-impenji finanzjarji tagħhom fir-rigward tal-għoti ta' għajnuna lir-rifuġjati Sirjani, biex b'hekk il-UNHCR u organizzazzjonijiet oħra jkunu jistgħu jipprovdu l-għajnuna meħtieġa; li jiġu esplorati flimkien mas-sħab modi kif jiġu minimizzati l-impatti tal-kriżi fis-Sirja fuq il-pajjiżi tal-viċinat;
   (v) li jiġu promossi, b'konformità mar-riżoluzzjonijiet relevanti tal-KSNU, l-isforzi tar-reġjun u tal-komunità internazzjonali biex tinstab soluzzjoni politika għall-konflitt fil-Mali u titħeġġeġ tranżizzjoni demokratika bil-konsolidament tal-istituzzjonijiet ta' tranżizzjoni, filwaqt li jiġu promossi – inter alia permezz tal-medjazzjoni – djalogu u rikonċiljazzjoni nazzjonali inklużivi, kif ukoll elezzjonijiet liberi, ġusti u trasparenti; li jiġu appoġġati wkoll l-inizjattivi għall-integrità territorjali tal-Mali u s-sigurtà tal-popolazzjoni tal-pajjiż; li tiġi enfasizzata l-importanza taż-żamma tal-istabilità fir-reġjun tas-Saħel u tal-prevenzjoni ta' impatt negattiv fuq l-istabilità tal-pajjiżi ġirien tal-Mali; li l-azzjonijiet tagħha jiġu kkoordinati mill-qrib mas-sħab reġjonali u internazzjonali, inklużi l-Unjoni Afrikana u l-ECOWAS; li jingħata appoġġ għal, u li l-Istati Membri tal-UE jiġu mħeġġa jipparteċipaw fi, missjoni ta' żamma tal-paċi mmexxija min-NU u kompitu li jiġu pprovdut taħriġ militari lill-forzi armati tal-Mali fi ħdan l-EUTM Mali; li tibqa' tingħata għajnuna lill-MISMA (Mission Internationale de Soutien au Mali);
   (w) li jintlaqa' t-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ATT) adottat mill-AĠNU fit-2 ta' April 2013, li se japplika għal firxa wiesgħa ta' armi, inkluż il-munizzjon; li jiġu promossi attivament l-iffirmar rapidu, ir-ratifika rapida u l-implimentazjzoni effettiva u universali tal-ATT mill-istati membri kollha tan-NU, inklużi l-pajjiżi li huma l-akbar produtturi ta' armi fid-dinja; li jiġu mmexxija sforzi bl-għan li jiġu stabbiliti l-ogħla standards komuni, anke fir-rigward tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi benefiċjarji, għar-regolamentazzjoni tal-kummerċ internazjzonali fl-armi u l-ġlieda kontra t-trafikar illeċitu, biex b'hekk jiġi evitat il-konflitt, jitnaqqsu t-tbatija umana u l-korruzzjoni, u jingħata kontribut għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali;
   (x) li jiżdiedu l-isforzi tagħha favur impenji multilaterali biex jitnaqqas in-numru ta’ armi nukleari;
  

Id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt

   (y) li jissaħħu l-isforzi internazzjonali bl-għan li jiġi żgurat li d-drittijiet tal-bniedem kollha miftiehma taħt il-konvenzjonijiet tan-NU jitqiesu bħala universali, indiviżibbli, interdipendenti u interrelatati u li qed jiġi infurzat ir-rispett tagħhom; li jkun hemm oppożizzjoni għal tentattiv biex jiddgħajjef id-dritt umanitarju fil-ġlieda kontra t-terroriżmu; li tiġi promossa l-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-libertajiet diġitali, u l-libertajiet bażiċi f’kull aspett tal-ħidma tan-NU;
   (z) li jsiru tentattivi biex jissaħħaħ il-proċess tal-Eżami Perjodiku Universali (EPU) permezz tal-inkorporazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet fi djalogi bilaterali u multilaterali mal-Istati Membri tan-NU, b’mod partikolari fid-djalogi tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem; li jiġi ffaċilitat ambjent li jippermetti lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi jipprovdu l-kontribut tagħhom fid-diversi stadji tal-EPU;
   (aa) li jiġu miġġielda l-intolleranza, l-isterjotipar negattiv, l-istigmatizzazzjoni, id-diskriminazzjoni u l-inċitament għall-vjolenza; li tiġi rikonoxxuta bi tħassib kbir il-vjolenza li qed tikber kontra l-membri ta' komunitajiet reliġjużi u ta' tip ieħor f'bosta nħawi tad-dinja;
   (ab) li jiġu indirizzati restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-istampa u l-midja fid-dinja kollha; li tiġi miġġielda l-vjolenza kontra l-ġurnalisti u l-bloggers; li tiġi salvagwardjata u promossa l-libertà tal-espressjoni, kemm online kif ukoll offline;
   (ac) li jiżdied l-appoġġ universali għall-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) u li ssir ħidma favur it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' ħidma tal-QKI sabiex titnaqqas l-impunità għal delitti kontra l-umanità;
   (ad) li jiġi promoss l-impenn favur ordni internazzjonali bbażat fuq l-istat tad-dritt bħala essenzjali għall-koeżistenza paċifika tal-istati u għall-bini ta' stati aktar reżiljenti u ta' paċi sostenibbli; li jitfakkar f’dan ir-rigward li l-appoġġ għad-demokrazija u r-rispett għall-istat tad-dritt huma interkonnessi u għandhom jiġu promossi bħala tali bħala objettiv tal-politika barranija tal-UE;
   (ae) li jissaħħaħ l-appoġġ għall-istati, fuq talba tagħhom, fl-implimentazzjoni domestika tal-obbligi internazzjonali rispettivi tagħhom permezz ta' assistenza teknika msaħħa, kif ukoll tal-bini tal-istituzzjonijiet u tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet;
   (af) li jingħata segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tad-dikjarazzjoni politika adottata fil-Laqgħa ta’ Livell Għoli dwar l-Istat tad-Dritt f’Settembru 2012; li jingħata appoġġ għall-istabbiliment ta’ punt fokali globali konġunt għall-istat tad-dritt; li jingħata appoġġ sħiħ għar-rwol tal-Grupp għall-Koordinament u r-Riżorsi fil-qasam tal-Istat tad-Dritt fil-koordinament u l-koerenza fuq livell ġenerali, anke sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni bejn is-servizzi (id-Dipartiment għall-Affarijiet Politiċi, il-Programm ta' Żvilupp tan-NU, eċċ.);
   (ag) li jitfakkar li l-korruzzjoni hija ksur tad-drittijiet tal-bniedem u li l-Unjoni Ewropea talbet kompetenza esklussiva għall-firma tal-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni; li l-VP/RGħ tintalab tippreżenta Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra l-korruzzjoni biex jiġu mmoniterjati b’mod effettiv ir-rakkomandazzjonijiet tal-Konvezjoni pereżempju permezz ta' obbligu min-naħa tal-Istati Membri li jippubblikaw u jxerrdu informazzjoni dwar il-korruzzjoni; li jiġu stabbiliti kanali biex dan il-ksur jiġi rrappurtat, qafas legali għall-protezzjoni tax-xhieda u mezz biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili;
  

L-iżvilupp sostenibbli

   (ah) li jingħata kontribut għat-tisħiħ tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp u għal sforzi determinati biex jiġi miġġieled il-faqar, u għat-titjib tal-effikaċja tal-għajnuna għall-iżvilupp, billi dawn jibqgħu kwistjonijiet kruċjali biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDGs);
   (ai) li jiġu inkorporati fl-istrateġiji ta' żvilupp il-valutazzjoni u l-ġestjoni tat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri sabiex jiġu ssalvagwardjati l-ħajjiet u l-mezzi ta' għajxien tal-popolazzjonijiet;
   (aj) li tittejjeb ir-rabta bejn l-għajnuna, ir-riabilitazzjoni, it-tnaqqis tar-riskju ta' diżastru u l-iżvilupp u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni bejn l-atturi umanitarji u dawk tal-iżvilupp biex b'hekk tiġi żgurata l-kontinwità tal-għajnuna u tissawwar ir-reżiljenza, fatturi li l-bżonn tagħhom huwa enfasizzat fid-dawl tal-kriżijiet rikorrenti tal-ikel fir-reġjun tas-Saħel u l-Qarn tal-Afrika;
   (ak) li ssir ħidma favur l-implimentazzjoni sħiħa tal-eżitu tal-Konferenza Rio+20, inter alia permezz tal-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli bħala l-prinċipju ta' gwida għall-iżvilupp globali fuq żmien twil; li jiġi onorat l-impenn internazzjonali tal-UE u tal-Istati Membri, irrispettivament mill-impatt tal-kriżi finanzjarja u ekonomika fuq l-UE 27, li jallokaw 0.7 % tal-PDG għall-għajnuna għall-iżvilupp;
   (al) li jkun hemm kooperazzjoni biex il-Forum Politiku ta' Livell Għoli għall-Iżvilupp Sostenibbli jsir operattiv fiż-żmien ippjanat sabiex jikkoordina l-monitoraġġ u l-valutazzjoni li qed isiru tal-progress lejn l-għanijiet iddikjarati;
   (am) li jiġi promoss l-aċċess universali għall-ilma u servizzi tal-enerġija bi prezz li jista' jintlaħaq u sostenibbli, billi dawn huma xpruni ewlenin għall-qerda tal-faqar u għat-tkabbir inklużiv;
   (an) li ssir ħidma favur l-Aġenda tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju għal wara l-2015 b'mod koerenti u kkoordinat; li jiġi nnegozjat sett wieħed ta' għanijiet għall-iżvilupp sostenibbli li jkollhom ambitu globali u li jkunu orjentati lejn l-azzjoni, jistgħu jitkejlu, limitati biż-żmien u faċli biex jiġu kkomunikati; li l-mira tiġi ffukata fuq għanijiet li jinkorporaw is-sostenibilità, l-ekwità u l-governanza;
   (ao) li jingħata appoġġ għall-inizjattiva tal-President tal-AĠNU li jippreżenta lis-soċjetà ċivili aġenda għall-iżvilupp wara l-2015 bl-organizzazzjoni ta’ avveniment speċjali dwar l-ilħuq tal-MDGs, li għandu jsir matul it-68 sessjoni tal-AĠNU fl-2013, bħala punt importanti ta' konsultazzjoni tas-soċjetà ċivili, billi dan l-avveniment jista’ jservi biex jgħaqqad l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) u l-proċess ta’ żvilupp wara l-2015 f’“binarju komuni”;
   (ap) li jiġi rikjest li l-qafas ġdid ta' kooperazzjoni għal wara l-2015 jiġi akkumpanjat minn Aġenda ta' Finanzjament prevedibbli u realistika, abbażi tal-objettivi miftehma;
  

Il-kooperazzjoni globali bejn parlamenti

   (aq) li tiġi promossa interazzjoni dwar kwistjonijiet globali bejn gvernijiet u parlamenti; li tissaħħaħ il-governanza globali u li tiġi prevista aktar parteċipazzjoni pubblika u parlamentari fl-attivitajiet tan-NU;
  

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

   (ar) li jittejjeb is-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Parlament, anke billi s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jiġi mistieden jirrapporta kull sena dwar l-eżitu tas-sessjoni tal-AĠNU;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea / lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kummissjoni.

(1) Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 9820/1/12.
(2) Ir-Riżoluzzjoni A/RES/67/234 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.
(3) Ir-Riżoluzzjoni A/RES/67/226 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.
(4) Ir-Riżoluzzjoni A/RES/67/179 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.
(5) Ir-Riżoluzzjoni A/RES/67/175 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.
(6) Ir-Riżoluzzjoni A/RES/67/169 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.
(7) Ir-Riżoluzzjoni A/RES/67/97 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.
(8) Ir-Riżoluzzjoni A/RES/67/48 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.
(9) Ir-Riżoluzzjoni A/RES/65/276 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.
(10) Ir-Riżoluzzjoni A/RES/58/4 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.
(11) Testi adottati, P7_TA(2012)0240.
(12) Testi adottati, P7_TA(2013)0180.
(13) Testi adottati, P7_TA(2011)0229.
(14) Testi adottati, P7_TA(2011)0334.
(15) Testi adottati, P7_TA(2013)0055.
(16) Testi adottati, P7_TA(2013)0180.


Pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet - 1 ***I
PDF 422kWORD 29k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (COM(2012)0021 – C7-0042/2012 – 2012/0013(COD))
P7_TA(2013)0235A7-0141/2013

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0042/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7–0141/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta’ Ġunju 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

P7_TC1-COD(2012)0013


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(2),

Billi:

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2004(3) jagħti s-setgħa lill-Kunsill jissorvelja u jirrevedi r-rati massimi ta’ mortalità mis-sajd u l-livelli relatati tal-bijomassa tal-istokkijiet riproduttivi [l-istokkijiet li jbidu] speċifikati fih. [Em. 1]

[Em. 2]

(3)  Sabiex jiġu emendati jew issupplimentati elementi mhux essenzjali tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ dan li ġej:

   bidliet fil-valuri stabbiliti tar-rati massimi ta’ mortalità mis-sajd u tal-livelli relatati tal-bijomassa tal-istokkijiet riproduttivi [l-istokkijiet li jbidu], meta tkun intlaħqet ir-rata ta' mortalità mis-sajd fil-mira;
   ir-regoli dwar l-aġġustament tal-isforz tas-sajd meta grupp ta’ bastimenti jiġi eskluż mir-reġim tal-isforz jew jerġa' jiddaħħal fih;
   ir-regoli dwar il-metodu għall-kalkolu tal-kapaċità tas-sajd imsemmi fl-Artikolu 14(3) u l-aġġustament tal-livelli massimi tal-kapaċità minħabba t-twaqqif permanenti tal-attivitajiet tas-sajd u t-trasferimenti tal-kapaċità;
   ir-regoli dwar il-metodu għall-kalkolu tal-adattament tal-isforz tas-sajd massimu permissibbli b’rabta mal-ġestjoni tal-kwoti;
   ir-regoli dwar il-metodu għall-kalkolu tal-adattament tal-isforz tas-sajd massimu permissibbli wara t-trasferiment ta’ sforz fost il-gruppi tal-isforz;
   bidliet fil-kompożizzjoni taż-żoni ġeografiċi u tal-gruppi ta’ rkaptu stabbiliti fl-Anness I.

(4)  Huwa importanti ferm li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Waqt it-tħejjija u t-tfassil tal-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

[Em. 3]

(6)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni għar-regoli ddettaljati dwar il-proċedura u l-format għat-trażmissjoni lill-Kummissjoni tat-tagħrif mitlub skont dan ir-Regolament u dwar il-format tal-permess speċjali tas-sajd u tal-lista tal-bastimenti li għandhom it-tali permess speċjali. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni(4).

[Em. 4]

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

(-1)  Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej:"

6.   Fejn l-istokk tal-merluzz imsemmi fil-paragrafu 1 ikun ġie sfruttat f'rata ta' mortalità mis-sajd qrib 0,4 matul tliet snin suċċessivi, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Fejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti xierqa, għall-adozzjoni skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, għall-emendar tal-pjan għal perjodu fit-tul, sabiex jiġi żgurat sfruttament fir-rendiment sostenibbli massimu.‘[Em. 5]

(1)  Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1jinbidel b’dan li ġej:

‘1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 31a filwaqt li tiffissa valuri ġodda stabbiliti fl-Artikolu 5(2), l-Artikolu  6 u l-Artikolu 7(2), meta tkun intlaħqet ir-rata ta’ mortalità mis-sajd fil-mira stipulata fl-Artikolu 5(2), jew jekk il-Kummissjoni, abbażi ta' parir mill-STECF jew, fejn xieraq, dejta xjentifika oħra u wara konsultazzjoni sħiħa mal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali rilevanti, issib li dik il-mira, jew il-livelli minimi u ta' prekawzjoni ta' bijomassa riproduttiva stabbiliti fl-Artikolu 6, jew il-livelli tar-rati ta’ mortalità mis-sajd mogħtija fl-Artikolu 7(2), m’għadhomx xierqa biex jinżamm f’livell baxx ir-riskju li l-istokkijiet jiġu eżawriti u biex jibqa' jkun hemm rendiment massimu sostenibbli.‘. [Em. 6]

(2)  L-Artikolu 11 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

‘3.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu, ta’ kull sena, lill-Kummissjoni t-tagħrif ix-xieraq biex jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet ta' hawn fuq intlaħqu u għadhom qed jintlaħqu.

"

(b)  Għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

4.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 31a biex tistipula regoli dwar l-aġġustament tal-isforz tas-sajd f’każ li grupp ta’ bastimenti jiġi eskluż mir-reġim tal-isforz jew jerġa’ jiddaħħal fih skont l-Artikolu 11(2), u f’każ li bastiment ma jibqax jilħaq ir-rekwiżiti speċifikati fid-deċiżjoni dwar l-esklużjoni.

5.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli ddettaljati dwar il-proċedura u l-format għat-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 11(3)., Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 32(2).

"

(2a)  Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 7 jinbidel b'dan li ġej:"

7.   Il-Kummissjoni għandha titlob lill-STECF sabiex kull sena jqabbel it-tnaqqis fil-mortalità tal-merluzz li tkun tirriżulta mill-applikazzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 2 mat-tnaqqis li jkun mistenni li jseħħ bħala riżultat tal-aġġustament tal-isforz imsemmi fl-Artikolu 12(4). Fid-dawl ta' dan il-parir, il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, tagħmel proposti xierqa għall-aġġustament għall-isforz tas-sajd li jista' jiġi applikat għall-gruppi rilevanti ta' rkaptu s-sena ta' wara.‘[Em. 7]

(3)  Fl-Artikolu 14 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

‘5.  L-Istati Membri għandhom iżommu lill-Kummissjoni infurmata dwar il-bażi għall-kalkolu tal-kapaċità massima tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 3, kif ukoll dwar kull aġġustament li jsir minħabba t-twaqqif permanenti tal-attivitajiet tas-sajd u t-trasferimenti tal-kapaċità skont l-Artikolu 16(3).

"

(4)  Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

Artikolu 14a

Is-setgħat tal-Kummissjoni

1.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 31a biex tispeċifika r-regoli dwar il-metodu għall-kalkolu tal-kapaċità tas-sajd imsemmi fl-Artikolu 14(3) u l-aġġustament tal-livelli massimi tal-kapaċità minħabba t-twaqqif permanenti tal-attivitajiet tas-sajd u t-trasferimenti tal-kapaċità skont l-Artikolu 16(3).

2.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli ddettaljati dwar li ġej:

   (a) il-format tal-permess speċjali tas-sajd imsemmi fl-Artikolu 14(2) u l-proċeduri biex l-Istati Membri jqiegħdu għad-dispożizzjoni l-lista tal-bastimenti li għandhom dak il-permess speċjali kif imsemmi fl-Artikolu 14(4);
   (b) il-proċedura u l-format għat-trażmissjoni lill-Kummissjoni tat-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 14(5).

"

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 32(2).

(5)  Fl-Artikolu 16 għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

4.  L-Istati Membri għandhom iżommu lill-Kummissjoni infurmata dwar kull adattament tal-isforz magħmul skont dan l-Artikolu.

5.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 31a biex tistipula regoli dwar il-metodu ta’ kalkolu li jippermetti lill-Istati Membri jadattaw l-isforz tas-sajd massimu permissibbli b’rabta mal-ġestjoni tal-kwoti.

6.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli ddettaljati dwar il-proċedura u l-format għat-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4., Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 32(2).

"

(6)  Fl-Artikolu 17 għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

6.  L-Istati Membri għandhom iżommu lill-Kummissjoni infurmata dwar kull adattament tal-isforz magħmul skont dan l-Artikolu.

7.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 31a biex tistipula regoli dwar il-metodu ta’ kalkolu li jippermetti lill-Istati Membri jadattaw l-isforz tas-sajd massimu permissibbli wara t-trasferiment ta’ sforz fost il-gruppi tal-isforz.

8.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli ddettaljati dwar il-proċedura u l-format għat-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 32(2).

"

(7)  L-Artikolu 30 jinbidel b’dan li ġej:"

Artikolu 30

Il-proċedura għat-teħid ta’ deċiżjonijiet

Fejn dan ir-Regolament jipprovdi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet mill-Kunsill, il-Kunsill għandu jaġixxi skont it-Trattat.

"

(8)  Fl-Artikolu 31, il-frażi ta’ introduzzjoni tinbidel b’dan li ġej:"

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 31a biex temenda l-Anness I għal dan ir-Regolament abbażi tal-prinċipji li ġejjin:

"

(9)  Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

Artikolu 31a

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa li tadotta atti ddelegati qiegħda tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 10(1), fl-Artikolu 11(4), fl-Artikolu 14a(1), fl-Artikolu 16(5), fl-Artikolu 17(7) u fl-Artikolu 31 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' tliet snin minn ...(5). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħat sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' tliet snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża taċitament għal perjodi ta' żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. [Em. 8]

3.  Id-delega tas-setgħa imsemmija fl-Artikoli 10(1), Artikolu 11(4), Artikolu 14a(1), Artikolu 16(5), Artikolu 17(7) u Artikolu 31 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni biex issir revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Tali deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar 'il quddiem speċifikata fiha. M'għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att iddelegat adottat skont  l-Artikolu 10(1), l-Artikolu 11(4), l-Artikolu 14a(1), l-Artikolu 16(5), l-Artikolu 17(7) jew l-Artikolu 31 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk. qabel ma jagħlaq dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

"

(10)  L-Artikolu 32 jinbidel b’dan li ġej:"

Artikolu 32

Il-proċedura tal-kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura mwaqqaf bl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. Dan il-Kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni*.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

"

* ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.’

(11)  L-Artikolu 34 jinbidel b’dan li ġej:"

‘Artikolu 34

Reviżjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' parir mill-STECF u wara konsultazzjoni mal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali rilevanti, tevalwa l-impatt tal-miżuri ta' ġestjoni fuq l-istokkijiet ta' merluzz ikkonċernati u fuq is-sajd għal dawk l-istokkijiet, mhux aktar tard mit-tielet sena ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u mbagħad kull tielet sena suċċessiva ta' applikazzjoni tiegħu. Fejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti xierqa, għall-adozzjoni skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, għall-emendar tal-pjan fit-tul.

2.  Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-delega tas-setgħa prevista f'dan ir-Regolament.‘[Em. 11]

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

"

Magħmul fi …

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President

(1) ĠU C 181, 21.6.2012, p. 204.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Ġunju 2013.
(3) ĠU L 348, 24.12.2008, p. 20.
(4) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(5)+ Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.


Talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Jacek Olgierd Kurski
PDF 285kWORD 23k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Jacek Olgierd Kurski (2013/2019(IMM))
P7_TA(2013)0236A7-0187/2013

Il-Parlament Ewropew

–  wara li kkunsidra t-taba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Jacek Olgierd Kurski, li tressqet fis-16 ta' Jannar 2013 mill-Prosekutur Pubbliku Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja, b'rabta ma' talba tat-2 ta' Jannar 2013 mill-Kap tal-Uffiċċju għall-Prevenzjoni tal-Kwartieri Ġenerali Nazzjonali tal-Pulizija, f'isem l-awtorità tal-Kap Spettur tal-Pulizija, u mħabbra fil-plenarja fl-4 ta' Frar 2013,

–  wara li sema' lil Jacek Olgierd Kurski bi qbil mal-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta’ Settembru 1976,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986, tal-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, tad-19 ta' Marzu 2010 u tas-6 ta' Settembru 2011(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja u l-Artikoli 7, 7b(1) u 7c, flimkien mal-Artikolu 10b, tal-Att Pollakk tad-9 ta' Mejju 1996 dwar it-twettiq tal-mandat ta' deputat jew senatur,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 6(2) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0187/2013),

A.  billi l-Prosekutur Pubbliku Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja talab it-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Membru tal-Parlament Ewropew, Jacek Olgierd Kurski, b'rabta mal-possibilità ta' azzjoni legali fir-rigward ta' offiża allegata;

B.  billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu fit-territorju tal-Istat tagħhom stess l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament ta' pajjiżhom;

C.  billi l-Artikolu 105(2) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja jgħid illi, matul it-terminu parlamentari, Membri tal-Parlament ma jistgħux jiġu soġġetti għal responsabilità kriminali mingħajr ma qabel tittneħħielhom l-immunità mill-Parlament;

D.  billi Jacek Olgierd Kurski huwa akkużat minn reat relatat mat-traffiku skont l-Artikolu 92(1) tal-Att tal-20 ta' Mejju 1971 li jistabbilixxi Kodiċi ta' Reati (Ġurnal Pollakk tal-Liġijiet 2010 Nru 46, partita 275, kif emendat);

E.  billi l-azzjoni allegata m'hijiex marbuta b'mod dirett u ovvju mat-twettiq min-naħa ta' Jacek Olgierd Kurski tad-dmirijiet tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew u lanqas ma tikkostitwixxix opinjonijiet espressi jew voti fil-kuntest tat-twettiq ta' dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

F.  billi huwa ċar li l-akkuża bl-ebda mod mhi relatata mal-pożizzjoni ta' Jacek Olgierd Kurski bħala Membru tal-Parlament Ewropew;

G.  billi mhemm l-ebda raġuni biex wieħed jissospetta l-eżistenza ta' fumus persecutionis;

1.  Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Jacek Olgierd Kurski;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat kompetenti tiegħu minnufih lill-Prosekutur Pubbliku Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja u lil Jacek Olgierd Kurski.

(1) Sentenza tat-12 ta' Mejju 1964 fil-Kawża 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier [1964] ECR 195; sentenza tal-10 ta' Lulju 1986 fil-Kawża 149/85 Wybot v Faure u oħrajn [1986] ECR 2391; sentenza tal-15 ta' Ottubru 2008 fil-Kawża T-345/05 Mote v Parlament [2008] ECR II-2849; sentenza tal-21 ta' Ottubru 2008 fil-Kawżi konġunti C-200/07 u C-201/07 Marra v De Gregorio u Clemente [2008] ECR I-7929, sentenza tad-19 ta' Marzu 2010 fil-Kawża T-42/06 Gollnisch v Parlament, [2010] ECR II-1135, sentenza tas-6 ta' Settembru 2011 fil-Kawża C-163/10 Patriciello (pubblikazzjoni pendenti fl-ECR).


It-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Małgorzata Handzlik
PDF 286kWORD 21k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Małgorzata Handzlik (2012/2238(IMM))
P7_TA(2013)0237A7-0195/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Małgorzata Handzlik, imressqa fit-3 ta’ Lulju 2012 mill-Prosekutur Pubbliku tar-Repubblika Pollakka b’rabta mal-investigazzjoni VI DS 312/10 tal-Uffiċċju tal-Prosekutur tad-Distrett ta’ Varsavja u mħabbra fis-seduta plenarja fl-10 ta’ Settembru 2012,

–  wara li sema' lil Małgorzata Handzlik skont l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li sema' wkoll lil Giovanni Kessler, Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, u lil Roger Vanhaeren, Direttur Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Mejju 1964, tal-10 ta’ Lulju 1986, il-15 u l-21 ta’ Ottubru 2008, id-19 ta’ Marzu 2010 u s-6 ta’ Settembru 2011(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 6(2) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0195/2013),

A.  billi l-Prosekutur Pubbliku tar-Repubblika Pollakka talab it-tneħħija tal-immunità parlamentari ta’ Membru tal-Parlament Ewropew, Małgorzata Handzlik, b’rabta ma' investigazzjoni u azzjoni legali possibbli rigward reat allegat;

B.  billi skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-Parlament ta’ dak l-Istat;

C.  billi l-Artikolu 105(2) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Pollakka tipprevedi li l-Membri tal-Parlament jistgħu jiġu proċessati biss bil-kunsens tal-Parlament;

D.  billi t-talba tal-Prosekutur Pubbliku tirrelata ma’ proċedimenti li jirrigwardaw allegat reat taħt l-Kodiċi Kriminali Pollakka tas-6 ta’ Ġunju 1997;

E.  billi l-allegazzjoni sustantiva hi relatata mal-attentat ta’ ksur tal-Artikoli 270(1) u 286(1) ta’ dak il-kodiċi, li tirrigwarda l-frodi u l-użu ta’ dokumenti foloz rispettivament;

F.  billi Małgorzata Handzlik fil-fatt qed tiġi akkużata li ppruvat twettaq frodi kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi allegatament ippreżentat dokumenti falsifikati bl-għan li tikseb rimborż għall-ispejjeż tal-attendenza ta’ kors tal-lingwa meta fil-fatt ma attendietx l-imsemmi kors;

G.  billi l-azzjonijiet allegati ma jikkostitwixxux opinjonijiet espressi jew voti mitfugħa fit-twettiq tad-dmirijiet tal-Membru tal-Parlament Ewropew fit-tifsira tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

H.  billi, madankollu, minħabba ċ-ċirkustanzi li fihom ġie trattat il-każ kontra Małgorzata Handzlik mid-diversi awtoritajiet konċernati u l-istatus u l-provenjenza inċerta tal-evidenza, jeżistu dubji serji dwar din il-proċedura;

I.  billi donnu li dan hu każ fejn wieħed jista’ jassumi fumus persecutionis;

J.  billi għaldaqstant l-immunità tas-Sa Małgorzata Handzlik m’għandhiex titneħħa;

1.  Jiddeċiedi li ma jneħħix l-immunità ta' Małgorzata Handzlik;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Pollakka u lil Małgorzata Handzlik.

(1) Sentenza tat-12 ta' Mejju 1964 fil-Kawża 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier [1964] ECR 195; sentenza tal-10 ta' Lulju 1986 fil-Kawża 149/85 Wybot v Faure u oħrajn [1986] ECR 2391; sentenza tal-15 ta' Ottubru 2008 fil-Kawża T-345/05 Mote v Parlament [2008] ECR II-2849; sentenza tal-21 ta' Ottubru 2008 fil-Kawżi konġunti C-200/07 u C-201/07 Marra v De Gregorio u Clemente [2008] ECR I-7929, sentenza tad-19 ta' Marzu 2010 fil-Kawża T-42/06 Gollnisch v Parlament, [2010] ECR II-1135, sentenza tas-6 ta' Settembru 2011 fil-Kawża C-163/10 Patriciello (pubblikazzjoni pendenti fl-ECR).


It-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Alexander Alvaro
PDF 199kWORD 19k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Alexander Alvaro (2013/2106(IMM))
P7_TA(2013)0238A7-0188/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Alexander Alvaro, imressqa fit-8 ta’ Mejju 2013 mill-Ministeru tal-Ġustizzja Federali Ġermaniż, b’rabta mal-proċediment pendenti quddiem il-Kap Prosekutur Pubbliku ta’ Cologne (Ġermanja), u mħabbra fis-seduta plenarja tat-23 ta’ Mejju 2013,

–  wara li kkunsidra li Alexander Alvaro ngħata l-opportunità li jinstema’ skont l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 46 tal-Liġi Bażika Ġermaniża (Grundgesetz),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 6(2) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0188/2013),

A.  billi l-Kap Prosekutur Pubbliku ta’ Cologne (Ġermanja) talab li titneħħa l-immunità parlamentari ta’ Alexander Alvaro, Membru u Viċi President tal-Parlament Ewropew, b’rabta mal-ftuħ ta’ proċedimenti investigattivi rigward reat allegat;

B.  billi t-talba mill-Kap Prosekutur Pubbliku hija marbuta mal-investigazzjonijiet f’inċidenti tat-traffiku serju li fih kien involut Alexander Alvaro;

C.  billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri jgawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament ta' pajjiżhom;

D.  billi, skont l-Artikolu 46(2) tal-Liġi Bażika Ġermaniża (Grundgesetz), Membru ma jistax jinżamm responsabbli ta’ reat kastigabbli mingħajr il-permess tal-Parlament sakemm ma jinqabadx fil-fatt iwettaq ir-reat jew inkella l-għada;

E.  billi, konsegwentement, il-Parlament jista’ jneħħi l-immunità parlamentari ta’ Alexander Alvaro jekk il-proċedimenti kontrih għandhom isiru;

F.  billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 46(2) tal-Grundgesetz Ġermaniża ma jipprekludux it-tneħħija tal-immunità ta’ Alexander Alvaro;

G.  billi għaldaqstant ikun tajjeb li fil-każ ikkonċernat, l-immunità parlamentari titneħħa;

1.  Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Alexander Alvaro;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lil Alexander Alvaro.


Aġenda ġdida għall-Politika Ewropea tal-Konsumatur
PDF 357kWORD 42k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar aġenda ġdida għall-Politika Ewropea tal-Konsumatur (2012/2133(INI))
P7_TA(2013)0239A7-0163/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li l-istess drittijiet jiġu inkorporati magħha permezz tal-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (Trattat UE), u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tal-Karta li jistipula li l-politiki tal-Unjoni għandhom jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 26 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jistipula li “s-suq intern għandu jikkomprendi arja bla fruntieri interni, li fiha l-moviment liberu ta' merkanzija, persuni, servizzi u kapital huwa żgurat skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattati”,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3(3) tat-TUE, li jorbot l-Unjoni biex taħdem għal “ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna, intiża li twassal għal livell massimu ta' impjieg u progress soċjali, u livell għoli ta' protezzjoni u ta' titjib tal-kwalità tal-ambjent”,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tat-TFUE, li jistipula li “fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandha tieħu kont tal-ħtiġijiet marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjieg, mal-garanzija ta' protezzjoni soċjali xierqa, mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali kif ukoll ma' livell għoli ta' edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem”,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tat-TFUE, li jistipula li “l-ħtiġijiet għall-ħarsien tal-ambjent għandhom ikunu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet tal-Unjoni, partikolarment bil-għan li jinkoraġġixxu żvilupp sostenibbli”,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 12 tat-TFUE, li jistipula li “fid-definizzjoni u l-implementazzjoni ta' politika u attivitajiet oħra tal-Unjoni għandu jingħata kont tal-ħtiġijiet tal-ħarsien tal-konsumatur”,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 14, l-Artikolu 114(3) u l-Artikolu 169 tat-TFUE u l-Protokoll 26 tal-istess trattat dwar is-servizzi ta' interess ġenerali (ekonomiku),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 169(1) tat-TFUE, li jistipula li “sabiex tippromwovi l-interessi tal-konsumaturi u sabiex tassigura livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-ħarsien tas-saħħa, is-sigurtà u interessi ekonomiċi tal-konsumaturi, kif ukoll il-promozzjoni tad-dritt tagħhom għall-informazzjoni, l-edukazzjoni u l-organizzazzjoni tagħhom infushom sabiex iħarsu l-interessi tagħhom”,

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 98/560/KE tal-24 ta' Settembru 1998 dwar l-iżvilupp tal-kompetittività tal-industrija Ewropea u l-informazzjoni permezz tal-promozzjoni ta' oqfsa nazzjonali mmirati biex jilħqu livell komparabbli u effettiv ta' protezzjoni tal-minuri u tad-dinjità tal-bniedem(1),

–  wara li kkunsidra r-rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi – COM(2009)0336),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiki kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ('id-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali')(2),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-konsumatur (2007–2013)(3),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 2006/952/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar il-ħarsien tal-minorenni u tad-dinjità tal-bniedem u dwar id-dritt ta' tweġiba fir-rigward tal-kompetittività tal-industrija Ewropea tas-servizzi awdjoviżivi u tal-informazzjoni online(4),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni(5),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew bl-isem 'L-Istrateġija Ewropea tal-Politika tal-Konsumatur 2007–2013 – Responsabilitajiet akbar għall-konsumaturi, titjib tal-benessri tagħhom u l-ħarsien effettiv tagħhom' u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-20 ta' Mejju 2008 dwar l-Istrateġija tal-Politiki favur il-konsumatur tal-UE 2007– 2013(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti(7), li l-objettiv tiegħu hu li joħloq qafas ġenerali ta' standards u prinċipji fil-qasam tal-akkreditament u tas-sorveljanza tas-suq,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli(8),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 2009 dwar miżuri għat-titjib fil-funzjonament tas-suq uniku u r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Lulju 2004 dwar it-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali ta' direttivi li jolqtu s-suq intern(9),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2009 dwar l-infurzar tal-acquis tal-konsumatur (COM(2009)0330) u r-rapport tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2009 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) No 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumatur) (COM(2009)0336),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Lulju 2009 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar metodoloġija armonizzata għall-klassifikar u l-irrappurtar tal-ilmenti u d-domandi tal-konsumaturi (COM(2009)0346) u l-abbozz ta' rakkomandazzoni tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SEC(2009)0949),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew bl-isem 'EWROPA 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv' (COM(2010)2020),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2010 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi(10),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva(11), verżjoni kodifikata),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Professur Mario Monti lill-Kumissjoni tad-9 ta' Mejju 2010 dwar ir-rivitalizzazzjoni tas-suq uniku bl-isem 'Strateġija ġdida għas-suq uniku',

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2010 dwar ir-realizzazzjoni tas-suq uniku għall-konsumaturi u ċ-ċittadini(12),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-21 ta' Settembru 2010 dwar l-ikkompletar tas-suq intern għall-kummerċ elettroniku(13),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali: rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu (rapport ta' nofs il-perjodu)(14),

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-22 ta' Ottubru 2010 bl-isem 'Biex is-swieq jiffunzjonaw għall-konsumaturi' (ir-4 edizzjoni tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur) (SEC(2010)1257),

–  wara li kkunsidra r-Rapport tas-27 ta' Ottubru 2010 bl-isem 'Rapport tal-2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE: Inżarmaw l-ostakoli għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE' (COM(2010)0603),

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-4 ta' Marzu 2011 bl-isem 'Il-konsumaturi fid-dar fis-suq uniku' (il-5 edizzjoni tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur) (SEC(2011)0299),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2010 tan-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Kunsumaturi, ippubblikat mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-2011,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar drittijiet tal-konsumatur(15),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2011 dwar suq tal-konsumaturi aktar effiċjenti u aktar ġust(16),

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni ta' Ottubru 2011 bl-isem 'Biex is-swieq jiffunzjonaw għall-konsumaturi' (is-6 edizzjoni tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur) (SEC(2011)1271),

–  wara li kkunsidra d-'Dikjarazzjoni ta' Krakovja' tal-Ewwel Forum tas-Suq Uniku, li sar fi Krakovja (il-Polonja) fit-3 u l-4 ta' Ottubru 2011,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (COM(2011)0665),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-23 October 2012 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fil-mezzi kollha tat-trasport(17) u tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-mobilità u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità u l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010-2020(18),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-funzjonament u l-applikazzjoni tad-drittijiet stabbiliti ta' persuni li jivvjaġġaw bl-ajru(19),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi(20),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Novembru 2011 dwar programm tal-konsumaturi 2014-2020 (COM(2011)0707) u d-dokumenti relatati (SEC(2011)1320 u SEC(2011)1321),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2011 dwar strateġija ġdida għall-politika tal-konsumatur(21),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2011 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem 'Viżjoni Ewropea għall-passiġġieri: Komunikazzjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fil-mezzi kollha tat-trasport' (COM(2011)0898),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Jannar 2012 bl-isem “Qafas koerenti għall-bini ta' fiduċja fis-Suq Uniku Diġitali għall-kummerċ elettroniku u tas-servizzi online' (COM (2011)0942),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Jannar 2012 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (Regolament dwar il-Protezzjoni ta' Dejta Ġenerali) (COM(2012)0011),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2012 bl-isem 'Lejn Approċċ Ewropew Koerenti għar-Rimedju Kollettiv'(22),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' April 2012 bl-isem “Strateġija Ewropea għall-akkwist elettroniku' (COM(2012)0179),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Mejju 2012 bl-isem “Strateġija Ewropea għal Internet Aħjar għat-Tfal' (COM(2012)0196),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Mejju 2012 dwar strateġija għat-tisħiħ tad-drittijiet tal-konsumaturi vulnerabbli(23),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Intern(24),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Mejju 2012 lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni bl-isem 'Aġenda għall-Konsumaturi Ewropej – Spinta lill-fiduċja u lit-tkabbir' (COM(2012)0225),

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tad-29 ta' Mejju 2012 bl-isem 'It-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur – Il-konsumaturi fid-dar fis-suq uniku' (is-7 edizzjoni tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur) (SWD(2012)0165),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2012 bl-isem 'Biex is-swieq jiffunzjonaw għall-konsumaturi', (it-8 edizzjoni tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur) (SWD(2012)432),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Ġunju 2012 dwar l-identifikazzjoni elettronika u servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (COM(2012)0238),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni tad-19 ta' Lulju 2012 dwar it-titjib fl-aspetti ta' għarfien tal-bini tal-kapaċitajiet tal-konsumaturi mill-2012 sal-2014 (SWD(2012)0235),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-3 ta' Ottubru 2012 bl-isem 'Is-Suq Uniku II – Flimkien għal tkabbir ġdid“ (COM(2012)0573),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2012 dwar it-twettiq tas-suq uniku diġitali(25),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bl-isem 'Aġenda għall-Konsumaturi Ewropej – Spinta lill-fiduċja u lit-tkabbir' (COM(2012)0225),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0163/2013),

A.  billi l-promozzjoni u l-protezzjoni tal-konsumaturi u d-drittijiet tagħhom huma valuri fundamentali tal-Unjoni;

B.  billi jqis ir-rwol essenzjali li għandhom il-konsumaturi fl-ekonomija peress li l-konsum huwa wieħed mill-muturi ewlenin tat-tkabbir fl-Unjoni;

C.  billi ċ-ċittadini tal-UE għandhom rwol kruċjali fil-kisba tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 ta' tkabbir intelliġenti, inklużiv u sostenibbli, u r-rwol tal-konsumaturi għandu, għaldaqstant, ikun rikonoxxut bħala parti mill-politika ekonomika tal-UE;

D.  billi l-Unjoni għandha l-objettivi li tikseb livell għoli ta' sensibilizzazzjoni, bini tal-kapaċitajiet u protezzjoni tal-konsumaturi kif ukoll li ssib il-bilanċ xieraq fir-rigward tal-kompetittività tan-negozji u l-ekonomiji tal-Unjoni, partikolarment billi tipproteġi s-saħħa u s-sikurezza u l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi, kif ukoll billi tippromwovi d-drittijiet tagħhom għall-informazzjoni, l-edukazzjoni u l-organizzazzjoni;

E.  billi l-konsumaturi ma jiffurmawx grupp omoġenju uniku u billi d-differenzi li jirriżultaw jeħtieġ li jiġu indirizzati fl-Aġenda għall-Konsumatur Ewropew, peress li hemm differenzi konsiderevoli fost il-konsumaturi f'termini ta' ħiliet tal-konsumaturi, sensibilizzazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni, assertività u rieda biex ifittxu rimedju; billi jeħtieġ li jitqiesu n-nondiskriminazzjoni u l-aċċessibilità fl-implimentazzjoni tal-Aġenda għall-Konsumatur Ewropew;

F.  billi jeħtieġ li jiġu promossi l-fiduċja tal-konsumaturi, is-sigurtà tagħhom fis-suq u l-għarfien tad-drittijiet tagħhom, b'attenzjoni speċjali għall-konsumaturi vulnerabbli bħat-tfal, il-persuni anzjani u konsumaturi oħra f'sitwazzjonijiet ta' vulnerabilità; billi f'dan ir-rigward hu essenzjali li l-konsumaturi fl-Unjoni jiġu offruti protezzjoni aħjar f'dan li jikkonċerna l-prodotti u s-servizzi li jistgħu jipperikolawlhom is-saħħa jew is-sikurezza tagħhom;

G.  billi 'informazzjoni pertinenti u adegwata' tfisser informazzjoni li tkun aċċessibbli faċilment, trasparenti, mhux qarrieqa u kumparabbli;

H.  billi l-kisba ta' suq intern li jiffunzjona tajjeb hija konsistenti mal-għanijiet tal-Istrateġija ta' Lisbona li jiżdiedu t-tkabbir u l-impjiegi għas-servizz tal-500 miljun konsumatur tal-UE;

I.  billi l-kummerċ elettroniku huwa estremament utli għall-konsumaturi kollha, peress li għandu potenzjal transkonfinali enormi li jippermetti li l-konsumaturi jibbenefikaw bis-sħiħ mis-suq uniku; billi l-kummerċ elettroniku huwa wkoll, bħala mezz ta' inklużjoni, estremament utli għall-konsumaturi b'diżabilitajiet jew b'mobiltà mnaqqsa u dawk li jgħixu f'żoni rurali bi żvantaġġi ġeografiċi;

J.  billi l-inċertezza dwar id-drittijiet tal-konsumaturi fir-rigward tax-xiri transkonfinali qed iddgħajjef il-benefiċċji tal-integrazzjoni tas-suq;

K.  billi l-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku qed ibatti minħabba d-distakk diġitali li għadu jeżisti fost iċ-ċittadini tal-Unjoni, b'mod partikolari fil-każ ta' persuni iktar anzjani; billi l-parti l-kbira tal-websajts pubbliċi u privati għadhom inaċċessibbli għall-persuni b'diżabilità jew b'kompetenza diġitali ta' livell iktar baxx;

L.  billi l-frammentazzjoni tas-suq uniku diġitali tipperikola d-drittijiet tal-konsumaturi; billi xi websajt mhumiex adegwati għax-xerrejja u l-konsumaturi transkonfinali; billi d-Direttiva riveduta dwar is-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (ADR) u r-Regolament dwar is-Soluzzjoni Online għat-Tilwim (ODR) se jidħlu fis-seħħ dalwaqt u se jipprovdu għodda utli għall-konsumaturi, b'mod partikolari għat-tranżazzjonijiet transkonfinali; billi l-mekkaniżmi xierqa biex ikun hemm azzjonijiet kollettivi effettivi jixirqilhom iktar kunsiderazzjoni;

M.  billi l-kriżi finanzjarja riċenti ssottolinjat il-ħtieġa kbira li l-konsumaturi jkunu protetti u infurmati fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u bankarji, peress li tali prodotti jista' jkollhom impatt dirett fuq il-benesseri globali tagħhom, kif ukoll il-ħtieġa għal pariri iktar imparzjali għall-konsumaturi;

N.  billi l-Aġenda għall-Konsumatur Ewropew tistabbilixxi miżuri ta' integrazzjoni għall-politika tal-konsumatur tal-Unjoni mfassla biex jinkisbu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020;

