Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 2 ta' Lulju 2013 - Strasburgu
Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea. ***I
 Il-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Responsabbiltà Civili ghad-Danni Nukleari ***
 L-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE *
 Il-Politika Esterna tal-UE dwar l-Avjazzjoni – Nindirizzaw l-Isfidi tal-Futur
 L-Aġenziji ta' Kreditu għall-esportazzjoni tal-Istati Membri
 Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Marine Le Pen
 L-Istatut għal Fondazzjoni Ewropea
 Il-kontroll mill-Istat tal-port ***I
 Dokumenti ta' registrazzjoni ghall-vetturi ***I
 Spezzjoni teknika waqt it-tragitt tal-affidabbiltà stradali ta' vetturi kummercjali li jiccirkolaw fl-Unjoni ***I
 It-testijiet tal-affidabbiltà stradali ghal vetturi bil-mutur u t-trejlers taghhom***I
 Sustanzi ta' prijorità fil-qasam tal-politika dwar l-ilma ***I
 Ċerti kategoriji ta’ Għajnuna Statali orizzontali u servizzi pubbliċi tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq *
 Tkabbir Blu – It-tisħiħ tat-tkabbir sostenibbli fis-setturi tal-baħar, tat-trasport marittimu u tat-turiżmu fl-UE
 
 Bijoekonomija għall-Ewropa

Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea. ***I
PDF 289kWORD 30k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Lulju 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea. (COM(2011)0890 – C7-0507/2011 – 2011/0455(COD))
P7_TA(2013)0287A7-0156/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0890),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 336 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0507/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-22 ta' Marzu 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-14 ta’ Ġunju 2012(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-28 ta' Ġunju 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn (A7-0156/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU C 205, 12.7.2012, p. 1.


Il-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Responsabbiltà Civili ghad-Danni Nukleari ***
PDF 202kWORD 19k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Lulju 2013 dwar abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil ċerti Stati Membri jirratifikaw, jew jaċċedu għall-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għad-Danni Nukleari tal-21 ta' Mejju 1963, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, u biex jagħmlu dikjarazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli interni rilevanti tal-liġi tal-Unjoni (06206/2013 – C7-0063/2013 – 2012/0262(NLE))
P7_TA(2013)0288A7-0198/2013

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06206/2013),

–  wara li kkunsidra l-Protokoll tat-12 ta' Settembru 1997 li jemenda l-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għad-Danni Nukleari tal-21 ta' Mejju 1963 (06658/2013),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikoli 81(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0063/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0198/2013),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


L-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE *
PDF 454kWORD 37k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Lulju 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (COM(2012)0725 – C7-0004/2013 – 2012/0342(NLE))
P7_TA(2013)0289A7-0180/2013

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2012)0725),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Jannar 2013 dwar il-modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0004/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0180/2013),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  Fil-kuntest ta’ modernizzazzjoni profonda tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li jikkontribwixxu kemm mal-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir u għal konsolidament baġitarju, l-Artikolu 107 tat-Trattat għandhom jiġu applikati effettivament u b’mod uniformi madwar l-Unjoni. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 kkodifika u saħħaħ il-prattika preċedenti tal-Kummissjoni biex tiżdied iċ-ċertezza legali u l-appoġġ għall-iżvilupp tal-politika dwar l-għajnuna mill-Istat għal ambjent trasparenti. Madankollu, fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tagħha u ta’ l-iżviluppi riċenti bħalma huma t-tkabbir u l-kriżi ekonomika u finanzjarja, ċerti aspetti ta’ dak ir-Regolament għandu jkun emendat biex jippermetti lill-Kummissjoni biex ikunu aktar effettivi.
(1)  Fil-kuntest ta’ modernizzazzjoni profonda tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li jikkontribwixxu kemm mal-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir27 u għal konsolidament baġitarju, l-Artikolu 107 tat-Trattat għandu jiġi applikat effettivament u b’mod uniformi madwar l-Unjoni. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 kkodifika u saħħaħ il-prattika preċedenti tal-Kummissjoni biex tiżdied iċ-ċertezza legali u l-appoġġ għall-iżvilupp tal-politika dwar l-għajnuna mill-Istat għal ambjent trasparenti. Madankollu, fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tagħha u tal-iżviluppi riċenti bħalma huma t-tkabbir u l-kriżi ekonomika u finanzjarja, ċerti aspetti ta’ dak ir-Regolament għandhom ikunu emendati biex il-Kummissjoni tkun mgħammra bi strumenti ta' kontroll u infurzar tal-għajnuna mill-Istat simplifikati u aktar effettivi.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1a (ġdida)
(1a)  Huwa importanti li l-Kummissjoni tiffoka l-attenzjoni tagħha fuq il-każijiet tal-għajnuna mill-Istat li għandhom il-potenzjal li jgħawġu l-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern. Dak l-għan huwa konsistenti mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Mejju 2012 dwar il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat (SAM) u ġie approvat mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2013 dwar il-modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat. Minn dan isegwi li l-Kummissjoni m'għandhiex tinvolvi ruħha f'miżuri li jikkonċernaw impriżi iżgħar u li joħolqu effetti purament lokali, partikolarment meta l-għan ewlieni ta' dawk il-miżuri jkun li jilħqu objettivi soċjali li ma jgħawġux is-suq intern. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tkun tista' tirrifjuta li teżamina każijiet bħal dawn, u b'mod partikolari, ilmenti miġjuba għall-attenzjoni tagħha, anke meta lmentaturi persistenti jwieġbu għal kull stedina biex jibagħtu l-kummenti tagħhom. Madankollu, il-Kummissjoni għandha teżamina l-każijiet li jitresqulha minn diversi lmentaturi u għandha toqgħod attenta ħafna biex ma teżentax wisq attivitajiet mill-iskrutinju tal-għajnuna mill-Istat.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 1b (ġdida)
(1b)  Bħalissa hemm interpretazzjonijiet differenti fl-Istati Membri dwar is-servizzi meta ma jkun hemm l-ebda interess ekonomiku reali u meta jkun hemm perċezzjoni ta' nuqqas ta' provvista jew domanda ddeterminati mis-suq. Servizzi bħal dawn m'għandhomx jaqgħu taħt ir-regoli għall-għajnuna mill-Istat. Din is-sitwazzjoni mhux ċara ħolqot problemi speċjalment fit-tielet settur fejn il-fornituri ta' servizzi mingħajr skop ta' profitt huma mċaħħda ta' xejn mill-għajnuna pprovduta mill-Istat minħabba possibilità ta' lment. Il-Kummissjoni għandha, fil-kuntest tal-modernizzazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat, tistieden lill-Istati Membri jivvalutaw permezz ta' “test tas-suq” jekk hemmx domanda jew provvista reali tas-suq għal servizzi partikolari, u tassistihom f'dan ir-rigward. Dan għandu jitqies ukoll meta l-Kummissjoni tivvaluta l-validità ta' lment partikolari.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 1c (ġdida)
(1c)  Il-bażi legali għal dan ir-Regolament, l-Artikolu 109 tat-TFUE, jipprevedi biss il-konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew, u mhux il-kodeċiżjoni f'konformità ma' oqsma oħrajn tal-integrazzjoni tas-suq u tar-regolazzjoni ekonomika wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona. Dan id-defiċit demokratiku ma jistax jiġi ttollerat fir-rigward ta' proposti li jikkonċernaw il-mezzi ta' superviżjoni mill-Kummissjoni ta' deċiżjonijiet u atti li jsiru mill-awtoritajiet eletti nazzjonali u lokali, speċjalment rigward servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali b'rabta mad-drittijiet fundamentali. Dan id-defiċit għandu jiġi korrett fi kwalunkwe bidla futura tat-Trattat. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2012 intitolata “Pjan ta' azzjoni għal unjoni ekonomika u monetarja profonda u ġenwina” tipprevedi proposti għal tibdil tat-Trattat sal-2014. Din il-proposta għandha tinkludi proposta speċifika biex jiġi emendat l-Artikolu 109 sabiex jiġu adottati r-regolamenti msemmija f'dak l-Artikolu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  Għall-iskop ta’ valutazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ miżura ta’ għajnuna wara l-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, b’mod partikolari fir-rigward miżuri ġodda jew teknikament kumplessi suġġetti għal evalwazzjoni dettaljata, il-Kummissjoni għandha tkun tista’, permezz ta’ talba sempliċi jew ta’ deċiżjoni, li teħtieġ li kull impriża, assoċjazzjoni ta’ impriżi jew Stat Membru jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi kkompletata l-valutazzjoni tagħha, jekk l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha ma tkunx biżżejjed, filwaqt li tieħu kont dovut tal-prinċipju tal-proporzjonalità, partikolarment għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju.
(3)  Għall-iskop ta’ valutazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ miżura ta’ għajnuna wara l-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, b’mod partikolari fir-rigward miżuri ġodda jew teknikament kumplessi suġġetti għal evalwazzjoni dettaljata, il-Kummissjoni għandha tkun tista’, permezz ta’ talba sempliċi jew ta’ deċiżjoni, li teħtieġ li kull impriża, assoċjazzjoni ta’ impriżi jew Stat Membru jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi kkompletata l-valutazzjoni tagħha, jekk l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha ma tkunx biżżejjed, filwaqt li tieħu kont dovut tal-prinċipju tal-proporzjonalità, partikolarment għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju. Setgħat bħal dawn diġà jeżistu għall-infurzar tal-liġi antitrust u huwa anomalu li huma ma jeżistux għall-infurzar tal-liġi tal-għajnuna mill-istat, peress li l-għajnuna mill-istat tista' tgħawweġ bl-istess mod is-suq intern bħal ksur tal-Artikoli 101 jew 102 tat-Trattat.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
(3a)  Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2013 dwar l-immodernizzar tal-għajnuna mill-Istat, il-Parlament Ewropew diġà esprima l-appoġġ tiegħu dwar l-informazzjoni li l-Kummissjoni Ewropea għandha tiġbor direttament mill-parteċipanti tas-suq, jekk l-informazzjoni li jkollu ma tkunx biżżejjed.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 3b (ġdida)
(3b)  Sabiex dawn is-setgħat investigattivi ġodda jiġu bbilanċjati, il-Kummissjoni għandha tagħti kont lill-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew fuq bażi regolari dwar il-proċeduri ta' investigazzjoni li jkunu għaddejjin.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tinfurza l-konformità ma’ talbiet għal informazzjoni indirizzata lil kull impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi, kif xieraq, permezz ta’ multi u ħlasijiet penali perjodiċi proporzjonati. Id-drittijiet tal-partijiet mitluba biex jipprovdu informazzjoni għandhom ikunu salvagwardjati billi tingħatalhom l-opportunità li jagħmlu l-fehmiet tagħhom magħrufa qabel kwalunkwe deċiżjoni li timponi multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni llimitata fir-rigward ta’ tali multi u penali perjodiċi skont l-Artikolu 261 tat-Trattat.
(4)  Il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tinfurza l-konformità ma’ talbiet għal informazzjoni indirizzata lil kull impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi, kif xieraq, permezz ta’ multi u ħlasijiet penali perjodiċi proporzjonati. Meta tivvaluta l-livell ta' penalitajiet bħal dawn, il-Kummissjoni għandha tiddistingwi bejn atturi skont ir-rwol tagħhom fil-każ u r-rabta tagħhom miegħu. Penalitajiet aktar baxxi għandhom japplikaw għall-partijiet li l-Kummissjoni stess iddaħħal fil-każ meta titlobhom informazzjoni peress li dawk il-partijiet terzi mhumiex marbuta mal-investigazzjoni bl-istess mod bħall-benefiċjarju allegat u l-parti li qed tippreżenta l-ilment. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tqis b'mod xieraq iċ-ċirkustanzi speċjali ta' kull każ u l-ispejjeż ta' konformità mġarrba minn kull destinatarju kif ukoll il-prinċipju ta' proporzjonalità, partikolarment rigward l-impriżi żgħar u ta' daqs medju. Id-drittijiet tal-partijiet mitluba biex jipprovdu informazzjoni għandhom ikunu salvagwardjati billi tingħatalhom l-opportunità li jagħmlu l-fehmiet tagħhom magħrufa qabel kwalunkwe deċiżjoni li timponi multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni llimitata fir-rigward ta’ tali multi u penali perjodiċi skont l-Artikolu 261 tat-Trattat.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Il-Kummissjoni tista’, b'inizjattiva tagħha stess, teżamina informazzjoni minn kwalunkwe sors dwar għajnuna illegali, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 108 tat-Trattat, u b'mod partikolari mal-obbligu ta’ notifika u klawżola ta’ sospensjoni stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat, u li tivvaluta l-kumpatibbiltà tagħhom mas-suq intern. F'dak il-kuntest, l-ilmenti huma sors essenzjali ta’ informazzjoni biex jinkixef ksur ta’ regoli tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni.
(9)  Il-Kummissjoni tista’, b'inizjattiva tagħha stess, teżamina informazzjoni minn kwalunkwe sors dwar għajnuna illegali, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 108 tat-Trattat, u b'mod partikolari mal-obbligu ta’ notifika u klawżola ta’ sospensjoni stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat, u li tivvaluta l-kumpatibbiltà tagħhom mas-suq intern. F'dak il-kuntest, l-ilmenti huma sors essenzjali ta’ informazzjoni biex jinkixef ksur ta’ regoli tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni. Għaldaqstant hu importanti li ma jkunux imposti wisq restrizzjonijiet jew restrizzjonijiet formali ħafna dwar it-tressiq tal-ilmenti. B'mod partikolari, iċ-ċittadini individwali għandu jkollhom id-dritt li jressqu lmenti permezz ta' proċedura faċilment aċċessibbli u li tkun faċli biex tintuża.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
(9a)  L-Istati Membri għandu jkollhom inċentiv biex jinnotifikaw il-miżuri tal-għajnuna mill-Istat u ma għandhomx ikunu ppenalizzati b'mod inġust jekk il-Kummissjoni tieħu wisq żmien biex teżamina l-għajnuna mill-Istat notifikata. Għalhekk, jekk deċiżjoni mill-Kummissjoni ma tkunx waslet fi żmien sitt xhur min-notifika, kull deċiżjoni futura ta' rkupru rigward dik l-għajnuna għandha turi li n-notifika ma kinitx kompluta u li l-Istat Membru ma weġibx b'mod adegwat għat-talbiet għall-informazzjoni.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  L-ilmentaturi għandhom ikunu meħtieġa li juru li jkunu partijiet interessati fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE u tal-Artikolu 1(h) tar-Regolament 659/1999. Għandhom ukoll ikunu meħtieġa li jipprovdu ċertu ammont ta’ informazzjoni f'forma li biha l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tiddefinixxi f’dispożizzjoni implimentattiva.
(11)  L-ilmentaturi għandhom ikunu meħtieġa li juru li jkunu partijiet interessati fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE u tal-Artikolu 1(h) tar-Regolament 659/1999. Madankollu, għandha tiġi evitata interpretazzjoni li tkun wisq dejqa tat-terminu “parti interessata”. L-ilmentaturi kollha għandhom ikunu meħtieġa li jipprovdu ċertu ammont minimu ta’ informazzjoni f'forma faċilment aċċessibbli u faċli biex tintuża li l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tiddefinixxi f’dispożizzjoni implimentattiva. Meta l-ilmentaturi jonqsu milli jissottomettu kummenti jew jipprovdu informazzjoni li tindika l-eżistenza ta' għajnuna illegali jew l-użu ħażin ta' għajnuna bil-potenzjal li tgħawweġ il-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern, il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt li tqis l-ilment bħala irtirat.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 11a (ġdida)
(11a)  Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra investigazzjoni ta' lmenti minn parti terza meta jkun hemm evidenza suffiċjenti li turi tgħawwiġ tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Sabiex jiġi żgurat li l-Kummissjoni tindirizza kwistjonijiet simili b’mod konsistenti fis-suq intern kollu, huwa xieraq li jiġu kkompletati s-setgħat eżistenti tal-Kummissjoni billi tiġi introdotta bażi legali speċifika sabiex tniedi investigazzjonijiet f’setturi tal-ekonomija jew f’ċerti strumenti ta’ għajnuna f’diversi Stati Membri. Għal raġunijiet ta’ proporzjonalità, inkjesti settorjali għandhom ikunu bbażati fuq analiżi minn qabel tal-informazzjoni disponibbli pubblikament li turi l-eżistenza ta’ kwistjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat f’settur partikolari jew dwar l-użu tal-istrument ta’ għajnuna partikolari f’bosta Stati Membri, pereżempju, li miżuri ta’ għajnuna eżistenti f'settur partikolari jew abbażi ta’l-istrument ta’ għajnuna partikolari f’diversi Stati Membri ma jkunux, jew ma għadhomx, kompatibbli mas-suq intern. Dawn l-inkjesti jippermettu lill-Kummissjoni biex tittrattaw b'mod effiċjenti u trasparenti ma' kwistjonijiet orizzontali tal-għajnuna mill-Istat.
(13)  Sabiex jiġi żgurat li l-Kummissjoni tindirizza kwistjonijiet simili b’mod konsistenti fis-suq intern kollu, huwa xieraq li jiġu kkompletati s-setgħat eżistenti tal-Kummissjoni billi tiġi introdotta bażi legali speċifika sabiex tniedi investigazzjonijiet f’setturi tal-ekonomija jew f’ċerti strumenti ta’ għajnuna f’diversi Stati Membri. Għal raġunijiet ta’ proporzjonalità, inkjesti settorjali għandhom ikunu bbażati fuq analiżi minn qabel tal-informazzjoni disponibbli pubblikament li turi l-eżistenza ta’ kwistjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat f’settur partikolari jew dwar l-użu tal-istrument ta’ għajnuna partikolari f’bosta Stati Membri, pereżempju, li miżuri ta’ għajnuna eżistenti f'settur partikolari jew abbażi ta’l-istrument ta’ għajnuna partikolari f’diversi Stati Membri ma jkunux, jew ma għadhomx, kompatibbli mas-suq intern. Peress li, permezz ta' rabtiet diretti mal-kostitwenzi tagħhom, il-Membri tal-Parlament Ewropew jistgħu wkoll jiġu mgħarrfa dwar diverġenzi possibbli ta' prattiki tal-għajnuna mill-Istat fi ħdan settur partikolari, il-Parlament Ewropew għandu wkoll jingħata s-setgħa li jitlob lill-Kummissjoni tinvestiga dan is-settur. F'dawn il-każijiet, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapporti interim lill-Parlament Ewropew li jiddettaljaw il-progress ta' dawk l-investigazzjonijiet, sabiex iżżomm il-Parlament Ewropew informat dwar dawn l-investigazzjonijiet. Dawn l-inkjesti jippermettu lill-Kummissjoni biex tittrattaw b'mod effiċjenti u trasparenti ma' kwistjonijiet orizzontali tal-għajnuna mill-Istat.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Konsistenza fl-applikazzjoni tal-liġijiet tal-kompetizzjoni tirrikjedi ukoll li l-arranġamenti jkunu stabbiliti għal kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri u l-Kummissjoni. Kooperazzjoni bħal din hija rilevanti għal qrati kollha tal-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 107(1) u l-Artikolu 108 tat-Trattat, fi kwalunkwe kuntest. B’mod partikolari, qrati nazzjonali għandhom ikunu kapaċi li jistaqsu għall-informazzjoni lill-Kummissjoni jew għall-opinjoni fuq il-punti konċernati tal-applikazzjoni tal-liġijiet tal-kompetizzjoni tal-Komunità. Il-Kummissjoni għandha wkoll tkun tista’ tissottometti l-osservazzjonijiet bil-miktub jew oralment lill-qrati li huma msejħa biex japplikaw l-Artikolu 107(1) jew l-Artikolu 108 tat-Trattat. Dawk l-osservazzjonjiet għandhom ikunu sottomessi fi ħdan struttura ta’ regoli u prattiċi ta’ proċedura nazzjonali inkluż dawk li jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-partijiet.
(14)  Konsistenza fl-applikazzjoni tal-liġijiet tal-kompetizzjoni tirrikjedi ukoll li l-arranġamenti jkunu stabbiliti għal kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri u l-Kummissjoni. Kooperazzjoni bħal din hija rilevanti għal qrati kollha tal-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 107(1) u l-Artikolu 108 tat-Trattat, fi kwalunkwe kuntest. B’mod partikolari, qrati nazzjonali għandhom ikunu kapaċi li jistaqsu għall-informazzjoni lill-Kummissjoni jew għall-opinjoni fuq il-punti konċernati tal-applikazzjoni tal-liġijiet tal-kompetizzjoni tal-Komunità. Il-Kummissjoni għandha wkoll tkun tista’ tissottometti l-osservazzjonijiet bil-miktub jew oralment lill-qrati li huma msejħa biex japplikaw l-Artikolu 107(1) jew l-Artikolu 108 tat-Trattat. Dawk l-osservazzjonjiet mhux vinkolanti għandhom ikunu sottomessi fi ħdan struttura ta’ regoli u prattiċi ta’ proċedura nazzjonali inkluż dawk li jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-partijiet.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 659/1999
Artikolu 6a – paragrafu 1
1.  Wara l-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali stipulata fl-Artikolu 6, il-Kummissjoni tista’, jekk tqis li jkun rilevanti, teħtieġ li l-impriża, assoċjazzjoni ta’ impriżi jew Stat Membru ieħor jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja biex tkun tista’ tlesti l-valutazzjoni tagħha dwar il-miżura inkwistjoni, jekk l-informazzjoni disponibbli mhix biżżejjed.
1.  Wara l-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali stipulata fl-Artikolu 6, il-Kummissjoni tista’, jekk tqis li jkun rilevanti u proporzjonali, teħtieġ li l-impriża, assoċjazzjoni ta’ impriżi jew Stat Membru ieħor jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja biex tkun tista’ tlesti l-valutazzjoni tagħha dwar il-miżura inkwistjoni, jekk l-informazzjoni disponibbli mhix biżżejjed.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 659/1999
Artikolu 6 a - paragrafu 5
5.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat dwar il-kontenut ta’ talbiet għal tagħrif li ntbagħtu skont il-paragrafi minn 1 sa 4.
5.  Meta tibgħat it-talbiet, il-Kummissjoni għandha tipprovdi fl-istess ħin lill-Istat Membru kkonċernat b'kopja ta’ talbiet għal tagħrif li ntbagħtu skont il-paragrafi minn 1 sa 4.
Il-Kummissjoni għandha wkoll, fi żmien xahar mill-wasla tad-dokumenti, tipprovdi lill-Istat Membru kkonċernat bil-kopji tad-dokumenti kollha li tirċievi skont it-talba għall-informazzjoni, sakemm l-informazzjoni ma tinkludix informazzjoni kunfidenzjali li ma tistax tiġi aggregata jew inkella adattata biex tipproteġi l-identità tal-informatur. Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-Istat Membru kkonċernat opportunità li jagħmel osservazzjonijiet dwar dawk id-dokumenti fi żmien xahar mill-wasla tagħhom.

Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 659/1999
Artikolu 6b – paragrafu 1 – punt (a)
(a) jipprovdu informazzjoni żbaljata jew qarrieqa fi tweġiba għal talba magħmula skont l-Artikolu 6a(3);
(a) jipprovdu informazzjoni żbaljata, mhix kompluta jew qarrieqa, jew intenzjonalment ma jinkludux informazzjoni rilevanti fi tweġiba għal talba magħmula skont l-Artikolu 6a(3);
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 659/1999
Artikolu 6b – paragrafu 1 – punt (b)
(b) jipprovdu informazzjoni żbaljata, inkompleta jew qarrieqa fi tweġiba għal deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 6a(4), jew ma jipprovdux l-informazzjoni fil-limitu ta’ żmien speċifikat.
(b) jipprovdu informazzjoni żbaljata, inkompleta jew qarrieqa, jew intenzjonalment ma jinkludux informazzjoni rilevanti, fi tweġiba għal deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 6a(4), jew ma jipprovdux l-informazzjoni fil-limitu ta’ żmien speċifikat.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 659/1999
Artikolu 6 b - paragrafu 3
3.  Meta jkun qiegħed jiġi stabbilit l-ammont tal-multa, għandhom ikunu kkunsidrati n-natura, l-gravità u t-tul tal-ksur.
3.  Meta jkun qiegħed jiġi stabbilit l-ammont tal-multa jew il-ħlas perjodiku ta' penali, għandhom ikunu kkunsidrati:
(a) n-natura, il-gravità u d-dewmien tal-ksur;
(b) jekk l-impriża jew assoċjazzjoni ta' impriżi jistgħux jitqiesu bħala parti interessata jew parti terza fl-investigazzjoni;
(c) l-prinċipju ta' proporzjonalità, partikolarment rigward impriżi żgħar u ta' daqs medju;
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 659/1999
Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni għandha teżamina mingħajr dewmien żejjed kull ilment imressaq minn kull parti nteressata skont l-Artikolu 20(2).

Il-Kummissjoni għandha teżamina mingħajr dewmien żejjed kull ilment imressaq minn kull parti nteressata skont l-Artikolu 20(2). Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li teżamina lment imressaq minn parti terza meta jkun hemm biżżejjed evidenza li turi tgħawwiġ tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern mill-allegazzjoni ta' għajnuna mhux legali jew mill-allegazzjoni ta' użu ħażin tal-għajnuna.

Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 659/1999
Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)
(4a)  Fl-Artikolu 14, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“1a.  Meta l-għajnuna illegali tkun ġiet notifikata preċedentament lill-Kummissjoni u tpoġġiet fis-seħħ aktar minn sitt xhur wara dik in-notifika mingħajr ma l-Kummissjoni tkun ħadet kwalunkwe deċiżjoni skont l-Artikolu 4 dak iż-żmien, il-Kummissjoni għandha turi f'kull deċiżjoni skont dak l-Artikolu li n-notifika ma kinitx kompluta u li dak l-Istat Membri ma pprovdiex l-informazzjoni kollha neċessarja mitluba mill-Kummissjoni fi żmien xieraq.“
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 9
Regolament (KE) Nru 659/1999
Artikolu 20 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
2.  Kull parti interessata tista’ tinforma lill-Kummissjoni dwar kull għajnuna llegali allegata u dwar kull allegat użu ħażin ta’ għajnuna. Għal dak il-għan, il-parti interessata għandha timla formola li l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tiddefinixxi f’dispożizzjoni implimentattiva u tipprovdu kull informazzjoni obbligatorja mitluba fiha.
2.  Kull parti interessata tista’ tinforma lill-Kummissjoni dwar kull għajnuna llegali allegata u dwar kull allegat użu ħażin ta’ għajnuna. Għal dak il-għan, il-parti interessata għandha timla formola li l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tiddefinixxi f’dispożizzjoni implimentattiva u tipprovdu kull informazzjoni obbligatorja mitluba fiha. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra investigazzjoni meta tiġi ppreżentata b'biżżejjed evidenza minn parti terza dwar l-allegazzjoni ta' għajnuna mhux legali jew l-allegazzjoni tal-użu ħażin tal-għajnuna.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 9
Regolament (KE) Nru 659/1999
Artikolu 20 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Fejn il-Kummissjoni tikkonsidra li l-fatti u l-punti tal-liġi mressqa mill-parti interessata ma jipprovdux biżżejjed raġunijiet biex juru, fuq il-bażi tal-ewwel eżami, l-eżistenza ta’ għajnuna illegali jew użu ħażin ta’ għajnuna, għandha tinforma lill-parti interessata b'dan u tindirizzalha talba biex tagħmel il-kummenti tagħha f'perjodu preskritt li normalment m'għandux ikun aktar minn xahar. Jekk il-parti interessata tonqos milli tagħmel il-fehmiet tiegħu fil-perjodu preskritt, l-ilment għandu jitiqies li kien irtirat.

Minkejja l-Artikolu 13, fejn il-Kummissjoni tikkonsidra li l-fatti u l-punti tal-liġi mressqa mill-parti interessata ma jipprovdux biżżejjed raġunijiet biex juru, fuq il-bażi tal-ewwel eżami, l-eżistenza ta’ għajnuna illegali jew użu ħażin ta’ għajnuna, b'potenzjal li tgħawweġ il-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern, għandha tinforma lill-parti interessata b'dan u tistedina tagħmel il-kummenti tagħha. Dawk il-kummenti għandhom jintbagħtu fi żmien perjodu preskritt li normalment ma jkunx aktar minn xahar, ħlief jekk ikun iġġustifikat abbażi tal-proporzjonalità u skont l-ammont jew il-kumplessità tal-informazzjoni meħtieġa biex jiġi argumentat il-każ. Jekk il-parti interessata tonqos milli tagħmel il-fehmiet tagħha fil-perjodu preskritt, jew milli tipprovdi aktar informazzjoni li tkun tindika l-eżistenza ta' għajnuna illegali jew użu ħażin tal-għajnuna b'potenzjal li tgħawweġ il-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern, l-ilment għandu jitqies li kien irtirat.

Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 10
Regolament (KE) Nru 659/1999
Artikolu 20a – paragrafu 1 – subparagrafu 1
1.  Fejn l-informazzjoni disponibbli tissuġġerixxi li l-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat f'settur partikolari jew abbażi tal-istrument ta’ għajnuna partikolari jistgħu jirrestrinġu jew jgħawġu l-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern f 'diversi Stati Membri, jew li miżuri ta’ għajnuna eżistenti f'settur partikolari jew abbażi tal-istrument ta’ għajnuna partikolari f’diversi Stati Membri ma jkunux, jew ma għadhomx, kompatibbli mas-suq intern, il-Kummissjoni tista’ tmexxi l-inkjesta fis-settur tal-ekonomija jew l-użu tal-istrument ta’ għajnuna konċernata madwar l-Istati Membri varji. Matul il-kors ta’ din l-inkjesta, il-Kummissjoni tista’ titlob l-Istati Membri, jew l-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet tal-impriżi kkonċernati biex jipprovdu l-informazzjoni neċessarja għall-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta’ proporzjonalità.
1.  Fejn l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni tissuġġerixxi li l-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat f'settur partikolari jew abbażi tal-istrument ta’ għajnuna partikolari jistgħu jirrestrinġu jew jgħawġu l-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern f'diversi Stati Membri, jew li miżuri ta’ għajnuna eżistenti f'settur partikolari jew abbażi tal-istrument ta’ għajnuna partikolari f’diversi Stati Membri ma jkunux, jew ma għadhomx, kompatibbli mas-suq intern, jew wara talba mill-Parlament Ewropew ibbażata fuq informazzjoni simili, il-Kummissjoni tista’ tmexxi l-inkjesta fis-settur tal-ekonomija jew l-użu tal-istrument ta’ għajnuna konċernata madwar l-Istati Membri varji. Matul il-kors ta’ din l-inkjesta, il-Kummissjoni tista’ titlob l-Istati Membri, jew l-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet tal-impriżi kkonċernati biex jipprovdu l-informazzjoni neċessarja għall-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta’ proporzjonalità.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 10
Regolament (KE) Nru 659/1999
Artikolu 20a – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni tista’tippublika rapport dwar ir-riżultati tal-inkjesta f’setturi partikolari tal-ekonomija jew strumenti ta’ għajnuna partikolari f’diversi Stati Membri u tistieden lill-Istati Membri u kull impriżi jew assoċjazzjonijiet ta’ impriżi konċernati li jissottomettu kummenti.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport fuq is-sit tal-internet tagħha dwar ir-riżultati tal-inkjesta f’setturi partikolari tal-ekonomija jew strumenti ta’ għajnuna partikolari f’diversi Stati Membri u tistieden lill-Istati Membri u kull impriżi jew assoċjazzjonijiet ta’ impriżi konċernati li jissottomettu kummenti. Meta l-Parlament Ewropew jagħmel talba għal inkjesta, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport interim lill-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni, għandha tirrispetta r-regoli tas-segretezza professjonali, f'konformità mal-Artikolu 339 tat-Trattat, meta tippubblika r-rapporti tagħha.

Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 11
Regolament (KE) Nru 659/1999
Artikolu 23a – paragrafu 2 – subparagrafu 1
2.  Fejn l-applikazzjoni koerenti tal-Artikolu 107(1) u l-Artikolu 108 tat-Trattat jirrikjedi hekk, il-Kummissjoni, waqt li tagixxi bl-iniżjattiva proprja tagħha, tista tagħti osservazzjonijiet bil-miktub lil qrati ta’ Stati Membri. Bil-permess tal-qorti partikolari, hi tista’ tagħmel ukoll osservazzjonijiet orali.
2.  Fejn l-applikazzjoni koerenti tal-Artikolu 107(1) u l-Artikolu 108 tat-Trattat jirrikjedi hekk, il-Kummissjoni, waqt li tagixxi bl-iniżjattiva proprja tagħha, tista' tagħti osservazzjonijiet bil-miktub lil qrati ta’ Stati Membri. Bil-permess tal-qorti partikolari, hi tista’ tagħmel ukoll osservazzjonijiet orali. L-osservazzjonijiet sottomessi mill-Kummissjoni lill-qrati tal-Istati Membri m'għandhomx ikunu vinkolanti. Il-Kummissjoni tista’ taġixxi skont dik id-dispożizzjoni biss fl-interess pubbliku tal-Unjoni (bħala amicus curiae), u mhux b'appoġġ lil waħda mill-partijiet.

(1) Testi adottati, P7_TA(2013)0026.


Il-Politika Esterna tal-UE dwar l-Avjazzjoni – Nindirizzaw l-Isfidi tal-Futur
PDF 316kWORD 30k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Lulju 2013 dwar il-Politika Esterna tal-UE dwar l-Avjazzjoni – Nindirizzaw l-Isfidi tal-Futur (2012/2299(INI))
P7_TA(2013)0290A7-0172/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “Il-Politika Esterna tal-UE dwar l-Avjazzjoni – Nindirizzaw l-Isfidi tal-Futur” (COM(2012)0556),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2011 dwar Ftehimiet Internazzjonali dwar l-Ajru skont it-Trattat ta' Lisbona(1),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar ir-reviżjoni tal-ftehim ta' qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (“il-Ftehim ta' Qafas”)(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar il-ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-Istati Uniti(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' April 2007 dwar l-Istabbiliment ta' Żona Ewropea ta' Avjazzjoni Komuni(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2006 dwar l-iżvilupp tal-aġenda tal-politika barranija tal-avjazzjoni tal-Komunità(5),

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 90, 100(2) u 218,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0172/2013),

A.  billi l-avjazzjoni hija settur tal-ekonomija li kulma jmur qiegħed jikber b'rata mgħaġġla, kemm fl-Unjoni kif ukoll barra minnha, b'mod speċjali fl-Asja u fil-Lvant Nofsani;

B.  billi l-avjazzjoni għandha rwol importanti x'tiżvolġi biex tgħaqqad lin-nies u lill-impriżi kemm fl-Unjoni kif ukoll globalment, b'mod speċjali mas-swieq li qed jiżviluppaw;

C.  billi t-tnaqqis tal-impjiegi implimentat u programmat mill-kumpanijie tal-ajru Ewropej mill-2012 jaqbeż l-20 000;

D.  billi s-sħab soċjali tas-settur tal-avjazzjoni kkonkludew, fil-qafas tad-djalogu dwar l-effetti tal-kriżi globali fuq l-avjazzjoni ċivili li sar fid-29 ta' Jannar 2013, li tinħtieġ ġestjoni koordinata u globali f'livell internazzjonali;

E.  billi l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-2005 kellha rwol importanti fl-iżvilupp tal-politika esterna dwar l-avjazzjoni tal-Unjoni,

F.  billi l-iżviluppi matul l-aħħar seba' snin jirrikjedu reviżjoni ulterjuri,

Prinċipji ġenerali

1.  Jisħaq fuq il-progress li sar fil-ħolqien ta' suq reġjonali uniku u miftuħ fl-Unjoni u, fl-istess waqt, fuq il-bini ta' approċċ komuni Ewropew għall-politika esterna tagħha dwar l-avjazzjoni;

2.  Jilqa' favorevolment il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni li tagħti analiżi f'waqtha tas-sitwazzjoni attwali u tal-progress li nkiseb fil-politika esterna dwar l-avjazzjoni mill-2005, kif ukoll tal-isfidi li qiegħed iħabbat wiċċu magħhom is-settur tal-avjazzjoni tal-Unjoni f'suq globali tal-avjazzjoni estremament kompetittiv;

3.  Jissottolinja r-rwol fundamentali tas-settur tal-avjazzjoni għall-ekonomija tal-Unjoni, partikolarment f'termini ta' tkabbir u ta' impjiegi, billi tali settur isostni 'l fuq minn 5 miljun ħaddiem fl-Ewropa u jirrappreżenta 2,4 % tal-PDG tal-Unjoni, b'hekk jikkontribwixxi wkoll għall-konnettività tal-Unjoni mal-bqija tad-dinja; jisħaq fuq il-bżonn li jinżamm settur tal-avjazzjoni tal-Unjoni li jkun kompetittiv u b'saħħtu;

4.  Iqis li kien hemm progress importanti fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni ta' mekkaniżmi u sistemi tal-Unjoni bħalma huma l-Ajru Uniku Ewropew (SES), ir-Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR), l-inizjattiva Clean Sky, l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) u s-Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) għat-titjib tas-sigurtà u għas-sodisfaċiment tar-rekwiżiti tal-passiġġieri; iqis li aktar progress irid isir f'dawn l-oqsma;

5.  Hu mħasseb, b'danakollu, dwar id-dewmien fl-implimentazzjoni ta' SES u SESAR, meta jitqiesu l-kostijiet mhux neċessarji li dan id-dewmien jimponi fuq il-linji tal-ajru u fuq il-klijenti tagħhom; isostni lill-Kummissjoni talli ħadet azzjoni punittiva kontra dawk l-Istati Membri li ma rrispettawx l-iskadenza ta' Diċembru 2012 u li naqsu milli jagħmlu progress fir-rigward tal-blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-implimentazzjoni ta' SES u ta' SESAR; josserva li l-iżvilupp ta' SES, ladarba implimentat totalment, se joħloq opportunitajiet sinifikanti ta' impjieg, direttament u indirettament;

7.  Jisħaq fuq il-fatt li dawn il-programmi tal-Unjoni huma importanti mhux biss għas-suq intern imma wkoll għall-politika esterna; iqis li t-tkomplija u l-implimentazzjoni ta' dawn l-istrumenti jgħinu l-konsolidament tal-pożizzjoni tal-industrija tal-Unjoni fis-suq globali kompetittiv;

8.  Jenfasizza l-importanza tar-reviżjoni attwali tar-Regolament dwar tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru u jappoġġa leġiżlazzjoni Ewropea soda u favorevoli ħafna għall-konsumaturi;

9.  Huwa konxju li l-impatt tal-kriżi finanzjarja jvarja bejn ir-reġjuni tad-dinja; iqis li dawn wassal biex il-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni qed iħabbtu wiċċhom mal-isfidi kompetittivi u li l-ftehimiet bilaterali tas-servizzi tal-ajru mhux dejjem l-aktar soluzzjoni xierqa fit-taqbida kontra r-restrizzjonijiet tas-suq jew is-sussidji inġusti;

10.  Iqis li, minħabba l-impossibilità li titfassal politika esterna dwar l-avjazzjoni komprensiva minkejja l-isforzi matul dawn l-aħħar seba' snin, jeħtieġ li jiġi adottat, mill-aktar fis possibbli, approċċ tal-Unjoni aktar koordinat, b'objettivi aktar ambizzjużi, biex jinħolqu l-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta u miftuħa;

11.  Hu tal-fehma li l-konverġenza regolatorja Ewropea hi element ewlieni għal pożizzjoni Ewropea soda fis-suq dinji u għal interazzjonijiet mal-pajjiżi terzi;

Komunikazzjoni tal-2005 u riżoluzzjoni tal-Parlament

12.  Jilqa' favorevolment il-progress li sar fir-rigward tat-tliet pilastri tal-politika tal-2005; il-prinċipju tad-deżinjazzjoni tal-Unjoni llum huwa rikonoxxut f'aktar minn 100 pajjiż terz; kważi 1 000 ftehim tas-servizzi tal-ajru ġew ikkonformati mad-dritt tal-Unjoni, b'hekk ġiet żgurata ċ-ċertezza tad-dritt; jiddispjaċih li s-sħab importanti, bħaċ-Ċina, l-Indja, l-Afrika t'Isfel, għadhom ma aċċettawx dawn il-prinċipji;

13.  Jindika li l-implimentazzjoni tal-politika esterna tal-Unjoni dwar l-avjazzjoni għenet biex jiġi massimizzat il-potenzjal tas-suq uniku, billi aġevolat il-konsolidament tal-industrija tal-avjazzjoni tal-Unjoni f'mument li fih il-globalizzazzjoni tirrikjedi l-preżenza ta' atturi ekonomikament b'saħħithom biex jirreżistu għall-kompetizzjoni barranija;

14.  Jenfasizza li ġie żviluppat Spazju Komuni tal-Avjazzjoni mal-pajjiżi ġirien; iqis li dawn il-ftehimiet ħolqu benefiċċji ekonomiċi importanti; jilqa' favorevolment l-isforzi notevoli li saru biex jiġu allinjati d-diversi oqfsa regolatorji mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f'oqsma bħas-sikurezza, is-sigurtà, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, l-ambjent, id-drittijiet tal-passiġġieri, ir-regolamentazzjoni ekonomika u l-aspetti soċjali;

15.  Jilqa' favorevolment il-ftehim komprensiv fil-qasam tal-avjazzjoni konkluż bejn l-UE u l-Istati Uniti u l-effetti pożittivi tiegħu fuq iż-żewġ ekonomiji, kif ukoll il-kważi 80 000 impjieg ġdid maħluqa fl-ewwel 5 snin;

16.  Iqis li Politica Esterna tal-Unjoni b'saħħitha fil-qasam tal-avjazzjoni, fokalizzata fuq is-swieq emerġenti l-aktar importanti għar-rotot fuq distanza twil, partikolarment fir-reġjun tal-Asja-Paċifiku, taf toffri opportunitajiet ekonomiċi ġodda għall-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni;

17.  Jenfasizza li n-negozjati ma' xi sħab ewlenin, fosthom il-Brażil, għadhom għaddejjin u li l-ftehimiet tas-servizz tal-ajru fuq portata wiesgħa ma' tali pajjiżi jistgħu jipproduċu benefiċċji ekonomiċi notevoli;

18.  Ifakkar li wħud mir-rikjesti ppreżentati fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-2006 għadhom iridu jiġu sodisfatti; jenfasizza, partikolarment, il-bżonn ta' promozzjoni ta' standards adegwati ta' sikurezza u sigurtà f'livell internazzjonali, biex jiġi assigurat trattament indaqs bejn it-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni u ta' pajjiżi terzi u jitrażżnu l-effetti fuq l-ambjent;

19.  Jenfasizza l-importanza ta' strumenti bħall-Kumitat Konġunt intiż li jadotta approċċ komuni għall-problemi speċifiċi dwar is-settur tal-avjazzjoni;

20.  Jilqa' pożittivament il-ksib tal-punti l-oħrajn imqajma fir-riżoluzzjoni tal-2006, bħall-estensjoni tar-responsabilitajiet tal-EASA;

Suq

21.  Jikkonstata żieda notevoli tat-traffiku lejn, minn u fi ħdan ir-reġjun Asja-Paċifiku, li jirrifletti t-tendenza ta' tkabbir ekonomiku tar-reġjun; jinsab inkwetat dwar il-possibilità li, jekk l-ebda miżura ma tittieħed, il-kumpaniji tal-ajru u l-impriżi tal-Unjoni jistgħu jitilfu kemm opportunitajiet kbar minn din in-naħa tad-dinja kif ukoll il-kapaċità li jiġġeneraw profitti;

22.  Josserva wkoll li l-pożizzjoni globali tat-trasportaturi tal-ajru mhux tal-Unjoni ssaħħet permezz ta' sussidji u permezz ta' investimenti pubbliċi importanti fis-settur tal-inġenji tal-ajru u tal-infrastrutturi li saru f'varji partijiet tal-Lvant Nofsani, tal-Lvant Imbiegħed u tal-Amerika t'Isfel;

23.  Jisħaq fuq il-bidliet sinifikanti li saru fis-suq intern tal-Unjoni bis-saħħa taż-żieda tat-trasportaturi tal-ajru low-cost; iqis li, minkejja l-kompetizzjoni, iż-żewġ mudelli kummerċjali jistgħu jsibu l-mod kif jintegraw lil xulxin biex jegħlbu l-isfidi tas-suq estern;

24.  Josserva li l-prezzijiet tal-biljetti tal-ajru estremament baxxi li joffru xi kumpaniji tal-ajru low-cost Ewropej jiġu kkumpensati bi prattiki inġusti fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, bħal pereżempju standards baxxi soċjali u tad-dritt tax-xogħol għall-persunal; josserva wkoll li l-investimenti minimi fl-istandards tas-sikurezza u s-sussidji reġjonali mhux ġustifikati donnu li għandhom rwol f'dan l-iffissar tal-prezzijiet tal-biljetti;

25.  Jindika li fost il-kumpaniji tal-ajru teżist kompetizzjoni qawwija min-naħa tat-trasportaturi low-cost, segment li jirrappreżenta 40 % tas-suq tal-avjazzjoni fl-Unjoni; jenfasizza li jekk Stat Membru rratifika l-Konvenzjonijiet 87 u 98 tal-ILO l-kumpaniji tal-ajru jridu josservaw id-drittijiet fundamentali tal-konvenzjonijiet għal dak li jikkonċerna l-libertà ta' għaqda u r-rikonoxximent tar-rappreżentanti tal-ħaddiema u tal-ftehimiet dwar il-pagi, u li f'dan ir-rigward jeħtieġ li jiġi verifikat ir-rispett u jiġi sanzjonat il-ksur;

26.  Jenfasizza l-importanza ta' hubs ajruportwali, inkluż l-iżvilupp ta' hubs sekondarji, hubs speċjalizzati u multi-hubbing, kif ukoll il-bżonn urġenti ta' investimenti fit-tul kemm mis-settur pubbliku kif anki minn dak privat fl-infrastrutturi ajruportwali bil-għan li tiżdied il-kapaċità, pereżempju permezz tal-bini ta' runways ġodda, u għal aktar użu effiċjenti tal-infrastruttura eżistenti, inklużi l-ajruporti reġjonali, pereżempju fil-Mediterran u mal-fruntieri orjentali tal-Unjoni, bis-saħħa ta' allokazzjoni aħjar tal-islots ajruportwali;

27.  Jinsisti fuq il-fatt li l-kompetittività tat-trasportaturi tal-Unjoni hija limitata fil-livell globali minn fatturi bħan-nuqqas ta' kundizzjonijiet ta' parità kkawżati minn, pereżempju, taxxi nazzjonali differenti, il-konġestjoni tal-ajruporti, il-livell għolji ta' kostijiet ta' ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u tat-tariffi ajruportwali, l-għajnuniet mill-Istat li jirċievu l-kompetituri, il-kost tal-emissjonijiet tal-karbonju, l-applikazzjoni ta' standards soċjali inqas stretti u regoli differenti fil-qasam tal-għajnuniet mill-Istato barra mill-Unjoni;