O.  billi l-kriżi ekonomika kurrenti tolqot ukoll serjament il-poter tal-akkwist tal-konsumaturi fis-suq uniku, b'mod partikolari dak tal-konsumaturi f'sitwazzjonijiet vulnerabbli li jirriżultaw miċ-ċirkostanzi soċjali jew finanzjarji tagħhom; billi, konsegwentement, id-drittijiet tal-konsumaturi għandhom jiġu rikonoxxuti sal-grad meħtieġ;

P.  billi s-suq uniku jipprovdi aċċess lill-konsumaturi tal-Unjoni għal firxa wiesgħa ta' prodotti u servizzi ta' kwalità għolja bi prezzijiet kompetittivi; billi l-produzzjoni ta' prodotti u l-provvista ta' servizzi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent jinkoraġġixxu l-konsum responsabbli, u b'hekk jistimulaw l-iżvilupp sostenibbli, l-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku; billi l-Kummissjoni għandha tindirizza u tistudja forom ġodda ta' konsum bħalma hu l-konsum kollaborattiv;

Q.  billi se jkollhom jiġu introdotti aġġustamenti neċessarji bħall-avvanz tal-għarfien tekniku u xjentifiku, fir-rigward tas-sigurtà kemm tal-ikel kif ukoll ta' prodotti bażiċi oħra għall-konsumatur;

R.  billi jeħtieġ li jissaħħaħ ir-rwol tal-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi fl-oqsma kollha billi jiġu adottati l-miżuri legali u ekonomiċi neċessarji, u li dawn jiġu appoġġati fil-bini tal-kapaċitajiet tagħhom; billi l-assoċċjazzjonijiet tal-konsumaturi għandhom rwol uniku fil-garanzija tal-fiduċja fis-suq uniku u l-iżvilupp tiegħu;

S.  billi l-passiġġieri mhumiex infurmati b'mod suffiċjenti dwar id-drittijiet tagħhom u l-kwalità ta' servizz li huma intitolati jistennew, u l-ilmenti legali mill-passiġġieri spiss ikunu diffiċli li jitressqu u jiġu infurzati; billi huma meħtieġa linji gwida biex tiġi ffaċilitata u titjieb il-applikazzjoni tar-regolamenti differenti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fil-mezzi kollha ta' trasport; bilil, fir-reviżjoni tagħha li jmiss tad-Direttiva dwar il-Vjaġġi Kollox Kompriż, jeħtieġ li l-Kummissjoni teżamina b'mod sħiħ l-impatt tal-kummerċ elettroniku u s-swieq diġitali fuq l-imġiba tal-konsumatur fi ħdan l-industrija Ewropea tat-turiżmu;

T.  billi l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE toffri protezzjoni bażika tal-passiġġieri fil-mezzi kollha tat-trasport, imma għal uħud minn dawn id-drittijiet tal-passiġġieri, l-applikazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar mhumiex żgurati b'mod xieraq fil-mezzi kollha u fil-partijiet kollha tal-Unjoni, fatt li jimpedixxi l-moviment liberu fis-suq uniku, minħabba li jaffettwa l-fiduċja taċ-ċittadini meta jkunu qed jivvjaġġaw u jdgħajjef il-kompetizzjoni ġusta fost it-trasportaturi;

U.  billi jeħtieġ li l-passiġġieri jkunu jistgħu jagħmlu differenza ċara bejn l-ispejjeż operattivi mhux fakultattivi inklużi fin-nollijiet u l-elementi fakultattivi li jistgħu jiġu bbukkjati fil-kuntest tas-sistemi ta' riżervazzjoni kompjuterizzata rregolati bir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni)(26) peress li dan se jżid it-trasparenza tal-prezz għall-konsumaturi li jibbukkjaw il-biljetti fuq l-Internet;

V.  billi l-erba' objettivi prinċipali stipulati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Aġenda għall-Konsumatur Ewropew huma: 1) it-tisħiħ tas-sikurezza tal-konsumaturi; 2) it-tisħiħ tal-għarfien; 3) it-tisħiħ tal-infurzar u l-iżgurar ta' rimedju; u 4) l-allinjament tad-drittijiet u l-politiki ewlenin mat-tibdil fis-soċjeta u fl-ekonomija; billi l-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali għandhom jiffaċilitaw it-traspożizzjoni rapida u effettiva tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi;

W.  billi l-Unjoni stabbiliet miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 bil-għan li jintlaħqu l-objettivi tal-2020 u jiġi żgurat li l-parti kbira tal-provvista tal-enerġija tinkiseb minn enerġija rinnovabbli sal-2050;

X.  billi jeħtieġ li l-proposti li jitfasslu jkunu konsistenti mal-erba' objettivi stabbiliti;

It-tisħiħ tas-sensibilizzazzjoni, it-tisħiħ tal-għarfien, is-sikurezza u d-drittijiet tal-konsumatur

1.  Jilqa' l-approċċ olistiku tal-Aġenda għall-Konsumatur Ewropew, u b'mod partikolari l-fatt li din tkopri kważi l-oqsma politiki importanti kollha għall-konsumaturi u b'hekk tibgħat sinjal qawwi dwar it-tisħiħ tar-rwol u l-importanza tas-sikurezza u d-drittijiet tal-konsumaturi fis-suq uniku; jenfasizza, madankollu, li dan għandu jkun rifless ukoll fil-proposti leġiżlattivi u fi proposti oħra mill-Kummissjoni;

2.  Jilqa' r-rieda tal-Kummissjoni li tikkoopera mal-kummerċjanti u l-intermedjarji biex tippromwovi inizjattivi ta' responsabilità soċjali korporattiva, li jippromwovu s-sigurtà tal-konsumatur; jemmen li l-Kummissjoni għandha tkun fi djalogu kontinwu mas-settur privat sabiex l-inizjattivi jiġu aċċettati u applikati fir-realtà;

3.  Jitlob li l-konsumaturi jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom b'mod faċli u effettiv fi prodotti bażiċi, fosthom l-ikel, is-saħħa, l-enerġija, is-servizzi finanzjarji u diġitali, l-aċċess għall-broadband, il-protezzjoni tad-data, it-trasport, u t-telekomunikazzjonijiet;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkoopera mill-qrib mal-gvernijiet nazzjonali fl-introduzzjoni tal-kampanja mal-Unjoni kollha biex jiżdied l-għarfien dwar id-drittijiet u l-interessi tal-konsumatur; jenfasizza li huwa importanti, għas-suċċess tal-kampanja, li mhux is-settur pubbliku u l-organizzazzjonijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur biss jiddaħħlu fil-proċess, iżda wkoll is-settur privat;

5.  Jemmen li huwa neċessarju li jiġu promossi pjattaformi elettroniċi bħan-Netwerk Ewropew ta' Appoġġ għall-Intrapriżi u l-websajt l-Ewropa Tiegħek, li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-Suq Uniku Ewropew u jipprovdu informazzjoni importanti għall-konsumaturi u l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta dwar kif jista' jitjieb l-għarfien taċ-ċittadini dwar is-settur finanzjarju, sabiex il-persuni jkollhom l-informazzjoni neċessarja qabel ma jiddeċiedu li jissellfu; jemmen li għandha tingħata attenzjoni speċjali fir-rigward tal-ġenerazzjoni iktar żagħżugħa u fir-rigward tal-edukazzjoni tas-soċjetà dwar is-self ta' kreditu fuq perjodu qasir;

7.  Jenfasizza li l-formazzjoni tal-konsumaturi tnaqqas ir-riskji tagħhom fir-rigward tal-prodotti ffalsifikati, il-prodotti finanzjarji spekulattivi u r-reklamar qarrieqi; hu tal-fehma li l-edukazzjoni (inkluża l-edukazzjoni finanzjarja) u l-bini tal-kapaċitajiet tal-konsumaturi jeħtieġu jkunu matul il-ħajja kollha, u għandhom jibdew mill-iskola; jenfasizza l-bżonn li jkun evitat li tingħata wisq informazzjoni, u jenfasizza minflok il-bżonn li jitnaqqsu d-defiċits ta' għarfien u li titjieb is-sensibilizzazzjoni tal-konsumatur permezz ta' informazzjoni affidabbli, ċara, kumparabbli u mmirata;

8.  Jenfasizza l-fatt li sabiex il-konsumaturi jgawdu bis-sħiħ mid-drittijiet tagħhom, m'għandhomx jintesew ir-rwol u l-edukazzjoni tal-intrapriżi; jemmen li huwa essenzjali għarfien tajjeb tad-drittijiet tal-konsumaturi fl-intrapriżi bil-għan li tinkiseb implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-protezzjoni tal-konsumatur; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Memrbi jieħdu l-miżuri neċessarji għal dak l-għan, filwaqt li jiffukaw fuq l-intrapriżi żgħar u medji;

9.  Jenfasizza li, skont ir-riżultati ta' stħarriġ differenti, il-konsumaturi huma mħassba fuq bażi fit-tul dwar id-differenzi possibbli fil-kwalità ta' prodotti bl-istess ditta u l-istess imballaġġ imqassma fis-suq uniku; iqis li l-konsumaturi fi Stati Membri differenti ma jgawdux minn aċċess għall-istess livell ta' kwalità meta jixtru prodotti tal-istess ditta u imballaġġ fis-suq uniku; jenfasizza li l-ebda forma ta' diskriminazzjoni kontra l-konsumaturi mhi aċċettibbli;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq investigazzjoni sinifikanti f'din il-kwistjoni li tagħmilha possibbli li jiġi vvalutat jekk hemmx il-ħtieġa li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tiġi aġġustata; jistieden lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-konsumaturi dwar ir-riżultat tal-investigazzjoni;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi standards aġġornati u armonizzati li jiggarantixxu s-sigurtà u l-awtentiċità tal-prodotti; huwa fiduċjuż, fi kwalunkwe każ, li l-proposta li temenda d-Direttiva 2001/95/KE dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti se tiggarantixxi livell għoli ta' sigurtà tal-prodotti tal-konsumatur;

12.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex tintroduċi qafas legali għas-sigurtà tal-prodotti; jenfasizza f'dan il-kuntest l-importanza ta' sorveljanza tas-suq effikaċi peress li għad hemm prodotti mhux sikuri, inklużi prodotti bil-marka CE, fis-suq uniku Ewropew;

13.  Jitlob li l-konsumaturi jibbenefikaw b'mod sikur mill-avvanzi fix-xjenza u t-teknoloġija u li jkollhom aċċess għall-informazzjoni, pariri imparzjali u l-istrumenti meħtieġa għal rimedju ġust u effettiv;

14.  Jistieden lill-Istati Membri u l-Kummissjoni jippromwovu inizjattivi li jkollhom l-għan li jittraduċu r-riżultati tal-avvanzi xjentifiċi, l-iżviluppi teknoloġiċi u innovazzjonijiet oħrajn f'benefiċċji għall-konsumaturi, bil-kunsiderazzjoni dovuta għall-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà tal-prodotti;

15.  Jitlob protezzjoni adegwata tal-konsumatur u sigurtà tal-prodott fis-swieq għal prodotti tal-konsum magħmula bin-nanoteknoloġija u organiżmi ġenetikament modifikati;

16.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu garantiti l-indipendenza u t-trasparenza tal-għarfien espert xjentifiku u l-opinjoni regolatorja, b'mod partikolari fil-qasam tal-politiki tas-saħħa, tal-ambjent u tal-ikel, sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' protezzjoni tas-saħħa tal-konsumaturi u fiduċja fosthom;

17.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm protezzjoni aħjar tad-drittijiet għall-gruppi tal-konsumatur vulnerabbli, bħat-tfal u l-persuni iktar anzjani jew konsumaturi oħra f'sitwazzjonijiet ta' vulnerabilità, partikolarment fir-rigward tat-trasport, is-servizzi finanzjarji, l-enerġija u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa ta' miżuri kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f'dak nazzjonali biex ikunu provduti garanziji adegwati għall-protezzjoni ta' dawk il-konsumaturi;

18.  Jenfasizza l-bżonn li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jippromwovu konsum responsabbli u sostenibbli, b'konformità mal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, u li s-swieq isiru aċċessibbli bis-sħiħ għall-konsumaturi mill-perspettiva ta' ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna, f'Unjoni bbażata fuq is-solidarjetà; iqisha ħaġa neċessarja li tiġi indirizzata l-ħela tal-ikel, li l-prodotti tal-konsumatur isiru iktar durabbli, li jiġu promossi r-riċiklaġġ u l-konsum ta' prodotti użati, u li tkompli titjieb l-effiċjenza tal-enerġija tal-prodotti disponibbli fis-suq intern;

It-titjib tal-implimentazzjoni, it-tisħiħ tal-infurzar u l-iżgurar ta' rimedju

19.  Jinsisti li l-Kummissjoni għandha tkompli tissorvelja b'attenzjoni l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni li tappoġġa l-iżvilupp tas-suq uniku; jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-azzjoni legali neċessarja kontra l-Istati Membri li jiksru jew li ma jimplimentawx jew ma jinfurzawx il-leġiżlazzjoni tas-suq uniku, b'konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

20.  Jilqa' inizjattivi leġiżlattivi ulterjuri maħsuba biex joħolqu suq uniku kompletament integrat sabiex jiżdiedu l-kompetizzjoni u l-effiċjenza, u tiġi provduta għażla ikbar għall-konsumaturi fl-Unjoni;

21.  Jistieden b'mod partikolari lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni f'waqtha u konsistenti tal-acquis tal-Unjoni dwar il-konsumaturi, b'mod partikolari d-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur(27), id-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali(28), u d-Direttiva dwar Reklamar Qarrieqi u Komparattiv(29); jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu monitoraġġ dwar l-effikaċità tal-acquis tal-konsumatur; jenfasizza l-evidenza li tissuġġerixxi li ċ-ċittadini għadhom mhux konxji mid-drittijiet tagħhom fis-suq uniku u għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jippromwovu d-disponibilità ta' informazzjoni ċara u komprensiva għall-konsumaturi bħala parti mill-proċess ta' implimentazzjoni, kif ukoll informazzjoni dwar għodda ta' rimedju disponibbli għall-konsumaturi;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi iktar attivi biex tevalwa l-grad sa liema ċ-ċittadini fl-Istati Membri għandhom aċċess għal kontijiet bankarji; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar kif qed tiġi indirizzata din il-problema u tippreżenta rapport lill-Parlament dwar din il-kwistjoni sa tmiem l-ewwel kwart tal-2014;

23.  Jirrkkomanda li jsir użu aħjar mill-informazzjoni disponibbli dwar l-imġiba tal-konsumaturi, u jikkunsidra b'mod partikolari li hemm ambitu biex ir-riżultati tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur jintużaw b'mod iktar effikaċi; jissuġġerixxi, għaldaqstant, li ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għandu jwettaq ħidma ta' monitoraġġ u analiżi, fil-forma ta' proġett ta' riċerka ffinanzjat bil-għan li jiġu identifikati l-oqsma ta' prijorità għaċ-ċittadini f'dak li għandu x'jaqsam mat-titjib tad-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi fis-suq uniku, u konsegwentement jiġu adattati l-kontenut u l-format, kif ukoll il-ħidma tal-organizzazzjonijiet li jqassmu l-informazzjoni mal-konsumaturi;

24.  Jenfasizza li l-politiki tal-UE għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni bejn l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u l-istituzzjonijiet pubbliċi fl-oqsma kollha, u b'hekk jiżguraw l-iffaċilitar tal-aċċess għar-riżorsi finanzjarji meħtieġa, kif ukoll irawmu l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-għarfien fost l-assoċjazzjonijiet; jemmen li għandu jinħoloq reġistru ta' assoċjazzjonijiet Ewropej biex wieħed jgħin il-ħolqien ta' tali assoċjazzjonijiet;

L-allinjament tad-drittijiet u l-politiki ewlenin mat-tibdil ekonomiku u tas-soċjetà

25.  Iqis li l-Kummissjoni għandha tiffoka mhux biss fuq ix-xiri ta' kontenut diġitali, iżda wkoll fuq il-promozzjoni tal-bejgħ ta' prodotti u servizzi fl-ambjent diġitali u għandha tippromwovi l-fiduċja tal-konsumatur, sabiex il-konsumaturi jkunu jafu kif jistgħu jiddefendu d-drittijiet tagħhom u jkunu jistgħu jagħmlu lment għas-soluzzjoni għat-tilwim jekk ikunu xtraw prodott jew servizz ta' kwalità baxxa;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-protezzjoni tal-konsumatur fil-qasam tas-self fuq terminu ta' żmien qasir, peress li huma l-persuni l-iktar vulnerabbli fi żminijiet ta' kriżi li jużaw dawn il-prodotti finanzjarji mingħajr ma jkunux konxji bis-sħiħ mill-obbligi u r-riskji tagħhom bħala dawk li jissellfu;

27.  Ifakkar li l-informazzjoni adegwata u pertinenti għall-konsumaturi għandha tmur id f'id ma' miżuri ta' bini tal-kapaċitajiet sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-opportunitajiet li jeżistu fis-suq intern;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkoopera mal-Parlament u l-awtoritajiet nazzjonali sabiex itejjeb l-informazzjoni disponibbli għall-konsumaturi dwar kif jiġġestixxu aħjar il-konsum tal-enerġija ta' unità domestika;

29.  Jemmen li huwa neċessarju li jiġu realizzati l-proġetti tal-enerġija transkonfinali, inkluż fil-programm Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, peress li dawn se jippromwovu l-kompetizzjoni bejn il-fornituri tal-elettriku u tal-gass u se jżidu l-awtonomija tas-settur tal-enerġija fl-Istati Membri;

30.  Jitlob it-tisħiħ tal-politika tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni u li l-promozzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur tingħata post ċentrali f'dan il-proċess; iqis li dan l-allinjament mill-ġdid huwa ta' importanza partikolari għall-iżvilupp ta' suq uniku diġitali; jenfasizza, f'dan ir-rigward, ir-rwol importanti tal-websajts tat-tqabbil tal-prezzijiet, u jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata l-indipendenza tagħhom;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri japprovaw ir-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva tal-Aġenda, b'kunsiderazzjoni barra minn hekk tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2014–2020, u biex jagħmlu evalwazzjonijiet sistematiċi tal-impatt tagħha;

Il-kummerċ elettroniku

32.  Jenfasizza li l-iżvilupp dejjem iktar rapidu ta' kummerċ elettroniku huwa ta' importanza kbira f'dak li għandu x'jaqsam mal-konsumaturi, peress li joffri għażla usa', speċjalment għal dawk li jgħixu f'żoni inqas aċċessibbli, imbiegħda jew periferiċi, li inkella ma jkollhomx aċċess għal għażla wiesgħa ta' prodotti;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri kontra t-trattament mhux ugwali tal-konsumaturi fis-suq uniku li jirriżultaw mir-restrizzjonijiet attwali ta' bejgħ mill-bogħod applikati minn kumpaniji involuti fil-bejgħ transkonfinali mill-bogħod;

34.  Jenfasizza li mhux il-konsumaturi kollha għandhom l-opportunità li jużaw l-internet jew il-ħiliet neċessarji, u li l-konsumaturi, għalhekk, għandhom jiġu offruti servizzi permezz ta' modi differenti;

35.  Jenfasizza l-fatt li l-fiduċja tal-konsumatur hija essenzjali għall-kummerċ elettroniku, kemm dak domestiku kif ukoll dak transkonfinali; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati l-kwalità, is-sigurtà, it-traċċabilità u l-awtentiċità tal-prodotti, jiġu evitati prattiki kriminali jew inġusti, u jiġu osservati r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali, filwaqt li jkun garantit li, meta jkun xieraq, ikun ingħata kunsens infurmat u espliċitu mill-konsumatur għall-użu tad-data personali;

36.  Jenfasizza li l-protezzjoni tad-data personali hija prerekwiżit essenzjali għall-protezzjoni tal-konsumaturi u għall-funzjonament u t-tkabbir tas-suq uniku diġitali;

37.  Jenfasizza l-fatt li l-konsumaturi jistennew servizzi ta' kunsinna rapidi, affidabbli u kompetittivi għall-kummerċ elettroniku, u li servizzi ta' kunsinna li jiffunzjonaw sew huma neċessarji biex tiġi żgurata l-fiduċja tal-konsumaturi;

Is-servizzi finanzjarji, il-prodotti ta' investiment u l-kriżi ekonomika

38.  Jilqa' l-miżuri previsti mill-Kummissjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, u jenfasizza l-ħtieġa ta' qafas legali komprensiv li jiggarantixxi konsulenza indipendenti lill-konsumaturi, speċjalment fil-qasam tas-servizzi finanzjarji; jenfasizza l-fatt li l-informazzjoni dwar is-suq għandha tkun affidabbli, ċara u komparabbli, u aċċessibbli elettronikament u f'forom oħra; jenfasizza l-ħtieġa li tittieħed azzjoni legali kontra l-prattiki kummerċjali inġusti jew termini kuntrattwali żleali abbużivi; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu protetti l-konsumaturi li jisfaw 'maqbudin' minn prodott finanzjarju;

39.  Jieħu nota tal-proposta l-ġdida għal Regolament (COM(2013)0130) tat-13 ta' Marzu 2013 li temenda r-Regolament (KE) Nru 261/2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet u r-Regolament (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabilità tat-trasportatur tal-ajru fir-rigward tat-trasport tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom bl-ajru; jitlob li l-lista tad-drittijiet komuni għall-mezzi kollha tat-trasport tiġi ċċirkulata b'mod wiesa', f'forma konċiża u bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni;

40.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi ffaċilitat id-dritt għall-aċċess għal kont ta' pagament bażiku għall-konsumaturi u li dawn jiġu provduti b'informazzjoni ċara u relevanti dwar il-prodotti ta' investiment, kif hu previst inter alia, fil-proposta għal regolament dwar id-dokumenti bit-tagħrif ewliemi għall-prodotti ta' investiment (COM(2012)0352); jenfasizza li jinħtieġu regoli stretti għar-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji; jenfasizza l-fatt li l-kriżi ekonomika u finanzjara attwali qed iddgħajjef il-pożizzjoni ta' numru kbir ta' konsumaturi, billi qed tagħmilhom dejjem iktar vulnerabbli, u li ż-żieda fl-insigurtà tax-xogħol u fir-rati tal-qgħad u t-telf tal-poter tal-akkwist qed iżidu l-inugwaljanzi; jistieden lill-Kummissjoni tqis dawn l-iżviluppi l-ġodda meta tabbozza l-politiki;

Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet Ewropej u dawk nazzjonali u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur

41.  Jenfasizza l-ħtieġa għal kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali u dawk lokali u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi sabiex jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta' konsultazzjoni u jiġu implimentati l-miżuri pjanati fl-Aġenda;

42.  Jitlob lill-Kummissjoni li s-sistema ta' twissija RAPEX (Sistema ta' Twissija Rapida għall-Prodotti Mhux tal-Ikel) tkun iktar trasparenti u effettiva; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati in-netwerk taċ-Ċentri għall-Konsumatur Ewropew u dak tal-Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumaturi; huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra t-twaqqif ta' sistema tat-tip RAPEX għas-servizzi;

Is-soluzzjoni għat-tilwim u r-rimedju

43.  Jenfasizza li l-mekkaniżmi ta' tiswija, bħas-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (ADR) jew is-Soluzzjoni Online għat-Tilwim (ODR) għandhom ikunu mgħaġġla, aċċessibbli u effettivi; jenfasizza li l-aċċess effettiv għall-ġustizzja f'tilwim transkonfinali m'għandux jiġi ostakolat bid-diffikutajiet li jirriżultaw min-natura transkonfinali ta' tilwima, min-nuqqas ta' riżorsi jew min-nuqqas ta' informazzjoni dwar l-aċċessabilità tal-għajnuna legali; jitlob, għalhekk, li tiġi implimentata aħjar id-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE tas-27 ta' Jannar 2003 u, meta jkun neċessarju, li din tiġi reveduta sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tagħha;

44.  Jenfasizza li l-mekkaniżmi tas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim u tas-soluzzjoni online għat-tilwim ma jistgħux jissostitwixxu mekkaniżmu ta' rimedju kollettiv; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tesplora miżuri li jwasslu għall-ħolqien ta' mekkaniżmu koerenti ta' rimedju kollettiv mifrux mal-Unjoni kollha fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur, li jkun applikabbli għal każijiet transkonfinali; jenfasizza li l-invizjattivi mhux koordinati fl-Unjoni jistgħu jwasslu għal frammentazzjoni; jenfasizza li, sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tar-rimedju kollettiv u sabiex jiġu evitati abbużi potenzjali, l-approċċ tal-Unjoni lejn ir-rimedju kollettiv għandu jinkludi biss azzjoni rappreżentattiva fil-każ ta' entitajiet rikonoxxuti kif suppost fil-livell nazzjonali (awtoritajiet pubbliċi bħall-ombudsmen jew l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur); jinsisti fuq il-ħtieġa li jinbena approċċ tal-Unjoni għar-rimedju kollettiv bil-prinċipju li min irid jaderixxi għalih jista' jagħmel dan;

45.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata l-aċċessibilità tal-prodotti u s-servizzi fl-Unjoni, filwaqt li jiġu koperti oqsma bħalma huma l-ambjent mibni, it-trasport u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi Att ta' Aċċessibilità għall-Unjoni li jkun ambizzju fil-firxa tiegħu;

46.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-Qafas Finanazjajru Pluriennali li jmiss għall-2014–2020 għandu jippermetti li l-Aġenda għall-Konsumatur Ewropew tibbenefika minn finanzjament ambizzjuż b'mod suffiċjenti;

o
o   o

47.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 270, 7.10.1998, p. 48.
(2) ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.
(3) ĠU L 404, 30.12.2006, p. 39.
(4) ĠU L 378, 27.12.2006, p. 72.
(5) ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27.
(6) ĠU C 279 E, 19.11.2009, p. 17.
(7) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.
(8) ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1.
(9) ĠU L 98, 16.4.2005, p. 47.
(10) ĠU C 349 E, 22.12.2010, p. 1.
(11) ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1.
(12) ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 84.
(13) ĠU C 50 E, 21.2.2012, p. 1.
(14) ĠU C 70 E 8.3. 2012,p. 19.
(15) ĠU C 390 E 18.12.2012, p. 145.
(16) ĠU C 33 E 5.2.2013, p. 9.
(17) Testi adottati, P7_TA(2012)0371
(18) ĠU C 131 E 8.5.2013, p. 9.
(19) Testi adottati, P7_TA(2012)0099
(20) ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18.
(21) Testi adottati, P7_TA(2011)0491.
(22) Testi adottati, P7_TA(2012)0021
(23) Testi adottati, P7_TA(2012)0209.
(24) Testi adottati, P7_TA(2012)0211.
(25) Testi adottati, P7_TA(2012)0468
(26) ĠU L 293, 31.10.2008, p.3
(27) ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64-88
(28) ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22-39
(29) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21-27


It-titjib tal-aċċess għall-ġustizzja: l-għajnuna legali f’tilwim ċivili u kummerċjali transkonfinali
PDF 306kWORD 25k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar it-titjib tal-aċċess għall-ġustizzja: l-għajnuna legali f’tilwim ċivili u kummerċjali transkonfinali (2012/2101(INI))
P7_TA(2013)0240A7-0161/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE tas-27 ta' Jannar 2003 biex ittejjeb l-aċċess għal ġustizzja f'tilwimiet bejn il-konfini billi tistabbilixxi regoli komuni minimi konnessi ma' għajnuna legali għal tilwimiet bħal dawn(1),

–  wara li kkunsidra r-Rapport tat-23 ta’ Frar 2012 mill-Kummissjoni għall-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/8/KE biex ittejjeb l-aċċess għal ġustizzja f’tilwimiet bejn il-konfini billi tistabbilixxi regoli komuni minimi konnessi ma’ għajnuna legali għal tilwimiet bħal dawn (COM(2012)0071),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Aja tal-25 ta’ Ottubru 1980 dwar l-Aċċess Internazzjonali għall-Ġustizzja,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0161/2013),

A.  billi l-Artikolu 47(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jgħid li “Għandha tingħata għajnuna legali lil dawk li ma jkollhomx mezzi biżżejjed, fil-każijiet fejn din l-għajnuna hija meħtieġa sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-ġustizzja”;

B.  billi d-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE fiha dispożizzjonijiet li jiżguraw li ċ-ċittadini involuti f’tilwimiet bejn il-konfini jkollhom aċċess għall-ġustizzja;

C.  billi d-dispożizzjoni prinċipali ta’ din id-Direttiva tiżgura li l-għajnuna legali ma tistax tiġi miċħuda sempliċement fuq il-bażi li tilwima hija transkonfinali fin-natura tagħha, u għalhekk, kull Stat Membru jżomm is-sistema ta’ għajnuna legali tiegħu, iżda għandu jagħmilha disponibbli għal persuni minn Stati Membri oħra;

D.  billi d-Direttiva tistabbilixxi kundizzjonijiet għall-għoti ta’ għajnuna legali transkonfinali, marbuta b’mod partikolari mar-riżorsi finanzjarji, is-suġġett tat-tilwima, u n-natura transkonfinali tat-tilwima;

E.  billi l-għajnuna legali għandha tingħata biss lil persuni li r-riżorsi finanzjarji tagħhom ma jippermettulhomx li jkollhom aċċess għall-ġustizzja mingħajr għajnuna bħal din;

F.  billi dawk ir-riżorsi huma valutati fuq il-bażi tal-linji gwida fis-seħħ fl-Istat Membru li fih tippresjedi l-Qorti, u limiti fissi huma fis-seħħ f’bosta Stati Membri;

G.  billi dawn il-limiti jvarjaw b’mod konsiderevoli minn Stat Membru għal ieħor, u ċittadin li huwa kkunsidrat fil-bżonn ta’ għajnuna legali fi Stat Membru wieħed jista’ ma jkunux ikkunsidrat fil-bżonn ta’ għajnuna legali fi Stat ieħor, u billi l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva jirrikonoxxi mhux ħażin il-problema;

H.  billi, sabiex jiġu indirizzati dawn id-diskrepanzi, għandu jiġi kkunsidrat jekk ċittadin għandux ukoll jitħalla japplika għall-għajnuna legali fl-Istat Membru ta’ residenza tiegħu u jħalli lill-awtoritajiet ta’ dak l-Istat Membru jiddeċiedu dwar l-applikazzjoni tiegħu;

I.  billi, sabiex jiġu ffaċilitati l-affarijiet kemm għaċ-ċittadin kif ukoll għall-awtoritajiet li japplikaw id-Direttiva, iċ-ċittadini għandhom jingħataw l-għażla, f’każ ta’ talbiet transkonfinali għal għajnuna legali, li t-talba tagħhom tiġi deċiża jew fl-Istat Membru ta’ residenza tagħhom jew fl-Istat Membru fejn tippresjedi l-Qorti jew fejn għandha tiġi infurzata d-deċiżjoni;

J.  billi, jekk tingħata din l-għażla, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw il-kriterji tagħhom stess, minflok ikollhom jgħaddu t-talba jew jirreferu għall-kundizzjonijiet u l-linji gwida ta’ Stati Membri oħra;

K.  billi ċ-ċittadini li d-dritt tagħhom għall-għajnuna legali jkun ġie rikonoxxut fl-Istat Membru ta’ residenza tagħhom jistgħu jingħataw ċertifikat dwar dan, li jiġi onorat mill-awtoritajiet tal-Istat Membru li fih kienet qed tippresjedi l-Qorti jew fejn kellha tiġi infurzata d-deċiżjoni;

L.  billi għajnuna legali transkonfinali skont id-Direttiva tkopri wkoll l-ispejjeż addizzjonali inerenti f’każijiet transkonfinali, bħall-ispejjeż ta’ interpretazzjoni, traduzzjoni u vvjaġġar;

M.  billi l-informazzjoni dwar l-għajnuna legali għaċ-ċittadini għandha tiġi pprovduta f’waħda mil-lingwi tal-UE sabiex jiġi żgurat li jkunu ġew infurmati dwar l-għażliet tagħhom għal għajnuna legali b’lingwa li jifhmu;

N.  billi l-Konvenzjoni tal-Aja tal-25 ta’ Ottubru 1980 dwar l-Aċċess Internazzjonali għall-Ġustizzja tinkludi dispożizzjonijiet simili f’livell internazzjonali, iżda din hija applikata biss minn 17 mis-27 Stat Membru;

O.  billi l-Istati Membri l-oħra għandhom għalhekk jiġu mħeġġa jiffirmaw jew jirratifikaw il-Konvenzjoni;

Applikazzjoni tad-Direttiva 2003/8/KE

1.  Jifraħ lill-Kummissjoni dwar is-sottomissjoni tar-rapport tagħha dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/8/KE;

2.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Kummissjoni ma tindirizzax speċifikament il-proċeduri Ewropej li għalihom tapplika wkoll id-Direttiva dwar l-Għajnuna Legali, bħal pereżempju l-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, minkejja l-fatt li l-applikazzjoni tad-Drettiva għall-proċedura msemmija hawn fuq waqt il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2010 setgħet ċertament ġiet eżaminata;

3.  Jinnota b’soddisfazzjon li l-Istati Membri kollha ttrasponew id-Drettiva; Jinnota, madankollu, li l-interpretazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar ċerti pnti tvarja fost l-Istati Membri;

4.  Jinnota li, f’rapport sussegwenti, għandhom jiġu inklużi n-numru u l-oqsma tal-kawżi, imqassma skont il-pajjiż, biex tinkiseb stampa aktar dettaljata u aktar preċiża dwar kif qed jintuża l-istrument;

Iż-żieda fl-għarfien tad-dritt għal għajnuna legali transkonfinali

5.  Jiddispjaċih mill-fatt li relattivament ftit ċittadini u prattikanti jidhru li huma konxji mid-drittijiet mogħtija mid-Direttiva;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jieħdu miżuri li jżidu l-għarfien tad-dritt għal għajnuna legali transkonfinali f’kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, u b’hekk isaħħu l-moviment liberu taċ-ċittadini;

7.  Jirrikonoxxi l-ħidma tajba magħmula mill-portal e-Justice tal-UE, in-Netwerk Ġudizzjarju tal-UE kif ukoll mill-e-CODEX (Ġustizzja elettronika permezz tal-Iskambju ta' Data Onlajn), b'mod partikolari bid-disponibilità fil-portal e-Justice tal-forom ta' għajnuna legali previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE; jitlob, madankollu, li tiżdied iċ-ċarezza u li jkun aktar simplifikat l-aċċess għal dawn il-forom ta' għajnuna legali u l-forom ta' għajnuna legali nazzjonali f'dawn il-pjattaforom kollha, inkluża informazzjoni ċara u prattika dwar liema hu l-aħjar mod kif wieħed japplika għall-għajnuna legali fl-Istati Membri differenti f'tilwimiet ċivili u kummerċjali transkonfinali;

8.  Jitlob, barra minn hekk, lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex iniedu kampanja ta’ informazzjoni effettiva sabiex jintlaħqu numru kbir ta’ benefiċjarji potenzjali kif ukoll prattikanti legali;

9.  Iqis li anki proċeduri oħra Ewropej, bħal pereżempju l-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u l-Proċedura tal-Ordni ta’ Ħlas Ewropea, mhumiex magħrufa sew u li l-politika ta’ informazzjoni attwali, jekk tibqa’ tiġi segwita, mhux se tikkontribwixxi biex tagħmilhom aktar magħrufa;

10.  Jirrimarka li t-teknoloġiji u l-għodod ta’ komunikazzjoni ġodda jistgħu jintużaw biex jippermettu l-aċċess għal informazzjoni dwar l-għajnuna legali; jirrakkomanda, għalhekk, li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jużaw firxa wiesgħa ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni, inklużi kampanji u pjattaformi interattivi bbażati fuq l-Internet bħalma hu l-Portal e-Justice, bħala modi effettivi fil-konfront tal-ispejjeż biex jintlaħqu ċ-ċittadini;

11.  Jinnota li sabiex tkun żgurata l-kontinwità tal-proċedimenti mibdija, għandu jkun hemm titjib fil-ħażna temporanja u permanenti tal-forom meħtieġa għall-għajnuna legali, kif ukoll il-forom għal proċeduri oħrajn, partikolarment il-Proċedura għal Talbiet Żgħar u l-Proċeduri ta’ Ħlas Ewropej, li fost l-oħrajn jiżguraw li dawn ikunu jidhru bl-istess mod fil-lingwi kollha, inkluż fuq il-websajt tal-Atlas Ġudizzjarju Ewropew dwar Kwistjonijiet Ċivili u l-Portal Ewropew e-Justice; jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri immedjati għal dan il-għan;

L-iżgurar ta’ appoġġ legali kompetenti

12.  Jikkunsidra li għandhom jiġu stabbiliti databases ta’ professjonisti legali b’ħiliet lingwistiċi u tal-liġi komparattiva biżżejjed biex jaħdmu fuq każijiet ta’ għajnuna legali transkonfinali, biex b’hekk jiġi żgurat li jinħatru professjonisti legali li jkunu kapaċi jaħdmu fuq każijiet bħal dawn; filwaqt li jirrikonoxxi d-databases ġuridiċi transkonfinali eżistenti, bħalma hi l-pjattaforma “Sib Avukat’ (Find-a-Lawyer), bħala eżempji ta’ prattika tajba f’dan il-qasam, jitlob li tali għodod jiġu żviluppati aktar bil-ħsieb li jiġu integrati f’database ta’ professjonisti legali fuq il-Portal e-Justice;

13.  Jissuġġerixxi skemi ta’ taħriġ speċjali biex jipprovdu lill-prattikanti legali b’kompetenza transkonfinali, b’enfasi fuq korsijiet tal-lingwa u l-liġi komparattiva; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tappoġġja taħriġ speċifiku għall-avukati li jipprovdu l-għajnuna legali;

14.  Jirrikonoxxi li l-appoġġ legali u t-taħriġ għandhom implikazzjonijiet f'termini ta' spiża għall-Istati Membri u li fis-sitwazzjoni ekonomika kurrenti l-finanzjament għalihom jista' jkun limitat f'ħafna Stati Membri; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tipprovdi fondi fejn ikun possibbli għall-Istati Membri, biex tiżgura taħriġ legali konsistenti u ta’ livell għoli dwar l-għajnuna legali transkonfinali fil-kwistjonijiet ċivili u kummerċjali;

L-iffaċilitar tat-tħaddim tad-Direttiva għaċ-ċittadini

15.  Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-proċeduri ta’ applikazzjoni jkunu sempliċi, sabiex iċ-ċittadini jkunu dejjem jistgħu japplikaw għall-għajnuna legali mingħajr l-għajnuna ta’ prattikant legali; huwa favur li ċ-ċittadini li jidħlu għal tali proċeduri jiġu infurmati awtomatikament dwar l-eżistenza tal-Portal e-Justice, bil-ħsieb li jiġi żgurat li jkunu infurmati aħjar;

16.  Jikkunsidra li jkun xieraq li, konformi mas-sistemi ta’ għajnuna legali nazzjonali eżistenti, tiġi stabbilita awtorità kompetenti unika fl-ambitu tal-għajnuna legali transkonfinali b’uffiċċju ċentrali f’kull Stat Membru, li tirċievi u tittrażmetti l-applikazzjonijiet għall-għajnuna legali;

17.  Huwa tal-opinjoni li bil-għan li jiġu stabbiliti kriterji ekonomiċi għall-għoti tal-għajnuna legali, għandha tingħata aktar konsiderazzjoni għal-livelli differenti tal-għoli tal-ħajja fl-Istati Membri varji u li għandu jkun ippreċiżat kif dawn id-differenzi jistgħu jiġu kkunsidrati;

18.  Jissuġġerixxi li l-applikanti għandhom jingħataw l-għażla li japplikaw għall-għajnuna legali fl-Istat Membru ta’ residenza tagħhom jew fl-Istat Membru fejn tippresjedi l-Qorti jew fejn qed tiġi infurzata d-deċiżjoni; jinnota li, taħt arranġamenti bħal dawn, l-awtoritajiet ta’ kull Stat Membru mbagħad ikunu jistgħu japplikaw il-kriterji tagħhom stess meta jiddeċiedu dwar l-applikazzjoni;

19.  Jipproponi li kwalunkwe deċiżjoni tal-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ residenza li tingħata l-għajnuna legali, kif evidenzjat minn ċertifikat komuni, għandu jkollha wkoll effett fl-Istat Membru fejn tippresjedi l-Qorti jew fejn tiġi infurzata d-deċiżjoni;

20.  Jirrakkomanda li l-ispejjeż koperti mill-għajnuna legali jinkludu wkoll l-ispejjeż ta’ kull preżenza obbligatorja quddiem imħallef jew awtorità oħra li tevalwa t-talba jew spejjeż assoċjati ma’ dan.

21.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lill-gruppi l-aktar vulnerabbli biex jiżguraw li l-ħtiġijiet tagħhom ikunu kkunsidrati;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għal emenda tad-Direttiva kif propost hawn fuq, bil-ħsieb li jiġu stabbiliti standards ogħla komuni għall-għajnuna legali transkonfinali;

L-inkoraġġiment ta’ forom alternattivi ta’ appoġġ legali

23.  Iħeġġeġ l-Istati Membri biex jistabbilixxu sistemi aktar effiċjenti għall-kooperazzjoni bejn il-korpi pubbliċi u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi sabiex jagħmlu l-għajnuna legali u l-pariri legali aktar aċċessibbli għaċ-ċittadini;

24.  Jitlob li l-qrati nazzjonali jkunu konnessi permezz ta’ sistema ta’ twissija bikrija sabiex, meta ssir applikazzjoni għall-assistenza fi Stat Membru wieħed, Stat Membru ieħor isir konxju tagħha;

25.  Jissuġġerixxi wkoll kooperazzjoni akbar bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi u l-organizzazzjonijiet legali professjonali bħall-assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-avukati u s-soċjetajiet tal-liġi;

26.  Jilqa’ l-inizjattivi numerużi li wrew li kienu eżempji tajbin tal-aħjar prattika fil-qasam tal-pariri legali bla ħlas, li jinkludu l-aġenziji pro bono u l-kliniċi legali;

27.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jiżguraw id-disponibbiltà tal-għajnuna legali prekontenzjuża u jiffaċilitaw l-aċċess għaliha, inkluż pariri dwar l-użu ta’ metodi alternattivi ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim, li ħafna drabi jkunu aktar effettivi fil-konfront tal-ispejjeż u jaħlu inqas ħin mil-litigazzjoni;

Aspetti internazzjonali tal-għajnuna legali

28.  Jistieden lill-Istati Membri li għadhom ma ffirmawx u/jew ma rratifikawx il-Konvenzjoni tal-Aja tal-25 ta’ Ottubru 1980 dwar l-Aċċess Internazzjonali għall-Ġustizzja biex jagħmlu dan, sabiex itejbu l-aċċess taċ-ċittadini għall-ġustizzja barra mill-Unjoni Ewropea;

o
o   o

29.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

(1) ĠU L 26, 31.1.2003, p. 41.


L-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali***II
PDF 202kWORD 19k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 (06353/1/2013 – C7-0142/2013 – 2011/0137(COD))
P7_TA(2013)0241A7-0185/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06353/1/2013 – C7–0142/2013),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0285),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0185/2013),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Testi adottati tat-3.7.2012, P7_TA(2012)0272.


Ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar u ikel għal skopijiet mediċi speċjali ***II
PDF 289kWORD 21k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (05394/1/2013 – C7-0133/2013 – 2011/0156(COD))
P7_TA(2013)0242A7-0191/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05394/1/2013 – C7-0133/2013),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2011(1),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (COM(2013)0241),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0353),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0191/2013),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-pestiċidi

Fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 11(1)(b), il-Kummissjoni se tagħti attenzjoni partikolari lill-pestiċidi li fihom sustanzi attivi, aġenti protettivi jew sinerġizzanti kklassifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008(3) bħala mutaġeniċi kategorija 1A jew 1B, karċinoġeni kategorija 1A jew 1B, tossiċi għar-riproduzzjoni fil-kategorija 1A jew 1B, jew meqjusa li għandhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali u li jistgħu jikkawżaw effett negattiv fuq il-bnedmin, jew li huma tossiċi ħafna, jew li jikkawżaw effetti kritiċi bħal effetti newrotossiċi jew immunotossiċi tal-iżvilupp, bil-għan li fl-aħħar mill-aħħar jiġi evitat l-użu tagħhom.

(1) ĠU C 24, 28.1.2012, p. 119.
(2) Testi adottati tal-14.6.2012, P7_TA(2012)0255.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.


Ir-rekwiżiti minimi tas-saħħa u s-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) ***I
PDF 289kWORD 32k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi għas-saħħa u s-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (l-XX Direttiva individwali skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (COM(2011)0348 – C7-0191/2011 – 2011/0152(COD))
P7_TA(2013)0243A7-0009/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0348),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 153(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikolu l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0191/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-7 ta' Diċembru 2011(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-10 ta' April 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0009/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta’ Ġunju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi tas-saħħa u s-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (l-20 Direttiva individwali skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) u li tħassar id-Direttiva 2004/40/KE

P7_TC1-COD(2011)0152


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni 2013/35/UE.)

(1) ĠU C 43, 15.2.2012, p. 47.


Pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet - 2 ***I
PDF 429kWORD 32k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (COM(2012)0498 – C7-0290/2012 – 2012/0236(COD))
P7_TA(2013)0244A7-0146/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0498),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0290/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0146/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta’ Ġunju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

P7_TC1-COD(2012)0236


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  L-evalwazzjoni xjentifika tal-prestazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet(4), imwettqa mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (is-STECF), żvelat li kien hemm għadd ta’ problemi marbutin mal-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament.

(2)  L-Istati Membri użaw metodi differenti biex jikkalkulaw l-isforz tas-sajd fis-snin ta’ referenza u biex jikkalkulaw il-konsum tal-isforzi rrappurtat fil-pjan. Dan ippermetta li jintuża livell ogħla tal-isforz minn dak li kien maħsub fil-pjan u, għaldaqstant, dan għandu jitranġa permezz tal-istandardizzazzjoni tal-metodoloġiji għall-kalkolu tal-isforzi użati mill-Istati Membri. [Em. 1]

(3)  In-nuqqas ta’ valutazzjonijiet analitiċi f’ċerti żoni ġeografiċi jeskludi l-applikazzjoni tar-regoli għall-kontroll tal-ħsad u jwassal għal tnaqqis annwali awtomatiku ta’ 25 % fil-qabdiet totali permissibbli (“TACs”) u fl-isforzi. Minn meta ġie implimentat il-pjan, l-allokazzjonijiet tal-isforz tas-sajd fiż-żoni kkonċernati tnaqqsu b’mod sinifikanti. L-evalwazzjoni xjentifika mwettqa mis-STECF tissuġġerixxi li, f’xi każijiet, ikun aktar xieraq li jintuża metodu tal-kejl ieħor u mhux il-mortalità mis-sajd sabiex jiġu stabbiliti t-TACs, minflok it-tnaqqis awtomatiku fit-TACs u fl-isforzi.