28.  Iqis li dawn il-fatturi jirrappreżentaw ostakli potenzjali għat-tkabbir u għall-impjiegi.

29.  Jistieden lill-Kummissjoni tmexxi studju dwar id-disparitajiet fl-applikazzjoni ta' drittijiet, dazji, imposti u taxxi bejn l-Istati Membri u l-impatt tagħhom fuq il-prezz tal-biljetti u fuq il-profitti tal-kumpaniji tal-ajru, kif ukoll twettaq studju dwar għajnuna mill-Istat potenzjalment mogħtija mill-kompetituri fil-livell dinji u l-impatt tagħha fuq il-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni;

30.  Jilqa' pożittivament ir-regoli Ewropej il-ġodda dwar is-sigurtà soċjali għall-ħaddiema mobbli;

Azzjonijiet futuri

31.  Huwa tal-fehma li l-politika esterna dwar l-avjazzjoni għandha tirrispetta l-prinċipju tar-reċiproċità, inklużi tal-aċċess għas-swieq, tal-ftuħ u tal-kompetizzjoni ġusta, b'kundizzjonijiet ekwi, u għandha jkollha żewġ objettivi ewlenin: toħloq benefiċċji għall-konsumaturi u l-impriżi u ssostni l-kumpaniji tal-ajru u l-ajruporti tal-Unjoni fl-isforz tagħhom li jissalvagwardaw il-pożizzjoni ta' tmexxija tagħhom fuq skala dinjija;

32.   Jenfasizza, għaldaqstant, li l-ftehimiet fil-qasam tat-trasport bl-ajru mal-pajjiżi ġirien u mas-sħab li jaqsmu l-istess viżjoni jrid ikun fihom qafas ta' regolamentazzjoni għal kompetizzjoni ġusta;

33.  Jappella għall-użu kontinwu ta' proċeduri għan-negozjar ta' ftehimiet komprensivi fis-settur tal-avjazzjoni f'livell tal-Unjoni, ibbażati fuq l-għaqda Ewropea u awtorizzati mill-Kunsill;

34.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi u tiddefendi l-interessi tal-Unjoni fil-qafas tal-ftehimiet u tipproponi u tikkondividi l-istandards, il-valuri u l-aħjar prattiki tal-Unjoni;

35.  Jappella għal aktar kooperazzjoni u koordinament bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fin-negozjar ta' ftehimiet ta' servizzi tal-ajru mas-sħab ewlenin, bil-ħsieb li tiżdied l-influwenza tal-Unjoni u l-possibilitajiet tagħha li tikseb aċċess għal swieq ġodda;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-kundizzjonijiet regolatorji għas-sikurezza, għas-sigurtà, għad-drittijiet tal-passiġġieri, għat-taħriġ u għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal fil-ftehimiet komprensivi;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkonkludi n-negozjati mal-pajjiżi ġirien bħall-Ukraina, il-Libanu, it-Tuneżija, l-Ażerbajġan u l-Alġerija; jindika li l-prossimità ta' dawn il-pajjiżi u s-swieq tagħhom u t-tkabbir ekonomiku li seħħ fi wħud minnhom fi żminijiet reċenti jista' jitqies bħala opportunità ta' tkabbir għall-ajruporti reġjonali u sekondarji fl-Unjoni; hu tal-fehma li, minħabba l-ammont kbir ta' kapaċità fl-ajruporti reġjonali, tali ajruporti jistgħu jiżvolġu rwol fit-tnaqqis tal-konġestjoni fil-hubs ewlenin tal-Ewropa, u b'hekk jagħmluhom aktar kompetittivi fil-livell dinji;

38.  Jistieden lill-Kunsill jagħti lill-Kummissjoni, abbażi ta' każ b'każ, mandati għan-negozjar ma' pajjiżi oħra tal-viċinat bħat-Turkija, l-Armenja u l-Libja;

39.  Iqis li l-Unjoni għandha tadotta approċċ każ b'każ għar-relazzjonijiet tagħha mas-sħab ewlenin u jistieden lill-Kummissjoni tlesti, mill-aktar fis possibbli, n-negozjati għal ftehimiet tal-ajru komprensivi, inkluż mal-Awstralja u mal-Brażil, u lill-Kunsill jagħti mandat lill-Kummissjoni biex tinnegozja tali ftehimiet mal-ekonomiji li qegħdin jikbru malajr, bħaċ-Ċina, l-Indja u l-ASEAN u l-pajjiżi tal-Golf;

40.  Hu tal-fehma li ftehim ġejjieni possibli fil-qasam tal-kummerċ u tal-investimenti bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti jolqot ukoll lis-settur tal-avjazzjoni; jikkunsidra, għaldaqstant, li l-Kummissjoni għandha tforni biżżejjed tagħrif biex in-negozjati li se jsiru dalwaqt jiġu monitorjati mill-qrib mill-Parlament;

41.  Jissottolinja li jeħtieġ li jintlaħqu totalment l-objettivi definiti fil-ftehimiet dwar it-trasport bl-ajru mas-sħab ewlenin, partikolarment l-Istati Uniti u l-Kanada, inkluża t-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq il-proprjetà min-naħa ta' barranin u fuq il-kontroll tal-kumpaniji tal-ajru; jappella li jiġu adottati miżuri biex jingħeleb l-iżbilanċ attwali bejn il-kapaċità tal-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni li jagħmlu kabotaġġ fis-suq tal-Istati Uniti u l-kapaċità tal-kumpaniji tal-Istati Uniti li jagħmlu l-istess fl-Ewropa; jindika li l-investimenti internazzjonali inkroċjati jikkontribwixxu biex jagħtu spinta lid-dinamiżmu ekonomiku tas-settur tal-avjazzjoni u jħeġġeġ lill-Kummissjoni trawwem qafas ġuridiku internazzjonali favorevoli għall-estensjoni u għas-sostenn ta' tali investimenti, kif ukoll li jservi biex jippromwovi politika attiva mmirata lejn id-definizzjoni ta' standards u prattiki tajba għall-investimenti internazzjonali;

42.  Huwa tal-fehma li l-ftehimiet bilaterali jistgħu joffru kontribut importanti għall-iżvilupp ta' politika esterna dwar l-avjazzjoni, iżda jenfasizza, fl-istess waqt, l-importanza ta' approċċ tal-Unjoni komuni;

43.  Jenfasizza l-importanza ta' kompetizzjoni ġusta u miftuħa fl-attivitajiet kollha konnessi mas-servizzi tal-ajru; jitlob l-inklużjoni ta' klawsoli ta' “kompetizzjoni ġusta” standard fil-ftehimiet bilaterali tas-servizzi tal-ajru;

44.  Jistieden lill-Kummissjoni tiddefinixxi, u lill-Istati Membri japplikaw, ġabra minima ta' rekwiżiti ġuridiċi standard tal-Unjoni, b'mod partikolari rigward il-kooperazzjoni regolatorja, l-istandards tax-xogħol u ambjentali u d-drittijiet tal-passiġġieri, biex ikunu inklużi fil-ftehimiet bilaterali, b'għan ċar ta' ħolqien tal-opportunitajiet u ta' tneħħija tal-ostakoli għall-kumpaniji tal-ajru tal-UE;

45.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi reviżjoni urġenti jew is-sostituzzjoni tar-Regolament (KE) Nru 868/2004 li jikkonċerna l-protezzjoni kontra l-issussidjar u l-atti mhux ġusti tal-prezzijiet li jikkawżaw preġudizzju lit-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità(6);

46.  Jappoġġa l-proposti tal-Kummissjoni intiżi li jissalvagwardaw il-kompetizzjoni ħielsa u ġusta fir-relazzjonijiet u fil-ftehimiet mal-pajjiżi terzi u jiżviluppaw strumenti ġodda ta' difiża kummerċjali aktar idonei u effikaċi biex jindirizzaw il-prattiki inġusti bħad-diskriminazzjoni, l-applikazzjoni inkonsistenti tal-qafas regolatorju u n-nuqqas ta' trasparenza fir-rappurtar finanzjarju min-naħa ta' kumpaniji, li jista' jwassal għal tgħawwiġ fis-suq;

47.  Jistieden lill-Kummissjoni tipparteċipa fi djalogu mal-pajjiżi tal-Golf bl-għan li ttejjeb it-trasparenza u tissalvagwarda l-kompetizzjoni ġusta;

48.  Josserva li l-Federazzjoni Russa tirrifjuta li tirrispetta l-ftehim dwar it-tneħħija gradwali tal-imposti fuq it-titjir fuq is-Siberja, ftehim milħuq fil-qafas tal-adeżjoni tal-Federazzjoni Russa mad-WTO fl-2011; iqis li, billi t-trasportaturi tal-Unjoni jinsabu f'kundizzjonijiet diskriminatorji fit-tul minħabba dawn l-imposti illegali ta' transitu, l-Unjoni jmissha tkun kapaċi tieħu miżuri reċiproċi, billi tiċħad jew tillimita t-transitu fuq it-territorju tagħha jew, fuq livell aktar ġenerali, billi tieħu kull miżura marbuta mal-użu tal-ispazju tal-ajru tal-Unjoni għat-trasportaturi tal-ajru tal-Federazzjoni Russa, bil-għan li tinċentiva lill-Federazzjoni Russa tneħħi l-imposti msemmija hawn fuq, li huma illegali billi jiksru l-ftehimiet internazzjonali (il-Konvenzjoni ta' Chicago); jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jeżaminaw miżuri possibbli biex jiżguraw reċiproċità fir-rigward tal-użu tal-ispazju tal-ajru bejn il-Federazzjoni Russa u l-Unjoni;

49.  Jenfasizza li politika ambizzjuża dwar il-ħarsien tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru tal-Unjoni tista' tagħti lill-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni vantaġġ ta' kwalità fuq il-kompetizzjoni globali; jistieden lill-Kummissjoni tieħu aktar azzjoni intiża li tippromwovi l-istandards għolja tal-Unjoni fil-qasam tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru u timmonitorja t-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tagħhom;

50.  Jistieden lill-Kummissjoni telabora, mill-aktar fis possibbli, qafas regolatorju ġdid għall-implimentazzjoni ta' SES, fuq il-bażi ta' approċċ minn fuq għal isfel, inkluż mekkaniżmu ta' kooperazzjoni aqwa bejn il-fornituri ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru Ewropej, u toħloq il-kundizzjonijiet neċessarji biex tibda l-użu ta' SESAR;

51.  Jistieden lill-Kunsill jadotta finalment pożizzjoni dwar il-pożizzjoni tal-Parlament tal-5 ta' Mejju 2010 dwar l-imposti tas-sigurtà tal-avjazzjoni(7), li minkejja l-Parlament adottaha b'maġġoranza enormi ta' 96 %, għadha mblokkata mill-Kunsill;

52.  Iqis li l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) tiżvolġi rwol importanti fl-iżvilupp ta' oqfsa regolatorji għas-settur tal-avjazzjoni globali, pereżempju fil-liberalizzazzjoni tal-proprjetà u tal-kontroll tal-kumpaniji tal-ajru u fil-garanzija tal-interoperabilità fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru; jinkoraġġixxi lill-ICAO tkompli tiżviluppa miżuri globali, orjentati lejn is-suq biex tnaqqas it-tniġġis akustiku mill-ajruporti u tillimita l-emissjonijiet ta' gass serra kollha rilevanti; iqis li huwa essenzjali li jintlaħaq mill-iktar fis possibbli qbil fi ħdan l-ICAO dwar approċċ globali;

53.  Jappella li l-Kummissjoni tiġi fdata b'mandati ta' negozjar bil-għan li tiċċara u ssaħħaħ r-rappreżentanza tal-Unjoni fi ħdan l-ICAO;

o
o   o

54.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 380 E, 11.12.2012, p. 5.
(2) ĠU C 70 E, 8.3.2012, p. 98.
(3) ĠU C 236 E, 12.8.2011, p. 121.
(4) ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 506.
(5) ĠU C 287 E, 24.11.2006, p. 84.
(6) ĠU L 162, 30.4.2004, p. 1-7
(7) ĠU C 81 E, 15.03.2011, p.164.


L-Aġenziji ta' Kreditu għall-esportazzjoni tal-Istati Membri
PDF 309kWORD 26k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Lulju 2013 dwar l-ewwel rapport annwali mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet tal-Aġenziji ta' Kreditu għall-Esportazzjoni tal-Istati Membri (2012/2320(INI))
P7_TA(2013)0291A7-0193/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1233/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar l-applikazzjoni ta' ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta' esportazzjoni uffiċjalment appoġġati u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/76/KE u 2001/77/KE(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni tal-14 ta' Marzu 2013 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1233/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta' esportazzjoni uffiċjalment appoġġati (C(2013)1378),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2012 dwar il-finanzjament tal-kummerċ u tal-investimenti tal-SMEs tal-UE: aċċess iffaċilitat għall-kreditu b'appoġġ għall-internazzjonalizzazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Settembru 2011 dwar Politika Kummerċjali Ġdida għall-Ewropa fl-ambitu tal-Istrateġija EWROPA 2020(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' April 2011 dwar il-politika Ewropea futura ta' investiment internazzjonali(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar il-politika dwar il-kummerċ internazzjonali fil-kuntest tal-imperattivi marbuta mat-tibdil fil-klima(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fil-ftehimiet ta' kummerċ internazzjonali(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar ir-responsabilità soċjali tal-kumpaniji fil-ftehimiet kummerċjali internazzjonali(7),

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (2010/C 83/02),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea u mir-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta' Sigurtà tat-12 ta' Diċembru 2011 (COM(2011)0886),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-19 ta' Ottubru 2010 intitolata 'Strateġija għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta' (COM(2010)0573),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew tas-26 ta' Ġunju 2012 intitolata 'Qafas Strateġiku u Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija' (11855/2012),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' tgħarrif tad-Dipartiment Tematiku tiegħu dwar il-parametri ta' riferiment fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem għall-politika esterna tal-UE (EXPO/B/DROI/2011/15),

–  wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida tan-NU fir-rigward tal-Intrapriżi u d-Drittijiet tal-Bniedem tas-16 ta' Ġunju 2011 (HR/PUB/11/04, Nazzjonijiet Uniti 2011),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta' April 2013 għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċertu kumpaniji u gruppi kbar (COM(2013)0207),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0193/2013),

A.  billi l-programmi ta' kreditu għall-esportazzjoni tal-Istati Membri jikkostitwixxu strument importanti għat-tisħiħ tal-opportunitajiet kummerċjali u ta' negozju għall-kumpaniji Ewropej;

B.  billi r-Regolament (UE) Nru 1233/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar 'L-applikazzjoni ta' ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta' esportazzjoni uffiċjalment appoġġati' jispeċifika r-rekwiżiti għar-rapportar annwali għall-Istati Membri fil-konfront tal-Kummissjoni u, fl-istess ħin, jipprevedi setgħat ta' delega għall-Kummissjoni, biex b'hekk tinkiseb l-iktar traspożizzjoni rapida possibbli tat-tibdiliet fl-Arranġamenti rispettivi tal-OECD fid-dritt tal-UE;

C.  billi, skont l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), “il-politika kummerċjali komuni għandha titwettaq fil-kuntest tal-prinċipji u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni”;

D.  billi l-prinċipji li jiggwidaw kif l-Unjoni għandha torganizza r-relazzjonijiet tagħha mal-kumplament tad-dinja, u l-prinċipji gwida tal-azzjoni tal-Unjoni fuq ix-xena internazzjonali jinsabu fl-Artikoli 3 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), li huwa ftehim vinkolanti bejn l-Istati Membri;

E.  billi l-Komunikazzjoni ta' Diċembru 2011 mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta' Sigurtà tiddikjara li “l-intrapriżi Ewropej għandhom ikunu inkoraġġati sabiex jieħdu taħt idejhom id-diliġenza dovuta suffiċjenti biex jiġi żgurat li l-operazzjonijiet tagħhom jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem, kull fejn jiġu mwettqa”;

F.  billi l-'Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija' tal-Kunsill Ewropew jiddikjara li “l-UE ser tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem fl-oqsma kollha tal-azzjoni esterna tagħha mingħajr eċċezzjoni”;

G.  billi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE hi ġuridikament vinkolanti fuq l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri tal-UE għajr dawk l-Istati Membri li għandhom il-possibilità ta' esklużjoni fakultattiva meta jimplimentaw id-dritt tal-UE, u billi l-Istrateġija tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni effikaċi tal-Karta tirrikonoxxi b'mod espliċitu l-fatt li l-Karta tapplika għall-azzjoni esterna tal-UE;

H.  billi l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha laqgħu pożittivament il-Prinċipji Gwida tan-NU fir-rigward tal-Intrapriżi u d-Drittijiet tal-Bniedem, li l-Prinċipju 4 tagħhom, dwar ir-relazzjonijiet bejn l-istat u l-intrapriżi, jirreferi b'mod espliċitu għall-aġenziji ta' kreditu għall-esportazzjoni;

I.  billi l-appoġġ għall-kreditu għall-esportazzjoni ħafna drabi jingħata għal proġetti kbar li jkunu qed jesperjenzaw diffikultajiet ta' aċċess għall-kreditu kummerċjali b'riżultat ta' riskji kummerċjali, politiċi, ekonomiċi jew ambjentali kbar, li l-Aġenziji ta' Kreditu għall-Esportazzjoni jkunu konsegwentement jeħtieġu jivvalutaw u jipprezzaw;

J.  billi nhar l-14 ta' Marzu 2013, il-Kummissjoni pproponiet Regolament ta' Delega li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1233/2011;

1.  Jilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni biex tistabbilixxi qafas għar-rapportar annwali mill-Istati Membri dwar l-attivitajiet ta' kreditu għall-esportazzjoni tagħhom bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 1233/2011, bil-għan li tissaħħaħ it-trasparenza fil-livell tal-UE; jisħaq fuq il-fatt li l-objettiv fundamentali ta' dan ir-rapportar hu l-monitoraġġ tal-konformità tal-Aġenziji ta' Kreditu għall-Esportazzjoni tal-Istati Membri mar-regoli internazzjonali applikabbli għall-kreditu għall-esportazzjoni u mal-obbligi taħt it-Trattati tal-UE;

2.  Jirrikonoxxi li, fl-14 ta' Diċembru 2012, irċieva informalment l-ewwel rapport annwali mill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tal-Aġenziji ta' Kreditu għall-Esportazzjoni tal-Istati Membri, li jivvaluta t-tweġibiet ta' 20 mis-27 Stat Membru li għandhom programmi attivi ta' kreditu għall-esportazzjoni, kif ukoll li rċieva ir-rapporti ta' dawn l-Istati Membri fil-forma ta' annessi; minn dakinhar il-Kummissjoni approvat ir-rilaxx ta' dawn id-dokumenti għall-pubbliku b'mod li l-għan tar-Regolament bażiku għaż-żieda fit-trasparenza jiġi sodisfatt;

3.  Ifaħħar il-fatt li r-rapport tal-Kummissjoni jindika b'mod ċar l-iskala u l-importanza tal-attivitajiet ta' kreditu għall-esportazzjoni tal-Istati Membri matul l-2011, li jammontaw għal skopertura totali ta' aktar minn EUR 250 biljun – inklużi 260 tranżazzjoni fejn ġew rapportati implikazzjonijiet ambjentali importanti – u li jfissru opportunitajiet kummerċjali u ta' negozju sinifikanti għall-kumpaniji Ewropej;

4.  Jirrikonoxxi l-fatt li, fir-Rapporti Annwali ta’ Attività tagħhom, l-Istati Membri għamlu disponibbli għall-Kummissjoni l-informazzjoni finanzjarja u operattiva rigward il-kreditu għall-esportazzjoni mitluba fl-ewwel paragrafu tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1233/2011;

5.  Jissottolinja, fil-kuntest tal-iskala tal-attivitajiet ta' kreditu għall-esportazzjoni tal-Istati Membri, l-importanza tal-Premessa 4 tar-Regolament (UE) Nru 1233/2011, li tirrikjedi konformità mad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Unjoni rigward l-azzjoni esterna, bħall-konsolidament tad-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; ifakkar, f'dan ir-rigward, l-importanza tar-rekwiżiti ta' rapportar speċifiċi fformulati fl-Anness I tar-Regolament biex ikun żgurat li l-Kummissjoni u l-Parlament ikunu jistgħu jwettqu valutazzjoni ta' din il-konformità;

6.  Jenfasizza li r-rapporti annwali tal-Istati Membri, u l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni ta' dawn ir-rapporti, s'issa ma jissodisfawx l-intenzjoni tal-Parlament li jkun kapaċi jagħmel valutazzjoni dwar jekk l-attivitajiet ta' kreditu għall-esportazzjoni tal-Istati Membri humiex konformi mal-għanijiet tal-politika barranija tal-Unjoni, kif huma stabbiliti fl-Artikoli 3 u 21 TUE, u t-trattament tar-riskji ambjentali fil-kalkolu tal-primjums tal-ECAs;

7.  Jilqa' l-fatt li ġeneralment hu ċar li l-Istati Membri huma lesti – kif stqarret il-Kummissjoni fir-rapport annwali attwali – japplikaw politiki għall-programmi tagħhom rigward il-kreditu għall-esportazzjoni li l-objettivi tagħhom ikunu konformi mat-tifsira ġenerali tal-Artikoli 3 u 21; ifaħħar l-isforzi ta' xi Stati Membri, inklużi l-Ġermanja, l-Italja, il-Belġju u l-Pajjiżi l-Baxxi, biex jipprovdu rapportar aktar sinifikanti rigward il-konformità ma' wħud mill-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-Unjoni;

8.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-Kummissjoni għandha bżonn tkun tista' tivvaluta jekk l-attivitajiet ta' kreditu għall-esportazzjoni tal-Istati Membri humiex konformi mal-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, u jirrakkomanda, għaldaqstant, li l-kontroll ta' konformità għandu jirrigwarda jekk l-Aġenziji ta' Kreditu għall-Esportazzjoni uffiċjalment appoġġati implimentawx politiki li huma effikaċi biex jiżguraw li l-attivitajiet tagħhom ikunu konformi mal-objettivi tal-politika barranija tal-Unjoni;

L-istabbiliment ta' parametri ta' riferiment għall-konformità tal-Aġenziji ta' Kreditu għall-Esportazzjoni mal-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-Unjoni

9.  Jikkondividi l-osservazzjoni tal-Kummissjoni fir-rapport annwali li huwa diffiċli li jiġi definit parametru ta' riferiment preċiż biex titkejjel il-konformità fid-dritt tal-UE; itenni li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 21 jibqgħu l-parametru ta' riferiment fundamentali li fil-konfront tiegħu għandhom jiġu evalwati l-politiki applikati għat-tranżazzjonijiet fil-qasam tal-kreditu għall-esportazzjoni;

10.  Jisħaq fuq il-fatt li l-Unjoni se tkun biss attur globali affidabbli u b'saħħtu jekk l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet Ewropej isegwu politika esterna konsistenti;

11.  Jirrakkomanda li l-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar il-Kreditu għall-Esportazzjoni u l-Kummissjoni jikkonsultaw mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) rigward l-iżvilupp ta' metodoloġija għal rapportar sinifikanti dwar il-konformità mal-Artikolu 21, u rigward l-applikazzjoni fl-UE ta' ċerti linji gwida tal-OECD fil-qasam tal-kreditu għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġat qabel ma jkun imissu jiġi ppreżentat ir-rapport annwali li jmiss; jinsisti biex il-konsultazzjoni pubblika tkun parti minn dan il-proċess;

12.  Jikkunsidra li hu ta' importanza primarja li l-Istati Membri jiġu mistiedna jimmonitorjaw u jirrapportaw dwar l-eżistenza, l-eżitu u l-effikaċja tal-proċeduri ta' diliġenza dovuta fl-iskrinjar tal-proġetti bl-appoġġ uffiċjali ta' kreditu għall-esportazzjoni fir-rigward tal-impatt potenzjali tagħhom fuq id-drittijiet tal-bniedem;

13.  Huwa konxju tal-fatt li l-Aġenziji ta' Kreditu għall-Esportazzjoni jiddependu fuq l-informazzjoni pprovduta mis-sħab tal-proġetti tagħhom; huwa konvint li kieku kellu jkun rikjest approċċ strutturat għall-proċeduri ta' diliġenza dovuta mill-Aġenziji ta' Kreditu għall-Esportazzjoni biex ikunu eliġibbli biex jirċievu finanzjament għall-proġett, is-sħab tal-proġett ikunu lesti li jwettquhom huma stess, biex b'hekk jittaffew l-ispejjeż amministrattivi addizzjonali għall-Aġenziji ta' Kreditu għall-Esportazzjoni;

14.  Jikkunsidra l-progress fir-rapportar dwar il-konformità fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem mill-Aġenziji ta' Kreditu għall-Esportazzjoni bħala prekursur għal rapportar aħjar dwar l-għanijiet l-oħra tal-azzjoni esterna Ewropea miġburin fl-Artikolu 21, bħall-qerda tal-faqar, u dwar it-trattament tar-riskji ambjentali;

Rapportar dwar it-trattament tar-riskji ambjentali fil-kalkolu tal-primjums tal-Aġenziji ta' Kreditu għall-Esportazzjoni

15.  Jissuġġerixxi lill-Aġenziji ta' Kreditu għall-Esportazzjoni tal-Istati Membri jkomplu jirrapportaw rigward l-evalwazzjoni tagħhom tar-riskji ambjentali, u jikkunsidra li r-rappurtar ta' dan it-tip mill-Aġenziji ta' Kreditu għall-Esportazzjoni kollha, dawk li huma membri tal-OECD u dawk li mhumiex, hu essenzjali biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti;

Rapportar dwar l-obbligazzjonijiet kontinġenti

16.  Jinnota li l-Aġenziji ta' Kreditu għall-Esportazzjoni tal-Istati Membri attwalment jirrapportaw dwar l-iskopertura għal obbligazzjonijiet kontinġenti b'modi differenti; jitlob lill-Kummissjoni tipprevedi definizzjoni komuni li tirrifletti x-xewqa tal-Parlament li jiġi infurmat dwar skoperturi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ;

Gwida u evalwazzjoni mill-Kummissjoni

17.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi gwida lill-Istati Membri għall-perjodu ta' rapportar li jmiss, fost affarijiet oħra dwar kif għandhom jirrapportaw dwar l-eżistenza u l-effikaċja tal-proċeduri ta' diliġenza dovuta fir-rigward tal-politiki tagħhom fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, u dwar kif għandhom jirapportaw dwar it-trattament tar-riskji ambjentali;

18.  Jistenna li r-Rapport Annwali li jmiss tal-Kummissjoni jkun jinkludi dikjarazzjoni dwar jekk setgħatx tevalwa l-konformità tal-Istati Membri mal-objettivi u l-obbligi tal-Unjoni u, jekk it-tweġiba tkun negattiva, ir-rakkomandazzjonijiet dwar kif jista' jittejjeb ir-rapportar għal dan il-fini;

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-komunikazzjoni mal-pajjiżi li mhumiex membri tal-OECD

19.  Ifaħħar l-isforzi li għamlet, fl-2012, il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Uniti tal-Amerika, biex tinvolvi liċ-Ċina, il-Brażil, ir-Russja u l-ekonomiji emerġenti l-kbar l-oħrajn fit-twaqqif tal-Grupp ta' Ħidma Internazzjonali tal-Fornituri Ewlenin tal-Finanzjament għall-Esportazzjoni;

20.  Jissuġġerixxi li tiġi esplorata r-rilevanza ta' approċċ settorjali fl-iżvilupp tal-Grupp ta' Ħidma Internazzjonali b'mod li tinbena l-bażi għal dispożizzjonijiet orizzontali f'fażi ulterjuri li tkun tiżgura l-adozzjoni komuni ta' standards effikaċi u stretti, u ta' regoli internazzjonali ġodda dwar l-Aġenziji ta' Kreditu għall-Esportazzjoni, mill-pajjiżi kollha li huma membri tal-OECD u li mhumiex, bil-ħsieb li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni;

o
o   o

21.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lis-Segretarjat tal-OECD.

(1) ĠU L 326, 8.12.2011, p. 45.
(2) Testi adottati, P7_TA(2012)0469.
(3) ĠU C 56 E, 26.2.2013, p. 87.
(4) ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 34.
(5) ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 94.
(6) ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 31.
(7) ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 101.


Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Marine Le Pen
PDF 203kWORD 21k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Lulju 2013 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Marine Le Pen (2012/2325(IMM))
P7_TA(2013)0292A7-0236/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Marine Le Pen, imressqa fis-26 ta’ Novembru 2012 mill-Ministru tal-Ġustizzja tar-Repubblika ta’ Franza b'rabta mat-talba magħmula fis-7 ta’ Novembru 2012 mill-Kap Prosekutur tal-Qorti tal-Appell ta’ Lyon, u mħabbra fis-seduta plenarja fl-10 ta’ Diċembru 2012,

–  wara li sema' lil Bruno Gollnisch, Membru tal-Parlament Ewropew, f’isem Marine Le Pen, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986, tal-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, tad-19 ta' Marzu 2010, tas-6 ta’ Settembru 2011 u tas-17 ta’ Jannar 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Franċiża,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 6(2) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0236/2013),

A.  billi l-Kap Prosekutur tal-Qorti tal-Appell ta’ Lyon talab it-tneħħija tal-immunità parlamentari ta’ Membru tal-Parlament Ewropew, Marine Le Pen, b’rabta ma’ proċediment legali dwar reat allegat;

B.  billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jgħid li l-Membri jgawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-Parlament ta' dak il-pajjiż;

C.  billi l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Franċiża jipprevedi li l-Membri tal-Parlament Franċiż m’għandhomx ikunu soġġetti għal proċedimenti legali minħabba opinjonijiet espressi minnhom jew voti mitfugħa minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom;

D.  billi Marine Le Pen qed tiġi akkużata li xewxet biex toħloq mibegħda, diskriminazzjoni jew vjolenza kontra grupp ta’ persuni abbażi tal-affiljazzjoni reliġjuża tagħhom, reat previst fid-Dritt ta’ Franza, fl-Artikolu 24 (8), l-Artikolu 23(1) u fl-Artikolu 42 tal-Att tad-29 ta’ Lulju 1881 u l-Artikolu 93-3 tal-Att 82-652 tad-29 ta’ Lulju 1982, li l-penalitajiet għalih huma stabbiliti fl-Artikolu 24, paragrafi 8, 10, 11 u 12 tal-Att tad-29 ta’ Lulju 1881 u l-Artikolu 131-26(2) u (3) tal-Kodiċi Kriminali;

E.  billi l-azzjoni allegata m’għandhiex rabta diretta jew konnessjoni ovvja mat-twettiq tad-dmirijiet ta’ Marine Le Pen bħala Membru tal-Parlament Ewropew u ma tikkostitwixxix opinjoni espressa minnha jew vot mitfugħ minnha fit-twettiq ta’ dmirijietha bħala Membru tal-Parlament Ewropew għall-finijiet tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

F.  billi l-akkuża mhi bl-ebda mod marbuta mal-pożizzjoni ta’ Marine Le Pen bħala Membru tal-Parlament Ewropew;

G.  billi ma teżisti l-ebda raġuni biex tiġi suspettata l-eżistenza ta’ fumus persecutionis;

1.  Iddeċieda li jneħħi l-immunità parlamentari ta' Marine Le Pen;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-Ministru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Franċiża u lil Marine Le Pen.

(1) Sentenza tat-12 ta' Mejju 1964 fil-Kawża 101/63, Wagner vs Fohrmann u Krier (Ġabra tal-Ġurisprudenza 1964, p 195.); Sentenza tal-10 ta' Lulju 1986 fil-Kawża 149/85, Wybot v Faure u oħrajn (Ġabra tal-Ġurisprudenza 1986, p 2403.); Sentenza tal-15 ta' Ottubru 2008 fil-Kawża T-345/05, Mote vs Il-Parlament (Ġabra tal-Ġurisprudenza 2008, p II-2849.); Sentenza tal-21 ta' Ottubru 2008 fil-Kawżi magħquda C-200/07 u C-201/07, Marra vs De Gregorio u Clemente (Ġabra tal-Ġurisprudenza 2008, p I-7929.); Sentenza tad-19 ta' Marzu 2010 fil-Kawża T-42/06, Gollnisch vs Il-Parlament (Ġabra tal-Ġurisprudenza 2010, p II-1135.); Sentenza tas-6 ta' Settembru 2011 fil-Kawża C-163/10, Patriciello (Ġabra tal-Ġurisprudenza 2011, p I-7565.); u s-Sentenza tas-17 ta' Settembru 2013 fil-Kawżi Konġunti T-346/11 u T-347/11, Gollnisch vs Il-Parlament (għadha mhux ippubblikata fil-Ġabra).


L-Istatut għal Fondazzjoni Ewropea
PDF 481kWORD 45k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Lulju 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-Istatut għal Fondazzjoni Ewropea (FE) (COM(2012)00352012/0022(APP))
P7_TA(2013)0293A7-0223/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kunsill (COM(2012)0035),

–  wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni Ewropea li takkumpanja l-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-Istatut għal Fondazzjoni Ewropea (FE),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2011 dwar l-istabbiliment ta' statuti Ewropej għas-soċjetajiet mutwi, l-assoċjazzjonijiet u l-fondazzjonijiet(1),

–  wara li kkunsidra l-istudju ta' fattibbiltà mwettaq mill-Istitut Max Planck għad-Dritt Privat Komparat u Internazzjonali u mill-Università ta' Heidelberg dwar l-introduzzjoni ta' Statut għal Fondazzjoni Ewropea (2008),

–  wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għall-Kawżi C-386/04, Centro di Musicologia Walter Stauffer vs Finanzamt München für Körperschaften(2), C-318/07, Hein Persche vs Finanzamt Lüdenscheid(3) u C-25/10, Missionswerk Werner Heukelbach eV vs l-Istat Belġjan(4),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (Ċittadinanza Ewropea)(5),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tas-18 ta' Settembru 2012(6),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-29 ta' Novembru 2012(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport interim tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7-0223/2013),

A.  billi fl-Unjoni Ewropea jeżistu madwar 110 000 fondazzjoni ta' benefiċċju pubbliku, li b'kollox għandhom patrimonju stmat ta' madwar EUR 350 biljun f'paragun ma' spejjeż totali li jilħqu madwar EUR 83 biljun, u li jimpjegaw bejn 750 000 u miljun persuna Ewropea;

  B billi, madankollu, proporzjon tal-persunal tal-fondazzjonijiet huma volontiera li ma jitħallsux għal ħinhom,

C.  billi l-preżenza u l-attivitajietw fl-Unjoni ta’ fondazzjonijiet li jaħdmu għall-ġid pubbliku huma kruċjali partikolarment fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, ir-riċerka, l-għoti ta’ servizzi soċjali u tas-saħħa, tal-memorja storika, kif ukoll l-arti u l-kultura, u billi l-impatt ta’ bosta mill-proġetti tagħhom imur lil hinn mill-fruntieri nazzjonali;

D.  billi fl-Unjoni jeżistu 'l fuq minn 50 liġi differenti tad-dritt ċivili u tat-taxxa għall-fondazzjonijiet u diversi proċessi amministrattivi kumplessi, li skont l-istimi jiġġeneraw spejjeż annwali ta' konsulenza li jilħqu l-EUR 100 miljun, flus li għalhekk ma jistgħux jintużaw iktar għal finijiet ta' benefiċċju pubbliku;

E.  billi ostakli ġuridiċi, tat-taxxa u ammninistrattivi, li jagħtu lok għal proċeduri twal u kkumplikati, kif ukoll in-nuqqas ta' strumenti ġuridiċi adegwati, iwasslu biex il-fondazzjonijiet jirrifjutaw jew isibuha bi tqila li jibdew jew jiżviluppaw attivitajiet fi Stat Membru ieħor;

F.  billi, fi żmien ta’ baġits nazzjonali ristretti, partikolarment għal attivitajiet kulturali u artistiċi, edukattivi u sportivi, l-impenn finanzjarju u soċjali tal-fondazzjonijiet huwa fundamentali, dment li l-fondazzjonijiet jistgħu biss jappoġġaw l-azzjonijiet statali ta' interess pubbliku u mhux joħdulhom posthom;

G.  billi, f'dak li għandu x'jaqsam mat-tassazzjoni, mhix qed tiġi proposta l-armonizzazzjoni tad-dritt tat-taxxa iżda l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni, skont liema l-Fondazzjonijiet Ewropej u d-donaturi tagħhom awtomatikament u bi prinċipju l-huma soġġetti għall-istess dispożizzjonijiet u vantaġġi fiskali applikabbli għal entitajiet nazzjonali ta' benefiċċju pubbliku;

H.  billi l-adozzjoni ta' Statut komuni għal Fondazzjoni Ewropea tista' taġevola speċjalment l-allokazzjoni u t-trasferiment tar-riżorsi, l-għarfien u d-donazzjonijiet u tiffavorixxi l-attivitajiet trans-Ewropej;

I.  billi l-Parlament Ewropew jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni bħala pass kbir 'il quddiem bl-għan li jkun aktar faċli għall-fondazzjonijiet li jappoġġaw l-iskopijiet ta’ benefiċċju pubbliku fl-UE kollha;

J.  billi l-istatut propost huwa forma legali Ewropea mhux obbligatorja li se jkun disponibbli għall-fondazzjonijiet u għal dawk li jiffinanzjaw b'attivitajiet f'aktar minn Stat Membru wieħed, iżda mhux se jissostitwixxi u lanqas jarmonizza l-liġijiet eżistenti dwar il-fondazzjonijiet;

K.  billi fi żminijiet ta' diffikultà ekonomika huwa dejjem aktar importanti li l-fondazzjonijiet ikollhom l-għodda xierqa li tippermettilhom jilħqu skopijiet ta' benefiċċju pubbliku fil-livell Ewropew u jiġbru flimkien ir-riżorsi, filwaqt li jnaqqsu l-ispejjeż u l-inċertezzi legali;

L.  billi huwa importanti ħafna li l-Fondazzjonijiet Ewropej (FEs) joperaw fuq bażi sostenibbli u fit-tul u li jkunu verament attivi tal-anqas f'żewġ Stati Membri, peress li jekk ma jkunx hekk l-istatus speċifiku tagħhom ma jkunx iġġustifikat;

M.  billi ċerti termini u definizzjonijiet fil-proposta tal-Kummissjoni jirrikjedu kjarifika;

N.  billi xi żidiet u adattamenti għall-proposta tal-Kummissjoni jidhru neċessarji sabiex tissaħħaħ l-affidabbiltà u l-kredibbiltà ta' FE, pereżempju fir-rigward tal-konformità mar-regoli legali u etiċi, l-esklussività tal-iskop ta' benefiċċju pubbliku, il-komponent transfruntier, l-assi minimi u l-bżonn li, fil-prinċipju, dawn jinżammu matul l-eżistenza tal-FE, regola dwar il-pagament f'waqtu, it-terminu minimu, u l-pagament ta' remunerazzjoni lil Membri tal-bord governattiv jew korpi tal-FE;

O.  billi l-protezzjoni tal-kredituri u l-protezzjoni tal-impjegati huma kruċjali u hemm bżonn li jinżammu matul l-eżistenza ta' FE;

P.  billi, fir-rigward tar-rappreżentanza tal-impjegati, ir-referenza għad-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-impjegati (Tfassil mill-ġdid)(8) għandha tissaħħaħ sabiex ikun iċċarat li r-regoli proċedurali skont id-Direttiva japplikaw, billi, barra minn hekk, għandu jkun hemm sanzjonijiet eħrex għal każijiet ta' ksur, pereżempju billi r-reġistrazzjoni ta' FE tkun soġġetta għat-twettiq tar-rekwiżiti skont id-Direttiva 2009/38/KE, b'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 tat-22 ta' Lulju 2003 dwar l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE)(9); billi, lil hinn minn dan, id-dispożizzjonijiet rigward l-involviment tal-impjegati fil-korpi ta' FE huma neċessarji, skont id-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE tat-8 ta' Ottubru 2001 li tissupplimenta l-Istatut għal kumpanija Ewropea fir-rigward tal-involviment tal-impjegati(10), sabiex il-forma ta' FE ma tkunx tista' tintuża ħażin bl-għan li l-impjegati jiġu mċaħħda mid-drittijiet għall-involviment tal-impjegati jew li jinżammu milli jgawdu tali drittijiet;

Q.  billi d-dispożizzjoni rigward ir-rappreżentanza tal-voluntiera fil-FE għandha tiġi milqugħa, peress li 2.5 miljun voluntier huma attivi fis-settur;

R.  billi ż-żieda fir-rappreżentanza u l-kontribuzzjoni ta’ valur tal-voluntiera fix-xogħol tal-fondazzjonijiet jikkontribwixxu għal objettivi ta’ interess ġenerali segwiti minnhom; billi, speċjalment, aktar u aktar żgħażagħ ikollhom jagħmlu volontarjat sabiex jiksbu l-ewwel esperjenzi ta’ xogħol, jista’ jkun utli għall-fondazzjonijiet li jqisu forom u strumenti li jippermettulhom aċċess għall-informazzjoni meħtieġa biex jaħdmu b'mod aktar effettiv, pereżempju permezz tal-Kunsill tal-Ħaddiema Ewroej;

S.  billi hemm bżonn li jkun iċċarat li s-sede reġistrata u l-amministrazzjoni ċentrali ta' FE għandha tkun fl-istess Stat Membru, sabiex tiġi evitata d-dissoċjazzjoni tas-sede reġistrata u l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tal-attivitajiet, u anke sabiex is-superviżjoni tiġi ffaċilitata, peress li l-FE se tiġi sorveljata mill-awtorità superviżorja tal-Istat Membru li fih għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha;

T.  billi ma għandux ikun l-iskop tal-FE li tiffinanzja l-partiti politiċi;

U.  billi, fir-rigward tat-tassazzjoni, l-applikazzjoni tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni kif ġie żviluppat mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja jeħtieġ li tkun il-punti ta' tluq; billi ġie rikonoxxut mis-settur li l-approċċ propost tal-għoti awtomatiku ta' applikazzjoni tat-trattament fiskali indaqs jagħmel l-istatut tal-FE aktar attraenti billi jnaqqas il-piż fiskali u amministrattiv b'mod konsiderevoli, filwaqt li jagħmlu aktar minn sempliċement strument ta' dritt ċivili; billi, madankollu, l-approċċ jidher li hu kontroversjali ħafna fil-Kunsill, bl-Istati Membri jsibuha bi tqila li jippermettu ndħil fil-liġijiet lokali tagħhom dwar it-taxxa; billi jidher xieraq għaldaqstant li ma jitwarrbux ix-xenarji alternattivi possibbli;

V.  billi huwa importanti li n-negozjati dwar din il-leġiżlazzjoni importanti javvanzaw malajr sabiex is-settur tal-fondazzjonijiet jingħata dan l-istrument il-ġdid li huwa tant mistenni b'mod ċar;

1.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jaħtfu l-okkażjoni eżistenti biex jistinkaw għall-introduzzjoni rapida u sħiħa tal-Istatut, bil-garanziji ta’ trasparenza kollha, u b'hekk jeliminaw l-ostakli li jimpedixxu l-attività transkonfinali tal-fondazzjonijiet u jkunu jistgħu jinħolqu fondazzjonijiet ġodda biex jaqdu l-ħtiġijiet tan-nies li jgħixu fl-UE jew biex jaħdmu għall-ġid pubbliku jew biex iġibu “l quddiem l-interessi tas-soċjetà; jenfasizza li l-istabbiliment ta’ dan l-Istatut jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ ċittadinanza reali tal-UE u jwitti t-triq għal statut għal organizzazzjoni Ewropea;

2.  Jenfasizza l-FE għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ kultura u identità tassew Ewropea;

3.  Ifakkar li waqt li forma ġuridika tal-FE tkun ġdida, il-proposta hija li din għandha tkun applikata permezz ta' strutturi eżistenti fl-Istati Membri;

4.  Jilqa’ l-fatt li l-Istatut jistabbilixxi standards minimi f’termini ta’ trasparenza, responsabilizzazzjoni, superviżjoni u l-użu tal-fondi, li min-naħa tagħhom jirrappreżentaw garanzija jew marka ta' kwalità għaċ-ċittadini u d-donaturi u b’hekk jiżguraw il-fiduċja fl-FE u jippromwovu l-iżvilupp tal-attivitajiet tal-UE tagħhom għall-benefiċċju taċ-ċittadini kollha;

5.  Jenfasizza l-potenzjal offrut mill-fondazzjonijiet f’dak li jirrigwarda impjiegi għaż-żgħażagħ, li l-qgħad fosthom qed jilħaq livelli allarmanti;

6.  Jitlob regolament li jistipula li l-Istat Membru b’awtorita finanzjarja fuq il-fondazzjoni għandu jkun responsabbli li jiżgura li fil-prattika tkun ġestita strettament skont l-istatut tagħha;

7.  Jinnota li l-possibbiltà li FE eżistenti jiġu fużjonati għadha ma ġietx stabbilita;

8.  Jinnota li sabiex tissaħħaħ il-fiduċja fil-Fondazzjoni Ewropea, jeħtieġ li kriterji ewlenin ikunu s-sostenibbiltà, is-serjetà u l-vijabbiltà tal-fondazzjonijiet, kif ukoll l-effikaċja tas-superviżjoni tagħhom, u għaldaqstant jitlob lill-Kunsill biex jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet u l-modifiki li ġejjin:

   (i) għandu jinżamm il-livell ta' assi minimu ta' EUR 25 000 matul l-eżistenza tal-fondazzjoni;
   (ii) l-eżistenza ta’ FE fi Stat Membru kwalunkwe għandha tkun miftuħa jew, meta jkun espressament stabbilit fl-istatuti tagħha, stabbilita għal perjodu ta’ żmien speċifiku ta’ mhux anqas minn erba’ snin; it-tqegħid ta’ limitu ta’ żmien iqsar ta’ mhux anqas minn sentejn għandu jkun permess biss meta jkun hemm ġustifikazzjoni biżżejjed biex dan isir, u meta l-għan tal-fondazzjoni jkun salvagwardjat totalment;
   (iii) emendi għall-istatuti tal-fondazzjoni, fejn l-istatuti eżistenti ma jkunux għadhom adegwati għall-funzjonament tal-FE, għandhom ikunu permessi jekk isiru mill-bord ta' tmexxija; meta l-FE jkollha entitajiet oħra f’konformità mal-Artikolu 31, dawn l-entitajiet għandhom ikunu involuti fid-deċiżjoni dwar l-emendi għall-istatuti.
   (iv) li jiġu evitati kunflitti ta' interess min-naħa ta' korpi indipendenti mill-fundatur, jiġifieri korpi li m'għandhomx rabtiet familjari jew kummerċjali mal-fundaur, fi ħdan il-fondazzjoni, f'konformità mal-proposta tal-Kummissjoni, filwaqt li madankollu jfakkar li t-twaqqif ta' fondazzjoni jista’ jsir f'kuntest familjari, u għalhekk ir-relazzjoni ta' fiduċja bejn il-fundatur u l-membri tal-korpi amministrattivi hija prekundizzjoni fundamentali li tiggarantixxi lill-fundatur li l-iskopijiet tal-fondazzjoni se jkunu jistgħu jibqgħu jiġu segwiti anke wara mewtu;
   (v) il-livell massimu għal dawk il-fondazzjonijiet li tkun meħtieġa ssir il-verifika tal-kontijiet tagħhom, għandu jinkludi l-assi totali, id-dħul annwali u n-numru ta’ impjegati ta’ dik il-fondazzjoni; għal fondazzjonijiet taħt dan il-limitu jkun biżżejjed eżami indipendenti tal-kontijiet;
   (vi) l-Istatut għandu jipprevedi informazzjoni tal-volontiera; l-Istaut għandu wkoll iħeġġeġ il-volontarjat bħala prinċipju ta' gwida;
   (vii) għandha tiġi inkluża dispożizzjoni li skontha kwalunkwe remunerazzjoni mħallsa lill-Membri tal-bord ta' tmexxija jew lil entitajiet oħra tal-FE għandha tkun raġonevoli u proporzjonata; għandhom jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi biex jiddeterminaw ir-raġonevolezza u l-proporzjonalità tar-remunerazzjoni;
   (viii) fir-rigward tar-rappreżentanza tal-impjegati, il-proċedura ta' negozjati li, skont l-Artikoli 38 u 39 tal-proposta, tirreferi biss għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fi ħdan l-UE għandha tiġi estiża biex tkopri l-parteċipazzjoni tal-impjegati fil-korpi tal-FE; b'mod simili għar-referenza li saret attwalment fl-Artikoli 38 u 39 tal-proposta għall-proċeduri għall-istabbiliment ta' Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet, għandha ssir referenza, għall-iskop tal-involviment tal-impjegati fil-korpi tal-FE, għall-proċeduri skont id-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE;
   (ix) id-dispożizzjoni dwar ir-rappreżentanza tal-impjegati fl-Artikolu 38 tal-proposta għandha tinżamm; il-kunċett tal-voluntiera u tal-attivitajiet ta' volontarjar għandu jiġi ċċarat aktar;
   (x) li s-sede u ċ-ċentru amministrattiv tal-FE jiġu stabbiliti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita, fl-interess ta’ superviżjoni effikaċi;
   (xi) il-proposta għandha tkun limitata – kif propost mis-settur – għal strument tal-liġi ċivili, filwaqt li ssaħħaħ – f’konformità mal-proposta tal-Parlament – għadd ta’ elementi ewlenin tal-kunċett ta’ benefiċċju pubbliku kif jinsab fl-Istati Membri, sabiex ikun iffaċilitat ir-rikonoxximent tal-ekwivalenza fl-Istati Membri;
   (xii) Il-proposta għal regolament tal-Kunsill għandha tiġi modifikata kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni   Modifika
Modifika 1
Proposta għal regolament
Premessa 15a (ġdida)
(15a)  Il-membri tal-bord tat-tmexxija għandhom jiżguraw konformità mal-obbligi stabbiliti f'dan ir-regolament u fl-istatuti, kif ukoll mar-regoli tal-kondotta legali u etiċi kollha relevanti għall-FE. Għal dak il-għan, għandhom ifasslu strutturi organizzattivi u miżuri interni biex jevitaw u jidentifikaw ksur tar-regoli.
Modifika 2
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Sabiex il-FE tkun tista’ tieħu l-benefiċċji sħaħ tas-suq uniku, għandha titħalla titrasferixxi l-uffiċċju reġistrat tagħha minn Stat Membru għal ieħor.
(18)  Sabiex il-FE tkun tista’ tieħu l-benefiċċji sħaħ tas-suq uniku, għandha titħalla titrasferixxi l-uffiċċju reġistrat tagħha minn Stat Membru għal ieħor.
(Din l-emenda tapplika fit-test kollu; l-adozzjoni tagħha tirrikjedi aġġustamenti lingwistiċi fit-test kollu.)
Modifika 3
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 1
(1) “assi’ tfisser kwalunkwe riżorsa tanġibbli jew intanġibbli li tista’ tkun posseduta jew li tista’ tiġi kkontrollata sabiex tipproduċi valur;
(1) “assi’ tfisser kwalunkwe riżorsa tanġibbli jew intanġibbli li tista’ tkun posseduta jew li tista’ tiġi kkontrollata sabiex tipproduċi valur ekonomiku u/jew soċjali;
Modifika 4
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 2
(2) “attività ekonomika mhux relatata’ tfisser attività ekonomika tal-FE, li ma taqax direttament taħt l-iskop ta’ benefiċċju pubbliku tal-entità bi skop ta’ benefiċċju pubbliku;
(2) “attività ekonomika mhux relatata’ tfisser attività ekonomika, ħlief l-amministrazzjoni normali tal-assi bħall-investimenti f'bonds, f'ishma u fi proprjetà immobbli, tal-FE, li ma taqax direttament taħt l-iskop ta’ benefiċċju pubbliku tal-entità bi skop ta’ benefiċċju pubbliku;
Modifika 5
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 5
(5) “entità bi skop ta’ benefiċċju pubbliku’ tfisser fondazzjoni bi skop ta’ benefiċċju pubbliku u/jew korp ta' korporazzjoni simili bi skop ta’ benefiċċju pubbliku mingħajr sħubija ffurmata skont il-liġi ta’ wieħed mill-Istati Membri;
(5) “entità bi skop ta’ benefiċċju pubbliku’ tfisser fondazzjoni bi skop ta’ benefiċċju pubbliku esklussiv u/jew korp ta' korporazzjoni simili bi skop ta’ benefiċċju pubbliku mingħajr sħubija ffurmata skont il-liġi ta’ wieħed mill-Istati Membri;
Modifika 6
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba) l-ismijiet tad-diretturi maniġerjali maħtura skont l-Artikolu 30;
Modifika 9
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – test introduttiv
Tista’ tinħoloq għall-iskopijiet li ġejjin biss, li għalihom l-assi tagħha jridu jkunu ddedikati b’mod irrevokabbli:

Tista’ tinħoloq għal wieħed jew iktar minn wieħed mill-iskopijiet li ġejjin biss, li għalihom l-assi tagħha jridu jkunu ddedikati b’mod irrevokabbli:

Modifika 7
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt sa (ġdid)
(s a) appoġġ għall-vittmi ta’ terrorizmu u vjolenza,
Modifika 8
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt sb (ġdid)
(s b)  Promozzjoni ta’ djalogu interreliġjuż
Modifika 10
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-FE m'għandha tkun ta' benefiċċju għal ebda persuna permezz ta' kumpens sproporzjonat jew permezz ta’ spejjeż li ma jkunux konformi mal-iskop ta’ benefiċċju pubbliku. Il-FE ma taqdix l-iskop tagħha ta' benefiċċju pubblika jekk isservi biss il-benefiċċju ta’ għadd limitat ta’ individwi.
Modifika 11
Proposta għal regolament
Artikolu 6
Fi żmien ir-reġistrazzjoni, il-FE għandu jkollha attivitajiet jew għan statutorju li twettaq attivitajiet f’tal-inqas żewġ Stati Membri.

Il-FE għandu jkollha attivitajiet, jew tal-anqas għan statutorju li twettaq attivitajiet, f’tal-anqas żewġ Stati Membri. Jekk, fi żmien ir-reġistrazzjoni, il-FE jkollha biss objettiv statutorju li twettaq attivitajiet f'tal-anqas żewġ Stati Membri, trid turi b'mod konvinċenti f'dak iż-żmien li fi żmien sentejn se twettaq attivitajiet f'tal-anqas żewġ Stati Membri. Dan il-limitu ta' żmien m'għandux japplika meta jidher li jkun ġustifikat u proporzjonat li l-FE, bil-għan li tilħaq l-iskop tagħha, twettaq l-attività tagħha aktar 'il quddiem. Fi kwalunkwe każ, il-FE għandha tibda u tkompli attivitajiet f'tal-anqas żewġ Stati Membri matul l-eżistenza tagħha.

Modifika 12
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2
2.  Il-FE għandu jkollha assi ekwivalenti għal tal-inqas EUR 25 000.
2.  Il-FE għandu jkollha assi ekwivalenti għal tal-anqas EUR 25 000. Għandha żżomm dawn l-assi minimi matul l-eżistenza tagħha sakemm ma tkunx ġiet stabbilita għal perjodu ta' żmien speċifikat skont l-Artikolu 12(2).
Modifika 13
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
Il-FE għandha tonfoq 70 % tal-introjtu li tirċievi f'sena finanzjarja fl-erba' snin ta' wara, sakemm ma jkunx identifikat fl-istatuti proġett speċifiku li se jitwettaq fis-sitt snin sussegwenti.

Modifika 14
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2
2.  Il-FE għandha tiġi stabbilita għal perjodu ta’ żmien indefinit jew, fejn dan ikun speċifikat b’mod espliċitu fl-istatuti tagħha, għal perjodu speċifiku ta’ żmien ta’ mhux inqas minn sentejn.
2.  Il-FE għandha tiġi stabbilita għal perjodu ta’ żmien indefinit jew, fejn dan ikun speċifikat b’mod espliċitu fl-istatuti tagħha, għal perjodu speċifiku ta’ żmien ta’ mhux inqas minn erba’ snin. F'każijiet fejn perjodu limitat ikun f’loku biex jintlaħqu l-objettivi tal-FE u dan ikun raġonevolment ġustifikat, il-FE tista' tiġi stabbilita għal perjodu ta' mhux anqas minn sentejn.
Modifika 15
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)
(da) l-informazzjoni dwar il-proċeduri li bihom jiġu determinati arranġamenti għall-involviment tal-impjegati skont id-Direttiva 2009/38/KE.
Modifika 16
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 3
3.  Kull awtorità kompetenti għandha tittratta t-talba għal fużjoni skont l-istess proċeduri u prinċipji daqslikieku din kienet talba għal fużjoni li tirriżulta f’entità nazzjonali bi skop ta’ benefiċċju pubbliku.
3.  Kull awtorità kompetenti għandha tittratta t-talba għal fużjoni skont l-istess proċeduri u prinċipji daqslikieku din kienet talba għal fużjoni li tirriżulta f’entità nazzjonali bi skop ta’ benefiċċju pubbliku. L-awtorità responsabbli għandha tirrifjuta t-talba għal fużjoni transkonfinali obbligatorjament u esklużivament għar-raġunijiet li d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2 ma jkunux konformi ma' dan ir-Regolament jew li d-drittijiet tal-kredituri u tal-impjegati ma jkunux protetti biżżejjed.
Modifika 17
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1
1.  Il-FE tista’ tiġi ffurmata permezz ta’ konverżjoni ta’ entità bi skop ta’ benefiċċju pubbliku stabbilita legalment fi Stat Membru, jekk dan huwa permess taħt l-istatuti tal-entità li tkun tiġi kkonvertita.
1.  Il-FE tista’ tiġi ffurmata permezz ta’ konverżjoni ta’ entità bi skop ta’ benefiċċju pubbliku stabbilita legalment fi Stat Membru, dment li dan ma jkunx speċifikament projbit taħt l-istatuti u ma jikkontradixxix ix-xewqat tal-fundatur.
Modifika 18
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 3
3.  L-awtorità kompetenti għandha tittratta t-talba għal konverżjoni b’konformità mal-istess proċeduri u prinċipji daqslikieku din kienet talba għal emendar tal-istatuti tal-entità bi skop ta’ benefiċċju pubbliku.
3.  L-awtorità kompetenti għandha tittratta t-talba għal konverżjoni b’konformità mal-istess proċeduri u prinċipji daqslikieku din kienet talba għal emendar tal-istatuti tal-entità bi skop ta’ benefiċċju pubbliku. L-awtorità responsabbli għandha tirrifjuta t-talba għal konverżjoni obbligatorjament u esklużivament għar-raġunijiet li d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2 ma jkunux konformi ma' dan ir-Regolament jew li d-drittijiet tal-kredituri u tal-impjegati ma jkunux protetti biżżejjed.
Modifika 19
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1
1.  Fejn l-istatuti eżistenti ma jibqgħux adatti għall-funzjonament tal-FE, il-bord ta’ tmexxija jista’ jiddeċiedi dwar l-emendar tal-istatuti.
1.  Fejn l-istatuti eżistenti ma jibqgħux adatti għall-funzjonament tal-FE, il-bord ta’ tmexxija jista’ jiddeċiedi dwar l-emendar tal-istatuti. Meta l-FE jkollha entitajiet oħra f’konformità mal-Artikolu 31, jeħtieġ li dawn l-entitajiet ikunu involuti fid-deċiżjoni dwar l-emendi għall-istatuti.
Modifika 20
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt g
(g) l-ismijiet, l-iskopijiet u l-uffiċċji reġistrati tal-organizzazzjonijiet fundaturi fejn dawn huma entitajiet ġuridiċi, jew informazzjoni rilevanti simili fir-rigward ta’ korpi pubbliċi;
(g) l-ismjijiet u l-indirizzi sħaħ tal-fundaturi meta dawn ikunu persuni fiżiċi; l-ismijiet, l-iskopijiet u s-sede rreġistrata tal-organizzazzjonijiet fundaturi fejn dawn huma entitajiet ġuridiċi, jew informazzjoni rilevanti simili fir-rigward ta’ korpi pubbliċi;
Modifika 21
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 23a (ġdid)
2a.  FE ma tistax tiġi rreġistrata sakemm ma jkunx intwera li hija konformi mal-obbligi tal-Kapitolu V ta' dan ir-Regolament dwar l-involviment tal-impjegati fil-FE.
Modifika 22
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 1
1.  Il-fundatur u kwalunkwe membru ieħor tal-bord li jista’ jkollhom relazzjoni kummerċjali, familjari jew relazzjoni oħra mal-fundatur jew bejniethom, li tkun tista’ toħloq kunflitt ta’ interess potenzjali jew attwali bħal pereżempju jekk ixekklu l-abbiltà tiegħu/tagħha ta’ ġudizzju, ma għandhomx jikkostitwixxu l-maġġoranza tal-bord ta’ tmexxija.
1.  Il-fundatur u kwalunkwe membru ieħor tal-bord li jista’ jkollhom relazzjoni kummerċjali familjari jew relazzjoni oħra mal-fundatur jew bejniethom li tkun tista’ toħloq kwalunkwe kunflitt ta’ interess li jkun tali li jxekkel il-kapaċità ta’ ġudizzju, ma għandhomx jikkostitwixxu l-maġġoranza tal-bord ta’ tmexxija.
Modifika 23
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 3
3.  L-ebda benefiċċju, dirett jew indirett, ma jista’ jitqassam lil kwalunkwe fundatur, lil membri tal-bord ta’ tmexxija jew superviżorju, lil direttur maniġerjali jew awditur, u lanqas ma jista’ jiġi estiż għal xi persuna li jkollha relazzjoni kummerċjali jew familjari mill-viċin magħhom, sakemm dan ma jkunx għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom fi ħdan il-FE.
3.  L-ebda benefiċċju ma jista’ jitqassam lil kwalunkwe fundatur, lil membri tal-bord ta’ tmexxija jew superviżorju, lil direttur maniġerjali jew awditur, u lanqas ma jista’ jiġi estiż għal xi persuna li jkollha relazzjoni kummerċjali jew familjari mqarrba magħhom, sakemm dan ma jkunx għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom fi ħdan il-FE.
Modifika 24
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 2
2.  Il-FE għandha tfassal u tgħaddi l-kontijiet annwali u rapport tal-attività annwali fi żmien sitt xhur minn tmiem is-sena finanzjarja lir-reġistru nazzjonali kompetenti u lill-awtorità superviżorja.
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija)
Modifika 25
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 4
4.  Il-kontijiet annwali tal-FE għandhom jiġu awditjati minn persuna waħda jew aktar approvata/i sabiex twettaq/iwettqu awditjar statutorju skont ir-regoli nazzjonali adottati skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
4.  Il-kontijiet annwali tal-FE għandhom jiġu awditjati minn persuna waħda jew aktar approvata/i sabiex twettaq/iwettqu awditjar statutorju skont ir-regoli nazzjonali adottati skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jekk il-FE teċċedi wieħed mill-kriterji li ġejjin:
(a) introjtu annwali ta' EUR 2 miljun; or
(b) assi ta' EUR 200 000; or
(c) medja ta' 50 impjegat matul is-sena finanzjarja.
Għall-FEs li ma jeċċedu ebda wieħed minn dawn il-kriterji, jista' jintuża verifikatur indipendenti minflok awditur.

Modifika 26
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 5
5.  Għandhom jiġu divulgati l-kontijiet annwali, approvati mill-bord ta’ tmexxija, flimkien mal-opinjoni sottomessa mill-persuna responsabbli mill-awditjar tal-kontijiet, u r-rapport tal-attività.
5.  Għandhom jiġu divulgati l-kontijiet annwali, approvati mill-bord ta’ tmexxija. L-opinjoni sottomessa mill-persuna responsabbli mill-awditjar tal-kontijiet għandha tiġi divulgata skont ir-regoli tal-Istat Membru li fih il-FE jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha.
Modifika 27
Proposta għal regolament
Artikolu 35
Il-FE għandu jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha u l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post ta’ attività prinċipali tal-attivitajiet fl-Unjoni Ewropea.

L-uffiċċju reġistrat ta' FE għandu jkun fl-Unjoni Ewropea, fl-istess Stat Membru li fih tinsab l-amministrazzjoni ċentrali tagħha jew li fih jinsab il-post tal-attivitajiet prinċipali tagħha. Filwaqt li l-FE għandu jkollha attivitajiet f'tal-anqas żewġ Stati Membri, inklużi attivitajiet relevanti fl-Istat Membru li fih jinsabu l-uffiċċju rreġistrat u l-amministrazzjoni ċentrali, il-FE tista' twettaq ukoll attivitajiet barra l-UE.

Modifika 28
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)
(ea) kwalunkwe konsegwenza tat-trasferiment fuq il-parteċipazzjoni tal-impjegati.
Modifika 29
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 5 – subparagrafu 2
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista' tirrifjuta t-trasferiment fil-każ biss li l-kundizzjonijiet imsemmija fis-subparagrafu preċedenti ma jkunux issodisfati.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista' tirrifjuta t-trasferiment fil-każ biss li l-kundizzjonijiet imsemmija fis-subparagrafu preċedenti ma jkunux issodisfati; għandha tirrifjuta wkoll it-trasferiment jekk id-drittijiet tal-kredituri u tal-impjegati ma jkunux protetti biżżejjed.

Modifika 30
Proposta għal regolament
Artikolu 38 – paragrafu 2 – subparagrafi 1 u 2
Il-FE li timpjega sa 200 ruħ għandha tistabbilixxi Kunsill Ewropew tax-Xogħol fuq it-talba ta’ mill-inqas 20 ruħ minn fost l-impjegati tagħha f'mill-inqas żewġ Stati Membri jew rappreżentatnti ta' dawk l-impjegati.

Il-FE għandha tistabbilixxi Kunsill Ewropew tax-Xogħol fuq it-talba ta’ mill-inqas 10 % tal-impjegati tagħha f'mill-anqas żewġ Stati Membri jew rappreżentatnti ta' dawk l-impjegati.

Il-FE li timpjega sa 200 ruħ għandha tistabbilixxi Kunsill Ewropew tax-Xogħol fuq it-talba ta’ mill-inqas 10% tal-impjegati tagħha f'mill-anqas żewġ Stati Membri jew ir-rappreżentatnti ta' dawk l-impjegati.

Modifika 31
Proposta għal regolament
Artikolu 38 – paragrafu 2 – subparagrafu 3
Il-miżuri nazzjonali dwar ir-rekwiżiti sussidjarji stipulati fil-punti (a) sa (e) tal-Part 1 tal-Anness I għad-Direttiva 2009/38/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom japplikaw għall-istabbiliment tal-Kunsill Ewropew tax-Xogħol.

L-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 2009/38/KE u l-miżuri nazzjonali dwar ir-rekwiżiti sussidjarji stipulati fil-punti (a) sa (e) tal-Part 1 tal-Anness I għad-Direttiva 2009/38/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom japplikaw għall-istabbiliment tal-Kunsill Ewropew tax-Xogħol.

Modifika 32
Proposta għal regolament
Artikolu 38 – paragrafu 3
3.  Rappreżentanti tal-voluntiera li jwettqu attivitajiet ta’ volontarjat formali fl-FE għal perjodu twil għandhom jingħataw status ta’ osservaturi fl-Kunsill Ewropew tax-Xogħol. In-numru ta’ dawn ir-rappreżentanti għandu jkun tal-inqas wieħed għal kull Stat Membru li fih ikunu preżenti tal-inqas 10 voluntiera bħal dawn.
imħassar
Modifika 33
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 2
2.  Ladarba l-kredituri tal-FE jkunu tħallsu kompletament, kwalunkwe assi li jifdal tal-FE għandhom jiġu ttrasferiti lil entità oħra bi skop ta’ benefiċċju pubbliku simili jew inkella jintużaw għal skopijiet ta’ benefiċċju pubbliku li huma simili kemm jista’ jkun għal dawk li għalihom inħolqot il-FE.
2.  Ladarba l-kredituri tal-FE jkunu tħallsu kompletament, kwalunkwe assi li jifdal tal-FE għandhom jiġu ttrasferiti lil entità oħra bi skop ta’ benefiċċju pubbliku simili bbażata fl-istess Stat Membru li fih hija rreġistrata, jew inkella jintużaw għal skopijiet ta’ benefiċċju pubbliku li huma simili kemm jista’ jkun għal dawk li għalihom inħolqot il-FE.
Modifika 34
Proposta għal regolament
Artikolu 45
Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità supervizorja għall-finijiet ta’ superviżjoni tal-FEs reġistrati f’dak l-Istat Membru u jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dan.

Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità jew awtoritajiet tal-għażla tiegħu li jkunu responsabbli għas-superviżjoni effettiva tal-FEs irreġistrati f’dak l-Istat Membru u jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dan.

9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 187.
(2)2 Ġabra 2006, p. I-8203.
(3)3 Ġabra 2009, p. I-359.
(4)4 Ġabra 2011, p. I-497.
(5)5 ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.
(6)6 ĠU C 351, 15.11.2012, p. 57.
(7)7 ĠU C 17, 19.1.2013, p. 81.
(8) ĠU L 122, 16.5.2009, p. 28.
(9) ĠU L 207, 18.8.2003, p. 1.
(10) ĠU L 294, 10.11.2001, p. 22.


Il-kontroll mill-Istat tal-port ***I
PDF 286kWORD 40k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Lulju 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/16/KE dwar il-kontroll mill-Istat tal-port (COM(2012)0129 – C7-0081/2012 – 2012/0062(COD))
P7_TA(2013)0294A7-0394/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0129),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0081/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2012(1),

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-17 ta' April 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7‑0394/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta’ Lulju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/16/KE dwar il-kontroll mill-Istat tal-port

P7_TC1-COD(2012)0062


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Direttiva 2013/38/UE.)

(1) ĠU C 299, 4.10.2012, p. 153.


Dokumenti ta' registrazzjoni ghall-vetturi ***I
PDF 405kWORD 26k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-2 ta' Lulju 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi (COM(2012)0381 – C7-0187/2012 – 2012/0185(COD))(1)
P7_TA(2013)0295A7-0199/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 3
(3)  Għandha tiġi introdotta l-possibbiltà li tiġi kkanċellata reġistrazzjoni ta’ vettura fil-każijiet fejn, fost oħrajn, vettura ġiet irreġistrata mill-ġdid fi Stat Membru ieħor jew ġiet żarmata jew skreppjata.
(3)  Għandha tiġi introdotta l-possibbiltà li tiġi kkanċellata reġistrazzjoni ta’ vettura fl-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tagħha fil-każijiet fejn, fost oħrajn, vettura ġiet irreġistrata mill-ġdid fi Stat Membru ieħor jew ġiet żarmata jew skreppjata.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 4
(4)  Sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri, l-informazzjoni relatata mal-vetturi għandha tinżamm f'reġistri nazzjonali.
(4)  Sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri, l-informazzjoni relatata mal-vetturi għandha tinżamm f'reġistri elettroniċi nazzjonali.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 4a (ġdida)
(4a)  Billi, sabiex jiġu ffaċilitati dawk il-kontrolli intenzjonati speċifikament biex jiġġieldu kontra l-qerq u l-kummerċ illeċitu ta’ vetturi misruqa u sabiex isir kontroll tal-validità taċ-ċertifikat tal-affidabilità stradali, huwa xieraq li tiġi stabbilita kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri, ibbażata fuq skambju effettiv ta' informazzjoni, billi jintużaw bażijiet ta’ dejta elettroniċi nazzjonali;
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 2
Direttiva 1999/37/KE
Artikolu 2 – punti (e) u (f)
(e)  ‘irtirar ta’ reġistrazzjoni': għandha tfisser perjodu limitat ta’ żmien li fih il-vettura ma tkunx awtorizzata biex tintuża fit-traffiku tat-triq, mingħajr ma jkun involut proċess ġdid ta’ reġistrazzjoni;
(e)  ‘sospensjoni ta’ reġistrazzjoni': għandha tfisser att amministrattiv li bih, għal perjodu limitat ta’ żmien, il-vettura ma tkunx awtorizzata biex tintuża fit-traffiku tat-triq, u wara – kemm-il darba r-raġunijiet għas-sospensjoni ma jkunux għadhom japplikaw – tkun tista’ terġa’ tintuża mingħajr proċess ġdid ta’ reġistrazzjoni;
(f)  ‘kanċellazzjoni ta’ reġistrazzjoni’: għandha tfisser kanċellazzjoni permanenti tal-awtorizzazzjoni tal-vettura biex tintuża fit-traffiku tat-triq filwaqt li jkun involut proċess ġdid ta' reġistrazzjoni."
(f)  ‘kanċellazzjoni ta’ reġistrazzjoni’: għandha tfisser kanċellazzjoni permanenti mill-awtorità kompententi tal-awtorizzazzjoni tal-vettura biex tintuża fit-traffiku tat-triq, li – jekk il-vettura tkun se terġa’ tintuża fit-traffiku tat-triq – toħloq il-ħtieġa ta’ proċess ġdid ta' reġistrazzjoni.” Id-detentur taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni jista’ jressaq talba lill-awtorità kompetenti għall-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni.
(Skont din l-emenda ‘irtirar’ għandha tiġi sostitwita minn ‘sospensjoni’ fit-test kollu kemm hu.)
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 3
Direttiva 1999/37/KE
Artikolu 3 – paragrafu 4
4.  L-Istati Membri għandhom iżommu d-dejta dwar il-vetturi kollha rreġistrati fit-territorju tagħhom f’reġistru elettroniku. Id-dejta f'dan ir-reġistru għandu jkun fiha l-elementi kollha skont l-Anness I kif ukoll ir-riżultati ta' testijiet obbligatorji tal-affidabilità tad-dejta skont ir-Regolament XX/XX/XX [dwar it-testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali]. Huma għandhom jagħmlu disponibbli d-dejta teknika dwar il-vetturi lill-awtoritajiet kompetenti jew liċ-ċentri tal-ittestjar involuti fl-ittestjar tal-affidabilità stradali.
4.  L-Istati Membri għandhom iżommu d-dejta dwar il-vetturi kollha rreġistrati fit-territorju tagħhom f’reġistru elettroniku. Id-dejta f'dan ir-reġistru għandu jkun fiha d-dejta speċifikata fil-punti II.4 sa II.7 tal-Anness I kif ukoll ir-riżultati ta' testijiet perjodiċi jew testijiet obbligatorji oħra tal-affidabilità tad-dejta skont ir-Regolament XX/XX/XX [dwar it-testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali]. Huma għandhom jagħmlu disponibbli d-dejta teknika dwar il-vetturi lill-awtoritajiet kompetenti jew liċ-ċentri tal-ittestjar involuti fl-ittestjar tal-affidabilità stradali.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 3
Direttiva 1999/37/KE
Artikolu 3a – paragrafu 1 – subparagrafu 2
L-irtirar għandu jkun effettiv sakemm il-vettura tgħaddi minn test ġdid tal-affidabilità stradali. Mat-tlestija b’suċċess tat-test tal-affidabilità stradali, l-awtorità ta' reġistrazzjoni għandha tawtorizza mill-ġdid mingħajr dewmien l-użu tal-vettura fit-traffiku tat-triq.
L-irtirar għandu jkun effettiv sakemm il-vettura tgħaddi minn test ġdid tal-affidabilità stradali. Mat-tlestija b’suċċess tat-test tal-affidabilità stradali, l-awtorità ta' reġistrazzjoni għandha tawtorizza mill-ġdid mingħajr dewmien l-użu tal-vettura fit-traffiku tat-triq; ma għandu jkun meħtieġ l-ebda proċess ta’ reġistrazzjoni.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 3
Direttiva 1999/37/KE
Artikolu 3a – paragrafu 2
2.  Fil-każ li awtorità ta’ reġistrazzjoni ta’ Stat Membru tirċievi notifika li vettura ġiet ittratata bħala vettura fl-aħħar stadju ta’ ħajja skont id-Direttiva 2000/53/KE, ir-reġistrazzjoni għandha tiġi kkanċellata u din l-informazjoni għandha tiżdied mar-reġistru elettroniku.
2.  Fil-każ li awtorità ta’ reġistrazzjoni ta’ Stat Membru tirċievi notifika li vettura ġiet ittratata bħala vettura li m’għadhiex tintuża skont id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw, ir-reġistrazzjoni għandha tiġi kkanċellata u din l-informazzjoni għandha tiżdied mar-reġistru elettroniku tagħha. Tali kanċellazzjoni ma għandhiex tinvolvi proċess ġdid ta’ reġistrazzjoni.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4
Direttiva 1999/37/KE
Artikolu 5
4.   Il-paragrafu li ġej jiżdied mal-Artikolu 5:
5.  Il-paragrafi li ġejjin jiżdiedu mal-Artikolu 5:
"3. Fil-każ li Stat Membru jirċievi notifika li l-vettura ġiet irreġistrata mill-ġdid fi Stat Membru ieħor, dak l-Istat Membru għandu jikkanċella r-reġistrazzjoni ta' din il-vettura fuq it-territorju tiegħu.
"3. Fejn jagħti l-każ li Stat Membru jirċievi notifika li vettura ġiet irreġistrata mill-ġdid fi Stat Membru ieħor, dak l-Istat Membru għandu jikkanċella r-reġistrazzjoni ta' dik il-vettura fuq it-territorju tiegħu.
3a.  Fejn jagħti l-każ li vettura tiġi reġistrata mill-ġdid fi Stat Membru ieħor u l-prova tal-aħħar test tal-affidabilità stradali u d-data għat-test li jmiss tal-affidabilità stradali jkunu jidhru fuq iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni, l-Istat Membru li fih il-vettura hija rreġistrata mill-ġdid, meta jkun qed joħroġ iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni l-ġdid, għandu jirrikonoxxi l-validità taċ-ċertifikat tal-affidabilità stradali u, kemm-il darba ċ-ċertifikat ikun validu f’dawk li huma intervalli ta’ ttestjar applikati fl-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni mill-ġdid, għandu jinkludi dikjarazzjoni f’dak is-sens fuq iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni l-ġdid.
3b.  Fejn jagħti l-każ li s-sjieda tal-vettura tinbidel u l-prova tal-aħħar test tal-affidabilità stradali u d-data għat-test li jmiss tal-affidabilità stradali jkunu jidhru fuq iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni, l-Istat Membru kkonċernat, meta jkun qed joħroġ iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni l-ġdid lis-sid il-ġdid, għandu jirrikonoxxi l-validità taċ-ċertifikat tal-affidabilità stradali u għandu jinkludi dikjarazzjoni f’dak is-sens fuq iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni l-ġdid.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5
Direttiva 1999/37/KE
Artikolu 7 – paragrafu 2
2.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6 għandha tingħata għal perjodu indeterminat ta’ żmien mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 6 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6a (ġdid)
Direttiva 1999/37/KE
Artikolu 9
6a.  L-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“L-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin fl-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva. Huma jistgħu jiskambjaw informazzjoni fuq livell bilaterali jew multilaterali b'mod partikolari sabiex jikkontrollaw, qabel kwalunkwe reġistrazzjoni ta' vettura, l-istatus ġuridiku ta' din tal-aħħar, meta jkun meħtieġ fl-Istat Membru fejn qabel kienet reġistrata. Tali kkontrollar jista’ b’mod partikolari jinvolvi l-użu ta’ netwerk elettroniku, fejn il-bażijiet ta' dejta elettroniċi nazzjonali jitqiegħdu għad-disponibilità tal-Istati Membri l-oħra.”
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6b (ġdid)
Direttiva 1999/37/KE
Anness I – Punt II.5
6b.  Il-punt li ġej għandu jiżdied mal-punt II.5 tal-Anness I:
"(Y) prova (pereżempju timbru, data, firma) tal-affidabilità stradali u d-data għat-test li jmiss tal-affidabilità stradali (li għandu jiġi ripetut kemm ikun hemm bżonn).”

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0199/2013).


Spezzjoni teknika waqt it-tragitt tal-affidabbiltà stradali ta' vetturi kummercjali li jiccirkolaw fl-Unjoni ***I
PDF 615kWORD 59k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit--2 ta' Lulju 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ispezzjoni teknika waqt it-traġitt tal-affidabilità stradali ta' vetturi kummerċjali li jiċċirkolaw fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2000/30/KE (COM(2012)0382 – C7-0188/2012– 2012/0186(COD))(1)
P7_TA(2013)0296A7-0207/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  L-ittestjar tal-affidabilità stradali huwa parti minn reġim usa’ li jiżgura li l-vetturi jinżammu f’kundizzjoni sikura u ambjentali aċċettabli matul l-użu tagħhom. Din is-sistema għandha tkopri testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali għall-vetturi kollha u l-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġit għall-vetturi użati għal attivitajiet kummerċjali tat-trasport tat-triq kif ukoll dispożizzjonijiet dwar proċedura għar-reġistrazzjoni tal-vetturi biex ikun żgurat li vetturi li huma ta' riskju immedjat għas-sikurezza stradali ma jintużawx fit-toroq.
(3)  L-ittestjar tal-affidabilità stradali huwa parti minn reġim usa’ li jiżgura li l-vetturi jinżammu f’kundizzjoni sikura u ambjentali aċċettabli matul l-użu tagħhom. Din is-sistema għandha tkopri testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali għall-vetturi kollha u l-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt għall-vetturi użati għal attivitajiet kummerċjali tat-trasport tat-triq kif ukoll dispożizzjonijiet dwar proċedura għar-reġistrazzjoni tal-vetturi. L-ittestjar perjodiku għandu jkun l-għodda ewlenija biex tiġi żgurata l-affidabilità stradali. L-ispezzjonijiet waqt it-traġitt ta’ vetturi kummerċjali għandhom ikunu biss komplementari għat-testijiet perjodiċi u jkunu mmirati lejn vetturi fit-triq li huma ta' riskju immedjat għas-sikurezza stradali.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Fl-Unjoni ġew adottati għadd ta' standards u rekwiżiti tekniċi għas-sikurezza tal-vetturi. Madankollu, huwa meħtieġ li jkun żgurat, permezz ta’ sistema ta’ spezzjonijiet mhux mistennija waqt it-traġit, li wara li jitqiegħdu fis-suq, il-vetturi jkomplu jissodisfaw l-istandards ta’ sikurezza matul il-ħajja tagħhom.
(4)  Fl-Unjoni ġew adottati għadd ta' standards, rekwiżiti tekniċi għas-sikurezza tal-vetturi u standards ambjentali. Madankollu, huwa meħtieġ li jkun żgurat, permezz ta’ sistema ta’ spezzjonijiet tekniċi mhux mistennija waqt it-traġitt, li wara li jitqiegħdu fis-suq, il-vetturi jibqgħu jgawdu minn affidabilità teknika stradali matul il-ħajja tagħhom.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 5a (ġdida)
(5a)  Minħabba li, kif muri mir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/30/KE, diversi vetturi li jitwaqqfu għal spezzjonijiet waqt it-traġitt ma jkollhom ebda difett, l-għażla ta’ vetturi għal spezzjoni waqt it-traġitt għandha tkun ibbażata fuq il-profil tar-riskju tal-operaturi u għandu jkollha fil-mira lill-impriżi b'riskju għoli biex jitnaqqas il-piż minn fuq dawk l-operaturi li jżommu l-vetturi tagħhom kif suppost.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  L-ispezzjonijiet waqt it-traġit għandhom jiġu implimentati permezz ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni tar-riskju. L-Istati Membri jistgħu jużaw is-sistema ta’ klassifikazzjoni tar-riskju stabbilita skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 206 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE.
(6)  L-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt għandhom għalhekk jiġu implimentati permezz ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni tar-riskju ibbażata fuq l-għadd u s-severità tad-defiċjenzi misjuba fil-vetturi mħaddma minn impriżi individwali kif dikjarat fiċ-ċertifikati standardizzati tal-affidabilità stradali u fir-rapport matul l-ispezzjonijiet waqt it-traġitt.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
(6a)  Meta jiġi kkunsidrat il-volum ta' traffiku ta' vetturi kummerċjali bejn l-Istati Membri, u sabiex tiġi evitata kwalunkwe diskriminazzjoni abbażi tal-pajjiż ta' reġistrazzjoni tal-vettura, is-sistema ta' klassifikazzjoni tar-riskju għandha tiġi implimentata fl-Unjoni kollha u bbażata fuq livell ta' armonizzazzjoni xieraq bejn l-Istati Membri kollha dwar l-ittestjar perjodiku tal-affidabilità stradali u l-kontrolli matul it-traġitt.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 6b (ġdida)
(6b)  Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq stabilixxa r-Reġistru Ewropew tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq (ERRU). L-ERRU jippermetti reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport li jkunu interkonnessi fl-Unjoni kollha, b'konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta personali. L-użu ta' dik is-sistema, imħaddma mill-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru, jiffaċilita l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u jnaqqas l-ispejjeż involuti fil-kontrolli kemm għall-impriżi kif ukoll għall-entitajiet amministrattivi.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
(7a)  Il-vetturi agrikoli b’veloċità massima skont id-disinn li teċċedi l-40 km/siegħa f'xi każijiet qed jintużaw minflok it-trakkijiet għal skopijiet ta' trasport kummerċjali tal-merkanzija. Hu importanti li jkun żgurat li meta l-vetturi agrikoli jintużaw b'dan il-mod, dawn jiġu trattati bl-istess mod bħat-trakkijiet fir-rigward tal-ispezzjonijiet tekniċi matul it-traġitt.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Bil-ħsieb li jiġu evitati piżijiet u spejjeż amministrattivi mhux meħtieġa u biex titjieb l-effikaċja tal-ispezzjonijiet, il-vetturi operati minn impriżi li ma jikkonformawx ma' standards tas-sikurezza stradali u dawk ambjentali għandhom jintgħażlu bħala prijorità, filwaqt li vetturi mħaddma minn operaturi responsabbli u li jagħtu każ is-sikurezza u li jinżammu kif xieraq għandhom jiġu ppremjati bi spezzjonijiet inqas frekwenti.
(10)  Bil-ħsieb li jiġu evitati piżijiet u spejjeż amministrattivi mhux meħtieġa u biex titjieb l-effikaċja tal-ispezzjonijiet, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu li l-vetturi operati minn impriżi li ma jikkonformawx ma' standards tas-sikurezza stradali u dawk ambjentali jintgħażlu bħala prijorità, filwaqt li vetturi mħaddma minn operaturi responsabbli u li jagħtu każ is-sikurezza u li jinżammu kif xieraq jiġu ppremjati bi spezzjonijiet inqas frekwenti.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  L-ispezzjonjiet tekniċi waqt it-traġit għandhom jikkonsistu minn spezzjonijiet inizjali u, fejn ikun meħtieġ, spezzjonijiet aktar iddettaljati. Fiż-żewġ każijiet għandhom ikopru l-partijiet u s-sistemi kollha rilevanti tal-vetturi. Sabiex jinkiseb ittestjar aktar armonizzat, għall-elementi tat-test kollha possibbli, għandhom jiġu introdotti metodi tat-test u eżempji tan-nuqqasijiet u l-valutazzjoni tagħhom skont is-severità tagħhom.
(11)  L-ispezzjonjiet tekniċi waqt it-traġit għandhom jikkonsistu minn spezzjonijiet inizjali u, fejn ikun meħtieġ, spezzjonijiet aktar iddettaljati. Fiż-żewġ każijiet għandhom ikopru l-partijiet u s-sistemi kollha rilevanti tal-vetturi, inkluż l-irbit tal-merkanzija. Sabiex jinkiseb ittestjar aktar armonizzat, għall-elementi tat-test kollha possibbli, għandhom jiġu introdotti metodi tat-test u eżempji tan-nuqqasijiet u l-valutazzjoni tagħhom skont is-severità tagħhom. Għandu jiġi mħeġġeġ l-użu ta' standards għall-irbit tal-merkanzija u għall-valutazzjoni tiegħu.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 11a (ġdida)
(11a)  Peress li l-prestazzjoni xierqa tat-tajers hija marbuta mill-qrib mal-pressjoni tal-infiħ tagħhom, għandha tiġi kkunsidrata l-estensjoni tal-immuntar obbligatorju ta’ sistemi ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers kif definit fir-Regolament 64.02 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) għall-vetturi kummerċjali u, jekk ikun xieraq, il-funzjoni ta' dawn is-sistemi għandha tiġi vverifikata matul l-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 11b (ġdida)
(11b)  L-Istati Membri jistgħu jagħmlu kontrolli fuq l-irbit tat-tagħbija matul ispezzjoni teknika waqt it-traġitt skont l-istandards eżistenti. L-eżitu ta' tali kontrolli m'għandux jiddaħħal fis-sistema ta' klassifikazzjoni tar-riskju sakemm ir-regoli dwar l-irbit tat-tagħbija ma jkunux ġew armonizzati fil-livell tal-Unjoni. Sakemm issir tali armonizzazzjoni, għandu jiġi mħeġġeġ l-użu tal-istandards Ewropej u tal-Linji Gwida Ewropej dwar l-Aħjar Prattika fir-rigward tal-Irbit tat-Tagħbija għat-Trasport bit-Triq għal għanijiet ta' valutazzjoni.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  F’diversi Stati Membri, ir-rapporti tal-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġit huma elaborati permezz ta’ mezzi elettroniċi. F’każijiet bħal dawn għandha tingħata kopja stampata tar-rapport tal-ispezzjoni lix-xufier. Id-dejta u l-informazzjoni kollha miġbura matul l-ispezzjonijiet waqt it-traġit għandhom jiġu ttrasferiti għand repożitorju komuni tal-Istat Membru sabiex id-dejta tkun tista' tiġi pproċessata aktar faċilment u biex it-trasferiment tal-informazzjoni jkun jista’ jitwettaq mingħajr piż amministrattiv addizzjonali.
(12)  F’diversi Stati Membri, ir-rapporti tal-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġit huma elaborati permezz ta’ mezzi elettroniċi. F’każijiet bħal dawn, hu importanti li jsir użu sħiħ mill-benefiċċji tal-komunikazzjoni elettronika filwaqt li l-kopji stampati tar-rapport tal-ispezzjoni għandhom jiġu minimizzati. Id-dejta u l-informazzjoni kollha miġbura matul l-ispezzjonijiet waqt it-traġit għandhom jiġu ttrasferiti għand repożitorju komuni tal-Istat Membru sabiex id-dejta tkun tista' tiġi pproċessata aktar faċilment u biex it-trasferiment tal-informazzjoni jkun jista’ jitwettaq mingħajr piż amministrattiv addizzjonali.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  L-użu tal-unitajiet mobbli tal-ispezzjoni jnaqqas id-dewmien u l-ispejjeż għall-operaturi peress li jkunu jistgħu jitwettqu spezzjonijiet aktar dettaljati waqt it-traġit. Iċ-ċentri tal-ittestjar jistgħu jintużaw ukoll sabiex iwettqu spezzjonijiet aktar dettaljati f’ċerti ċirkustanzi.
(13)  L-użu tal-unitajiet mobbli tal-ispezzjoni jnaqqas id-dewmien u l-ispejjeż għall-operaturi peress li jkunu jistgħu jitwettqu spezzjonijiet aktar dettaljati waqt it-traġit. Iċ-ċentri tal-ittestjar jistgħu jintużaw ukoll sabiex iwettqu spezzjonijiet aktar dettaljati jekk ikunu jinsabu fil-qrib.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 13a (ġdida)
(13a)  Il-persunal li jwettaq l-ispezzjonijiet inizjali waqt it-traġitt għandu jkollu l-ħiliet adegwati biex iwettaq spezzjonijiet viżwali b'mod effiċjenti.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
(14a)  Ma għandha tiġi imposta l-ebda tariffa fuq l-intrapriżi jew is-sewwieqa meta titwettaq spezzjoni teknika inizjali waqt it-traġitt. Madankollu, biex ikunu mnaqqsa l-ispejjeż li jiġu mill-użu ta' tagħmir tekniku għal spezzjoni aktar dettaljata waqt it-traġitt, kemm jekk minn unità ta' spezzjoni mobbli jew f'ċentru ta' ttestjar li jkun jinsab fil-qrib, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità li jimponu tariffa jekk jinstabu nuqqasijiet gravi jew perikolużi u li jindikaw li l-impriża li topera l-vettura ma kkonformatx mar-responsabbiltà tagħha li żżomm il-vettura f'kondizzjoni tajba għat-triq. Sabiex ikun limitat il-piż finanzjarju għal dawn l-impriżi, l-ammont tat-tariffa ma għandux jaqbeż dak ta' test perjodiku ta' affidabilità stradali għall-istess kategorija ta' vettura. Kull dħul jew introjtu miksub minn dawn it-tariffi għandu jiġi allokat għat-tisħiħ tal-miżuri ta' sigurtà stradali.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  Sabiex ikun żgurat l-iskambju effikaċi ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, f'kull Stat Membru għandu jkun hemm korp wieħed bħala punt ta’ kuntatt biex ikun l-intermedjarju ma’ awtoritajiet kompetenti rilevanti oħrajn. Il-korp għandu jikkompila wkoll statistiċi rilevanti. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom japplikaw strateġija ta’ infurzar nazzjonali koerenti fit-territorju tagħhom u jistgħu jinnominaw korp wieħed biex jikkoordina l-implimentazzjoni tagħha. L-awtoritajiet kompetenti f’kull Stat Membru għandhom jagħżlu proċeduri li jistipulaw il-limiti ta’ żmien u l-kontenuti tal-informazzjoni li għandha tingħata.
(16)  Sabiex ikun żgurat l-iskambju effikaċi ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, f'kull Stat Membru għandu jkun hemm korp wieħed bħala punt ta’ kuntatt biex ikun l-intermedjarju ma’ awtoritajiet kompetenti rilevanti oħrajn. Il-korp għandu jikkompila wkoll statistiċi rilevanti, b'mod partikolari fir-rigward tal-kategoriji ta' vetturi kummerċjali kkontrollati tul l-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt, in-numru u t-tip ta' nuqqasijiet misjuba, u l-gravità tagħhom. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom japplikaw strateġija ta’ infurzar nazzjonali koerenti fit-territorju tagħhom u jistgħu jinnominaw korp wieħed biex jikkoordina l-implimentazzjoni tagħha. L-awtoritajiet kompetenti f’kull Stat Membru għandhom jagħżlu proċeduri li jistipulaw il-limiti ta’ żmien u l-kontenuti tal-informazzjoni li għandha tingħata.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Sabiex ikun permess il-monitoraġġ tas-sistema tal-ispezzjoni waqt it-traġit implimentata fl-Istati Membri tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw ir-riżultati tal-ispezzjonijiet waqt it-traġit imwettqa lill-Kummissjoni fuq bażi biannwali. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta d-dejta li tinġabar lill-Parlament Ewropew.
(17)  Sabiex ikun permess il-monitoraġġ tas-sistema tal-ispezzjoni waqt it-traġit implimentata fl-Istati Membri tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw ir-riżultati tal-ispezzjonijiet waqt it-traġitt imwettqa lill-Kummissjoni qabel il-31 ta’ Marzu kull sentejn. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta d-dejta li tinġabar lill-Parlament Ewropew.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 17a (ġdida)
(17a)  Sabiex jiġi minimizzat it-telf ta' ħin għall-impriżi u s-sewwieqa u biex tiżdied l-effikaċja kumplessiva, tajjeb li jkun imħeġġeġ it-twettiq ta' spezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt, flimkien ma' spezzjonijiet li jikkontrollaw il-konformità mal-leġiżlazzjoni soċjali fil-qasam tat-trasport bit-triq, b'mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit triq, id-Direttiva 2006/22/KE u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta' Diċembru 1985 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq.
1 ĠU L 102, 11.4.2006, p.1.
2 ĠU L 370, 31.12.1985, p.8.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema ta’ spezzjonijiet waqt it-traġit ta’ vetturi kummerċjali li jiċċirkolaw fit-territorju tal-Istati Membri.