(3a)  Iż-żamma ta' rati ta' mortalità mis-sajd f'livell sostenibbli, abbażi ta' parir xjentifiku għandha tippermetti l-irkupru tal-istokkijiet tal-ħut. L-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità lill-iżvilupp u l-promozzjoni ta' miżuri u inċentivi bl-għan li jevitaw il-qabdiet mhux mixtieqa. Għandu jingħata appoġġ finanzjarju għall-użu ta' miżuri ta' rkaptu selettivi.[Em. 2]

(4)  Il-pjan jipprevedi lok għall-esklużjoni ta’ bastimenti li l-attivitajiet tagħhom ma jikkontribwixxux b’mod sinifikanti għall-mortalità tal-merluzz. Sabiex wieħed jevita li l-isforz marbut ma’ dawk l-attivitajiet jiġi dirett mill-ġdid lejn l-attività tas-sajd għall-merluzz, għandu jitnaqqas il-valur ta’ referenza tal-isforz. Barra minn hekk, sabiex jiġi evitat il-piż amministrattiv ta’ kalkolu mill-ġdid kostanti tal-valur ta’ referenza tal-isforz kull darba li tittieħed deċiżjoni li jiġu esklużi ċerti attivitajiet, ta’ min jistabbilixxi kriterji ċari għall-esklużjoni, sabiex il-valuri ta’ referenza tal-livelli tal-isforz ikunu jistgħu jiġu stabbiliti b’mod definittiv.

(5)  Sabiex ikun eħfef li wieħed iwettaq attivitajiet tas-sajd iktar selettivi fl-attivitajiet tas-sajd iddokumentati bis-sħiħ, fejn il-qabdiet kollha jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwota, huwa xieraq li l-bastimenti jiġu eżentati mir-reġim tal-isforz tas-sajd meta jkunu qed jieħdu sehem f’dawk il-provi.

(6)  L-allokazzjonijiet tal-isforz tas-sajd massimu permissibbli tnaqqsu b’mod sinifikanti għall-irkaptu ewlieni tal-qbid tal-merluzz sa minn meta daħal fis-seħħ il-pjan. Dan jista’ jkollu impatt ekonomiku u soċjali sinifikanti fuq it-taqsimiet tal-flotta li jużaw l-istess tip ta’ rkaptu iżda li jistadu prinċipalment għal speċijiet oħrajn u mhux għall-merluzz. Biex jiġu indirizzati dawk il-kwistjonijiet ekonomiċi u soċjali, għandu jiddaħħal mekkaniżmu biex jissospendi aktar aġġustamenti fl-isforz tas-sajd.

(7)  Minħabba li verżjoni waħda tal-Artikolu 13(2)(b) b’lingwa partikulari hija differenti minn dik bil-lingwi l-oħra, jeħtieġ li t-test ta’ dik id-dispożizzjoni jinbidel sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dak l-Artikolu.

(8)  Minħabba l-livelli għoljin ta’ rimi tal-merluzz li ġew innutati tul il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-pjan, jeħtieġ li l-Istati Membri jieħdu azzjoni xierqa biex inaqqsu kemm jista’ jkun u fejn hu possibbli jeliminaw ir-rimi, fost l-oħrajn billi jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom lill-bastimenti b’tali mod li l-kwoti jkunu jaqblu kemm jista’ jkun mal-qabdiet mistennija. [Em. 3]

(9)  Id-derogi mill-pjan li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Artikoli 11 u 13 jirrappreżentaw riskju għas-suċċess tal-pjan jekk ma jiġux implimentati kif suppost. Valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ dawn id-derogi żvelat li hemm bżonn li jissaħħu r-rekwiżiti tal-monitoraġġ u tal-kontroll u r-rekwiżiti li tingħata d-dokumentazzjoni kollha li tiġġustifikahom. Minħabba li l-qafas tal-Unjoni għall-kontroll tas-sajd huwa bbażat fuq ir-riskju, l-attivitajiet li jitwettqu skont id-derogi għandhom jingħataw livell speċifiku “għoli ħafna” tar-riskju.

(10)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd(5) ħassar għadd ta’ Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 li kienu jirreferu għall-Annessi II u III. Minħabba li m’hemmx iktar referenzi għall-Annessi II u III fir-Regolament (KE) Nru 1342/2008, dawk l-Annessi għandhom jitħassru.

(11)  Ir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)  L-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:"

Artikolu 4

Kalkolu tal-isforz tas-sajd

1.  Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, l-isforz tas-sajd użat minn grupp ta’ bastimenti għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-prodotti tal-valuri tal-kapaċità, mogħtija f’kW, għal kull bastiment u l-għadd ta’ jiem li kull bastiment kien preżenti f’żona stabbilita fl-Anness I. Jum ta’ preżenza f’żona għandu jkun kwalunkwe perjodu kontinwu ta’ 24 siegħa, jew parti minnu, li matulu bastiment tas-sajd jew ikun preżenti fiż-żona u ma jkunx fil-port. jew inkella, skont il-każ, ikollu l-irkaptu tas-sajd tiegħu użat f'din iż-żona. [Em. 4]

2.  L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-jiem ta’ preżenza f’żona, f'konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd*

* ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1. [Em. 5]

(1a)  Fl-Artikolu 8, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

Minkejja l-paragrafi 2 sa 5, il-Kunsill jista' jiddeċiedi fuq livell ta' TAC alternattiv meta pariri xjentifiċi jindikaw li l-livell ikun iktar adegwat biex jintlaħqu l-objettivi tal-pjan.' [Em. 6]

(2)  L-Artikolu 9 għandu jinbidel b’dan li ġej:

'Artikolu 9

Proċedura speċjali biex jiġu stabbiliti t-TACs

1.  F’każijiet fejn ma jkunx hemm biżżejjed tagħrif biex it-TACs jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 7, it-TACs għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Kattegat, fil-Punent tal-Iskozja u fil-Baħar Irlandiż għandhom jiġu stabbiliti fil-livell indikat mill-pariri xjentifiċi. Madankollu, jekk il-livell indikat mill-pariri xjentifiċi jkun ogħla mit-TACs tas-sena ta’ qabel b’iktar minn 20 %, dawn għandhom jiġu stabbiliti f’livell li jkun 20 % ogħla mit-TACs tas-sena ta’ qabel, u jekk il-livell indikat fil-pariri xjentifiċi jkun inqas mit-TACs tas-sena ta’ qabel b’iktar minn 20 % dawn għandhom jiġu stabbiliti f’livell li jkun 20 % inqas mit-TACs tas-sena ta’ qabel.

2.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, fejn il-parir xjentifiku jindika li m'għandu jkun hemm ebda sajd dirett u li:

   (i) il-qabda inċidentali għandha tkun minimizzata jew imnaqqsa għal-livell ssuġġerit mill-STECF jew l-ICES u/jew
   (ii) il-qabdiet ta' merluzz għandhom jitnaqqsu għal-livell issuġġerit mill-STECF jew mill-ICES,
  

il-Kunsill jista' jiddeċiedi li ma japplikax aġġustamenti annwali għat-TAC fis-sena ta' wara, bil-kondizzjoni li t-TAC stabbilit ikun biss għall-qabda inċidentali.[Em. 7]

3.  F’każijiet fejn ma jkunx hemm biżżejjed tagħrif biex it-TACs jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 8, it-TACs għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar tat-Tramuntana, fi Skagerrak u fil-Kanal tal-Lvant għandhom jiġu stabbiliti billi jiġu applikati, mutatis mutandis, il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, sakemm il-konsultazzjonijiet man-Norveġja ma jwasslux għal ftehim dwar livell differenti tat-TAC.

"

(3)  Fl-Artikolu 11, il-paragrafi 2 u 3 għandhom jitħassru.

(4)  Għandhom jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:"

'Artikolu 11a

L-esklużjoni tal-isforz tas-sajd użat f’ċerti żoni, f’ċertu fond jew minn ċertu rkaptu

1.  L-Istati Membri jistgħu jeskludu l-isforz tas-sajd li bastiment juża waqt vjaġġ sakemm tkun sodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin: [Em. 9]

   (a) l-attività kollha tas-sajd ta’ dak il-vjaġġ mill-bastiment ikkonċernat titwettaq ’il barra miż-żoni ta’ distribuzzjoni tal-merluzz kif imniżżlin skont il-paragrafu 2;
  

jew

   (b) jekk l-attività kollha tas-sajd ta’ dak il-vjaġġ mill-bastiment ikkonċernat titwettaq f’fond ta’ aktar minn 300 metru;
  

jew

   (c) jekk, matul dak il-vjaġġ, il-bastiment ikkonċernat juża tip ta' rkaptu rregolat wieħed abbord, li jkun imniżżel skont il-paragrafu 2.. jekk il-bastiment ikollu rkaptu ieħor abbord tul il-vjaġġ għas-sajd, dan għandu jkun stivat bi qbil mal-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. [Em. 10]

2.  Abbażi tat-tagħrif mogħti mill-Istati Membri skont il-paragrafu 3, u skont il-pariri xjentifiċi mogħtija, il-Kunsill għandu jistabbilixxi lista ta’ żoni li jkunu ’l barra miż-żoni ta’ distribuzzjoni tal-merluzz u lista tal-irkaptu li l-attributi tekniċi tiegħu iwasslu għal qabdiet tal-merluzz li jkunu ta’ anqas minn 1.5 % tal-qabdiet totali kollha, imkejlin skont il-piż. Ladarba rkaptu jew żona, imressqa minn Stati Membru, huma approvati, għandu jkun possibbli għall-Istati Membri l-oħra li jużawhom.[Em. 11]

3.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu t-tagħrif adegwat lill-Kummissjoni biex din tkun tista’ tivvaluta jekk żona għandhiex tkun fuq il-lista taż-żoni msemmija fil-paragrafu 2 jew jekk irkaptu għandux ikun fuq il-lista tal-irkaptu msemmija fl-istess paragrafu.

4.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli ddettaljati dwar il-format u l-proċedura għat-trażmissjoni tat-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 3. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 32.

Artikolu 11b

Aġġustament tal-valur ta’ referenza biex jiġi kkalkulat l-isforz tas-sajd massimu permissibbli

1.  L-isforz tas-sajd imsemmi fl-Artikolu 11a(1), li jkun ikkontribwixxa biex jiġi stabbilit il-valur ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 12(2)(a), għandu jitnaqqas mill-valur ta’ referenza skont dan l-Artikolu.

2.  It-talbiet għall-aġġustament tal-valur ta’ referenza msemmi fil-paragrafu 1 għandhom jitressqu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni sena sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena. [Em. 12]

3.  Il-valur ta’ referenza aġġustat għandu jintuża biex jiġi kkalkulat mill-ġdid il-livell tal-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-grupp tal-isforz ikkonċernat, billi jiġu applikati l-aġġustamenti annwali tal-perċentwali applikati sa mid-dħul fis-seħħ tal-pjan.

4.  L-esklużjoni tal-isforz tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 11a tista’ tiġi applikata għall-grupp tal-isforz rilevanti biss wara li l-isforz tas-sajd massimu permissibbli jkun ġie kkalkulat mill-ġdid skont dan l-Artikolu.

5.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw ir-regoli ddettaljati dwar il-format u l-proċedura għat-trażmissjoni tat-talbiet imsemmija fil-paragrafu 2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 32.

Artikolu 11c

L-esklużjoni ta’ bastimenti li jkunu qed jieħdu sehem fi provi ta’ attivitajiet tas-sajd iddokumentati bis-sħiħ

1.  L-Istati Membri jistgħu jeskludu mir-reġim tal-isforz tas-sajd l-isforz tas-sajd użat minn bastiment meta dan ikun qed jieħu sehem fi provi ta’ attivitajiet tas-sajd iddokumentati bis-sħiħ li fihom il-merluzz kollu maqbud, inkluż ir-rimi, jingħadd u jitnaqqas mill-kwota.

2.  Meta jiġi applikat il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jaġġustaw l-isforz tas-sajd massimu permissibbli stabbilit skont l-Artikolu 12(1) għall-grupp tal-isforz ikkonċernat Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjonili li jistipulaw regoli dettaljati dwar l-aġġustament tal-isforz massimu tas-sajd imsemmi fl-ewwel sentenza. Dawk l-atti ta 'implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 32. [Em. 13].

3.  L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’kull aġġustament tal-isforz tas-sajd massimu permissibbli li jkun sar skont il-paragrafu 2. In-notifika għandha tinkludi d-dettalji tal-bastimenti esklużi u l-ammont tal-isforz tas-sajd imnaqqas kemm fil-livell aggregat, kif ukoll fil-livell tal-bastimenti.

[Em. 14]

5.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli ddettaljati dwar il-format u l-proċedura għan-notifiki msemmija fil-paragrafu 3. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 32.

Artikolu 11d

Miżuri dwar l-esklużjonijietmiksuba preċedentement [Em. 15]

L-esklużjonijiet mir-reġim tal-isforz tas-sajd li kienu diġà fis-seħħ qabel l-....(6) għandhom ikomplu japplikaw sakemm jibqgħu jintlaħqu l-kundizzjonijiet li bihom ingħataw dawk l-esklużjonijiet. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, ta’ kull sena, bi kwalunkwe tagħrif rilevanti li jippermettilha tistabbilixxi li dawk il-kundizzjonijiet għadhom qed jintlaħqu.’ [Em. 16]

(5)  L-Artikolu 12 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

4.  Għall-gruppi aggregati tal-isforz li l-perċentwal tal-qabda kumulattiva tagħhom, ikkalkulat skont il-paragrafu 3(d), huwa ta’ 20 % jew ta’ iktar minn hekk, għandhom japplikaw l-aġġustamenti annwali. L-isforz tas-sajd massimu permissibbli tal-gruppi kkonċernati għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

   (a) f’każijiet fejn japplikaw l-Artikoli 7 jew 8, billi jiġi applikat l-istess perċentwal ta’ aġġustament għall-valur ta’ referenza bħal dak stabbilit f’dawk l-Artikoli għall-mortalità mis-sajd;
   (b) f’każijiet fejn japplika l-Artikolu 9, billi jiġi applikat l-istess perċentwal ta’ aġġustament għall-isforz tas-sajd bħal dak applikat għat-TAC meta mqabbel ma’ tas-sena ta’ qabel

"

[Em. 17]

(b)  Għandu jiżdied il-paragrafu  li ġej:"

6.  B’deroga mill-paragrafu 4, meta l-isforz tas-sajd massimu permissibbli jkun tnaqqas għal erba’ snin konsekuttivi, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li ma japplikax aġġustament annwali għall-isforz tas-sajd massimu permissibbli fis-sena ta’ wara jew fis-snin ta’ wara.'

"

(5a)  Jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 12a

Sabiex jinkisbu rati ta' mortalità mis-sajd sostenibbli, abbażi ta' pariri xjentifiċi, għandu jkun implimentat it-tnaqqis gradwali tar-rimi. L-Istati Membri introduċew irkapti selettivi u miżuri oħrajn adattati bl-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd. L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-Kunsill Konsultattiv Reġjonali rilevanti kif ukoll lill-ICES u/jew l-STECF u lill-parteċipanti interessati rilevanti dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati.'[Emendi 8 u 18]

(6)  L-Artikolu 13(2), punt (b) għandu jinbidel b’dan li ġej:"

   '(b) twassal għal kompożizzjoni tal-qabda, inkluż ir-rimi, ta’ anqas minn 5 % tal-merluzz tul il-perjodu ta’ ġestjoni;'.
"

(7)  Fl-Artikolu 14 għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

‘5.  F’każijiet fejn id-dejta xjentifika turi li għal irkaptu tas-sajd partikolari, qed ikun hemm rimi ta' volumi konsiderevoli ta' merluzz matul il-perjodu ta' ġestjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu miżuri immedjati biex inaqqas kemm jista’ jkun ir-rimi tal-merluzz. [Em. 19]

6.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi sabiex jiżguraw li jkun hemm il-konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 11a, 11b, 11c u 13, u għandhom jinkluduhom fil-programmi nazzjonali tagħhom ta’ azzjoni ta’ kontroll, hekk kif previst fl-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. L-Istati Membri għandhom jassenjaw livell ta’ ‘riskju għoli ħafna’ lil dawk il-bastimenti li joperaw skont dawk l-Artikoli fil-ġesjtoni bbażata fuq ir-riskju tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

"

(7a)  Fl-Artikolu 16(3), il-kliem “fl-2009” għandhom jitħassru. [Em. 20]

(7b)  Fl-Artikolu 17, il-paragrafu 4 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

'4.  Fejn il-CPUE tal-grupp ta' rkaptu donatur huwa anqas mill-CPUE tal-grupp ta' rkaptu riċeventi, l-Istat Membru għandu japplika fattur ta' korrezzjoni għall-ammont tal-isforz fil-grupp ta' rkaptu riċeventi sabiex jiġi kkumpensat il-CPUE ogħla ta' dan tal-aħħar. L-Istati Membri ma għandhomx jaffettwaw dan l-aġġustament meta jkunu jistgħu juru li t-trasferiment ikun magħmul bil-għan li jkun evitat il-qbid tal-merluzz jew biex ikun limitat ir-rimi b'konformità mal-leġiżlazzzjoni tal-Unjoni dwar l-użu tal-irkaptu tas-sajd.'[Em. 21]

(8)  L-Artikolu 32 għandu jinbidel b’dan li ġej:"

'Artikolu 32

Proċedura ta’ kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura stabbilit fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. Dan il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni*.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

* ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.'

"

(9)  L-Annessi II u III għandhom jitħassru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President

(1) ĠU C 44, 15.2.2013, p. 125.
(2) ĠU C 44, 15.2.2013, p. 125.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Ġunju 2013.
(4) ĠU L 348, 24.12.2008, p. 20.
(5) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(6)+ Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.


Il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus
PDF 590kWORD 80k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus: rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet u inizjattivi li għandhom jittieħdu (rapport intermedju) (2012/2117(INI))
P7_TA(2013)0245A7-0175/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2012 dwar it-twaqqif, is-setgħat, l-għamla numerika u l-mandat tal-Kumitat Speċjali dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, adottata skont l-Artikolu 184 tar-Regoli tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tiegħu tal-11 ta’ Diċembru 2012 li testendi l-mandat tal-Kumitat Speċjali dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus sat-30 ta’ Settembru 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 67, il-Kapitolu 4 (l-Artikoli 82-86) u l-Kapitolu 5 (l-Artikoli 87-89) tat-Titolu V tat-tielet parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 5, 6, 8, 32, 38, 41, u t-Titolu VI (l-Artikoli 47-50) u l-Artikolu 52,

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ħolqien u l-implimentazzjoni ta’ ċiklu ta’ politika tal-UE għall-kriminalità internazzjonali organizzata u serja, li jistabbilixxi proċess pluriennali li għandu l-għan li jiffaċċja t-theddid kriminali l-aktar importanti b’mod koerenti permezz tal-aqwa kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, l-UE u l-pajjiżi terzi,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-prijoritajiet tal-UE għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata bejn l-2011 u l-2013,

–  wara li kkunsidra l-Programm ta’ Stokkolma dwar il-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja(1), il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Il-kisba ta' żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja għaċ-ċittadini tal-Ewropa: Pjan ta’ Azzjoni li Jimplimenta l-Programm ta’ Stokkolma” (COM(2010)0171) u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “L-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE fl-Azzjoni: Ħames passi lejn Ewropa aktar sikura” (COM(2010)0673),

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi (2005-2012) u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE kontra d-Droga (2009-2012),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali, adottata mill-Assemblea Ġenerali fil-15 ta’ Novembru 2000 (Riżoluzzjoni 55/25) u miftuħa għall-firma f’Palermo fit-12 ta’ Diċembru 2000, u l-protokolli relatati,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni (UNCAC), miftuħa għall-firma f’Merida fid-9 ta’ Diċembru 2003,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-traffikar illeċitu tad-drogi narkotiċi u s-sustanzi psikotropiċi, adottata mill-Assemblea Ġenerali fl-20 ta’ Diċembru 1988 (riżoluzzjoni 1988/8) u li nfetħet għall-firem fi Vjenna, mill-20 ta’ Diċembru 1988 sat-28 ta’ Frar 1989, u wara fi New York, sal-20 ta’ Diċembru 1989,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet penali u ċivili tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-korruzzjoni, miftuħa għall-firma fi Strasburgu rispettivament fis-27 ta’ Jannar u l-4 ta’ Novembru 1999, u r-Riżoluzzjonijiet (98)7 u (99)5, adottati mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa rispettivament fil-5 ta’ Mejju 1998 u l-1 ta’ Mejju 1999, stipulati mill-Grupp tal-Istati kontra l-Korruzzjoni (GRECO),

–  wara li kkunsidra l-Att tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 1997 li jfassal, fuq il-bażi tal-Artikolu K.3(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea(2),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni OECD dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali pubbliċi barranin fl-operazzjonijiet ekonomiċi internazzjonali, miftuħa għall-firma f’Pariġi fis-17 ta’ Diċembru 1997, u s-supplimenti sussegwenti,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar ir-riċiklaġġ, ir-riċerka, is-sekwestru u l-konfiska tal-qligħ minn reat u dwar il-finanzjament għat-terroriżmu, miftuħa għall-firma f’Varsavja fis-16 ta’ Mejju 2005, u r-Riżoluzzjoni CM/Res(2010)12 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa, tat-13 ta’ Ottubru 2010, dwar l-istatut tal-Kumitat ta' Esperti Magħżula għall-Valutazzjoni ta' Miżuri kontra l-Money Laundering (MONEYVAL),

–  wara li kkunsidra l-40 rakkomandazzjoni u d-9 rakkomandazzjonijiet speċjali tal-Grupp ta’ Azzjoni Finanzjarja FATF/GAFI għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament għat-terroriżmu u għat-tixrid,

–  wara li kkunsidra x-xogħol tal-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta' Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata(3),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/500/ĠAI tas-26 ta’ Ġunju 2001, dwar il-ħasil tal-flus, l-identifikazzjoni, l-intraċċar, l-iffriżar, il-qbid u l-konfiska tal-mezzi u l-qligħ mill-kriminalità(4), id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/577/ĠAI tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar it-twettiq fl-Unjoni Ewropea tal-mandati li jiffriżaw xi proprjetà jew xi evidenza(5), id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/212/ĠAI tal-24 ta’ Frar 2005 dwar il-Konfiska ta’ Rikavati, Mezzi Strumentali u Proprjetà Konnessi mal-Kriminalità(6), u d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/783/ĠAI tas-6 ta’ Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal ordnijiet ta’ konfiska(7),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/ĠAI tas-6 ta' Diċembru 2007 dwar il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi tal-Istati Membri fil-qasam tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta' rikavati mill-kriminalità, jew proprjetà oħra relatata magħha(8), u wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni COM(2011)0176 ibbażat fuq l-Artikolu 8 ta' dik id-Deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment [konsenja] bejn l-Istati Membri(9), u l-atti ta' emenda sussegwenti,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/465/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar l-iskwadri ta’ investigazzjoni konġunti(10), u r-rapport tal-Kummissjoni fuq it-traspożizzjoni legali tad-Deċiżjoni Kwadru imsemmija (COM(2004)0858),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/902/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tistabbilixxi Netwerk Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità (EUCPN)(11),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI(12), u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Istrateġija tal-UE lejn il-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin (2012 – 2016)” (COM(2012)0286),

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-fatt li l-aħjar interessi tal-minuri involuti fit-traffikar u l-każijiet ta’ migrazzjoni għandhom dejjem ikunu preokkupazzjoni ewlenija,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/68/ĠAI(13),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament għat-terroriżmu(14), u r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-imsemmija Direttiva (COM(2012)0168),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-kontrolli ta' flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità(15),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga(16),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi(17),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/ĠAI tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat(18) u r-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill ibbażat fuq l-Artikolu 9 tal-imsemmija Deċiżjoni Kwadru (COM(2007)0328),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali(19), u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, kif emendata(20),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI(21),

–  wara li kkunsidra l-Proposta tal-Kummissjoni Ewropea COM(2013)0045 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu,

–  wara li kkunsidra l-Proposta tal-Kummissjoni Ewropea COM(2012)0085 għal Direttiva dwar l-iffriżar u l-konfiska tar-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Proposta tal-Kummissjoni Ewropea COM(2010)0517 dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas 2005/222/ĠAI tal-Kunsill,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Pjan ta’ Azzjoni għat-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa (COM(2012)0722),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – L-ewwel Rapport Annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE (COM(2011)0790),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew – Il-Ġlieda kontra l-Kriminalità f'din l-Era Diġitali: Il-Ħolqien ta’ Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità (COM(2012)0140),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Lejn qafas Ewropew komprensiv għal-logħob tal-azzard online (COM(2012)0596),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Il-kejl tal-Kriminalità fl-UE: Pjan ta’ Azzjoni tal-Istatistika 2011-2015 (COM(2011)0713),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar mezzi konkreti li jsaħħu l-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa inkluż f'dak li jirrigwarda lil pajjiżi terzi (COM(2012)0351),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Lejn Politika Kriminali tal-UE: L-iżgurar ta' implimentazzjoni effettiva tal-politiki tal-UE permezz tal-liġi kriminali (COM(2011)0573),

–  wara li kkunsidra r-Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa (GRECO) tas-6 ta’ Ġunju 2011 (COM(2011)0307),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Ir-rikavat mill-kriminalità organizzata: jiġi żgurat li “l-kriminalità ma tirrendix” (COM(2008)0766),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata fis-settur finanzjarju (COM(2004)0262),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/425/KE tat-13 ta’ Ġunju 2007, li tidentifika sensiela ta’ azzjonijiet għall-infurzar tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Marzu 2011 bl-isem “It-Taxxa u l-Iżvilupp – kooperazzjoni ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw dwar il-promozzjoni ta' governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa”(22),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2011 dwar l-isforzi tal-UE fil-ġlieda tagħha kontra l-korruzzjoni(23), tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar il-kriminalità organizzata fl-Unjoni Ewropea(24), u tat-22 ta’ Mejju 2012 tal-Parlament Ewropew dwar l-approċċ tal-UE għal-liġi kriminali(25),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Novembru 2011 dwar il-ġlieda kontra s-sajd illegali fil-livell dinji – ir-rwol tal-UE(26),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2013 dwar il-logħob mixtri u l-korruzzjoni fl-isport(27),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Jannar 2013 bir-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar Liġi ta’ Proċedura Amministrattiva tal-Unjoni Ewropea(28),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ 7 Ġunju 2005 dwar proposta ta’ -Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-iffinanzjar tat-terroriżmu(29),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Europol tal-2013 dwar il-Valutazzjoni tat-Theddid mill-Kriminalità Serja u Organizzata (SOCTA),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u r-rifuġji tat-taxxa(30);

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tas-seduti pubbliċi, tad-diskussjonijiet dwar id-dokumenti tax-xogħol u tal-iskambji ta’ opinjonijiet ma’ persuni ta’ livell għoli, kif ukoll il-missjonijiet imwettqa mid-delegazzjonijiet tal-kumitat speċjali tiegħu dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus,

–  wara li kkunsidra r-risposti għall-kwestjonarju mibgħut lill-Parlamenti nazzjonali dwar ir-rwol tagħhom u l-esperjenzi tagħhom fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus,

–  wara li kkunsidra l-kontribuzzjonijiet tematiċi tal-Onorevoli Ayala Sender, Díaz de Mera García Consuegra, McClarkin u Mitchell dwar il-kriminalità organizzata,

–  wara li kkunsidra l-kontribuzzjonijiet tematiċi tal-Onorevoli de Jong, Gabriel, Skylakakis u Weiler dwar il-korruzzjoni,

–  wara li kkunsidra l-kontribuzzjonijiet tematiċi tal-Onorevoli Borghezio u Tavares dwar il-ħasil tal-flus,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport intermedju tal-Kumitat Speċjali dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus (A7-0175/2013),

Kriminalità organizzata, korruzzjoni u ħasil tal-flus

A.  billi l-Kumitat Speċjali dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus (CRIM) ingħata mandat biex jinvestiga l-firxa tal-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus bl-appoġġ tal-aqwa valutazzjonijiet tat-theddid disponibbli u biex jipproponi miżuri xierqa lill-UE biex tipprevjeni u tindirizza dan it-theddid u biex tiġġieled kontra tiegħu fil-livell internazzjonali, Ewropew u nazzjonali;

B.  billi l-organizzazzjonijiet kriminali tradizzjonali wessgħu gradwalment il-firxa ta’ azzjoni tagħhom fuq skala internazzjonali, filwaqt li sfruttaw l-opportunitajiet offruti mill-ftuħ tal-fruntieri internazzjonali tal-Unjoni Ewroepa, kif ukoll mill-globalizzazzjoni ekonomika u mit-teknoloġiji l-ġodda u għamlu alleanzi ma’ gruppi kriminali ta’ pajjiżi oħra (bħal fil-każijiet ta’ kartelli tal-Amerka t'Isfel tad-droga u l-kriminalità organizzata li titkellem bir-Russu) biex jaqsmu swieq u żoni ta’ influwenza; billi l-gruppi tal-kriminalità qegħdin dejjem aktar jiddiversifikaw l-operazzjonijiet tagħhom, u qed jikbru rabtiet bejn it-traffikar tad-drogi, it-traffikar tal-bnedmin, il-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-armi; billi r-rabta bejn it-terroriżmu u l-kriminalità organizzata kulma jmur qed issir aktar organika;

C.  billi l-kriżi ekonomika globali mhux biss toħloq il-kondizzjonijiet li jippermettu lill-attivitajiet illegali jikbru aktar min-naħa ta’ ċerti individwi, imma twassal ukoll għal tipi ġodda ta’ attività ta’ kriminalità organizzata, bħalma huma l-frodi u l-korruzzjoni fl-isport professjonista, il-kontraffazzjoni ta’ beni tal-konsum kwotidjan bħalma hu l-ikel u l-farmaċewtiċi, il-kummerċ illegali fix-xogħol bl-irħis, u fil-kummerċ tal-bnedmin; billi bl-infiltrazzjoni tal-ekonomija legali, il-kriminalità organizzata, il-frodi u r-riċiklaġġ tal-flus għandhom effett devastanti fuq l-Istati Membri;

D.  billi hu rari ħafna li grupp tal-kriminalità organizzata ma jkollux dimensjoni ta’ bejn il-fruntieri u din hi l-akbar theddid inviżibbli għas-sigurtà u l-prosperità taċ-ċittadini Ewropej, li ma ġewx mgħarrfin dwar iż-żieda splussiva fil-kriminalità ta’ bejn il-fruntieri jew l-inabilità tal-awtoritajiet nazzjonali tat-twettiq tal-liġi li jiqfulha għajr milli mill-fruntieri nazzjonali tagħhom ’il ġewwa;

E.  billi ilha tiġi nnutata żieda fil-propensità għall-appoġġ reċiproku bejn id-diversi organizzazzjonijiet kriminali, li jirnexxielhom għalhekk – anki permezz tal-istrutturi internazzjonali l-ġodda tagħhom u d-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tagħhom - jegħlbu l-problema tad-differenzi lingwistiċi, etniċi jew ta’ interess kummerċjali biex jikkonverġu fi traffiki komuni li jippermettu li jitnaqqsu l-ispejjeż u jiżdiedu l-profitti;

F.  billi s-SOCTA tal-2013 tal-Europol jgħodd tal-inqas 3 600 organizzazzjoni kriminali attiva fl-Unjoni Ewropea, fejn jagħraf fost il-karatteristiki l-aktar mifruxa l-approċċ ta' netwerk u kooperazzjoni bejn dawn l-organizzazzjonijiet, il-preżenza qawwija tagħhom fin-nisġa ekonomika legali fil-livell internazzjonali, it-tendenza li jimpenjaw ruħhom, speċjalment l-organizzazzjonijiet il-kbar, f'diversi attivitajiet kriminali b'mod kontemporanju u l-fatt li 70 % tal-organizzazzjonijiet eżistenti għandhom affiljati ta' diversi nazzjonalitajiet, li juri n-natura transnazzjonali ta' dan il-fenomenu;

G.  billi l-faqar jikkostitwixxi fattur li jiffaċilita l-kriminalità organizzata peress li l-faqar jiġi sfruttat mill-organizzazzjonijiet kriminali;

H.  billi huwa essenzjali li jiġi eliminat il-faqar u li jitjieb l-aċċess tal-pubbliku għall-impjieg u l-protezzjoni soċjali;

I.  billi l-fenomeni ta’ traffikar tal-bnedmin u l-organi umani, prostituzzjoni furzata, ta’ tnaqqis ta’ skjavitù tal-bnedmin u l-istabbiliment tal-kampijiet tax-xogħol furzat huma ta’ spiss ġestiti mill-organizzazzjonijiet kriminali transnazzjonali; billi jeħtieġ b'mod urġenti monitoraġġ kostanti fuq it-traffikar internazzjonali ta' organi u fuq ir-rabtiet mal-organizzazzjonijiet kriminali; billi l-kummerċ fil-bnedmin hu forma ta' kriminalità u fenomenu li qed jinbidel malajr li jiġġenera l-profitti f’ammont li jlaħħaq mal-EUR 25 biljun kull sena u jolqot lill-Istati Membri kollha;

J.  billi n-numru totali ta’ ħaddiema furzati fl-Istati Membri huwa stmat għal 880.000 li minnhom 30 % huma stmati vittmi ta’ sfruttament sesswali u 70 % huma vittmi ta’ sfruttament tax-xogħol furzat, bin-nisa jikkostitwixxu l-parti l-kbira tal-vittmi fl-UE; billi x-xogħol furzat iħalli kadanni kbar għall-kriminalità organizzata, iwassal għal dumping soċjali u jiddanneġġja lis-soċjetà fit-telf mit-taxxa evażi;

K.  billi l-vittmi tal-kummerċ fil-bnedmin joriġina kemm fl-UE kemm minn barra minnha;

L.  billi l-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin jiġu impjegati, trasportati jew miżmuma bil-forza, sfurzar jew frodi bil-għan ta’ sfruttament sesswali, xogħol jew servizzi furzati, inklużi t-talb għall-karità, l-iskjavitù, is-servitù, l-attivitajiet kriminali, is-servizz domestiku, l-adozzjoni jew iż-żwieġ furzat, jew it-tneħħija tal-organi; billi dawn il-vittmi jiġu sfruttati u mjassra kompletament mit-traffikanti jew l-isfruttaturi tagħhom, obbligati li jħallsuhom lura djun kbar, ta’ spiss imċaħħda mid-dokumenti tal-identità tagħhom, imsakkra, iżolati u mhedda, huma jgħixu fil-biża’ u r-ritaljazzjoni, bla flus u mbeżża’ bl-awtoritajiet lokali, huma jitilfu kull tama li jaħarbu jew li jmorru lura għal ħajja normali;

M.  billi huwa impossibbli li jiġu ssiġillati l-konfini esterni tal-UE;

N.  billi 2000 persuna jmutu kull sena fil-Mediterran waqt li jippruvaw jidħlu fl-UE;

O.  billi l-vittmi, għalkemm it-traffikar tal-bnedmin jevolvi mal-bidliet fiċ-ċirkostanzi soċjoekonomiċi, jiġu prinċipalment minn pajjiżi jew reġjuni li huma soġġetti għal diffikultajiet ekonomiċi u soċjali u l-fatturi ta’ vulnerabbiltà ma nbidlux għal snin sħaħ; billi l-kaġunijiet l-oħra tat-traffikar tal-bnedmin jinkludu l-industrija tas-sess li qed tikber kif ukoll id-domanda għal ħaddiema u prodotti bl-irħis u billi l-fattur komuni biex isiru vittmi tat-traffikar huwa, f’termini ġenerali, l-wegħda ta’ kwalità ta’ ħajja u eżistenza aħjar għalihom stess u/jew għall-familji tagħhom;

P.  billi t-traffikar illeċitu (bnedmin u organi, armamenti, drogi, inklużi s-sostanzi CBRN u l-prekursuri kif ukoll d-drogi li jinxtraw b’riċetta medika, speċijiet u partijiet tal-ġisem ta’ organiżmi selvaġġi, sigaretti u tabakk, arti u prodotti oħra) għandu oriġini differenti, jagħti saħħa lil swieq kriminali ġodda fl-Ewropa kollha, joffri opportunitajiet enormi ta’ profitt lill-organizzazzjonijiet kriminali u jirrappreżenta sfida għas-sigurtà tal-fruntieri, is-suq uniku u l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

Q.  billi l-gruppi kriminali ddiversifikaw ir-rotot għat-traffikar tad-droga u miegħu żiedu serje ta’ traffikar ieħor; billi l-Internet jipprovdi għodda u rotta ġdida kemm għall-provvista ta’ prekursuri għall-produzzjoni ta’ drogi, kif ukoll għad-distribuzzjoni ta’ sustanzi psikotropiċi; billi l-kummerċ fil-prekursuri tad-drogi, bħalma huma l-efedrina, il-psewdoefedrina, u l-anidride aċetika, ma huwiex ikkontrollat kif għandu jkun fl-Unjoni u huwa ta’ periklu serju;

R.  billi l-kontroll tal-kimiċi prekursuri u t-tagħmir użat fil-manifattura tad-droga sintetika huwa element ewlieni fit-tnaqqis tal-provvista tad-droga;

S.  billi l-kimiċi użati għal għanijiet leċiti jistgħu jitneħħew mill-kummerċ leċitu mill-organizzazzjonijiet kriminali u jintużaw bħala prekursuri tad-droga; billi fl-2008, 75 % tas-sekwestru globali ta’ anidride aċetika, il-prekursur tad-droga prinċipali għall-erojina, seħħ fl-UE u billi r-rapporti annwali mill-Bord Internazzjonali tal-Kontroll tan-Narkotiċi tan-Nazzjonijiet Uniti jkomplu jagħmlu referenza għall-miżuri fis-seħħ fl-UE li mhumiex ħorox biżżejjed biex jevitaw li din il-kimika prekursura tintuża għal għanijiet illeċiti;

T.  billi ħafna ċittadini tal-Unjoni jgħixu fil-faqar u l-qgħad filwaqt li l-kriminalità bejn il-fruntieri tiżdied sena wara sena;

U.  billi l-għadd ta’ impjiegi leġittimi fl-Unjoni mitluf minħabba fl-attività illegali tal-ġgajtiet kriminali, ma jistax jiġi kkalkolat bir-reqqa, peress li l-kriminali ma jippubblikawx rapporti, imma jista’ jiġi stmat li jlaħħaq mal-għaxriet ta’ miljuni;

V.  billi t-telf ta’ dħul mit-taxxa min-naħa tal-gvernijiet nazzjonali u l-Unjoni jista’, b’mod simili, jiġi biss stmat imma probabbilment ilaħħaq mal-mijiet ta’ biljuni ta’ Euro kull sena u qiegħed jiżdied;

W.  billi t-traffikar illegali ta’ sigaretti jipproduċi kull sena telf fit-taxxi ta’ madwar EUR 10-il biljun; billi l-fatturat stimat ġenerat mit-traffikar globali tal-armi ż-żgħar ilaħħaq bejn 170 miljun u 320 miljun dollaru Amerikan fis-sena, filwaqt li jiċċirkolaw aktar minn 10 miljun arma illegali fl-Ewropa, li joħolqu theddida gravi għas-sigrutà taċ-ċittadini kif ukoll għall-eżekuzzjoni tal-liġi; billi t-traffikar imsemmi jista’ jirrappreżenta telf fit-taxxi u ħsara għall-kumpaniji li jimmanifatturaw u jiffaċilita l-firxa ta’ forom oħra ta’ kriminalità organizzata, li min-naħa tagħhom, joħolqu theddida soċjali serja, billi dan il-fenomenu jista’ faċilment ikun fonti ta’ finanzjament għat-terroristiċi;

X.  Billi d-dħul tat-traffikar ta’ speċijiet u partijiet tal-ġisem ta’ organiżmi selvaġġi huwa stmat għal EUR 18 sa 26 biljun fis-sena, bl-UE tkun is-suq ta’ destinazzjoni l-aktar importanti fid-dinja;

Y.  billi t-traffikar iwassal għal telf fid-dħul tal-Istat, jagħmel ħsara lill-kumpaniji li jimmanifatturaw u għandu effett ħażin fuq l-impjiegi, il-pubbliku u l-ambjent soċjali;

Z.  billi l-kapaċità ta’ infiltrazzjoni tal-organizzazzjonijiet kriminali evolviet għaliex huma issa saru attivi f’setturi bħax-xogħlijiet pubbliċi, it-trasport, id-distribuzzjoni, l-immaniġġjar tal-iskart, it-traffikar ta' speċi selvaġġi u riżorsi naturali, sikurezza privata, intratteniment għall-adulti u bosta setturi oħrajn, li l-biċċa l-kbira tagħhom huma soġġetti għal kontroll u teħid ta’ deċiżjonijiet politiku; billi, għalhekk, il-kriminalità organizzata hija dejjem aktar simili għal suġġett ekonomiku globali, b’orjentament qawwi ta’ negozju li jippermettilha tforni varjetà ta’ prodotti u servizzi illegali – imma wkoll, kulma jmur dejjem aktar, legali – fl-istess waqt u jkollha impatt fuq l-ekonomija Ewropea u globali, b’kost għan-negozju ta’ 870 biljun dollaru Amerikan fis-sena;

AA.  billi l-attivitajiet kriminali tat-tip organizzati u mafjużi fil-qasam ambjentali – fid-diversi forom ta' traffikar u t-tneħħija illegali ta' skart, il-qerda tal-patrimonju ambjentali, tal-pajsaġġi, artistiku u kulturali – issa ħadu dimensjoni internazzjonali tant li jeħtieġu sforz konġunt mill-pajjiżi Ewropej kollha għal azzjoni komuni aktar effikaċi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ekomafji;

AB.  billi l-volum finanzjarju enormi ġġenerat mill-kriminalità organizzata u n-netwerks mafjużi jmantnu l-istabbilimenti bankarji u s-swieq finanzjarji anke fi ħdan l-UE, li fil-fatt sfaw kompliċi ta' ħasil tal-flus;

AC.  billi l-banek internazzjonali għandhom rwol sinifikanti li jistgħu jippermettu l-ħasil tal-flus u ġew involuti direttament fil-ħasil tad-dħul tal-kriminalità organizzata;

AD.  billi r-rapport SOCTA ppubblikat mill-Europol fl-2013 jindika li l-kontraffazzjoni tal-komoditajiet u l-kummerċ illeċitu fil-beni jikkostitwixxi suq kriminali emerġenti intensifikat mill-kriżi ekonomika; billi t-traffikar tad-drogi għadu l-akbar suq kriminali; billi l-kummerċ illeċitu fl-iskart u l-frodi fl-enerġija huma theddidet ġodda emerġenti li jitolbu attenzjoni partikolari;

AE.  billi jekk għandha ssir ġlieda effikaċi kontra l-kriminalità organizzata fil-forom kollha tagħha, huwa essenzjali li jiġi żviluppati u implementati miżuri li jnaqqru r-riżorsi finanzjarji tal-organizzazzjonijiet kriminali billi tiġi attakkata s-segretezza bankarja kull fejn neċessarju;

AF.  billi l-organizzazzjonijiet kriminali jistgħu jieħdu vantaġġ anke minn zona griża ta’ kollużjoni ma’ terzi, billi jingħaqdu għall-fini ta’ ċerti operazzjonijiet ma’ ħaddiema tal-moħħ (impriżi, uffiċjali pubbliċi fil-livelli kollha tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, politiċi, banek, professjonisti, eċċ.), li għalkemm ma jkunx jagħmlu parti mill-istruttura tal-organizzazzjonijiet kriminali, ikollhom x’jaqsmu magħhom f’negozji li jħallu l-qligħ għat-tnejn li huma;

AG.  billi f’xi pajjiżi Ewropej li mhumiex Stati Membri tal-UE parti kbira tas-soċjetà tibqa’ f’żona griża, u ta’ spiss jgħixu minn fuq attivitajiet kriminali; billi prinċipalment dan jinvolvi liż-żgħażagħ;

AH.  billi l-kriminalità organizzata saret tqis mal-mezzi ta’ operazzjoni tipiċi tagħha, apparti l-vjolenza, l-intimidazzjoni u t-terroriżmu, anke l-korruzzjoni; billi l-ħasil tal-flus hu marbut mhux biss mal-attivitajiet tipiċi tal-kriminalità organizzata, iżda wkoll mal-korruzzjoni u mar-reati fiskali; billi l-kunflitti ta’ interess jistgħu jikkawżaw korruzzjoni u frodi; billi l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, għalkemm fenomeni distinti, huma ta’ spiss karatterizzati minn interrelazzjonijiet oġġettivi; billi l-kriminalità organizzata tista’ wkoll tuża l-organizzazzjonijiet mis-settur kemm pubbliku kemm privat, inklużi l-organizzazzjonijiet mhux bi skop ta' lukru, biex ikopru l-korruzzjoni u għal skopijiet ta' riċiklaġġ ta' flus;

AI.  billi l-ġurnalisti investigattivi għandhom rwol importanti fil-kxif tal-korruzzjoni, il-frodi u l-kriminalità organizzata u konsegwentement jiġu esposti għal theddid finanzjarju u ta’ sigurtà partikolari; billi, pereżempju, fuq perjodu ta’ ħames snin fi ħdan is-27 Stat Membru, ġie ppubblikat total ta’ 233 rapport investigattiv dwar każijiet ta’ frodi relatati mal-użu ħażin tal-fondi tal-UE(31); billi finanzjament addizzjonali, b’mod partikolari mill-Kummissjoni u istituzzjonijiet internazzjonali oħra, huwa indispensabbli għall-appoġġ u aktar tisħiħ tal-ġurnaliżmu investigattiv;

AJ.  billi l-ħasil tal-flus, il-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata mwettqa minn atturi Ewropej jolqtu serjament il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u jirrappreżentaw ostakolu għall-iżvilupp tagħhom billi jisirqu r-riżorsi naturali, jillimitaw ir-riżorsi fiskali u jżidu d-dejn pubbliku tagħhom;