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema ta’ spezzjonijiet tekniċi waqt it-traġit tal-affidabilità stradali ta’ vetturi kummerċjali li jiċċirkolaw fit-territorju tal-Istati Membri.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  L-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt għandhom jitwettqu mingħajr diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità tas-sewwieq jew tal-pajjiż ta' reġistrazzjoni, jew tad-dħul fis-servizz tal-vettura kummerċjali kkonċernata.
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1
1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-vetturi kummerċjali b’veloċità skont id-disinn li taqbeż il-25 km/siegħa tal-kategoriji li ġejjin, kif definit fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill:
1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-vetturi kummerċjali b’veloċità skont id-disinn li taqbeż il-25 km/siegħa tal-kategoriji li ġejjin, kif definit fid-Direttiva 2007/46/KE u d-Direttiva 2003/37/KE:
– vetturi bil-magna użati għall-ġarr tal-passiġġieri u b’aktar minn tmin sedili, eskluż is-sedil tax-xufier – kategoriji tal-vettura M2 u M3,
– vetturi bil-magna u kwalunkwe trejler mwaħħal magħhom użati għall-ġarr tal-passiġġieri u b’aktar minn tmin sedili, eskluż is-sedil tax-xufier – kategoriji tal-vettura M2 u M3,
– vetturi bil-magna li għandhom tal-inqas erba’ roti, normalment użati għall-ġarr bit-triq ta' oġġetti u b'massa massima permessibbli li ma taqbiżx it-3 500 kg - kategorija tal-vettura N1,
– vetturi bil-magna u kwalunkwe trejler mwaħħal magħhom użati għall-ġarr ta’ oġġetti u bmassa massima permessibbli li taqbeż it-3 500 kg – kategoriji tal-vettura N1,
– vetturi bil-magna użati għall-ġarr ta’ oġġetti u b’massa massima permessibbli li taqbeż it-3 500 kg – kategoriji tal-vettura N2 u N3,
– vetturi bil-magna u kwalunkwe trejler mwaħħal magħhom użati għall-ġarr ta’ oġġetti u b’massa massima permessibbli li taqbeż it-3 500 kg – kategoriji tal-vettura N2 u N3,
– trejlers u semitrejlers b'massa massima permessibbli li ma taqbiżx it-3 500 kg - kategoriji tal-vettura O1 u O2,
– trejlers u semitrejlers b'massa massima permessibbli li taqbeż it-3 500 kg - kategoriji tal-vettura O3 u O4.
– tratturi bir-roti tal-kategorija T5 użati l-aktar f'toroq pubbliċi għal skopijiet ta’ trasport kummerċjali bit-triq, b’veloċità massima skont id-disinn li taqbeż l-40 km/siegħa.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 6
(6) “vettura kummerċjali’ tfisser vettura bil-magna u t-trejler tagħha maħsubin għat-trasport ta' oġġetti jew passiġġieri għal finijiet professjonali;
(6) “vettura kummerċjali’ tfisser vettura bil-magna u t-trejler tagħha maħsubin għat-trasport ta' oġġetti jew passiġġieri għall-ġarr b’kumpens ta’ oġġetti bit-triq;
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 9
(9) “spezzjoni waqt it-traġit’ tfisser spezzjoni mhux mistennija tal-affidabilità stradali ta’ vettura kummerċjali li tiċċirkola fit-toroq miftuħa għat-traffiku pubbliku fit-territorju ta’ Stat Membru mwettqa mill-awtoritajiet, taħt superviżjoni diretta;
(9) “spezzjoni teknika waqt it-traġit’ tfisser spezzjoni mhux mistennija tal-affidabilità stradali ta’ vettura kummerċjali; u tal-irbit tal-merkanzija tagħha, filwaqt li l-vettura tkun qed tiċċirkola fit-toroq miftuħa għat-traffiku pubbliku fit-territorju ta’ Stat Membru mwettqa mill-awtoritajiet, taħt superviżjoni diretta;
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 10
(10) “test tal-affidabilità stradali’ tfisser verifika li l-partijiet u l-komponenti ta’ vettura huma konformi mal-karatteristiċi ta’ sikurezza u dawk ambjentali fis-seħħ fiż-żmien tal-approvazzjoni, l-ewwel reġistrazzjoni jew dħul fis-servizz, jew fiż-żmien tal-modifiki li jkunu saru wara;
(10) “test tal-affidabilità stradali’ tfisser spezzjoni li tiżgura li vettura tista' tintuża fit-toroq pubbliċi b'mod sigur u tikkonforma mal-karatteristiċi ta’ sikurezza u dawk ambjentali fis-seħħ fiż-żmien tal-approvazzjoni, l-ewwel reġistrazzjoni jew dħul fis-servizz, jew fiż-żmien tal-modifiki li jkunu saru wara;
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 11
(11) “awtorità kompetenti’ tfisser awtorità jew korp pubbliku responsabbli għall-ġestjoni tas-sistema nazzjonali ta' spezzjonijiet waqt it-traġit.
(11) “awtorità kompetenti’ tfisser awtorità jew korp pubbliku inkarigat mill-Istat Membru b'responsabbiltà għall-ġestjoni tas-sistema ta' spezzjonijiet waqt it-traġit, inkluż, fejn xieraq, it-twettiq tal-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt;
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 12a (ġdid)
(12a) “impriża” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika, kull assoċjazzjoni jew grupp ta' persuni mingħajr personalità ġuridika, kemm jekk tagħmel profitt u kemm jekk le, jew kull korp uffiċjali, kemm jekk għandu personalità ġuridika proprja u kemm jekk jiddependi fuq awtorità li għandha din il-personalità ġuridika, li twettaq trasport bit-triq, kemm jekk b'kiri jew b'kumpens jew għaliha stess;
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 14a (ġdid)
(14a) “spezzjoni tas-sikurezza tal-vettura’ tfisser spezzjoni viżwali, test tal-prestazzjoni u verifika funzjonali tax-xażi/il-qafas, il-mekkaniżmi tat-tqabbid, l-istering, it-tajers u t-tagħmir tal-brejkijiet ta’ vettura kummerċjali;
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 14b (ġdid)
(14b) “ċentru tal-ittestjar’ tfisser korp jew stabbiliment pubbliku jew privat awtorizzat minn Stat Membru biex iwettaq testijiet tal-affidabilità stradali;
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 14c (ġdid)
(14c) “operatur’ tfisser individwu jew entità legali li topera l-vettura bħala sidha jew li hija awtorizzata minn sidha biex topera l-vettura.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 5
Kull Stat Membru għandu jwettaq, f’kull sena kalendarja, għadd totali ta’ spezzjonijiet inizjali, li jikkorrispondi għal tal-inqas għal 5 % tal-għadd totali ta’ vetturi msemmija fl-Artikolu 3(1) li huma rreġistrati fit-territorju tiegħu.

Kull Stat Membru għandu jwettaq, f’kull sena kalendarja, għadd xieraq ta’ spezzjonijiet inizjali waqt it-traġitt.

L-għadd totali ta' spezzjonijiet inizjali waqt it-traġitt jikkorrispondu għal tal-inqas għal 5 % tal-għadd totali tal-vetturi kummerċjali li ġejjin, imsemmija fl-Artikolu 2(1), li huma rreġistrati fit-territorju tiegħu:

– vetturi bil-magna użati għall-ġarr tal-passiġġieri u b’aktar minn tmien sedili, eskluż is-sedil tax-xufier – kategoriji tal-vettura M2 u M3,
– vetturi bil-magna użati għall-ġarr ta’ oġġetti u b’massa massima permessibbli li taqbeż it-3 500 kg – kategoriji tal-vettura N2 u N3,
– trejlers u semitrejlers b'massa massima permessibbli li taqbeż it-3 500 kg - kategoriji tal-vettura O3 u O4.
Tal-inqas proporzjon ta' 5 % tal-vetturi kummerċjali li mhumiex reġistrati fit-territorju tiegħu imma li joperaw hemm għandhom ikunu kkontrollati.

Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 6
1.  Għandha tiġi introdotta sistema ta’ klassifikazzjoni tar-riskju tal-ispezzjonijiet waqt it-traġit abbażi tal-għadd u s-severità tan-nuqqasijiet li jinstabu fuq il-vetturi mħaddma minn impriżi individwali, fuq livell nazzjonali. Is-sistema ta’ klassifikazzjoni tar-riskju għandha tiġi mħaddma mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.
1.  Għandha tiġi introdotta, fil-livell tal-Unjoni, sistema ta’ klassifikazzjoni tar-riskju tal-ispezzjonijiet waqt it-traġitt, sabiex titjieb l-effiċjenza tal-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt abbażi tal-għadd u s-severità tan-nuqqasijiet li jinstabu fuq il-vetturi kummerċjali matul testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali u matul spezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt. Is-sistema ta’ klassifikazzjoni tar-riskju għandha tkun ibbażata fuq reġistru elettroniku nazzjonali interkonness fl-Unjoni kollha u tiġi mħaddma mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.
Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali u tal-karrijiet tagħhom u li jħassar id-Direttiva 2009/40/KE, iċ-ċertifikati tal-affidabilità stradali u rapporti dwar spezzjonijiet waqt it-traġitt għandhom ikunu f'forma standard tal-Unjoni Ewropea.

2.  Għandu jiġi attribwit profil tar-riskju lil kull impriża identifikata fis-sistema ta’ klassifikazzjoni tar-riskju tal-ispezzjonijiet waqt it-traġit bl-użu tal-kriterji stipulati fl-Anness I.
2.  Wara d-data msemmija fil-paragrafu 1, għandu jiġi attribwit profil tar-riskju lil kull impriża identifikata fis-sistema ta’ klassifikazzjoni tar-riskju tal-ispezzjonijiet waqt it-traġitt bl-użu tal-kriterji li ġejjin skont l-Anness I:
– għadd ta' nuqqasijiet;
– severità tan-nuqqasijiet;
– għadd ta' spezzjonijiet jew testijiet;
– il-fattur taż-żmien.
L-impriżi għandhom jiġu kklassifikati skont il-profil tar-riskju li ġej:

L-impriżi għandhom jiġu kklassifikati skont il-profil tar-riskju li ġej:

– riskju għoli,
– riskju għoli,
– riskju medju,
– riskju medju,
– riskju baxx.
– riskju baxx.
Sabiex l-impriżi jkunu jistgħu jtejbu l-profil tar-riskju tagħhom, għandha titqies l-informazzjoni dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-affidabilità stradali minn spezzjonijiet volontarji regolari tas-sikurezza tal-vettura mwettqa minn impriżi skont il-frekwenzi li ġejjin meta tiġi stabbilita l-klassifikazzjoni tar-riskju ta’ impriża:

  Vetturi tal-kategorija N2 b'massa massima permissibbli ta' aktar minn 7.5 tunnellata: inizjalment, 42 xahar wara d-data tal-ewwel reġistrazzjoni u, wara, kull sitt xhur wara l-aħħar test tal-affidabilità stradali;
  Vetturi tal-kategorija N3: inizjalment, 30 xahar wara d-data tal-ewwel reġistrazzjoni u, wara, kull sitt xhur wara l-aħħar test tal-affidabilità stradali;
  Vetturi tal-kategorija O4: inizjalment, 30 xahar wara d-data tal-ewwel reġistrazzjoni u, wara, kull sitt xhur wara l-aħħar test tal-affidabilità stradali.
3.  Bil-ħsieb li tiġi implimentata sistema ta' klassifikazzjoni tar-riskju tal-ispezzjonijiet waqt it-traġit, l-Istati Membri jistgħu jużaw is-sistema ta' klassifikazzjoni tar-riskju stabbilita skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
3.  Bil-ħsieb li tiġi implimentata sistema ta' klassifikazzjoni tar-riskju tal-ispezzjonijiet waqt it-traġit, l-Istati Membri għandhom jużaw is-sistema ta' klassifikazzjoni tar-riskju stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1071/2009.
Is-sistema ta' klassifikazzjoni tar-riskju għandha tinkludi fiha l-informazzjoni dwar l-affidabilità stradali tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 2 erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
1.  Ix-xufiera ta’ vettura rreġistrata fi Stat Membru għandhom iżommu abbord ċertifikat tal-affidabilità stradali li jikkorrispondi mal-aħħar test tal-affidabilità stradali u r-rapport tal-aħħar spezzjoni waqt it-traġit, meta dawn ikunu disponibbli.
1.  Ix-xufiera ta’ vettura rreġistrata fi Stat Membru għandhom iżommu abbord ċertifikat tal-affidabilità stradali li jikkorrispondi mal-aħħar test tal-affidabilità stradali u r-rapport tal-aħħar spezzjoni waqt it-traġit, meta dawn ikunu disponibbli. Jekk iċ-ċertifikat u r-rapport ikunu disponibbli b’mod elettroniku fl-Istat Membru tal-vettura, l-awtoritajiet ma jistgħux jesiġu li jinżammu abbord kopji stampati.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3
3.  L-impriżi individwali għandhom jiżguraw li l-vetturi li jħaddmu huma f’kundizzjoni tajba ta’ affidabilità stradali l-ħin kollu.
3.  L-impriżi li joperaw vetturi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiżguraw li l-vetturi li jħaddmu huma f’kundizzjoni tajba ta’ affidabilità stradali l-ħin kollu u li l-oriġinal jew kopja ċertifikata taċ-ċertifikat tal-affidabilità stradali u prova ta' test maħruġa skont l-Artikolu 10 tar-Regolament XX [dwar testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali] fir-rigward tat-test tal-affidabilità stradali l-aktar reċenti jinżammu abbord.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3
3.  L-impriżi individwali għandhom jiżguraw li l-vetturi li jħaddmu huma f’kundizzjoni tajba ta’ affidabilità stradali l-ħin kollu.
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 9
Meta jkunu qed jiġu identifikati l-vetturi suġġetti għal spezzjoni waqt it-traġit, l-ispetturi għandhom jagħżlu, bħala prijorità, il-vetturi mħaddma minn impriżi bi profil ta’ riskju għoli kif imsemmi fl-Artikolu 6(2). Jistgħu jintgħażlu vetturi oħrajn għall-ispezzjoni fejn hemm suspett li l-vettura tippreżenta riskju għas-sikurezza stradali.

Meta jkunu qed jiġu identifikati l-vetturi suġġetti għal spezzjoni waqt it-traġitt, l-ispetturi jistgħu jagħżlu, jekk l-Istat Membru jiddeċiedi hekk, bħala prijorità, il-vetturi mħaddma minn impriżi bi profil ta’ riskju għoli kif imsemmi fl-Artikolu 6(2). Jistgħu jintgħażlu vetturi oħrajn għall-ispezzjoni fejn hemm suspett li l-vettura tippreżenta riskju għas-sikurezza stradali.

Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Waqt kull spezzjoni inizjali waqt it-traġit ta' vettura, l-ispettur għandu:

Waqt kull spezzjoni inizjali waqt it-traġit ta' vettura, l-ispettur:

(a) jiċċekkja ċ-ċertifikat tal-affidabilità stradali u r-rapport tal-ispezzjoni waqt it-traġit, fejn ikunu disponibbli, li jkunu qed jinżammu abbord skont l-Artikolu 7(1);
(a) għandu jiċċekkja ċ-ċertifikat tal-affidabilità stradali li jikkorrispondi mat-test tal-affidabilità stradali l-aktar reċenti, il-prova ta' test maħruġ skont l-Artikolu 10 tar-Regolament XX [dwar testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali] u, fejn applikabbli, l-aħħar rapport tal-ispezzjoni waqt it-traġit li jkunu qed jinżammu abbord skont l-Artikolu 7(1);
(b) iwettaq valutazzjoni viżwali tal-kundizzjoni tal-vettura u tal-merkanzija tagħha.
(b) għandu jwettaq valutazzjoni viżwali tal-kundizzjoni teknika tal-vettura;
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba) jista’ jwettaq kontroll tal-konformità fir-rigward ta' kwalunkwe rekwizit regolatorju ieħor li jappartjeni għat-tħaddim ta’ vettura kummerċjali fl-Unjoni.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – inċiż 2a (ġdid)
– ix-xażi/il-qafas,
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – inċiż 3
il-fusijiet, ir-roti, it-tajers u s-suspenxin,
– ir-roti u t-tajers
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – inċiż 3a (ġdid)
  Tagħmir tat-tqabbid (coupling equipment),
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – inċiż 4
– effetti negattivi.
– effetti negattivi: storbju u dħaħen tal-egżost.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 3
L-ispezzjoni ta’ kull wieħed minn dawn l-oqsma għandu jkopri element wieħed, diversi elementi jew l-elementi kollha elenkati fl-Anness II u li huma rilevanti għal dawn l-oqsma.

L-ispezzjoni ta’ kull wieħed minn dawn l-oqsma għandu jkopri l-elementi kollha elenkati fl-Anness II u li huma kkunsidrati neċessarji u rilevanti għal dawn l-oqsma.

Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 4
Barra minn hekk, l-ispettur jista’ jiċċekkja oqsma oħra tal-ispezzjoni elenkati fil-punt 1 tal-Anness II u li jkopru element wieħed, diversi elementi jew l-elementi kollha elenkati f’dan l-Anness.

Barra minn hekk, u kulmeta jkun meħtieġ minħabba l-eżistenza ta' riskju potenzjali ta' sigurtà, l-ispettur jista’ jiċċekkja oqsma oħra tal-ispezzjoni elenkati fil-punt 1 tal-Anness II li jkopru l-elementi kollha elenkati f’dan l-Anness li huma meqjusa meħtieġa u relevanti għal dawk l-oqsma.

Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 5
Fejn iċ-ċertifikat tal-affidabilità stradali jew rapport tal-ispezzjoni waqt it-traġit juri li spezzjoni ta’ wieħed mill-elementi elenkati fl-Anness II twettaq matul ix-xahar ta’ qabel, l-ispettur ma għandux jiċċekkja dan l-element sakemm dan ma jkunx ġustifikat fuq il-bażi ta’ nuqqas ovvju.

Fejn iċ-ċertifikat tal-affidabilità stradali jikkorrispondi għall-test l-aktar riċenti tal-affidabilità stradali, spezzjonijiet volontarji regolari tas-sikurezza tal-vettura jew rapport tal-ispezzjoni waqt it-traġitt juri li spezzjoni ta’ wieħed mill-elementi elenkati fl-Anness II twettaq matul it-tliet xhur ta’ qabel, l-ispettur ma għandux jiċċekkja dak l-element sakemm tali spezzjoni hi ġġustifikata fuq il-bażi ta’ nuqqas ovvju.

Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2
2.  Fejn l-ispezzjonijiet ikunu se jitwettqu f’ċentru tal-ittestjar, il-post tal-ispezzjoni inizjali waqt it-traġit ma għandux ikun iffissat għal aktar minn 10 km “l bogħod minn dan iċ-ċentru.
2.  Fejn l-ispezzjonijiet ikunu se jitwettqu f’ċentru tal-ittestjar, dawn għandhom jitwettqu kemm jista’ jkun malajr fl-eqreb ċentru.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3
3.  L-unitajiet mobbli tal-ispezzjoni għandhom jinkludu tagħmir xieraq għat-twettiq ta’ spezzjoni waqt it-traġit, inkluż tal-inqas it-tagħmir meħtieġ għall-valutazzjoni tal-kundizzjoni tal-brejkijiet, l-istering, is-suspenxinu l-emissjonijiet tal-vettura.
3.  L-unitajiet mobbli tal-ispezzjoni għandhom jinkludu tagħmir xieraq għat-twettiq ta’ spezzjoni waqt it-traġitt, inkluż tal-inqas it-tagħmir meħtieġ għall-valutazzjoni tal-kundizzjoni tal-brejkijiet, l-istering, is-sospensjoni, l-emissjonijiet u l-piż tal-vettura..
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2 – inċiż 3
– nuqqasijiet perikolużi li jwasslu għal riskji diretti u immedjati għas-sikurezza stradali tant li l-vettura ma għandha tintuża fit-triq taħt ebda ċirkustanza.
– nuqqasijiet perikolużi li jwasslu għal riskji diretti u immedjati għas-sikurezza stradali li jiġġustifikaw li l-Istat Membru kkonċernat jew l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jipprojbixxu l-vettura mit-triq.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 13
Artikolu 13

Artikolu 13

Regoli speċifiċi rigward l-ispezzjoni tal-irbit tal-merkanzija

Spezzjoni tal-irbit tal-merkanzija

L-ispettur jista’ jwettaq spezzjoni tal-irbit tal-merkanzija ta' vettura skont l-Anness IV. Il-proċeduri ta' segwitu msemmija fl-Artikolu 14 għandhom japplikaw ukoll f'każ ta' nuqqasijiet kbar jew perikolużi relatati mal-irbit tal-merkanzija.

L-ispetturi jistgħu jwettqu spezzjoni tal-irbit tal-merkanzija ta' vettura skont l-istandards eżistenti. L-eżitu ta' tali spezzjoni m'għandux jiddaħħal fis-sistema ta' klassifikazzjoni tar-riskju sakemm ir-regoli dwar l-irbit tat-tagħbija ma jkunux ġew armonizzati fil-livell tal-Unjoni.

Sa ...[allinja mad-data fl-Artikolu 18a tal-proposta għal Regolament dwar testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali], il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-livell ta' armonizzazzjoni fil-qasam tal-irbit tat-tagħbija fit-trasport bit-triq, il-kontroll tiegħu waqt it-traġitt u r-riżultat ta' analiżi tal-metodi li jiżguraw li l-impriżi li joperaw il-vetturi, mill-kunsinjaturi, burdnara, dawk li jgħabbu l-merkanzija u operaturi rilevanti oħrajn li huma involuti fil-manipolazzjoni tal-merkanzija qed jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-sikurezza tat-tagħbija.

Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun il-każ, bi proposta leġiżlattiva.

Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1
1.  Kull nuqqas kbir li joħroġ waqt spezzjoni inizjali jew aktar dettaljata għandu jiġi rrettifikat mingħajr dewmien u fil-viċinanza tal-post tal-ispezzjoni.
1.  Kull nuqqas kbir li joħroġ waqt spezzjoni inizjali jew aktar dettaljata għandu jiġi rrettifikat mingħajr dewmien u f’post mgħammar kif meħtieġ, li jkun viċin kemm jista’ jkun il-post fejn tkun twettqet l-ispezzjoni inizjali jew spezzjoni iktar dettaljata.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
3.  L-ispettur ma għandux jawtorizza vettura kklassifikata bħala li fiha nuqqasijiet perikolużi biex tintuża sakemm dawn in-nuqqasijiet ma jiġux rettifikati fil-post tal-ispezzjoni. L-ispettur jista’ jawtorizza li din il-vettura tintuża sabiex tasal sal-ħanut tax-xogħol l-aktar qrib fejn tista' ssir ir-rettifika ta' dawn in-nuqqasijiet, bil-kundizzjoni li n-nuqqasijiet perikolużi jissewwew b'mod li jippermettu li l-vettura tasal f’dan il-ħanut tax-xogħol u li mhemm ebda riskju immedjat għas-sikurezza tal-okkupanti jew tal-utenti tat-triq l-oħrajn.
3.  L-ispettur ma għandux jawtorizza vettura kklassifikata bħala li fiha nuqqasijiet perikolużi biex tintuża sakemm dawn in-nuqqasijiet ma jiġux rettifikati fil-post fejn seħħet l-ispezzjoni jew f'wieħed mill-eqreb ħwienet tax-xogħol. Jekk jinstabu nuqqasijiet f'partijiet ta' vettura msemmija fl-Artikolu 10(2), l-ispettur għandu jawtorizza li l-vettura tintuża sabiex tasal sal-ħanut tax-xogħol l-aktar qrib fejn tista' ssir ir-rettifika ta' dawn in-nuqqasijiet, bil-kundizzjoni li n-nuqqasijiet perikolużi jissewwew b'mod li jippermettu li l-vettura tasal f’dan il-ħanut tax-xogħol u li mhemm ebda riskju immedjat għas-sikurezza tal-okkupanti jew tal-utenti tat-triq l-oħrajn.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
L-ispettur jista’ jawtorizza l-vettura kklassifikata bħala li għandha nuqqasijiet perikolużu sabiex titwassal direttament sas-sit l-aktar qrib fejn din il-vettura tista’ tissewwa jew tiġi kkonfiskata.

L-ispettur jista’ jawtorizza l-vettura kklassifikata bħala li għandha nuqqasijiet perikolużi sabiex titwassal direttament sas-sit disponibbli l-aktar qrib fejn din tista’ tissewwa jew tiġi kkonfiskata.

Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2
2.  L-ispettur għandu jikkomunika r-riżultati tal-ispezzjoni aktar dettaljata lill-awtorità kompetenti, f’limitu ta’ żmien raġonevoli wara dawn l-ispezzjonijiet. L-awtorità kompetenti għandha żżomm din l-informazzjoni għal 36 xahar mid-data tal-wasla tagħha.
2.  L-ispettur għandu, b'mod elettroniku, jikkomunika r-riżultati tal-ispezzjoni aktar dettaljata lill-awtorità kompetenti, f’limitu ta’ żmien raġonevoli wara dawn l-ispezzjonijiet. L-awtorità kompetenti għandha tintroduċi dik l-informazzjoni fir-reġistru nazzjonali msemmi fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u għandha żżommha għal 36 xahar mid-data tal-wasla tagħha
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 3
3.  Ir-riżultati tal-ispezzjonijiet waqt it-traġit għandhom jiġu kkomunikati lill-awtorità tar-reġistrazjoni tal-vettura.
3.  Ir-riżultati tal-ispezzjonijiet waqt it-traġitt għandhom jiġu kkomunikati elettronikament lill-awtorità tar-reġistrazjoni tal-vettura, lis-sid tal-vettura u, fil-każ ta' vetturi reġistrati fi Stat Membru ieħor, permezz tal-ERRU, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1
1.  Meta jinstabu nuqqasijiet kbar jew perikolużi, b'mod partikolari dawk li jirriżultaw f’projbizzjoni tal-użu tal-vettura, f’vettura li mhijiex irreġistrata fl-Istat Membru tal-ispezzjoni, il-punt ta’ kuntatt għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tal-vettura bir-riżultati ta' din l-ispezzjoni.
1.  Meta jinstabu nuqqasijiet kbar jew perikolużi, b'mod partikolari dawk li jirriżultaw f’projbizzjoni tal-użu tal-vettura, f’vettura li mhijiex irreġistrata fl-Istat Membru tal-ispezzjoni, il-punt ta’ kuntatt għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tal-vettura bir-riżultati ta' dik l-ispezzjoni.
L-Istat Membru ta' reġistrazzjoni għandu jikkunsidra l-informazzjoni fil-klassifikazzjoni tal-impriżi skont l-Artikolu 6(2).

Din l-informazzjoni għandu jkun fiha l-elementi tar-rapport tal-ispezzjoni waqt it-traġit kif stipulat fl-Anness VI.

Din l-informazzjoni għandu jkun fiha l-elementi tar-rapport tal-ispezzjoni waqt it-traġitt kif stipulat fl-Anness VI, se tkun f'forma standard u kkomunikata permezz tar-reġistru elettroniku nazzjonali msemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) 1071/2009.

Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati dwar il-proċeduri għan-notifika tal-vetturi b’nuqqasijiet kbar jew perikolużi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 23(2). .

Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati dwar il-proċeduri għan-notifika tal-vetturi b’nuqqasijiet kbar jew perikolużi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 23(2). .

Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tal-vettura għandha tinforma lill-Istat Membru tal-ispezzjoni bl-azzjoni li tkun ittieħdet.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tal-vettura għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-ispezzjoni bl-azzjoni li tkun ittieħdet u ddaħħal l-informazzjoni fl-ERRU.

Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  F’każ li jinstabu nuqqasijiet kbar jew perikolużi, l-isem tal-operatur għandu jiġi pprovdut lill-punt ta’ kuntatt b’konformità mal-Artikolu 16.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2b (ġdid)
2b.  L-Istat Membru ta' reġistrazzjoni għandu jipprovdi lill-awtorità li qed twettaq spezzjoni teknika waqt it-traġitt l-informazzjoni dwar il-profil ta' riskju tal-impriża li l-vettura tagħha tkun qed tiġi spezzjonata. Dik l-informazzjoni għandha tingħata b'mezzi elettroniċi f'perjodu ta' żmien raġonevoli. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni dwar ir-regoli dettaljati fir-rigward tal-proċeduri għall-provvista ta' tali informazzjoni lill-awtoritajiet.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 23(2).

Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta d-dejta li tinġabar lill-Parlament Ewropew.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew li jiġbor fil-qosor id-dejta li tinġabar.

Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 2
2.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 21 għandha tiġi kkonferita għal perjodu indeterminat ta’ żmien [mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
2.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 21 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin [mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 2
2.  Ir-regoli stipulati skont il-paragrafu 1 għandhom jinkludu penalitajiet għan-nuqqas ta' kooperazzjoni tax-xufier jew l-operatur mal-ispettur kif ukoll li jiġu rettifikati n-nuqqasijiet skoperti matul spezzjoni.
2.  Ir-regoli stipulati skont il-paragrafu 1 għandhom jinkludu penalitajiet għan-nuqqas ta' kooperazzjoni tax-xufier jew l-operatur mal-ispettur kif ukoll għall-użu illegali ta’ vettura li jirriżulta min-nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 14.
Emenda 68
Proposta għal regolament
Anness II – Parti 2 – element 5.2.2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

5.2.2. Roti

Spezzjoni viżwali taż-żewġ naħat ta' kull rota.

Emendat mil-Parlament

5.2.2. Roti

Spezzjoni viżwali taż-żewġ naħat ta' kull rota.

(da) Ir-rota mhux kompatibbli mal-buttun tar-rota

Emenda 69
Proposta għal regolament
Anness II – parti 2 – element 5.2.3 – kolonna 2: Metodu

Test propost mill-Kummissjoni

5.2.3 Tajers

Spezzjoni viżwali tal-vettura sħiġa billi l-vettura titmexxa lura u 'l quddiem.

Emendat mil-Parlament

5.2.3 Tajers

Spezzjoni viżwali tat-tajer sħiħ billi l-vettura titmexxa lura u 'l quddiem.

Uża gejġ tal-pressjoni biex tkejjel il-pressjoni tat-tajer u qabbilha mal-valuri mogħtija mill-manifattur.

Emenda 70
Proposta għal regolament
Anness III – parti 1 – titolu: Nuqqasijiet perikolużi – paragrafu 1
Nuqqasijiet li jikkostitwixxu riskju dirett u immedjat għas-sikurezza tat-triq. L-użu ulterjuri tal-vettura fuq it-triq mhuwiex permess, għalkemm f'ċerti istanzi jista' jkun permess li tinsaq taħt kundizzjonijiet speċifiċi sa direzzjoni speċifika, pereżempju għat-tiswija jew sekwestru tal-vettura.

Nuqqasijiet li jikkostitwixxu riskju dirett u immedjat għas-sikurezza tat-triq li jiġġustifikaw li l-Istat Membru kkonċernat jew l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jipprojbixxu l-użu tal-vettura fuq it-triq, għalkemm f'ċerti istanzi jista' jkun permess li tinsaq taħt kundizzjonijiet speċifiċi sa direzzjoni speċifika, pereżempju għat-tiswija jew sekwestru tal-vettura.

Emenda 71
Proposta għal regolament
Anness 3 – parti 2 – element 5.2.3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

5.2.3. Tajers

(e) Il-ħxuna tat-tajer mhix skont ir-rekwiżiti(1).

X

X

Anqas minn 80 % tal-ħxuna tat-tajer meħtieġa

Emendat mill-Parlament

5.2.3. Tajers

(e) Il-ħxuna tat-tajer fil-minimu legali.

X

X

Il-ħxuna tat-tajers hija inqas mill-minimu legali.

Emenda 72
Proposta għal regolament
Anness 3 – Parti 2 – element 5.2.3 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

5.2.3. Tajers

Emendat mill-Parlament

5.2.3. Tajers

(ga) Il-pressjoni operattiva waqt l-użu f’wieħed mit-tajers tal-vettura imnaqqsa b’20 %

X

X

Emenda 73
Proposta għal regolament
Anness IV
[…]
imħassar

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0207/2013).


It-testijiet tal-affidabbiltà stradali ghal vetturi bil-mutur u t-trejlers taghhom***I
PDF 815kWORD 83k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-2 ta' Lulju 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (COM(2012)0380 – C7-0186/2012 – 2012/0184(COD))(1)
P7_TA(2013)0297A7-0210/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  L-ittestjar tal-affidabilità stradali huwa parti minn sistema usa’ li tiżgura li l-vetturi jinżammu f’kundizzjoni sikura u ambjentali aċċettabli matul l-użu tagħhom. Din is-sistema għandha tkopri testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali għall-vetturi kollha u l-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt għall-vetturi użati għal attivitajiet kummerċjali tat-trasport bit-triq kif ukoll dispożizzjonijiet dwar proċedura għar-reġistrazzjoni tal-vetturi biex ikun żgurat li vetturi li huma ta' riskju immedjat għas-sikurezza stradali ma jintużawx fit-toroq.
(3)  L-ittestjar tal-affidabilità stradali huwa parti minn sistema usa’ li tiżgura li l-vetturi jinżammu f’kundizzjoni sikura u ambjentali aċċettabli matul l-użu tagħhom. Din is-sistema għandha tkopri testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali għall-vetturi kollha u l-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt għall-vetturi użati għal attivitajiet kummerċjali tat-trasport bit-triq kif ukoll dispożizzjonijiet dwar proċedura għar-reġistrazzjoni tal-vetturi. L-ittestjar perjodiku għandu jkun l-għodda ewlenija biex tiġi żgurata l-affibabilità stradali. L-ispezzjonijiet waqt it-traġitt tal-vetturi kummerċjali għandhom ikunu kumplementari biss għat-testijiet perjodiċi u għandu jkollhom fil-mira vetturi li huma ta' riskju immedjat għas-sikurezza stradali.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
(3a)  Il-vetturi kollha użati fit-toroq pubbliċi, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-ittestjar perjodiku tal-affidabilità stradali, jeħtieġ li jkunu tajba biex ikunu fit-triq f'kull mument li jintużaw.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3b (ġdida)
(3b)  L-infurzar tal-miżuri ta' affidabilità stradali għandhom jinkludu kampanji ta' sensibilizzazzjoni li jiffokaw fuq is-sidien tal-vetturi u bil-għan li jiġu żviluppati prattiki u drawwiet li jirriżultaw mill-kontrolli bażiċi fuq il-vettura tagħhom.
Emendi 4 u 115
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Fl-Unjoni ġew adottati għadd ta' standards u rekwiżiti tekniċi dwar is-sikurezza tal-vetturi. Madankollu, huwa meħtieġ li jkun żgurat, permezz ta’ sistema ta’ testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali, li wara li jitqiegħdu fis-suq, il-vetturi jkomplu jissodisfaw l-istandards ta’ sikurezza matul il-ħajja tagħhom. Din is-sistema għandha tapplika għall-kategoriji tal-vetturi kif definit fid-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Marzu 2002 li għandha x'taqsam mal-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE, id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi u d-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru tas-26 ta’ Mejju, 2003, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju li jingibed u li jista' jinbidel, flimkien mas-sistemi tiegħu, il-komponenti u l-unitajiet separati teknici u li d-Direttiva 74/150/KEE.
(4)  Fl-Unjoni ġew adottati għadd ta' standards u rekwiżiti tekniċi dwar is-sikurezza tal-vetturi. Madankollu, huwa meħtieġ li jkun żgurat, permezz ta’ sistema ta’ testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali, li wara li jitqiegħdu fis-suq, il-vetturi jkomplu jissodisfaw l-istandards ta’ sikurezza matul il-ħajja tagħhom. Kwalunkwe tagħmir immuntat wara li jeffettwa l-karatteristiċi ta’ sikurezza u l-karatteristiċi ambjentali tal-vettura m’għandux jeffettwa negattivament lil dawk il-karatteristiċi fl-istat li kienu fih fi żmien tal-approvazzjoni, l-ewwel reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz. L-Istati Membri jistgħu jintroduċu rekwiżiti nazzjonali li jikkonċernaw it-testijiet tal-affidabilità stradali għall-kategoriji tal-vetturi kif definit fid-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Marzu 2002 li għandha x'taqsam mal-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta; dik is-sistema għandha tapplika għall-kategoriji tal-vetturi kif definiti fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi u d-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru tas-26 ta’ Mejju, 2003, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju li jingibed u li jista' jinbidel, flimkien mas-sistemi tiegħu, il-komponenti u l-unitajiet separati teknici.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 5a (ġdida)
(5a)  L-iżvelar bikri ta’ nuqqas fl-affidabilità stradali ta' vettura bil-mutur jgħin biex dak in-nuqqas jiġi rimedjat u b'hekk jiġu evitati l-inċidenti, u l-ispejjeż relatati ma' inċidenti li jiġu ffrankati għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw parzjalment l-istabbiliment ta' skema ta' bonus.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Frazzjoni kbira tal-emissjonijiet totali tat-trasport bit-triq, b'mod partikolari l-emissjonijiet tas-CO2, ġejja minn minorità ta' vetturi b'sistemi tal-kontroll tal-emissjoni li ma jaħdmux sew. Huwa stmat li 5 % tal-flotta tal-vetturi tikkawża 25 % tal-emissjonijiet kollha ta' sustanzi li jniġġsu. Għalhekk, sistema perjodika tal-ittestjar tal-affidabilità stradali tikkontribwixxi wkoll għal titjib fl-ambjent permezz ta' tnaqqis tal-emissjonijiet medji tal-vetturi.
(6)  Frazzjoni kbira tal-emissjonijiet totali tat-trasport bit-triq, b'mod partikolari l-emissjonijiet tas-CO2, ġejja minn minorità ta' vetturi b'sistemi tal-kontroll tal-emissjoni li ma jaħdmux sew. Huwa stmat li 5 % tal-flotta tal-vetturi tikkawża 25 % tal-emissjonijiet kollha ta' sustanzi li jniġġsu. Dan japplika wkoll għal żieda fl-emissjonijiet partikolati u tan-NOx minn magni b’disinn modern li jirrikjedi test iktar komprensivi tal-emissjonijiet, inkluż kontroll, permezz ta’ apparat elettroniku ta' kontroll, tal-integrità u l-funzjonalità tas-sistema dijanjostika abbord (is-sistema OBD) proprja tal-vettura, ivverifikat bl-ittestjar eżistenti tal-pajp tal-egżost biex ikun żgurat test komplut tas-sistema ta' emissjonijiet, peress li l-ittestjar b’referenza għall-OBD waħidha mhix affidabbli. Għalhekk, sistema perjodika tal-ittestjar tal-affidabilità stradali tikkontribwixxi wkoll għal titjib fl-ambjent permezz ta' tnaqqis tal-emissjonijiet medji tal-vetturi.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Il-vetturi agrikoli b’veloċità massima skont id-disinn ogħla minn 40 km/siegħa qed jintużaw dejjem aktar minflok it-trakkijiet f’attivitajiet tat-trasport lokali. Il-potenzjal ta’ riskju tagħhom huwa komparabbli ma’ dak tat-trakkijiet u għalhekk din il-kategorija ta’ vetturi għandha tiġi ttrattata bl-istess mod bħat-trakkijiet fir-rigward tal-ittestjar tal-affidabilità stradali.
(8)  Il-vetturi agrikoli b’veloċità massima skont id-disinn ogħla minn 40 km/siegħa f'xi każijiet qed jintużaw minflok it-trakkijiet għal skopijiet ta' trasport kummerċjali tal-merkanzija. Hu importanti li jkun żgurat, li meta l-vetturi agrikoli jintużaw b'dan il-mod, dawn jiġu trattati bl-istess mod bħat-trakkijiet fir-rigward tal-ittestjar tal-affidabilità stradali.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Suppost li l-vetturi ta' interess storiku jikkonservaw il-wirt tal-epoka li nbnew fiha u huma meqjusa bħala li ftit li xejn jintużaw fit-toroq pubbliċi u għalhekk għandu jitħalla f'idejn l-Istati Membri biex jiddeċiedu jekk jestendux il-perjodu tal-ittestjar perjodiku tal-affidabilità stradali għal vetturi bħal dawn. Għandu jitħalla wkoll f’idejn l-Istati Membri biex jirregolaw l-ittestjar tal-affidabilità stradali ta' tipi oħra ta' vetturi speċjalizzati.
(9)  Il-vetturi ta’ interess storiku jikkonservaw il-wirt tal-epoka li nbnew fiha, jinżammu f’kundizzjoni storikament korretta u rarament jintużaw bħala vetturi ta’ kuljum. Għandu jitħalla f’idejn l-Istati Membri biex jiddeċiedu jekk jestendux il-perjodu tal-ittestjar perjodiku tal-affidabilità stradali għal vetturi bħal dawn jew inkella biex jirregolaw is-sistema għall-ittestjar tal-affidabilità stradali tagħhom. Għandu jitħalla wkoll f’idejn l-Istati Membri biex jirregolaw l-ittestjar tal-affidabilità stradali ta' tipi oħra ta' vetturi speċjalizzati.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  L-ittestjar tal-affidabilità stradali hija attività sovrana u għalhekk, għandha ssir mill-Istati Membri jew minn korpi fdati b’dan il-kompitu taħt is-superviżjoni tagħhom. L-Istati Membri għandhom jibqgħu responsabbli għall-ittestjar tal-affidabilità stradali fil-każijiet kollha anke meta s-sistema nazzjonali tippermetti l-awtorizzazzjoni ta' korpi privati, inklużi dawk involuti fit-twettiq tat-tiswija.
(10)  L-ittestjar tal-affidabilità stradali huwa attività sovrana u għaldaqstant għandu jsir mill-Istat Membru kkonċernat, jew minn korp pubbliku fdat b’dan il-kompitu mill-Istat jew minn korpi jew stabbilimenti maħtura u direttament issorveljati mill-Istat, inklużi korpi privati awtorizzati kif dovut. B'mod partikolari, meta l-istabbilimenti maħtura bħala ċentri tal-ittestjar tal-vetturi jagħmlu wkoll tiswijiet tal-vetturi bil-mutur, l-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jiżguraw l-oġġettività u l-kwalità għolja tal-ittestjar tal-vetturi.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
(10a)  Bil-għan li jkun hemm applikazzjoni aħjar tal-prinċipju ta’ moviment liberu fl-Unjoni, iċ-ċertifikat tal-affidabbiltà stradali maħruġ fl-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni oriġinali għandu jkun rikonoxxut b’mod reċiproku fost l-Istati Membri għall-fini ta’ reġistrazzjoni mill-ġdid.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 10b (ġdida)
(10b)  Meta jkun hemm evidenza li l-armonizzazzjoni tal-ittestjar tal-affidabbiltà stradali tkun intlaħqet bi grad suffiċjenti, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku sħiħ taċ-ċertifikati tal-affidabbiltà stradali fl-Unjoni.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  Għall-ispezzjoni tal-vetturi u speċjalment għall-komponenti ta’ sikurezza elettroniċi tagħhom huwa kruċjali li jkun hemm aċċess għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ kull vettura individwali. Għalhekk, il-manifatturi tal-vetturi m'għandhomx jipprovdu biss is-sett komplet ta' dejta kif kopert miċ-ċertifikat ta' konformità (CoC - 'certificate of conformity') iżda għandhom jipprovdu wkoll l-aċċess għad-dejta meħtieġa għall-verifika tal-funzjonalità tal-komponenti relatati mas-sikurezza u mal-ambjent. Id-dispożizzjonijiet relatati mal-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni għandhom jiġu applikati b’mod simili għal dan il-fini, u jippermettu li ċ-ċentri ta’ spezzjoni jkollhom aċċess għal dawk l-elementi ta’ informazzjoni meħtieġa għall-ittestjar tal-affidabilità stradali. Dan huwa ta’ importanza kruċjali fil-qasam ta' sistemi kkontrollati elettronikament u għandu jkopri l-elementi kollha li ġew installati mill-manifattur.
(11)  Għall-ispezzjoni tal-vetturi u speċjalment għall-komponenti ta’ sikurezza elettroniċi tagħhom huwa kruċjali li jkun hemm aċċess għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ kull vettura individwali. Għalhekk, il-manifatturi tal-vetturi m'għandhomx jipprovdu biss is-sett komplet ta' dejta kif kopert miċ-ċertifikat ta' konformità (CoC - 'certificate of conformity') iżda għandhom jipprovdu wkoll l-aċċess għad-dejta meħtieġa għall-verifika tal-funzjonalità tas-sistemi relatati mas-sikurezza u mal-ambjent. Id-dejta għandha tinkludi d-dettalji li jippermettu li l-funzjonalità tas-sistemi ta’ sikurezza tal-vettura tkun immonitorjata b’mod li dawn ikunu jistgħu jiġu ttestjati f’ambjent ta’ spezzjoni teknika perjodika, b’tali mod li tiġi stabbilita rata prevedibbli ta’ vetturi li jgħaddu jew ma jgħaddux mit-test.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Biex jintlaħaq livell għoli ta' kwalità fl-ittestjar mal-Unjoni kollha, it-tagħmir għall-ittestjar użat waqt l-ittestjar, kif ukoll il-manutenzjoni u l-kalibrazzjoni tiegħu għandhom ikunu speċifikati fuq il-livell tal-Unjoni.
(12)  Biex jintlaħaq livell għoli ta' kwalità fl-ittestjar mal-Unjoni kollha tat-tagħmir għall-ittestjar użat waqt l-ittestjar, il-manutenzjoni u l-kalibrazzjoni tiegħu għandhom ikunu speċifikati fil-livell tal-Unjoni. Għandhom jinħolqu inċentivi għal innovazzjonijiet fl-oqsma tas-sistemi, il-proċeduri u t-tagħmir għall-ittestjar, biex b'hekk ikun jista' jinkiseb aktar tnaqqis tal-ispejjeż u titjib fl-użu.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Meta jkunu qed iwettqu t-testijiet tal-affidabilità stradali, l-ispetturi għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u għandu jkun evitat kull kunflitt ta’ interess. Għalhekk, ir-riżultat tat-testijiet tal-affidabilità stradali ma għandux ikun marbut mas-salarju jew ma’ xi benefiċċju ekonomiku jew personali.
(13)  Meta jkunu qed iwettqu t-testijiet tal-affidabilità stradali, l-ispetturi għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u għandu jkun evitat kull kunflitt ta’ interess. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-valutazzjonijiet jitwettqu kif suppost u għandhom jagħtu attenzjoni partikolari fir-rigward tal-oġġettività tagħhom.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 13a (ġdida)
(13a)  Il-kwalità u l-imparzjalità taċ-ċentri tal-ittestjar tal-vetturi huma kruċjali biex jintlaħaq l-objettiv ta’ sikurezza stradali ikbar. Għalhekk, iċ-ċentri tal-ittestjar li jwettqu testijiet tal-affidabilità stradali għandhom, pereżempju, jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi fir-rigward tal-ISO 17020 dwar kriterji ġenerali għat-tħaddim ta' tipi varji ta' korpi li jwettqu l-ispezzjoni.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Ir-riżultati ta’ test ma għandhomx jiġu mibdula għal finijiet kummerċjali. Il-korp superviżorju għandu jkun jista’ jimmodifika r-riżultati ta’ test tal-affidabilità stradali biss jekk ikun ċar li s-sejbiet tat-test tal-affidabilità stradali mwettaq minn spettur ma jkunux korretti.
(14)  Ir-riżultati ta’ test ma għandhomx jiġu mibdula għal finijiet kummerċjali. Il-korp superviżorju għandu jkun jista’ jimmodifika r-riżultati ta’ test tal-affidabilità stradali u jimponi l-pieni xierqa fuq il-korp li jkun ħareġ iċ-ċertifikat biss jekk ikun ċar li s-sejbiet tat-test tal-affidabilità stradali mwettaq minn spettur ma jkunux korretti.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Standards għoljin tal-ittestjar tal-affidabilità stradali jeħtieġu livell għoli ta’ ħiliet u kompetenzi tal-persunal tal-ittestjar. Għandha tiġi introdotta sistema tat-taħriġ inkluż taħriġ inizjali u taħriġ ta’ aġġornament perjodiku. Għandu jkun definit perjodu tranżitorju biex jippermetti t-traniżizzjoni bla tfixkil tal-persunal tal-ittestjar eżistenti f’sistema ta’ taħriġ perjodiku.
(15)  Standards għoljin tal-ittestjar tal-affidabilità stradali jeħtieġu livell għoli ta’ ħiliet u kompetenzi tal-persunal tal-ittestjar. Għandha tiġi introdotta sistema tat-taħriġ inkluż taħriġ inizjali u taħriġ ta’ aġġornament perjodiku. Għandu jkun definit perjodu tranżitorju biex jippermetti t-traniżizzjoni bla tfixkil tal-persunal tal-ittestjar eżistenti f’sistema ta’ taħriġ perjodiku. L-Istati Membri li diġà japplikaw rekwiżiti ta’ taħriġ, kompetenza u ttestjar aktar stretti mir-rekwiżiti minimi għandhom jitħallew iżommu l-istandards għoljin tagħhom.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Il-frekwenza tat-testijiet għandha tiġi adattata skont it-tip ta’ vettura u l-kilometraġġ tagħha. Huwa aktar probabbli li l-vetturi jippreżentaw nuqqasijiet tekniċi meta jilħqu ċertu età, u b’mod partikolari meta jkunu użati b’mod intensiv, wara ċertu kilometraġġ. Għalhekk, huwa xieraq li l-frekwenza tal-ittestjar tiżdied għal vetturi aktar qodma u għal vetturi b'kilometraġġ għoli.
(17)  Il-frekwenza tat-testijiet għandha tiġi adattata skont it-tip ta’ vettura. Huwa aktar probabbli li l-vetturi jippreżentaw nuqqasijiet tekniċi meta jilħqu ċertu età. Għalhekk, huwa xieraq li l-vetturi aktar qodma jiġu ttestjati b’iktar frekwenza.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 19
(19)  It-testijiet tal-affidabilità stradali għandhom ikopru l-elementi kollha rilevanti għad-diżinn, il-kostruzzjoni u t-tagħmir speċifiku tal-vettura ttestjata. Fi ħdan dawn l-elementi u b’qies tal-istat attwali tat-teknoloġija tal-vetturi, is-sistemi elettroniċi moderni għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-elementi ttestjati. Sabiex tinkiseb armonizzazzjoni fl-ittestjar tal-affidabilità stradali, għandhom jiġu pprovduti metodi ta’ ttestjar għal kull wieħed mill-elementi tat-test.
(19)  It-testijiet tal-affidabilità stradali għandhom ikopru l-elementi kollha rilevanti għad-diżinn, il-kostruzzjoni u t-tagħmir speċifiku tal-vettura ttestjata. Dawk l-elementi għandhom jiġu aġġornati biex iqisu r-riċerka li qed tevolvi u l-progress tekniku rigward is-sikurezza tal-vetturi. Ir-roti taħt il-livell standard li jitwaħħlu fuq fusijiet mhux standard, għandhom jiġu trattati bħala element ta' sikurezza kritika, u għalhekk għandhom jiddaħħlu fit-testijiet tal-affidabilità stradali. Fi ħdan dawn l-elementi u b’qies tal-istat attwali tat-teknoloġija tal-vetturi, is-sistemi elettroniċi moderni għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-elementi ttestjati. Sabiex tinkiseb armonizzazzjoni fl-ittestjar tal-affidabilità stradali, għandhom jiġu pprovduti metodi ta’ ttestjar għal kull wieħed mill-elementi tat-test.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 20a (ġdida)
(20a)  L-istandards tal-ittestjar tal-affidabbiltà stradali għandhom ikunu stabbiliti fuq livell minimu għoli komuni għall-Unjoni kollha sabiex dawk l-Istati Membri li diġà għandhom standards tat-testijiet tal-affidabbiltà stradali ta’ livell ogħla minn dak mitlub b’dan ir-Regolament ikunu jistgħu jżommu l-istandards ogħla tagħhom u jadottawhom għall-progress tekniku, fejn ikun xieraq.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 21
(21)  Id-detentur ta’ reġistrazzjoni ta’ vettura suġġetta għal test tal-affidabilità stradali li matulu jiġu skoperti n-nuqqasijiet, b’mod partikolari dawk li jirrappreżentaw riskju għas-sikurezza stradali, għandu jirranġa dawn in-nuqqasijiet mingħajr dewmien. F’każ ta’ nuqqasijiet perikolużi, għandha tiġi rtirata r-reġistrazzjoni tal-vettura sakemm jitranġaw dawk in-nuqqasijiet.
(21)  Id-detentur ta’ reġistrazzjoni ta’ vettura suġġetta għal test tal-affidabilità stradali li matulu jiġu skoperti n-nuqqasijiet, b’mod partikolari vettura li tirrappreżenta riskju għas-sikurezza stradali, għandu jirranġa dawn in-nuqqasijiet mingħajr dewmien. Fil-każ ta’ nuqqasijiet perikolużi, il-vettura m'għandhiex tinsaq fit-toroq pubbliċi sakemm jitranġaw kompletament dawk in-nuqqasijiet.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 22
(22)  Għandu jinħareġ ċertifikat tal-affidabilità stradali wara kull test, inkluża, fost oħrajn, informazzjoni relatata mal-identità tal-vettura u informazzjoni dwar ir-riżultati tat-test. Bil-ħsieb li jkun żgurat segwitu xieraq tat-testijiet tal-affidabilità stradali, l-Istati Membri għandhom jiġbru u jżommu informazzjoni bħal din f'bażi tad-dejta.
(22)  Sabiex jiġi żgurat is-segwitu xieraq għar-riżultati tat-testijiet, għandu jinħareġ ċertifikat tal-affidabilità stradali wara kull test, li għandu jinħoloq ukoll f'format elettroniku, bl-istess livell ta' dettall fir-rigward tal-identità tal-vettura u r-riżultati tat-test kif ikun jidher fiċ-ċertifikat oriġinali tat-test. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiġbru u jżommu informazzjoni bħal din f'bażi tad-dejta ċentralizzata sabiex jiżguraw li l-awtentiċità tar-riżultati tal-ispezzjonijiet tekniċi perjodiċi tkun tista' tiġi vverfikata faċilment.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 22 a (ġdida)
(22a)  Peress li ċerti Stati Membri ma jirrikjedux ir-reġistrazzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi, bħalma huma t-trejlers ħfief, l-informazzjoni dwar vettura li tgħaddi mit-test tal-affidabilità stradali għandha tkun disponibbli permezz ta’ prova tat-test li tintwera b'mod viżibbli fuq il-vettura.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 23
(23)  Huwa meqjus li l-frodi tal-odometru taffettwa bejn 5 % u 12 % tal-bejgħ tal-karozzi użati u dan jirriżulta f'kost importanti ħafna għas-soċjetà ta' diversi biljuni ta' Ewro kull sena u f'evalwazzjoni mhux korretta tal-kundizzjoni tal-affidabilità stradali ta' vettura. Bil-ħsieb li tkun miżura kontra l-frodi tal-odometru, ir-reġistrazzjoni tal-kilometraġġ fiċ-ċertifikat tal-affidabilità stradali flimkien mal-obbligu li jiġi ppreżentat iċ-ċertifikat tat-test preċedenti għandhom jiffaċilitaw l-iskoperta tat-tbagħbis jew tal-manipulazzjoni tal-odometru. Il-frodi tal-odometru għandha wkoll titqies b’mod aktar sistematiku bħala offiża li twassal għal penalità.
(23)  Huwa meqjus li l-frodi tal-odometru taffettwa bejn 5 % u 12 % tal-bejgħ tal-karozzi użati f'pajjiż wieħed, filwaqt li ċ-ċifra hi ħafna ogħla fil-każ ta’ bejgħ transkonfinali, u dan jirriżulta f'kost sinifikanti ħafna għas-soċjetà ta' diversi biljuni ta' Ewro kull sena u f'evalwazzjoni mhux korretta tal-affidabilità stradali ta' vettura. Bil-ħsieb li tkun miżura kontra l-frodi tal-odometru, ir-reġistrazzjoni tal-kilometraġġ fiċ-ċertifikat tal-affidabilità stradali flimkien mal-obbligu li jiġi ppreżentat iċ-ċertifikat tat-test preċedenti għandhom jiffaċilitaw l-iskoperta tat-tbagħbis jew tal-manipulazzjoni tal-odometru. L-istabbiliment ta' pjattaforma elettronika tal-informazzjoni dwar il-vetturi li tirreġistra l-kilometraġġ tal-vetturi u l-inċidenti serji li kienu involuti fihom matul il-ħajja kollha tagħhom, bl-attenzjoni dovuta għall-protezzjoni tad-dejta, jgħin ukoll biex tiġi evitata l-manipulazzjoni u biex l-informazzjoni importanti tkun aċċessibbli. Il-frodi tal-odometru għandha, barra minnhekk, titqies b’mod aktar sistematiku bħala offiża li twassal għal penalità.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 25
(25)  L-ittestjar tal-affidabilità stradali huwa parti minn skema regolatorja usa’, li tirregola l-vetturi matul il-ħajja tagħhom mill-approvazzjoni permezz tar-reġistrazzjonijiet u l-ispezzjonijiet sal-iskreppjar. L-iżvilupp u l-interkonnessjoni ta’ bażijiet tad-dejta elettroniċi nazzjonali dwar il-vetturi u tal-manifatturi għandhom, fil-prinċipju, jikkontribwixxu sabiex titjieb l-effiċjenza tal-katina kollha amminstrattiva tal-vetturi u jitnaqqsu l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha twettaq studju dwar il-fattibilità, l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-istabbiliment ta' pjattaforma elettronika Ewropea għall-informazzjoni dwar il-vetturi għal dan il-għan.
(25)  L-ittestjar tal-affidabilità stradali huwa parti minn skema regolatorja usa’, li tirregola l-vetturi matul il-ħajja tagħhom mill-approvazzjoni permezz tar-reġistrazzjonijiet u l-ispezzjonijiet sal-iskreppjar. L-iżvilupp u l-interkonnessjoni ta’ bażijiet tad-dejta elettroniċi nazzjonali dwar il-vetturi u tal-manifatturi jikkontribwixxu sabiex titjieb l-effiċjenza tal-katina kollha amministrattiva tal-vetturi u jitnaqqsu l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 25a (ġdida)
(25a)  Peress li l-objettiv ta' dan ir-Regolament għandu jkun li jinkoraġġixxi iktar armonizzazzjoni u standardizzazzjoni tal-ittestjar perjodiku tal-affidabilità stradali tal-vetturi, li eventwalment għandhom iwasslu għall-istabbiliment ta' suq uniku għall-ittestjar perjodiku tal-affidabilità stradali fl-Unjoni b'sistema ta' rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-ittestjar tal-affidabilità stradali li tagħmilha possibbli li l-vetturi jiġu ttestjati fi kwalunkwe Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tabbozza rapport dwar il-progress fil-proċess ta' armonizzazzjoni sabiex tiddetermina meta tali rikonoxximent reċiproku jista' jiġi stabbilit.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 26
(26)  Sabiex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat b'aktar dettalji tekniċi, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni bil-ħsieb li titqies, meta jkun xieraq, l-evoluzzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-kategoriji tal-vetturi, kif ukoll il-ħtieġa li l-Annessi jiġu aġġornati fid-dawl tal-progress tekniku. Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa waqt il-fażi tax-xogħol ta’ tħejjija, inkluż fil-livell ta’ esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
(26)  Sabiex dan ir-Regolament jiġi aġġornat, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni bil-ħsieb li titqies, meta jkun xieraq, l-evoluzzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-kategoriji tal-vetturi, kif ukoll il-ħtieġa li l-Annessi jiġu aġġornati fid-dawl tal-progress tekniku. Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa waqt il-fażi tax-xogħol ta’ tħejjija, inkluż fil-livell ta’ esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 29
(29)  Ladarba l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu stipulati rekwiżiti komuni minimi u regoli armonizzati dwar it-twettiq tal-ittestjar tal-affidabilità stradali tal-vetturi fl-Unjoni, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.
(29)  Ladarba l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu stipulati rekwiżiti komuni minimi u regoli armonizzati dwar it-twettiq tal-ittestjar tal-affidabilità stradali tal-vetturi fl-Unjoni, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu rekwiżiti iktar stretti mill-istandards minimi.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema għal testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali tal-vetturi.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema għal testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali tal-vetturi li jitwettqu abbażi ta’ standards u rekwiżiti tekniċi minimi bil-għan li jiġi żgurat livell għoli ta’ sikurezza stradali u protezzjoni tal-ambjent.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – inċiż 1
–  vetturi bil-mutur li għandhom tal-inqas erba' roti, użati għall-ġarr tal-passiġġieri u b'mhux aktar minn tmien sedili minn barra s-sedil tax-xufier - kategorija tal-vettura M1,
–  vetturi bil-mutur iddisinjati u mibnija primarjament għall-ġarr ta’ persuni u l-bagalji tagħhom, li jkun fihom mhux aktar minn tmien sedili minbarra s-sedil tax-xufier - kategorija tal-vettura M1,
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – inċiż 2
–  vetturi bil-mutur użati għall-ġarr tal-passiġġieri u b’aktar minn tmien sedili, eskluż is-sedil tax-xufier – kategoriji tal-vettura M2 u M3,
–  vetturi bil-mutur iddisinjati u mibnija primarjament għall-ġarr tal-persuni u l-bagalji tagħhom, li jkun fihom aktar minn tmien sedili, eskluż is-sedil tax-xufier – kategoriji tal-vettura M2 u M3,
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – inċiż 3
–  vetturi bil-mutur li għandhom tal-inqas erba’ roti, normalment użati għall-ġarr bit-triq ta' oġġetti u b'massa massima permessibbli li ma taqbiżx it-3 500 kg - kategorija tal-vettura N1,
–  vetturi bil-mutur iddisinjati u mibnija prinċipalment għall-ġarr ta’ oġġetti, li għandhom massa massima li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati - kategorija tal-vettura N1,
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – inċiż 4
–  vetturi bil-mutur użati għall-ġarr ta’ oġġetti u b’massa massima permessibbli li taqbeż it-3 500 kg – kategoriji tal-vettura N2 u N3,
–  vetturi bil-mutur iddisinjati u mibnija prinċipalment għall-ġarr ta’ oġġetti b’massa massima li taqbeż it-3,5 tunnellati – kategoriji tal-vettura N2 u N3,
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – inċiż 5
–  trejlers u semitrejlers b'massa massima permessibbli li ma taqbiżx it-3 500 kg - kategoriji tal-vettura O1 u O2,
–  trejlers iddisinjati u mibnija għall-ġarr ta’ oġġetti jew persuni kif ukoll għall-akkomodazzjoni ta’ persuni, li jkollhom massa massima ta’ iktar minn 750 kg iżda li ma taqbiżx it-3,5 Tunnellatikategorija tal-vettura O2
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – inċiż 6
–  trejlers u semitrejlers b'massa massima permessibbli li taqbeż it-3 500 kg - kategoriji tal-vettura O3 u O4,
–  trejlers iddisinjati u mibnija għall-ġarr ta’ oġġetti jew persuni kif ukoll għall-akkomodazzjoni ta’ persuni, li jkollhom massa massima li taqbeż it-3,5 tunnellati – kategoriji tal-vetturi O3 u O4,
Emenda 117/1
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafi 1 – inċiż 7
—  vetturi b'żewġ jew tliet roti – kategoriji tal-vettura L1e, L2e, L3e, L4e, L5e, L6e u L7e,
—  mill-1 ta’ Jannar 2016, vetturi b'żewġ jew tliet roti – kategoriji tal-vettura L3e, L4e, L5e u L7e,
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – inċiż 8
–  tratturi bir-roti b’veloċità massima skont id-disinn li taqbeż l-40 km/siegħa – kategorija tal-vettura T5.
–  tratturi bir-roti tal-kategorija T5 użati prinċipalment f’toroq pubbliċi b’veloċità massima skont id-disinn li taqbeż l-40km/siegħa.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  It-testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali obbligatorji jistgħu jiġu estiżi mill-Istati Membri għal kategoriji oħra ta' vetturi. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni ta’ estensjoni meħuda minnhom, filwaqt li jagħtu r-raġunijiet għal dawk id-deċiżjonijiet.
Emenda 117/2
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1b (ġdid)
1b.  Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2018 għall-kategoriji tal-vetturi li ġejjin sakemm il-Kummissjoni ma turix fir-rapport tagħha taħt l-Artikolu 18a li miżura tali tkun ineffettiva:
—  vetturi b'żewġ jew tliet roti – kategoriji tal-vettura L1e, L2e, u L6e.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 2
–  vetturi li jappartjenu lill-forsi armati, lis-servizzi tat-tifi tan-nar, lill-protezzjoni ċivili, lis-servizzi ta' emerġenza u ta' salvataġġ,
–  vetturi użati mill-forzi armati, mis-servizzi tat-tifi tan-nar, mill-protezzjoni ċivili, mis-servizzi ta' emerġenza u ta' salvataġġ,
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 2a (ġdid)
–  trejlers tal-kategorija O2 b’massa massima ta’ mhux iktar minn 2,0 tunnellati iżda bl-esklużjoni ta’ trejlers tal-kategorija O2 tat-tip karavan li jinġibed.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 5
(5)  ‘vetturi b'żewġ jew tliet roti’ tfisser kull vettura bil-mutur fuq żewġ roti b’sidecar jew mingħajrha, triċikli u kwadriċikli;
imħassar
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 7
(7)  ‘vettura ta’ interess storiku’ tfisser kwalunkwe vettura li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(7)  ‘vettura ta’ interess storiku’ tfisser kwalunkwe vettura li titqies bħala storika mill-Istat Membru ta' reġistrazzjoni jew minn wieħed mill-korpi ta’ awtorizzazzjoni maħturin tiegħu u li tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
–  Kienet manifatturata tal-inqas 30 sena ilu,
–  Kienet ġiet manifatturata jew irreġistrata għall-ewwel darba tal-inqas 30 sena ilu;
–  Tinżamm permezz tal-użu ta' partijiet ta' bdil li jirriproduċu l-komponenti storiċi tal-vettura;
–  it-tip speċifiku tagħha, kif definit mill-atti legali rilevanti tal-Unjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip, ma jkunx għadu jiġi prodott;
–  Ma ġarrbet ebda tibdil fil-karatteristiċi tekniċi tal-komponenti prinċipali tagħha bħall-magna, il-brejkijiet, l-istering jew is-suspenxin u
–  tkun preservata u miżmuma f’kundizzjoni storikament korretta, u għaldaqstant ma jkunx sarilha tibdil kbir fil-karatteristiċi tekniċi tagħha;
–  Ma nbidlitx fid-dehra tagħha;
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 9
(9)  ‘test tal-affidabilità stradali’ tfisser verifika li l-partijiet u l-komponenti ta’ vettura huma konformi mal-karatteristiċi ta’ sikurezza u dawk ambjentali fis-seħħ fiż-żmien tal-approvazzjoni, l-ewwel reġistrazzjoni jew dħul fis-servizz, kif ukoll fiż-żmien tal-modifiki li jkunu saru wara;
(9)  ‘test tal-affidabilità stradali’ tfisser spezzjoni li tiżgura li vettura tista' tintuża fit-toroq pubbliċi b'mod sikur u li tikkonforma mal-karatteristiċi ta’ sikurezza u dawk ambjentali fiż-żmien tal-approvazzjoni, l-ewwel reġistrazzjoni jew dħul fis-servizz, jew fiż-żmien tal-modifiki li jkunu saru wara;
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 13
(13)  ‘spettur’ tfisser persuna awtorizzata minn Stat Membru biex twettaq testijiet tal-affidabilità stradali f’ċentru tal-ittestjar jew f’isem awtorità kompetenti;
(13)  ‘spettur’ tfisser persuna awtorizzata minn Stat Membru jew l-awtorità kompetenti teigħu biex twettaq testijiet tal-affidabilità stradali f’ċentru tal-ittestjar jew f’isem awtorità kompetenti;
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2
2.  It-testijiet tal-affidabilità stradali għandhom jitwettqu biss mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jew minn ċentri tal-ittestjar awtorizzat mill-Istati Membri.
2.  It-testijiet tal-affidabilità stradali għandhom jitwettqu, fil-prinċipju, fl-Istat Membru fejn tkun irreġistrata l-vettura mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru jew minn korp pubbliku fdat bil-kompitu mill-Istat jew minn korpi jew stabbilimenti ċertifikati u sorveljati mill-Istat, inklużi korpi privati awtorizzati.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3
3.  Il-manifatturi tal-vetturi għandhom jipprovdu liċ-ċentri tal-ittestjar jew, meta jkun rilevanti, lill-awtorità kompetenti, l-aċċess għall-informazzjoni teknika meħtieġa għall-ittestjar tal-affidabilità stradali, kif stipulat fl-Anness I. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati dwar il-proċeduri dwar l-aċċess għall-informazzjoni teknika stipulati fl-Anness I skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).
3.  Il-manifatturi tal-vetturi għandhom jipprovdu, mingħajr ħlas, liċ-ċentri tal-ittestjar u lill-manifatturi tat-tagħmir tal-ittestjar jew, meta jkun rilevanti, lill-awtorità kompetenti, l-aċċess għall-informazzjoni teknika meħtieġa għall-ittestjar tal-affidabilità stradali, kif stipulat fl-Anness I. Għall-manifatturi tat-tagħmir tal-ittestjar, dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni meħtieġa sabiex it-tagħmir tal-ittestjar ikun jista’ jintuża sabiex titwettaq valutazzjoni dwar jekk il-funzjonalità tas-sistemi ta’ kontroll elettroniku ta’ vettura tgħaddix jew le mit-test. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati dwar il-proċeduri dwar l-aċċess għall-informazzjoni teknika stipulati fl-Anness I u teżamina l-fattibilità ta' punt uniku ta' aċċess skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).
Emenda 48
Proposta għal regolament
Kapitolu 3 – titolu
REKWIŻITI LI JIKKONĊERNAW IT-TESTIJIET TAL-AFFIDABILITÀ STRADALI
REKWIŻITI MINIMI LI JIKKONĊERNAW IT-TESTIJIET TAL-AFFIDABILITÀ STRADALI
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – inċiż 2
–  Vetturi tal-kategoriji M1, N1 u O2: erba’ snin wara d-data li fiha l-vettura ġiet irreġistrata għall-ewwel darba, imbagħad wara sentejn u mbagħad kull sena;
–  Vetturi tal-kategoriji M1, N1 u O2: erba’ snin wara d-data li fiha l-vettura ġiet irreġistrata għall-ewwel darba, imbagħad kull sentejn;
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – inċiż 3
–  Vetturi tal-kategorija M1 irreġistrati bħala taksis jew ambulanzi, vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, T5, O3 u O4: sena wara d-data li fiha l-vettura kienet irreġistrata għall-ewwel darba, imbagħad kull sena.
–  Vetturi tal-kategorija M1 irreġistrati bħala taksis jew ambulanzi, vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4: sena wara d-data li fiha l-vettura kienet irreġistrata għall-ewwel darba, imbagħad kull sena;
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – inċiż 3a (ġdid)
–  Vetturi tal-kategorija T5 użati prinċipalment fit-toroq pubbliċi: sena wara d-data li fiha l-vettura kienet irreġistrata għall-ewwel darba, imbagħad kull sena;
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – inċiż 3b (ġdid)
–  Kategoriji oħra ta’ vetturi: f’intervalli definiti mill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Kwalunkwe Stat Membru jista' jipprovdi finanzjament għall-ittestjar tal-affidabilità stradali jekk sid ta' vettura jiddeċiedi li jnaqqas l-intervall tal-ispezzjoni għal sena. Il-perjodu tal-finanzjament għandu jibda mhux qabel 10 snin wara d-data tal-ewwel reġistrazzjoni tal-vettura.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1b (ġdid)
1b.  Stat Membru jista’ jirrikjedi li vetturi ta’ kwalunkwe klassi rreġistrati fit-territorju tiegħu jkunu suġġetti għal ittestjar perjodiku tal-affidabilità stradali iktar frekwenti.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2
2.  Fil-każ fejn vettura tal-kategoriji M1 jew N1 tilħaq kilometraġġ ta’ 160 000 km mal-ewwel test tal-affidabilità stradali wara l-ewwel reġistrazzjoni tal-vetturi, għandha tkun suġġetta għal test tal-affidabilità stradali kull sena wara l-ewwel test.
imħassar
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3
3.  Id-detentur taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni jista’ jitlob liċ-ċentru tal-ittestjar, jew lill-awtorità kompetenti jekk ikun rilevanti, biex iwettaq/twettaq test tal-affidabilità stradali matul perjodu li jestendi mill-bidu tax-xahar li jiġi qabel ix-xahar tad-data tal-anniversarju msemmija fil-paragrafu 1 sal-aħħar tat-tieni xahar wara din id-data, mingħajr ma tiġi affettwata d-data għat-test li jkun imiss tal-affidabilità stradali.
3.  Id-detentur taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni jista’ jitlob liċ-ċentru tal-ittestjar, jew lill-awtorità kompetenti jew lil korpi jew stabbilimenti ċertifikati u sorveljati mill-Istat jekk ikun rilevanti, biex iwettaq/twettaq test tal-affidabilità stradali matul perjodu li jestendi mill-bidu tax-xahar li jiġi qabel ix-xahar tad-data tal-anniversarju msemmija fil-paragrafu 1 sal-aħħar tat-tieni xahar wara din id-data, mingħajr ma tiġi affettwata d-data għat-test li jkun imiss tal-affidabilità stradali.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 4 – inċiż 3
–  f'każ li jinbidel id-detentur taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni tal-vettura.
imħassar
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 4 – inċiż 3a (ġdid)
–  meta l-vettura tkun laħqet kilometraġġ ta’ 160 000 km.
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1
1.  It-test tal-affidabilità stradali għandu jkopri l-oqsma msemmija fl-Anness II, il-punt 2.
1.  It-test tal-affidabilità stradali għandu jkopri tal-inqas l-oqsma msemmija fl-Anness II, il-punt 2.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2
2.  Għal kull qasam imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew iċ-ċentru tal-ittestjar għandhom iwettqu test tal-affidabilità stradali li jkopri tal-inqas l-elementi, u bl-użu tal-metodu applikabbli għall-ittestjar ta’ dawk l-elementi, kif stipulat fl-Anness II, il-punt 3.
2.  Għal kull qasam imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew iċ-ċentru tal-ittestjar għandhom iwettqu test tal-affidabilità stradali li jkopri tal-inqas l-elementi, u bl-użu tal-metodu applikabbli għall-ittestjar ta’ dawk l-elementi, kif stipulat fl-Anness II, il-punt 3, jew alternattiva ekwivalenti approvata minn awtorità kompetenti.
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
1.  Iċ-ċentru tal-ittestjar jew, jekk ikun rilevanti, l-awtorità kompetenti li wettqet it-test tal-affidabilità stradali għandha toħroġ ċertifikat tal-affidabilità stradali lil dik il-vettura li fiha, tal-inqas, l-elementi kollha stipulati fl-Anness IV.
1.  Iċ-ċentru tal-ittestjar jew, jekk ikun rilevanti, l-awtorità kompetenti li wettqet it-test tal-affidabilità stradali għandhom joħorġu ċertifikat tal-affidabilità stradali lil dik il-vettura, li għandu jkun disponibbli wkoll f'format elettroniku li jkun fih, tal-inqas, l-elementi kollha stipulati fl-Anness IV. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tfassal formula standard tal-Unjoni Ewropea għat-testijiet tal-affidabilità stradali.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
2.  Iċ-ċentru tal-ittestjar jew, fejn ikun rilevanti, l-awtorità kompetenti, għandha tipprovdi ċertifikat tal-affidabilità stradali jew, fil-każ ta' ċertifikat tal-affidabilità stradali stabbilit elettronikament, karta stampata ċċertifikata kif xieraq ta' dan iċ-ċertifikat, lill-persuna li tkun qed tippreżenta lill-vettura għat-test.
2.  Malli t-test jitlesta b’mod sodisfaċenti, iċ-ċentru tal-ittestjar jew, fejn ikun rilevanti, l-awtorità kompetenti, għandhom jipprovdu ċertifikat tal-affidabilità stradali lill-persuna li tkun qed tippreżenta lill-vettura għat-test, jew meta ċ-ċertifikat ikun f'format elettroniku, għandhom jagħmlu disponibbli verżjoni stampata tar-riżultati tat-test.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Meta jirċievu applikazzjoni għar-reġistrazzjoni mill-ġdid ta' vettura, u l-vettura tkun toriġina minn Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni għandhom jirrikonoxxu ċ-ċertifikat ta' affidabilità stradali tal-vettura, ladarba l-validità tiegħu tkun ġiet ivverifikata fil-mument tar-reġistrazzjoni mill-ġdid. Dan ir-rikonoxximent għandu jkopri l-istess perjodu bħal dak tal-validità oriġinali taċ-ċertifikat, ħlief fejn dak il-perjodu ta' validità orġinali jestendi oltre t-tul legali massimu fl-Istat Membru fejn il-vettura tkun qed tiġi rreġistrata mill-ġdid. F'dak il-każ, il-validità għandha tiġi allinjata 'l isfel, u kkalkulata mid-data meta l-vettura nħarġitilha ċ-ċertifikat ta' affidabilità stradali oriġinali. Qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lil xulxin il-format taċ-ċertifikat ta' affidabilità stradali rikonoxxut mill-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom, kif ukoll l-istruzzjonijiet dwar kif għandha tiġi vverifikata l-awtentiċità.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4
4.  Għall-finijiet tal-iċċekkjar tal-qari tal-odometru, u fejn din l-informazzjoni ma ġietx ikkomunikata b’mod elettroniku wara t-test tal-affidabilità stradali preċedenti, l-ispettur għandu jeħtieġ li l-persuna li tippreżenta l-vettura għat-test turi ċ-ċertifikat li jkun inħareġ wara t-test tal-affidabilità stradali preċedenti.
4.  Għall-finijiet tal-iċċekkjar tal-qari tal-odometru, fejn dan ikun installat, u fejn l-informazzjoni ta’ dak il-qari ma tkunx ġiet ikkomunikata b’mod elettroniku wara t-test tal-affidabilità stradali preċedenti, l-ispettur għandu jeħtieġ li l-persuna li tippreżenta l-vettura għat-test turi ċ-ċertifikat li jkun inħareġ wara t-test tal-affidabilità stradali preċedenti, jekk dak iċ-ċertifikat ma jkunx inħareġ elettronikament.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 5
5.  Ir-riżultati tat-test tal-affidabilità stradali għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità tar-reġistrazjoni tal-vettura. Din in-notifika għandu jkun fiha l-informazzjoni msemmija fiċ-ċertifikat tal-affidabilità stradali.
5.  Ir-riżultati tat-test tal-affidabilità stradali għandhom jiġu nnotifikati b’mezz elettroniku lill-awtorità tar-reġistrazzjoni tal-vettura mingħajr dewmien. Dik in-notifika għandu jkun fiha l-informazzjoni msemmija fiċ-ċertifikat tal-affidabilità stradali.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2
2.  Fil-każ ta’ nuqqasijiet kbar, l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi l-kundizzjonijiet li taħthom vettura tista’ tintuża qabel ma terġa’ tgħaddi minn test ieħor tal-affidabilità stradali. It-tieni test għandu jsir sa sitt ġimgħat wara l-ewwel test.
2.  Fil-każ ta’ nuqqasijiet kbar, l-awtorità kompetenti nazzjonali tista' tiddeċiedi l-kundizzjonijiet li taħthom vettura tista’ tintuża qabel ma terġa’ tgħaddi minn test ieħor tal-affidabilità stradali. It-tieni test għandu jsir sa sitt ġimgħat wara l-ewwel test.
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3
3.  Fil-każ ta’ nuqqasijiet perikolużi, il-vettura ma għandhiex tintuża fuq toroq aċċessibbli għall-pubbliku u r-reġistrazzjoni tagħha għandha tiġi rtirata skont l-Artikolu 3a tad-Direttiva XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/37/KE dwar id-dokumenti ta' reġistrazzjoni għall-vetturi sakemm in-nuqqasijiet ikunu rettifikati u jinħareġ ċertifikat ġdid tal-affidabilità stradali li juri li l-vettura hija f’kundizzjoni tajba għat-triq.
3.  Fil-każ ta’ nuqqasijiet perikolużi, l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti jistgħu jipprevjenu jew jirrestrinġu l-użu tal-vettura f’toroq pubbliċi sakemm jiġi rettifikat kwalunkwe nuqqas perikoluż.
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1
Iċ-ċentru tal-ittestjar jew, jekk ikun rilevanti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li tkun wettqet it-test tal-affidabilità stradali fuq vettura rreġistrata fit-territorju tagħha, għandha toħroġ prova lil kull vettura li tgħaddi b'suċċess dan it-test. Il-prova għandha tindika d-data tat-test tal-affidabilità stradali li jmiss.
Iċ-ċentru tal-ittestjar jew, jekk ikun rilevanti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li tkun wettqet it-test tal-affidabilità stradali fuq vettura rreġistrata fit-territorju tagħha, għandha toħroġ prova lil kull vettura li tgħaddi b'suċċess dan it-test. Il-prova għandha tindika d-data tat-test tal-affidabilità stradali li jmiss. M’għandha għalfejn tinħareġ l-ebda prova ta’ affidabilità stradali jekk ikun possibbli li d-dokument ta’ reġistrazzjoni tal-vettura jindika li t-test tal-affidabilità stradali jkun twettaq u d-data tat-test li jmiss.
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)
Meta l-vettura ttestjata tappartjeni għal kategorija ta' vetturi li mhijiex soġġetta għar-reġistrazzjoni fl-Istat Membru fejn bdiet tintuża, il-prova tat-test għandha tintwera b'mod viżibbli fuq il-vettura.
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2
Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi l-prova li tinħareġ skont il-paragrafu 1.
Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi l-prova li tinħareġ minn Stat Membru ieħor skont il-paragrafu 1 jew rekord korrispondeti fid-dokument ta' reġistrazzjoni għall-vetturi, sakemm din tkun inħarġet għal vettura rreġistrata f’dak l-Istat Membru.
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1
1.  Il-faċilitajiet u t-tagħmir tal-ittestjar użati għat-twettiq ta’ testijiet tal-affidabilità stradali għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tekniċi minimi stipulati fl-Anness V.
1.  Il-faċilitajiet u t-tagħmir tal-ittestjar użati għat-twettiq ta’ testijiet tal-affidabilità stradali għandhom ikunu konformi tal-anqas mar-rekwiżiti tekniċi minimi stipulati fl-Anness V.
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Iċ-ċentri tal-ittestjar, li fihom l-ispetturi jwettqu testijiet tal-affidabilità stradali, għandhom jiġu awtorizzati minn Stat Membru jew mill-awtorità kompetenti tiegħu.
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1b (ġdid)
1b.  Iċ-ċentri tal-ittestjar li jkunu diġà ġew awtorizzati mill-Istati Membri qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jerġgħu jiġu ttestjati għall-konformità mal-istandards minimi wara perjodu ta’ mill-inqas ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi fir-rigward tal-ġestjoni tal-kwalità, iċ-ċentri tal-ittestjar għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Istat Membru li jawtorizza. Iċ-ċentri tal-ittestjar għandhom jiżguraw l-oġġettività u l-kwalità għolja tal-ittestjar tal-vetturi.
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
1.  It-testijiet tal-affidabilità stradali għandhom jitwettqu minn spetturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi ta’ kompetenza u taħriġ stipulati fl-Anness VI.
1.  It-testijiet tal-affidabilità stradali għandhom jitwettqu minn spetturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi ta’ kompetenza u taħriġ stipulati fl-Anness VI. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti ta’ kompetenza u taħriġ addizzjonali.
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.  L-Istati Membri għandhom jippreskrivu taħriġ adegwat għall-ispetturi, konformi mar-rekwiżiti dwar il-kwalifiki.
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri għandhom iqassmu ċertifikat lill-ispetturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi ta’ kompetenza u taħriġ. Dan iċ-ċertifikat għandu jinkludi tal-inqas l-informazzjoni msemmija fl-Anness VI, il-punt 3.
2.  L-awtoritajiet kompetenti jew, fejn applikabbli, iċ-ċentri ta’ taħriġ approvati għandhom iqassmu ċertifikat lill-ispetturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi ta’ kompetenza u taħriġ. Dan iċ-ċertifikat għandu jinkludi tal-inqas l-informazzjoni msemmija fl-Anness VI, il-punt 3.
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3
3.  L-ispetturi impjegati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew minn ċentru tal-ittestjar fid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżiti stipulati fl-Anness VI, il-punt 1. L-Istati Membri għandhom jagħtu ċertifikat ta’ ekwivalenza lil dawn l-ispetturi.
3.  L-ispetturi impjegati jew awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew minn ċentru tal-ittestjar fid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżiti stipulati fl-Anness VI, il-punt 1. L-Istati Membri għandhom jagħtu ċertifikat ta’ ekwivalenza lil dawn l-ispetturi.
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Persuna li għamlet tiswijiet jew manutenzjoni fuq vettura m'għandhiex tkun involuta bħala spettur fit-twettiq sussegwenti ta' test perjodiku tal-affidabilità stradali ta' dik l-istess vettura sakemm il-korp superviżorju ma jkunx stabbilixxa għas-sodisfazzjon tiegħu li jista' jiġi ggarantit livell għoli ta' oġġettività. L-Istati Membri jistgħu jippreskrivu rekwiżiti aktar ibsin rigward is-separazzjoni tal-attivitajiet.
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 5
5.  Iċ-ċentru tal-ittestjar għandu jinforma lill-persuna li tkun qegħda tippreżenta l-vettura għat-test bit-tiswijiet meħtieġa li għandhom jitwettqu u ma għandux ibiddel ir-riżultati tat-test għal finijiet kummerċjali.
5.  Iċ-ċentru tal-ittestjar għandu jinforma lill-persuna jew lill-post tat-tiswija li jkunu qegħdin jippreżentaw il-vettura għat-test bin-nuqqasijiet identifikati fil-vettura u ma għandux ibiddel ir-riżultati tat-test għal finijiet kummerċjali.
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
Kull Stat Membru għandu jiżgura li ċ-ċentri tal-ittestjar fit-territorju tiegħu jkunu soġġetti għal superviżjoni.
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2
2.  Iċ-ċentri tal-ittestjar li huma mħaddma b'mod dirett minn awtorità kompetenti għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti fir-rigward l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni.
2.  Iċ-ċentri tal-ittestjar li huma mħaddma b'mod dirett minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti fir-rigward l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni.
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 15
Il-Kummissjoni għandha teżamina l-fattibilità, l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-istabbiliment ta’ pjattaforma elettronika tal-informazzjoni dwar il-vetturi bil-ħsieb li tiskambja informazzjoni dwar dejta relatata mal-ittestjar tal-affidabilità stradali bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri responsabbli għall-ittestjar, ir-reġistrazzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi, iċ-ċentri tal-ittestjar u l-manifatturi tal-vettura.
Il-Kummissjoni għandha teżamina l-mod l-aktar effiċjenti u effikaċi biex tistabbilixxi pjattaforma elettronika tal-informazzjoni dwar il-vetturi billi tieħu vantaġġ mis-soluzzjonijiet tal-IT eżistenti u li diġà ġew implimentati fir-rigward tal-iskambju internazzjonali tad-dejta sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun l-ispejjeż u biex tiġi evitata d-duplikazzjoni. L-eżami għandu jikkunsidra l-mod l-aktar adatt biex isir kollegament bejn is-sistemi nazzjonali eżistenti bil-ħsieb li tiskambja informazzjoni dwar dejta relatata mal-ittestjar tal-affidabilità stradali u l-qari tal-odometru bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri responsabbli għall-ittestjar, ir-reġistrazzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi, iċ-ċentri tal-ittestjar u l-manifatturi tal-vettura.
Il-Kummissjoni għandha teżamina wkoll il-ġbir u l-ħżin ta’ dejta eżistenti relatata mas-sikurezza li tikkonċerna vetturi li kienu involuti f’inċidenti serji. Dik id-dejta għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni dwar komponenti f’funzjoni ta’ sikurezza li jkunu ġew sostitwiti u msewwija.
L-informazzjoni dwar l-istorja ta' vettura għandha tkun disponibbli għal spetturi li jittestjaw dik il-vettura u, f’forma anonimizzata, għall-Istati Membri, biex tgħinhom jippjanaw u jwettqu miżuri biex itejbu s-sikurezza fit-triq, u anke għad-detentur taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni jew għal sid il-vettura.
Hija għandha, abbażi ta’ dik l-eżaminazzjoni, tippreżenta u tevalwa għażliet differenti ta’ politika, inkluża l-possibbiltà li tneħħi r-rekwiżit ta’ prova tat-test kif previst fl-Artikolu 10. Fi żmien sentejn wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-eżaminazzjoni, u takkumpanjah bi proposta leġiżlattiva, jekk dan ikun xieraq.
Abbażi ta’ dak l-eżami, il-Kummissjoni għandha tippreżenta u tevalwa għażliet differenti ta’ politika, inkluża l-possibbiltà li tneħħi r-rekwiżit ta’ prova tat-test kif previst fl-Artikolu 10 u l-istabbiliment ta' sistema li tippermetti lill-Istati Membri jiskambjaw informazzjoni, fil-każ ta' bejgħ transfruntier ta' vetturi, rigward il-kilometraġġ ta' dawk il-vetturi u l-inċidenti serji li kienu involuti fihom matul il-ħajja kollha tagħhom. Fi żmien sentejn wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-eżami, u takkumpanjah bi proposta leġiżlattiva, jekk dan ikun xieraq.
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 17
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati b’konformità mal-Artikolu 19 bil-ħsieb li:
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati b’konformità mal-Artikolu 18 bil-ħsieb li taġġorna:
–  taġġorna l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 5(1) u (2) kif xieraq sabiex tqis it-tibdil għall-kategoriji tal-vetturi li jirriżulta mill-emendi għal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1),
(a)  id-deżinjazzjoni tal-kategoriji ta' vettura fl-Artikolu 2(1) u l-Artikoli 5(1) u (2) kif xieraq fil-każ ta’ tibdil għall-kategoriji tal-vetturi li jirriżulta mill-emendi għal-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip imsemmija fl-Artikolu 2(1), mingħajr ma taffettwa l-kamp ta’ applikazzjoni jew il-frekwenza tal-ittestjar;
–  taġġorna l-Annessi fid-dawl tal-progress tekniku jew sabiex tqis il-modifikazzjoni fil-leġiżlazzjoni internazzjonali jew tal-Unjoni.
(b)  il-punt 3 tal-Anness II fir-rigward tal-metodi u r-raġunijiet għal falliment, u l-Anness V, fil-każ tad-disponibbiltà ta' metodi tal-ittestjar aktar effiċjenti u effikaċi, u l-Anness I, jekk tkun meħtieġa informazzjoni addizzjonali sabiex jitwettqu testijiet tal-affidabilità stradali;
(c)  il-punt 3 tal-Anness II fir-rigward tal-lista ta' elementi tat-test, metodi, raġunijiet għal falliment, l-Anness III fir-rigward tal-valutazzjoni tan-nuqqasijiet, u l-Anness V, sabiex tadattahom għall-iżviluppi fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sikurezza jew l-ambjent, u l-Anness I, jekk tkun meħtieġa informazzjoni addizzjonali sabiex jitwettqu t-testijiet tal-affidabilità stradali.
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2
2.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 17 għandha tiġi kkonferita għal perjodu indeterminat ta’ żmien minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
2.  Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 17 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 18 a (ġdid)
Artikolu 18b
Rappurtar dwar vetturi b'żewġ jew bi tliet roti
Sa mhux aktar tard minn [tliet snin mid-data ta' pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-inklużjoni tal-vetturi b'żewġ jew bi tliet roti fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jivvaluta s-sitwazzjoni tas-sikurezza stradali fl-Unjoni għal dik il-kategorija ta' vetturi. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tqabbel ir-riżultati tas-sikurezza stradali għal dik il-kategorija ta' vetturi fl-Istati Membri li jwettqu testijiet tal-affidabilità stradali ta' dik il-kategorija ta' vetturi, ma' dawk fl-Istati Membri li ma jittestjawx dik il-kategorija ta' vetturi, sabiex tivvaluta jekk l-ittestjar tal-affidabilità stradali tal-vetturi b'żewġ jew bi tliet roti huwiex proporzjonat mal-objettivi stabbiliti dwar is-sikurezza stradali. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposti leġiżlattivi.
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 18b (ġdid)
Artikolu 18b
Rapportar
Mhux aktar tard minn [ħames snin mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-effetti ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-frekwenza tal-ittestjar, il-livell ta’ armonizzazzjoni tat-testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali u l-effettività tad-dispożizzjonijiet dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-affidabilità stradali f’każijiet ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi li joriġinaw minn Stat Membru ieħor. Ir-rapport għandu janalizza wkoll jekk hemmx livell suffiċjenti ta’ armonizzazzjoni li jippermetti rikonoxximent reċiproku sħiħ taċ-ċertifikati tal-affidabilità stradali fl-Unjoni kollha u jekk hemmx ħtieġa għal standards Ewropej ogħla sabiex jinkiseb dak l-għan. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposti leġiżlattivi.
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2
2.  Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-manipulazzjoni jew it-tbagħbis ta’ odometru jitqies bħala offiża u jkun ikkastigat minn penalitajiet effettivi, proporzjonati,dissważivi u mhux diskriminatorji.
2.  Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-manipulazzjoni jew it-tbagħbis ta’ komponenti u sistemi tal-vetturi li għandhom effett fuq il-konformità mar-rekwiżiti ambjentali u tas-sikurezza, jew ta' odometru, jitqies bħala offiża u jkun ikkastigat minn penalitajiet effettivi, proporzjonati,dissważivi u mhux diskriminatorji, kif ukoll biex jiżgura l-eżattezza tal-qari tal-odometru matul il-ħajja kollha ta' vettura.
Emenda 89
Proposta għal regolament
Anness I – parti 5 – punt 5.3 – inċiż 8a (ġdid)
–  Pressjoni tat-tajers rakkomandata
Emenda 90
Proposta għal regolament
Anness II – parti 1 – paragrafu 4a (ġdid)
Meta ma jkunx possibbli li vettura tiġi ttestjata permezz ta' metodu ta' ttestjar rakkomandat stabbilit f'dan l-Anness, iċ-ċentru tal-ittestjar jista' jwettaq it-test skont metodu alternattiv li jkun ġie approvat bil-miktub mill-awtorità kompetenti adegwata. L-awtorità kompetenti għandha tkun sodisfatta li l-istandards tas-sikurezza u ambjentali se jinżammu.
Emenda 91
Proposta għal regolament
Anness II – parti 3 – punt 1.8 – punt a
1.8  Fluwidu tal-brejk
Kejl tat-temperatura ta' likwidu jbaqbaq jew tal-kontenut tal-ilma
(a)  Temperatura tal-fluwidu tal-brejk ibaqbaq baxxa wisq jew kontenut tal-ilma għoli wisq

1.8  Fluwidu tal-brejk
Kejl tat-temperatura ta' likwidu jbaqbaq jew tal-kontenut tal-ilma
(a)  Temperatura tal-fluwidu tal-brejk ibaqbaq baxxa wisq

Emenda 92
Proposta għal regolament
Anness II – parti 3 – punt 3.3 – punt a
3.3.  Mirja jew apparati li juru wara
Spezzjoni viżwali.
(a)  Il-mera jew l-apparat huwa nieqes jew mhux imwaħħal skont ir-rekwiżiti.