AK.  billi l-internet jippermetti lill-organizzazzjonijiet kriminali jaġixxu b'mod aktar rapidu u fuq skala ferm akbar u għaldaqstant immodifika l-iskemi tal-attivitajiet kriminali; billi ċ-ċiberkriminalità, l-aktar fil-forom tal-frodi u l-isfruttament tat-tfal, hi theddida li kulma jmur qiegħda tikber, filwaqt li l-organizzazzjonijiet kriminali qed jużaw l-imħatri onlajn fuq l-isport bħala għodda għall-ġenerazzjoni tal-profitti u r-riċiklaġġ tal-flus madwar id-dinja kollha;

AL.  billi l-iffissar tar-riżultati huwa forma ġdida ta’ kriminalità bi dħul għoli, sentenzi baxxi u, minħabba r-rati ta’ identifikazzjoni baxxi, negozju li jħalli l-qligħ għall-kriminali;

Għad-difiża taċ-ċittadini u tal-ekonomija leċitu

AM.  billi d-difiża taċ-ċittadini u tal-ekonomija legali u kompetittiva tiddependi mir-rieda politika fil-livelli kollha, kif ukoll minn miżuri sħaħ għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-traffikar fil-bnedmin, il-korruzzjoni u r-riċiklaġġ tal-flus, fenomeni li jikkawżaw ħsara serja lis-soċjetà u jikkostitwixxu, b’mod partikolari, theddida għas-sopravivenza tal-imprendituri li jimxu mal-liġi, għas-sigurtà taċ-ċittadini u tal-konsumaturi u għall-prinċipji demokratiċi fundamentali tal-Istat;

AN.  billi l-gruppi kriminali jisfruttaw it-teknoloġiji moderni, l-ambjenti u l-opportunitajiet li jirriflettu l-opportunitajiet u l-għanijiet tan-negozju leġittimu; billi l-gruppi kriminali għandhom livelli għolja ta’ għarfien speċjalizzat, organizzazzjoni, esperjenza u sofistikazzjoni, akkumpanjati minn mobilità, konnettività u faċilità għall-ivvjaġġar akbar; billi dan wassal biex il-kriminalità organizzata tkun anqas lokalizzata u aktar probabbli li tisfrutta aktar sistemi legali u ġurisdizzjonijiet legali nazzjonali differenti minn xulxin;

AO.  billi skont l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC), il-qligħ minn attivitajiet illeċiti fuq livell planetarju jammontaw għal madwar 3.6 % tal-PDG globali u li llum il-flussi ta’ flus maħsula fid-dinja huma madwar 2.7 % tal-PDG globali; billi l-Kummissjoni Ewropea tikkalkula li l-ispiża marbuta mal-korruzzjoni fl-Unjoni Ewropea tammonta għal kważi 120 biljun euro fis-sena, jew 1% tal-PDG tal-UE; billi dawn huma riżorsi sinifikattivi meħuda mill-iżvilupp ekonomiku u soċjali, il-finanzi pubbliċi u mill-benessri taċ-ċittadini;

AP.  billi l-introjtu tal-attivitajiet illegali u n-netwerks finanzjarji tal-ħasil tal-flus għandhom impatt negattiv fuq l-ekonomija tal-Unjoni Ewropea peress li jsaħħu l-ispekulazzjoni u l-bżieżaq finanzjarji li huma ta' ħsara għall-ekonomija reali;

AQ.  billi f’xi pajjiżi, il-korruzzjoni hi theddida serja għad-demokrazija u hi ostaklu għall-governanza effikaċi u ġusta; billi tiskoraġġixxi l-investiment, tagħmel distorsjoni tal-operazzjoni tas-swieq domestiċi, timpedixxi l-kompetizzjoni ġusta bejn in-negozji, u, fl-aħħar mill-aħħar, tipperikola l-iżvilupp ekonomiku billi tqassam ħażin ir-riżorsi, l-aktar bi ħsara tas-servizzi pubbliċi b'mod ġenerali u s-servizzi soċjali b'mod partikolari; billi l-komplessità burokratika, imtaqqla bir-rekwiżiti multipli u mhux neċessarji ta’ awtorizzazzjoni minn qabel, tista’ tiskoraġġixxi l-imprenditorija, ixxekkel l-attività ekonomika leġittima u tagħti inċentivi għat-tixħim tal-uffiċjali u twassal għal forom oħrajn ta’ korruzzjoni;

AR.  billi d-differenzi fil-leġiżlazzjoni u l-infurzar fir-rigward tat-tixħim tal-uffiċjali pubbliċi jolqtu ħażin lis-suq intern, mhux biss għax m'hemmx l-istess kundizzjonijiet għall-kumpaniji imma wkoll għax tali tixħim isir fi ħdan l-Unjoni Ewropea ukoll, meta kumpaniji bbażati f’wieħed mill-Istati Membri jxaħħmu uffiċjali pubbliċi barranin ta’ Stat Membru ieħor, għaldaqstant ixekklu l-funzjonament tas-swieq;

AS.  billi l-korruzzjoni hija perċepita minn 74 % taċ-ċittadini Ewropej bħala problema maġġuri nazzjonali u sovranazzjonali,(32) u li fenomeni ta’ korruzzjoni jeżistu f’ħafna servizzi tas-settur pubbliku; billi l-korruzzjoni timmina l-kunfidenza taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet demokratiċi u l-effikaċja tal-gvernijiet eletti fil-preżervazzjoni tal-istat tad-dritt, billi toħloq il-privileġġi u b’hekk l-inġustizzja soċjali; billi n-nuqqas ta’ fiduċja fil-politikanti jiġi enfasizzat fi żminijiet ta’ kriżi ekonomika serja;

AT.  billi l-oqsma li fihom tiġi rrapportata korruzzjoni żgħira ogħla, f’termini ta’ perċentwal ta’ każijiet ta’ tixħim għal kull kuntatt, huma bejn wieħed u ieħor: servizzi mediċi 6.2 %, servizzi tal-artijiet 5 %, dwana 4.8 %, ġudikatura 4.2 %, pulizija 3.8 %, servizzi ta’ reġistru u permess 3.8 %, sistema edukattiva 2.5 %, utilitajiet 2.5 %, dħul mit-taxxa 1.9 %;

  AU billi fiz-zoni b’livell għoli ta’ kriminalità, ir-riżorsi tal-ekonomija lokali huma konfiskati illegalment mill-kriminalità organizzata u li għalhekk tiġi skoraġġuta x-xewqa normali li jsiru rabtiet imprenditorjali, inklużi investimenti minn Stati oħra; billi f’zoni bħal dawn l-aċċess għall-kreditu għall-impriżi b’saħħithom huwa aktar diffiċli bl-ispejjeż ogħla u b’garanziji akbar mitluba mill-banek; billi n-negozji li jinsabu f’diffikultà ekonomika huma xi kultant mġiegħla jduru lejn l-organizzazzjonijiet kriminali biex jiksbu l-kreditu għall-investimenti;

AV.  billi l-kriminalità organizzata lokalizzata tieħu vantaġġ mid-diskrepenzi fl-ekonomija legali u tista’ ssir attur importanti fil-provvediment ta’ prodotti li jintużaw kuljum; billi, oltre l-estorsjoni u l-intimidazzjoni, li jikkostitwixxu theddidiet għall-komunitajiet lokali, dan jimmina l-ekonomika legali u l-komunità kollha kemm hi, f’termini ta’ sigurtà għan-negozji u ċ-ċittadini; billi ċ-ċiberkriminalità, il-kontraffazzjoni fil-kontenut kreattiv jew it-traffikar illegali onlajn, il-pedopornografija, il-prodotti farmaċewtiċi, is-sostanzi psikotropiċi legali u l-prekursuri tad-drogi, il-komponenti, l-ispare parts u prodotti oħrajn li jintużaw komunement ta’ kuljum kif ukoll kwestjonijiet marbutin mal-jeddijiet u l-liċenzji relevanti qed jipperikolaw is-saħħa pubblika, is-sigurtà, l-impjiegi u l-istabilità soċjali u jistgħu jinfliġġu ħsara massiċċa fuq in-negozji fis-setturi kkonċernati, sa punt li jipperikola l-eżistenza kontinwata tagħhom;

AW.  billi r-reati li l-aktar frekwenti mwettqin fil-konfronti tas-settur agroalimentari barra milli jipperikolaw saħħet iċ-ċittadini Ewropej jipprovokaw ukoll danni kbar lil dawk il-pajjiżi li mill-eċċellenza alimentari jkunu għamlu l-forte tagħhom;

AX.  billi l-isfruttament sesswali tat-tfal permezz tal-internet u l-pedopornografija huma theddida kbira; billi ċ-ċiberkriminalità, partikolarment dik immotivata mill-qligħ u l-aċċess mhux awtorizzat għas-sistemi ta’ informazzjoni huma ħafna drabi assoċjati ma’ reati ta’ frodi finanzjarji; billi ċ-Ċiberkriminalità bħala Servizz (CaaS) qed tiżdied u l-ammont ta’ malware qed jikber drammatikament; billi l-korpi Ewropej ikkonċernati b’dawn il-kwestjonijiet jeħtieġu aktar finanzjament;

AY.  billi r-riċiklaġġ tal-flus qed jieħu forom dejjem aktar kumplessi u li diffiċilment jiġu traċċati; billi, għall-ħasil tal-flus ta’ flus maħmuġa, l-organizzazzjonijiet kriminali jinqdew dejjem aktar miċ-ċirkwit legali u illegali tal-imħatri kif ukoll mill-“iffissar” tar-riżultati ta’ avvenimenti sportivi u banek f’pajjiżi fejn fil-prattika ma jiġux sorveljati b’mod suffiċjenti t-trasferimenti tal-flus għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa; billi x-xiri tal-partiti għandu jiġi perċepit bħala forma ta’ kriminalità organizzata li tħalli l-qligħ; billi l-imħatri legali, bħala espressjoni ta’ attività imprenditorjali, għandhom ikunu appoġġjati fuq il-bażi tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

  AZ billi l-falsifikazzjoni tar-rekords tal-kontijiet ta’ kumpanija huma ħafna drabi strumentali għall-ħolqien ta’ likwidità mhux uffiċjali, li tnaqqas id-dħul taxxabbli u tista’ tintuża għal skopijiet ta’ korruzzjoni jew ta’ ħasil tal-flus, waqt li tolqot il-kompetizzjoni leali u tnaqqas il-kapaċità tal-Istat li jwettaq il-funzjoni soċjali tiegħu;

BA.  billi fi żmien ta’ awsterità, il-frodi tat-taxxa huwa stmat li jiswa lill-Istati Membri EUR 1 triljun kull sena; billi l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa mhumiex limitati għas-suq iswed imma jinsabu fl-ekonomija reali fost korporazzjonijiet magħrufa sew;

L-eżiġenza ta’ approċċ komuni fil-livell Ewropew

BB.  billi ġa sar xi xogħol fil-livell Ewropew bl-iskop li jinħoloq qafas regolatorju u legali armonizzat fil-qasam tal-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus;

BC.  billi, l-aktar fil-każijiet ta’ kriminalità transfronterjali, il-varjetà ta’ approċċi li l-Istati Membri japplikaw għall-kriminalità u d-differenzi fid-dritt kriminali sostanzjali u proċesswali jistgħu joħolqu lakuni u punt dgħajfin fl-ordinamenti ġuridiċi kriminali, ċivili u fiskali fl-Unjoni Ewropea kollha; billi r-rifuġji fiskali, il-pajjiżi li għandhom politiki bankarji laxki u l-pajjiżi seċessjonisti fejn ma jkunx hemm awtorità ċentrali f'saħħitha saru essenzjali għar-riċiklaġġ tal-flus mill-kriminalità organizzata;

BD.  billi l-gruppi kriminali ta’ spiss ikollhom struttura ta’ netwerk internazzjonali, għaldaqstant, din l-istruttura internazzjonali teħtieġ rispons transkonfinali, inklużi komunikazzjoni effettiva u komprensiva u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-aġenziji nazzjonali u internazzjonali ekwivalenti;

BE.  billi l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE u tal-euro trid tkun prijorità f'termini ta' monitoraġġ tal-fenomenu kulma jmur qed jikber li bih l-organizzazzjonijiet kriminali qed jimmiżapproprijaw il-fondi Ewropej permezz ta’ dik li tissejjaħ “Frodi komunitarja’ u l-kontraffazzjoni tal-euro;

BF.  billi programmi bħal Erkole, Fiscalis, Dwana u Pericles ġew żviluppati fil-livell Ewropew biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-UE u jiġġieldu kontra l-attivitajiet kriminali u illeċiti transnazzjonali u transkonfinali;

BG.  billi l-akbar għadu taz-Zona tal-Euro hija d-diverġenza fil-qligħ tal-produttività fost l-Istati Membri; billi dan joħloq, fuq terminu medju u twil, diverġenza f’termini ta’ kompetittività li ma tistax tiġi trattata bi żvalutar monetarju u twassal għal programmi ta’ awsterità ħorox u insostenibbli politikament bil-għan ta’ żvalutar intern; billi korruzzjoni sistematika fis-settur pubbliku, li tfixkel bil-kbir l-effiċjenza, l-investiment dirett barrani u l-innovazzjoni, mhux qiegħda għaldaqstant tħalli funzjonament adegwat tal-unjoni monetarja;

BH.  billi hemm minn tal-anqas 20 miljun każ ta’ korruzzjoni żgħira fis-setturi pubbliċi fl-UE u huwa ovvju li l-fenomenu għandu wkoll effett konsekwenzjali fil-partijiet tal-amministrazzjoni pubblika tal-Istati Membri (u l-persuni politiċi korrespondenti) li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fondi tal-UE u interessi finanzjarji oħra;

BI.  billi hemm diskrepanza sostanzjali ħafna fit-taxxa fl-Ewropa, huwa stmat li EUR 1 triljun ta’ dħul pubbliku jintilef kull sena fl-UE minħabba frodi u evitar tat-taxxa, li jirrappreżenta spiża annwali ta’ madwar EUR 2000 għal kull ċittadin tal-Unjoni;

BJ.  billi, sabiex tkun ikkumbattuta l-kriminalità organizzata, il-leġiżlaturi fl-Istati Membri jridu jkunu jistgħu jirreaġixxu minnufih u effikaċement għall-istrutturi kulma jmur jinbidlu u l-forom ġodda tal-kriminalità, u aktar minn hekk billi skont it-Trattat ta' Lisbona, l-Istati Membri kollha għandhom l-obbligu jiffaċilitaw Unjoni ta' libertà sigurtà u ġustizzja;

BK.  billi l-approċċ Ewropew fi kwestjonijiet marbuta mal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, korruzzjoni u ħasil tal-flus ma jistax ikun separat, fost l-oħrajn, mit-tisħiħ tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija anke mal-pajjiżi terzi, mid-definizzjoni komuni ta’ tipi kriminali bħar-reat assoċjattiv ta’ marka mafjuża jew l-awtoħasil tal-flus, mill-inkriminazzjoni tal-forom kollha ta’ korruzzjoni, mir-reviżjoni ta’ ċerti mekkaniżmi b’rilevanza proċesswali bħall-preskrizzjoni, mill-previżjoni ta’ forom effikaċi ta’ konfiska tal-oġġetti tal-gruppi kriminali, mir-responsabbilizzazzjoni tal-Amministrazzjoni Pubblika, tal-politika, tal-avukati, tan-nutara, tal-aġenti immobiljari u tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni, mill-formazzjoni tal-maġistrati u tal-forzi tal-pulizija kif ukoll mill-predispożizzjoni ta’ strumenti ta’ prevenzjoni adegwati;

BL.  billi r-rikonoxximent reċiproku huwa rikonuxxut bħala prinċipju fundamentali li jsaħħaħ il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni;

BM.  billi l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin hija prijorità għall-UE, mis-snin 90 ’l hawn ġew żviluppati ħafna inizjattivi, miżuri u programmi ta’ finanzjament u qafas legali; u billi l-Artikolu 5 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprojbixxi b’mod speċifiku t-traffikar tal-bnedmin;

BN.  billi, sabiex l-Istati Membri jikkooperaw biex jiffaċċjaw il-kriminalità u jaraw li s-sistemi ġudizzjarji jibdew jaħdmu tajjeb, hemm il-ħtieġa ta’ fiduċja reċiproka bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji fl-UE; billi l-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka jeħtieġ li jiġu stabbiliti standards ta’ protezzjoni minimi fl-ogħla livell possibbli;

BO.  billi l-liġi kriminali u s-sistemi ta’ proċedimenti kriminali tal-Istati Membri evolvew matul is-sekli; billi kull Stat Membru għandu l-karatteristiċi u l-fatturi speċjali tiegħu u billi, konsegwentement, oqsma ewlenin tal-liġi kriminali għandhom jitħallew f’idejn l-Istati Membri;

BP.  billi d-differenza sostanzjali bejn ix-xhieda tal-ġustizzja u l-kollaboraturi tal-ġustizzja; billi hemm id-dmir tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea li jipproteġu u jiggarantixxu lil dawk li għażlu li jieħdu pożizzjoni kontra l-kriminalità organizzata u mafjuża, billi jqegħdu ħajjithom u ħajjet l-għeżież tagħhom fil-periklu;

BQ.  billi, għalkemm l-offerti għall-akkwist pubbliku huma immonitorjati ferm, l-infiq ta’ wara mhuwa xejn trasparenti u hemm varjetà wiesa’ fost l-Istati Membri għad-dikjarazzjoni tal-interessi;

Għal qafas legali omoġenu u koerenti

1.  Iqis li hu meħtieġ li titħejja risposta politika adegwata kontra l-preżenza tal-organizzazzjonijiet kriminali u tal-mafji fil-livell Ewropew permezz ta' pjan ta' azzjoni dettaljat u fil-ħin li jipprevedi miżuri leġiżlattivi u le, bl-għan li jitkissru dawn l-organizzazzjonijiet u li jiġu identifikati u rkuprati kull forma ta' ġid (dirett jew indirett) li tkun attribwita lilhom;

2.  Huwa konvint li biex tingħeleb il-kriminalità organizzata u mafjuża u jinqerdu fenomeni bħall-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus li, fil-kumplessità tagħhom, jiġġeneraw limitu għal-libertà, għad-drittijiet u s-sikurezza taċ-ċittadini Ewropej u l-ġenerazzjoni futuri, jeħtieġ ukoll, minbarra l-isforz reattiv, sforz kbir tat-tip preventiv;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi standards ġuridiċi komuni u mudelli ta’ integrazzjoni u ta’ kooperazzjoni fost l-Istati Membri; jistedinha, b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ rapport ta’ valutazzjoni dwar l-implementazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas dwar it-taqbida kontra l-kriminalità organizzata u l-bini fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni l-aktar avvanzata tal-Istati Membri, tressaq proposta leġiżlattiva li tiddelinea definizzjoni komuni tal-kriminalità organizzata, li għandhom jinkludu, inter alia, ir-reat tal-parteċipazzjoni f’organizzazzjoni ta' għamla mafjuża, tkun tissottolinja l-fatt li l-gruppi kriminali ta' din ix-xorta huma orjentati lejn in-negozju u jeżerċitaw poter ta' intimidazzjoni, filwaqt li jitqies id-dispost tal-Artikolu 2(a) tal-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali; jisħaq li l-proposti għal dispożizzjonijiet tal-UE għal dritt kriminali sostanzjali jridu jirrispettaw il-jeddijiet fundamentali u l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, kif ukoll il-pożizzjonijiet tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar l-approċċ tal-UE rigward id-dritt kriminali;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tfassal definizzjoni komuni ta’ korruzzjoni ħalli tiżviluppa politika globali koerenti kontra l-korruzzjoni; jirrakkomanda li, meta tkun qed tfassal ir-rapport tagħha dwar l-azzjoni meħuda mill-Istati Membri kontra l-korruzzjoni, li għandu jiġi ppubblikat fl-2013, il-Kummissjoni għandha tkopri l-forom kollha ta’ korruzzjoni, kemm fis-settur pubbliku kemm f’dak privat, inklużi l-organizzazzjonijiet li m'għandhomx skop ta' lukru, billi jiġu aċċentwati l-aqwa esperjenzi nazzjonali fit-taqbida kontra tagħha, u għandhom jinkludu mod preċiż ta' kejl tal-fenomenu, ħalli tkun inkluża prospettiva sħiħa tal-oqsma vulnerabbli tal-korruzzjoni fuq bażi minn pajjiż għal pajjiż; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta b’mod regolari lill-Parlament kif ukoll lill-Konferenza tal-Istati li huma Parti għall-UNCAC dwar l-azzjonijiet li jkunu ttieħdu kemm mill-Istati Membri kemm f’livell ta’ UE, u taġġorna l-leġiżlazzjoni Ewropea eżistenti b’konsegwenza ta' hekk;

5.  Isostni li qafas normattiv effikaċi dwar kwistjonijiet ta’ ħasil tal-flus għandu jqis l-interazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet ta’ kontra l-ħasil tal-flus u d-dritt fundamentali ta’ protezzjoni tad-dejta personali, ħalli r-riċiklaġġ tal-flus ikun indirizzat mingħajr ma jitbaxxew l-istandards stabbiliti tal-protezzjoni tad-dejta; f’dan ir-rigward, jilqa’ s-sistema għall-protezzjoni tad-dejta użata mill-Europol;

6.  Jitlob lill-Kummissjoni tiddisponi, fil-proposta tagħha għall-armonizzazzjoni tad-dritt kriminali f'dak li għandu x'jaqsam mar-riċiklaġġ tal-flus, li mistennija tkun imressqa fl-2013, definizzjoni tar-reat tal-awto-riċiklaġġ imsejsa fuq l-aqwa prattiki tal-Istati Membri, u tqis bħala reati relattivi dawk ir-reati li jitqiesu gravi bħala dawk li x’aktar jwasslu profitt lill-persuni li jwettquhom;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq prorposta li tiżviluppa l-Artikolu 18 tad-Direttiwa dwar it-Traffikar tal-Bnedmin (THB) li tħeġġeġ lill-Istati Membri jikkrimalizzaw l-użu tas-servizzi tal-vittmi ta’ kull forma ta’ sfruttament tat-traffikar tal-bnedmin, li t-tnejn jikkonċernaw l-isfruttament sesswali u tax-xogħol;

8.  Iqis li l-kundizzjonijiet u l-konsegwenzi devastanti mġarrba mill-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin mhumiex aċċettabbli u jikkostitwixxu ksur kriminali tad-Drittijiet tal-Bniedem; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex it-traffikar jagħmluh anatema soċjali permezz ta’ kampanji qawwija u sostnuti ta’ sensibilizzazzjoni b’miri ċari u skedati għal tnaqqis; dawn il-kampanji għandhom jiġu evalwati annwalment fil-qafas tal-Jum Ewropew Kontra t-Traffikar, fit-18 ta’ Ottubru ta’ kull sena, kif ukoll wara ħames snin, minn issa sas-Sena Ewropea Kontra t-Traffikar;

9.  Jirrakkomanda lill-Istati Membri f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Parlament Ewropew u bl-appoġġ tal-Europol, l-Eurojust u l-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali, jiżviluppaw indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi kemm jista’ jkun omoġeni u komuni fil-livell Ewropew għall-kejl, mill-anqas, tal-portata, l-ispejjeż u l-ħsara soċjali tal-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus li jsiru fl-UE;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kunsill jikkunsidraw l-implimentazzjoni ta' lista Ewropea tal-organizzazzjonijiet kriminali bħal-lista Ewropea tal-organizzazzjonijiet meqjusa bħala terroristi;

11.  Jirrakkomanda l-implimentazzjoni ta' netwerk Ewropew li jgħaqqad id-diversi universitajiet li jittrattaw il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus sabiex tiġi promossa r-riċerka universitarja f'dawn l-oqsma;

12.  Jenfasizza l-ħtieġa tal-implementazzjoni sħiħa tal-istrumenti eżistenti ta’ għarfien reċiproku u ta’ leġiżlazzjoni Ewropea li jiddisponu dwar l-eżegwibilità tas-sentenzi ta’ kundanna u dwar l-ordnijiet ta’ konfiska fit-territorju ta’ Stati Membri li ma jkunux dawk li fihom ikunu ngħataw dawk is-sentenzi jew inħarġu dawk l-istrumenti; iqis li l-assistenza legali reċiproka u l-aċċettabilità reċiproka tal-evidenza bejn l-Istati Membri għandha tittejjeb;

13.  Jemmen li l-azzjonijiet għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u x-xogħol furzat għandhom jiffokaw fuq l-kawżi bażiċi bħall-inugwaljanzi globali; għalhekk, jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu sforz akbar fl-għajnuna għall-iżvilupp u l-impenji tal-GMD;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-SEAE biex isaħħu d-dimensjoni esterna tal-miżuri u l-programmi, inklużi l-ftehimiet bilaterali, fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin permezz ta’ azzjonijiet preventivi fil-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu b’attenzjoni speċjali lejn il-minorenni u t-tfal mhux akkumpanjati;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa sistema ta’ sorveljanza affidabbli madwar l-UE, biex tissorvelja b’mod aktar effettiv il-movimenti tat-traffikanti u l-vittmi tat-traffikar;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa, bħala kwistjoni ta’ urġenza, sistema mifruxa mal-Eukollha komparabbli u affidabbli għall-ġbir tad-dejta, ibbażata fuq indikaturi komuni solidi u maqbula, flimkien mal-Istati Membri u mal-istituzzjonijiet internazzjonali involuti fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin; sabiex tiżdied il-viżibilità u l-urġenza ta’ din is-sistema tad-dejta, jista’ jkun utli li jinħoloq Osservatorju Kontra t-Traffikar fuq il-websajt ta’ Kontra t-Traffikar tal-UE li diġà ġiet attivata, bl-obbligu għall-Istituzzjonijiet kollha tal-UE u s-seba’ Aġenziji involuti li jintroduċu d-dejta tagħhom bi stedina lill-NGOs u lil istituzzjonijiet oħra sabiex jagħmlu l-istess;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet deskritti fl-istrateġija tal-UE lejn l-eliminazzjoni tat-traffikar tal-Bnedmin għall-2012-2016;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għat-tlestija tal-linja telefonika Ewropea għall-għajnuna tal-vittmi tat-traffikar, biex tgħin ixxerred l-għarfien dwar id-drittijiet tagħhom;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiddedika aktar riżorsi għall-ġlieda kontra l-użu tan-netwerking soċjali u ċ-ċiberkriminalità fit-traffikar tal-bnedmin;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid il-kooperazzjoni transkonfinali ġudizzjarja u tal-pulizija bejn l-Istati Membri u l-Aġenziji tal-UE, peress li r-reat kriminali tat-traffikar tal-bnedmin mhuwiex limitat għal Stat Membru wieħed;

21.  Jistieden għal rinfurzar fis-sanzjonijiet kontra l-istabbilimenti bankarji u finanzjarji li jkunu kompliċi ta' ħabi u/jew ħasil tal-introjtu tal-attivitajiet tal-kriminalità organizzata;

Il-ġlieda kontra l-attività tal-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni u l-prevenzjoni tagħhom, b’attakk fuq il-qligħ u l-ġid li tiġġenera

22.  f’dak li għandu x’jaqsam mal-konfiska, jistieden lill-Istati Membri, fuq il-bażi tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali l-aktar avvanzati, iqisu li jimplementaw il-mudelli ta' qbid ta’ beni bħal tal-ordinamenti tad-dritt ċivili, f’dawk il-każijiet fejn, meta jitqiesu l-probabilitajiet u soġġett għall-awtorizzazzjoni ta’ qorti, jista’ jkun stabbilit li l-beni jkunu jirriżultaw mill-attivitajiet kriminali, jew jintużaw għal attivitajiet kriminali; iqis li l-mudelli preventivi ta’ konfiska jistgħu jkunu kkontemplati wara li tingħata deċiżjoni ta’ qorti, skont il-garanziji kostituzzjonali nazzjonali u mingħajr preġudizzju għall-jedd tal-proprjetà u għall-jedd tad-difiża; barra minn hekk, iħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu l-użu tal-beni kriminali għal skopijiet soċjali; jissuġġerixxi li għandhom jitwettqu azzjonijiet u li għandhom jiġu rilaxxati fondi għall-finanzjament ta’ interventi ta’ sorveljanza tal-oġġetti bl-iskop li tkun preservata l-integrità tagħhom;

23.  Jirrakkomanda li operatur ekonomiku għandu jkun eskluż għal mill-anqas ħames snin milli jipparteċipa fi kwalunkwe kuntratt pubbliku fl-UE jekk dak l-operatur ikun ġie assoġġettat għal priġunerija b’deċiżjoni li tkun għaddiet f’ġudikat għall-parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali, riċiklaġġ ta’ flus jew finanzjament terroristiku, parteċipazzjoni fl-isfruttament tat-traffikar tal-bnedmin jew tħaddim it-tfal, korruzzjoni jew reat gravi ieħor kontra l-interess pubbliku kulfejn tali reat jikkawża tnaqqis fil-ġbir tat-taxxi jew ħsara soċjali, jew xi reat partikolarment serju ieħor b’dimensjoni transfronterjali kif ikkontemplat fl-Artikolu 83(1) TFUE (“Ewroreati’), u li d-dispożizzjoni msemmija għandha tapplika ukoll fejn il-kriterji għall-esklużjoni jissussistu fil-kors tal-proċedura ta’ aġġudikazzjoni; iqis li l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku jridu jkunu msejsin fuq il-prinċipju tal-legalità, u wkoll li, f’dak il-qafas, il-kriterju tal-offerta li tkun l-aktar waħda ekonomikament vantaġġjuża għandu jkun definit ħalli tkun żgurata t-trasparenza (li tinkiseb mhux lanqas permezz tal-e-akkwist pubbliku) u jkunu prevenuti l-frodi, il-korruzzjoni u irregolaritajiet gravi oħrajn; jistieden lis-servizzi tal-Kummissjoni, jipprevedu skemi ta’ struttura jew ta’ kooperazzjoni biex jiġi żgurat approċċ ħolistiku fil-ġlieda kontra r-reati ta’ korruzzjoni fir-rigward tal-akkwisti pubbliċi;

24.  Jinnota r-rabta bejn l-attivitajiet tan-negozju leġittimi u dawk illeċiti, f’xi każijiet l-interessi leġittimi jipprovdu r-riżorsi għall-attivitajiet illeċiti; jenfasizza li s-sorveljanza tal-fluss tal-interessi leġittimi jista’ jgħin jidentifika l-assi kriminali;

25.  Iqis li, biex ikun ikkumbattut it-traffikar tad-drogi, kif ukoll reati oħrajn li huma espressjonijiet ta' kriminalità organizzata, l-azzjoni mill-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-pulizija, għandhom ikun jistgħu jibbenefikaw mhux biss mill-koperazzjoni mal-Eurojust u l-Europol, imma wkoll minn arranġament ta' koperazzjoni, mingħajr preġudizzju għal dmirijiethom ta' kunfidenzjalità, man-negozji fl-oqsma tat-trasport u tal-loġistika, l-industrija tal-kimika, il-fornituri ta’ servizzi tal-internet, il-banek u s-servizzi finanzjarji, kemm fl-Istati Membri kemm fil-pajjiżi li ma humiex tal-UE; jenfasizza l-importanza tal-ġlieda kontra l-provvista tad-drogi permezz ta’ kontroll strett tal-prekursuri tad-droga u jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (KE) Nru 273/2004, li jistipula l-modi li bihom tista’ tittejjeb il-prevenzjoni tad-devjazzjoni mill-kummerċ intern ġewwa l-UE tal-anidride aċetiku, pereżempju, billi jiġi estiż ir-rekwiżit ta’ reġistrazzjoni tagħha għal dan il-prodott;

26.  Jesprimi tħassib dwar l-ineffikaċja tal-istrumenti investigattivi għad-dispożizzjoni tad-diversi sistemi finanzjarji, li ma jqisux kif xieraq il-ħtieġa ta' strumentazzjoni adegwata u speċifika għall-ġlieda kontra l-organizzazzjonijiet kriminali u mafjużi; itenni l-istedina lill-Kummissjoni Ewropea, diġà ppreżentata fir-riżoluzzjoni approvata tal-25 ta' Ottubru 2011, biex tiżviluppa studju komparattiv dwar it-tekniki speċjali ta' investigazzjoni li għadhom jintużaw fid-diversi Stati Membri li jista' jkun bażi għal intervent fil-livell Ewropew bl-għan li l-awtoritajiet kompetenti jiġu pprovduti bl-istrumenti ta' investigazzjoni meħtieġa, fuq il-bażi tal-aqwa prattiki eżistenti;

27.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lin-negozji jieħdu passi prattiċi ħalli jtejbu t-traċċabilità tal-prodotti (eż. tikkettar li jindika l-pajjiż tal-oriġini għall-prodotti agro-alimentari, marki ta’ prova CIP fuq l-armi tan-nar, jew kodiċijiet diġitali għall-identifikazzjoni fiskali tas-sigaretti, ix-xorb alkoħoliku u d-drogi li jinxtraw bil-preskrizzjoni) ħalli tkun mħarsa saħħet il-konsumaturi, imtejba s-sigurtà taċ-ċittadini, skoraġġit u kkumbattut it-traffikar illeċitu aktar effikaċement; jesprimi dispjaċir li l-Istati Membri ma jixtiqux jintroduċu t-traċċabbiltà fil-modernizzazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex isaħħu l-kooperazzjoni marittima tagħhom, bħala strument ta’ ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-fluss tad-droga u prodotti illegali u falsifikati permezz tal-fruntieri marittimi interni u esterni tal-Unjoni; jagħraf illi l-ġestjoni tal-fruntieri timplika wkoll dimensjoni migratorju marbuta mal-jeddijiet fundamentali tal-migranti, li jinkludu, fejn ikun xieraq, il-jedd għall-ażil, kif ukoll il-protezzjoni lill-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin jew ix-xogħol furzat u l-assistenza lill-vittmi, l-aktar lill-minorenni;

29.  Iqis li għandu jiġi żviluppat mingħajr dewmien pjan ta’ azzjoni mmirat lejn qafas leġiżlattiv li jkun jgħodd għall-Ewropa kollha għall-ġustizzja kriminali u l-introduzzjoni ta' għodod operattiva għall-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità, bl-iskp li jkun hemm aktar koperazzjoni internazzjonali u bl-appoġġ taċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità (EC3), ħalli jkun żgurat livell għoli ta’ sigurtà għaċ-ċittadini – l-aktar għan-nies vulnerabbli - , in-negozji u l-awtoritajiet pubbliċi filwaqt li ma jkunux ippreġudikati l-libertà tal-informazzjoni u l-protezzjoni tad-dejta;

30.  Jinnota bi tħassib li hemm rabta sinifikattiva li ġiet aċċentwata mill-awtoritajiet ġudizzjarji u mill-pulizija bejn il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu f’termini ta' finanzjament tal-attivitajiet illegali tal-gruppi terroristiċi permezz tar-rikavat mit-traffikar illeċitu f'livell internazzjonali; jitlob lill-Istati Membri jsaħħu l-miżuri tagħhom ħalli jikkumbattu dawn l-attivitajiet;

31.  Minħabba li l-kriminalità organizzata tuża l-ispazju ċibernetiku u l-għodod illeġittimi tagħha b’mod dejjem aktar estensiv, jistieden lill-Istati Membri biex jadottaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom ta’ sigurtà ċibernetika mingħajr aktar dewmien;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa Karta tal-UE għall-Protezzjoni u l-Għajnuna tal-Vittmi tat-Traffikar sabiex tiġbor l-indikaturi, il-miżuri, il-programmi u r-riżorsi eżistenti b’mod aktar koerenti, effiċjenti u utli għall-partijiet interessati kollha involuti bl-għan li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-vittmi; jistieden lill-Kummissjoni biex twaqqaf linja telefonika għall-għajnuna tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin;

33.  Ifakkar lill-Kummissjoni li għandu jingħata trattament speċjali lit-tfal li huma vittmi tat-traffikar, kif ukoll biex tittejjeb il-protezzjoni tal-minorenni mhux akkumpanjati jew tfal traffikati mill-familji tagħhom stess (dawn il-każijiet għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni meta jiġi propost li t-tfal jittieħdu lura lejn il-pajjiżi ta’ oriġini, l-identifikazzjoni tal-kustodji, eċċ); jinsisti fuq il-ħtieġa li jittieħed kont mhux biss tal-approċċ speċifiku tas-sessi iżda anki tar-rwol tal-problemi tas-saħħa u d-diżabilitajiet;

34.  Jistieden lill-Kummissjoni żżid ir-riżorsi allokati lill-NGOs speċjalizzati, il-midja u r-riċerka biex jiżdiedu l-appoġġ, il-protezzjoni u l-għajnuna għall-vittmi sabiex ix-xhieda tagħhom fil-qorti issir inqas meħtieġa; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ ukoll l-aspetti ta’ viżibilità, sensibilizzazzjoni u l-bżonnijiet tal-vittmi, bl-għan li titnaqqas id-domanda u l-abbuż għall-vittmi ta’ traffikar tal-bnedmin u l-promozzjoni ta’ “viżjoni żero’ kontra l-isfruttar sesswali kif ukoll tax-xogħol;

35.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa sistema ta’ investigazzjoni finanzjarja aktar effiċjenti u proattiva, bħala kwistjoni ewlenija biex titnaqqas il-pressjoni fuq il-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin bħala xhieda ewlenin fil-provi kontra t-traffikanti; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tiddedika taħriġ speċjalizzat imtejjeb u riżorsi suffiċjenti lill-aġenziji tal-UE li jiġġieldu kontra t-traffikar tal-bnedmin, inkluża l-kooperazzjoni transkonfinali u l-kooperazzjoni lil hinn mill-fruntieri; ifakkar lill-Kummissjoni li dawn l-azzjonijiet jeħtieġu approċċ olistiku, li jippromwovi l-kooperazzjoni multidixxiplinari fuq livell lokali, nazzjonali u transnazzjonali, li jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jistabbilixxu, fost affarijiet oħra, unitajiet nazzjonali ddedikati tal-intelliġenza tal-pulizija u li tiġi stimulata l-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet amministrattivi u ta’ infurzar tal-liġi;

It-tisħiħ tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija fil-livell Ewropew u internazzjonali

36.  Jisħaq dwar l-importanza li tkun intensifikata l-koperazzjoni u tissaħħaħ it-trasparenza billi jiżviluppaw kondiviżjoni effettiva tal-informazzjoni bejn l-aġenziji ġudizzjarji u dawk li jinfurzaw il-liġi bejn l-Istati Membri, il-Europol, il-Eurojust, l-OLAF u l-ENISA, u l-awtoritajiet korrispondenti fil-pajjiżi li ma humiex tal-UE u b’mod speċjali l-pajjiżi ġirien tal-UE, biex jittejbu s-sistemi ta’ ġbir tal-provi u jkun żgurat it-trattament u l-iskambju effikaċi ta’ dejta u informazzjoni utli għall-aċċertament ta’ reati, inklużi dawk kontra l-interessi finanzjarji tal-UE, b’rispett sħiħ tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, kif ukoll tad-drittijiet fundamentali tal-UE; f’dan is-sens jistieden lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri biex japplikaw l-istrumenti adottati fuq il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li huma għodod importanti biex tiġi żgurata ġlieda effettiva kontra l-kriminalità organizzata transkonfinali; jistieden lill-Kummissjoni biex twaqqaf pjan direzzjonali għal kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija saħansitra aktar mill-qrib, bil-ħolqien ta’ korp kriminali investigattiv li jkolha ġurisdizzjoni investigattiva fuq il-ksur u r-reati fl-UE;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tipprevedi klawżoli speċifiċi ta' kooperazzjoni fil-ftehimiet ta' assoċjazzjoni u l-ftehimiet kummerċjali mal-pajjiżi terzi fir-rigward tal-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tal-kriminalità organizzata u l-ħasil tal-flus; jieħu nota tan-nuqqas ta’ koperazzjoni internazzjonali, l-aktar mal-pajjiżi li ma humiex tal-UE u li jservu ta’ tranżitu jew huma ta’ oriġini; jagħraf il-ħtieġa ta' azzjoni diplomatika f'saħħitha li tħeġġeġ lil dawk il-pajjiżi jikkuntrattaw ftehimiet ta' koperazzjoni jew jaderixxu mal-ftehimiet li jkunu ffirmaw; jisħaq dwar l-importanza tal-mekkaniżmu tal-ittri rogatorji;

38.  Jenfasizza li n-netwerk eżistenti ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali kontra l-korruzzjoni għandu jissaħħaħ u jiġi megħjun mill-EUROPOL, l-EUROJUST u s-CEPOL; jenfasizza li għandu jservi mhux biss bħala post għall-iskambju ta’ informazzjoni, iżda li dawn il-punti ta’ kuntatt għandhom jintużaw ukoll biex tittejjeb il-kooperazzjoni bilaterali f’każijiet konkreti ta’ tixħim ta’ uffiċjali pubbliċi barranin; jirrakkomanda li l-punti ta’ kuntatt għandhom jindirizzaw id-differenzi fl-iffissar tal-prijoritajiet, ir-riżorsi u l-kompetenza u jissenjalaw kwalunkwe problemi li jirriżultaw minn dawn id-differenzi; jenfasizza li n-netwerk għandu jinkoraġġixxi azzjonijiet ikkoordinati jekk it-tixħim reali jkun seħħ fi Stat Membru partikolari fil-livell ta’ kumpanijia sussidjarja ta’ kumpanija azzjonarja jew ta’ kumpanija holding stabbilita fi Stat Membru ieħor;

39.  Jistieden lill-Istati Membri, sabiex jimplimentaw malajr u b’mod komprensiv ir-regolamenti eżistenti tal-UE sabiex jagħmlu possibbli l-ġlieda komuni kontra l-kriminalità fl-Unjoni;

40.  Jistieden lill-Istati Membri kollha jimpenjaw ruħhom fil-valorizzazzjoni sħiħa tal-Aġenziji Europol u Eurojust li l-funzjonament u r-riżultati tagħhom, minkejja r-riformi attwali u t-titjib meħtieġ li għandu jiġi introdott, huma dipendenti ħafna fil-livell ta' parteċipazzjoni, fiduċja u kollaborazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet investigattivi u ġudizzjarji nazzjonali;

41.  Jenfasizza li, sabiex tiġi miġġielda l-kriminalità organizzata, huwa essenzjali li jkun hemm approċċ kapillari lejn il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata fuq livell Ewropew, inkluż it-taħriġ u l-involviment ta’ uffiċjali u Kapijiet tal-Pulizija, speċjalment fir-rigward tal-għarfien ta’ tipi ġodda u anqas viżibbli ta’ attività kriminali; jinnota li l-kriminalità lokali spiss tirriżulta fi kriminalità internazzjonali;

42.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiżviluppaw linji gwida dwar l-infurzar fir-rigward tal-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus; jirrakkomanda li dawn il-linjigwida jkunu jikkonsistu mill-aħjar prattiki (eż. il-ħtieġa għal persunal speċjalizzat, il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet investigattivi u l-ġudikatura, il-metodi biex jingħeleb il-ġbir ta’ spiss diffiċli tal-provi), ta’ indikazzjoni ta’ livell kritiku ta’ riżorsi umani u oħrajn meħtieġa għall-prosekuzzjoni effettiva u ta’ miżuri li jiffaċilitaw il-kooperazzjoni internazzjonali;

43.  iqis li hu ta’ importanza fundamentali li jkun hemm il-valorizzazzjoni sħiħa tas-sinerġiji eżistenti bejn in-netwerk ġudizzjarja Ewropea u l-Eurojust, għall-fini li tinstab koperazzjoni ġudizzjarja intra-Ewropea ta’ livell għoli ħafna;

44.  Jenfasizza l-importanza ta’ konsultazzjoni ma’ korpi reġjonali u nazzjonali ta’ infurzar tal-liġi u tas-soċjetà ċivili meta jiġu żviluppati oqfsa leġiżlattivi u regolatorji;

45.  Jinnota l-importanza tal-Istati Membri fi sħubija mal-Unjoni Ewropea u ma’ atturi internazzjonali, li jkollhom pjan strateġiku qawwi u fit-tul f’materji lokali u globali relatati mal-kriminalità organizzata, sabiex jiġi identifikat t-theddid ġdid, il-vulnerabilitajiet tas-suq u l-fatturi ta’ riskju u biex tinħoloq strateġija tal-UE li hija bbażata fuq l-ippjanar u mhux biss fuq ir-rispons;

46.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jsaħħu r-rwol tal-imħallfin u tal-uffiċjali ta’ kollegament u biex jipprovdu taħriġ għall-prattikanti ġudizzjarji u l-forzi tal-pulizija sabiex ikunu jistgħu jindirizzaw kull forma ta’ kriminalità organizzata, korruzzjoni u riċiklaġġ tal-flus, inklużi ċ-ċiberkriminalità, speċjalment permezz tal-użu tas-CEPOL u n-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju kif ukoll permezz tal-użu sħiħ ta’ strumenti finanzjarji bħall-Fond għas-Sigurtà Interna għall-kooperazzjoni tal-pulizija jew il-Programm Hercules III; jissuġġerixxi l-promozzjoni tat-tagħlim tal-lingwi barranin fit-taħriġ tal-forzi tal-pulizija u tal-operaturi ġudizzjarji sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni transnazzjonali; jistieden biex ikun promoss programm tal-aqwa prattiki ta' skambji u taħriġ Ewropew għall-imħallfin, uffiċjali prosekuturi u għall-forzi tal-pulizija;

47.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex ikomplu l-isforzi komuni sabiex jiffinalizzaw in-negozjati tal-abbozz tad-direttiva dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali, li tissimplifika l-provi f’każijiet transkonfinali u għalhekk huwa pass importanti fit-triq lejn żona unika ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja;

48.  Jistieden għal kollaborazzjoni intensa fir-rigward tad-dokumenti falsifikati u l-frodi, u jitlob riflessjoni konġunta sabiex titjieb l-affidabilità u l-awtentifikazzjoni ta' dokumenti sors;

49.  Jittama li jitwaqqfu strutturi fil-livell nazzjonali ddedikati għall-attività investigattiva u l-ġlieda kontra l-organizzazzjonijiet kriminali u mafjużi bil-possibilità li jiġi żviluppat, bl-appoġġ tal-Europol, “netwerk operattiv kontra l-mafja” ikkaratterizzat minn persunal limitat u minn informalità, għall-iskambju ta' informazzjoni dwar il-karatteristiċi strutturali tal-mafji fil-pajjiż, il-prospetti kriminali u finanzjarji, il-post tal-patrimonji u t-tentattivi ta' infiltrazzjoni fl-akkwist pubbliku;