3.3.  Mirja jew apparati li juru wara
Spezzjoni viżwali.
(a)  Il-mera jew l-apparat huwa nieqes jew mhux imwaħħal skont ir-rekwiżiti, inklużi dawk imsemmija fid-Direttiva 2007/38/KE dwar ir-retrofitting ta’ mirja fuq vetturi tqal tal-merkanzija reġistrati fil-Komunità.

Emenda 93
Proposta għal regolament
Anness II – parti 3 – punt 4.1.2
4.1.2.  Allinjament
Stabbilixxi l-mira orizzontali ta’ kull fanal ta’ quddiem fuq dawl baxx billi tuża strument jew skrin biex timmira l-fanal ta’ quddiem.
Il-mira ta’ fanal ta’ quddiem mhix fil-limiti stipulati fir-rekwiżiti.

4.1.2.  Allinjament
Stabbilixxi l-mira orizzontali u vertikali ta’ kull fanal ta’ quddiem fuq dawl baxx billi tuża strument biex timmira l-fanal ta’ quddiem u apparat ta’ kontroll elettroniku sabiex tiċċekkja l-funzjonalità dinamika jekk ikun il-każ.
Il-mira ta’ fanal ta’ quddiem mhix fil-limiti stipulati fir-rekwiżiti.

Emenda 94
Proposta għal regolament
Anness II – parti 3 – punt 4.1.3
4.1.3.  Attivazzjoni
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.
(a)  Is-swiċċ ma jaħdimx skont ir-rekwiżiti (Għadd ta’ fanali jixegħlu fl-istess ħin)



(b)  Funzjoni tal-apparat ta’ kontroll bil-ħsara.

4.1.3.  Attivazzjoni
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom u bl-użu, fejn xieraq, ta' apparat ta' kontroll elettroniku.
(a)  Is-swiċċ ma jaħdimx skont ir-rekwiżiti (Għadd ta’ fanali jixegħlu fl-istess ħin).



(b)  Funzjoni tal-apparat ta’ kontroll bil-ħsara.

Emenda 95
Proposta għal regolament
Anness II – parti 3 – punt 4.1.5
4.1.5.  Apparati ta’ livellar (fejn obbligatorju)
Spezzjoni viżwali u jekk possibbli, billi tħaddimhom.
(a)  L-apparat ma jaħdimx.



(b)  L-apparat manwali ma jistax jitħaddem mis-sit tax-xufier.

4.1.5.  Apparati ta’ livellar (fejn obbligatorju)
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom u bl-użu, fejn xieraq, ta' apparat ta' kontroll elettroniku.
(a)  L-apparat ma jaħdimx.



(b)  L-apparat manwali ma jistax jitħaddem mis-sit tax-xufier.

Emenda 96
Proposta għal regolament
Anness II – parti 3 – punt 4.3.2
4.3.2.  Attivazzjoni
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.
(a)  Is-swiċċ ma jaħdimx skont ir-rekwiżiti.



(b)  Funzjoni tal-apparat ta’ kontroll bil-ħsara.

4.3.2  Fanali ta' waqfien – attivazzjoni tad-dawl tal-brejkijiet ta' emerġenza
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom, billi tuża apparat ta' kontroll elettroniku għal varjazzjoni tal-valur ta' input mis-sensor tal-pedala tal-brejkijiet u verifika permezz ta' osservazzjoni l-funzjonalità tad-dawl tal-brejkijiet ta' emerġenza.
(a)  Is-swiċċ ma jaħdimx skont ir-rekwiżiti.



(b)  Funzjoni tal-apparat ta’ kontroll bil-ħsara.



(ba)  Il-funzjonijiet tad-dawl tal-brejkijiet ta' emerġenza ma jaħdmux jew ma jaħdmux sew.

Emenda 97
Proposta għal regolament
Anness II – parti 3 – punt 4.5.2
4.5.2  Allinjament (X)(2)
billi tħaddimhom u billi tuża apparat għall-immirar tal-fanali ta’ quddiem.
Il-fanal kontra ċ-ċpar ta’ quddiem jinsab barra l-allinjament orizzontali meta fid-disinn tad-dawl ikun hemm linja ta’ qtugħ.

4.5.2  Allinjament (X)(2)
billi tħaddimhom u billi tuża apparat għall-immirar tal-fanali ta’ quddiem.
Il-fanal kontra ċ-ċpar ta’ quddiem jinsab barra l-allinjament orizzontali u vertikali meta fid-disinn tad-dawl ikun hemm linja ta’ qtugħ.

Emenda 98
Proposta għal regolament
Anness II – parti 3 – punt 5.2.2 – punt da (ġdid)
5.2.2.  Roti
Spezzjoni viżwali taż-żewġ naħat ta’ kull rota bil-vettura fuq fossa jew fuq parank.
(a)  Kwalunkwe ksur jew difett fil-weldjar.



(...)

5.2.2.  Roti
Spezzjoni viżwali taż-żewġ naħat ta’ kull rota bil-vettura fuq fossa jew fuq parank.
(a)  Kwalunkwe ksur jew difett fil-weldjar.



(...)



(da)  Ir-rota mhix kompatibbli mal-buttun tar-rota.

Emenda 99
Proposta għal regolament
Anness II – parti 3 – punt 5.2.3 – kolonna 2
5.2.3.  Tajers
Spezzjoni viżwali tat-tajer sħiħ jew billi ddawwar ir-rota tat-triq biha maqtugħa mill-art u l-vettura fuq fossa jew fuq parank, jew billi tmexxi l-vettura lura u 'l quddiem fuq fossa.


5.2.3.  Tajers
Spezzjoni viżwali tat-tajer sħiħ jew billi ddawwar ir-rota tat-triq biha maqtugħa mill-art u l-vettura fuq fossa jew fuq parank, jew billi tmexxi l-vettura lura u 'l quddiem fuq fossa.



Uża gejġ tal-pressjoni biex tkejjel il-pressjoni tat-tajers u qabbilha mal-valuri mogħtija mill-manifattur.


Emenda 100
Proposta għal regolament
Anness II – parti 3 – punt 8.2.1.2
8.2.1.2  Emissjonijiet gassużi
Kejl li juża analizzatur tal-gass tal-egżost konformi mar-rekwiżiti. Inkella, għal vetturi mgħammra b’sistemi dijanjostiċi abbord (OBD) adegwati, it-tħaddim kif suppost tas-sistema tal-emissjonijiet jista’ jiġi ċċekkjat permezz tal-qari xieraq tal-mezz OBD u ċċekkjar tat-tħaddim xieraq tas-sistema OBD installata tal-kejl ta’ emissjonijiet bil-magna mhix ingranata skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-kondizzjonament tal-manifattur u rekwiżiti oħra.
(a)  Jew, l-emissjonijiet gassużi huma ogħla mil-livelli speċifiċi indikati mill-manifattur;



(b)  Inkella, f’każ li din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, l-emissjonijiet ta’ CO jkunu ogħla minn:



i)  għal vetturi mhux ikkontrollati minn sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet avvanzata,



–  4.5%, jew



–  3.5%



skont id-data tal-ewwel reġistrazzjoni jew użu speċifikat fir-rekwiżiti.



ii)  għal vetturi kkontrollati minn sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet avvanzata:



–  bil-magna mhux ingranata: 0.5%



–  bi spid għoli mingħajr ingranaġġ: 0.3%



jew



–  bil-magna mhux ingranata: 0.3%6



–  bi spid għoli mingħajr ingranaġġ: 0.2%



skont id-data tal-ewwel reġistrazzjoni jew użu speċifikat fir-rekwiżiti.



(c)  Il-valur Lambda huwa barra mill-medda 1± 0.03 jew mhux skont l-ispeċifikazzjoni tal-manifattur.



(d)  Il-valur moqri mill-OBD jindika funzjonament ħażin sinifikanti.

8.2.1.2  Emissjonijiet gassużi
Kejl li juża analizzatur tal-gass tal-egżost konformi mar-rekwiżiti. L-ittestjar tal-pajp tal-egżost għandu dejjem ikun il-metodu awtomatiku tal-valutazzjoni tal-emissjonijiet tal-egżost, anke jekk ikkombinat ma’ OBD.
(a)  Jew, l-emissjonijiet gassużi huma ogħla mil-livelli speċifiċi indikati mill-manifattur;


Għal vetturi mgħammra b'OBD skont ir-rekwiżiti (1), il-qari tal-informazzjoni tal-OBD u kontrolli (tlestija) tal-funzjonament xieraq tas-sistema tal-OBD bil-magna mhux ingranata skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur u rekwiżiti oħra (1).



Kejl tal-livelli u partikoli ta’ NOx permezz ta’ tagħmir xieraq/analizzatur tal-gass mgħammar b’mod xieraq, bl-użu ta’ metodi ta’ ttestjar tal-pajp tal-egżost eżistenti.
(b)  Inkella, f’każ li din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, l-emissjonijiet ta’ CO jkunu ogħla minn:



i)  għal vetturi mhux ikkontrollati minn sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet avvanzata,



–  4.5%, jew



–  3.5%



skont id-data tal-ewwel reġistrazzjoni jew użu speċifikat fir-rekwiżiti.



ii)  għal vetturi kkontrollati minn sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet avvanzata:



–  bil-magna mhux ingranata: 0.5%



–  bi spid għoli mingħajr ingranaġġ: 0.3%



jew



–  bil-magna mhux ingranata: 0.3%6



–  bi spid għoli mingħajr ingranaġġ: 0.2%



jew



–  bil-magna mhux ingranata: 0.2% (6a)



–  bi spid għoli mingħajr ingranaġġ: 0.1% (6a)



skont id-data tal-ewwel reġistrazzjoni jew użu speċifikat fir-rekwiżiti.



(c)  Il-valur Lambda huwa barra mill-medda 1± 0.03 jew mhux skont l-ispeċifikazzjoni tal-manifattur.



(d)  Il-valur moqri mill-OBD jindika funzjonament ħażin sinifikanti bi spid mingħajr ingranaġġ.



Livell ta’ NOx jew valuri tal-partikoli mhux skont ir-rekwiżiti jew li jaqbżu l-livelli speċifiċi mogħtija mill-manifattur.

_____________

(6a)  Tip approvat skont il-limiti tat-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 jew irreġistrat jew imdaħħal fis-servizz għall-ewwel darba wara l-1 ta' Lulju 2007 (Euro 5).

Emenda 101
Proposta għal regolament
Anness II – parti 3 – punt 8.2.2.2
8.2.2.2  Opaċità



Vetturi rreġistrati jew imdaħħla fis-servizz qabel l-1 ta' Jannar 1980 huma eżentati minn dan ir-rekwiżit.
(a)  L-opaċità tal-gass tal-egżost għandha tiġi mkejla waqt aċċellerazzjoni ħielsa (mingħajr tagħbija minn spid mingħajr ingranaġġ sa dak tal-qtugħ) bil-ger fil-pożizzjoni newtrali u l-klaċċ magħfus.
(a)  Għal vetturi rreġistrati jew imdaħħla fis-servizz għall-ewwel darba wara d-data speċifikata fir-rekwiżiti,


(b)  Il-prekondizzjonament tal-vettura:
l-opaċità tkun aktar mil-livell reġistrat fuq il-pjanċa li l-manifattur iwaħħal mal-vettura.


1.  Il-vetturi jistgħu jiġu ttestjati mingħajr prekondizzjonament għalkemm għal raġunijiet ta’ sikurezza, għandhom isiru kontrolli li l-magna tkun sħuna u f’kundizzjoni mekkanika sodisfaċenti.
(b)  Meta din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ir-rekwiżiti ma jippermettux l-użu ta' valuri ta' referenza,


2.  Ir-rekwiżiti tal-prekondizzjoni:
għal magni b'respirazzjoni naturali: 2.5 m-1 ,


(i)  Il-magna trid tkun sħuna għalkollox, pereżempju t-temperatura taż-żejt tal-magna mkejla b’sonda mit-tubu tal-ħadid li timmarka l-livell taż-żejt għandha tkun mill-inqas ta’ 80 ºC, jew it-temperatura normali ta' tħaddim f'każ li din tkun aktar baxxa, jew it-temperatura tal-blokka tal-magna mkejla permezz tal-livell ta' radjazzjoni infraħamra għandha tkun mill-inqas daqs temperatura ekwivalenti. Jekk, minħabba l-konfigurazzjoni tal-vettura, dan il-kejl ma jkunx prattiku, il-mod kif tiġi stabbilita t-temperatura normali ta' tħaddim tal-magna jista’ jsir b’mezzi oħra, pereżempju bit-tħaddim tal-fann tat-tkessiħ tal-magna.
għal magni bit-turbo: 3.0 m-1,


(ii)  Is-sistema tal-egżożt għandha tiġi mnaddfa b’mill-inqas tliet ċikli ta’ aċċelerazzjoni jew b’metodu ekwivalenti.
jew, għal vetturi identifikati fir-rekwiżiti jew irreġistrati jew imdaħħla fis-servizz għall-ewwel darba wara d-data speċifikata fir-rekwiżiti,


(c)  Il-proċedura tat-test:
1.5  m-1 7.


1.  Il-magna u kwalunkwe turboċarġer imwaħħal, ma għandhomx ikunu ingranati qabel il-bidu ta’ kull ċiklu ta’ aċċellerazzjoni ħielsa. Għall-vetturi diżil heavy-duty, dan ifisser stennija ta’ mill-anqas 10 sekondi wara r-rilaxx tal-aċċelleratur.



2.  Sabiex jinbeda kull ċiklu ta’ aċċellerazzjoni ħielsa, il-pedala tal-aċċelleratur trid tingħafas għalkollox, bil-ħeffa u b’mod kontinwu (f’inqas minn sekonda) iżda mhux bil-goff, sabiex tinkiseb il-kwantità massima ta’ fjuwil mill-pompa tal-injezzjoni.



3.  Matul kull ċiklu ta’ aċċellerazzjoni ħielsa, il-magna għandha tilħaq l-ispid tal-qtugħ jew, għall-vetturi bi trażmissjonijiet awtomatiċi, l-ispid speċifikat mill-manifattur jew, jekk din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, allura l-ispid ta’ żewġ terzi tal-ispid tal-qtugħ, qabel ma jiġi rilaxxat l-aċċelleratur. Dan jista’ jiġi ċċekkjat, pereżempju, billi jiġi mmonitorjat l-ispid tal-magna jew billi jitħalla jgħaddi biżżejjed ħin bejn l-għafis inizjali tal-aċċelleratur u r-rilaxx tiegħu, li fil-każ tal-vetturi tal-kategorija 1 u 2 tal-Anness 1, għandu jkun ta’ mill-anqas żewġ sekondi.



4.  Il-vetturi għandhom jiġu mwaħħla fit-testijiet fil-każ biss li l-medji aritmetiċi ta’ mill-anqas l-aħħar tliet ċikli ta’ aċċellerazzjoni ħielsa jaqbżu l-valuri tal-limitu. Dan jista’ jiġi kkalkulat billi jiġi injorat kull kejl li ma jaqbilx b’mod sinifikanti mal-medja mkejla, jew ir-riżultat ta’ kwalunkwe kalkolu statistiku ieħor li jikkunsidra t-tifrix tal-kejlijiet. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-għadd taċ-ċikli tat-testijiet.



5.  Sabiex jevitaw li jsiru testijiet bla bżonn, l-Istati Membri jistgħu jwaħħlu l-vetturi li jkollhom valuri mkejla ferm ogħla mill-valuri ta’ limitu wara inqas minn tliet ċikli ta’ aċċellerazzjoni ħielsa jew wara ċ-ċikli tat-tnaddif. Daqstant ieħor, sabiex jevitaw li jsiru testijiet bla bżonn, l-Istati Membri jistgħu jgħaddu l-vetturi li jkollhom valuri mkejla ferm aktar baxxi mil-limiti wara inqas minn tliet ċikli ta’ aċċellerazzjoni ħielsa jew wara ċikli tat-tnaddif.


8.2.2.2  Opaċità



Vetturi rreġistrati jew imdaħħla fis-servizz qabel l-1 ta' Jannar 1980 huma eżentati minn dan ir-rekwiżit.
(a)  L-opaċità tal-gass tal-egżost għandha tiġi mkejla waqt aċċellerazzjoni ħielsa (mingħajr tagħbija minn spid mingħajr ingranaġġ sa dak tal-qtugħ) bil-ger fil-pożizzjoni newtrali u l-klaċċ magħfus. L-ittestjar tal-pajp tal-egżost għandu dejjem ikun il-metodu awtomatiku tal-valutazzjoni tal-emissjonijiet tal-egżost, anke jekk ikkombinat ma’ OBD.
(a)  Għal vetturi rreġistrati jew imdaħħla fis-servizz għall-ewwel darba wara d-data speċifikata fir-rekwiżiti,


Għal vetturi mgħammra b'OBD skont ir-rekwiżiti (1), il-qari tal-informazzjoni tal-OBD u kontrolli (tlestija) tal-funzjonament xieraq tas-sistema tal-OBD bil-magna mhux ingranata skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur u rekwiżiti oħra (1).



(b)  Il-prekondizzjonament tal-vettura:
l-opaċità tkun aktar mil-livell reġistrat fuq il-pjanċa li l-manifattur iwaħħal mal-vettura.


1.  Il-vetturi jistgħu jiġu ttestjati mingħajr prekondizzjonament għalkemm għal raġunijiet ta’ sikurezza, għandhom isiru kontrolli li l-magna tkun sħuna u f’kundizzjoni mekkanika sodisfaċenti.
(b)  Meta din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ir-rekwiżiti ma jippermettux l-użu ta' valuri ta' referenza,


2.  Ir-rekwiżiti tal-prekondizzjoni:
għal magni b'respirazzjoni naturali: 2.5 m-1,


(i)  Il-magna trid tkun sħuna għalkollox, pereżempju t-temperatura taż-żejt tal-magna mkejla b’sonda mit-tubu tal-ħadid li timmarka l-livell taż-żejt għandha tkun mill-inqas ta’ 80 ºC, jew it-temperatura normali ta' tħaddim f'każ li din tkun aktar baxxa, jew it-temperatura tal-blokka tal-magna mkejla permezz tal-livell ta' radjazzjoni infraħamra għandha tkun mill-inqas daqs temperatura ekwivalenti. Jekk, minħabba l-konfigurazzjoni tal-vettura, dan il-kejl ma jkunx prattiku, il-mod kif tiġi stabbilita t-temperatura normali ta' tħaddim tal-magna jista’ jsir b’mezzi oħra, pereżempju bit-tħaddim tal-fann tat-tkessiħ tal-magna.
għal magni bit-turbo: 3.0 m-1,


(ii)  Is-sistema tal-egżożt għandha tiġi mnaddfa b’mill-inqas tliet ċikli ta’ aċċelerazzjoni jew b’metodu ekwivalenti.
jew, għal vetturi identifikati fir-rekwiżiti jew irreġistrati jew imdaħħla fis-servizz għall-ewwel darba wara d-data speċifikata fir-rekwiżiti,


(c)  Il-proċedura tat-test:
1.5  m-1.7


1.  Il-magna u kwalunkwe turboċarġer imwaħħal, ma għandhomx ikunu ingranati qabel il-bidu ta’ kull ċiklu ta’ aċċellerazzjoni ħielsa. Għall-vetturi diżil heavy-duty, dan ifisser stennija ta’ mill-anqas 10 sekondi wara r-rilaxx tal-aċċelleratur.
jew


2.  Sabiex jinbeda kull ċiklu ta’ aċċellerazzjoni ħielsa, il-pedala tal-aċċelleratur trid tingħafas għalkollox, bil-ħeffa u b’mod kontinwu (f’inqas minn sekonda) iżda mhux bil-goff, sabiex tinkiseb il-kwantità massima ta’ fjuwil mill-pompa tal-injezzjoni.
0.5  m-1 6a


3.  Matul kull ċiklu ta’ aċċellerazzjoni ħielsa, il-magna għandha tilħaq l-ispid tal-qtugħ jew, għall-vetturi bi trażmissjonijiet awtomatiċi, l-ispid speċifikat mill-manifattur jew, jekk din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, allura l-ispid ta’ żewġ terzi tal-ispid tal-qtugħ, qabel ma jiġi rilaxxat l-aċċelleratur. Dan jista’ jiġi ċċekkjat, pereżempju, billi jiġi mmonitorjat l-ispid tal-magna jew billi jitħalla jgħaddi biżżejjed ħin bejn l-għafis inizjali tal-aċċelleratur u r-rilaxx tiegħu, li fil-każ tal-vetturi tal-kategorija 1 u 2 tal-Anness 1, għandu jkun ta’ mill-anqas żewġ sekondi.



4.  Il-vetturi għandhom jiġu mwaħħla fit-testijiet fil-każ biss li l-medji aritmetiċi ta’ mill-anqas l-aħħar tliet ċikli ta’ aċċellerazzjoni ħielsa jaqbżu l-valuri tal-limitu. Dan jista’ jiġi kkalkulat billi jiġi injorat kull kejl li ma jaqbilx b’mod sinifikanti mal-medja mkejla. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-għadd taċ-ċikli tat-testijiet.



5.  Sabiex jevitaw li jsiru testijiet bla bżonn, l-Istati Membri jistgħu jwaħħlu l-vetturi li jkollhom valuri mkejla ferm ogħla mill-valuri ta’ limitu wara inqas minn tliet ċikli ta’ aċċellerazzjoni ħielsa jew wara ċ-ċikli tat-tnaddif. Daqstant ieħor, sabiex jevitaw li jsiru testijiet bla bżonn, l-Istati Membri jistgħu jgħaddu l-vetturi li jkollhom valuri mkejla ferm aktar baxxi mil-limiti wara inqas minn tliet ċikli ta’ aċċellerazzjoni ħielsa jew wara ċikli tat-tnaddif.



Kejl tal-livelli u partikoli ta’ NOx permezz ta’ tagħmir xieraq/analizzatur tal-gass mgħammar b’mod xieraq, bl-użu ta’ metodi ta’ ttestjar tal-aċċelerazzjoni ħielsa.
Livell ta’ NOx jew valuri tal-partikoli mhux skont ir-rekwiżiti jew li jaqbżu l-livelli speċifiċi mogħtija mill-manifattur.

______________

6a Tip approvat skont il-limiti tat-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 jew irreġistrat jew imdaħħal fis-servizz għall-ewwel darba wara l-1 ta' Lulju 2007 (Euro 5).

Emenda 102
Proposta għal regolament
Anness III – punt 1.8 – punt a
1.8  Fluwidu tal-brejk
(a)  Temperatura ta' meta jbaqbaq il-fluwidu tal-brejk baxxa wisq jew kontenut tal-ilma għoli wisq


1.8  Fluwidu tal-brejk
(a)  Temperatura ta' meta jbaqbaq il-fluwidu tal-brejk baxxa wisq


Emenda 103
Proposta għal regolament
Anness III – punt 5.2.2 – paragrafu da (ġdid)


Minuri
Maġġuri
Perikolużi

5.2.2.  Roti
(a)  Kwalunkwe ksur jew difett fil-weldjar.


x


(...)




Minuri
Maġġuri
Perikolużi

5.2.2.  Roti
(a)  Kwalunkwe ksur jew difett fil-weldjar.


x


(...)



(da)  Ir-rota mhix kompatibbli mal-buttun tar-rota.

x


Emenda 104
Proposta għal regolament
Anness III – punt 5.2.3


Minuri
Maġġuri
Perikolużi

5.2.3.  Tajers
(a)  Id-daqs tat-tajers, il-kapaċità ta’ tagħbija, il-marka tal-approvazzjoni jew il-klassifikazzjoni tal-ispid mhumiex skont ir-rekwiżiti u jaffettwaw is-sikurezza fit-triq.

x



Kapaċità ta' tagħbija jew klassifikazzjoni tal-ispid insuffiċjenti għall-użu attwali, it-tajer imiss ma' partijiet fissi oħra tal-vettura u b'hekk jiġi mdgħajjef is-sewqan sikur


x


(b)  It-tajers fuq l-istess fus jew fuq roti doppji ta’ daqsijiet differenti.

x



(c)  It-tajers fuq l-istess fus huma ta’ kostruzzjoni differenti (radjali/djagonali).

x



(d)  Kwalunkwe ħsara jew qtugħ serju fit-tajer.

x



Kejbil viżibbli jew bil-ħsara


x


(e)  Il-ħxuna tat-tajer mhix skont ir-rekwiżiti(1).

x



Anqas minn 80 % tal-ħxuna tat-tajer meħtieġa


x


(f)  It-tajer iħokk ma' komponenti oħra (apparati flessibbli kontra t-titjir).
x




It-tajer iħokk ma' komponenti oħra (is-sewqan sikur mhux imdgħajjef)

x



(g)  Tajers rikundizzjonati mhux skont ir-rekwiżiti.

x



Affettwat is-saff ta' protezzjoni tal-kejbil


x


(h)  Funzjonament ħażin tas-sistema ta' monitoraġġ tal-pressjoni tal-arja
x




Jidher ċar li ma taħdimx.

x




Minuri
Maġġuri
Perikolużi

5.2.3.  Tajers
(a)  Id-daqs tat-tajers, il-kapaċità ta’ tagħbija, il-marka tal-approvazzjoni jew il-klassifikazzjoni tal-ispid mhumiex skont ir-rekwiżiti u jaffettwaw is-sikurezza fit-triq.

x



Kapaċità ta' tagħbija jew klassifikazzjoni tal-ispid insuffiċjenti għall-użu attwali, it-tajer imiss ma' partijiet fissi oħra tal-vettura u b'hekk jiġi mdgħajjef is-sewqan sikur


x


(b)  It-tajers fuq l-istess fus jew fuq roti doppji ta’ daqsijiet differenti.

x



(c)  It-tajers fuq l-istess fus huma ta’ kostruzzjoni differenti (radjali/djagonali).

x



(d)  Kwalunkwe ħsara jew qtugħ serju fit-tajer.

x



Kejbil viżibbli jew bil-ħsara


x


(e)  Indikatur tal-użu eċċessiv għal wiċċ it-tajer isir viżibbli.

x



Wiċċ it-tajer bi ħxuna legali. Wiċċ it-tajers anqas mill-ħxuna legali.


x


(f)  It-tajer iħokk ma' komponenti oħra (apparati flessibbli kontra t-titjir).
x




It-tajer iħokk ma' komponenti oħra (is-sewqan sikur mhux imdgħajjef)

x



(g)  Tajers rikundizzjonati mhux skont ir-rekwiżiti.

x



Affettwat is-saff ta' protezzjoni tal-kejbil


x


(h)  Funzjonament ħażin tas-sistema ta' monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajer jew jidher ċar li t-tajer mhux minfuħ biżżejjed
x




Jidher ċar li ma taħdimx.

x



(i)  Pressjoni ta’ tħaddim waqt is-servizz f’wieħed mit-tajers tal-vettura mnaqqsa b’20 %, iżda mhux taħt il-150 kP

x



Pressjoni tat-tajers inqas minn 150 kPa


x

Emenda 105
Proposta għal regolament
Anness III – punt 8.2.1.2 – punt b


Minuri
Maġġuri
Perikolużi

8.2.1.2  Emissjonijiet gassużi
(b)  Jew, f’każ li din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, l-emissjonijiet ta’ CO jkunu ogħla minn:

x



(...)





ii)  għal vetturi kkontrollati minn sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet avvanzata:





–  bil-magna mhux ingranata: 0.5%





–  bi spid għoli mingħajr ingranaġġ: 0.3%





jew





–  bil-magna mhux ingranata: 0.3%





–  bi spid għoli mingħajr ingranaġġ: 0.2%





skont id-data tal-ewwel reġistrazzjoni jew użu speċifikat fir-rekwiżiti.






Minuri
Maġġuri
Perikolużi

8.2.1.2  Emissjonijiet gassużi
(b)  Jew, f’każ li din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, l-emissjonijiet ta’ CO jkunu ogħla minn:

x



(...)





ii)  għal vetturi kkontrollati minn sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet avvanzata:





–  bil-magna mhux ingranata: 0.5%





–  bi spid għoli mingħajr ingranaġġ: 0.3%





jew





–  bil-magna mhux ingranata: 0.3%





–  bi spid għoli mingħajr ingranaġġ: 0.2%





jew





–  bil-magna mhux ingranata: 0.2% 6a





–  bi spid għoli mingħajr ingranaġġ: 0.1% 6a





skont id-data tal-ewwel reġistrazzjoni jew użu speċifikat fir-rekwiżiti.




______________

6a Tip approvat skont il-limiti tat-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 jew irreġistrat jew imdaħħal fis-servizz għall-ewwel darba wara l-1 ta' Lulju 2007 (Euro 5).

Emenda 106
Proposta għal regolament
Anness III – punt 8.2.2.2 – punt b


Minuri
Maġġuri
Perikolużi

8.2.2.2  Opaċità





Vetturi rreġistrati jew imdaħħla fis-servizz qabel l-1 ta' Jannar 1980 huma eżentati minn dan ir-rekwiżit.
Meta din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ir-rekwiżiti ma jippermettux l-użu ta' valuri ta' referenza,

x



għal magni b'respirazzjoni naturali: 2.5 m-1,





għal magni bit-turbo: 3.0 m-1,





jew, għal vetturi identifikati fir-rekwiżiti jew irreġistrati jew imdaħħla fis-servizz għall-ewwel darba wara d-data speċifikata fir-rekwiżiti





1.5  m-1.






Minuri
Maġġuri
Perikolużi

8.2.2.2  Opaċità





Vetturi rreġistrati jew imdaħħla fis-servizz qabel l-1 ta' Jannar 1980 huma eżentati minn dan ir-rekwiżit.
Meta din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ir-rekwiżiti ma jippermettux l-użu ta' valuri ta' referenza,

x



għal magni b'respirazzjoni naturali: 2.5 m-1,





għal magni bit-turbo: 3.0 m-1,





jew, għal vetturi identifikati fir-rekwiżiti jew irreġistrati jew imdaħħla fis-servizz għall-ewwel darba wara d-data speċifikata fir-rekwiżiti,





1.5  m-1.





jew





0.5  m-1 6a




_____________

6a Tip approvat skont il-limiti tat-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 jew irreġistrat jew imdaħħal fis-servizz għall-ewwel darba wara l-1 ta' Lulju 2007 (Euro 5).

Emenda 107
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 6a (ġdid)
(6a)  Dettalji ta’ tiswijiet kbar minħabba inċident
Emenda 108
Proposta għal regolament
Anness V – parti I – paragrafu 2a (ġdid)
Jista’ jintuża tagħmir alternattiv li jimplimenta l-innovazzjoni teknoloġika b’mod newtrali sakemm ikun jiżgura livell ta’ kwalità għolja ekwivalenti tal-ittestjar.
Emenda 109
Proposta għal regolament
Anness V – parti 1 – paragrafu 1 – punt 15a (ġdid)
15a)  Gejġ tal-pressjoni biex titkejjel il-pressjoni tat-tajers;

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0210/2013).


Sustanzi ta' prijorità fil-qasam tal-politika dwar l-ilma ***I
PDF 288kWORD 42k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Lulju 2013 dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2000/60/KE u 2008/105/KE rigward sustanzi ta’ prijorità fil-qasam tal-politika dwar l-ilma (COM(2011)0876 – C7-0026/2012 – 2011/0429(COD))
P7_TA(2013)0298A7-0397/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0876),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0026/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-30 ta’ Novembru 2012(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-17 ta' April 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0397/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta’ Lulju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2000/60/KE u 2008/105/KE rigward sustanzi prijoritarji fil-qasam tal-politika dwar l-ilma

P7_TC1-COD(2011)0429


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Direttiva 2013/39/UE.)

(1) ĠU C 229, 31.7.2012, p. 116.
(2) ĠU C 17, 19.1.2013, p. 91.


Ċerti kategoriji ta’ Għajnuna Statali orizzontali u servizzi pubbliċi tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq *
PDF 370kWORD 37k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Lulju 2013 dwar il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta’ Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali u r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq (COM(2012)0730 – C7-0005/2013 – 2012/0344(NLE))
P7_TA(2013)0299A7-0179/2013

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2012)0730),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0005/2013),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta’ Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni fl-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat, minn hawn ’il quddiem (il-GBER attwali(1)),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomici u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat tat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0179/2013),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda 27
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta' Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċerti kategoriji ta' għajnuna orizzontali mill-Istat, jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tiddikjara permezz ta' regolamenti li ċerti kategoriji speċifikati ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern u huma eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat.
(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta’ Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna orizzontali mill-Istat, jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tiddikjara permezz ta’ regolamenti li ċerti kategoriji speċifikati ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern u huma eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Ir-Regolament (KE) Nru 994/98 jispeċifika dawk il-kategoriji, filwaqt li dettalji tal-eżenzjonijiet u l-għanijiet tagħhom huma kkjarifikati fir-regolamenti u l-linji gwida rilevanti.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 1a (ġdida)
(1a)  Il-Kummissjoni għandha l-għan li ssib bilanċ tajjeb bejn li tikkonċentra l-isforzi ta’ infurzar tagħha fuq każijiet b’impatt sinifikanti fuq is-suq intern billi teżenta ċerti kategoriji speċifikati ta’ għajnuna tal-Istat mir-rekwiżiti ta’ notifika, filwaqt li fl-istess ħin tevita li jiġu esklużi numru kbir ta’ servizzi mill-iskrutinju tal-għajnuna mill-Istat.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1 b (ġdida)
(1b)  Għandhom jitqiesu kif jistħoqq il-konklużjonijiet tar-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 15/2011 bit-titolu “Il-proċeduri tal-Kummissjoni jassiguraw il-ġestjoni effettiva tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat?”.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 994/98 jawtorizza lill-Kummissjoni sabiex teżenta għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp, iżda mhux għall-innovazzjoni. Minn dakinhar l-innovazzjoni saret prijorità fil-politika tal-Unjoni fil-kuntest ta’ “Unjoni tal-Innovazzjoni”, bħala waħda mill-inizjattivi ewlenin ta’ Ewropa 2020. Barra minn hekk, ħafna miżuri ta’ għajnuna għall-innovazzjoni huma relattivament żgħar u ma joħolqux distorsjonijiet sinifikanti tal-kompetizzjoni.
(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 994/98 jawtorizza lill-Kummissjoni sabiex teżenta għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp, iżda mhux għall-innovazzjoni. Minn dakinhar l-innovazzjoni, inkluża l-innovazzjoni soċjali, bdiet saret prijorità fil-politika tal-Unjoni fil-kuntest ta’ “Unjoni tal-Innovazzjoni”, bħala waħda mill-inizjattivi prinċipali ta’ Ewropa 2020. Barra minn hekk, ħafna miżuri ta’ għajnuna għall-innovazzjoni huma relattivament żgħar u ma joħolqux distorsjonijiet sinifikanti tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari jekk ikunu f’konformità mal-inizjattivi ewlenin tal-Europa 2020 u l-programm qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni Orizzont 2020. Ir-regolament għal eżenzjoni ġenerali sħiħa l-ġdid jispeċifika l-kundizzjonijiet u t-tipi ta' għajnuna adattati għall-eżenzjoni.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Fis-settur tal-isport tad-dilettanti, il-miżuri ta’ appoġġ pubbliċi, sakemm ikunu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, ġeneralment ikollhom effetti limitati fuq il-kummerċ fl-Unjoni stess u ma jikkawżawx distorsjonijiet serji tal-kompetizzjoni. L-ammonti mogħtija ġeneralment ikunu wkoll limitati. Abbażi tal-esperjenza miksuba jistgħu jiġu definiti kundizzjonijiet ċari ta’ kumpatibbiltà, biex b'hekk jiġi żgurat li l-għajnuna għall-isport tad-dilettanti ma tikkawżax distorsjoni sinifikanti.
(9)  Bħala regola, l-isport tad-dilettanti ma jistax jitqies bħala attività ekonomika. Meta, eċċezzjonalment, l-isport tad-dilettanti jkun jinkludi attivitajiet ekonomiċi u l-miżuri ta’ appoġġ pubbliċi jkunu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, huma jkollhom effetti essenzjalment limitati fuq il-kummerċ fl-Unjoni stess u ma jikkawżawx distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. L-ammonti mogħtija ġeneralment ikunu wkoll limitati. Abbażi tal-esperjenza miksuba jistgħu jiġu definiti kundizzjonijiet ċari ta’ kumpatibbiltà, biex b'hekk jiġi żgurat li l-għajnuna għall-isport tad-dilettanti ma tikkawżax distorsjoni sinifikanti meta tali attivitajiet sportivi, eċċezzjonalment, ikunu jinkludu attivitajiet ekonomiċi. Ir-regolament il-ġdid għal eżenzjoni ġenerali sħiħa għandu jiċċara jekk l-għajnuna mill-Istat tkunx ikkunsidrata bħala għajnuna favur l-assoċjazzjonijiet sportivi għall-attivitajiet tagħhom jew għajnuna għal proġetti ta’ infrastrutturi tal-isport, filwaqt li jagħmel distinzjoni f’dan ir-rigward.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
(9a)  Fid-dawl tal-importanza ewlenija tal-isport mill-aspett soċjali, l-inkoraġġiment tal-iżvilupp taż-żgħażagħ fi ħdan il-klabbijiet professjonali huwa rikonoxxut bħala għan leġittimu fil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Il-politika ta’ Għajnuna mill-Istat għandha, għalhekk, toħloq qafas ċar li fih l-Istati Membri jkunu jistgħu jippromwovu dawn l-objettivi u jappoġġaw l-organizzazzjonijiet tal-isport għal dan il-għan.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Fir-rigward tal-għajnuna għat-trasport bl-ajru u dak marittimu, mill-esperjenza tal-Kummissjoni, l-għajnuna li għandha natura soċjali għar-residenti ta’ reġjuni mbiegħda għat-trasport, sakemm din tingħata mingħajr diskriminazzjoni fir-rigward tal-identità ta’ min iġorr, ma tikkawżax distorsjonijiet sinifikanti u jistgħu jiġu definiti kundizzjonijiet ċari ta’ kumpatibbiltà.
imħassar
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  Fir-rigward tal-għajnuna għat-trasport ferrovjarju, bit-triq u bil-kanali tal-ilma interni, l-Artikolu 93 tat-Trattat jiddikjara li l-għajnuna li tindirizza l-bżonnijiet ta’ koordinazzjoni tat-trasport jew li tirrappreżenta rimborż għat-twettiq ta’ ċerti obbligi inerenti għall-kunċett ta’ servizz pubbliku, għandha tkun kumpatibbli mat-Trattati. rtikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq attwalment jeżenta mir-rekwiżit ta’ notifika minn qabel, stipulat fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat, il-kumpensi tas-servizzi pubbliċi għall-operat tas-servizzi tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri jew għall-konformità mal-obbligi tariffarji li huma stabbiliti permezz ta’ regoli ġenerali u mħallsin skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007. Sabiex jiġi armonizzat l-approċċ lejn ir-regolamenti dwar l-eżenzjoni ta’ kategorija fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, u skont il-proċeduri previsti fl-Artikoli 108(4) u 109 tat-Trattat, l-għajnuna għall-koordinazzjoni tat-trasport jew ir-rimborż għat-twettiq ta’ ċerti obbligi inerenti għall-kunċett ta’ servizz pubbliku, kif imsemmi fl-Artikolu 93 tat-Trattat, għandha titqiegħed fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 994/98. L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 għandu għalhekk jitħassar, b’effett minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ regolament adottat mill-Kummissjoni li jikkonċerna din il-kategorija ta’ għajnuna mill-Istat.
(11)  Fir-rigward tal-għajnuna għat-trasport ferrovjarju, bit-triq u bil-kanali tal-ilma interni, l-Artikolu 93 tat-Trattat jiddikjara li l-għajnuna li tindirizza l-bżonnijiet ta’ koordinazzjoni tat-trasport jew li tirrappreżenta rimborż għat-twettiq ta’ ċerti obbligi inerenti għall-kunċett ta’ servizz pubbliku, għandha tkun kumpatibbli mat-Trattati.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Fil-qasam tal-broadband, reċentement il-Kummissjoni kisbet esperjenza wiesgħa u fasslet linji gwida. Mill-esperjenza tal-Kummissjoni, għajnuna għal ċerti tipi tal-infrastruttura tal-broadband ma tikkawża l-ebda distorsjoni sinifikanti u tista' tibbenefika minn eżenzjoni ta’ kategorija, sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet tal-kumpatibilità. Dan huwa l-każ għall-għajnuna li tkopri l-aċċess għall-broadband bażiku f'reġjuni fejn ma hemm l-ebda infrastruttura tal-broadband u fejn x’aktarx ma hi se tiġi żviluppata l-ebda tali infrastruttura fil-futur qarib (żoni “bojod”) u kif ukoll għajnuna għal miżuri żgħar ta’ għajnuna individwali li jkopru veloċità għolja ħafna ta’ aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss (“NGA”) b’“netwerks f'żoni fejn ma hemmx infrastruttura NGA u fejn it-tali infrastruttura x’aktarx li ma tiġix żviluppati fil-futur qarib. Dan huwa minnu wkoll għall-għajnuna għax-xogħlijiet tal-inġinerija ċivili relatata mal-broadband u għall-infrastruttura tal-broadband passiva, fejn il-Kummissjoni kisbet esperjenza prattika sostanzjali u fejn jistgħu jiġu definiti kundizzjonijiet ċari ta’ kumpatibbiltà.
(12)  Fil-qasam tal-broadband, reċentement il-Kummissjoni kisbet esperjenza wiesgħa u fasslet linji gwida. Mill-esperjenza tal-Kummissjoni, għajnuna għal ċerti tipi tal-infrastruttura tal-broadband ma tikkawża l-ebda distorsjoni sinifikanti u tista' tibbenefika minn eżenzjoni ta’ kategorija, sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet tal-kumpatibilità. Dan huwa l-każ għall-għajnuna li tkopri l-aċċess għall-broadband bażiku f'reġjuni fejn ma hemm l-ebda infrastruttura tal-broadband u fejn x’aktarx ma hi se tiġi żviluppata l-ebda tali infrastruttura fil-futur qarib (żoni “bojod”) u kif ukoll għajnuna għal miżuri żgħar ta’ għajnuna individwali li jkopru veloċità għolja ħafna ta’ aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss (“NGA”) b’“netwerks f'żoni fejn ma hemmx infrastruttura NGA u fejn it-tali infrastruttura x’aktarx li ma tiġix żviluppati fil-futur qarib. Dan huwa minnu wkoll għall-għajnuna għax-xogħlijiet tal-inġinerija ċivili relatata mal-broadband u għall-infrastruttura tal-broadband passiva, fejn il-Kummissjoni kisbet esperjenza prattika sostanzjali u fejn jistgħu jiġu definiti kundizzjonijiet ċari ta’ kumpatibbiltà. Eżenzjoni sħiħa għal ħidmiet tal-inġenerija ċivili u tal-infrastruttura broadband għandha tappoġġa investimenti speċjalment f'żoni rurali u reġjuni remoti. Waħda mill-kundizzjonijiet għal eżenzjoni sħiħa għandha tkun il-garanzija ta' aċċess għas-suq ħieles fir-rigward tat-tħaddim tal-infrastruttura.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Għalhekk, il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 994/98 għandu jiġi estiż biex jinkludi tali kategoriji ta’ għajnuna.
(13)  Għalhekk, il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 994/98 għandu jiġi estiż biex jinkludi l-miżuri ta’ għajnuna li ġew identifikati permezz tal-preżenti.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Ir-Regolament (KE) Nru 994/98 jirrikjedi li l-limiti għal kull kategorija ta’ għajnuna, li fir-rigward tagħha l-Kummissjoni tadotta regolament dwar eżenzjoni ta’ kategorija jiġu espressi jew f’termini ta’ intensitajiet ta’ għajnuna fir-rigward ta' sett ta’ spejjeż eliġibbli jew f’termini ta’ ammonti massimi ta’ għajnuna. Din il-kundizzjoni tagħmilha diffiċli biex jiġu applikati eżenzjonijiet ta’ kategoriji għal ċerti tipi ta’miżuri li jinvolvu l-appoġġ mill-Istat li, minħabba l-mod speċifiku li bih huma mfassla, ma jistgħux ikunu espressi f’termini tal-intensitajiet tal-għajnuna jew ammonti massimi, pereżempju strumenti ta’ inġinerija finanzjarja jew ċerti forom ta’ miżuri li huma mmirati li jippromwovu l-investimenti ta’ kapital ta’ riskju. Dan partikolarment minħabba li miżuri kumplessi bħal dawn jistgħu jinvolvu għajnuna f’livelli differenti (benefiċjarji differenti, benefiċjarji intermedjarji, benefiċjarji indiretti). Meta titqies l-importanza li dejjem qed tikber ta' dawn il-miżuri u l-kontribut tagħhom lill-għanijiet tal-Unjoni, għandu jkun hemm aktar flessibilità biex ikun possibbli li jiġu eżentati tali miżuri. Għandu għalhekk ikun possibbli li jiġu definiti l-limiti f’termini ta’ livell massimu ta’ appoġġ mill-Istat, sew jekk jikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat u sew jekk le.
(14)  Ir-Regolament (KE) Nru 994/98 jirrikjedi li l-limiti għal kull kategorija ta’ għajnuna, li fir-rigward tagħha l-Kummissjoni tadotta regolament dwar eżenzjoni ta’ kategorija jiġu espressi jew f’termini ta’ intensitajiet ta’ għajnuna fir-rigward ta' sett ta’ spejjeż eliġibbli jew f’termini ta’ ammonti massimi ta’ għajnuna. Din il-kundizzjoni tagħmilha diffiċli biex jiġu applikati eżenzjonijiet ta’ kategoriji għal ċerti tipi ta’miżuri li jinvolvu l-appoġġ mill-Istat li, minħabba l-mod speċifiku li bih huma mfassla, ma jistgħux ikunu espressi f’termini tal-intensitajiet tal-għajnuna jew ammonti massimi, pereżempju strumenti ta’ inġinerija finanzjarja jew ċerti forom ta’ miżuri li huma mmirati li jippromwovu l-investimenti ta’ kapital ta’ riskju. Dan partikolarment minħabba li miżuri kumplessi bħal dawn jistgħu jinvolvu għajnuna f’livelli differenti (benefiċjarji differenti, benefiċjarji intermedjarji, benefiċjarji indiretti). Meta titqies l-importanza li dejjem qed tikber ta' dawn il-miżuri u l-kontribut tagħhom lill-għanijiet tal-Unjoni, għandu jkun hemm aktar flessibilità biex ikun possibbli li jiġu eżentati tali miżuri. Għandu għalhekk ikun possibbli li jiġu definiti l-limiti f’termini ta’ livell massimu ta’ appoġġ mill-Istat.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 15a (ġdida)
(15a)  Sabiex jiġi żgurat ambjent b’kundizzjonijiet ekwi f’konformità mal-prinċipji tas-suq intern, l-iskemi nazzjonali għall-għoti tal-għajnuna għandhom jiggarantixxu aċċess miftuħ u ekwu għall-appoġġ ta’ għajnuna mill-Istat għal kull attur rilevanti tas-suq, b’mod partikolari permezz tal-użu ta’ skemi u sistemi ta’ għajnuna aktar milli għajnuna individwali.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 15 b (ġdida)
(15b)  Ambjent b'kundizzjonijiet ekwi jirrikjedi wkoll l-applikazzjoni bis-sħiħ u trasparenti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku. Għalhekk, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrispettaw ir-regoli applikabbli dwar l-akkwist pubbliku meta jkunu qegħdin ifasslu skemi ta' għajnuna mill-Istat jew jagħtu appoġġ ta' għajnuna mill-Istat li għandu jiġi eżentat abbażi ta' dan ir-Regolament.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 15 c (ġdida)
(15c)  Il-bażi legali għal dan ir-Regolament, l-Artikolu 109 tat-TFUE, jipprevedi biss konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, u mhux il-proċedura leġiżlattiva ordinarja f’konformità ma’ oqsma oħra tal-integrazzjoni tas-suq u r-regolamentazzjoni ekonomika wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona. Dan id-defiċit demokratiku ma jistax jiġi ttolerat fir-rigward ta' proposti li jikkonċernaw il-mezzi użati mill-Kummissjoni biex tissorvelja d-deċiżjonijiet u l-atti tal-awtoritajiet nazzjonali u lokali eletti. Dan id-defiċit għandu jiġi korrett fi kwalunkwe bidla futura tat-Trattat. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2012 bl-isem “Pjan ta’ azzjoni għal unjoni ekonomika u monetarja aktar profonda u ġenwina” tipprevedi bidla fit-Trattat sal-2014. Proposta bħal din għandha tinkludi proposta speċifika li temenda l-Artikolu 109 tat-TFUE sabiex jiġu adottati r-regolamenti msemmija f'dak l-Artikolu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 994/98
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a – punt ii
(ii) riċerka, żvilupp u innovazzjoni;
(ii) ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, b'mod partikolari jekk ikunu konformi mal-inizjattivi ewlenin UE 2020 u l-objettivi tal-politika Orizzont 2020;
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 994/98
Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt a - punt iii
(iii) ħarsien tal-ambjent;
(iii) ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, b'mod partikolari jekk ikunu konformi mal-inizjattivi ewlenin UE 2020 u l-objettivi tal-politika ambjentali tal-Unjoni;
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 994/98
Artikolu 1 - paragrafu 1 – punt a – punt v a (ġdid)
(va) il-promozzjoni tat-turiżmu, jekk tkun konformi mal-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar it-turiżmu;
Emenda 25
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 994/98
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a – punt x
(x) l-isport tad-dilettanti;
(x) l-isport tad-dilettanti u tal-iżvilupp taż-żgħażagħ fl-isport;
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 994/98
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a – punt xi
(xi) residenti ta’ reġjuni mbiegħda għat-trasport, meta din l-għajnuna jkollha karattru soċjali; u tingħata mingħajr diskriminazzjoni relata mal-identità ta’ min iġorr;
imħassar
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 994/98
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a – punt xii
(xii) il-koordinazzjoni tat-trasport jew ir-rimborż għat-twettiq ta’ ċerti obbligi inerenti fil-kunċett ta’ servizz pubbliku skont l-Artikolu 93 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
imħassar
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 994/98
Artikolu 3 – paragrafu 2
2.  Meta jiġu implimentati s-sistemi tal-għajnuna jew l-għajnuna individwali li ma tingħatax fil-qafas ta' sistema, li tkun ġiet eżentata skont regolamenti bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, bil-għan li jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni, sommarji tal-informazzjoni dwar tali sistemi ta' għajnuna jew tali għajnuna individwali li mhix koperta mis-sistemi ta’ għajnuna eżentati.
2.  Meta jiġu implimentati s-sistemi tal-għajnuna jew l-għajnuna individwali li ma tingħatax fil-qafas ta' sistema, li tkun ġiet eżentata skont regolamenti bħal dawn, l-Istati Membri għandhom iqisu r-rispett lejn ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku, l-istrateġija Ewropa 2020 u l-politiki u l-objettivi ambjentali tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, bil-għan li jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-Kummissjon’, sommarji tal-informazzjoni dwar it-tali sistemi tal-għajnuna jew it-tali għajnuna individwali li mhix koperta mis-sistemi ta’ għajnuna eżenti.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 2 a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 994/98
Artikolu 3 – paragrafu 4
(2a)  L-Artikolu 3(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“4.  Minn tal-anqas darba fis-sena, l-Istati Membri għandhom iressqu rapport lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' eżenzjonijiet ta' kategorija, skont ir-rekwiżiti speċifiċi tal-Kummissjoni, preferibbilment fi format kkompjuterizzat. Il-Kummissjoni għandha tagħti aċċess għal dawk ir-rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri kollha. Il-Kumitat Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 7 għandu jeżamina u jevalwa dawk ir-rapporti darba kull sena.“
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 994/98
Artikolu 5
(2b)  L-Artikolu 5 jinbidel b'dan li ġej:
Artikolu 5