50.  Jemmen li l-globalizzazzjoni tal-kriminalità organizzata teħtieġ kooperazzjoni aktar b’saħħitha fost l-Istati Membri u fuq il-livell tal-UE u dak internazzjonali; jinkoraġġixxi interazzjoni akbar bejn l-Unjoni Ewropea, in-NU, l-OECD u l-Kunsill tal-Ewropa fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus bil-għan li jkunu integrati l-politiki relatati u l-formulazzjoni ta’ definizzjonijiet operattivi komuni; jappoġġja l-isforzi tal-FATF fil-promozzjoni ta' politiki favur il-ġlieda kontra il-ħasil tal-flus; iħeġġeġ lill-istess Stati Membri biex jirratifikaw u jimplimentaw b’mod sħiħ l-istrumenti internazzjonali eżistenti kollha f’dawn il-kwistjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni, biex tassisti b’mod effettiv lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata; jirrakkomanda li l-UE taderixxi fil-GRECO bħala parteċipant sħiħ;

51.  Jirrakkomanda azzjoni konġunta għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra fenomeni ta' illegalità fir-rigward tal-ambjent li huma marbuta jew ġejjin minn attività kriminali tat-tip organizzat jew mafjuż, anke permezz tat-tisħiħ tal-korpi Ewropej bħall-Europol u l-Eurojust u internazzjonali bħall-Interpol u l-UNICRI, kif ukoll permezz tal-iskambju ta' metodoloġiji ta' ħidma u ta' informazzjoni li għandhom l-Istati Membri li ħadmu bis-sħiħ fil-ġlieda kontra dan it-tip ta' kriminalità bl-għan li jkun jista' jitfassal pjan ta' azzjoni komuni;

52.  Jitlob lill-Kunsill u lill-Istati Membri jirratifikaw u jimplimentaw b’mod sħiħ il-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) dwar il-ġlieda kontra t-tixħim ta’ uffiċjali pubbliċi barranin fit-tranżazzjonijiet kummerċjali internazzjonali; jenfasizza l-impatt negattiv li għandu t-tixħim ta’ uffiċjali barranin fuq id-drittijiet fundamentali tal-Unjoni, l-ambjent u l-politiki tal-iżvilupp;

53.  Jistieden biex jiġi introdott l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew (OIE) u jissaħħu l-istrumenti ta’ ġlieda kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali bħall-iskwadri investigattivi komuni; jitlob għal kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-pajjiżi ġirien tal-UE fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata li tidħol fl-UE;

54.  Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji globali xierqa ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni fis-servizzi tagħhom tal-intelligence u analiżijiet li jippruvaw jidentifikaw it-tendenzi emerġenti fil-kriminalità organizzata;

55.  Tissaħħaħ il-kooperazzjoni fuq il-frodi tal-UE bejn is-servizzi tal-UE f’kull livell tal-Istat, inkluż f’livell reġjonali u muniċipali li għandhom rwol ewlieni fil-ġestjoni tal-fondi tal-UE;

Għal Amministrazzjoni Pubblika effiċjenti u li tiflaħ għall-korruzzjoni

56.  Jemmen li ma jistax ikollna unjoni ekonomika u fiskali mingħajr Unjoni kontra l-korruzzjoni;

57.  Jenfasizza li t-trasparenza hija l-ghadu naturali tal-Korruzzjoni, li hija kif jibdew ir-reati, u huwa konvint li d-detenturi ta’ karigi għoljin jew ta’ ġid kbir bil-privileġġi u l-immunitajiet tagħhom għandhom ikunu totalment trasparenti fl-attivitajiet tagħhom;

58.  Iqis li burokrazija ineffiċjenti u ’l bogħod miċ-ċittadini kif ukoll proċeduri kumplessi apparti li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-effikaċja tal-azzjoni amministrattiva, jikkompromettu t-trasparenza tal-proċessi ta’ deċiżjoni, jistgħu potenzjalment jirritaw lil dawk amministrati u joffru, għalhekk, art fertili għall-korruzzjoni; iqis li, bl-istess mod, is-segretezza impenetrabbli tal-banek u tan-negozji tista’ taħbi l-profitti illeċiti tal-korruzzjoni, tar-riċiklaġġ tal-flus u tal-kriminalità organizzata;

59.  Jirreferi għall-Konvenzjoni ta’ Mérida kontra l-korruzzjoni (2003), u jisħaq li d-detenturi ta’ karigi għoljin jew ta’ ġid kbir bi privileġġi u immunitajiet għandhom ikunu kkontrollati, inter alia mill-awtoritajiet tat-taxxa, u kontrolli bħal dawn għandhom ikunu eżegwiti ħalli jiżguraw servizzi ġusti u effikaċi lill-komunità u bħala miżuri kontra l-frodi fiskali; jirrakkomanda b’mod partikolari li d-detenturi ta’ kariga pubblika għandhom jippreżentaw dikjarazzjonijiet ta’ beni, dħul, passività u interessi; jitlob li jkun hemm miżuri għat-tisħiħ tat-trasparenza u l-prevenzjoni permezz ta’ sistema ta’ dritt amministrattiv li jiggverna l-infiq pubbliku u l-aċċess għad-dokumenti u t-twaqqif tar-reġistri neċessarji;

60.  Jirrakkomanda li jiddaħħlu sistemi aktar b’saħħithom biex ikun hemm trasparenza, u tiġi eliminata l-burokrazija (żejda) mid-dipartimenti tal-gvern u minn korpi pubbliċi oħrajn bil-garanzija tal-jedd taċ-ċittadini għall-aċċess tad-dokumenti (l-ewwel fil-qasam delikat tal-akkwist pubbliku); jinkoraġġixxi l-promozzjoni tal-kultura tal-legalità u tal-integrità fis-settur pubbliku kif ukoll fis-settur privat, anke permezz ta’ mezzi xierqa ta’ protezzjoni għall-iżvelaturi;

61.  Jappoġġja l-azzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea sabiex tagħraf ir-rwol tal-ġurnaliżmu investigattiv fl-iskoperta u d-denunzja ta' fatti marbuta mal-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus;

62.  Jistieden lill-Istati Membri jinfurzaw ir-rwol tal-ħaddiema fil-prevenzjoni, l-informazzjoni u l-ġlieda kontra r-riskji ta' frodi u korruzzjoni;

63.  Jitlob li jkun hemm regoli ċari u proporzjonati, flimkien ma’ mekkaniżmi ta’ eżekuzzjoni u monitoraġġ, li jkunu speċifikati f’kodiċi ta’ mġiba għall-prevenzjoni tal-fenomenu tal-“bibien ġirevoli’ jew ”pantouflage’, li skontu l-uffiċjali pubbliċi li jokkupaw ċertu livell ta’ responsabbiltà manaġerjali jew finanzjarja ma jitħallewx jiċċaqilqu għas-settur privat qabel ma jgħaddi ċerti żmien definit mit-tluq tagħhom mis-servizz jekk ikun hemm riskju ta’ kunflitt ta’ interess mal-funzjoni pubblika preċedenti tagħhom; iqis ukoll li kulmeta jkun hemm riskju ta’ kunflitt ta’ interess għandhom japplikaw restrizzjoni simili għan-nies li jiċċaqilqu mis-settur privat għal dak pubbliku;

64.  Jistieden lill-Kummissjoni tissottometti proposta dwar il-liġi tal-proċedura amministrattiva tal-Unjoni Ewropea kemm jista’ jkun malajr, skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Jannar 2013;

65.  Jemmen li reġistru ta’ lobbying huwa strument utli għat-trasparenza; jistieden lill-Istati Membri biex jadottaw din l-għodda fejn ma tkunx diġà teżisti; iħeġġeġ aktar gvernijiet u amministrazzjonijiet pubbliċi biex jagħmlu r-reġistrazzjoni f’reġistru ta’ lobbying prekondizzjoni għal laqgħa ma’ organizzazzjoni ta’ negozju, interess, jew lobbying;

66.  Jirrimarka li l-awtoregolazzjoni bħala l-mekkaniżmu normali għall-indirizzar tal-korruzzjoni fl-isports u l-imħatri sportivi ma kinitx effettiva; jaċċentwa l-fatt li l-gvernijiet, fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, huma fost l-akbar finanzjaturi tal-isport; jitlob lill-Istati Membri joħolqu kollaborazzjonijiet trasparenti mal-komunità sportiva u jippreżentaw indaġni indipendenti kompleta, ikkummissjunata mill-organiżmi governattivi nazzjonali, fuq il-korruzzjoni fl-isport;

67.  Iqis it-trasparenza totali tal-atti amministrattivi kollha fil-livelli kollha tal-ambitu pubbliku fundamentali għall-ġlieda kontra l-fenomeni kriminali u għall-ħarsien taċ-ċittadini kontra kull forma ta' amministrazzjoni ħażina mir-res publica; jirrifjuta kull forma ta' reżistenza min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi fir-rigward tal-kontroll totali min-naħa taċ-ċittadini u tal-istampa tal-attivitajiet li saru bil-flus pubbliċi u fl-interess tal-komunità; iqis li fil-livell Ewropew u tal-Istati Membri individwali għandu jiġi konkretizzat impenn tanġibbli fl-iżgurar ta' trasparenza totali u fl-iżvilupp ta' forom ta' open government b'mod effikaċi u abbażi tal-aqwa prattiki eżistenti;

68.  Jenfasizza li t-tixħim m’għandux jinħeba bl-użu ħażin tat-terminu “pagamenti ta’ faċilitazzjoni’, li l-Konvenzjoni tal-OECD tikkunsidra bħala aċċettabbli taħt ċerti ċirkustanzi speċifiċi (pagamenti żgħar, pereżempju biex jingħata l-permess għall-ħatt tal-merkanzija fil-port); jistieden lill-Istati Membri jaqblu li jiċħdu dan il-kunċett, jew li jużawh biss f’sitwazzjonijiet estremi, u jitlob li jkun hemm tfassil ta’ linji gwida li jinterpretaw il-kunċett b’mod uniformi fl-UE; jenfasizza li la t-tixħim u lanqas l-pagamenti ta’ faċilitazzjoni ma jistgħu jitnaqqsu mit-taxxa;

69.  Jappoġġja l-implementazzjoni ta’ verifiki regolari dwar l-aderenza għal regoli/kodiċijiet ta’ kondotta marbutin mal-integrità u t-tqassim ta’ riżorsi suffiċjenti għal taħriġ marbut mal-integrità tal-ħaddiema taċ-ċivil;

Għal politika aktar responsabbli

70.  Ifakkar lill-partiti politiċi fir-responsabilità tagħhom sabiex jipproponu l-kandidati jew ifasslu listi elettorali fil-livelli kollha u l-kompitu tagħhom ta’ sorveljanza fuq il-kwalità tal-kandidati anke permezz tal-previżjoni ta’ kodiċi tal-etika strett li għandhom jikkonformaw miegħu, inkluż kodiċi ta’ mġiba li għandu wkoll ikopri regoli ċari u trasparenti dwar id-donazzjonijiet lill-partiti politiċi;

71.  Jiddefendi l-prinċipju tal-ineleġibilità fil-Parlament Ewropew jew għal servizz f’istituzzjonijiet u aġenziji oħra tal-UE ta’ dawk li ġew kundannati b’mod definittiv minħabba reati ta’ kriminalità organizzata, ħasil tal-flus, korruzzjoni u reati oħra ekonomiċi jew finanzjarji gravi kontra l-interess pubbliku; jistieden biex, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tal-proporzjonalità, jintuża prinċipju simili għall-parlamenti nazzjonali u pożizzjonijiet oħra li jeħtieġu elezzjoni;

72.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri jintroduċu u effikaċement japplikaw, bħala element tas-sistema ta’ sanzjonijiet, istanzi ta’ ineliġibilità għal dawk misjubin ħatja ta’ korruzzjoni; iqis li dan il-kastig għandu japplika għal mill-anqas ħames snin ħalli jkopri kull tip ta’ elezzjoni; jirrakkomanda wkoll li jkun previst għall-istess perjodu l-impossibilità għal aċċess għal pożizzjonijiet mal-gvern fil-livelli kollha, inkluż f’dak tal-UE;

73.  Jirrakkomanda l-introduzzjoni ta’ ipoteżi ta’ dekadenza mill-karigi politiċi (tal-gvern u oħrajn simili) u mill-pożizzjonijiet maniġerjali u amministrattivi bħala riżultat ta’ kundanna għal reati marbutin ma’ kriminalità organizzata, korruzzjoni jew ħasil tal-flus;

74.  Jirrikonoxxi li l-immunitajiet li jgawdu minnhom ċerti kategoriji ta’ detenturi ta’ karigi pubbliċi u r-rappreżentanti eletti huma ostaklu ewlieni għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex inaqqsu b’mod sinifikanti l-kategoriji ta’ dawk li jibbenefikaw mill-immunità;

75.  Huwa favur il-previżjoni ta’ kodiċijiet etiċi għall-partiti politiċi u t-tisħiħ tat-trasparenza fil-bilanċi tal-partiti; jipproponi li l-finanzjament pubbliku tal-partiti jkun ikkontrollat aħjar u li l-abbuż u l-ħala jkunu evitati, u li l-finanzjament privat għandu jkun immonitorjat u kkontollat aħjar, ħalli jiżgura r-responsabilità politika tal-partiti politiċi u ta' dawk li jagħtuhom id-donazzjonijiet;

76.  Jistieden lill-Istati Membri jipprojbixxu u jissanzjonaw il-vot tal-iskambju, b’mod partikolari permezz tal-previżjoni li d-data tal-utilità kontra l-wegħda tal-vot tista’ tikkonsisti mhux biss fi flus, iżda anke f’vantaġġi oħra, inklużi dawk mhux materjali u għal terzi persuni li mhumiex direttament implikati fil-ftehim illeċitu;

77.  Iqis li l-pubblikazzjoni tad-dħul u l-interessi finanzjarji tal-MPE hija prattika tajba li għandha tkun estiża għall-membri parlamentari u l-politiċi nazzjonali;

Għal ġustizzja penali aktar kredibbli

78.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri jistabbilixxu sistemi ta' ġustizzja kriminali effikaċi, effiċjenti, b'responsabilità politika u ekwilibrati li jistgħu wkoll jiggarantixxu l-preservazzjoni tal-jeddijiet tad-difiża skont il-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali; jirrakkomanda wkoll il-ħolqien ta’ mekkaniżmu ta’ sorveljanza fuq l-effiċjenza tas-sistemi tal-ġustizzja penali fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-livell Ewropew, it-twettiq ta’ evalwazzjonijiet regolari u l-pubblikazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet;

79.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw ukoll miżuri nonleġiżlattivi li jikkonsolidaw il-fiduċja fost l-ordinamenti ġuridiċi differenti fl-Istati Membri, itejbu l-koerenza, u jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ kultura ġuridika komuni fl-UE b’rabta mat-taqbida kontra l-kriminalità;

80.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi r-responsabbiltà legali ta’ persuni ġuridiċi f’każijiet ta’ kriminalità finanzjarja u b’mod partikolari r-responsabbiltà ta’ azjendi u tal-kumpaniji prinċipali għas-sussidjarji tagħhom; jenfasizza li din il-proposta għandha tikkjarifika r-responsabbiltà ta’ persuni fiżiċi għal reati mwettqa mill-kumpanija, jew is-sussidjarji tagħha, li għalihom jistgħu jinżammu parzjalment jew kompletament responsabbli;

81.  Jemmen li l-miżuri ta’ approssimazzjoni dwar il-korruzzjoni għandhom jindirizzaw id-differenzi fit-termini tal-preskrizzjoni fost l-Istati Membri, bl-iskop li jitqiesu kemm il-ħtiġiet tad-difiża kemm il-ħtieġa għal prosekuzzjoni u sejbien ta’ ħtija effikaċi u effiċjenti, u li tali preskrizzjonijiet għandhom ikunu organizzati skont l-istadji tal-proċedimenti jew l-istanza li tkun, ħalli reat jiġi preskritt biss jekk l-istadju jew il-fażi inkwestjoni ma tkunx ġiet ikkompletata f'terminu prefiss; jemmen ukoll li, soġġett għall-prinċipju tal-proporzjonalità u l-istat tad-dritt, il-każijiet ta' korruzzjoni ma għandhomx ikunu preskritti sakemm il-proċedimenti kriminali jkunu effettivament għadhom għaddejjin;

82.  Huwa tal-fehma li l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata għandha tgħaqqad mekkaniżmi ta’ konfiska tal-assi kriminali li huma effikaċi u deterrenti, sforzi mmirati biex jiżguraw li l-fuġġaski li delibertament jaħarbu l-inkjesti jsir ħaqq minnhom, bil-għan li ma jkunx permess għall-kapijiet tal-mafja nkalzrati, mingħajr preġudizzju għall-prinċipji bażilari ta' jeddijiet il-ħabsin, li jkomplu jmexxu l-organizzazzjoni tagħhom u jagħtu ordnijiet lill-membri tagħhom minkejja li huma maqfula fil-ħabs;

83.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jistabbilixxu pieni u sanzjonijiet deterrenti u effikaċi, kemm sentenzi kriminali kif ukoll multi, inklużi multi kbar, għat-tipi kollha ta’ reati gravi li jikkawżaw ħsara lis-saħħa u s-sigurtà taċ-ċittadini, u jirrakkomanda l-armonizzazzjoni tal-kastigi;

84.  Jindika, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 80, l-importanza tal-prevenzjoni tal-kriminalità u l-kriminalità organizzata, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw u jintroduċu strumenti legali u kastigi effikaċi li joffru alternattiva għall-priġunerija, bħalma huma l-multi jew is-servizz fil-komunità, fil-każijiet fejn dan ikun permess u billi jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha, inkluża n-natura mhux gravi tar-reat;

Għal imprenditorija aktar b’saħħitha

85.  Iħeġġeġ l-awtoregolazzjoni u t-trasparenza tan-negozju permezz ta’ kodiċijiet ta’ kondotta u l-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ verifika bħal fost l-oħrajn reġistru pubbliku tal-lobbyists li jkunu jaħdmu fid-diversi istituzzjonijiet, sabiex jiġu evitati fenomeni ta’ korruzzjoni u ta’ kollużjoni bejn is-settur pubbliku u s-settur privat u l-prevenzjoni tal-kompetizzjoni inġusta; jirrakkomanda wkoll it-trasparenza f’oqsma, miri u tagħrif finanzjarju, fil-livell kemm nazzjonali kemm tal-UE;

86.  Jitlob li jkun hemm il-ħolqien ta’ listi ta’ kumpaniji akkreditati għall-awtoritajiet pubbliċi u listi ta’ dawk li ġew esklużi; jemmen li dawn tal-aħħar ikunu japplikaw fejn il-kumpaniji jkunu wrew nuqqasijiet sinifikattivi fir-rekwiżiti kontrattwali jew fejn ikun hemm kunflitt ta’ interess, kemm fl-Istati Membri jew f’livell ta’ UE;

87.  Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu r-rwol tal-kmamar tal-kummerċ billi jipprevjenu, jagħti informazzjoni dwar, jew irażżnu l-aktar riskji frekwenti ta' riċiklaġġ tal-flus fid-dinja tan-negozju, u jimplementaw bis-sħiħ l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni għat-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni fiskali;

88.  Ifakkar li l-ġurnaliżmu investigattiv, kif ukoll l-NGOs u l-akkademiċi li jaħdmu fuq kwistjonijiet relatati mal-operazzjonijiet tal-amministrazzjoni pubblika u tal-impriżi korporattivi, iwettqu funzjoni ta’ benefiċċju ewlenija billi jidentifikaw każijiet ta’ frodi, korruzzjoni jew inkwiet ieħor;

89.  Jistieden lill-impriżi jiggarantixxu t-twettiq ta’ linji-gwida interni f’dak li għandu x’jaqsam mal-appalti, ħalli jkun hemm ir-rispett tal-liġi u l-akbar trasparenza possibbli fil-proċeduri tas-sejħa għall-offerti għall-applati pubbliċi, ħalli tkun evitata kull trattazzjoni ma’ kontraenti u fornituri li jkunu raġonevolment issuspettati li jxaħħmu jew magħrufin li jagħmlu dan; lill-impriżi jistedinhom jagħtu prova ta' dovuta diliġenza fil-valutazzjoni tal-appaltaturi u fornituri potenzjali għall-fini li jkun iggarantit li jkollhom programmi effikaċi ta' kontra l-korruzzjoni; li jwasslu lill-appaltaturi u lill-fornituri l-politiki ta' kontra l-korruzzjoni; li jimmonitorjaw lill-appaltaturi u lill-fornituri prinċipali fil-kwadru tar-reviżjoni perijodika tar-rapporti li l-impriża jkollha magħhom; u li jiddisponu minn jedd ta' reċess fil-każ li fih ixaħħmu jew jaġixxu b'mod mhux konformi mal-programm tal-impriża;

Għal sistema tal-banek u tax-xogħlijiet aktar trasparenti

90.  Jistieden biex jkun hemm aktar trasparenza u li tissaħħaħ il-kooperazzjoni mas-sistema bankarja u max-xogħlijiet, anke finanzjarji, fl-Istati Membri kollha u ma’ pajjiżi terzi, b’mod partikolari bl-iskop li jkunu definiti l-istrumenti informatiċi u l-miżuri leġiżlattivi u amministrattivi għat-traċċabilità tal-flussi finanzjarji u l-aċċertament tal-fenomeni kriminali u li jkunu definiti l-mezzi ta’ senjalazzjoni ta’ reati potenzjali;

91.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet l-oħrajn ta’ superviżjoni jiżguraw li jkun hemm dispożizzjonijiet dwar miżuri ta' diliġenza dovuta tal-konsumatur u profili ta' riskju relattivi mill-banek, kumpaniji ta’ assikurazzjoni u istituzzjonijiet tal-kreditu ħalli jkun żgurat li l-entitajiet legali jew kumpaniji fl-Istati Membri jingħataw u jkollhom informazzjoni xierqa, preċiża u kurrenti dwar is-sidien benfiċjarji tagħhom, inklużi minn rifuġji fiskali u li r-reġistri tan-negozju jkunu aġġornati u mmonitorjati regolarment għall-kwalità; iqis li t-trasparenza tal-informazzjoni - ukoll b'mezzi ta' pubblikazzjoni ta' reġistru pajjiż b'pajjiż tal-proprjetà vera u permezz tal-koperazzjoni transfronterjali - tista' tikkontribwixxi għat-taqbida kontra fenomeni bħalma huma r-riċiklaġġ tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, il-frodi fisakli u l-evitar fiskali;

92.  Jistieden lill-Istati Membri biex jintroduċu l-kunċett ta’ Proprjetà Benefiċjarja fir-reġistri tan-negozju tagħhom u biex jaħdmu lejn l-inklużjoni ta’ dan il-kunċett globalment kif ukoll mekkaniżmi għall-iskambju ta’ informazzjoni;

93.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi sett komuni ta’ prinċipji u linji gwida amministrattivi għall-użu xieraq tal-Prezzijiet ta’ Trasferiment;

94.  Jappoġġja bis-sħiħ il-proposta tal-Kummissjoni biex b’mod espliċitu jissemmew ir-reati tat-taxxa bħala reati li jaffermaw il-ħasil tal-flus, f’konformità mar-rakkomandazzjoni 2012 tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja-FATF; iħeġġeġ lill-UE ssaħħaħ it-trasparenza tal-informazzjoni dwar il-benefiċjarji effettivi u l-proċeduri tad-diliġenza dovuta mal-klijent fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus (AML); jaqbel ma’ armonizzazzjoni fl-UE kollha tar-reat tal-ħasil tal-flus u jitlob li jiġu implimentati b’mod sħiħ l-istandards tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (FATF), permezz ta’ monitoraġġ effettiv, sanzjonijiet proporzjonali u bbażati fuq salvagwardji kredibbli;

95.  Jirrakkomanda li ssir valutazzjoni preċiża tar-riskji marbuta mal-prodotti bankarji u finanzjarji ġodda fil-każ li jippermettu l-anonimat jew it-tħaddim mill-bogħod; barra minn hekk, jitlob li jkun hemm definizzjoni komunit tar-rifuġji fiskali, billi ta’ spissa jintużaw mill-organizzazzjonijiet kriminali għall-ħruġ ta’ titoli minn kumpaniji privati jew mill-banek li l-proprjetà benfiċjarja tagħhom mhux lakemm tiġi aċċertata;

96.  Jittama li jkun hemm soluzzjonijiet operattivi li, b’rispett tar-regolament dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, jippermettu lill-operaturi finanzjarji u ta’ kreditu jiżguraw l-identità tas-suġġett li jitlob li jwettaq operazzjoni, mill-mument li l-frodi marbuta ma’ serq tal-identità huma kultant marbuta mal-ħasil tal-flus; għaldaqstant jilqa’ t-twaqqif ta' unjoni bankarja;

97.  Jirrakkomanda l-abolizzjoni tas-sigriet bankarju;

Sabiex il-kriminalità ma tirrendix

98.  Jistieden lis-suġġetti interessati kollha, pubbliċi u privati, jimpenjaw ruħhom fi ġlieda deċiża kontra l-ħasil tal-flus; jistieden li ssir assigurazzjoni bis-sħiħ tat-twettiq tal-obbligi kontra l-ħasil tal-flus min-naħa tal-professjonisti, bil-promozzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ rappurtar tal-attivitajiet suspettużi u kodiċi ta’ kondotta li jinvolvu ordnijiet professjonali u assoċjazzjonijiet ta’ kategorija;

99.  Jindika r-rwol essenzjali ta’ unitajiet ta’ informazzjoni finanzjarja fil-garanzija ta’ standards internazzjonali għoljin fit-taqbida kontra r-riċiklaġġ tal-flus; jirrikonoxxi l-importanza tal-istrumenti Ewropej għat-traċċabilità tal-flussi finanzjarji ħalli jkunu kkumbattuti t-theddidiet bħalma huma ċ-ċiberkriminalità, ir-riċiklaġġ tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

100.  Jirrakkomanda l-identifikazzjoni u l-verifika sistematiċi ta' plejers, il-projbizzjoni tal-użu ta' mezzi ta' ħlas anonimi biex jiġu riżolti imħatri fuq logħob tal-azzard li jipprevjenu l-anonimat fil-logħob tal-azzard online, kif ukoll l-identifikazzjoni tas-servers li jospitawhom u biex jipproċessaw sistemi informattivi li jippermettu l-intraċċar sħiħ tal-movimenti tal-flus magħmula permezz tal-logħob online u offline;

101.  Jilqa’ l-estensjoni tal-ambitu ta’ applikazzjoni proposta fl-hekk imsejħa r-raba’ Direttiva ta’ kontra l-ħasil tal-flus fis-settur tal-logħob tal-azzard; jistieden lill-Istati Membri jistipulaw qafas leġiżlattiv u miżuri xierqa kontra l-fenomeni tal-ħasil tal-flus marbutin mal-imħatri, b’mod partikolari fuq kompetizzjonijiet sportivi, billi jispeċifikaw r-reati l-ġodda bħalma huma x-xiri tal-partit marbutin mal-imħatri u jiddefinixxu livelli ta’ sanzjonijiet adegwati u jappoġġjaw mekkaniżmi ta’ monitoraġġ li jinvolvu l-federazzjonijiet sportivi, l-assoċjazzjonijiet, l-operaturi online u offline, u fejn xieraq, l-awtoritajiet nazzjonali; iħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet sportivi jistabbilixxu kodiċi ta’ kondotta għall-impjegati bi projbizzjoni ċara fir-rigward tal-manipulazzjoni tal-logħbiet għall-imħatri jew għal għanijiet oħra, il-projbizzjoni ta’ logħob tal-azzard fuq il-logħbiet tagħhom stess u l-obbligu li jiġi rrappurtat kwalunkwe għarfien dwar l-iffissar tar-riżultati b’mekkaniżmu adegwat għall-protezzjoni ta’ żvelatur;

102.  Isib li l-ħasil tal-flus permezz ta’ imħatri organizzati fuq avvenimenti sportivi spiss hija riżultat ta’ kriminalità organizzata; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta leġiżlattiva li tinkludi definizzjoni komuni ta’ reati ta’ korruzzjoni u l-frodi fl-isport; jistieden lill-Istati Membri biex ma jawtorizzawx l-organizzazzjoni ta’ imħatri dwar il-logħob mingħajr l-isfida sportiva, u li jipprojbixxu l-forom ta’ imħatri tal-isport l-aktar perikolużi; jirrakkomanda wkoll l-istabbiliment ta’ sistemi nazzjonali għar-rappurtar ta’ suspetti ta’ korruzzjoni fl-isport, bħal dawk fil-ħasil tal-flus u li jkunu soġġetti għalihom l-operaturi tal-logħob tal-azzard online u offline u l-partijiet kollha fid-dinja sportiva;

103.  Jenfasizza li l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-korpi regolatorji tagħhom, il-Europol u l-Eurojust għandhom jissaħħew biex jiġu miġġielda attivitajiet kriminali fil-qasam tal-attivitajiet transkonfinali tal-logħob tal-azzard online;

104.  Jirrikonoxxi li l-logħob online huwa mod dejjem aktar komuni għall-ħasil tal-flus li fihom ir-rebħ huwa ħafna drabi ħieles mit-taxxa, il-volumi kbar ta’ tranżazzjonijiet jagħmluha diffiċli ħafna biex jinkixfu l-flus maħmuġin u l-proċessuri ta’ ħlas numerużi jkomplu jikkumplikaw aktar is-sistema; jitlob għall-ħolqien ta’ qafas regolatorju għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz ta’ kull tip ta’ logħob tal-azzard onlajn;

105.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jdaħħlu fid-dritt kriminali definizzjoni armonizzata tal-“iffissar tar-riżultati” u joħolqu strument ġuridiku bħala għodda għall-ġlieda kontra dan il-fenomenu, u jistabbilixxu sanzjonijiet f’dan is-sens, inklużi ammendi u konfiski, u joħolqu fi ħdan l-awtoritajiet kompetenti unità speċjalizzata għall-ġlieda kontra l-fenomenu tax-xiri tal-partiti li tkun pjattaforma għall-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni mal-partijiet interessati ewlenin fid-dawl ta’ aktar indaġnijiet u tad-deferiment lejn l-awtoritajiet ġudizzjarji;

106.  Jitlob għal aktar kooperazzjoni fil-livell Ewropew - ikkoordinata mill-Kummissjoni - biex jiġu identifikati u pprojbiti operaturi tal-logħob tal-azzard online li huma involuti f’attivitajiet ta’ ffissar tar-riżultati u attivitajiet illegali oħra;

107.  Jistieden lill-korpi governattivi tal-isports, l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea jinvestu f’kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-iffissar tar-riżultati tal-logħob għall-atleti dwar il-konsegwenzi legali ta’ dan ir-reat kriminali u l-effetti ta’ ħsara fuq l-integrità tal-kompetizzjonijiet sportivi;

108.  Jistieden li ssir armonizzazzjoni tar-rwol u l-kompetenzi tal-unitajiet tal-informazzjoni finanzjarja tal-Istati Membri, għaż-żieda fis-setgħat tagħhom u t-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni bejniethom;

109.  Jipproponi li l-Istati Membri għandhom ikunu koerenti flimkien fl-għoti tas-sentenza u fil-pieni u fis-sistemi tal-ħabs u t-taħriġ tal-persunal tal-ħabs;

110.  Jirrakkomanda li fir-rigward tal-ħasil tal-flus isir tisħiħ tar-rwol ta’ sorveljanza fil-livell Ewropew min-naħa tal-Awtorità Bankarja Ewropea, tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, u l-Mekkaniżmu Uniku ta’ Superviżjoni, anke fid-dawl ta’ sorveljanza bankarja fl-Unjoni Ewropea li tiġġieled b’mod effikaċi fenomeni ta’ korruzzjoni u ħasil tal-flus fuq il-bażi ta’ regoli armonizzati fuq il-kunflitti ta’ interess u s-sistemi ta' monitoraġġ; jinsisti li, sadanittant, il-kapaċitajiet ta’ sorveljanza, il-kompetenza u d-determinazzjoni għandhom jiġu msaħħa fil-livell nazzjonali, bl-iskop li jkun hemm kooperazzjoni msaħħa bejn l-awtoritajiet nazzjonali;

111.  Jinkoraġġixxi l-adozzjoni ta’ standards minimi ta’ governanza tajba f’affarijiet fiskali, b’mod partikolari permezz ta’ inizjattivi konġunti tal-Istati Membri skont relazzjonijiet rispettivi ma’ territorji li għandhom natura ta’ rifuġji fiskali, u dan, fost l-oħrajn, bil-għan li jkun iffaċilitat l-aċċess għall-informazzjoni proprjetarja ta’ kumpaniji passivi li għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom hemm; jinsisti dwar l-importanza tal-komunikazzjoni msemmija tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Diċembru 2012 dwar it-tisħiħ tar-rabta bejn il-politika tal-UE kontra l-frodi u l-politiki ta’ żvilupp, fiskali u kemmerċjali;

112.  Jistieden lill-Unjoni Ewropea twettaq miżuri effettivi fl-arena internazzjonali, pereżempju fil-laqgħat tal-G8 u tal-G20, bil-għan li jinqerdu reati marbuta mar-rifuġji fiskali;

113.  Jenfasizza li l-prinċipji ta’ tassazzjoni għandhom jinġiebu f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-OECD fir-rapport “Nindirizzaw l-erożjoni tal-bażi u ċ-ċaqliq tal-profitt”, bil-għan li l-prinċipju ġenerali ta’ tassazzjoni jkun li t-tassazzjoni għandha titwettaq fejn seħħu l-attivitajiet ekonomiċi li jiġġeneraw id-dħul, il-prinċipju tal-“oriġini tal-ġid”;

114.  Iqis li l-prinċipju tal-oriġini tal-ġid jagħmilha aktar faċli għall-awtoritajiet tat-taxxa biex jintaxxaw b’mod effikaċi u biex tiġi evitata l-evażjoni tat-taxxa; iqis li sistema fiskali ġusta hija indispensabbli, speċjalment fi żminijiet ta’ kriżi, meta l-piż tat-taxxa b’mod inġust jintefa’ fuq in-negozji żgħar u d-djar, u li l-evażjoni tat-taxxa hija parzjalment maħluqa mir-rifuġji fiskali fl-UE;

115.  Jenfasizza li t-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa huwa vitali biex jippromwovi tkabbir sostenibbli fl-UE; jenfasizza li livelli mnaqqsa ta’ frodi u evażjoni jsaħħu l-potenzjal għat-tkabbir fl-ekonomija billi jagħmlu l-finanzi pubbliċi aktar b’saħħithom u billi jġiegħlu lill-intrapriżi jikkompetu f’kundizzjonijiet ekwi u onesti;

116.  Jistieden lill-kumpaniji tal-verifika u l-konsulenti legali biex iwissu lill-awtoritajiet fiskali nazzjonali dwar kwalunkwe sinjali ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa tal-kumpanija awditjata jew mogħtija parir;

117.  Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tippromwovi l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni; madankollu, għal darb’oħra jitlob, li jkun hemm ftehim multilaterali ta’ skambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar it-taxxa li jkun vinkolanti fil-livell internazzjonali, u li jkopri wkoll it-trusts u l-fondazzjonijiet, u jinkludi sanzjonijiet għall-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx u għall-istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw mar-rifuġji fiskali; iħeġġeġ lill-UE tadotta miżuri simili għall-Att tal-Istati Uniti dwar il-Waqfien tal-Abbuż mir-Rifuġji Fiskali u tqis il-possibilità li l-liċenzji bankarji jitneħħew minn istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw mar-rifuġji fiskali; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi lista sewda Ewropea tar-rifuġji fiskali bbażata fuq kriterji stretti u, jekk approċċ tal-UE ma jkunx possibbli, tipproponi reġimi ta’ sanzjonijiet Ewropej fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità jew ta’ kooperazzjoni msaħħa;

118.  Jistieden lill-Istati Membri u l-Parlament Ewropew jilħqu ftehim malajr dwar id-direttivi tal-UE fir-rigward tat-trasparenza u tal-kontabbiltà; jistieden li, fil-futur, il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttivi, jitwessa’ biex ikopri l-impriżi kbar kollha, irrispettivament mis-settur;

119.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa kriterji sodi dwar is-sustanza tan-negozju sabiex ittemm il-ħolqien ta’ kumpaniji passivi jew tal-hekk imsejħa letterbox companies li jgħinu fil-prattiki legali u illegali tal-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa;

120.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni tat-trattati tat-taxxa attwali li hemm fis-seħħ bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi li jistgħu jiġu kkunsidrati rifuġji fiskali; barra minn hekk jitlob lill-Kummissjoni tissottometti proposti, inkluża r-reviżjoni ta’ kull ftehim bħal dawn, biex tindirizza din il-kwistjoni; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta s-sejbiet tagħha u l-proposti tagħha lill-Parlament Ewropew sa mhux aktar tard mill-aħħar tal-2013;

It-teknoloġiji l-ġodda għas-servizz tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata

121.  Iqis li s-sistemi satellitari Ewropej ta’ pożizzjonament u ta’ osservazzjoni terrestri jistgħu jikkontribwixxu biex jiskopru r-rotot tal-bastimenti li jwettqu operazzjonijiet klandestini ta’ trasport, ħatt jew trasbord ta’ merkanzija illegali; jistieden għalhekk lill-awtoritajiet ġudizzjarji sabiex issir żieda fl-użu tat-teknoloġiji ġodda, inkluż kejl satellitari, bħala għodda addizzjonali għall-infurzar tal-liġi għal fenomeni kriminali;

122.  Jinnota li t-tkabbir globali fl-użu tal-internet ipprovda opportunitajiet ġodda għall-kriminalità fuq l-internet, bħas-serq tal-proprjetà intellettwali, il-bejgħ u x-xiri ta’ prodotti ffalsifikati u s-serq tal-identità, li jheddu l-ekonomija, is-sikurezza u s-saħħa taċ-ċittadini Ewropej;

123.  Jinnota li kampanji ta’ edukazzjoni, ta’ sensibilizzazzjoni u dawk pubbliċi huma essenzjali sabiex tiġi indirizzata l-problema dejjem tikber taċ-Ċiberkriminalità; jenfasizza li n-nuqqas ta’ sensibilizzazzjoni u ħiliet issaħħaħ il-kapaċità tal-gruppi tal-kriminalità organizzata biex jisfruttaw l-internet u l-opportunitajiet tagħha;

124.  Jilqa’ l-ħolqien taċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità (EC3) tal-Europol u jinkoraġġixxi aktar żvilupp ta’ din l-aġenzija, b’mod partikolari ħalli tiġġieled kontra l-kriminalità organizzata, ukoll fuq bażi transfrontaljera u b’koperazzjoni ta’ pajjiżi terzi.

125.  Jenfasizza li hemm ħtieġa urġenti biex jiġi żviluppat il-kunċett miftiehem u preċiż tat-terminu “ċiberkriminalità” li jista’ jiġi applikat għall-Istati Membri kollha fl-UE;

126.  Iħeġġeġ il-promozzjoni tar-riċerka dwar l-użu ta’ teknoloġiji ġodda fid-diversi sistemi ta’ kontroll użati mill-Istati Membri u l-iffaċilitar tal-applikazzjoni tagħhom; dawn jistgħu jinkludu pereżempju l-osservazzjoni u r-reġistrazzjoni online ta’ taxxa, dwana u tipi oħra ta’ kontrolli fil-post minn unitajiet ċentralizzati kontra l-korruzzjoni;

127.  Jinkoraġġixxi l-ħolqien ta’ sistema ta’ rappurtar uniformi tal-każijiet kollha ta’ frodi u ta’ korruzzjoni li qed jiġu mħarrka (bi protezzjoni adegwata ta’ dejta personali u l-preżunzjoni tal-innoċenza);

Rakkomandazzjonijiet finali

128.  Jitlob li tinħoloq Prokura Ewropea, b’implimentazzjoni tal-Artikolu 86 tat-TFUE, b’mod partikolari għall-ġlieda kontra r-reati, tressaq il-prosekuzzjoni tagħhom u twasal għas-sentenzjar ta’ dawn ir-reati li jolqtu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u r-reati transkonfinali serji; jirrakkomanda li l-Prokura Ewropea futura jkollha struttura aġli, bil-funzjonijiet ta' koordinazzjoni u ta' impuls tal-awtoritajiet nazzjonali bil-għan li tkun garantita koerenza akbar fl-investigazzjonijiet u permezz ta’ regoli uniformi ta’ proċedura; iqis li hu kruċjali li l-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta qabel Settembru 2013 li fiha tiddefinixxi b’mod ċar l-istruttura tal-Uffiċċju tal-Prokuratur Ewropew, b’referenza partikolari għall-interazzjoni mal-Europol, il-Eurojust, l-OLAF u l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali u li l-EPPO huwa appoġġjat minn qafas ta’ drittijiet proċedurali ċari u r-reati li fuqhom l-EPPO se jkollu l-awtorità jkunu definiti b’mod ċar;

129.  Huwa tal-fehma li l-Eurojust jista’ jibqa’ jieħu ħsieb ir-reati msemmija fl-Artikolu 83(1) tat-TFUE, u anke, fejn hu meħtieġ, ir-reati li għandhom natura kumplimentari mat-twettiq tal-politiki tal-Unjoni, kif previst fil-paragrafu 2 tal-istess Artikolu, billi tissokta l-garanzija tal-rendikontabilità f’dak li għandu x’jaqsam mal-jeddijiet demokratiċi u fundamentali issa li daqt se jkun hemm ir-reviżjoni tiegħu;

130.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex ma jnaqqsux il-baġit tal-Unjoni għal raġunijiet ewlenin fuq terminu qasir iżda biex jipprovdu fondi addizzjonali għall-Europol, il-Eurojust, il-Frontex u l-EPPO futur, minħabba li s-suċċess tagħhom għandu effett multiplikatur biex jitnaqqas it-telf ta’ taxxi għall-Istati Membri;

131.  Jixtieq jara arranġament ma’ Liechtenstein għall-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali;

132.  Jitlob b’fermezza lill-Istati Membri biex jadottaw kemm jista’ jkun malajr id-Direttiva 2012/29/UE li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja sabiex tkun ċerta li t-traspożizzjoni ssir b’mod tajjeb; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex ilestu l-Pjan Direzzjonali dwar id-drittijiet tal-persuni suspettati u akkużati b’reati, inkluża d-Direttiva dwar id-detenzjoni preventiva;

133.  Jitlob pieni aktar ħorox għal parteċipazzjoni fi gruppi kriminali organizzati u għal reati marbuta mat-traffikar tad-droga u t-traffikar tal-bnedmin u tal-organi tal-bniedem;

134.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri, kif irrakkomandat mill-UNCAC, jadottaw miżuri leġiżlattivi u oħrajn biex jistabbilixxu bħala reat, l-arrikkiment illeċitu, meta jitwettaq intenzjonalment, jiġifieri, żieda sinifikanti fl-assi ta’ uffiċjal pubbliku li dan l-uffiċjal ma jistax jispjega b’mod raġonevoli fir-rigward tad-dħul legali tiegħu;

135.  Jesprimi tħassib dwar il-fatt li numru ta' hekk imsejħa reati “emerġenti” - bħat-traffikar illegali ta' skart, it-traffikar illegali ta' xogħlijiet ta' arti u ta' speċi protetti u l-falsifikazzjoni ta' beni – minkejja li jirrappreżentaw attività ta’ profitt qawwi għall-organizzazzjonijiet kriminali, b’impatt soċjoambjentali u ekonomiku partikolarment negattiv u b'natura qawwija transnazzjonali, m’humiex fost l-“ewrokrimini”; iqis li dawn ir-reati għandhom ikunu adegwatament ikkunsidrati fid-deċiżjonijiet fil-livell Ewropew u jipproponi wkoll li l-Kunsill, bis-saħħa tad-drittijiet skont l-Art. 83.1 TFUE, jadotta deċiżjoni li tidentifika oqsma oħra ta’ kriminalità inklużi dawk imsemmija hawn fuq;

136.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta mill-aktar fis possibbli proposta leġiżlattiva dwar programm Ewropew ta' protezzjoni għall-iżvelaturi fir-rigward tal-interessi finanzjarji transkonfinali u tal-UE marbuta mal-korruzzjoni u kwistjonijiet ta’ protezzjoni tax-xhieda u tal-kollaboraturi tal-ġustizzja li toffri, b’mod partikolari, soluzzjoni għall-kundizzjonijiet ta’ ħajja diffiċli tagħhom, mir-riskji ta’ ritaljazzjoni għad-diżintegrazzjoni tar-rabtiet familjari, mill-eradikazzjoni territorjali għall-esklużjoni soċjali u professjonali;

137.  Iqis li l-amministrazzjoni tax-xhieda għall-ġustizzja u l-programmi ta' protezzjoni ma jistgħux jiddependu fuq limitazzjonijiet baġitarji li jiżguraw is-sikurezza taċ-ċittadini, b’mod partikolari dawk li jkunu qalbu ħajjithom biex ikunu fuq in-naħa tal-Istat, huwa dmir li għalih l-awtoritajiet nazzjonali u Ewropej ma jistgħux jonqsu; jistieden lill-Istati Membri kollha biex jieħdu l-miżuri meħtieġa (leġiżlattivi jew mod ieħor) sabiex jiġu garantiti lix-xhieda tal-qorti u lill-familja tagħhom kemm is-sikurezza fiżika kif ukoll id-dritt għat-tkomplija ta’ ħajja dinjituża soċjali, professjonali, relazzjonali u ekonomika flimkien mal-appoġġ adegwat mill-istituzzjonijiet (inkluż il-previżjoni tal-assunzjoni tax-xhieda tal-qorti fl-Amministrazzjoni Pubblika);

138.  Jistieden lill-Kummissjoni timplimenta, mill-aktar fis possibbli, il-miżuri u l-istrumenti kollha ppreżentati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu “L-Istrateġija tal-UE lejn il-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin 2012-2016” (COM(2012)0286);

139.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva dwar il-Europol, kif stipulat fl-Artikolu 88(2) tat-TFUE, bil-ħsieb li jittejbu l-effiċjenza u l-effikaċja operattiva tal-Europol fil-qasam tal-ġlieda kontra l-kriminalità serja u organizzata; jenfasizza li r-riforma futura tal-aġenzija m’għandhiex ixxekkel ir-rwol uniku tas-CEPOL fl-attivitajiet ta’ taħriġ tal-UE fil-qasam tal-infurzar tal-liġi;

140.  Jitlob lill-Istati Membri sabiex malajr kemm jista’ jkun, jittrasponu fil-liġi nazzjonali tagħhom l-istrumenti legali eżistenti Ewropej u internazzjonali kollha, b’mod partikolari billi jwieġbu d-diversi sejħiet magħmula mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tat-traspożizzjoni korretta tal-bosta deċiżjonijiet qafas fis-seħħ;

141.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi promossa l-kultura tal-legalità u biex jiżdied l-għarfien tal-fenomenu tal-mafja fost iċ-ċittadini; jirrikonoxxi, f’dan is-sens, ir-rwol essenzjali li jaqdu l-assoċjazzjonijiet kulturali, rikreattivi u sportivi fejn jissensibilizzaw lis-soċjetà ċivili dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-promozzjoni tal-legalità u tal-ġustizzja;

142.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa pjan ta’ azzjoni Ewropew kontra t-traffikar tal-annimali selvaġġi, li jenfasizza riżultati ċari, kemm interni kif ukoll esterni għall-UE, sabiex jitnaqqas il-kummerċ illegali fl-ispeċi selvaġġi u fil-partijiet tal-ġisem; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jwieżnu l-istrumenti ta’ kummerċ u żvilupp tagħhom biex jiġu stabbiliti programmi dedikati, b’finanzjament sostanzjali, biex tissaħħaħ l-implimentazzjoni tas-CITES u jiġu pprovduti r-riżorsi għall-bini tal-kapaċità kontra kaċċa illegali u t-traffikar, b’mod partikolari bl-appoġġ, it-tisħiħ u l-espansjoni ta’ inizjattivi ta’ nfurzar bħal ASEAN-WEN u HA-WEN, li għandhom l-għan li jistabbilixxu ċentri reġjonali ta’ kompetenza u jipprovdu mudelli għall-kooperazzjoni kontra l-kriminalità fuq l-annimali selvaġġi;

143.  Jesiġi sanzjonijiet armonizzati u severi kontra l-kuntrabandu tal-annimali selvaġġi, u tal-partijiet tal-ġisem tagħhom u tal-pjanti u s-siġar rari fl-Unjoni;

o
o   o

144.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti nazzjonali, lis-CEPOL, lill-Europol, lill-Eurojust, lill-OLAF, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-OECD, lill-Interpol, lill-UNODC, lill-Bank Dinji u lill-FATF/GAFI.