Rapport ta’ evalwazzjoni

Kull sentejn il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu, b’mod partikolari, jipprevedi valutazzjoni wiesgħa tal-ispiża meta mqabbel mal-benefiċċju, tal-eżenzjonijiet ġenerali mogħtija skont dan ir-Regolament kif ukoll valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tiegħu għall-inizjattivi ġenerali ewlenin tal-istrateġija tal-Europa 2020 u l-għanijiet politiċi ta’ Orizzont 2020. Il-Kummissjoni għandha tressaq abbozz ta' rapport għall-kunsiderazzjoni tal-Kumitat Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 7. Kull sena l-Kummissjoni għandha tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, ir-riżultati tal-eżerċizzju ta’ monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-Regolament għal eżenzjoni ġenerali, adottati mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament, inkluż ħarsa ġenerali lejn il-livelli u t-tip ta’ għajnuna mill-Istat mhux kompatibbli mill-Istati Membri skont ir-regolamenti ta' eżenzjoni ġenerali“

Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007
Artikolu 9
Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 huwa emendat kif ġej:
imħassar
L-Artikolu 9 għandu jitħassar, b’effett minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ regolament tal-Kummissjoni li jikkonċerna l-kategorija ta’ għajnuna mill-Istat msemmija fl-Artikolu 1(a) xi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98.

(1) ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3.


Tkabbir Blu – It-tisħiħ tat-tkabbir sostenibbli fis-setturi tal-baħar, tat-trasport marittimu u tat-turiżmu fl-UE
PDF 367kWORD 38k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Lulju 2013 dwar Tkabbir Blu – It-tisħiħ tat-tkabbir sostenibbli fis-setturi tal-baħar, tat-trasport marittimu u tat-turiżmu fl-UE (2012/2297(INI))
P7_TA(2013)0300A7-0209/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Settembru 2012 dwar “It-Tkabbir Blu – opportunitajiet għal tkabbir sostenibbli fis-setturi tal-baħar u dak marittimu” (COM(2012)0494),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-11 ta' Settembru 2012 dwar “Il-Progress tal-Politika Marittima Integrata tal-UE” (COM(2012)0491) u d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2012)0255),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Limassol tat-8 ta' Ottubru 2012 dwar l-Aġenda dwar il-Baħar u Marittima għat-tkabbir u l-impjiegi,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS), li daħlet fis-seħħ fis-16 ta' Novembru 1994,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-ippjanar spazjali marittimu u għall-ġestjoni integrata tal-kosta (COM(2013)0133),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Ottubru 2012 bit-titolu “Evalwazzjoni tal-politiki, legiżlazzjoni u inizjattivi tal-UE marbuta mal-iskart fil-baħar’ (SWD(2012)0365),

–  wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tad-29 ta' Awwissu 2012 bit-titolu “Għarfien dwar il-Baħar 2020 – mill-immappjar ta' qiegħ il-baħar għat-tbassir oċeaniku” (COM(2012)0473),

–  wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Marzu 2011 bit-titolu “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti’ (COM(2011)0144),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-30 ta' Ġunju 2010 bit-titolu “L-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja – qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew” (COM(2010)0352),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Jannar 2009 bit-titolu “Komunikazzjoni u pjan ta' azzjoni bil-ħsieb li tiġi stabbilita żona Ewropea tat-trasport marittimu mingħajr konfini” (COM(2009)0010),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-10 ta' Ottubru 2007 bit-titolu “Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea” (COM(2007)0575),

–  wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2006 bit-titolu “Lejn Politika Marittima futura għall-Unjoni: Viżjoni Ewropea għall-oċeani u l-ibħra” (COM(2006)0275),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Settembru 2011 dwar “l-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja – qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew”(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar “il-Politika Marittima Integrata (IMP) – Evalwazzjoni tal-progress li sar u sfidi ġodda”(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2010 dwar l-objettivi strateġiċi u r-rakkomandazzjonijiet għall-politika tal-UE tat-trasport marittimu sal-2018(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-aspetti tal-iżvilupp reġjonali tal-impatt tat-turiżmu f'reġjuni kostali(4),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2008 dwar Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Lulju 2007 dwar “Politika Marittima futura għall-Unjoni Ewropea: Viżjoni Ewropea għall-Oċeani u l-Ibħra”(6),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta' Marzu 2013 dwar “il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – it-Tkabbir Blu: opportunitajiet għal tkabbir sostenibbli fis-setturi tal-baħar u dak marittimu”,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-31 ta' Jannar 2013 dwar “it-Tkabbir Blu – Opportunitajiet ta' tkabbir sostenibbli fis-settur tal-baħar u dak marittimu”,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għas-Sajd (A7–0209/2013),

A.  billi 70 % ta' wiċċ id-dinja huwa mgħotti minn oċeani u ibħra, li jista' jkollhom rwol kruċjali biex jiġu indirizzati l-isfidi fuq perjodu twil li għandha quddiemha l-UE, bħat-tibdil fil-klima u l-kompetittività globali;

B.  billi hemm sitt żoni kostali ewlenin fl-UE (l-Atlantiku, il-Baħar tat-Tramuntana, il-Baħar Baltiku, il-Baħar l-Iswed, il-Mediterran u r-reġjuni l-aktar imbiegħda) li huma differenti minn xulxin minħabba r-riżorsi territorjali tagħhom u t-tip ta' attivitajiet li jitwettqu fihom;

C.  billi madwar nofs il-popolazzjoni tal-Ewropa tgħix matul id-89 000 kilometru tal-kosta Ewropea, u għalhekk huwa importanti li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jikkunsidraw din il-pressjoni demografika meta jimplimentaw politiki pubbliċi;

D.  peress li l-progress teknoloġiku u t-tfittxija għal sorsi ġodda ta' tkabbir sostenibbli huma mistennija li jżidu d-daqs tal-ekonomija marittima għal EUR 590 biljun sal-2020, u b'hekk tipprovdi total ta' 7 miljun impjieg;

E.  billi ż-żieda mistennija fl-attività tal-bniedem ser tkun qiegħda sseħħ f'ambjent tal-baħar fraġli fejn huma biss 10 % tal-ħabitats u 2 % tal-ispeċijiet tal-baħar li huma f'saħħithom, li juri li l-attivitajiet ekonomiċi marittimi m'għandhomx jimminaw is-sostenibbiltà tal-baħar;

F.  billi l-investiment fil-kapital naturali u uman huwa essenzjali sabiex jingħelbu l-isfidi attwali, l-aktar dik li l-attività tal-bniedem issir sostenibbli mil-lat ekonomiku u soċjali, li jiġu żgurati kundizzjonijiet b'saħħithom mil-lat ambjentali u li jsir adattament għat-tibdil fil-klima sabiex tiġi miġġielda l-erożjoni kostali u l-aċidifikazzjoni marittima u tiġi ppreservata l-bijodiversità, filwaqt li jiġi kkunsidrat li ekosistemi b'saħħithom u produttivi huma fundamentali għall-iżvilupp ta' ekonomija blu sostenibbli u kompetittiva;

G.  billi d-daqs u l-ambitu tal-impatti ambjentali tal-oqsma ta' interess partikolari tat-Tkabbir Blu huma inċerti ħafna u potenzjalment dannużi, minħabba l-għarfien limitat tagħna dwar il-komplessità elaborata tal-ekosistemi tal-baħar, u t-teħid ta' deċiżjonijiet marbuta miegħu għandu għalhekk ikun iggwidat mill-prinċipju tal-prekawzjoni minqux fl-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE);

H.  billi l-politika kostali u marittima għandha tiddaħħal fil-qafas ġenerali tal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, anke bil-għan li jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-istrateġija Ewropa 2020;

I.  billi l-objettiv ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv għal żoni kostali u gżejjer għandu jkun appoġġjat minn analiżi bir-reqqa tal-iżvantaġġi sistemiċi u strutturali li jikkaratterizzaw dawn iż-żoni;

J.  billi s-sistema tal-gżejjer tal-UE, safejn huwa kkonċernat it-trasport marittimu, ikollha ġġarrab spejjeż ogħla miż-żoni kostali l-oħrajn tal-UE;

K.  billi n-natura staġjonali tat-turiżmu tikkomprometti ħafna l-iżvilupp taż-żoni kostali u tal-gżejjer u għandha tiġi żviluppata strateġija ad hoc biex tiġġieled din il-problema;

L.  billi hemm ħtieġa ta' koordinazzjoni bejn l-istrateġiji makroreġjonali u l-pjanijiet ta' azzjoni rispettivi għall-baċiri tal-baħar tal-Unjoni;

M.  billi dan ir-rapport huwa l-pjan direzzjonali tal-Parlament għall-avvanz ulterjuri tat-tkabbir blu;

Qafas ġenerali

1.  Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-Tkabbir Blu, li tifforma parti mid-dimensjoni marittima tal-Istrateġija Ewropa 2020 u tagħti indikazzjoni ċara tal-potenzjal tal-ekonomija marittima li toħloq tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u tiġġenera opportunitajiet ta' impjieg;

2.  Jilqa' r-rapport dwar il-progress tal-Politika Marittima Integrata (IMP) tal-UE; itenni l-appoġġ tiegħu għall-IMP u jenfasizza li l-promozzjoni ta' din il-politika tibqa' l-mezz primarju biex jissaħħaħ it-tkabbir blu;

3.  Jirrikonoxxi li l-ibħra u l-oċeani kulma jmur se jkollhom rwol iktar prinċipali fit-tkabbir tal-ekonomija globali fil-futur; iqis li l-Istrateġija tat-Tkabbir Blu, bħala parti mill-Politika Marittima Integrata, se tħeġġeġ l-iżvilupp ta' sinerġiji u politiki koordinati, u b'hekk se tiġġenera valur miżjud Ewropew u se tikkontribwixxi għall-ħolqien tal-impjiegi fis-setturi marittimi;

4.  Iqis li, biex titjieb il-kompetittività tas-setturi ekonomiċi marittimi tal-Unjoni fis-suq globali, l-awtoritajiet lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej għandhom joħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għat-tkabbir sostenibbli, billi jistabbilixxu sistemi ta' ppjanar spazjali marittimu, itejbu l-infrastruttura, joħolqu l-aċċess għall-kompetenzi professjonali u jiksbu l-finanzjament; jenfasizza l-importanza tal-kondiviżjoni tal-għarfien u l-aħjar prattika bejn il-livelli differenti ta' awtoritajiet pubbliċi permezz tal-ħolqien ta' pjattaforma speċifika tal-UE;

5.  Jinnota li l-kisba ta' finanzjament adekwat ser tkun sfida għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) li joperaw fis-setturi tat-tkabbir blu u għalhekk jilqa' inizjattivi bħal regoli ġodda tal-UE dwar il-fondi ta' kapital ta' riskju, li jiffaċilitaw l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament;

6.  Iqis li fi żmien meta l-Istati Membri qegħdin inaqqsu l-investiment pubbliku, jeħtieġ b'mod urġenti li l-politiki ta' żvilupp u b'mod speċjali proġetti ta' spiża għolja, bħal proġetti ta' infrastruttura ta' trasport, enerġija u telekomunikazzjonijiet, jirċievu finanzjament adegwat matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 u lil hinn minnu; jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw l-istrumenti finanzjarji u l-fondi Ewropej disponibbli lejn proġetti tal-ekonomija blu;

7.  Jenfasizza l-importanza li jiġu kkunsidrati, b'mod partikolari fil-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020 li jmiss, il-ħtiġijiet speċifiċi tal-Istati Membri li ngħataw salvataġġ finanzjarju li qegħdin jiffaċċjaw diffikultà dejjem akbar biex iwettqu proġetti ta' spiża għolja, kif ukoll dawk tar-reġjuni u l-gżejjer l-aktar imbiegħda, li jippreżentaw restrizzjonijiet strutturali minħabba l-bogħod u l-karatteristiċi naturali tagħhom;

8.  Jinnota l-kundizzjonijiet tal-kriżi ekonomika u l-problemi soċjali li qed jolqtu ħafna żoni, b'mod partikolari l-gżejjer, l-aktar dawk fil-Mediterran u speċjalment dawk li jinsabu 'l bogħod ħafna mill-kontinent; jenfasizza li d-distanza mbiegħda tal-gżejjer b'rabta mas-suq uniku tesponihom għal staġnar industrijali u ekonomiku u depopolazzjoni, li għandu jkun fil-mira ta' miżuri speċifiċi min-naħa tal-istituzzjonijiet Ewropej; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għalhekk, tikkunsidra li tistabbilixxi żoni liberi bħala għodda li, permezz tat-tnaqqis tal-piż tat-taxxa u billi tattira l-investiment dirett barrani, tista' ttemm is-sitwazzjoni li dejjem qed taggrava li qed taffettwa l-gżejjer billi tixpruna t-tkabbir u l-iżvilupp;

9.  Jenfasizza r-rwol tal-istrateġiji tal-baċir tal-baħar biex jitrawwem l-iżvilupp reġjonali u l-koeżjoni ekonomika, territorjali u soċjali, tingħata spinta lill-ekonomija Ewropea, jitħeġġeġ it-tkabbir blu inklużiv, jinħolqu l-impjiegi u titħares il-bijodiversità tal-baħar u tal-kosta; jitlob li strateġiji bħal dawn, marbutin ma' strateġiji makroreġjonali attwali u futuri, jiġu implimentati b'mod effettiv għall-baċiri marittimi Ewropej kollha u li jiġu ddedikati riżorsi finanzjarji u amministrattivi xierqa tal-UE u oħrajn għall-implimentazzjoni tagħhom; iqis li jeħtieġ jissaħħaħ ir-rwol li jiżvolġu r-reġjuni fit-tfassil ta' strateġiji dwar il-baċiri tal-baħar; jirrikonoxxi, f'dan ir-rigward, il-kontribut tal-kooperazzjoni territorjali u transkonfinali biex jiġu indirizzati l-problemi li jiffaċċjaw ir-reġjuni kostali u marittimi;

10.  Jilqa' l-progress li sar fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-UE għar-reġjun tal-Baħar Baltiku u għal dak tal-Atlantiku, u jtenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni għall-formulazzjoni ta' strateġija tal-UE għar-reġjun tal-Baħar l-Iswed;

11.  Jistieden lill-Unjoni u lill-Istati Membri jagħtu appoġġ qawwi lill-ħolqien ta' gruppi marittimi reġjonali u transkonfinali; jenfasizza l-importanza strateġika ta' gruppi bħal dawn bħala ċentri ta' eċċellenza għall-attività ekonomika relatata mat-tkabbir blu; jemmen li l-iżvilupp tagħhom se jippromwovi l-kondiviżjoni tal-għarfien u l-prattika tajba, jiġġenera sinerġiji bejn id-diversi setturi tal-ekonomija blu, u jgħin biex jiġi attirat l-investiment;

12.  Jenfasizza r-rabtiet intrinsiċi bejn it-tkabbir ekonomiku u t-tibdil fil-klima, u jenfasizza li l-attivitajiet marittimi kollha jridu jkunu allinjati mal-Istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima bil-għan li jikkontribwixxu għal Ewropa aktar reżistenti għat-tibdil fil-klima;

13.  Jenfasizza, b'mod partikolari, li t-tkabbir fl-attività ekonomika marbut mat-tkabbir blu m'għandux jissagrifika l-ekosistemi tal-baħar u tal-kosta, li huma sensittivi ħafna u fost l-ewwel li jbatu mill-impatti tat-tibdil fil-klima; jenfasizza li t-tkabbir blu għandu jkun kompatibbli mal-objettivi ambjentali u l-approċċ ekosistemiku tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (MSFD), kif ukoll id-Direttiva dwar il-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika, filwaqt li jfakkar li f'każijiet ta' inċertezza jrid jiġi osservat il-prinċipju tal-prekawzjoni; jenfasizza li l-attivitajiet ekonomiċi kollha marbuta mat-tkabbir blu għandhom jiżguraw is-sikurezza u s-sigurtà marittimi;

14.  Jinnota bi tħassib l-impatt ambjentali tal-iskart tal-baħar fil-baċini tal-baħar Ewropej kollha u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiffukaw fuq l-implimentazzjoni sħiħa u l-infurzar tad-direttivi rilevanti tal-UE, bħal ma huma dawk fuq l-immaniġġjar tal-iskart, il-faċilitajiet ta' akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti, il-kwalità tal-ilma u l-istrateġija dwar il-baħar;

15.  Jinsisti li l-attivitajiet marittimi kollha, inklużi dawk li jseħħu fil-qafas tal-PMI, għandhom isiru skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS); jenfasizza l-ħtieġa ta' approċċ komuni tal-UE għall-esplorazzjoni, l-isfruttament, il-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi naturali tal-baħar, li jiżgura d-delimitazzjoni effiċjenti u sikura taż-żoni ekonomiċi esklużivi (EEZs) bejn l-Istati Membri tal-UE u pajjiżi terzi skont id-dritt internazzjonali;

16.  Jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jkun hemm ċertezza ġuridika għall-partijiet kollha interessati li jinvestu f'żoni marittimi, u jirrakkomanda miżuri ġodda ta' inċentiv bil-ħsieb li jsir sfruttament aħjar taż-żoni ekonomiċi esklużivi tal-Istati Membri;

L-Ippjanar Spazjali Marittimu u l-Ġestjoni Integrata tal-Kosta

17.  Jilqa' l-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni għall-Ippjanar Spazjali Marittimu (ISM) u l-Ġestjoni Integrata tal-Kosta (ICM) bħala miżuri meħtieġa għall-immaniġġjar tal-għadd dejjem jiżdied ta' attivitajiet marittimi u kostali u għall-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, li jiżguraw li diversi attivitajiet jistgħu jikkoeżistu f'armonija u jevitaw il-kunflitti rigward l-użu ta' żoni kostali u tal-baħar; iqis bħala neċessarju f'dan ir-rigward li jingħażel approċċ ibbażat fuq l-ekosistemi għall-ġestjoni tal-attività tal-bniedem mal-kosta u fil-baħar;

18.  Jinnota li l-ISM huwa mistenni li jnaqqas l-ispejjeż tan-negozju u jtejjeb il-klima tal-investiment, filwaqt li l-ICM għandu jiffaċilita l-koordinazzjoni tal-attivitajiet fiż-żona kostali u jwassal għal titjib ġenerali fil-governanza ta' din iż-żona;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li jintużaw l-aħjar prattiki u li jittieħdu l-lezzjonijiet mill-azzjonijiet preparatorji f'dan il-qasam, peress li hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fl-iżvilupp tas-sistemi ta' mmaniġġjar għaż-żoni marittimi u kostali; iqis, madankollu, li huwa meħtieġ approċċ imfassal apposta, sabiex waqt l-implimentazzjoni tal-linji gwida għall-ippjanar marittimu u kostali tal-UE, l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkunsidraw il-karatteristiċi speċifiċi u l-ħtiġijiet lokali flimkien mal-awtoritajiet lokali;

20.  Jemmen li l-interfaċċja bejn l-art u l-baħar jeħtieġ li tissaħħaħ fil-kuntest tal-ippjanar spazjali sabiex tiġi salvagwardjata t-tkomplija tal-attivitajiet tal-bniedem u l-katina tal-provvista u biex jiġi żgurat li ż-żoni kostali jiġu konnessi b'mod xieraq maż-żona interna; jemmen li dan jista' jevita l-fenomenu ta' kosti li jiġu trattati bħala fruntieri;

21.  Jisħaq li l-lakuni fl-għarfien xjentifiku dwar l-attivitajiet marittimi u l-ambjenti tagħhom huma ostakoli għall-ippjanar spazjali u jenfasizza l-importanza tal-inizjattiva “Għarfien dwar il-Baħar 2020” u l-objettivi speċifiċi tagħha, fosthom l-immappjar ta' qiegħ il-baħar tal-ibħra Ewropej sal-2020; iqis li qiegħ il-baħar għandu jiġi mmappjat b'mod uniformi sabiex l-informazzjoni tkun tista' tiġi aċċessata minn korpi Ewropej interessati, speċifikament iċ-ċentri tar-riċerka, l-universitajiet u l-istituzzjonijiet pubbliċi;

22.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tgħin lill-Istati Membri jniedu pjanijiet sabiex jimmappjaw u jissorveljaw il-bastimenti mgħarrqa u s-siti arkeoloġiċi ta' taħt l-ilma li jikkostitwixxu parti importanti mill-patrimonju storiku u kulturali tal-Unjoni; jinsisti li jeħtieġ jiġu ffaċilitati l-fehim u l-istudju ta' siti bħal dawn u li jingħata kontribut għall-prevenzjoni tal-ħsara li qed iġarrbu, biex b'hekk jiġu ppreservati kif xieraq;

Kompetenzi marittimi u impjiegi

23.  Jikkunsidra li l-impjiegi fl-ekonomija blu għandhom jaqbżu n-numru stmat ta' 7 miljun impjieg sal-2020, jekk dawn jiġu appoġġjati minn politiki ta' taħriġ li għandhom l-għan li jiżguraw il-preżenza ta' forza tax-xogħol mobbli bil-ħiliet u l-esperjenza meħtieġa;

24.  Itenni t-talba tiegħu għal titjib sinifikanti fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, tas-saħħa u tas-sikurezza fil-professjonijiet marittimi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom f'dan il-qasam sabiex itejbu s-sikurezza fil-karrieri u jagħmlu l-impjiegi fl-ekonomija tat-tkabbir blu u f'setturi relatati aktar attraenti;

25.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-baħħara b'mezzi adegwati, li l-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu tal-ILO tiġi inkorporata fid-dritt tal-Unjoni, u li jiġi propost programm għall-kwalifika u t-taħriġ tal-baħħara, b'mod partikolari r-reklutaġġ ta' żgħażagħ, anke dawk minn pajjiżi terzi;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel monitoraġġ mill-qrib u ssostni l-isforzi fuq livell reġjonali biex tevalwa l-kompetenzi u l-professjonijiet li jkunu meħtieġa fis-setturi tal-ekonomija blu, u tiżgura li inizjattivi bħall-“Panorama ta' ħiliet tal-UE” jirriflettu l-bżonnijiet tal-ekonomija blu;

27.  Iqis li l-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, għandha tfassal pjan ta' azzjoni sabiex tippromwovi l-professjonijiet direttament jew indirettament relatati mal-ekonomija blu, sabiex tattira n-nies lejhom;

28.  Jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi inizjattivi li jinkoraġġixxu l-mobilità tal-ħaddiema bejn is-setturi ekonomiċi u l-Istati Membri, bħal azzjoni pluriennali għall-iskambju ta' studenti, għalliema u professjonisti żgħażagħ fuq il-mudell tal-Erasmus; jappoġġja l-kooperazzjoni bejn l-intrapriżi u l-fornituri tat-taħriġ bil-għan li jippreparaw il-gradwati għal impjiegi f'oqsma ġodda;

29.  Jitlob lill-Kummissjoni tikkoopera mar-rappreżentanti tas-settur ekonomiku marittimu u mal-fornituri tat-taħriġ biex jistabbilixxu u jiffinanzjaw Kunsilli Settorjali Ewropej dwar l-Impjiegi u l-Ħiliet biex jiġu rreġistrati l-impjiegi, it-tibdil fil-ħiliet meħtieġa u l-ħtiġijiet ta' taħriġ relatati;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa inizjattiva sabiex tħeġġeġ il-mobilità tal-persunal tar-riċerka, speċjalment fiż-żoni kostali, b'referenza speċifika għall-oqsma tat-turiżmu, l-enerġija u l-bijoteknoloġija, abbażi tal-istess prinċipji tal-Erasmus, li għandha tiġi implimentata bħala prijorità matul staġuni bi ftit turisti sabiex jiġu bbilanċjati, b'mod sostenibbli, il-flussi ta' persuni f'ekosistemi li qed isiru dejjem aktar sensittivi, filwaqt li fl-istess ħin isir l-aħjar użu mill-infrastruttura taż-żoni kostali u tal-gżejjer;

Riċerka u innovazzjoni

31.  Jinnota l-kapaċità għar-riċerka mill-aqwa tal-UE fl-oqsma marittimi u l-importanza tagħha għal tfassil ta' politiki sostanzjat u negozju mmexxi mill-innovazzjoni, iżda wkoll id-diffikultà li jsibu n-negozji fil-kummerċjalizzazzjoni tal-eżitu tar-riċerka;

32.  Jenfasizza li l-programm Orizzont 2020, permezz ta' proċeduri aktar sempliċi u appoġġ aħjar għall-innovazzjoni, jista' jipprovdi għajnuna sinifikanti għar-riċerka dwar il-baħar u dik marittima bil-għan li jżid il-kummerċjalizzazzjoni, billi jibni fuq l-esperjenza tal-proġetti “L-Oċean ta' Għada”;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni taġġorna l-Istrateġija Ewropea għar-Riċerka tal-Ibħra u Marittima sal-2014, billi tipproponi miżuri konkreti li jtejbu s-sinerġiji u t-tixrid tal-għarfien fost ir-riċerkaturi tal-UE;

34.  Jinnota li ekosistemi marittimi b'saħħithom biss jistgħu jkunu bażi għal ekonomija blu b'saħħitha u sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tirriċerka l-impatti kumulattivi tal-użu mill-bniedem tal-ambjent marittimu u tal-attivitajiet marittimi fis-setturi kollha;

35.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi monitoraġġ ambjentali adegwat u fit-tul u twettaq riċerka dwar sistemi ta' twissija bikrija;

36.  Jenfasizza l-importanza ta' proġetti bħan-Netwerk Ewropew ta' Osservazzjoni u Data Marittima (EMODNET) għall-iffaċilitar tal-iskambju u d-disponibbiltà tad-data tar-riċerka;

Trasport marittimu u bini ta' bastimenti

37.  Jinnota bi tħassib li t-trasport marittimu fi ħdan l-UE jibqa' jkun imxekkel minn burokrazija amministrattiva u doganali li tikkomprometti l-viżjoni ta' żona ta' trasport marittimu Ewropea u tostakola t-tkabbir fl-industrija, speċjalment fil-kabotaġġ marittimu u l-awtostradi tal-baħar; jemmen li jeħtieġ jiġi żviluppat sett ta' regoli uniformi għat-tbaħħir fi ħdan l-Unjoni peress li huwa kruċjali biex ikun żgurat il-moviment liberu tal-prodotti u l-persuni fl-ilmijiet tal-UE;

38.  Huwa sodisfatt bis-suċċess tal-programm pilota “Blue Belt” u jitlob lill-Kummissjoni tagħmel il-proposti leġiżlattivi meħtieġa għall-ħolqien tal-Blue Belt, fosthom ir-reviżjoni neċessarja tal-Kodiċi Doganali tal-UE, qabel it-tmiem tal-2013;

39.  Jenfasizza li l-promozzjoni tat-trasport marittimu ser tikkontribwixxi mhux biss għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, iżda wkoll biex jintlaħaq l-għan stipulat fil-White Paper “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport” li, sal-2050, 50 % tat-trasport tal-merkanzija bit-toroq jibda jsir bil-ferroviji u bil-baħar;

40.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitwessa' r-rwol tal-awtostradi tal-baħar bħala kurituri Ewropej ewlenin, u jenfasizza wkoll li, sabiex tiġi żgurata l-kompetittività fit-tul tat-trasport marittimu Ewropew, huwa essenzjali li jinħolqu katini konsistenti ta' trasport għall-passiġġieri u għall-merkanzija fil-modi kollha tat-trasport; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni toħroġ komunikazzjoni dwar il-progress, l-iżvilupp u l-futur tal-awtostradi tal-baħar; huwa tal-fehma li l-gżejjer il-kbar għandhom jiġu integrati bis-sħiħ fl-awtostradi tal-baħar sabiex titjieb l-aċċessibbiltà tagħhom u tiżdied il-kompetittività ekonomika tagħhom;

41.  Jenfasizza li s-sikurezza marittima hija kruċjali għall-promozzjoni sostenibbli tat-trasport marittimu, tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-impjieg marittimu u standards ambjentali sostenibbli f'dan is-settur; jenfasizza li l-prinċipju tal-prevenzjoni għandu jiġi applikat biex jantiċipa riskji ġodda u biex jiġu evitati t-tipi kollha ta' diżastri tat-trasport marittimu; jinnota li għandha tittieħed azzjoni dwar dan fl-UE, iżda wkoll f'livell internazzjonali, u speċjalment fi ħdan l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali;

42.  Jenfasizza li l-implimentazzjoni tat-Tielet Pakkett dwar is-Sigurtà Marittima qiegħda ttejjeb il-kwalità tal-bastimenti li jtajru bnadar Ewropej, l-attività tal-għaqdiet ta' klassifikazzjoni, il-kontroll tal-portijiet, il-monitoraġġ tat-traffiku tal-bastimenti, l-investigazzjoni tal-inċidenti u l-ħarsien tal-vittmi. jistieden lill-Istati Membri jħaffu l-implimentazzjoni effiċjenti ta' dan il-pakkett leġiżlattiv;

43.  Jenfasizza li l-politika dwar it-trasport marittimu għandha tqis it-tħassib ekonomiku, ambjentali u ta' saħħa pubblika rilevanti kollu; jitlob lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-impatt tal-konformità tas-settur tat-trasport marittimu tal-UE mar-rekwiżiti ambjentali u ta' saħħa pubblika u, fejn xieraq, tipproponi miżuri speċifiċi kontra l-effetti negattivi fuq il-kompetittività tiegħu; jinnota li r-rekwiżiti leġiżlattivi marbutin mal-iskreppjar tal-vapuri u mal-kontenut ta' kubrit tal-fjuwils tal-baħar għandhom jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni ambjentali, filwaqt li jissalvagwardjaw b'mod effettiv l-objettiv li t-trasport jibda jsir bil-baħar minflok bit-triq, skont il-miri tat-tibdil fil-klima tal-Unjoni;

44.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom b'mod sinifikanti sabiex jilħqu ftehim internazzjonali dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mit-trasport marittimu, filwaqt li jqisu l-impatt tal-gassijiet b'effett ta' serra mill-vapuri;

45.  Jirrimarka li fjuwils b'kuxjenza ambjentali bħall-LNG jistgħu jiżvolġu rwol importanti biex tinkiseb il-mira li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 tal-UE minn karburanti tal-bastimenti b'tal-inqas 40 % sal-2050;

46.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi appoġġjat l-iżvilupp ta' servizzi tal-portijiet u infrastruttura effettivi u sostenibbli li jistgħu jlaħħqu mal-isfidi taż-żieda mistennija fit-traffiku fuq il-baħar, u tat-tnaqqis tat-tniġġis ambjentali u tal-ħsejjes, hekk kif it-traffiku jibda jsir bil-baħar minflok fuq l-art, u jiżgura bidla mingħajr xkiel għall-passiġġieri u l-merkanzija minn mod ta' trasport għal ieħor; jippromwovi l-iżvilupp parallel fil-portijiet Ewropej tat-tiswija tal-vapuri u l-iskreppjar;

47.  Jiġbed l-attenzjoni għall-possibilità li jitwaqqfu pjattaformi ta' loġistika biex jiffaċilitaw it-trasport ta' prodotti bejn l-Ewropa u l-ekonomiji l-oħra tad-dinja; jenfasizza l-importanza strateġika tat-trasport marittimu u tal-kollegamenti bejn ir-reġjuni l-aktar imbiegħda u żoni oħra fuq il-kontinent;

48.  Jisħaq li l-industrija tal-bini tal-bastimenti tal-UE għandha l-potenzjal li żżid il-kontribut tagħha għat-tkabbir u l-impjiegi billi tisfrutta l-opportunitajiet li jiġu mid-domanda għal “bastimenti nodfa” (effiċjenza enerġetika mtejba u inqas emissjonijiet ta’ ossidi tal-kubrit u ossidi tan-nitroġenu) kif ukoll għal bastimenti u strutturi adatti għall-kostruzzjoni, l-installazzjoni u t-tħaddim ta' parks eoliċi lil hinn mill-kosta; jistieden lill-industrija tal-bini tal-bastimenti tal-UE biex taħtaf din l-opportunità, speċjalment fid-dawl taż-żieda mistennija tat-trasport marittimu fuq distanza qasira mal-kosta tal-UE;

49.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tilħaq ftehim mal-Parlament biex jiġi adottat regolament li jippermetti li l-bastimenti jiżżarmaw b'tali mod li jirrispetta l-ambjent u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema, biex b'hekk l-industrija tal-bini tal-bastimenti tal-UE tkun tista' tirriċikla l-materjali b'mod aktar kompetittiv;

50.  Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-istrateġija LeaderSHIP 2020, billi tappoġġja l-azzjonijiet identifikati biex jindirizzaw l-isfidi li għandha quddiema l-industrija tal-bini tal-bastimenti Ewropea, bħalma huma l-aċċess għall-finanzjament, il-ħiliet u l-kompetittività internazzjonali;

Turiżmu marittimu u tal-kosta

51.  Jistieden lill-Istati Membri, bl-involviment dirett tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, biex isostnu inizjattivi biex tiġi żviluppata u mtejba l-infrastruttura turistika, b'enfasi partikolari fuq il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità u persuni b'mobilità mnaqqsa, u biex isir kull sforz biex tiġi eliminata l-burokrazija u n-nuqqas ta' trasparenza fis-settur filwaqt li tiġi rispettata l-leġiżlazzjoni ambjentali;

52.  Jitlob li t-turiżmu jiġi promoss u sostnut bħala forza mexxejja għat-tkabbir u l-impjiegi fiż-żoni tal-kosta; huwa tal-fehma li ambjent b'saħħtu huwa essenzjali għall-iżvilupp ta' kwalunkwe forma ta' turiżmu fir-reġjuni tal-kosta u li, għalhekk, għandu jsir kull sforz biex dan jiġi protett; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi pprovduta infrastruttura sostenibbli biex jiġu żviluppati forom oħra ta' turiżmu, b'mod partikolari għas-setturi tat-turiżmu b'potenzjal kbir ta' tkabbir, bħat-turiżmu tas-sajd ekoagrikolu u l-isport akkwatiku sostenibbli; jilqa' l-inizjattivi li jippromwovu strateġiji tat-turiżmu transkonfinali fuq bażi tal-baċir tal-baħar;

53.  Jenfasizza li l-erożjoni tal-kosta Ewropea, is-salvagwardja tal-patrimonju ambjentali u fawnistiku tal-Ewropa, u t-titjib fil-kwalità tal-ilma jibqgħu kwistjonijiet importanti li għandhom jiġu indirizzati; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li jsir investiment xieraq f'dawn l-oqsma sabiex jiġi żviluppat turiżmu tal-bajjiet u ta' taħt il-baħar li jkun sostenibbli u ta' kwalità tajba;

54.  Jenfasizza li l-miżuri għall-isfruttament u l-iżvilupp tal-patrimonju kostali, marittimu u tal-baħar għandhom jiġu ppjanati flimkien ma' miżuri għall-konservazzjoni u l-irkuprar tiegħu;

55.  Jinnota l-importanza li jinfetħu jew jiġu mtejba skejjel speċjalizzati ta' livell għoli (għall-amministrazzjoni u l-ekonomija tal-intrapriżi turistiċi, għall-professjonijiet turistiċi, kulleġġi marittimi, skejjel tat-tisjir, eċċ.) u li titjieb il-provvista tat-taħriġ bil-għan li tingħata spinta lill-kwalità tas-servizzi u l-prodotti turistiċi, l-użu ta' teknoloġiji ġodda u l-proċess tal-adattament għat-tibdil fil-klima;

56.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu simplifikati l-proċeduri tal-viża, jitnaqqsu l-ispejjeż involuti u jinħarġu viżi għal dħul multiplu lil viżitaturi minn pajjiżi terzi, b'mod partikolari minn pajjiżi BRIC; jitlob lill-Kummissjoni tinvestiga u timplimenta b'mod immedjat modi ġodda u 'intelliġenti' li bihom jinħarġu l-viżi turistiċi biex jitkabbru kemm jista' jkun il-flussi ta' turisti;

57.  Jenfasizza li l-industrija tal-kruċieri hija riżorsa ekonomika importanti għall-portijiet Ewropej u għall-komunitajiet lokali ta' madwarhom, li huwa fundamentali wkoll fl-iżvilupp u l-użu ta' vapuri aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija b'emissjonijiet aktar baxxi; jinkoraġġixxi l-ippjanar ta' programmi turistiċi attraenti mfassla biex itejbu l-esperjenza tal-viżitatur billi jenfasizzaw l-importanza marittima, kulturali u storika tad-destinazzjonijiet portwarji;

58.  Jitlob lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha biex issaħħaħ il-kompetittività tal-portijiet Ewropej billi tappoġġja u tikkoordina l-kapaċitajiet ta' infrastruttura tal-portijiet u ttejjeb is-servizzi mogħtija (eż. billi ġġibhom konformi mar-rekwiżiti ta' Schengen) b'mod li l-portijiet Ewropej isiru aktar attraenti għall-bastimenti tal-kruċiera u aktar ta' benefiċċju għall-komunitajiet tas-sajd lokali, biex b'hekk ikunu jistgħu jiddiversifikaw l-attivitajiet tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni tqis il-karatteristiċi partikolari tal-portijiet fil-gżejjer u r-reġjuni l-aktar imbiegħda;

59.  Jitlob li jsir obbligatorju fil-modernizzar tal-portijiet u l-proġetti ta' espansjoni li t-terminali tal-passiġġieri u l-vapuri tal-passiġġieri ġodda jiġu mgħammra b'faċilitajiet għal persuni b'mobilità mnaqqsa;