(1) ĠU C 115, 4.5.2010, p. 1.
(2) ĠU C 195, 25.6.1997, p. 1.
(3) ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42.
(4) ĠU L 182, 5.7.2001, p. 1.
(5) ĠU L 196, 2.8.2003, p. 45..
(6) ĠU L 68, 15.3.2005, p. 49.
(7) ĠU L 328, 24.11.2006, p. 59.
(8) ĠU L 332, 18.12.2007, p. 103.
(9) ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1.
(10) ĠU L 162, 20.06.2002, p. 1.
(11) ĠU L 321, 8.12.2009, p. 44.
(12) ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1.
(13) ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1.
(14) ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.
(15) ĠU L 309, 25.11.2005, p. 9.
(16) ĠU L 47 tat-18.2.2004, p. 1.
(17) ĠU L 345, 8.12.2006, p. 1.
(18) ĠU L 192, 31.7.2003, p. 54.
(19) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.
(20) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.
(21) ĠU L 315, 14.11.2012, p.57.
(22) ĠU C 199 E, 7.7.2012., p. 37.
(23) ĠU C 51 E, 22.2.2013, p. 121
(24) ĠU C 131 E8.5.2013, p.66.
(25) Testi adottati, P7_TA(2012)0208.
(26) Testi adottati, P7_TA(2011)0516.
(27) Testi adottati, P7_TA(2013)0098.
(28) Testi adottati, P7_TA(2013)0004.
(29) ĠU C 124 E, 25.5.2006, p.254.
(30)9 Testi adottati, P7_TA(2013)0205.
(31) Il-Parlament Ewropew, Studju dwar id-Deterrenza tal-frodi b’fondi tal-UE permezz tal-ġurnaliżmu investigattiv fl-UE-27 (PE 490.663), tas-17 Ottubru 2012.
(32) Wrobarometru Speċjali 374 dwar il-Korruzzjoni, Frar 2012


L-akkomodazzjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea
PDF 414kWORD 56k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar l-akkomodazzjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea (2012/2293(INI))
P7_TA(2013)0246A7-0155/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 9, 14, 148, 151, 153 u 160 tiegħu u l-Protokoll 26 anness miegħu, dwar servizzi ta' interess ġenerali,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 34 u 36 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll 26 tat-TFUE dwar servizzi ta' interess ġenerali,

–  wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea riveduta, b'mod partikolari l-Artikoli 30 (dwar id-dritt għall-protezzjoni kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali), 31 (dwar id-dritt għall-akkomodazzjoni) u 16 (dwar id-dritt tal-familja għall-protezzjoni soċjali, legali u ekonomika) tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 intitolata “Ewropa 2020: strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet tal-baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1177/2011 tat-8 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1174/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi(5),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta' Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri(6),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' April 2012 intitolata “Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta' impjiegi” (COM(2012)0173),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Qafas Ewropew għall-koeżjoni soċjali u territorjali” (COM(2010)0758) u l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2011(7), dwar is-suġġett,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1081/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1784/1999(8),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999(9),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1783/1999(10),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (COM(2011)0615),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (COM(2011)0614),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2008 intitolata “Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku” (COM(2008)0800),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE(11), u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2010 dwar ir-reviżjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija(12),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud(13),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Marzu 2011 intitolata “Ir-Riforma tar-Regoli tal-UE dwar l-Għajnuna mill-Istat għal Servizzi ta' Interess Ekonomiku Ġenerali” (COM(2011)0146) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2011 dwar is-suġġett(14),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Strateġija għall-implimentazzjoni effikaċi tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea” (COM(2010)0573),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-2020” (COM(2011)0173),

–  wara li kkunsidra l-Linji gwida tal-Kummissjoni tal-15 ta' Mejju 2012 dwar l-aħjar prattika sabiex jiġi limitat, mitigat jew ikkumpensat l-issiġillar tal-ħamrija (SWD(2012)0101),

–  wara li kkunsidra l-Analiżi tal-Impjieg u l-Iżviluppi Soċjali fl-Ewropa tal-2012 tal-Kummissjoni tat-8 ta' Jannar 2013(15),

–  wara li kkunsidra l-Pakkett ta' Investimenti Soċjali tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2013,

–  wara li kkunsidra l-istħarriġ tal-Istatistika tal-UE dwar l-Introjtu u l-Kondizzjonijiet tal-Għajxien (EU-SILC) u l-istqarrija għall-istampa tal-Eurostat tat-8 ta' Frar 2012(16),

–  wara li kkunsidra l-Istatistika Ewropea ppreżentata fit-Tielet Stħarriġ Ewropew dwar il-Kwalità tal-Ħajja, b'mod partikolari l-Kapitolu 6 tiegħu(17),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound dwar Servizzi ta' konsulenza dwar id-dejn tal-familji fl-Unjoni Ewropea(18),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound dwar Il-kundizzjonijiet tal-għajxien tar-Roma: Livell baxx ta' saħħa u akkomodazzjoni(19),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta' kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati mill-ġestjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali(20),

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-14 ta' Marzu 2013 fil-Kawża C–415/11 (Mohamed Aziz) li tipproteġi lill-konsumaturi ta' self ipotekarju mill-banek f'każ ta' kundizzjonijiet kuntrattwali abbużivi(21),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1098/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010)(22),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Diċembru 2010 intitolata “Is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: naħdmu flimkien biex niġġieldu l-faqar fl-2010 u lil hinn minnha”(23),

–  wara li kkunsidra r-rapport tat-18 ta' Frar 2011 tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali (SPC) intitolat “Assessment of the social dimension of the Europe 2020 Strategy”(24),

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta' ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-5 ta' Frar 2010 intitolat “Rapport Konġunt dwar il-Protezzjoni Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali” (SEC(2010)0098),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-SPC tal-15 ta' Frar 2010 intitolat “Joint Report on Social Protection and Social Inclusion 2010”(25),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-isfidi tad-definizzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali bħala servizz ta' interess ekonomiku ġenerali”(26),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni intitolata “Lejn Aġenda Ewropea għad-Djar Soċjali”(27),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2012 dwar il-Patt dwar l-Investiment Soċjali bħala reazzjoni għall-kriżi(28),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar l-UE 2020(29),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2010 dwar il-kontribut tal-Politika ta' Koeżjoni għall-kisba tal-objettivi ta' Lisbona u tal-UE 2020(30),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-8 ta' Settembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri: It-Tieni Parti tal-Linji Gwida Integrati tal-Istrateġija Ewropa 2020(31),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali: rakkomandazzjonijiet rigward il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu(32),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2011 dwar il-futur tas-Servizzi Soċjali ta' Interess Ġenerali(33),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2007 dwar il-qasam tad-djar u l-politika reġjonali(34),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2011 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Persuni Mingħajr Dar(35),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet bil-miktub tiegħu tat-22 ta' April 2008 dwar it-tmiem tal-problema ta' persuni bla dar li jgħixu fit-toroq(36) u tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar l-istrateġija tal-UE għall-persuni bla dar(37),

–  wara li kkunsidra t-Tielet Stħarriġ Ewropew tal-Eurofound dwar Il-Kwalità tal-Ħajja – Il-kwalità tal-ħajja fl-Ewropa: L-impatt tal-kriżi(38),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet finali tal-Konferenza Ewropea ta' Kunsens dwar il-Persuni Bla Dar tad-9 u l-10 ta' Diċembru 2010,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0155/2013),

A.  billi l-aċċess għall-akkomodazzjoni jirriżulta minn dritt fundamentali li jista' jitqies prekundizzjoni għall-eżerċizzju ta', u l-aċċess għal, drittijiet fundamentali oħra u għal ħajja f'kundizzjonijiet ta' dinjità umana; u billi l-garanzija tal-aċċess għal akkomodazzjoni diċenti u adegwata tirriżulta minn obbligu internazzjonali tal-Istati Membri li l-Unjoni għandha tikkunsidra, peress li d-dritt għall-aċċess għall-akkomodazzjoni u għal għajnuna għall-akkomodazzjoni huwa rikonoxxut fl-Artikolu 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 30 u 31 tal-Karta Soċjali Ewropea riveduta u adottata mill-Kunsill tal-Ewropa u l-Artikolu 25 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll f'ħafna kostituzzjonijiet tal-Istati Membri;

B.  billi l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali fl-Istati Membri għandhom id-dritt, kif ukoll id-dmir, li jiddefinixxu il-politika tal-akkomodazzjoni tagħhom stess u li jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li dan id-dritt fundamentali jitħares fis-swieq tal-akkomodazzjoni rispettivi tagħhom, skont il-ħtiġijiet tal-abitanti tagħhom, bl-għan li jipprovdu aċċess universali għal akkomodazzjoni diċenti u affordjabbli;

C.  billi l-akkomodazzjoni affordjabbli, adegwata u sikura hija għodda xierqa biex jinkisbu l-ġustizzja u l-koeżjoni soċjali, u l-investiment fl-akkomodazzjoni affordjabbli huwa prekundizzjoni għal mobilità akbar tal-ħaddiema u għal aktar opportunitajiet ta' impjieg, filwaqt li l-bini u r-ristrutturazzjoni ta' akkomodazzjoni soċjali huma kruċjali biex jintlaħqu l-miri tal-issodisfar tad-domanda għall-akkomodazzjoni, tiġi pprovduta akkomodazzjoni affordjabbli għal livelli wesgħin tal-popolazzjoni, tingħata spinta lill-ekonomiji, jiġu kkontrollati l-bżieżaq immobiljari, jiġi miġġieled il-faqar enerġetiku u jiġi żgurat l-introjtu tal-Istati Membri;

D.  billi l-Istati Membri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, għandhom rwol essenzjali x'jiżvolġu, u diskrezzjoni wiesgħa fil-forniment, l-ikkummissjonar u l-organizzazzjoni tal-provvediment ta' akkomodazzjoni soċjali parallelament ma', u addizzjonalment, għall-provvista ta' akkomodazzjoni abbażi tas-suq; billi l-provvediment ta' akkomodazzjoni soċjali għandu jissodisfa livell għoli ta' kwalità, sikurerzza u affordjabbiltà, u għandu jippromwovi t-trattament ugwali u d-drittijiet tal-utenti;

E.  billi hemm nuqqas ta' faċilitajiet tal-akkomodazzjoni soċjali, u ħtieġa akbar għal akkomodazzjoni affordjabbli, fil-biċċa l-kbira mill-Istati Membri tal-UE; billi l-profil soċjali u tal-familji tal-persuni li jużaw l-akkomodazzjoni soċjali nbidel; billi dawn il-fatturi soċjali ġodda għandhom jiġu identifikati sabiex l-Istati Membri, u l-awtoritajiet lokali u reġjonali rispettivi tagħhom, ikunu jistgħu jiddefinixxu firxa ta' strateġiji tal-akkomodazzjoni li jirriflettu ċ-ċirkustanzi attwali;

F.  billi l-politika tal-akkomodazzjoni soċjali hija parti integrali mis-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali li jgħinu biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-akkomodazzjoni, jiffaċilitaw l-aċċess għall-proprjetà, jippromwovu l-kwalità tal-ispazju tal-għajxien, itejbu l-ispazju tal-għajxien eżistenti u jadattaw l-ispiża tal-akkomodazzjoni għas-sitwazzjoni familjari u r-riżorsi tal-okkupanti, filwaqt li jħallu opportunità għall-isforz min-naħa tagħhom;

G.  billi l-akkomodazzjoni soċjali għandha tkun karatterizzata minn relazzjoni tajba bejn il-kwalità u l-prezz tax-xiri jew il-kera, għandha tippermetti t-tifdil enerġetiku, għandha tkun f'ambjent li jinkludi spazji ħodor, u għandha tkun xierqa għal ġenerazzjonijiet differenti, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal u tal-anzjani;

H.  billi, sabiex jiġu evitati kemm żidiet fin-numru ta' persuni bla dar u kriżijiet fl-akkomodazzjoni fil-ġejjieni, ir-regoli dwar l-ipoteka għandhom ikunu mfassla biex jipproteġu l-konsumaturi u jifirxu r-riskji b'mod ġust;

I.  billi l-akkomodazzjoni soċjali għandha rwol ewlieni fl-ilħuq tal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 – b'mod partikolari l-mira tal-faqar tagħha, inkluża l-prevenzjoni tat-trażmissjoni interġenerazzjonali tal-iżvantaġġ – billi tikkontribwixxi għall-iżgurar ta' livelli għoljin ta' impjieg, inklużjoni u koeżjoni soċjali, għall-promozzjoni tal-mobbiltà tal-impjiegi u għall-ġlieda kontra kemm it-tibdil fil-klima kif ukoll il-faqar enerġetiku permezz tal-modernizzazzjoni tal-istokk tad-djar;

J.  billi t-tagħqid tal-kriżi ekonomika u finanzjarja, il-miżuri ta' awsterità, il-prezzijiet li qed jiżdiedu tad-djar u d-dħul li qed jonqos tal-familji żdiedu l-qgħad u l-esklużjoni soċjali fl-UE, speċjalment fost il-gruppi ta' nies l-aktar vulnerabbli, u b'hekk żdied il-piż fuq is-servizzi ta' welfare; jieħu nota li, minkejja l-effett stabbilizzanti sinifikanti tiegħu, il-finanzjament pubbliku għall-akkomodazzjoni soċjali f'xi Stati Membri sar vittma tal-miżuri reċenti ta' awsterità finanzjarja;

K.  billi l-kriżi ekonomika u soċjali qed ikollha impatt negattiv dirett fuq l-attività fis-settur tal-bini u tal-arranġament mill-ġdid tad-djar, u fuq l-għajnuna finanzjarja għalih, fejn l-akkomodazzjoni soċjali hija milquta b'mod partikolarment qawwi, minħabba li qed jinfaqgħu l-bżieżaq immobiljari u minħabba l-kontrazzjoni tal-kreditu, il-pagamenti tardivi u tnaqqis f'ordnijiet ġodda mis-settur pubbliku; billi s-settur tal-kostruzzjoni jista' jkun forza qawwija fl-isforzi biex tinstab soluzzjoni sostenibbli u inklużiva għall-kriżi u jiġu indirizzati l-isfidi relatati mal-klima u mal-enerġija;

L.  billi l-miżuri ta' awsterità u ta' konsolidament fiskali għandhom jimxu id f'id ma' strateġija globali ta' invsetiment fi tkabbir sostenibbli u inklużiv fid-dawl tal-objettivi tal-Ewropa 2020, inklużi dawk fir-rigward tal-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali;

M.  billi l-akkomodazzjoni hija ħtieġa bażika li għaliha l-Istati Membri jistabbilixxu – f'konformità mal-għażliet ta' politika tagħhom – standards minimi ta' abitabilità u kumdità, ippjanar urban u regoli dwar il-kostruzzjoni speċifiċi u perċentwali tad-dħul massimi, b'xi wħud minnhom jirregolaw iż-żieda fil-prezzijiet tad-djar u anke jistabbilixxu mekkaniżmi biex jipprovdu assistenza soċjali jew għajnuna dwar it-taxxa biex jgħinu f'dik li hija waħda mill-akbar nefqiet tal-familji;

N.  billi, minħabba l-impatt enormi ekonomiku, soċjali u fit-tul tal-kriżi, mhux biss fuq it-tkabbir ekonomiku, ir-rati tal-impjieg u l-livelli tal-faqar u l-esklużjoni, iżda anke fuq l-aċċess għall-akkomodazzjoni u fuq l-investiment fl-akkomodazzjni soċjali fl-UE, tinħtieġ azzjoni urġenti min-naħa tal-Istati Membri u tal-Unjoni biex jiġi ggarantit l-aċċess għal akkomodazzjoni deċenti u affordjabbli; billi, peress li l-akkomodazzjoni hija l-akbar nefqa tal-familji fl-Ewropa, iż-żieda qawwija fil-prezzijiet relatati mal-akkomodazzjoni (il-prezzijiet tal-art, il-prezzijet tax-xiri u l-kera u l-prezzijiet tal-enerġija) tikkawża instabbiltà u ansjetà, u trid titqies bħala tħassib serju; billi, peress li l-qgħad kiber ukoll fl-UE, kif juri l-fatt li r-rata medja għall-UE 27 qabżet l-10.9 % f'Jannar 2013, u billi, fl-istess ħin, il-popolazjzoni tal-Ewropa qed tixjieħ, hemm riskju kbir ta' distakk li jiżdied bejn is-sinjuri u l-foqra, l-esklużjoni soċjali u l-persuni bla dar, bi 80 miljun Ewropew diġà fir-riskju tal-faqar;

O.  billi r-Rom għandhom it-tendenza li jgħixu f'żoni segregati ħafna fejn l-aċċess għal servizzi soċjali u tas-saħħa huwa problematiku;

P.  billi hemm rabtiet ċari bejn akkomodazzjoni ta' livell baxx u nuqqas ta' saħħa tajba: id-dejn ipotekarju huwa assoċjat ma' saħħa mentali li tmur għall-agħar; l-affollament eċċessiv huwa assoċjat ma' problemi psikoloġiċi, tuberkulożi, infezzjonijiet respiratorji, ċansijiet akbar ta' nirien u inċidenti domestiċi; il-fatt li wieħed jgħix f'akkomodazzjoni inadegwata jaffettwa s-saħħa, is-sikurezza u jżid iċ-ċans ta' inċidenti domestiċi; il-fatt li wieħed jgħix f'żona storbjuża huwa assoċjat mal-ipertensjoni u ma' pressjoni ogħla tad-demm; billi nuqqas ta' akkomodazzjoni huwa sors kemm ta' stress kif ukoll ta' dwejjaq li jaffettwaw b'mod ħażin il-kwalità tal-ħajja, is-saħħa u l-benessri;

Q.  billi n-nisa – li 24.5 % minnhom kienu f'riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali fl-2010, b'mod partikolari n-nisa b'introjti baxxi, l-ommijiet waħedhom, in-nisa f'impjiegi b'pagi baxxi, in-nisa migranti, ir-romol bi tfal dipendenti u n-nisa li huma vittmi tal-vjolenza domestika – kif ukoll il-familji mmexxija minn mara waħedha bit-tfal, il-familji żgħażagħ, il-familji kbar, l-istudenti, iż-żgħażagħ fil-bidu tal-karrieri tagħhom, il-koppji żgħażagħ qiegħda, il-persuni b'diżabilitajiet, il-persuni b'mard fiżiku jew psikjatriku, il-persuni minn komunitajiet marġinalizzati inklużi r-Rom, u l-anzjani, huma milquta l-aktar min-nuqqas ta' possibilitajiet ta' akkomodazzjoni soċjali affordjabbli u adegwata; billi dawn il-kategoriji huma partikolarment vulnerabbli li jispiċċaw bla dar u sikwit jispiċċaw jgħixu f'akkomodazzjoni ta' livell baxx tas-suq privat, u dan iżid b'mod sostanzjali r-riskju tagħhom ta’ problemi tas-saħħa; billi dawn in-nies sikwit ifittxu soluzzjonijiet alternattivi billi jmorru jgħixu mal-familja, ħbieb jew konoxxenzi, u dan ma jippermettix li ssir analiżi korretta u dokumentazzjoni trasparenti ta' persuni bla dar;

R.  billi l-kriżi ekonomika u l-prezzijiet għoljin tas-suq tal-akkomodazzjoni flimkien inaqqsu l-abbiltà tan-nisa li jiddivorzjaw jew itemmu l-koabitazzjoni, u b'hekk jillimitaw il-libertà tagħhom u jagħmluhom aktar vulnerabbli għall-vjolenza domestika bbażata fuq il-ġeneru;

S.  billi akkomodazzjoni għall-kiri affordjabbli hija essenzjali għaż-żgħażagħ sabiex jieħdu taħriġ vokazzjonali, studji universitarji, apprendistati jew opportunitajiet ta' impjieg;

T.  billi l-Istati Membri jistabbilixxu u jorganizzaw ukoll offerta parallela ta' akkomodazzjoni soċjali li tikkumplimenta l-offerta ġenerata mis-suq privat; billi din l-akkomodazzjoni soċjali hija offruta taħt kundizzjonijiet speċifiċi minn aġenziji mingħajr skop ta' qligħ imwaqqfa speċifikament għal dan l-iskop; billi 25 miljun familja Ewropea qegħdin f'akkomodazzjoni soċjali li r-rekwiżiti ta' ppjanar lokali u reġjonali, ir-regoli tal-aċċess u l-prezzijiet tagħhom huma stabbiliti direttament mill-awtoritajiet pubbliċi fl-Istati Membri; billi, minħabba l-istabbiltà tagħha u l-fatt li l-prezzijiet huma regolati, din l-offerta ta' akkomodazzjoni parallela tgħin b'mod partikolari biex iżżomm iċ-ċikli tas-swieq u l-bżieżaq immobiljari taħt kontroll;

Promozzjoni tar-rwol soċjali u ekonomiku tal-akkomodazzjoni soċjali

1.  Jinnota li, minħabba l-kriżi ekonomika u soċjali attwali, is-suq waħdu huwa dejjem aktar inkapaċi li jissodisfa l-ħtieġa għal djar affordjabbli, b'mod partikolari f'żoni urbani popolati ħafna, u li ż-żieda fil-prezz tal-akkomodazzjoni u tal-enerġija tiffavorixxi r-riskju ta’ mard, faqar u esklużjoni soċjali; jinnota ż-żieda f'diversi Stati Membri fl-għadd ta' evizzjonijiet u ta' proprjetajiet ikkonfiskati mill-banek; iħeġġeġ it-teħid ta' miżuri b'reazzjoni għal dawn l-isfidi; huwa preokkupat kemm dwar l-impatt dirett kif ukoll dwar dak indirett ta' xi miżuri ta' awsterità fil-kuntest tal-kriżi ekonomika u soċjali attwali – bħat-tnaqqis tal-benefiċċji tal-akkomodazzjoni u tas-servizzi soċjali, l-intaxxar ta' min jipprovdi akkomodazzjoni soċjali, il-kanċellazzjoni ta' proġetti ġodda ta' akkomodazzjoni u l-bejgħ ta' partijiet tal-istokkijiet nazzjonali ta' akkomodazzjoni soċjali – li jista' jkabbar ċirku vizzjuż ta' esklużjoni u segregazzjoni soċjali fuq perjodu twil ta' żmien;

2.  Ifakkar li, fil-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal, il-politiki tal-akkomodazzjoni soċjali jiżvolġu rwol importanti permezz tal-qerda tal-faqar fost il-familji u l-prevenzjoni tat-trażmissjoni interġenerazzjonali tal-iżvantaġġ; jinnota li, fid-dawl tal-bidliet soċjali u demografiċi fl-istruttura tal-familji u ż-żieda fin-numru ta' impjiegi instabbli u prekarji, hemm bżonn akbar ta' akkomodazzjoni affordjabbli anke għal setturi tal-popolazzjoni li huma integrati soċjalment;

3.  Iħeġġeġ il-konformità mal-Artikolu 14 tat-TFUE u l-Protokoll Nru 26 mehmuż miegħu, skont liema l-awtoritajiet pubbliċi huma liberi li jiddeterminaw kif is-settur tal-akkomodazzjoni soċjali huwa organizzat u ffinanzjat u liema tipi ta' familji huma eliġibbli, bl-għan li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni lokali u li jiġi żgurat livell għoli ta' kwalità, sikurezza, affordjabbiltà, trattament ugwali u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-utenti; iqis li dan l-intervent huwa l-mezz li bih l-awtoritajiet pubbliċi jirrispondu għall-fallimenti tas-suq sabiex jiggarantixxu aċċess universali għal akkomodazzjoni diċenti bi prezz konvenjenti f'konformità mal-Artikoli 16, 30 u 31 tal-Karta Soċjali Ewropea;

Lejn Politika ta' Akkomodazzjoni Soċjali Ewropea

4.  Ifakkar lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali li l-infiq fl-akkomodazzjoni soċjali u affordjabbli huwa konformi mad-drittijiet fundamentali, jippermetti l-issodisfar ta' ħtiġijiet soċjali urġenti, u bħala investiment soċjali strateġiku, jgħin b'mod sostenibbli biex jiġu pprovduti impjiegi lokali mhux rilokabbli, tiġi stabbilizzata l-ekonomija billi jitnaqqas ir-riskju tal-bżieżaq immobiljari u tad-dejn eċċessiv tal-familji, tiġi promossa l-mobbiltà tal-ħaddiema, jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima, jiġi miġġieled il-faqar enerġetiku u jittaffew il-problemi tas-saħħa li joriġinaw mill-affollament żejjed u minn kundizzjonijiet ħżiena tal-għajxien; jinsisti, għalhekk, li l-akkomodazzjoni soċjali m'għandhiex titqies bħala spiża li għandha tinqata' iżda bħala investiment li jiġġenera ritorn fuq żmien fit-tul permezz ta' saħħa u benessri soċjali aħjar, aċċess għas-suq tax-xogħol u għoti ta' setgħa lill-persuni, b'mod speċjali lill-anzjani, biex jgħixu ħajja indipendenti;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi qafas ta' azzjoni Ewropew dwar l-akkomodazzjoni soċjali għall-politika tal-akkomodazjzoni b'tali mod li tiġi żgurata konsistenza bejn id-diversi strumenti politiċi li l-UE tuża biex tindirizza din il-kwistjoni (l-għajnuna mill-Istat, il-finanzjament strutturali, il-politika tal-enerġija, l-azzjoni biex jiġu miġġielda l-faqar u l-esklużjoni soċjali, il-politika tas-saħħa);

6.  Jitlob lill-Kummissjoni – abbażi tal-iskambju tal-aħjar prattiki u l-esperjenza bejn l-Istati Membri, u filwaqt li jitqies il-fatt li l-akkomodazzjoni soċajli hija kkonċepita u ġestita b’modi differenti (spiss minħabba l-flessibilità fl-istabbiliment tal-prijoritajiet) fl-Istati Membri, fir-reġjuni u fil-komunitajiet lokali – biex tiċċara d-definizzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali;

7.  Jirrimarka li l-investiment fl-akkomodazzjoni soċjali jifforma parti minn sforzi ta' politika usa' biex jiġu organizzati u ffinanzjati s-servizzi pubbliċi soċjali, tas-saħħa u edukattivi bl-għan li jiġi żgurat li d-drittijiet soċjali bażiċi jistgħu jitgawdew u li jirrispondu għall-bżonnijiet soċjali ġodda u għall-bidliet ekonomiċi ċikliċi;

8.  Jenfasizza l-bżonn li l-investiment soċjali jiġi monitorjat bħala parti minn “patt ta’ investiment soċjali” msawwar fuq il-Patt Euro Plus u mfassal biex tissaħħaħ il-governanza ekonomika u baġitarja tal-Unjoni u li jinkludi l-investiment fl-akkomodazzjoni soċjali; jenfasizza wkoll il-ħtieġa għal miri ta' investiment soċjali li l-Istati Membri għandhom jilħqu bl-għan li jintlaħqu l-objettivi soċjali, edukattivi u tal-impjieg stabbiliti fl-istrateġija Ewropa 2020; jilqa' l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2012, li jenfasizzaw li “l-possibbiltajiet offruti mill-qafas baġitarju eżistenti tal-UE biex il-ħtiġijiet tal-investiment pubbliku produttiv jiġu bbilanċjati mal-objettivi tad-dixxiplina baġitarja jistgħu jiġu sfruttati fil-parti preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir”, u b'hekk jappoġġaw il-validità ta' din il-proposta; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja aktar mill-qrib l-investiment soċjali, billi tuża tabella ta' valutazzjoni bbażata fuq indikaturi tal-investiment fil-livell tal-Istati Membri u tal-UE, li, b'rabta mal-investiment fl-akkomodazzjoni soċjali, tqis il-bidliet fl-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u fin-numru ta' persuni li qed jistennew li jiġu allokati akkomodazzjoni fl-Istati Membri; jistieden ukoll lilll-Istati Membri kollha jirratifikaw il-Karta Soċjali Ewropea riveduta, b'enfasi speċjali fuq l-Artikolu 31;

9.  Huwa tal-fehma li l-organizzazzjonijiet tar-residenti u tal-kerrejja għandhom jiġu involuti fid-definizzjoni tal-istrateġiji tal-akkomodazzjoni li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri;

10.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-innovazzjoni soċjali tiġi appoġġata kemm mill-pjattaforma Ewropea kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali kif ukoll mill-Programm Qafas dwar ir-Riċerka sabiex jiġu analizzati politiki ġodda li għandhom l-għan li jtejbu l-aċċess għall-akkomodazzjoni u jtaffu l-problema ta' persuni bla dar;

11.  Jilqa' l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2011 (COM (2011)0142) li tfittex li timponi restrizzjonijiet fuq ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà residenzjali u b'hekk tikkontrolla d-dejn eċċessiv tal-familji; jitlob dispożizzjonijiet tal-UE dwar l-ipoteki li jinkorporaw l-aħjar prattiki li jkunu favorevoli kemm jista' jkun għall-konsumaturi; iħeġġeġ l-inklużjoni ta' proċeduri għan-negozjar mill-ġdid u l-iskedar mill-ġdid tal-ħlas lura tad-dejn għal individwi u familji li m'għandhomx mnejn iħallsu; jistieden lill-Istati Membri jevitaw li familji żgumbrati jiġu mġiegħla jibqgħu jħallsu lura l-ipoteki tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni b'reazzjoni għat-tbatija soċjali kkawżata lil dawk li huma milquta l-aktar mill-kriżi ekonomika u l-qgħad u li qed jiġu żgumbrati u mċaħħda minn djarhom; jinnota li dan qiegħed iseħħ fl-isfond ta' inizjattivi importanti tal-assistenza pubblika mfassla biex ireġġgħu s-sistema finanzjarja fuq bażi soda; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu ħilithom biex joffru soluzzjonijiet alternattivi għall-evizzjonijiet;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni biex twissi lill-Istati Membri, fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tagħha, meta r-riformi x'aktarx jheddu l-investiment fl-akkomodazzjoni soċjali jew affordjabbli, u biex ma toħroġx rakkomandazzjonijiet fir-rigward tad-daqs tas-settur tal-akkomodazzjoni soċjali fl-Istati Membri individwali; jikkritika l-fatt li, bħala parti mill-programmi ta' konsolidament fiskali u f'konformità ma' rakkomandazzjonijiet speċifiċi magħmula mill-Kummissjoni dwar azzjoni fis-suq tal-akkomodazzjoni, xi Stati Membri qed jagħsru l-kapaċità fis-settur billi jintaxxaw il-fornituri tal-akkomodazzjoni soċjali; barra minn hekk, huwa preokkupat dwar id-definizzjoni restrittiva ta' akkomodazzjoni soċjali mogħtija mill-Kummissjoni fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni, li tindirizza biss il-gruppi żvantaġġati;

13.  Jistieden lill-Kunsill biex isejjaħ laqgħa tal-ministri tal-akkomodazzjoni tal-Istati Membri tal-anqas darba fis-sena biex jiddiskutu l-impatt ta' politiki varji tal-UE dwar il-politika tal-akkomodazzjoni u jiżguraw li l-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tas-settur tal-akkomodazzjoni jkunu integrati b'mod aktar effiċjenti fil-livell tal-UE, bl-involviment ta' partijiet interessati bħall-korpi tal-akkomodazzjoni soċjali, assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-okkupanti u assoċjazzjonijiet li jfittxu li jiffaċilitaw l-aċċess għall-akkomodazzjoni;

14.  Jinnota li definizzjoni ta' akkomodazzjoni soċjali u tal-benefiċjarji għandha tkun ir-riżultat ta' proċess ta' diskussjoni demokratiku sabiex ikunu jistgħu jitqiesu t-tradizzjonijiet differenti tal-Istati Membri;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu importanza akbar lill-akkomodazzjoni u servizzi relatati taħt l-Istrateġija dwar il-Protezzjoni Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali, anke permezz ta' miżuri biex tittaffa l-problema ta' persuni bla dar u titnaqqas l-esklużjoni fl-akkomodazzjoni abbażi ta' indikaturi nazzjonali konġunti u jħeġġu skambji ta' prattika tajba fl-implimentazzjoni effettiva tad-dritt għall-akkomodazzjoni;

16.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jirduppjaw l-isforzi tagħhom biex jinkludu l-investiment fl-akkomodazzjoni soċjali fl-objettivi baġitarji tagħhom ta' terminu medju u fit-tul, fil-programmi nazzjonali ta' riforma tagħhom u fl-assi strateġiċi tal-Kuntratt ta' Sħubija 2014-2020; jistieden lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni jimmonitorjaw b'mod aktar effettiv l-implimentazzjoni u l-ilħuq tal-objettivi soċjali tal-istrateġija Ewropa 2020;

17.  Jinnota li l-politiki u l-programmi tal-akkomodazzjoni jeħtieġ jiġu żviluppati b'konsultazzjoni man-nisa b'introjtu baxx u minn kuntesti soċjali differenti sabiex wieħed jara liema politiki jikkorrispondu l-aħjar għall-ħtiġijiet tan-nisa;

Inkoraġġiment tal-investiment biex tingħata spinta lill-impjieg lokali u lill-ekonomija ekoloġika

18.  Jenfasizza r-rwol ekonomiku kontraċikliku tas-settur tal-akkomodazzjoni, u b'mod partikolari tas-settur tal-akkomodazzjoni soċjali permezz tat-tnaqqis tad-dipendenza enerġetika, l-appoġġ mogħti lill-industriji tal-kostruzzjoni u tar-rinnovazzjoni u, għalhekk, lill-impjiegi lokali sostenibbli u mhux rilokabbli, b’mod partikolari minħabba n-natura intensiva fir-rigward tal-ħaddiema tas-settur, l-iżvilupp ta' setturi tal-ekonomija ambjentali bħala parti mill-ekonomija lokali, u l-effetti konsegwenzjali fuq il-bqija tal-ekonomija; għalhekk, jemmen li l-investiment fl-akkomodazzjoni soċjali għandu jitqies mhux biss bħala nefqa iżda anke bħala investiment produttiv; iħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri biex jibdew djalogu mal-industrija tal-kostruzzjoni sabiex jiżviluppaw ambjent tan-negozju aħjar għal, u regolamentazzjoni aħjar ta', l-akkomodazzjoni soċjali, b'enfasi speċjali fuq il-ħolqien ta' miri tal-bini residenzjali, l-arranġament tal-ispejjeż infrastrutturali u l-offerta ta' art għall-iżvilupp;

19.  Jenfasizza l-valur miżjud fuq l-impjieg lokali u l-effett ta' lieva konsiderevoli fuq l-investimenti maħluqa mill-azzjoni diretta tal-fondi strutturali mill-2007 sal-2013 fis-settur tal-akkomodazzjoni soċjali;

20.  Huwa tal-fehma li l-ammonti li għandhom jiġu allokati għall-Fondi ta' Koeżjoni fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għall-2014-2020 m'għandhomx ikunu inqas mill-ammonti fil-QFP attwali, sabiex jiġi ggarantit finanzjament adegwat għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), b'mod partikolari l-prijorità tal-investiment “il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar – appoġġ għar-riġenerazzjoni fiżika u ekonomika ta' komunitajiet urbani u rurali żvantaġġati”;

21.  Jirrikonoxxi li ħafna Stati Membri diġà implimentaw politiki tal-akkomodazzjoni soċjali effettivi, u jemmen li r-rwol tal-UE f'dan il-kuntest għandu jkun li tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattika bejn l-Istati Membri;

22.  Jieħu nota tal-proposti tal-Kummissjoni għall-pakkett leġiżlattiv ta' regolamenti dwar il-Politika ta' Koeżjoni 2014-2020; jappoġġa l-fatt li l-investiment prijoritarju fl-effiċjenza enerġetika u fl-użu ta’ enerġija rinnovabbli fl-akkomodazzjonijiet soċjali u affordjabbli, kif ukoll proġetti integrati għal żvilupp urban u territorjali sostenibbli, l-aċċess ugwali għall-akkomodazzjoni għall-komunitajiet marġinalizzati, u l-promozzjoni ta’ partijiet interessati soċjali u ta' solidarjetà bħalma huma l-kooperattivi u l-impriżi tal-akkomodazzjoni mingħajr skop ta' qligħ, isir eliġibbli għal appoġġ mill-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni;

23.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-korpi rilevanti kollha jiddedikaw post importanti kemm għall-investimenti fl-akkomodazzjoni soċjali u affordjabbli kif ukoll lit-tisħiħ tas-setturi tal-akkomodazzjoni mingħajr skop ta' qligħ fil-programmi nazzjonali ta’ riforma u fit-tiswir tal-prijoritajiet strateġiċi skont il-ftehimiet ta’ sħubija għall-perjodu 2014-2020, kif ukoll biex ikun żgurat li l-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom jiġu riflessi fil-miżuri ppjanati għall-akkomodazzjoni;

24.  Jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu użu akbar mill-istrumenti tad-dritt privat – bħal arranġamenti ta' kiri fit-tul – biex jiġi ffaċilitat il-provvediment ta' akkomodazzjoni soċjali, billi jitneħħa l-bżonn li tinxtara l-art għal raġunijiet ta' bini, u mill-kontinwazzjoni tas-sjieda individwali tal-akkomodazzjoni soċjali, billi jitħeġġu arranġamenti ta' użufrutt ta' sid il-kera;

25.  Jenfasizza li l-bini residenzjali u kummerċjali jagħmlu bejniethom 40 % tal-konsum finali tal-enerġija u tal-emissjonijiet totali tas-CO2 fl-Ewropa, u li bini ambjentalment sostenibbli jwassal għal tnaqqis fl-ispejjeż u ż-żmien tal-bini, u għal tnaqqis drastiku fl-impatt ambjentali u l-konsum tal-enerġija u, għaldaqstant, fl-ispejjeż tal-ġestjoni relatati mal-akkomodazzjoni;

26.  Jappoġġa baġit adegwat għall-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020, filwaqt li l-politika ta’ koeżjoni tiġi identifikata bħala xprun għall-irkupru; jappoġġa l-konklużjonijiet tal-Patt Ewropew għat-Tkabbir u l-Impjiegi fir-rigward tal-istedina tiegħu lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw u jħaffu r-riallokazzjoni tal-flejjes mhux użati mill-Fondi Strutturali għal proġetti ta’ effiċjenza fl-enerġija u ta’ enerġija rinnovabbli matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013; iqis li s-settur tal-akkomodazzjoni soċjali għandu jibbenefika minn dawn ir-riallokazzjonijiet;

27.  Jistieden lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet ta' ġestjoni tagħhom u lill-Kummissjoni biex jinkludu l-partijiet interessati tal-akkomodazzjoni, l-assoċjazzjonijiet tar-residenti u l-assoċjazzjonijiet għal aċċess għall-akkomodazzjoni fost l-eqreb interlokuturi tagħhom għat-tfassil, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi operattivi; jisħaq fuq l-importanza ta' għodod ġodda tal-iżvilupp integrat (Żvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità u Investiment Territorjali Integrat) għal strateġiji tal-akkomodazzjoni integrati li fihom ikunu meqjusa b'mod prominenti l-organizzazzjonijiet u l-okkupanti tal-akkomodazzjoni soċjali; jemmen li l-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni jridu jagħmlu użu effettiv kemm mill-prinċipju tas-sħubija kif ukoll minn dak tal-governanza f'diversi livelli u li l-Istati Membri jridu jitħeġġu jikkooperaw mal-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jiġu stabbiliti prijoritajiet u jiġi determinat kif għandhom jintużaw il-fondi; iqis li sinerġiji akbar bejn il-Fond Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni jkunu jistgħu jinkoraġġixxu l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni żvantaġġjati jew rurali, filwaqt li jipprevjenu l-iżolament u d-depopolazzjoni tagħhom, u b’hekk jiġu evitati l-effetti negattivi tas-segregazzjoni soċjali u jiġu promossi l-eteroġeneità, il-koeżjoni soċjali u l-ugwaljanza bejn is-sessi;

28.  Jistieden lill-Istati Membri, sabiex jistimolaw kostruzzjoni u rinnovazzjoni ta' standard għoli ta' akkomodazzjoni soċjali u affordjabbli, biex isaħħu jew jiżviluppaw mekkaniżmi speċifiċi ta' finanzjament, kif ukoll biex jinkoraġġixxu, b'mod koordinat, ir-rikors għall-għotjiet tal-programm Orizzont 2020 u l-użu ta’ strumenti finanzjarji u ta’ programmi ta’ għajnuna teknika proposti mill-Fondi Strutturali, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ), il-Bank ta' Żvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa u l-Fond Ewropew għall-Effiċjenza Enerġetika (EEEF); jistieden lill-Istati Membri, barra minn hekk, biex isibu modi kif japplikaw ir-regolament modifikat dwar il-FEŻR sabiex jipprovdu l-akkomodazzjoni għall-komunitajiet marġinalizzati;

29.  Jistieden lill-BEI, b'konsultazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, biex iqiegħed enfasi akbar fuq is-settur tal-akkomodazzjoni soċjali u affordjabbli meta jistabbilixxi l-prijoritajiet ta' investiment tiegħu, b'mod partikolari f'dawk l-Istati Membri li m'għandhomx bank pubbliku tal-akkomodazzjoni, filwaqt li jillaxka t-termini li skonthom jawtorizza s-self; jistieden ukoll lill-BEI jiddetermina l-ambitu għall-użu tal-bonds tal-proġetti bħala strument biex tiġi ffinanzjata l-infrastruttura soċjali, bħall-akkomodazzjoni, filwaqt li titqies il-valutazzjoni tal-fażi pilota tiegħu qabel ma jestendih;

30.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jappoġġjaw l-attivitajiet tal-kooperattivi tal-akkomodazzjoni, li huma għodda importanti għax-xiri affordjabbli tal-ewwel dar; jirrimarka li l-kooperattivi huma wkoll għodda effettiva għall-promozzjoni ta' inizjattivi ta' riġenerazzjoni urbana, li joħolqu sinerġiji mal-komunitajiet lokali u li jwaqqfu l-abbandunar tal-bliet żgħar u l-bliet kbar;

31.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi sorsi potenzjali oħra ta' finanzjament lill-Istati Membri għall-iżvilupp u r-rinnovazzjoni tal-istokk tal-akkomodazzjoni soċjali bħala forom ta' investiment soċjali, kif ukoll biex tinkuraġġixxi lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jagħmlu użu effettiv tal-finanzjament Ewropew disponibbli, u biex iżommu r-rati mnaqqsa ta' VAT applikabbli għal tali investiment, minħabba l-intensità qawwija ta’ ħaddiema fis-settur u l-impatt limitat ħafna tiegħu fuq il-kummerċ transfruntier fl-UE; iħeġġeġ li jitqies il-fatt li jiġu applikati l-istess rati ta' VAT għall-akkomodazzjoni soċjali bħal dawk għall-bżonnijiet bażiċi; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimmobilizzaw tfaddil privat kemm sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għall-art kif ukoll biex jinkuraġġixxu l-kostruzzjoni u r-rinnovazzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali;

32.  Jitlob li jiġu implimentati mudelli ta' kooperazzjoni integrati li jlaqqgħu flimkien il-maniġers tal-proġetti, il-fornituri tal-akkomodazzjoni soċjali u l-kumpaniji tal-kostruzzjoni sabiex jippromwovu r-rinnovazzjoni termali tal-akkomodazzjoni soċjali u l-bini ta' akkomodazzjoni soċjali b'konsum baxx tal-enerġija;

33.  Jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Lulju 2012 dwar l-istrateġija tal-kompetittività sostenibbli fis-settur tal-kostruzzjoni u tal-intrapriżi tiegħu (COM(2012)0433); huwa tal-fehma li, minbarra inċentivi ta' taxxa u appoġġ finanzjarju biex tingħata spinta lill-kompetittività ta' dan is-settur u l-innovazzjoni fih, miżuri għat-titjib tal-livelli ta' ħiliet tal-ħaddiema huma essenzjali jekk irridu nissodisfaw l-isfidi marbuta mal-ħolqien ta' Ewropa effiċjenti fl-użu ta' riżorsi u ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, u jekk irridu nilħqu l-objettivi stipulati fid-Direttivi dwar l-effiċjenza fl-enerġija (2012/27/UE)(39) u dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija UE (2010/31/UE)(40);