60.  Itenni l-importanza tat-trasport kostali u tal-passiġġieri bil-baħar, speċjalment permezz ta' laneċ u bastimenti tal-kruċieri, u jinnota d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 1177/2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri li jivvjaġġaw bil-baħar, li għandu jgħin biex titjieb il-kwalità tat-turiżmu marittimu; jitlob lill-Kummissjoni, b'rabta ma' dan, biex tistabbilixxi kampanja attiva biex titjieb il-kwalità tal-bastimenti tal-passiġġieri u tal-kruċieri fir-rigward tad-drittijiet tal-passiġġieri, abbażi tal-aqwa prattiki tal-operaturi;

61.  Jenfasizza l-importanza tat-tbaħħir bil-jottijiet u t-tbaħħir inġenerali għat-turiżmu marittimu; jitlob lill-Kummissjoni teżamina, fil-kuntest tal-komunikazzjoni tagħha li jmiss dwar it-turiżmu marittimu, l-impatt soċjali u ekonomiku ta' dan is-settur, l-ambitu tal-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni fil-livell tal-UE tar-regoli li jirregolaw il-ħruġ tal-liċenzji operattivi, il-kundizzjonijiet ta' navigazzjoni u operat, ir-rekwiżiti ta' sikurezza, ix-xogħol ta' manutenzjoni u tiswija tal-jottijiet, u l-għarfien reċiproku tal-kwalifiki professjonali f'dan is-settur;

62.  Itenni l-importanza tat-turiżmu fil-bajjiet bħala karatteristika speċifika ta' ċerti reġjuni kostali Ewropej; jitlob lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt biex tivverifika jekk id-Direttiva 2006/123/KE jistax ikollha impatt negattiv fuq l-SMEs f'dan is-settur u, jekk tqis bħala neċessarju, tipproponi miżuri biex ittaffi dan l-impatt u tiggarantixxi li jitqiesu l-karatterisitiċi speċifiċi ta' din l-attività professjonali fl-applikazzjoni tad-Direttiva;

63.  Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri, lir-reġjuni, lill-komunitajiet awtonomi u lil partijiet interessati oħrajn fiż-żoni kostali u tal-gżejjer biex jiżviluppaw u jimplimentaw, b'mod sistematiku, l-inizjattiva tar-“rotot kummerċjali antiki”, approvata mill-Parlament fil-baġit tal-2013, kemm fil-baċir tal-Mediterran kif ukoll f'baċiri oħrajn Ewropej, speċjalment sabiex jiddiversifikaw il-prodotti tat-turiżmu u jnaqqsu n-natura staġjonali tat-turiżmu;

64.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi t-turiżmu sostenibbli marittimu, tal-gżejjer u tal-kosta fl-azzjonijiet u l-programmi relatati, bħall-“EDEN - Destinazzjonijiet Ewropej ta' Eċċellenza” u l-programmi Calypso, u tappoġġja inizjattivi li jħeġġu d-diversifikazzjoni tat-turiżmu tal-kosta, marittimu u tal-baħar, tgħin biex l-attivitajiet turistiċi u l-impjiegi jsiru inqas staġjonali u tagħti spinta lill-adattament għat-tibdil fil-klima; iqis, f'dan ir-rigward, li d-diversifikazzjoni tat-turiżmu tista' tgħin iżżid l-attrattività tar-reġjuni marittimi u tippermettilhom jiksbu progress lil hinn mill-mudell tradizzjonali ta' “xemx, baħar u ramel”;

65.  Jappella għall-promozzjoni taċ-ċentri turistiċi marittimi, peress li dawn jistgħu jnaqqsu l-varjazzjonijiet staġjonali u joħolqu effett multiplikatur għall-ekonomiji lokali u reġjonali, billi jiġu integrati l-komunitajiet tas-sajd u jinstab bilanċ bejn it-tkabbir ekonomiku u s-sostenibbiltà;

66.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis il-kontribuzzjoni u r-rwol tal-gastronomija lokali u artiġjanali fl-iżvilupp tat-turiżmu kostali Ewropew; iqis li huwa neċessarju li jintużaw u jiġu kkoordinati l-politiki u l-istrumenti eżistenti u jitfasslu programmi u azzjonijiet ġodda sabiex jiġu mħeġġa sinerġiji bejn, b'mod partikolari, intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) tas-setturi primarji u terzjarji fiż-żoni kostali tal-UE;

67.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi fl-Osservatorju tat-Turiżmu Virtwali sezzjoni ddedikata għat-turiżmu marittimu u kostali, li tiżgura rabtiet bejn l-istituti tar-riċerka, l-intrapriżi u l-awtoritajiet pubbliċi bil-għan li tippromwovi r-riċerka tas-suq, tipprovdi lill-intrapriżi u lill-awtoritajiet pubbliċi b'informazzjoni prospettiva dwar l-iżvilupp tal-offerta u tad-domanda u joħloq kundizzjonijiet ta' negozju aktar favorevoli, filwaqt li tipprovdi wkoll informazzjoni dwar ir-rabtiet bejn il-bijodiversità, il-protezzjoni tal-klima u inizjattivi ta' turiżmu sostenibbli;

Enerġija Blu

68.  Jinnota li t-tibdil fil-klima jikkostitwixxi waħda mit-theddidiet ewlenin għall-bijodiversità tal-baħar mad-dinja kollha u li l-aspetti ta' enerġija ta' strateġija għat-tkabbir blu għandhom ikunu bbażati fuq l-enerġiji rinnovabbli u fuq l-effiċjenza enerġetika;

69.  Jirrikonoxxi, f'dak ir-rigward, l-importanza tal-ibħra u l-oċeani tal-Ewropa għas-sigurtà tal-enerġija tal-UE u d-diversifikazzjoni tas-sorsi ta' enerġija u tar-rotot ta' provvista;

70.  Jinnota l-potenzjal tal-enerġija lil hinn mill-kosta mir-riħ, mill-mewġ u dik termali tal-oċean, kif ukoll tas-settur konvenzjonali tal-enerġija lil hinn mill-kosta, li jiġġeneraw impjiegi sostenibbli fir-reġjuni kostali, inaqqsu l-emissjonijiet u jikkontribwixxu għall-miri tal-enerġija tal-UE għall-medda medja u twila ta' żmien; jenfasizza l-fatt li se jkun meħtieġ investiment sinifikanti fil-perspettiva ta' riorganizzazznoni tal-konnessjonijiet tal-grilja u fil-kapaċità tat-trażmissjoni biex dan il-potenzjal jiġi sfruttat;

71.  Jenfasizza li l-enerġija blu hija vantaġġ għall-ekonomija marittima Ewropea; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkontribwixxu biex jintlaħaq il-potenzjal tal-enerġija blu billi jintużaw strateġiji tal-baċiri tal-baħar, filwaqt tingħata attenzjoni speċjali lill-possibilitajiet offruti mir-reġjuni l-aktar imbiegħda minħabba l-post fejn jinsabu u l-karatteristiċi naturali tagħhom;

72.  Jitlob lill-Kummissjoni tappoġġja b'mod attiv lit-tmexxija globali tal-UE f'dan il-qasam billi tiżviluppa strateġija industrijali Ewropea għall-enerġija blu, kif għamlet fil-passat għal setturi oħra;

73.  Jitlob lill-Kummissjoni tadotta, fil-komunikazzjoni li jmiss f'dan il-qasam, approċċ integrat lejn l-iżvilupp tar-riżorsi enerġetiċi tal-baħar, billi jiġu sfruttati s-sinerġiji bejn l-enerġija tar-riħ lil hinn mill-kosta u forom oħra ta' enerġija marina rinnovabbli; jenfasizza li approċċ bħal dan għandu jippermetti li l-enerġija tiġi fornuta minn firxa sħiħa u sostenibbli ta' sorsi, skont il-prinċipju tal-prekawzjoni u filwaqt li tiġi żgurata s-sigurtà u s-sikurezza marittima, u li għandu wkoll jinkludi pjanijiet għal infrastruttura adegwata biex l-enerġija ġġenerata mill-baħar tiġi trasportata lejn l-art u tiġi żgurata interkonnessjoni man-netwerk konvenzjonali tal-elettriku;

74.  Jistieden lill-Istati Membri jaħdmu flimkien biex jiffaċilitaw il-ħolqien sostenibbli tan-netwerk għall-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta fil-Baħar tat-Tramuntana; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel proposta għal qafas regolatorju korrispondenti;

Is-sajd u l-akkwakultura

75.  Jenfasizza li l-akkwakultura u s-sajd għandhom jikkontribwixxu għall-produzzjoni tal-ikel fuq bażi sostenibbli fl-Unjoni kollha u għas-sikurezza tal-ikel u l-protezzjoni tal-konsumatur għat-terminu twil ta' żmien; iqis li l-iżvilupp u l-innovazzjoni ta' industrija tal-ipproċessar tal-akkwakultura u s-sajd sostenibbli għandhom jitħeġġu billi titnaqqas il-burokrazija u jiġu promossi opportunitajiet ta' impjiegi f'dawn is-setturi u titjieb il-kwalità tal-ħajja kemm fiż-żoni kostali u kif ukoll f'dawk rurali;

76.  Jenfasizza l-importanza li tiġi żviluppata akkwakultura sostenibbli sabiex jitnaqqas is-sajd żejjed tal-istokkijiet tal-ħut Ewropej u d-dipendenza fuq l-importazzjoni ta' ħut minn pajjiżi terzi, li jirrappreżentaw aktar minn 60 % tal-ħut ikkunsmat fl-UE;

77.  Jirrimarka li l-akkwakultura fl-UE diġà tipprovdi 80 000 impjieg u għandha potenzjal li ttejjeb b'mod sinifikanti l-ekonomiji tal-komunitajiet tal-kosta, meta jitqiesu l-istimi tan-NU li l-produzzjoni tal-ħut imrobbi ser taqbeż dik tas-sajd komuni sal-2019;

78.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, fil-linji gwida strateġiċi dwar l-akkwakultura fl-UE li jmiss, tippromwovi l-akkwakultura lil hinn mill-kosta, li tista' tiġi kkumbinata mal-faċilitajiet tal-enerġija blu sabiex titnaqqas il-pressjoni mill-akkwakultura intensiva żżejjed fuq l-ekosistemi tal-kosta u fuq attivitajiet oħra; jenfasizza l-ħtieġa li l-pjanijiet ta' ġestjoni integrati rispettivi tal-Istati Membri jissemplifikaw il-piż amministrattiv u jiżguraw l-allokazzjoni ta' spazju xieraq għall-iżvilupp ta' dawn l-attivitajiet;

79.  Jenfasizza l-importanza tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) tal-futur, li għall-ewwel darba jgħaqqad il-finanzjament tal-Politika Marittima Integrata u tal-Politika tas-Sajd, kif ukoll dak tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), biex jappoġġja l-iżvilupp sostenibbli u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent tas-sajd, l-akkwakultura u l-ipproċessar tas-sajd, kif ukoll id-diversifikazzjoni tal-introjtu fil-komunitajiet tas-sajd li jiddependu minn dawk is-setturi, partikolarment fir-rigward tas-sajd kostali fuq skala żgħira, it-taħriġ vokazzjonali għan-nisa u ż-żgħażagħ u li jiġu attirati intraprendituri ġodda fis-settur;

80.  Jirrikonoxxi li l-protezzjoni tal-fruntieri marittimi Ewropej hija sfida għall-Istati Membri; iqis li ekonomija blu li tirnexxi tirrikjedi fruntieri marittimi tal-UE sikuri, sabiex ikunu żgurati l-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, il-kontrolli tas-sajd, il-ġlieda kontra s-sajd illegali u l-infurzar tal-liġi; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza tal-istabbiliment ta' funzjoni ta' gwardjani tal-kosta Ewropej għall-koordinazzjoni tal-azzjoni u tas-sorveljanza tal-baħar; jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza li jiġu intensifikati u mmultiplikati l-inizjattivi ta' kooperazzjoni reġjonali relatati mas-settur tas-sajd;

Estrazzjoni ta’ minerali mill-baħar

81.  Jagħraf l-eżistenza ta' kundizzjonijiet favorevoli għall-estrazzjoni ta' minerali mill-baħar; jenfasizza, madankollu, li l-ambjent ta' qiegħ il-baħar huwa marbut mal-bqija tal-pjaneta permezz tal-iskambji tal-materja, l-enerġija u l-bijodiversità, li, jekk jiġu mfixkla, jistgħu jikkawżaw tibdil imprevedibbli fl-istokkijiet tal-ħut u telfien tal-bijodiversità;

82.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-konsegwenzi ambjentali tal-estrazzjoni minn qiegħ il-baħar, speċjalment f'ambjenti tal-baħar sensittivi ħafna, biex tappoġġja l-proġetti ta' riċerka rilevanti, tapplika l-prinċipju tal-prekawzjoni, u tikkoopera mal-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi involuti fis-settur fit-tentattiv biex jimtlew b'mod aktar rapidu l-lakuni attwali fl-għarfien xjentifiku;

83.  Jagħraf li użu aktar effiċjenti tar-riżorsi, flimkien ma' politiki ta' riċiklaġġ imtejba, joffru approċċ aktar kosteffettiv u sostenibbli biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tagħna għall-minerali milli l-isfruttament intensiv tar-riżorsi ta' taħt il-baħar; jiddeplora l-fatt li n-nuqqasijiet fir-riċiklaġġ tal-materja prima u rari terrestri qed jikkontribwixxu għal żieda fl-iskart, u jitlob, għalhekk, miżuri biex tingħata spinta lill-industriji tar-riċiklaġġ sabiex tiġi offruta alternattiva għat-tħaffir fil-baħar; jinnota l-opportunitajiet ta' xogħol fuq żmien fit-tul offruti minn dan l-approċċ alternattiv;

Bijoteknoloġija blu

84.  Jagħraf li l-bijoteknoloġija blu għandha l-potenzjal li toħloq impjiegi ta' kapaċitajiet għolja u għandha ħafna x'toffri f'oqsma kritiċi bħas-saħħa, in-nutrizzjoni u l-innovazzjoni; jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tappoġġja r-riċerka u l-innovazzjoni meħtieġa biex tiġi promossa din l-attività fil-qasam tal-intraprenditorija;

85.  Jenfasizza l-potenzjal tal-bijodiversità tal-baħar, b'mod partikolari fil-baħar fond li fil-biċċa l-kbira għadu mhux skopert, għas-settur tal-bijoteknoloġija blu, iżda jenfasizza l-ħtieġa għal esplorazzjoni b'attenzjoni ta' din l-ekosistema tassew sensittiva;

86.  Jitlob lill-Kummissjoni tiddefinixxi b'mod ċar il-kwistjonijiet u l-isfidi relatati mal-bijoteknoloġija blu (pereżempju l-bijonanoteknoloġija, il-bijomaterjali u l-introduzzjoni ta' ħut, frott tal-baħar bil-qoxra u mikroorganiżmi ġenetikament immodifikati) u tagħmel użu minn approċċ xjentifikament b'saħħtu bbażat fuq il-prinċipju tal-prekawzjoni biex tidentifika, tevalwa u tiġġestixxi r-riskji ambjentali u tas-saħħa assoċjati;

87.  Jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi sħubijiet bejn is-settur privat u l-istituti tar-riċerka, kif ukoll sħubijiet transkonfinali bħaċ-Ċentru Ewropew għar-Riżorsi Bijoloġiċi Marini, peress li l-bijoteknoloġija tal-baħar u l-aċċess għall-bijodiversità tal-baħar jeħtieġu kompetenzi xjentifiċi u tagħmir sofistikat u għali;

o
o   o

88.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 56 E, 26.2.2013, p. 41.
(2) ĠU C 70E, 8.3.2012, p.70
(3) ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 10.
(4) ĠU C 45 E, 23.2.2010, p. 1.
(5) ĠU C 279 E, 19.11.2009, p. 30.
(6) ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 531.


PDF 323kWORD 32k

Bijoekonomija għall-Ewropa
PDF 322kWORD 32k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Lulju 2013 L-Innovazzjoni għal Tkabbir Sostenibbli: Bijoekonomija għall-Ewropa (2012/2295(INI))
P7_TA(2013)0302A7-0201/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Ninnovaw għal Tkabbir Sostenibbli: Bijoekonomija għall-Ewropa” (COM(2012)0060)“,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “EWROPA 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv' COM(2010)2020)”,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Mejju 2012 dwar Ewropa li tuża r-riżorsi b'effiċjenza(1),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Naffrontaw l-isfidi fis-swieq tal-prodotti bażiċi u dawk marbuta mal-materja prima” (COM(2011)0025) u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta´Settembru 2011 dwar din il-komunikazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-presidenza tal-Kunsill tar-Renju Unit tal-2005 (“The Knowledge-Based Bio-Economy in Europe”), tal-Ġermanja fl-2007 (“En route to the Knowledge based Bio-Economy”) u tal-Belġju fl-2010 (“The Knowledge Based Economy in Europe: achievements and challenges”),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0201/2013),

A.  billi l-popolazzjoni dinjija prevista li se tiżdied minn 7 biljun ruħ għal 9 biljun ruħ sal-2050, li se jwassal għal żieda ta' madwar 70 % fid-domanda għall-prodotti tal-ikel u tqiegħed pressjoni kbira fuq ir-riservi tal-ilma;

B.  billi l-iskarsezza tar-riservi naturali fid-dinja, il-pressjoni li qed tiżdied fuq il-materja prima rinnovabbli u l-effetti dinjin tat-tibdil fil-klima jitolbu minna li nużaw ir-riżorsi b'aktar effiċjenza;

C.  billi approċċ fuq żmien fit-tul, innovattiv u effiċjenti jiggarantixxi mhux biss sostenibilità akbar iżda wkoll appoġġ għall-iżvilupp rurali u reġjonali, it-tnaqqis potenzjali tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra, sostenibilità akbar taċ-ċirku produttiv iżda wkoll it-tixrid tal-innovazzjoni industrijali ma' tul il-katina tal-valur kollha;

D.  billi t-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli ssaħħaħ il-kompetittività tal-industrija u tal-qasam agrikolu Ewropej, iżżid it-tkabbir ekonomiku u, għaldaqstant, tippromwovi żieda sinifikanti fil-livelli tal-impjieg Ewropej;

E.  billi s-suċċess tal-bijoekonomija fl-Ewropa jiddependi fuq id-disponibilità ta' stokkijiet tal-ikel immaniġġjati u mkabbra b'mod sostenibbli (mill-biedja, mill-forestrija u mill-iskart bijodegradabbli);

F.  billi l-bijoekonomija tal-UE diġà għandha fatturat ta' kważi EUR 2 triljun, u huwa mistenni li jkun hemm tkabbir sinifikanti mill-produzzjoni primarja sostenibbli, l-ipproċessar tal-ikel, il-bijoteknoloġija industrijali u l-bijoraffineriji;

Kummenti ġenerali

1.  Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “L-Innovazzjoni għal Tkabbir Sostenibbli: Bijoekonomija għall-Ewropa” u l-pjan ta' azzjoni għall-implimentazzjoni tal-istrateġija dwar il-bijoekonomija li jinsab fiha;

2.  Iqis li l-bijoekonomija tippermetti l-produzzjoni ta' komoditajiet industrijali u tal-konsumatur bi spejjeż aktar baxxi, b'użu inqas tal-enerġija u toħloq anqas tniġġis ambjentali;

3.  Huwa wkoll tal-fehma li t-tranżizzjoni lejn bijoekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklużiva għandha tkun ibbażata mhux biss fuq il-produzzjoni ta' riżorsi naturali rinnovabbli b'impatt ambjentali baxx, iżda wkoll fuq l-użu sostenibbli tagħhom mil-lat ekoloġiku, ekonomiku u soċjali, filwaqt li jinżamm l-użu tar-riżorsi bijotiċi fil-konfini tat-tiġdid ekosistemiku;

4.  Jenfasizza l-urġenza li tittieħed azzjoni immedjata biex jiġu appoġġati l-innovazzjoni u l-investiment f’tekniki ġodda u mudelli kummerċjali u li jinħolqu l-inċentivi li jwasslu għal benefiċċji fit-tul għall-ekonomija; jenfasizza r-rwol ewlieni tas-settur privat biex ikun hemm tkabbir ekonomiku sostenibbli;

5.  Huwa tal-fehma li l-bijoekonomija hija kundizzjoni essenzjali biex jinkisbu l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 u, aktar speċifikament, tal-inizjattivi “Unjoni ta' Innovazzjoni” u “Ewropa li tuża r-Riżorsi b'Effiċjenza”;

6.  Jilqa' l-appoġġ tal-Kummissjoni għal bidla radikali fl-approċċ tal-UE għall-produzzjoni, il-konsum, l-ipproċessar, il-ħażna, ir-riċiklaġġ u r-rimi ta' riżorsi bijoloġiċi;

7.  Jirrimarka li filwaqt li 22 miljun persuna diġà huma impjegati fil-bijoekonomija, kwantità li tammonta għal 9 % tal-impjieg totali fl-UE, il-bijoekonomija għandha l-potenzjal li timpjega miljuni aktar;

8.  Jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li toħloq task force u pjan direzzjonali dwar il-bijoindustriji li fih jiġi enfasizzat il-kontribut li r-riżorsi rinnovabbli u l-bijoteknoloġiji jistgħu joffru lill-iżvilupp sostenibbli u jħeġġeġ lir-reġjuni u lill-operaturi jiżviluppaw innovazzjonijiet ġodda għas-settur tal-bijoekonomija;

9.  Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali u reġjonali dwar il-bijoekonomija u jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta rapport darbtejn fis-sena lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni ta' bijoekonomija;

10.  Jenfasizza li l-UE hija mexxej dinji f'diversi oqsma tal-bijoxjenza u l-bijoteknoloġiji; huwa tal-fehma li t-tranżizzjoni lejn il-bijoekonomija tippermetti li l-Ewropa twettaq passi importanti 'l quddiem f'termini tal-ekonomija b'użu baxx tal-karbonju, ta' innovazzjoni u kompetittività u ssaħħaħ ir-rwol tagħha fix-xena internazzjonali;

11.  Jenfasizza l-importanza u l-potenzjal enormi tal-effiċjenza tal-enerġija u tar-riżorsi; jenfasizza l-ħtieġa li “għandu jiġi prodott aktar b'anqas” ħalli l-bijoekonomija tibqa' sostenibbli;

12.  Huwa tal-fehma li bijoekonomija għall-Ewropa m'għandhiex sempliċiment tissostitwixxi l-ekonomija attwali bbażata fuq il-fjuwils fossili jew tirrepeti l-imġiba ta' ħela u x-xejriet ta' konsum attwali iżda għandha tevolvi f'mudell aktar effiċjenti u sostenibbli li jqis il-ġestjoni soċjali u ambjentali ma' tul il-katini tal-valur kollha bbażati fuq il-bijoekonomija;

13.  Jilqa' r-reviżjoni li għaddejja bħalissa tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-bijofjuwils sabiex jitnaqqsu l-effetti negattivi tal-bidla indiretta fl-użu tal-art (Indirect Land Use Change - ILUC), u jitħeġġeġ is-suq għall-bijofjuwils aktar avvanzati, kif ukoll l-iżvilupp tagħhom, li permezz tagħhom jkun jista' jsir użu akbar ta' materja prima mhux tal-ikel, bħal pereżempju l-iskart, ir-residwi u l-materjali linjoċellulożiċi u ċellulożiċi;

14.  Ifakkar li l-fatturi ILUC għall-bijokarburanti u l-bijolikwidi, kif ukoll il-kriterji ta' sostenibilità vinkolanti għall-użu ta' bijomases solidi u tal-gass, għandhom ikunu inklużi fid-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli u fid-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Karburanti; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi Direttiva Qafas dwar il-Bijomassa li tkopri l-applikazzjonijiet kollha tal-bijomases (enerġija, karburanti, materjali u prodotti kimiċi) u l-introduzzjoni ta' ġerarkija tal-bijomases;

Investimenti fir-riċerka, l-innovazzjoni u l-ħiliet

15.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli l-isforzi tagħha fir-riċerka u l-koordinazzjoni tal-iżvilupp mal-fruntieri tal-Istati Membri u mas-setturi varji, u jenfasizza b'mod partikolari, il-ħtieġa ta' riċerka fil-valutazzjoni ta' konfini ta' sostenibilità tar-riżorsi bijotiċi, filwaqt li jitqiesu l-funzjonijiet ekosistemiċi u l-katini naturali tal-ikel kif ukoll id-domanda tal-bniedem għall-ikel;

16.  Jitlob għal aktar riċerka dettaljata biex jiġu stabbiliti l-opportunitajiet soċjali u ambjentali kif ukoll il-kostijiet potenzjali tal-bijoekonomija minħabba l-impatti potenzjali differenti u l-metodi żbaljati possibbli tal-isfruttament tal-bijoekonomija, fir-rigward tal-użu ta' riżorsi naturali skarsi, ir-riskju ta' ħsara għall-ambjentu t-telf tal-bijodiversità u l-opportunità għall-konservazzjoni;

17.  Jappoġġja l-ħolqien ta' Panil tal-Bijoekonomija ta' esperti biex jgħin ħalli jiżdiedu s-sinerġiji u l-koerenza bejn il-politiki u l-inizjattivi, u Osservatorju tal-Bijoekonomija, sabiex jitħeġġeġ it-tagħlim reċiproku, billi jiġi żgurat skambju kontinwu ta' għarfien u tagħrif bejn istituti ta' riċerka, kumpaniji, istituzzjonijiet, universitajiet, operaturi reġjonali, bdiewa u ċittadini f'żoni rurali, u jitħaffef l-iżvilupp ta' qafas ġuridiku li jżid u jiffaċilita r-riċerka, l-applikazzjonijiet tagħha u l-kummerċjalizzazzjoni tal-innovazzjonijiet;

18.  Ifakkar l-importanza tal-applikazzjoni tal-prinċipju prekawzjonarju fl-użu tal-bijoteknolioġiji, speċjalment fl-oqsma tal-manipulazzjoni ġenetika tal-organiżmi u l-bijoloġija sintetika;

19.  Huwa tal-fehma li jeħtieġ li jinħolqu programmi ta' informazzjoni u taħriġ multidixxiplinarji u intersettorjali biex is-sejbiet tar-riċerka jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati, inklużi l-konsumaturi, u jinħolqu l-opportunitajiet biex jiżdiedu l-kuxjenza u l-parteċipazzjoni;

20.  Jappella għall-eliminazzjoni tal-ostakoli eżistenti għall-innovazzjoni ma' tul il-katina tal-valur, l-aktar bi proċeduri ta' approvazzjoni tal-UE li jkunu rapidi u bbażati fuq data xjentifika għall-prodotti bijoteknoloġiċi kif ukoll aċċess aktar rapidu għas-suq;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri prattiċi ta' ambitu reġjonalment komprensiv biex tippromwovi l-produzzjoni u l-konsum ta' prodotti tal-bijoekonomija fil-livell reġjonali;

22.  Jenfasizza li l-bijoekonomija teħtieġ li jiġu żviluppati aktar u/jew integrati ħiliet ġodda, għarfien ġdid u dixxiplini ġodda biex jindirizzaw bidliet soċjetali relatati mal-bijoekonomija kif ukoll biex jappoġġaw il-kompetittività, it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi, jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-industrija u jiżguraw tlaqqigħ aħjar bejn il-ħiliet u l-impjiegi;

23.  Jenfasizza li l-bijoekonomija teħtieġ għarfien tal-ogħla livell u forza tax-xogħol kompetenti; isostni li huwa neċessarju li jiġi previst taħriġ vokazzjonali u edukazzjoni superjuri fir-reġjuni tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tar-reġjuni; jirrimarka li s-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ fuq firxa wiesgħa fir-reġjuni jistimulaw ukoll l-espansjoni tan-negozju;

24.  Jilqa' l-baġit ta' EUR 4.5 biljun propost mill-Kummissjoni fil-Programm ta' Qafas għar-Riċerka (Orizzont 2020) tagħha u jittama li dan il-baġit ikun disponibbli għas-setturi u l-istrumenti kollha tal-bijoekonomija, u għall-finijiet tal-perfezzjoni ulterjuri tal-innovazzjonijiet, inkluża r-riċerka dwar il-limiti ekosistemiċi, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-bijomaterjali;

25.  Huwa tal-fehma li l-bijoraffineriji bbażati fuq bijomaterjali sostenibbli lokali li ma jkunux prodotti minflok ikel jew minflok ma jintużaw għal skopijiet aktar importanti, huma għodda importanti biex jiġu implimentati proċessi virtwużi tal-konverżjoni ta' impjanti li m'għadhomx jintużaw u biex terġa' tingħata ħajja lil inħawi milquta mill-kriżi permezz ta' proċessi innovattivi u investimenti maħsuba biex joħolqu ekonomija ċirkulari, filwaqt li jawgura li dan ir-rwol jibqa' jitħeġġeġ;

26.  Jenfasizza li jeħtieġ li jkun hemm kwantitajiet suffiċjenti ta' materja prima sostenibbli sabiex il-bijoraffineriji fl-Ewropa jiffunzjonaw b'suċċess; jirrimarka li dan ikun jeħtieġ ukoll it-titjib tal-infrastrutturi għall-ħżin u t-trasport u l-iżvilupp tal-loġistiki meħtieġa;

27.  Jirrimarka li hemm biss għadd limitat ta' faċilitajiet ta' dimostrazzjoni fl-Ewropa u li jinħtieġu investimenti akbar sabiex jinżamm ir-rwol mexxej tal-industriji Ewropej fis-settur tal-bijoraffineriji; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw attivitajiet pilota u ta' dimostrazzjoni biex jittejbu l-prodotti u l-proċessi;

28.  Jenfasizza li l-politiki tal-bijoekonomija jridu jitfasslu aħjar biex jiżguraw użu kaskata tal-bijomassa; f'dan ir-rigward jitlob għall-iżvilupp ta' strument legali li jwitti t-triq għal użu aktar effiċjenti u sostenibbli ta' din ir-riżorsa prezzjuża; jenfasizza li tali strument għandu jistabbilixxi prinċipju ta' użu kaskata fil-“piramida tal-bijomassa”, billi jqis il-partijiet differenti tagħha u jsaħħaħha fl-ogħla livelli tagħha; jinnota li tali approċċ iwassal għal użu ġerarkiku, intelliġenti u effiċjenti tal-bijomassa, għal applikazzjonijiet li jżidu l-valur u għall-appoġġ ta' miżuri bħal koordinazzjoni tar-riċerka mal-katina tal-valur sħiħa;

Interazzjoni msaħħa fost il-politiki u involviment akbar tal-partijiet interessati

29.  Iqis li huwa neċessarju li jiġi żgurat approċċ integrat, koerenti, intersettorjali u multidixxiplinarji għall-bijoekonomija, u jitlob għall-armonizzazzjoni tal-politiki differenti tal-UE involuti u l-prinċipji ta' gwida relatati – bħall-prinċipju prekawzjonarju – fis-setturi varji (il-pjan direzzjonali tal-Effiċjenza tar-Riżorsi, l-Unjoni għall-Innovazzjoni, l-Inizjattiva dwar il-Materja Prima, Orizzont 2020, il-Programm ta' Azzjoni dwar l-Ambjent 2020, il-Koeżjoni, il-Politika Agrikola Komuni u l-Politika Komuni tas-Sajd, id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart u d-Direttiva dwar l-Imballaġġ, u miżuri speċifiċi dwar il-bijomassa); iqis ukoll li huwa neċessarju li jiġi stabbilit ambjent uniformi, fuq tul ta' żmien twil, stabbli u regolatorju, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll nazzjonali, li jfittex li jippromwovi u jżid l-investimenti għall-bijoekonomija fl-Ewropa;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel dispożizzjonijiet għal-strumenti finanzjarji ħalli tappoġġja investimenti prekummerċjali, tbiddel is-sejbiet tar-riċerka f'suċċessi kummerċjali u tippermetti lill-kumpaniji innovattivi, speċjalment l-SMEs, biex isibu strumenti finanzjarji u ta' appoġġ oħrajn li jħeġġu l-iżvilupp tal-bijoekonomija, per eżempju permezz tal-użu tal-Fondi Reġjonali u Strutturali u l-faċilitajiet tal-qsim tar-riskji tal-Bank Ewropew tal-Investiment, permezz ta' koerenza miżjuda bejn il-fondi ta' riċerka u innovazzjoni differenti tal-UE, u permezz tat-twaqqif ta' one-stop shop għal informazzjoni dwar l-inizjattivi kollha relatati mal-ekonomija u bbażati fuq il-bijo bil-għan li jintlaħaq l-akbar impatt possibbli; jirrikonoxxi d-diffikultà, u r-riskji finanzjarji, assoċjati mal-kummerċjalizzazzjoni tal-innovazzjonijiet tal-bijoekonomija u mat-tqegħid tagħhom fis-suq;

31.  Jitlob li tiġi żviluppata l-infrastruttura industrijali u jiġu ottimizzati l-katini tal-provvista għall-prodotti bijoloġiċi f'żoni rurali u kostali bl-għan li jinħolqu impjiegi ġodda fl-agrikoltura, il-forestrija u l-akkwakultura; jitlob li l-finanzjament għall-iżvilupp rurali tal-UE jkun disponibbli għal dan l-għan u li dan isir b'tali mod li jnaqqas aktar milli jżid, id-dannu għall-ambjent u t-telf tal-bijodiversità;

32.  Jappella għal azzjoni mmirata u konkreta sabiex jitnaqqsu l-kumplessità u t-tul tal-proċeduri burokratiċi ta' awtorizzazzjoni li jikkumplikaw il-proċessi ta' żvilupp tal-bijoraffineriji u li jistgħu jinkoraġġixxu t-trasferiment ta' teknoloġiji innovattivi u avvanzati barra l-UE;

33.  Japprova l-użu tal-formula tas-Sħubija Pubblika Privata (PPP), filwaqt li jieħu tagħlimiet adegwati mill-problemi li ħarġu f'applikazzjonijiet preċedenti tal-istess formula f'setturi oħra, jistieden lill-Kummissjoni talloka riżorsi adegwati għall-iżvilupp u t-tkabbir ta' dawn is-sħubiji, fit-twemmin li dan huwa mezz ewlieni li jippermetti l-ħolqien ta' ktajjen ta' valur ġodda, billi jissaħħu l-ktajjen eżistenti u jiġi ffaċilitat l-investiment f'teknoloġiji u f'prototipi li jistgħu jittrasferixxu r-riżultati tar-riċerka fis-swieq;

34.  Jaqbel mal-ħtieġa ta' approċċ f'diversi livelli, u jappella li tingħata attenzjoni dejjem akbar lid-dimensjoni reġjonali u lokali tal-bijoekonomija u lil inizjattivi minn isfel għal fuq; jilqa' t-twaqqif ta' pjattaformi tal-bijoekonomija, fil-livell reġjonali, nazzjonali u tal-UE, li se jkunu jistgħu jkejlu l-progress imwettaq f'settur partikolari u jippermettu li jseħħ skambju ta' għarfien u tal-aħjar prattiki, bil-għan li l-iżviluppi tal-bijoekonomija jseħħ b'mod ugwali fl-UE kollha; barra minn hekk jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi wkoll esperti fil-qasam u fid-dixxiplini kollha interessati kif ukoll rappreżentanti tal-konsumaturi u taċ-ċittadini; jirrimarka li l-ekonomiji reġjonali għandhom rwol ċentrali fil-kisba ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv;

35.  Jemmen li l-inizjattivi minn isfel għal fuq huma importanti fil-ħolqien ta' soċjetà bbażata fuq il-prodotti bijoloġiċi u li approċċ xprunat min-negozju u mid-domanda, flimkien ma' approċċ immexxi mill-gvern, huma kruċjali; iqis li għandhom jiġu pprovduti l-possibilitajiet adegwati għall-inizjattivi reġjonali; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja tali netwerks u clusters bil-ħsieb li tippromwovi l-iskambju ta' esperjenzi;

It-tisħiħ tas-swieq u tal-kompetittività

36.  Jistieden lill-Kummissjoni tiffoka l-appoġġ finanzjarju fuq l-innovazzjoni b'konformità mal-Unjoni għall-Innovazzjoni, fosthom il-prijoritajiet ta' Orizzont 2020, filwaqt li tħeġġeġ is-sejbiet tar-riċerka għall-kummerċjalizzazzjoni, bil-għan li tagħlaq l-hekk imsejjaħ divarju tal-“wied tal-mewt” tas-settur tar-riċerka fl-Ewropa;

37.  Iqis li hemm numru ta' għodod eċċellenti (akkwist pubbliku, standardizzazzjoni, inċentivi fiskali, sistemi ta' ċertifikazzjoni u ta' tikkettjar speċifiċi) li jistgħu jiggarantixxu provvista suffiċjenti ta' prodotti b'bażi bijoloġika li jkunu sostenibbli u ta' kwalità għolja kif ukoll jipprovdu sistemi ta' produzzjoni effiċjenti mil-lat ta' riżorsi; jemmen li jeħtieġ li jkun hemm riforma tal-leġiżlazzjoni attwali; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa kriterji ta' sostenibilità għall-użu tal-bijomassa li fuqhom għandhom jiġu bbażati wkoll għodod li joħolqu s-suq;

38.  Jagħmel enfasi fuq il-fatt li bijoekonomija dipendenti fuq l-isfruttament ta' riżorsi bijoloġiċi, minflok enerġija fossili, trid tkun iggwidata minn qafas politiku sod li jqis mhux biss il-vijabilità ekonomika, iżda wkoll fatturi ta' sostenibilità soċjali u ekoloġika;

39.  Huwa tal-fehma li huwa essenzjali li l-konsumaturi jiġu involuti u mgħarrfa dwar l-għażla ta' prodotti u servizzi b'bażi bijoloġika; jittama, f'dan ir-rigward, li jkun hemm standardizzazzjoni ta' din il-produzzjoni fl-UE abbażi ta' biżżejjed kriterji ta' sostenibilità, u li din titqies bħala strument li jippromwovi suq Ewropew vantaġġuż ta' dawn il-prodotti;

40.  Jemmen li t-tul tal-ħajja tal-prodotti bbażati fuq il-bijoloġija ma jistax jitnaqqas b'mod artifiċjali; il-prodott għandu jitfassal għall-itwal ħajja possibbli;

41.  Jenfasizza li l-bijoekonomija se tagħti kontribut sinifikanti lill-iżvilupp tal-inħawi rurali u tax-xtut; huwa tal-fehma li s-sinerġija u kooperazzjoni mill-qrib ma' tul il-katina tal-valur, inkluż il-produtturi lokali ta' materja prima agrikola u tal-forestrija, u l-bijoraffineriji, jistgħu jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kompetittività u għaż-żieda fil-profitabbiltà tar-reġjuni rurali; jisħaq fuq il-bżonn li tiġi żviluppata strateġija bijoekonomika fuq tul ta' żmien twil, li tqis kif inhu xieraq il-bżonn li tiġi żgurata s-sikurezza tal-ikel;

42.  Jeħtieġ li l-proċessi bijoloġiċi u bijoteknoloġiċi li huma żviluppati jistgħu jiġu użati f'riżorsi rinnovabbli b'bażi bijoloġika mill-iskart u minn uċuħ tar-raba' mhux tal-ikel, u wkoll bħala komponenti fin-negozji agrikoli u bbażati fuq il-forestrija eżistenti;

43.  Isostni li wieħed mill-prinċipji ta' gwida tal-bijoekonomija huwa li tissaħħaħ l-effiċjenza tar-riżorsi u titnaqqas id-dipendenza fuq materja prima, enerġija u riżorsi naturali mhux rinnovabbli importati; jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tas-settur tal-foresti u industriji oħrajn ibbażati fuq il-bijoloġija u jsostni li r-riżorsi naturali rinnovabbli u l-materja prima newtri mill-karbonju, bħall-injam u l-fibra tal-injam, jistgħu jissostitwixxu l-materja prima fossila mhux rinnovabbli; jirrimarka li l-industrija tal-bijoekonomija tipproduċi ħafna prodotti ta' valur miżjud għoli, bħall-kimiċi, mediċini, plastiks, u materja prima innovattiva oħra, u li toħloq ukoll l-impjiegi; jenfasizza l-potenzjal tal-bijoteknoloġiji bbażati fuq riżorsi tal-baħar;

44.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi miżuri biex iżżid il-potenzjali tal-materja prima tal-ikel b'mod sostenibbli, timmobilizza aħjar tali materja prima tal-ikel, tiġbor skart bijodegradabbli – billi tiġi evitata t-trasportazzjoni eċċessiva – u tiżgura li l-użu tal-bijomassa jibqa' fil-limiti ekoloġiċi u ma jnaqqasx il-funzjoni tal-assorbiment tal-karbonju; f'dan il-kuntest iqis urġenti li jiġu stabbiliti kriterji ta' sostenibilità għall-użu ta' enerġija tal-bijomassa sabiex tiġi żgurata d-disponibilità tal-bijomassa għal skopijiet aktar effiċjenti mil-lat ta' riżorsi, filwaqt li jiġi evitat li l-inċentivi għat-trasformazzjoni tal-bijomassa f'enerġija joħolqu distorsjonijiet fis-suq u jnaqqsu d-disponibbiltà tagħhom għall-produtturi;

45.  Iqis li huwa importanti li wieħed jinvesti fil-ktajjen tal-provvista tal-bijoekonomija, sabiex ikun hemm garanzija tad-disponibilità tal-materja prima; isostni li l-istrateġiji tal-bijoekonomija għandhom jinkuraġġixxu mhux biss l-użu aktar effiċjenti tal-iskart tad-djar u muniċipali, iżda wkoll l-irkupru tal-flussi u l-fdalijiet tal-prodotti sekondarji agrikoli u tal-forestrija; jappella biex ikun hemm leġiżlazzjoni aħjar u li tippermetti ċ-ċertezza ġuridika u tipprovdi appoġġ b'saħħtu għall-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-bijoekonomija u l-isfruttament tal-materja prima u sabiex il-politika tkun ibbażata, f’kull rigward, fuq approċċ flessibbli fit-tul u li tippromwovi l-investimenti;

46.  Iqis li, skont l-istrateġija definita mill-politika industrijali Ewropea l-ġdida, il-bijoekonomija tista' tagħti kontribut importanti fil-ġlieda kontra l-proċess ta' deindustrijalizzazzjoni li llum qed jolqot lill-Ewropa, u tgħin biex treġġgħu lura permezz ta' strateġiji ġodda li jistimulaw is-suq u jniedu mill-ġdid il-kompetittività tas-sistema territorjali;

47.  Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni tiddefinixxi s-sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent b'riżultat ta' “azzjoni tal-gvern li tikkonferixxi vantaġġ lil konsumaturi jew produtturi, sabiex jiġi ssupplimentat id-dħul tagħhom jew jitnaqqsu l-ispejjeż tagħhom iżda li, minħabba f'hekk, issir diskriminazzjoni fil-konfront ta' prattiki ambjentali tajba”(3); jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw pjanijiet konkreti, mingħajr dewmien u sal-2014, ibbażati fuq din id-definizzjoni għat-tneħħija progressiva tas-sussidji li huma ta' ħsara għall-ambjent qabel l-2020, inklużi s-sussidji li jagħtu inċentiv għall-użu ineffiċjenti ta’ riżorsi rinovabbli u s-sussidji fuq il-fjuwils fossili, u jirrappurtaw dwar il-progress permezz tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma; f'dan il-kuntest, jinsab imħasseb li s-sussidji għall-użu tal-bijomaterjali għall-enerġija diġà qed idgħajfu l-objettivi tal-effiċjenza tar-riżorsi;

48.  Jinnota bi tħassib li d-domanda li qed tiżdied għall-bijomassa, b'mod partikolari għall-injam, tista' tiskatta deforestrazzjoni ġenerali fil-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp, fejn l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mhumiex ikkunsidrati skont il-Protokoll ta' Kyoto; jirrimarka li filwaqt li dan jista' jkollu impatt fuq il-kwalità tal-ħamrija, iċ-ċikli tal-ilma u l-bijodiversità, iżid il-pressjoni fuq il-ftehimiet globali bħall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD) u l-Programm ta' Kollaborazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tnaqqis ta' Emissjonijiet mid-Deforestazzjoni u d-Degradazzjoni tal-Foresti fil-Pajjiżi li qed jiżviluppaw (REDD); jibża' wkoll li, meta jitqies li s-sistemi tal-governanza tal-art huma dgħajfa f'ħafna pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp, id-domanda dejjem akbar għal prodotti tal-injam tista' tiskatta l-qtugħ illegali tas-siġar u ddgħajjef min-naħa tagħha l-ftehimiet volontarji ta' sħubija fl-ambitu tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Infurzar tal-Liġi tal-Foresta, Governanza u Kummerċ (FLEGT);

49.  Jenfasizza li t-tranżizzjoni lejn bijoekonomija se tikkontribwixxi għall-integrazzjoni ulterjuri tar-riżultati ta' Rio+20 fil-politiki tal-UE; jemmen li l-UE għandha tintensifika aktar il-kontribut tagħha għall-inizjattivi li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni lejn ekonomija ħadra inklużiva fil-livell internazzjonali;

50.  Jitlob li l-UE ssir ċentru ta' riċerka u innovazzjoni dinamiku fil-livell internazzjonali fil-qasam tar-riċerka dwar il-bijoekonomija; jiddikjara li prodotti, proċessi u servizzi ġodda bbażati fuq riżorsi rinnovabbli se jsaħħu l-kompetittività tal-industrija Ewropea u jpoġġuha fuq quddiem nett fil-livell internazzjonali;

51.  Iqis li huwa fundamentali l-iżvilupp ta' standards internazzjonali ta' sostenibilità ġuridikament vinkolanti għas-setturi kollha tal-użu tal-bijomases, kif ukoll kriterji vinkolanti ta' ġestjoni forestali sostenibbli; iħeġġeġ lill-UE ssegwi l-adozzjoni ta' ftehimiet multilaterali u tforni, partikolarment għall-pajjiżi l-anqas żviluppati, sostenn istituzzjonali u tekniku relatat biex jiġi garantit l-użu sostenibbli tal-bijomases.

52.  Huwa tal-fehma li l-mudell tal-bijoekonomija żviluppat fi ħdan din l-istrateġija se jsolvi l-kwistjonijiet kritiċi kontinġenti u, fuq żmien itwal, jista' jagħti bidu għal mudelli ta' produzzjoni, konsum, żvilupp u stili ta' ħajja aktar sostenibbli u effettivi, billi jattiva mill-ġdid il-proċess ta' tkabbir Ewropew bis-saħħa ta' sinteżi ġdida bejn l-ekonomija, l-ambjent u l-kwalità soċjali;

o
o   o

53.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P7_TA(2012)0223.
(2) ĠU C 51 E, 22.2.2013, p.21.
(3)1 Test adattat mill-OECD (1998 u 2005) f'IEEP et al. 2007, ara http://ec.europa.eu/environment/enveco/taxation/index.htm

Avviż legali - Politika tal-privatezza