34.  Jistieden lill-Kummissjoni biex taħdem aktar mill-qrib mal-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali relevanti bil-għan li jitfasslu previżjonijiet fuq tul ta' żmien medju u twil tal-ħiliet meħtieġa mis-suq tax-xogħol; jistieden lill-partijiet interessati relevanti biex jimmonitorjaw xejriet tal-impjieg bl-għan li t-taħriġ professjonali bażiku u t-tagħlim matul il-ħajja jsiru aktar relevanti; jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali relevanti sabiex jadattaw malajr is-sistemi ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ vokazzjonali tagħhom, inklużi l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, filwaqt li jiġi inkorporat il-kunċett tal-ekonomija sostenibbli, u biex jiġi żgurat l-aċċess għal programmi ta' iżvilupp tal-ħiliet sabiex ikun aktar faċli għaż-żgħażagħ li jiksbu aċċess għal impjiegi “ekoloġiċi” u industriji “ekoloġiċi” ġodda; jirrimarka li l-promozzjoni ta' impjiegi ekoloġiċi tista' toħloq opportunitajiet ta' kwalità u ta' impjieg sostenibbli, tittratta l-faqar u l-esklużjoni soċjali kif ukoll tiżgura s-servizzi ta' appoġġ tal-impjiegi;

35.  Jinnota li dan is-settur “ekoloġiku” jista' jipprovdi firxa ta' opportunitajiet ta' impjieg differenti, li jvarjaw minn xogħlijiet bażiċi u li jirrikjedu inqas kwalifiki għal impjiegi bi kwalifiki għoljin fis-settur tal-għarfien; f'dan ir-rigward:

   jinnota r-rwol importanti tal-SMEs fil-provvediment ta' tali impjieg fl-ekonomija ekoloġika, u jenfasizza l-potenzjal għall-SMEs li joffru taħriġ tax-xogħol, apprendistati u skemi ta' outreach lokali, li jistgħu jipprovdu opportunitajiet ta' impjieg għal individwi soċjalment żvantaġġati;
   jistieden lill-Istati Membri biex jivvalutaw il-fattibilità tal-fondi ta' tranżizzjoni biex jiġu ġestiti l-bżonnijiet tal-ħiliet;
   jistieden lill-Kummissjoni biex tinkorpora fil-qafas għat-tagħlim matul il-ħajja d-disa' kompetenza ewlenija relatata mal-ambjent, it-tibdil fil-klima u l-iżvilupp sostenibbli;
   jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jużaw il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) sabiex jinvestu fil-ħiliet, l-impjieg, it-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid vokazzjonali, u b'mod partikolari l-professjonijiet “ekoloġiċi”, bħar-rinnovazzjoni termali tal-bini;
   jistieden lill-Istati Membri biex jappoġġaw l-emerġenza ta' individwi u korpi li għandhom il-ħiliet li jindirizzaw l-aspetti soċjali u tekniċi tal-iffrankar tal-enerġija, bħall-membri tal-professjonijiet li jipprovdu rabta bejn il-lat soċjali u dak tekniku, u sforzi biex jitħarrġu membri tal-professjonijiet tekniċi li jieħdu approċċ aktar soċjali għall-kwistjoni tal-effiċjenza enerġetika u viċe versa;

36.  Jilqa' l-Pakkett ta' Investiment Soċjali li bih il-Kummissjoni toffri linji gwida għall-Istati Membri biex ifittxu aktar politiki soċjali effiċjenti u effettivi mmirati għat-tkabbir u l-koeżjoni;

37.  Jinnota li dawn l-investimenti fl-akkomodazzjoni soċjali huma parti mill-politiki usa' biex jorganizzaw u jiffinanzjaw l-għoti ta' servizzi pubbliċi soċjali u tas-saħħa u servizzi tal-edukazzjoni, fi sforz biex in-nies ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet soċjali fundamentali tagħhom u biex ikunu lesti għall-bżonnijiet soċjali li dejjem jinbidlu;

Il-ġlieda kontra l-faqar u l-promozzjoni tal-inklużjoni u l-koeżjoni soċjali

38.  Ifakkar li r-rikonoxximent u l-kisba tad-dritt għall-akkomodazzjoni jaffettwaw il-kisba sħiħa tad-drittijiet fundamentali l-oħra, inklużi d-drittijiet politiċi u soċjali; jirrimarka li huwa l-Istat Membru jew l-awtorità pubblika kkonċernata li huma responsabbli biex dan id-dritt għall-akkomodazzjoni jsir realtà, billi jtejbu, permezz tal-politiki u l-programmi tagħhom, l-aċċess universali għall-akkomodazzjoni, b'mod partikolari għal persuni żvantaġġati, billi jipprovdu biżżejjed djar adegwati, nodfa u affordjabbli;

39.  Jistieden lill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali twettaq studju li jivvaluta l-effettività u skont liema kundizzjonijiet l-implimentazzjoni tad-dritt għall-akkomodazzjoni u l-assistenza dwar l-akkomodazzjoni huwa implimentat fl-Istati Membri, bl-involviment tal-partijiet interessati fil-proċess; jistieden lill-Aġenzija tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki fl-implimentazzjoni effettiva tad-drtitt għall-akkomodazzjoni għal gruppi partikolarment vulnerabbli, inklużi l-persuni bla dar; jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi tali attivitajiet fil-Pakkett tal-Investiment Soċjali;

40.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jappoġġaw u jippromwovu skambji innovattivi tal-aħjar prattiki biex jitħares id-dritt għall-akkomodazzjoni għal gruppi partikolarment vulnerabbli u marġinalizzati, b'attenzjoni partikolari għall-ġlieda kontra l-vjolenza domestika; jinnota b’dispjaċir li l-vittmi tal-vjolenza domestika sikwit ikollhom tendenza akbar li jibqgħu f'ambjent ta' abbuż jekk finanzjarjament ma jkunux jistgħu jsibu akkomodazzjoni xierqa; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu servizzi soċjali integrati għall-familji li jkunu vittmi tal-vjolenza domestika;

41.  Jistenna li l-Kummissjoni teżamina sa liema punt l-appoġġ dirett permezz ta' allowances għall-akkomodazzjoni, jew l-appoġġ indirett permezz tal-akkomodazzjoni soċjali nnifsha, hija miżura aktar effettiva biex tiġi provduta akkomodazzjoni affordjabbli għal gruppi soċjali li ma jistgħux ikopru l-bżonnijiet ta' akkomodazzjoni tagħhom fis-suq tal-akkomodazzjoni;

42.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Eurofound iwettqu studju fl-2014, bħala parti mill-programm ta' ħidma tal-2014 tal-Aġenzija, dwar l-ispiża fil-każ li ma jsir xejn dwar l-akkomodazzjoni inadegwata;

43.  Jinnota bi tħassib il-fatt li ħafna Stati Membri, li jaffaċċjaw żbilanċi baġitarji, qed jissospendu operazzjonijiet, programmi u azzjonijiet (pereżempju, is-sussidji għall-kiri u dawk ipotekarji) imfassla biex jiffaċilitaw l-akkwist ta' dar, filwaqt li, fl-istess ħin, qed iżidu b'mod sproporzjonat it-taxxi fuq il-proprjetà f'nofs kriżi ekonomika akuta, u b'hekk qed iħallu ħafna sezzjonijiet tas-soċjetà vulnerabbli għall-faqar u t-tiċħid;

44.  Jistieden lill-Istati Membri jwettqu analiżijiet tal-impatt soċjali, b'enfasi fuq analiżijiet imsejsa fuq il-ġeneru u fuq l-unitajiet domestiċi, bħala parti mill-politiki u l-programmi kollha tal-akkomodazzjoni soċjali, filwaqt li b'mod partikolari titqies id-disparità bejn il-ġeneri fl-introjtu u r-riżorsi finanzjarji; jenfasizza li d-data statistika kollha trid tiġi diżaggregata skont il-ġeneru u t-tip ta' unità domestika, u li tinħtieġ aktar riċerka biex jiġi aċċertat bl-eżatt kif il-politiki tal-akkomodazzjoni jistgħu jappoġġaw individwi u gruppi f'sitwazzjoni vulnerabbli, bħan-nisa (filwaqt li jitqies ir-rwol multiplu tan-nisa bħala ġenituri waħedhom u dawk li jindokraw lill-membri tal-familja u lill-persuna b'diżabilità), il-familji, iż-żgħażagħ, il-persuni b'diżabilità u l-anzjani;

45.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom ifasslu politiki integrati għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali kif ukoll għall-iżgurar ta' aċċess universali għal akkomodazzjoni deċenti, sana u affordjabbli; jissuġġerixxi li dawn il-politiki jinkludu l-miżuri li ġejjin:

   l-appoġġ speċifiku għal akkomodazzjoni soċjali u “soċjali ħafna” ta’ kwalità tajba u sana, b'mod partikolari billi jiġu stabbiliti kwoti minimi ta' akkomodazzjoni soċjali fejn ikun relevanti, bħal żoni b'densità għolja ta' popolazzjoni fejn id-domanda hija l-ogħla, billi dan jinkuraġġixxi d-diversità;
   l-istabbiliment ta' standards minimi ċari u ta' kwalità tal-akkomodazzjoni, b'mod partikolari għall-akkomodazzjoni soċjali;
   rabtiet bejn programmi u politiki ta' espansjoni tal-akkomodazzjoni soċjali għall-aċċess għal servizzi pubbliċi essenzjali oħra u servizzi ta' interess ġenerali, bħall-kostruzzjoni ta' faċilitajiet pubbliċi soċjali u tal-kura tas-saħħa, kulturali u sportivi (bħala parti minn strateġija integrata lokali), u biex l-espansjoni urbana tinżamm skont il-linji gwida tal-Kummissjoni biex jintlaħaq l-objettiv ta' teħid nett żero ta' art sal-2050;
   jinstab rimedju għad-diffikultajiet frekwenti ta’ aċċess għal akkomodazzjoni diċenti għall-popolazzjonijiet l-iktar vulnerabbli bħall-migranti u ż-żgħażagħ;
   skemi li jirrinforzaw id-dritt li wieħed iżomm art jew proprjetà;
   it-tħejjija ta' programmi speċifiċi għall-persuni bla dar abbażi ta' valutazzjonijiet tas-sitwazzjoni lokali, filwaqt li jitqies il-mudell tal-European Typology of Homelessness and Housing Excusion (ETHOS) biex jitkejjel il-kobor tal-esklużjoni soċjali marbuta mal-akkomodazzjoni, marbuta ma' miżuri ta' appoġġ soċjali kif ukoll kif adattati għas-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa, filwaqt li titqiegħed enfasi partikolari fuq l-akkomodazzjoni u l-assistenza fit-tul għall-persuni vulnerabbli u l-komunitajiet marġinalizzati, pjuttost milli biss fuq il-provvediment ta' akkomodazzjoni temporanja;
   il-promozzjoni u l-finanzjament ta' programmi ta' “self-building”;

46.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li kull ċittadin ikun jista’ jaffordja akkomodazzjoni billi jibbażaw iż-żieda fil-kera fuq sistema oġġettiva li tiżgura żidiet moderati fil-prezzijiet tal-proprjetà u billi jadattaw il-politika tat-taxxi biex tillimita l-ispekulazzjoni;

47.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timplimenta mingħajr dewmien ir-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar Strateġija tal-UE għall-Persuni Mingħajr Dar;

48.  Jenfasizza li l-aspetti differenti tal-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ dar fost in-nisa jridu jiġu indirizzati b'mod olistiku u għandhom jiffurmaw parti integrali mill-oqfsa tal-politika kollha tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iwettqu valutazzjonijiet tal-impatt rigward il-ġeneru, jimmonitorjaw is-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa bla dar, jippromwovu proġetti ambjentali ta' għajxien assistit u l-bini ta' akkomodazzjoni affordjabbli, adattata u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, u jinkludu l-familji ta’ klassi medja – li sikwit huma esklużi minn skemi ta’ dan it-tip – fi programmi ta' akkomodazzjoni soċjali peress li dawn, bħal unitajiet domestiċi oħra, jistgħu jġarrbu nuqqasijiet materjali minħabba l-kriżi ekonomika;

49.  Jitlob li jiġu implimentati mudelli ta' kooperazzjoni integrati li jlaqqgħu flimkien is-servizzi soċjali u tas-saħħa, jappoġġaw is-servizzi għal persuni żvantaġġati u l-fornituri tal-akkomodazzjoni soċjali u l-assoċjazzjonijiet relevanti bħala parti mill-isforzi tagħhom biex jgħinu lill-persuni vulnerabbli li qed ifittxu akkomodazzjoni u dawk li diġà għandhom akkomodazzjoni;

50.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet relevanti biex jallokaw fondi strutturali għall-akkomodazzjoni għal komunitajiet marġinalizzati, b'mod partikolari fis-settur tal-akkomodazzjoni soċjali, billi dan jiġi inkluż bħala prijorità fil-programmi operattivi tagħhom; għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali biex iżidu l-iskambji tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet lokali abbażi ta' kriterji komuni u trasparenti;

51.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri u l-awtoritajiet relevanti tagħhom jinvestu fil-kostruzzjoni u r-ristrutturar mill-ġdid ta' akkomodazzjoni soċjali affordjabbli sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ta' djar imġarrfa u r-riskji tas-saħħa mistennija, id-diversi strutturi tal-familja, il-popolazzjoni li qed tixjieħ, l-anzjani dipendenti li jagħżlu li jibqgħu fi djarhom, il-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni diżabbli u taż-żgħażagħ, partikolarment f'termini ta' akkomodazzjoni u mobilità professjonali; jirrakkomanda li l-fondi strutturali jintużaw għal dawn ir-raġunijiet fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss (2014 - 2020); huwa tal-fehma li miżuri ta' appoġġ soċjali fir-rigward tal-aċċess għal akkomodazzjoni jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' impjiegi fis-settur tas-saħħa (“white jobs”), li huma essenzjali jekk irridu nissodisfaw l-isfidi soċjali attwali u futuri, bħall-popolazzjoni li qed tixjieħ; jisħaq fuq ir-rwol pożittiv li jista' jkollhom il-Fondi Ewropej ta' Intraprenditorija Soċjali fir-rigward tal-proġetti tal-appoġġ u l-integrazzjoni soċjali permezz ta' proġetti ta' akkomodazzjoni;

52.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jimplimentaw miżuri ta' inċentiv effettivi, fuq il-bażi tal-previżjonijiet tal-bżonnijiet tal-akkomodazzjoni, sabiex jiġi miġġieled il-fenomenu ta' djar li jibqgħu vojta fuq tul ta' żmien, b'mod partikolari f'żoni problematiċi, bl-għan li tiġi trattata l-ispekulazzjoni tal-proprjetà u li dawn il-proprjetajiet jiġu konvertiti f'akkomodazzjoni soċjali;

53.  Jenfasizza l-importanza ta' sistema ta' klassifikazzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-akkomodazzjoni li tipprovdi valutazzjoni msejsa fuq is-saħħa ta' perikli relatati mal-akkomodazzjoni;

54.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet relevanti biex jissimplifikaw il-proċess ta' applikazzjoni għal akkomodazzjoni soċjali u biex jagħmlu l-allokazzjoni tad-djar aktar ġusta, trasparenti u imparzjali, skont iċ-ċirkustanzi soċjali, ekonomiċi u kulturali speċifiċi ta' kull Stat Membru, bl-għan li tiġi eliminata d-diskriminazzjoni u li jiġi evitat kull “effett ta' evitar” għal gruppi partikolarment vulnerabbli, fenomenu li għandu l-effett li jaggrava s-segregazzjoni spazjali residenzjali u li joħloq il-getti; jiġbed l-attenzjoni, f'dan ir-rigward, għall-pertinenza tal-arranġamenti użati f'xi Stati Membri, bħal lista ta' kriterji tal-allokazzjoni definiti legalment, preċiżi u trasparenti biex jitħeġġeġ it-taħlit soċjali, l-applikazzjonijiet anonimi għal djar soċjali, ir-reklamar ta' proprjetajiet vojta, l-introduzzjoni ta' sistemi ta' klassifikazzjoni għal applikazzjonijiet tal-akkomodazzjoni, is-separazzjoni ċara bejn il-korpi li jiddeterminaw il-kriterji u dawk li jallokaw id-djar, u arranġamenti ta' governanza xierqa għall-allokazzjoni tad-djar sabiex jitħeġġeġ it-taħlit soċjali b'mod wiesa';

55.  Jenfasizza l-isfidi marbuta mat-tixjiħ tal-popolazzjoni u l-ħtieġa li jiġi pprovdut aċċess għal akkomodazzjoni adegwata, deċenti u aċċessibbli għan-numru dejjem jikber ta' anzjani fl-UE; jinnota t-tifqir dejjem jikber tal-anzjani fl-Istati Membri kollha u, għaldaqstant, jitlob li fis-Sħubija Ewropea għal Innovazzjoni (EIP) dwar it-tixjiħ attiv u b'saħħtu, li tikoordina r-riċerka f'dan il-qasam, jiġu inklużi miżuri affordjabbli li huma mfassla b'mod speċifiku biex jiżguraw li l-anzjani jkunu jistgħu jibqgħu fi djarhom għal żmien twil kemm jista' jkun; jinnota, f'dan ir-rigward, li azzjoni biex tittejjeb l-aċċessibbiltà attwali għall-akkomodazzjoni hija mod relevanti biex titnaqqas l-esklużjoni soċjali permezz ta' miżuri biex tissaħħaħ l-indipendenza tagħhom; għalhekk, jistieden lill-Istati Membri biex jinkludu fir-riformi nazzjonali tagħhom element speċifiku ddedikat għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet affordjabbli biex l-anzjani jkunu jistgħu jibqgħu f'darhom sakemm huwa possibbli, filwaqt li jitqies li l-kundizzjonijiet imtejba għall-aċċess għall-istokk eżistenti ta' djar huwa mixtieq, filwaqt li n-nies jiġu megħjuna jibqgħu fil-postijiet ta' residenza tagħhom u ssir aktar faċli għalihom li jerġgħu jakkwistaw ħajja soċjali billi tingħata spinta lill-indipendenza personali tagħhom;

56.  Jirrimarka li l-akkomodazzjoni soċjali għandha tkun strutturata biex jiġu evitati kemm il-ġentrifikazzjoni kif ukoll il-gettoizzazzjoni; jitlob inċentivi finanzjarji, meta jkun relevanti, bl-għan li jiġi żviluppat spazju għall-akkomodazzjoni privata u soċjali komuni u mħallta biex tiġi evitata s-segregazzjoni soċjali;

57.  Jagħti importanza partikolari lill-isforzi tal-Unjoni Ewropea biex tappoġġja lill-klassijiet soċjali żvantaġġati, partikolarment fir-rigward tal-provvediment ta' akkomodazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-iżbilanċi soċjali eżistenti fl-Ewropa u partikolarment fil-pajjiżi li ngħaqdu reċentement mal-UE;

58.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri u l-awtoritajiet relevanti jieħdu passi biex itejbu l-aċċess għal akkomodazzjoni affordjabbli billi jżidu l-ammont u l-kwalità ta' djar soċjali affordjabbli u billi jiżviluppaw l-integrazzjoni tagħhom mas-servizzi soċjali u tal-kura bbażati fuq il-komunità, filwaqt li jintużaw l-FSE u fondi strutturali oħra biex jilħqu dan ir-riżultat;

59.  Jenfasizza li l-akkomodazzjoni soċjali għandha, meta tkun ikkoordinata mal-kura effettiva bbażata fuq il-komunità u servizzi soċjali oħra, tgħin biex tiżviluppa kapaċità ta' għajxien personali indipendenti, filwaqt li tgħin lil dawk li huma soċjalment vulnerabbli jew żvantaġġati biex jgħaddu mit-tranżizzjoni għal stil ta' ħajja aktar indipendenti, b'inqas dipendenza fuq il-welfare u awtonomija personali akbar;

60.  Jistieden lill-awtoritajiet pubbliċi u privati relevanti biex sistematikament jinkludu fis-sistemi tat-taħriġ għall-inġinerija, l-arkitettura, l-ippjanar urban u l-kostruzzjoni moduli dwar l-aċċessibilità tal-ambjent mibni u dwar “Disinn għal Kulħadd”;

61.  Jiddispjaċih dwar ix-xejra globali ta' restrizzjoni tal-provvediment ta' akkomodazzjoni soċjali, u jistieden lill-Istati Membri biex jinkludu l-grupp sikwit eskluż tal-familji tal-klassi medja fil-programmi tal-akkomodazzjoni soċjali għax jista' jsofri minn tiċħid materjali daqs familji oħrajn minħabba l-kriżi ekonomika;

62.  Rigward l-impenn tal-Unjoni għall-iżvilupp urban sostenibbli u integrat, b'mod partikolari għall-akkomodazzjoni soċjali, bħala mezz effettiv biex jiġu integrati ż-żoni problematiċi fl-ambjent urban tal-madwar u t-trattament tal-faqar u l-esklużjoni soċjali; għalhekk, jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet relevanti biex jagħmlu użu akbar mill-fondi strutturali (il-FEŻR, il-FSE), u mill-BEI u soluzzjonijiet finanzjarji oħra, b'mod integrat, u biex jiffaċilitaw il-koordinazzjoni u s-sinerġiji bejniethom; huwa tal-fehma li l-fatt li r-residenti jingħataw rwol xieraq u setgħa akbar fit-teħid tad-deċiżjonijiet qabel u matul il-bini u r-rinnovazzjoni tad-djar soċjali jgħin biex tingħata spinta lill-integrazzjoni u l-koeżjoni soċjali;

63.  Jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq studju dwar l-effettività tal-mudelli tal-investiment għall-impatt soċjali fis-settur tal-akkomodazzjoni soċjali, filwaqt li tiffoka fuq il-benefiċċji potenzjali tal-fondi strutturali meta użati bħala strumenti ta' finanzjament, u possibilment meta marbuta ma' sorsi oħra ta' finanzjament, sabiex tingħata spinta lill-investiment ta' impatt soċjali, bħal permezz tal-ħolqien ta' impjiegi lokali fl-ekonomija ekoloġika, jew impjiegi għaż-żgħażagħ, u permezz tal-inklużjoni soċjali permezz tal-provvediment ta' akkomodazzjoni għal gruppi marġinalizzati;

64.  Jinnota b'dispjaċir li l-vittmi tal-vjolenza domestika sikwit ikollhom tendenza akbar li jibqgħu f'ambjent ta' abbuż jekk ikunu jiddependu finanzjarjament fuq min jabbuża minnhom u għalhekk ma jkunux jistgħu jfittxu akkomodazzjoni separata u xierqa għalihom infushom; jitlob, għaldaqstant, li l-UE tippromwovi politiki, programmi u finanzjament sensittivi għall-ġeneri bl-għan li jżidu d-disponibbiltà ta' akkomodazzjoni sikura u affordjabbli għall-vittmi tal-vjolenza domestika, u jistieden lill-Istati Membri jsibu soluzzjonijiet affordjabbli għal forom alternattivi ta' akkomodazzjoni ta' emerġenza u temporanja u jżidu l-għadd ta' ċentri ta' akkoljenza u ta' riabilitazzjoni għall-vittmi, kif ukoll servizzi soċjali oħra relatati bħal servizzi integrati għall-familji (i.e. ċentri tal-ġustizzja tal-familja);

65.  Ifakkar li fl-2009 l-għadd ta' ommijiet waħedhom kien seba' darbiet akbar mill-għadd ta' missirijiet waħedhom; huwa tal-fehma, għaldaqstant, li l-ommijiet waħedhom – flimkien ma’ gruppi jew individwi vulnerabbli oħra bħall-ġenituri waħedhom, il-familji żgħażagħ, il-familji kbar, iż-żgħażagħ fil-bidu tal-karrieri professjonali tagħhom, in-nisa migranti, il-persuni b'diżabilitajiet u l-anzjani – għandhom jingħataw prijorità fl-allokazzjoni ta' akkomodazzjoni soċjali; jinnota li meta bdiet il-kriżi ekonomika, din kellha impatt akbar fuq l-irġiel milli fuq in-nisa, iżda li, hekk kif il-kriżi marret għall-agħar, ir-rata tal-qgħad tan-nisa kienet aktar minn dik tal-irġiel;

Ġlieda kontra l-faqar enerġetiku

66.  Huwa preokkupat li l-inċidenza li qed tikber tal-faqar enerġetiku, li jolqot bejn 50 u 125 miljun Ewropew, u li huwa kkawżat prinċipalment minn taħlita ta' introjti baxxi tal-familji, tisħin u iżolazzjoni ta' kwalità baxxa u spejjeż tal-enerġija għoljin b'mod sproporzjonat;

67.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tadotta Komunikazzjoni dwar il-Ġlieda Kontra l-Faqar Enerġetiku li tħeġġeġ lill-Istati Membri jintroduċu definizzjoni tal-faqar enerġetiku bbażata fuq parametri komuni iżda aġġustati għal kull Stat Membru biex jitqiesu ċ-ċirkustanzi nazzjonali speċifiċi; itenni li l-affordjabbiltà tal-akkomodazzjoni għandha titqies mhux biss f'termini ta' pagamenti tal-kera iżda anke f'termini ta' kontijiet tal-fjuwil assoċjati; huwa tal-fehma, madankollu, li l-faqar enerġetiku ma jistax jitqies biss f'termini tan-nefqa fuq l-enerġija u tal-prezzijiet tal-enerġija billi għandu wkoll dimensjoni kwalitattiva marbuta mal-imġiba u d-drawwiet ta' konsum tal-persuni;

68.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-approfondiment tas-suq intern tal-enerġija jimxi id f'id ma' miżuri li jipproteġu l-konsumaturi vulnerabbli;

69.  Jemmen li d-dritt tal-aċċess għall-enerġija huwa essenzjali għal ħajja dinjituża; jistieden lill-Istati Membri jirfinaw id-definizzjoni tagħhom ta' “akkomodazzjoni deċenti” biex tinkludi l-istandards dwar l-effiċjenza enerġetika; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiġġieldu kontra l-faqar enerġetiku, b'mod partikolari permezz tar-regolaturi tal-enerġija tas-settur pubbliku, u biex jadottaw miżuri integrati, abbażi ta’ awditi tal-enerġija lokali, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat, inklużi:

   l-istabbiliment ta' skemi finanzjarji speċifiċi rigward l-ispejjeż tal-enerġija għall-familji l-iktar vulnerabbli (bħall-ipprezzar ġust tal-enerġija, l-appoġġ ta' darba jew bħala parti minn assistenza soċjali oħra, azzjoni biex jiġi evitat in-nuqqas ta' ħlas tal-kontijiet u l-protezzjoni kontra l-qtugħ tal-provvisti);
   l-istabbiliment ta' fondi reġjonali jew nazzjonali speċifiċi biex jitnaqqas il-faqar enerġetiku, li jistgħu jiġu ffinanzjati permezz ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-fornituri tal-enerġija li tirrifletti l-obbligu tagħhom li jnaqqsu l-konsum f'konformità mad-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija;
   l-appoġġ għal inċentivi u miżuri istruttivi biex jgħinu lir-residenti jnaqqsu l-konsum ta' enerġija;
   l-użu ta' lievi finanzjarji effettivi fit-tul biex il-bini residenzjali jsir aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija, kemm fiż-żoni urbani kif ukoll f'dawk rurali, filwaqt li jiġi żgurat li dan ma jwassalx għal żieda sinifikanti fl-ispejjeż tal-akkomodazzjoni għall-kerrejja ladarba jkun tqies it-tifdil enerġetiku; jistieden lill-Kummissjoni tikkoordina dawn l-isforzi u tistudja l-possibilità li tintroduċi miżuri ta' inċentiv;

70.  Jinnota li s-settur tal-akkomodazzjoni huwa fost dawk li joffru l-akbar potenzjal għat-tifdil enerġetiku; jenfasizza li, fil-perjodu medju u fit-tul, sakemm l-ispejjeż biex l-akkomodazzjoni ssir aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija ma jegħlbux it-tifdil enerġetiku li jkun sar, miżuri ta' effiċjenza enerġetika għandhom qabel kollox iservu biex tiżdied il-kapaċità tal-akkwist tal-familji u biex tittejjeb il-kwalità tal-ħajja tagħhom; jenfasizza li dawn il-miżuri jwasslu wkoll għal tnaqqis fl-emissjonijiet tal-karbonju, joħolqu l-impjiegi, jappoġġaw l-ekonomija lokali u jnaqqsu n-nefqa fuq il-kura tas-saħħa;

71.  Jenfasizza b'mod partikolari l-benefiċċji potenzjali ta' skemi ta' sussidju għall-installazzjoni ta' sistemi ta' effiċjenza enerġetika u ta' ġenerazzjoni ta' mikroenerġija rinnovabbli fl-akkomodazzjoni soċjali, li jippermettu li jsir tifdil fil-kontijiet tal-fjuwil u li l-profitti tal-enerġija ġġenerata jitqassmu b'mod ġust bejn il-kerrejja u l-assoċjazzjoni jew is-sid tal-akkomodazzjoni, li jirriżulta f'kontijiet aktar baxxi għall-kerrejja filwaqt li s-sidien ikollhom fondi addizzjonali għal aktar ristrutturar u titjib fl-istokk tal-akkomodazzjoni ġenerali;

72.  Jemmen li miżuri ta' effiċjenza enerġetika biex jindirizzaw il-faqar enerġetiku jistgħu jgħinu wkoll fil-prevenzjoni ta' problemi tas-saħħa (bħal kundizzjonijiet respiratorji u kardjovaskulari, allerġiji, ażma, avvelenament mill-ikel u mill-monossidu tal-karbonju, u impatti fuq is-saħħa mentali);

73.  Itenni l-importanza ta' programmi maħsuba biex itejbu l-prestazzjoni enerġetika sabiex tiżdied l-affordjabbiltà tal-akkomodazzjoni soċjali u l-akkomodazzjoni fis-settur privat; jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni tiċċara l-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-fondi nazzjonali u tal-UE għal ristrutturar u investimenti bħal dawn, u li titħalla flessibilità, kull fejn ikun possibbli, biex jiġi żgurat li investimenti bħal dawn minn assoċjazzjonijiet tal-akkomodazzjoni u sidien privati jistgħu jibbenefikaw mill-aktar flussi ta' finanzjament xierqa sabiex jintlaħaq dan l-objettiv doppju – soċjali u ambjentali – mingħajr ma jinkisru r-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni;

74.  Jilqa' l-fatt li miżuri għall-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u l-użu tal-enerġija rinnovabbli fl-akkomodazzjoni se jkunu eliġibbli taħt il-FEŻR u l-Fondi ta' Koeżjoni fil-perjodu 2014-2020; iħeġġeġ lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom u lis-sħab rilevanti kollha biex jagħmlu użu mill-FEŻR u l-Fondi ta' Koeżjoni biex jiffinanzjaw miżuri biex tittejjeb il-prestazzjoni enerġetika, filwaqt li tingħata prijorità lill-familji li huma l-aktar milquta mill-faqar enerġetiku;

75.  Jenfasizza li l-fornituri tal-enerġija għandhom rwol x'jiżvolġu f'termini ta' prevenzjoni u soluzzjoni tat-tilwim, b'mod partikolari billi jinstallaw arloġġi intelliġenti, joħolqu dipartimenti tas-servizz tal-klijenti u jtejbu t-trasparenza tal-prezzijiet;

76.  Jistieden lill-Istati Membri jużaw kampanji ta' informazzjoni biex jiżguraw li l-familji jkunu informati aħjar dwar l-importanza ta' konsum ta' riżorsi aktar responsabbli u dwar l-għotjiet li huma eleġibbli għalihom skont il-miżuri ta' appoġġ soċjali rilevanti, u jniedu kampanji ta' taħriġ biex jissensibilizzaw lill-professjonisti tas-servizzi soċjali, b'mod partikolari, dwar kwistjonijiet ta' faqar enerġetiku;

77.  Jitlob lill-Istati Membri jfasslu bażijiet ta' data nazzjonali dwar il-faqar enerġetiku;

o
o   o

78.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlamenti u l-Gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 1.
(2) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12.
(3) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 33.
(4) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 8.
(5) ĠU L 306, 23.11.2011, p.25.
(6) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41.
(7) Testi adottati, P7_TA(2011)0495.
(8) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 12.
(9) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.
(10) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 1.
(11) ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1.
(12) ĠU C 169 E, 15.6.2012, p.66.
(13) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
(14) Testi adottati, P7_TA(2011)0494.
(15) http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=738&langId=en&pubId=7315.
(16) http://epp.eurostat.ec.europa.eu/cache/ITY_PUBLIC/3-08022012-BP/EN/3-08022012-BP-EN.PDF.
(17) http://www.eurofound.europa.eu/publications/htmlfiles/ef1264.htm.
(18) http://www.eurofound.europa.eu/pubdocs/2011/891/mt/1/EF11891MT.pdf.
(19) http://www.eurofound.europa.eu/pubdocs/2012/021/mt/1/EF12021MT.pdf.
(20) ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3.
(21)http://curia.europa.eu/juris/document/document.jsf?doclang=MT&text=&pageIndex=0&part=1&mode=DOC&docid=135024&occ=first&dir=&cid=3457475.
(22) ĠU L 298, 7.11.2008, p. 20.
(23) Il-Kunsill tal-UE, it-3053 laqgħa tal-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur, Brussell, 6 ta' Diċembru 2010.
(24) Rapport tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali lill-Kunsill, il-Kunsill tal-UE, 6624/11 ADD 1 SOC 135 ECOFIN 76 SAN 30, 18 ta' Frar 2011.
(25) Rapport tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali lill-Kunsill, il-Kunsill tal-UE, 6500/10 SOC 115 ECOFIN 101 FSTR 8 EDUC 31 SAN 33, 15 ta' Frar 2010.
(26) EESC, 597/2012-TEN/484, 13 ta' Diċembru 2012.
(27) CoR 71/2011 final, ECOS-V/014 https://toad.cor.europa.eu/CORWorkInProgress.aspx.
(28) Testi adottati, P7_TA(2012)0419.
(29) ĠU C 236 E, 12.8.2011, p. 57.
(30) ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 120.
(31) ĠU C 308 E, 20.10.2011, p. 116.
(32) ĠU C 70 E, 8.3. 2012, p. 19.
(33) ĠU C 33 E, 5.2. 2013, p. 65.
(34) ĠU C 76 E, 27.3. 2008, p. 124.
(35) ĠU C 51 E, 22.2. 2013, p. 101.
(36) ĠU C 259 E, 29.10.09, p. 19.
(37) ĠU C 169 E, 15.6. 2012, p. 139.
(38) http://www.eurofound.europa.eu/pubdocs/2012/641/mt/1/EF12641MT.pdf.
(39) ĠU L 315, 14.11.2012, p.1.
(40) ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13.


Il-mobilità edukattiva u professjonali tan-nisa fl-UE
PDF 339kWORD 36k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar il-mobilità edukattiva u professjonali tan-nisa fl-UE (2013/2009(INI))
P7_TA(2013)0247A7-0164/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 2 u 3 tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 8, 45, 165, u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 21, 23 u 25 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1979 dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali(1),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-21 ta' Settembru 2010 bl-isem 'Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015' (COM(2010)0491),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2010 bl-isem 'Aġenda għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi: Kontribut Ewropew lejn livell massimu ta' impjiegi' (COM(2010)0682),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Ġunju 2010 bl-isem 'Impetu ġdid għall-kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali biex tiġi appoġġata l-Istrateġija Ewropa 2020' (COM(2010)0296),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-promozzjoni tal-mobilità tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0164/2013),

A.  billi d-dritt li li wieħed jaħdem u jgħix f'pajjiż ieħor tal-Unjoni huwa wieħed mid-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea u billi l-mobilità hija fenomenu multidimensjonali, li fl-oriġini tagħha jinsabu aspetti ekonomiċi, soċjali jew familjali;

B.  billi l-mobilità tal-ħaddiema u l-mobilità edukattiva jgħinu biex tiżdied ir-rabta tal-persuni maċ-ċittadinanza Ewropea; billi fl-istess ħin din tikkostitwixxi prinċipju Ewropew biex jinkisbu l-koeżjoni u s-solidarjetà fl-UE kollha;

C.  billi l-Programm Erasmus, li mill-ħolqien tiegħu fl-1987 għamilha possibbli li aktar minn 2,2 miljun ċittadin tal-Unjoni jistudja barra minn pajjiżu, jista’ wkoll jagħti kontribut partikolarment pożittiv lill-mobilità transkonfinali tal-ħaddiema wara l-perjodu tat-taħriġ, u billi t-tkabbir fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għan-nisa jżidu l-mobilità tagħhom;

D.  billi l-kriżi ekonomika u finanzjarja kemma effetti negattivi fuq is-suq tax-xogħol tal-UE, speċjalment fir-rigward tar-rati ta' impjieg u l-possibilità ta' moviment liberu u tal-għażla tal-impjieg skont il-kwalifiki edukattivi u professjonali ta' dak li jkun, filwaqt li n-nisa kienu wieħed mill-gruppi l-iktar milquta ħażin;

E.  billi, skont l-aħħar informazzjoni disponibbli, fl-Unjoni Ewropea r-rata ta' qgħad fost in-nisa hi ta' 10.7 % (jew inkella 22.7 % fil-każ tan-nisa taħt l-età ta' 25 sena);

F.  billi l-mobilità għal skopijiet ta' imjieg hi objettiv strateġiku tal-Unjoni Ewropea, ladarba tkabbar l-effettività tas-suq uniku u tikkontribwixxi għat-tkabbir tal-ħiliet professjonali u tal-livelli tal-impjiegi, li huma elementi essenzjali għall-progress ekonomiku u soċjali;

G.  billi hemm differenzi sinifikanti bejn il-ġeneri fir-rigward tal-mobilità tal-ħaddiema fl-UE – l-irġiel jiċċaqalqu għall-imjiegi jew għal bidla fl-impjieg ħafna iktar spiss min-nisa (44 % f'paragun ma' 27 %), filwaqt li n-nisa iktar spiss ikunu obbligati jagħmlu waqfa fil-karriera tagħha minħabba ċaqliqa għal destinazzjoni mbiegħda biex isegwu s-sieħeb tagħhom;

H.  billi s-segregazzjoni tal-ġeneri fis-suq tax-xogħol, in-nuqqas ta' kundizzjonijiet adegwati tax-xogħol, id-differenza bejn il-pagi fuq il-bażi tal-ġeneru, miżuri inadegwati biex jiġu bbilanċjati l-ħajja tal-familja u dik tax-xogħol, l-istereotipi persistenti u r-riskju tad-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-ġeneru huma l-akbar ostakli għall-mobilità professjonali tan-nisa; billi l-fatturi marbuta mal-familja, id-differenzi sinifikanti fl-allokazzjonijiet tal-familja fid-diversi Stati Membri, in-netwerks soċjali, il-faċilitajiet tal-kura tat-tfal u persuni dipendenti oħra – b’mod partikolari n-nuqqas u l-inadegwatezza ta' netwerks pubbliċi ta’ ċentri għall-kura tat-tfal matul il-ġurnata, ċentri għall-kura tat-trabi u t-tfal żgħar u l-provvista ta' attivitajiet għall-ħin liberu tat-tfal – l-akkomodazzjoni u l-kundizzjonijiet lokali, u ostakli oħra (il-lingwa, in-nuqqas ta' għarfien tad-drittijiet) huma ostakli addizzjonali għan-nisa biex dawn jeżerċitaw id-dritt tal-moviment liberu, tar-residenza u tax-xogħol fl-Ewropa kollha;

I.  billi n-nisa huma esposti għal riskji soċjali iktar spiss mill-irġiel tul ħajjithom, ħaġa li twassal għal żieda fin-nisa li jgħixu fil-faqar; billi l-istimi l-iktar riċenti jissuġġerixxu li s-salarji tan-nisa fl-UE bħala medja huma 16.4 % inqas minn tal-irġiel, u li hemm differenza kbira bejn l-Istati Membri fejn id-differenza fil-pagi tvarja bejn 1.9 % u 27.6 %(3);

J.  billi huma meħtieġa soluzzjonijiet politiki multidimensjonali li jinkorporaw it-tagħlim tul il-ħajja, ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali, dik tal-familja u dik personali (partikolamrent għall-ommijiet waħedhom), il-ġlieda kontra x-xogħol prekarju u l-promozzjoni ta' impjiegi b'intitolamenti għal drittijiet sħaħ, netwerk pubbliku ta' kura tas-saħħa, netwerk pubbliku ta' sigurtà soċjali u prattiki differenzjati ta' organizzazzjoni tax-xogħol fuq talba tan-nisa sabiex titjieb l-integrazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol;

K.  billi edukazzjoni ta' kwalità għolja tipprovdi lin-nisa prospetti aħjar ta' impjieg, ħiliet imtejba u kompetenzi prinċipali f'qasam partikolari; billi din tiffaċilita wkoll l-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà u fl-attivitajiet kulturali u tiżgura salarji aħjar fis-suq tax-xogħol;

L.  billi l-mobilità edukattiva tgħin biex jiżdiedu l-mobilità professjonali u l-opportunitajiet fis-suq tax-xogħol u għandha tkun disponibbli għal kulħadd, inklużi n-nisa b'livell baxx ta' kwalifiki;

1.  Jenfasizza l-bżonn li jiżdied l-għarfien dwar is-sitwazzoni tan-nisa mill-gruppi kollha ta' età fil-kuntest tal-politiki tal-UE dwar l-edukazzjoni, l-integrazzjoni soċjali, il-mezzi għall-bilanċ bejn il-ħajja tal-familja u dik tax-xogħol, il-migrazzjoni u l-impjiegi, il-faqar, il-kura tas-saħħa u fil-politiki tagħha ta' protezzjoni soċjali sabiex jiġu protetti d-drittijiet tan-nisa, jiġu promossi l-ugwaljanza u l-opportunitajiet indaqs għall-impjiegi għan-nisa u l-irġiel, jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri, l-aċċess u opportunitajiet tal-karriera ugwali, inkluża l-applikazzjoni tal-istess kriterji għall-għażla fir-rigward tal-impjiegi, tingħata iktar attenzjoni għas-sitwazzjoni tan-nisa fil-proċess deċiżjonali u tiġi miġġielda kull forma ta' diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol, bħas-segregazzjoni professjonali jew id-diskriminazzjoni fil-pagi, b'mod partikolari billi jiġi promoss it-tagħlim tul il-ħajja, jiġi miġġieled ix-xogħol prekarju u jiġi promoss xogħol bi drittijiet, ħinijiet tax-xogħol kompatibbli mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, netwerk tal-kura tas-saħħa u sistema tas-sigurtà soċjali pubbliċi, u prattiki differenzjati għall-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, fuq talba tal-mara;

2.  Jenfasizza l-fatt li l-mobilità edukattiva u professjonali ġiet rikonoxxuta bħala ħaġa li toffri valur miżjud għall-Unjoni Ewropea; jenfasizza l-fatt li l-kriżi ekonomika qed tagħmilha dejjem iktar neċessrja li wieħed jadatta l-għażla professjonali tiegħu għal dak li hu disponibbli fis-suq tax-xogħol, u li hu ta' importanza dejjem iktar vitali li n-nisa jkunu jistgħu jadattaw iktar għad-domandi ta' opportunitajiet ġodda ta' karriera meta jbiddlu l-impjieg tagħhom;

3.  Iqis li t-trawwim tal-mobilità edukattiva u professjonali tan-nisa tista' tikkontribwixxi lejn l-ilħuq tal-mira ewlenija tal-Istrateġija Ewropa 2020 li r-rata ta' impjieg għan-nisa u l-irġiel tal-età bejn 20 u 64 tiżdied għal 75 %, permezz, pereżempju, tal-parteċipazzjoni akbar taż-żgħażagħ, il-ħaddiema kbar fl-età u l-ħaddiema bi ftit kompetenzi professjonali u permezz tal-integrazzjoni aħjar tal-migranti;

4.  Jistieden lill-Istati Membri jdaħħlu dispożizzjonijiet bil-għan li jiżguraw it-trasparenza u l-informazzjoni relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa u tal-membri tal-familja tagħhom fir-rigward tal-mobilità meta jfasslu l-istrateġiji u l-programmi ta' riforma nazzjonali tagħhom;

5.  Iqis li l-mobilità professjonali m'għandhiex tolqot ħażin lin-nisa f'dak li jikkonċerna d-drittijiet soċjali u li għalhekk jeħtieġ li jiġu żgurati ż-żamma u t-trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni fis-sistema pubblika ta’ sigurtà soċjali bejn il-pajjiżi, filwaqt li tiġi rikonoxxuta l-eteroġeneità tar-reġimi tal-pensjonijiet fl-Unjoni;

6.  Jistieden lill-Istati Membri jiġbru u janalizzaw data dwar id-diffikultajiet, il-grad u l-istruttura tal-mobilità tan-nisa, biex jiġbdu l-attenzjoni għall-benefiċċji tal-mobilità professjonali u fis-swieq nazzjonali tagħhom u l-benefiċċji tal-mobilità edukattiva u professjonali barra mill-pajjiż tagħhom u jippromwovuhom; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimmoniterjaw is-sitwazzjoni tal-aġenziji u l-organizzazzjonijiet li joffru impjiegi lil ħaddiema minn Stati Membri oħra u jidentifikaw impjiegi illegali jew mhux bil-ktieb potenzjali, jew aġenziji jew organizzazzjonijiet li jipprovdu impjiegi fittizji;

7.  Jistieden lill-Istati Membri jirrappurtaw id-data dwar il-ġeneri fir-rigward tal-mobilità professjonali u jinkludu dispożizzjonijiet biex javvanzaw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri f'termini ta' mobilità professjonali meta jfasslu l-politiki nazzjonali tagħhom u l-Programmi Nazzjonali ta' Riforma (PNR) tagħhom, b'attenzjoni speċifika għall-programmazzjoni u l-implimentazzjoni ta' programmi operattivi fil-livell nazzjonali jew reġjonali ffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014–2020 u lil hinn minnu; ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-23 ta' Ottubru 2012 li tapprova l-proposta tal-Kummissjoni sabiex 25 % tal-allokazzjoni totali għall-politika ta' koeżjoni jkunu allokati għall-FSE(4);

8.  Jenfasizza li, jekk din il-kwistjoni tkun objettiv speċifiku fi ħdan dawn il-programmi, jew tidher bħala prijorità orizzontali speċjali, jibdew jinħolqu prattiki tajba u l-miżuri jibdew jagħtu l-frott fil-livell reġjonali u/jew lokali;

9.  Jinnota li, sabiex jiġi promoss l-impjieg, jeħtieġ li tingħata attenzjoni akbar lill-kooperazzjoni transkonfinali u l-iskambju ta’ prattiki tajbin bejn l-istituzzjonijiet edukattivi u l-korpi professjonali fl-Istati Membri, u b’hekk tissaħħaħ l-ugwaljanza u l-inklużjoni tas-sistemi skolastiċi;

10.  Jistieden lill-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi u l-kooperazzjoni tagħom b'enfasi speċjali fuq l-aċċess għall-informazzjoni u pariri fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bniedem eżerċitat minn netwerks internazzjonali li jaqbdu ħaddiema, speċjalment nisa, bil-wegħda falza ta’ impjiegi li fil-verita ma’ jeżistux u jwasslu għal sitwazzjonijiet ta’ sfruttament sesswali u xogħol jew servizzi sfurzati (xogħol ta’ tallaba fit-toroq, skjavitù jew prattiċi simili għall-iskjavitù, servitù, sfruttament għall-attivitajiet kriminali jew tneħħija ta’ organi);

11.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-mobilità għandha tkun ibbażata fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fuq bażi tal-ġeneru, razza, oriġini, reliġjon, età jew saħħa;

12.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li n-nisa li jitilqu barra minn pajjiżhom minħabba impjiegi fis-servizz domestiku u li jinvolvu l-kura tat-tfal, tan-nies b’diżabilità jew tal-anzjani spiss jiġu impjegati mingħajr kuntratt jew jaħdmu illegalment, u konsegwentement ma jkollhom ebda dritt jew intitolament għas-sigurtà soċjali, il-kura tas-saħħa, pensjoni adegwata u benefiċċji oħra b'rabta mal-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni;

13.  Jistieden lis-sħab soċjali, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jappoġġaw it-titjib tal-elementi tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-ftehimiet kollettivi, fost l-oħrajn, billi jippromwovu d-dritt għal ħinijiet tax-xogħol flessibbli, faċilitajiet għall-kura tat-tfal, konsulenza għall-ħaddiema nisa, miżuri sabiex tiżdied ir-rappreżentanza tan-nisa f'negozjar kollettiv u billi jivvalutaw l-impatt ta' ftehimiet kollettivi fuq in-nisa;

14.  Jistieden lill-Istati Membri biex: jimmonitorjaw is-sitwazzjoni tal-ħaddiema li jieħdu ħsieb it-tfal u dipendenti oħra; jipprovdu informazzjoni biżżejjed lin-nisa li jitilqu minn pajjiżhom biex jieħdu tali impjiegi, inkluża informazzjoni dwar l-aċċess għal xogħol dikjarat u taħriġ fil-qasam rilevanti, dwar id-drittijiet soċjali, dwar il-kura tas-saħħa, eċċ.; jipprovdu lil dawn in-nisa b'pariri dwar l-impjiegi dikjarati u jwissuhom kontra l-perikoli possibbli tas-suq tax-xogħol illegali;

15.  Jenfasizza li l-politiki Ewropej għandhom iqisu wkoll il-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol tal-ħaddiema nisa li jmorru jaħdmu bħala ħaddiema agrikoli staġjonali, speċjalment fir-rigward tal-ħtieġa ta’ akkomodazzjoni adegwata, sigurtà soċjali, assigurazzjoni medika u kura tas-saħħa, rikonċiljazzjoni tal-ħajja familjari ma’ dik tax-xogħol, u salarju diċenti; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu miġġildin is-sitwazzjonijiet ta’ sfruttament li jiffaċċjaw ħafna minn dawn in-nisa;

16.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li n-nisa li jsiefru minħabba l-impjieg spiss jiġu offruti l-impjiegi l-iktar baxxi fis-suq tax-xogħol f'termini ta' ħiliet, paga u prestiġju u li l-migrazzjoni tax-xogħol tan-nisa spiss tikkonċentra fi ftit okkupazzjonijiet dominati min-nisa assoċjati ma' rwoli tradizzjonali tal-ġeneru; jistieden għalhekk lill-Istati Membri biex jissorveljaw mill-qrib ħalli jiżguraw soluzzjonijiet kuntrattwali xierqa, filwaqt li jiġġieldu kontra l-użu eċċessiv ta' kuntratti mhux regolari;

17.  jistieden lill-Istati jaħdmu flimkien biex isibu soluzzjonijiet sabiex jipprevjenu jew jikkumpensaw ċerti effetti li jirriżultaw mill-mobilità professjonali f’ċerti Stati Membri u f’ċerti oqsma (eż. il-mobilità ta’ professjonisti mediċi, li l-maġġoranza tagħhom huma nisa) u li jistgħu jeffettwaw id-drittijiet tal-bniedem fl-Istati Membri ta' oriġini;

18.  Iqis li l-possibilità li n-nisa li jmorru jgħixu barra minn pajjiżhom igawdu mill-portabilità tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali hija element fundamentali biex jiġi żgurat li jibbenifikaw b’mod effettiv mill-prerogattivi li jkunu akkwistaw;

19.  Jiġbed l-attenzjoni lejn id-differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri dwar l-allowances tal-familja u d-drittijiet soċjali, u jirrimarka li dawn id-differenzi jistgħu joħolqu ostaklu reali fil-mobilità professjonali tal-irġiel u n-nisa li jkollhom familja;

20.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw rikonoxximent reċiproku tad-diplomi u l-kwalifiki professjonali u jiffaċilitaw is-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta' rikonoxximent;

21.  Jinnota li f'każijiet fejn il-problema prinċipali mhijiex ir-rikonoxximent innifsu iżda hija n-natura estiża tal-proċedura neċessarja għar-rikonoxximent, dan jista' jagħti lok għal bidu problematiku fl-ambjent ospitanti l-ġdid fl-UE;

22.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-livell għoli ta’ “ħela ta’ mħuħ” fost in-nisa, jiġifieri li l-kwalifiki tal-ħaddiema nisa mobbli li jmorru jgħixu barra minn pajjiżhom ma jiġux utilizzati biżżejjed, fenomenu li jidher b’mod partikolari fis-setturi tal-infermiera u tax-xogħol domestiku, li huwa dominat ħafna min-nisa;

23.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li jkun hemm regoli ċari li jiffaċilitaw l-aċċess tan-nisa għal pożizzjonijiet għoljien ta' ġestjoni u jinnota li jekk jiżdied in-numru ta' nisa fil-bordijiet tad-diretturi jiżdiedu l-kompetittività u l-produttività; jilqa', għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tipprevedi li sal-2020 ikun hemm kwota minima ta' 40 % ta' nisa fost il-membri mhux eżekuttivi tal-bordijiet tad-diretturi tal-intrapriżi Ewropej li huma kkwotati fis-suq b'250 jew iktar ħaddiem u b'turnover globali annwali akbar minn EUR 50 miljun;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu l-identifikazzjoni u l-eliminazzjoni tal-ksur tad-drittijiet tan-nisa fis-suq tax-xogħol u jikkastigaw b'mod effettiv dan il-ksur, sabiex jipprovdu lin-nisa li jgħixu barra għal skopijiet ta' xogħol bl-informazzjoni kollha neċessarja, anke fir-rigward tal-aċċess għal impjiegi u taħriġ f'dan il-qasam u għad-drittijiet soċjali u l-kura tas-saħħa, u jipprovdu pariri fir-rigward tal-opportunitajiet ta' xogħol u l-programmi ta' akkomodazzjoni soċjali mingħajr ħlas żejjed;

25.  Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja u tirrapporta fuq bażi regolari dwar kif il-fondi tal-UE ddedikati għall-edukazzjoni u t-taħriġ, il-mobilità okkupazzjonali u edukattiva u l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol qed jiġu utilizzati min-nisa u l-irġiel; jistieden lill-Istati Membri u l-Kummissjoni biex jirreaġixxu malajr fil-każijiet ta' żbilanċ fl-użu;

26.  Jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri mmirati biex ineħħu l-ostakoli li jiltaqgħu magħhom in-nisa fil-progress professjonali u soċjali tagħhom fil-pajjiżi li fihom huma ttrasferew ħajjithom u li mhumiex il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom;

27.  ifakkar li n-nisa, fosthom il-ħaddiema migranti, ħafna drabi jkunu vittmi ta' xogħol part-time involontarju, ferm iktar mill-irġiel (fl-2011, 32.1 % tan-nisa f'paragun ma' 9 % tal-irġiel fl-Unjoni Ewropea kienu qed jaħdmu part-time); jistieden lill-Istati Membri jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jiskoraġġixxu x-xogħol part-time (obbligu ta' ġustifikazzjoni, tneħħija ta' ċerti vantaġġi fiskali...), u jinfurzaw id-drittijiet tan-nisa li ma jistgħux jevitaw il-part-time (priorità għax-xogħol, bonus ta' prekarjetà f'każ ta' sensja...);

28.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jsaħħu l-politika tal-UE dwar il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni diretta u indiretta kontra l-ħaddiema migranti tal-UE u b'mod partikolari n-nisa, fi Stat Membru ieħor u l-abbuż tad-drittijiet tagħhom minħabba li ma jkunux jafu biżżejjed il-lingwi u l-liġijiet applikabbli għall-impjieg tagħhom fl-Istat Membru ospitanti;

29.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, bl-appoġġ ta' atturi lokali, ta' imsieħba soċjali u ta' istituti ta' taħriġ, sabiex jissensibilizzaw iktar lin-nisa dwar l-opportunitajiet offerti mill-mobilità okkupazzjonali, b'mod partikolari b'riferiment għall-iżvilupp personali, l-ippjanar tal-karriera u d-drittijiet li għandhom meta jittrasferixxu ruħhom minn Stat Membru għall-ieħor għal raġunijiet professjonali;

30.  Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu punti ta’ kuntatt għall-ħaddiema mobbli domestiċi u għall-ħaddiema tal-kura b’relazzjoni individwali tax-xogħol, sabiex dawn jingħataw il-mezzi biex jistabbilixxu netwerk li jippermettilhom ikunu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom, u jinkoraggixxu lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi attivi f’dan il-qasam;

31.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiffaċilitaw proċeduri għall-awtoritajiet lokali u reġjonali:

   biex jitfasslu u jitħaddmu fil-prattika programmi speċifiċi sabiex in-nisa u l-irġiel jiġu integrati fil-komunitajiet lokali u jiġu promossi l-iskambji interkulturali;
   biex in-nisa li jsegwu lill-konjuġi jew is-sħab tagħhom fi Stat Membru ieħor jiġu offruti servizzi adegwati bħal korsijiet li jiffaċilitaw l-integrazzjoni tagħhom fl-ambjent soċjali u kulturali ġdid tagħhom, pereżempju korsijiet tal-lingwa u korsijiet vokazzjonali, b'kunsiderazzjoni speċjali għan-nisa vulnerabbli;
   biex tingħata aktar attenzjoni lill-integrazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, partikolarment fir-rigward tal-kisba ta' kwalifiki u l-aġġornament tagħhom, il-kisba ta' ħiliet u l-implimentazzjoni tal-programm ta' tagħlim u taħriġ tul il-ħajja;
   biex jiġu indirizzati nisa mobbli ħafna li huma f'riskju, bħal ħaddiema domestiċi, ħaddiema li jagħtu l-kura, ħaddiema li jnaddfu u nisa li jaħdmu fis-settur tal-lukandi, ir-ristoranti u s-servizzi tal-ikel (HORECA);
   biex jiġu appoġġati kampanji ta' sensibilizzazzjoni soċjali minn organizzazzjonijiet mhux bi skop ta' qligħ li jiffukaw fuq in-nisa f'komunitajiet internazzjonali, bħal konjuġi jew sħab li jgħixu barra minn pajjiżhom;
   biex jiġu żviluppati programmi ta' taħriġ għall-integrazzjoni, konsulenza psikoloġika u proġetti għall-integrazzjoni; jenfasizza li miżuri konkreti jirrappreżentaw għajnuna prattika sabiex il-problemi jinftiehmu u jiġu solvuti;

32.  Jenfasizza d-dannu lill-ekonomija u lill-individwu li joriġina mid-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa; jenfasizza li d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa toriġina parzjalment mill-fatt li s-setturi fejn hemm rappreżentanza żejda tan-nisa ta’ spiss ikollhom salarji aktar baxxi;

33.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu t-tendenzi tal-pagament iktar trasparenti, partikolarment billi jippromwovu n-negozjar kollettiv, sabiex inaqqsu d-differenzi fil-pagi li huma kontinwi jew li qed jiżdiedu, inkluż l-implikazzjonijiet tagħhom fuq l-akkumulazzjoni tal-pensjonijiet fl-Istat Membru ta' oriġini u l-Istat Membru ospitanti u jieħdu l-passi neċessarji biex inaaqu d-differenza fil-pagi; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri ġodda għall-penalizzazzjoni u t-tnaqqis b'mod effettiv tad-differenza fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa u timmoniterja l-implimentazzjoni korretta u l-effettività tad-Direttiva 2006/54/KE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol(5), kif ukoll tirrevdi l-leġiżlazzjoni eżistenti dwar id-differenzi fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel (id-Direttiva 2006/54/KE) kif intalab mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2012; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex, b'kooperazzjoni mas-sħab soċjali, jiżviluppaw politiki nazzjonali li jeqirdu d-differenza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel u li jiffukaw fuq l-integrazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u jippromwovu opportunitajiet indaqs għal mobilità;

34.  Jenfasizza l-fatt li t-trobbija tat-tfal teħtieġ kondiviżjoni tar-responsabiltajiet bejn l-irġiel u n-nisa u s-soċjetà kollha u jistieden lill-Istati Membri jipprovdu lill-ħaddiema li jiċċaqalqu mal-konjugi jew is-sieħeb/sieħba u/jew it-tfal tagħhom, irrilevanti mil-livell ta' pagi jew kwalifiki tagħhom, b'informazzjoni marbuta mall-allowances tal-familja disponibbli fl-Istat ospitanti, b'servizzi bħal faċilitajiet tal-kura tat-tfal u persuni dipendenti oħra, skejjel ta' qabel il-primarja, skejjel u servizzi mediċi, flimkien mal-aċċess liberu għas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi b'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli sabiex il-konjugi jew is-sħab li jiċċaqalqu għal Stat Membru ieħor isibu impjieg; jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li jiġi żgurat id-dritt għall-għaqda familjali;

35.  Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu miżuri infrastrutturali biex jappoġġaw ħaddiema mobbli akkumpanjati mill-familja, sabiex jiġu indirizzati l-aċċess għall-edukazzjoni u l-kura tat-tfal, is-sigurtà soċjali u s-servizzi tal-komunità; jistieden kemm lill-Istati Membri tal-oriġini kif ukoll dawk ospitanti sabiex jiżviluppaw mekkaniżmi għall-integrazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid ta' ħaddiema mobbli ħafna akkumpanjati mill-familja; jenfasizza li l-valur tal-ħiliet interkulturali miksuba minn nisa li jmorru jgħixu barra minn pajjiżhom għandu jiġi rikonoxxut aħjar minn min iħaddem;

36.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiġġieldu l-faqar u l-esklużjoni soċjali tan-nisa minn kull grupp ta’ età; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri sabiex tiġi evitata l-femminizzazzjoni tal-faqar billi jiġu promossi x-xogħol u l-ispirtu intraprenditorjali fost in-nisa, jiġu miġġielda d-differenzi fil-pagi u tiġi ffaċilitata r-rikonċiljazzjoni tad-dmirijiet professjonali u dawk tal-familja permezz tal-iżvilupp ta' faċilitajiet għall-kura tat-tfal;

37.  Jistieden lill-Istati Membri u l-Kummissjoni jagħtu attenzjoni speċjali lill-problema tal-faqar fost in-nisa iktar anzjani minħabba l-fatt li dawn jirċievu pensjonijiet iżgħar, fatt li hu wkoll konsegwenza tal-perjodi ta' qgħad li jgħaddu minnhom biex jieħdu ħsieb lil uliedhom u lil membri dipendenti oħra tal-familja;

38.  Jistieden lill-Istati Membri jħeġġu li min jimpjega biex jagħmel ix-xogħol tan-nisa aktar flessibbli, speċjalment dawk li t-tfal tagħhom baqgħu fl-Istat Membru ta’ oriġini, u b’hekk jippermettulhom iżommu rabta fiżika tanġibbli mat-tfal tagħhom;

39.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħeġġu fi ħdan l-intrapriżi u l-amministrazzjonijiet, l-użu ta' telexogħol b'kundizzjonijiet finanzjarji u soċjali ġusti, sabiex jiġi evitat li n-nisa jwaqqfu l-karrieri minħabba l-mobilità tas-sieħeb tagħhom;

40.  Jistieden lill-Istati Membri biex jikkontribwixxu b’mod attiv għat-tneħħija tal-ostakoli għall-mobilità tal-ħaddiema billi joffru lill-membri tal-familja tagħhom jew lis-sieħeb/sieħba tagħhom servizzi bħalma huma korsijiet maħsuba biex jiffaċilitawlhom l-integrazzjoni fit-tul fl-ambjent soċjali u kulturali ġdid tagħhom, pereżempju korsijiet tal-lingwa u korsijiet vokazzjonali, sabiex ikunu żgurati l-indipendenza u d-dinjità tagħhom;

41.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu attirati aktar nisa lejn l-edukazzjoni u t-taħriġ fil-professjonijiet MINT (matematika, informatika, teknoloġiji ġodda), sabiex jingħelbu s-segregazzjoni professjonali u d-diskriminazzjoni fil-paga; iħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu vokazzjonijiet u professjonijiet li jirrikjedu ħiliet xjentifiċi, tekniċi, tal-inġinerija u matematiċi fost in-nisa sa minn età bikrija, għal impjegabbiltà aħjar, u jassistu t-tranżizzjoni bejn l-edukazzjoni, it-taħriġ professjonali u l-impjieg; jistieden, għaldaqstant, lill-Istati Membri jipprovdu jew jiżviluppaw aktar servizzi ta' gwida ta' kwalità għall-orjentazzjoni vokazzjonali u l-karriera biex jgħinu lin-nisa f'dan ir-rigward;

42.  Jenfasizza l-impatt pożittiv li n-nisa jiġu attirati sa minn stadju bikri lejn professjonijiet f'industriji ewlenin b'potenzjal għoli ta' impjieg, b'mod partikolari l-ekonomija ekoloġika, is-settur tal-kura tas-saħħa u dik soċjali u l-ekonomija diġitali;

43.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni sabiex jindirizzaw is-segregazzjoni tal-ġeneru skont is-setturi kemm billi jimmotivaw lill-individwi sa minn stadju bikri sabiex jidħlu f'setturi rilevanti kif ukoll billi jindirizzaw il-kundizzjonijiet li jagħmlu tali setturi inqas attraenti għan-nisa jew l-irġiel, bħal minn naħa, kundizzjonijiet tax-xogħol mhux kompatibbli mar-responsabilitajiet ta' kura u, min-naħa l-oħra, il-paga;

44.  Itenni s-sejħa tiegħu lill-Istati Membri biex jippromwovu t-tagħlim u l-mobilità tal-impjiegi billi: (a) iżidu l-għarfien u jagħmlu l-informazzjoni aċċessibbli faċilment minn kulħadd; (b) jenfasizzaw il-valur miżjud tal-mobilità fl-istadji bikrija tal-edukazzjoni; (c) jiżguraw li jiġu validati r-riżultati ta' tagħlim mill-esperjenzi tal-mobilità bejn l-Istati Membri; (d) inaqqsu l-piżijiet amministrattivi u jistimulaw l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti fost l-Istati Membri, u (e) jirrikonoxxu l-permanenza f'pajjiż barrani fl-akkumulazzjoni tal-punti tal-pensjoni fl-Istat Membru oriġinarju;

45.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiffoka fuq l-aspetti kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali, l-edukazzjoni ogħla u t-taħriġ għall-adulti sabiex titjieb il-kwalità tal-edukazzjoni u b’hekk jinkisbu prospetti aħjar fil-ġejjieni f’termini ta’ impjieg;

46.  Jinnota li, mill-ħolqien tiegħu fl-1987, il-Programm Erasmus waħdu għamilha possibbli li iktar minn 2,2 miljun student jimmobilizzaw ruħhom fl-UE, u ta kontribut sinifikanti għall-mobilità fl-edukazzjoni ogħla Ewropea; jispera, għalhekk, li fi ħdan il-perspettiva finanzjarja futura tiġi riżervata kopertura finanzjarja xierqa għall-programmi kollha li jappoġġaw il-mobilità u l-edukazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jappoġġaw b’mod attiv il-programmi ta’ edukazzjoni u studji Ewropej u internazzjonali, u programmi bħal Grundtvig, Comenius, Leonardo da Vinci, Jean Monet u Erasmus sabiex jiffaċilitaw l-mobilità edukattiva u professjonali tan-nisa fl-UE u wkoll biex jippermettu lill-għalliema jqattgħu perjodu mill-karriera tagħhom fi Stat Membru ieħor tal-UE sabiex b'hekk jikkontribbwixxu għall-iżvilupp ta' sens ta' ċittadinanza u identità Ewropej; jenfasizza l-importanza tal-programm pluriennali l-ġdid għall-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali, iż-żgħażagħ u l-isport, li jibni fuq l-esperjenzi pożittivi tal-programmi Ewropej eżistenti kollha fl-oqsma tal-mobilità u l-edukazzjoni;

47.  Jenfasizza l-importanza ta' sistemi edukattivi sensittivi għall-kwistjonijiet relatati mal-ġeneri, billi dawn joffru lit-tfal għażla varjata sabiex jiskopru t-talenti tagħhom; jenfasizza li r-riċerka turi li stereotipi qawwija b'rabta mal-ġeneri fil-qasam tal-edukazzjoni jkomplu jżidu s-segregazzjoni tal-ġeneri fis-suq tax-xogħol, kemm fir-rigward ta' setturi u kemm ta' impjiegi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiġġieldu dawn l-istereotipi;

48.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi stabbilita garanzija għaż-żgħażagħ fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, li l-għan tagħha jkun li jitjieb l-aċċess taż-żgħażagħ, u għalhekk tan-nisa gradwati, għas-suq tax-xogħol u tiġi ffaċilitata t-transizzjoni mill-istudju għas-suq tax-xogħol; jenfasizza li xejriet ta' mobilità fil-karriera sa minn stadju bikri għandhom rwol kruċjali sabiex jiffurmaw tibdil sussegwenti fl-impjieg; ifakkar fiż-żewġ riżoluzzjonijiet tiegħu tal-24 ta' Mejju 2012 dwar l-Inizjattiva dwar l-Opportunitajiet għaż-Żgħażagħ u tas-16 ta' Jannar 2013 dwar Garanzija għaż-Żgħażagħ; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jimplimentaw malajr il-pakkett dwar l-impjiegi taż-żgħażagħ, b'mod partikolari f’dak li jirrigwarda 'L-ewwel impjieg tal-EURES tiegħek' u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ, bil-ħsieb li titrawwem il-mobilità edukattiva u professjonali tan-nisa żgħażagħ sa minn stadju bikri;

49.  Jitlob lill-Kummissjoni, bl-istess mod, biex issib soluzzjonijiet li jiżguraw konsistenza bejn il-livell ta’ edukazzjoni miksub bħala riżultat tal-mobilità taż-żgħażagħ u l-opportunitajiet ta’ impjieg li jikkorrispondu ma’ dan il-livell, sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-mobilità fiż-żewġ fażijiet tagħha, edukattiva u professjonali;

50.  Jenfasizza li, sabiex jiġi promoss l-impjieg u jiġi miġġieled il-qgħad fit-tul, jeħtieġ li jitqies l-iżvilupp tal-mobilità mhux biss tal-istudenti u l-ħaddiema, iżda wkoll tal-għalliema tagħhom; iqis li tali approċċ jiżgura tagħalim ta' kwalità;

51.  Jenfasizza l-importanza ta' dimensjoni soċjali msaħħa u tal-żieda fl-aċċess għall-programmi ta’ mobilità edukattiva għan-nisa li ġejjin minn ambjent żvantaġġat, nisa bi dħul baxx, nisa fuq liv tal-maternità u ommijiet waħedhom;

52.  Jitlob lill-Istati Membri biex jiċċaraw l-opportunitajiet ta’ appoġġ finanzjarju li jeżistu għall-mobilità edukattiva u professjonali tan-nisa, u biex jiffaċilitaw l-aċċess għal din l-informazzjoni;

53.  Jenfasizza li n-nisa b'diżabilitajiet, in-nisa bi ftit kwalifiki jew mingħajrhom u l-ommijiet waħedhom iridu jingħataw informazzjoni u appoġġ addizzjonali biżżejjed sabiex jiksbu l-aċċess għall-programmi eżistenti ta' taħriġ, tagħlim u edukazzjoni tal-mobilità;

54.  Jiġbed l-attenzjoni b'mod partikolari għan-nisa b'diżabilità u jenfasizza l-ħtieġa ta' miżuri u azzjonijiet biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni doppja u tiġi promossa l-ugwaljanza sħiħa tad-drittijiet u l-opportunitajiet;

55.  Iqis li għandha tingħata attenzjoni speċjali lir-rispett għall-isfond kulturali u/jew it-tradizzjonijiet tan-nisa minn komunitajiet ta' minoranza;

56.  Jistieden lill-Istati Membri jħeġġu proġetti nazzjonali, reġjonali u lokali biex itejbu r-rata ta' parteċipazzjoni tan-nisa fix-xogħol; jistieden lill-Istati Membri jħeġġu parteċipazzjoni ikbar ta’ rġiel u nisa fl-attivitajiet ta’ volontarjat u karità għall-komunità;

57.  Jenfasizza l-ħtieġa li tingħata attenzjoni partikolari għall-appoġġ tal-mobilità tan-nisa ′l fuq minn 45 sena, li għandhom rieda akbar minn nisa oħra li jaċċettaw kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji;

58.  Jenfasizza l-bżonn li jiżdied il-livell ta' parteċipazzjoni fil-programmi ta' tagħlim tul il-ħajja min-nisa li siefru barra, inklużi programmi relatati mal-iżvilupp tal-ħiliet, u jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li għandhom jiddaħħlu wkoll programmi li jsaħħu l-integrazzjoni soċjali;

59.  Jenfasizza l-fatt li l-qgħad u l-problemi fl-integrazzjoni fid-dinja tax-xogħol jolqtu lil nisa ta’ firxa wiesgħa ta' etajiet, u li n-nisa jridu jirreaġixxu malajr għar-rekwiżiti tas-suq tax-xogħol, u jilqa' l-miżuri proposti mill-Kummissjoni sabiex tiġġieled kontra l-livelli inaċċettabbli milħuqa mill-qgħad fost iż-żgħażagħ u mill-esklużjoni soċjali u biex toffri liż-żgħażagħ postijiet tax-xogħol, edukazzjoni u taħriġ; jappoġġa l-inizjattivi adottati mill-Kummissjoni, bħall-mekkaniżmu 'WOmen Mobility Enhancement', u jitlobha tespandi u ttejjeb l-ambitu tal-proġetti mmirati lejn it-tkabbir tal-mobilità professjonali tan-nisa;

60.  Jenfasizza l-konklużjonijiet tas-Sena Ewropa għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet; jiġbed l-attenzjoni lejn il-bżonn li jiġu appoġġati attivitajiet volontarji u l-iskambju ta' għarfien u esperjenzi bejn in-nisa minn gruppi differenti ta' etajiet;

61.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa r-riallokazzjoni ta' riżorsi finanzjarji adegwati għall-programmi li jippromwovu l-impjieg fost in-nisa u edukazzjoni aħjar għall-gruppi żvantaġġati;

62.  Jirrakkomanda l-istabbiliment ta' Netwerk Ewropew għas-Servizz ta' Konsulenza sabiex il-komunitajiet lokali jiġu megħjuna jindirizzaw din il-problema billi jiġu pprovduti informazzjoni, għarfien u gwida dwar l-integrazzjoni tan-nisa; jirrakkomanda l-promozzjoni u l-użu ta’ strumenti u netwerks u finanzjament kontinwu għan-netwerks Ewropej eżistenti, kif ukoll għal strumenti li jiffaċilitaw il-mobilità bħal EURES, L-Ewropa Tiegħek u Europe Direct, li jagħmluha aktar faċli biex in-nisa jiksbu informazzjoni dwar id-drittijiet u l-opportunitajiet tagħhom fl-Istati Membri differenti;

63.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.
(2) ĠU C 131 E8.5.2013, p.35.
(3) Eurostat 2010, ħlief EE, EL (2008). AT, BE, ES, IE, FR, IT, CY: sors proviżorju.
(4) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2012 għall-fini li jinkiseb eżitu pożittiv għall-proċedura ta' approvazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għas-snin 2014–2020(testi adottati,P7_TA(2012)0360).
(5) ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.


Servizz ta' Pedaġġ Elettroniku u sistema ta' vinjetti għall-vetturi ħfief privati fl-Ewropa
PDF 304kWORD 26k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar Strateġija għal Servizz ta’ Pedaġġ Elettroniku u sistema ta’ vinjetti għall-vetturi ħfief privati fl-Ewropa (2012/2296(INI))
P7_TA(2013)0248A7-0142/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lil-Parlament Ewropew u l-Kunsill bit-titolu “L-applikazzjoni ta’ tariffi għall-infrastruttura stradali nazzjonali imposti fuq vetturi privati ħfief” (COM(2012)0199),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu “Implimentazzjoni tas-Servizz Ewropew ta’ Pedaġġ Elettroniku” (COM(2012)0474),

–  wara li kkunsidra l-White Paper dwar it-Trasport bit-titolu “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti” (COM(2011)0144),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0142/2013),

A.  billi s-sistema attwali tas-Servizz Ewropew ta’ Pedaġġ Elettroniku (EETS) introdotta mill-Kummissjoni mhix qed taħdem u jeħtieġ li tiġi aġġustata; billi ċerti partijiet interessati fis-suq bħalissa ma jaraw l-ebda benefiċċju monetarju fl-adattament għal sistema komuni u interoperabbli ta’ EETS;

B.  billi l-introjtu li jirċievu l-Istati Membri mit-taxxa u mid-dazju tas-sisa fil-futur x’aktarx se jonqos minħabba t-tnaqqis fl-użu ta’ fjuwils ibbażati fuq iż-żejt;

C.  billi l-prinċipju ta’ 'min juża/iniġġes iħallas’ għandu jibqa’ prijorità ewlenija għat-trasport Ewropew;

D.  billi n-nollijiet tat-toroq se jsiru realtà f’aktar u aktar Stati Membri fil-futur qrib ħafna;

E.  billi ċerti problemi f’żoni transkonfinali seħħew b’mod ripetut ma’ persuni mhux residenti meta ġew implimentati sistemi ġodda ta’ pedaġġ elettroniku, li rriżultaw fi protesti u lmenti dwar telf finanzjarju u diskriminazzjoni.

F.  billi l-UE għandha responsabbiltà li tiżgura li dan l-iżvilupp ġdid ma jħallix impatti negattivi fuq l-ivvjaġġar transkonfinali, fuq il-ħajja ta’ kuljum tal-persuni li jgħixu fir-reġjuni mal-fruntieri jew fuq il-kummerċ;

G.  billi l-UE għandha tħeġġeġ in-nollijiet tat-toroq li ma jiddiskriminawx kontra l-utenti tat-toroq li ma jkunux residenti fil-pajjiż li jitlob il-pedaġġ;

H.  billi fil-futur, minbarra l-kostruzzjoni ta’ toroq ġodda, se jkun meħtieġ aktar finanzjament, primarjament għall-preservazzjoni u l-manutenzjoni tal-infrastruttura eżistenti tat-trasport;

I.  billi l-Istati Membri għandhom jitħallew jdaħħlu sistemi ta’ nollijiet ibbażati fuq id-distanza jew fuq il-ħin, għalkemm għandhom jittieħdu passi biex ikun żgurat li s-sistemi bbażati fuq id-distanza jingħataw preferenza kull meta jkun possibbli, peress li dawn huma aktar ġusti u inqas diskriminatorji mis-sistemi bbażati fuq il-ħin;

J.  billi diġà jeżistu t-teknoloġiji biex is-sistemi ta’ nollijiet tat-toroq ikunu interoperabbli;

K.  billi l-unika problema kbira li qed jiffaċċa l-EETS hija nuqqas ta’ rieda politika li tiġi implimentata skema bħal din, aktar milli kwistjonijiet relatati mas-suq jew tekniċi;

Il-qafas ġenerali

1.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li ż-żewġ partijiet interessati ewlenin ikkonċernati huma l-kolletturi tal-pedaġġi u l-fornituri tal-EETS, iżda jindika li l-utenti tat-toroq, speċjalment il-kumpaniji tat-trasport, jikkostitwixxu t-tielet parti interessata ewlenija; jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-utenti ta’ vetturi privati huma utenti finali potenzjali li jistgħu jgħinu biex jitħaffef l-iżvilupp tal-EETS;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra kif dawn il-partijiet interessati jistgħu jkunu involuti bl-aktar mod effettiv fl-istadji li jmiss tal-azzjoni tagħha;

3.  Jinsisti li filwaqt li l-protezzjoni tad-data personali tal-individwi, u l-protezzjoni tad-data b’mod ġenerali, għandha importanza suprema u li kwalunkwe miżura ġdida li tittieħed għandha tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data u b’mod partikolari għad-Direttiva 95/46/KE, dan m’għandux ikun ostaklu għall-interoperabbiltà tas-sistemi;

4.  Jirrikonoxxi d-drittijiet tas-sidien tat-toroq, li għandhom jitħallsu ammont xieraq għall-użu tal-infrastruttura tagħhom u għas-servizzi relatati magħhom;

L-EETS: falliment sal-lum u fil-bżonn ta’ direzzjoni ġdida

5.  Jaqbel mal-Kummissjoni li d-Direttiva dwar l-EETS attwali (2004/52/KE) ma wasslitx għall-iżvilupp mistenni ta’ servizz ta’ pedaġġ elettroniku Ewropew interoperabbli bejn l-Istati Membri; iqis li dan kien falliment, u jenfasizza li hija meħtieġa azzjoni drastika sabiex jintlaħaq l-għan imsemmi qabel;

6.  Jemmen li l-Kummissjoni għandha tfassal miżuri leġiżlattivi xierqa fil-qasam tal-interoperabbiltà malajr kemm jista’ jkun sabiex jobbligaw lill-partijiet interessati kollha jagħtu spinta ’l quddiem lill-proġett tal-EETS;

7.  Jesprimi dispjaċir li l-Istati Membri, fil-biċċa l-kbira, ftit urew interess fl-iżvilupp tal-EETS, u li l-Kummissjoni mhix qed tieħu aktar miżuri biex tipproċedi bl-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni tiżviluppa u tipproponi sistema ta’ inċentivi sabiex tħeġġeġ lill-operaturi u l-Istati Membri jnaqqsu l-ħin previst għall-implimentazzjoni tas-sistema;

8.  Jaqbel mal-Kummissjoni li teżisti domanda għal soluzzjoni interoperabbli fil-qasam tan-nollijiet elettroniċi tat-toroq, iżda jemmen li huma meħtieġa miżuri leġiżlattivi xierqa sabiex il-partijiet interessati jkunu obbligati jimplimentaw sistema bħal din, peress li r-remunerazzjoni biss minn sistema interoperabbli mhix attraenti biżżejjed għal ċerti manifatturi ta’ tagħmir għan-nollijiet tat-toroq jew għal ċerti operaturi tat-toroq;

9.  Iqis li l-approċċ immotivat mis-suq promoss mill-Kummissjoni ma tax ir-riżultati mixtieqa u li hija meħtieġa azzjoni politika biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-EETS u sabiex din issir realtà fil-futur qarib;

10.  Jemmen li l-pjanijiet tal-Kummissjoni li tkompli bir-reġjonalizzazzjoni mhumiex sodisfaċenti, peress li jistgħu jwasslu għal aktar dewmien li jista’ jkun ta’ ħsara għall-iżvilupp tas-servizz mal-UE kollha;

11.  Jemmen li, fi kwalunkwe każ, l-iżvilupp tas-servizz mal-UE kollha għandu jibqa’ l-għan finali tal-UE; jinsisti li, jekk tiġi implimentata, ir-reġjonalizzazzjoni għandha tkun biss stadju tranżitorju;

12.  Iqis li huma meħtieġa miżuri b'firxa aktar wiesgħa u jħeġġeġ lill-Kummissjoni, biex l-ewwel nett tieħu azzjoni deċiża kontra dawk l-Istati Membri li mhumiex qed jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-UE b’mod korrett, u biex it-tieni nett, tagħmel reviżjoni mingħajr dewmien tal-istudji kollha disponibbli dwar is-suġġett sabiex tipprovdi bażi ċara għal għażliet differenti għal azzjoni fuq terminu ta’ żmien medju kif ukoll fit-tul, inklużi n-nollijiet għall-użu tat-toroq permezz ta' teknoloġiji bħall-GPS/GNSS, sabiex tiġi evitata u mnaqqsa l-konġestjoni tat-traffiku kkawżata minn ostakoli fiżiċi, u jħeġġiġha tippreżenta dan l-istudju ġenerali sal-aħħar tal-2013;

13.  Jemmen li l-Kummissjoni għandha twettaq studju dwar l-aspetti u l-kundizzjonijiet finanzjarji li jwasslu sabiex l-EETS isir realtà li taħdem;

14.  Jemmen li d-Direttiva dwar l-interoperabbiltà (2004/52/KE) tipprovdi l-qafas regolatorju xieraq għall-koeżistenza ta’ sistemi differenti ta’ nollijiet, li jippermetti lill-Istati Membri jagħżlu bejn it-teknoloġiji differenti skont il-karatteristiċi differenti tan-netwerk tat-toroq tagħhom;

15.  Jemmen li, kull meta tintgħażel is-sistema, il-Kummissjoni għandha toqgħod attenta ħafna biex tiżgura li l-konsumaturi jkunu konxji f’kull ħin mill-ispiża tal-pedaġġ li jkun qed jittieħed permezz ta’ apparat elettroniku jew tikketta tal-pedaġġ;

16.  Jitlob biex il-bżonnijiet speċifiċi ta' professjonisti u sewwieqa oħrajn li jkunu qed jivvjaġġaw minn ħafna pajjiżi, u b'mod partikolari lejn jew minn Stati Membri remoti, dejjem jitqiesu meta jkun qed jiġi żviluppat is-servizz;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex fil-programmi ta’ ħidma tagħha dwar in-Netwerks trans-Ewropej tat-Trasport tistabbilixxi l-possibbiltà ta’ finanzjament ta’ proġetti li jistgħu jipprovdu mezz biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-EETS.

18.  Iqis li l-approċċ ibbażat fuq id-domanda tas-suq ma’ tax ir-riżultati mixtieqa u li jeħtieġ li jiġu analizzati n-nuqqasijiet li wasslu għal din is-sitwazzjoni;

19.  Jemmen li m’hemm l-ebda rieda għal EETS min-naħa tal-partijiet interessati tal-industrija, jiġifieri l-fornituri tas-servizzi tal-pedaġġi, il-konċessjonijiet tat-toroq u manifatturi ta’ “tabelli’ elettroniċi u tagħmir relatat, u li jista’ jkun meħtieġ regolament biex iġiegħel lill-partijiet interessati jingħaqdu flimkien; iqis li l-Kummissjoni għandha ddaħħal miżuri ta’ appoġġ biex toħloq esperjenza effiċjenti ta' nollijiet tat-toroq għall-utent finali, b'mod partikolari fil-kuntest ta' użu aktar mifrux tan-nollijiet tat-toroq fil-futur;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni ddettaljata fid-dawl tal-proġetti attwali relatati mal-interoperabbiltà teknika u kuntrattwali bejn l-Istati Membri u, meta xieraq, tipproponi miżuri ġodda bbażati fuq l-aħjar prattika;

21.  Jaqbel mal-Kummissjoni li t-teknoloġija għal sistemi interoperabbli diġà teżisti;

22.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li diversi Stati Membri beħsiebhom jimplimentaw sistemi ta’ nollijiet fis-snin li ġejjin jew jestendu l-konċessjonijiet eżistenti. jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li dawn is-sistemi jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ interoperabbiltà u tiżgura li l-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ nollijiet fl-ebda każ ma tkun diskriminatorja għall-persuni mhux residenti fis-sens li m’għandu jinħoloq l-ebda ostakolu għall-prinċipju ta’ moviment liberu;

23.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-operaturi ta’ toroq b’pedaġġ jaħdmu mill-qrib ma’ pajjiżi ġirien u joffru l-appoġġ kollu meħtieġ għall-istabbiliment ta' sistemi ta' nollijiet u faċilitajiet ta’ ħlas u ta' ġbir u l-forniment ta' informazzjoni lill-utenti dwar il-prezzijiet, it-termini u l-kundizzjonijiet tal-użu, eċċ.;

24.  Jitlob biex, fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità, jinbdew proċeduri ta’ ksur.

Il-ħlas ta’ nollijiet għall-użu tat-toroq: vinjetti, pedaġġi, interoperabbiltà u protezzjoni tad-data

25.  Jenfasizza li huwa f’idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu jekk jintroduċux nollijiet tat-toroq jew le, u li jistabbilixxu l-ammont mitlub għall-użu tat-toroq, u li l-Istati Membri għandhom jieħdu d-deċiżjoni finali dwar l-infiq tal-introjtu miġbur min-nollijiet tat-toroq;

26.  Jistieden lill-Istati Membri jkomplu jaġġornaw in-netwerks tat-trasport tagħhom sabiex jagħmluhom sostenibbli, effiċjenti, favur l-ambjent u sikuri kemm jista’ jkun billi jallokaw l-introjtu minn nollijiet tat-toroq għal skopijiet bħal dawn;

27.  Jirrikonoxxi li l-Istati Membri attwalment qed jiżviluppaw pjanijiet biex jitolbu ħlas għal kategoriji ġodda ta’ vetturi, inklużi vetturi ħfief privati, li jżid mal-urġenza li l-Kummissjoni ddaħħal sistema ta' nollijiet tat-toroq interoperabbli u kkoordinata;

28.  Jinnota li l-applikazzjoni tal-ħlasijiet ta' pedaġġi b'mod aktar ugwali għat-tipi kollha ta' vetturi abbażi tal-prinċipju li min juża jħallas hija pass fid-direzzjoni t-tajba;

29.  Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw il-pożizzjoni speċjali tar-residenti tar-reġjuni mal-fruntieri meta jistabbilixxu sistemi ta’ pedaġġ nazzjonali; jisħaq fuq il-fatt li s-sistemi ta’ pedaġġ nazzjonali ma għandu jkollhom l-ebda impatt diskriminatorju;

30.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw il-pożizzjoni speċifika tar-reġjuni mal-fruntieri meta jiżviluppaw pjanijiet għas-sistemi ta’ nollijiet tat-toroq, biex jiġi mminimizzat l-impatt fuq il-persuni li jgħixu f’reġjuni mal-fruntieri;

31.  Jemmen li, filwaqt li s-setgħa li jżidu l-introjtu hija tal-Istati Membri, l-UE għandha tiffavorixxi sistema ta’ pedaġġi bbażata fuq id-distanza aktar milli s-sistema tal-vinjetti, peress li din tal-ewwel hija sistema aktar ġusta u nondiskriminatorja, filwaqt li tal-aħħar ħolqot problemi fil-passat f'termini ta' effiċjenza u diskriminazzjoni u għandha tiġi evitata kull fejn possibbli;

32.  Jemmen li l-Kummissjoni għandha tagħmel obbligatorji s-sistemi bbażati fuq il-ħin biex toffri lill-utenti tat-toroq vinjetti magħmula għall-individwu abbażi ta’ diversi strutturi ta’ imposti prorata, bħal għażliet fuq bażi kwotidjana, ta’ kull ġimgħa, mensili u annwali, bil-possibbiltà li tinxtara vinjetta sa 30 ġurnata qabel l-użu tat-toroq, li tiddikjara b’mod ċar l-ammont li qed jiġi impost bħala tariffa amministrattiva, u li għandha tippromwovi l-introduzzjoni aktar mifruxa ta’ sistemi bbażati fuq id-distanza aktar milli fuq il-ħin;

33.  Jemmen li l-introduzzjoni ta’ kwalunkwe sistema ġdida ta’ imposti ġdida li tkun tinvolvi l-kondiviżjoni ta’ sistemi operattivi u data dwar klijenti u l-movimenti tagħhom għandha tkun strettament soġġetta għar-regolamenti tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data u li għandhom jitneħħew l-elementi personali tad-data sabiex tiġi mħarsa l-privatezza tal-individwi; jadotta approċċ prammatiku dwar il-kwistjoni tal-protezzjoni tad-data u jemmen li ladarba jiġu implimentati s-salvagwardji meħtieġa, il-preokkupazzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data m’għandhomx jostakolaw l-interoperabbiltà;

34.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tobbliga lil dawk l-Istati Membri b’sistemi ta’ vinjetta jissemplifikaw b’mod konsiderevoli l-bejgħ tal-vinjetta kif ukoll l-aċċess għall-informazzjoni u joperaw servizz ta’ pagament online li jkun jippermetti lill-konsumaturi jħallsu t-tariffi tagħhom minn qabel permezz ta’ interfaċċja aċċessibbli għal kulħadd, skont ir-rekwiżiti tad-disinn universali;

35.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel il-ħlas permezz tal-mowbajl possibbiltà għas-sistemi ta' pedaġġi u vinjetti;

36.  Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ sinjali avvanzati adegwati u viżibbli li jinfurmaw lis-sewwieqa dwar kemm se jkollhom iħallsu; jisħaq ukoll li l-informazzjoni dwar il-multi u penalitajiet oħrajn għandha tkun indikata b’mod ċar u tkun faċilment disponibbli;

37.  Jagħraf il-ħtieġa tal-kumpaniji tat-trasport tal-merkanzija u l-SMEs, u l-benefiċċji li joffri EETS lil dawn il-gruppi biex il-prodotti jinġiebu fis-suq bl-aktar prezz kompetittiv possibbli;

38.  Jinnota l-importanza ta’ dawn il-kumpaniji u l-SMEs biex iġibu t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi lejn l-Ewropa u, għalhekk, iqis essenzjali li l-ebda imposti żejda bla bżonn m’għandhom jitqiegħdu fuq dawn il-kumpaniji, iżda li minflok il-prinċipju li l-utent iħallas jiġi applikat b’mod konsistenti għall-kategoriji kollha tal-vetturi.

39.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tieħu azzjoni soda kontra dawk li jonqsu milli jikkooperaw mad-Direttiva attwali dwar l-interoperabbiltà, filwaqt li tiġi evalwata l-ħtieġa li l-Kummissjoni tippubblika proposta għal leġiżlazzjoni ġdida dwar l-EETS u l-interoperabbiltà tan-nollijiet tat-toroq;

o
o   o

40.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Avviż legali - Politika tal-privatezza