Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 3 ta' Lulju 2013 - Strasburgu
Elezzjoni tal-Ombudsman Ewropew
 Il-ftehim politiku rigward il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 
 Vetturi bir-roti (Emenda tad-Deċiżjoni 97/836/KE (“Ftehim Rivedut tal-1958”)) ***
 Emenda tad-Deċiżjoni 2000/125/KE (“Ftehim Parallel”) ***
 Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2013/000 TA 2013 - assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni
 Investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) ***II
 Ligijiet, regolamenti u dispozizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-imprizi ta' investiment kollettiv f’titoli trasferibbli ***I
 L-għażla taż-żmien tal-irkant tal-kwoti tal-gassijiet serra ***I
 Theddid serju transkonfinali għas-saħħa ***I
 L-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni msahha fil-qasam tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji *
 L-adozzjoni tal-euro mil-Latvja fl-1 ta' Jannar 2014 *
 Is-sikurezza fit-toroq
 Is-sitwazzjoni tad-Drittijiet Fundamentali: standards u prattiki fl-Ungerija (skont ir-riżoluzzjoni tal-PE tas-16 ta' Frar 2012)
 L-għargħar reċenti fl-Ewropa
 Riforma tal-istruttura tas-sistema bankarja tal-UE
 Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE - Il-ġlieda kontra l-frodi
 Il-qafas ta’ kontroll intern integrat

Elezzjoni tal-Ombudsman Ewropew
PDF 281kWORD 20k
Deċiżjoni
Anness
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Lulju 2013 li taħtar l-Ombudsman Ewropew
P7_TA(2013)0303

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 24 u l-Artikolu 228 tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tiegħu tad-9 ta' Marzu 1994 dwar ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-kompiti tal-Ombudsman(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 204 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra s-sejħa għan-nominazzjonijiet(2),

–  wara li kkunsidra l-vot tiegħu tat-3 ta' Lulju 2013,

1.  Jaħtar lil Emily O'REILLY biex isservi bħala Ombudsman Ewropew mill-1 ta’ Ottubru 2013 sat-tmiem tal-leġislatura;

2.  Jitlob lil Emily O'REILLY biex tieħu ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex id-deċiżjoni annessa tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Ġustizzja.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tat-3 ta’ Lulju 2013

li taħtar l-Ombudsman Ewropew

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2013/377/UE, Euratom.)

(1) ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15.
(2) ĠU C 96, 4.4.2013, p. 24.


Il-ftehim politiku rigward il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 
PDF 219kWORD 24k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar il-ftehim politiku rigward il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 (2012/2799(RSP))
P7_TA(2013)0304RC-B7-0334/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 310, 311, 312 u 323 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2012 għall-fini li jinkiseb eżitu pożittiv għall-proċedura ta' approvazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għas-snin 2014-2020(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2013 dwar il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7 u t-8 ta' Frar 2013 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali(2),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew adottati fit-8 ta' Frar 2013,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew adottati fit-28 ta' Ġunju 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jilqa' pożittivament il-ftehim politiku milħuq fis-27 ta' Ġunju 2013 fl-ogħla livell politiku bejn il-Parlament, il-Presidenza tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2014-2020, wara negozjati twal u ibsin; jirrikonoxxi l-isforzi notevoli tal-Presidenza Irlandiża biex jintlaħaq tali ftehim;

2.  Jisħaq fuq il-fatt li – bis-saħħa tal-perseveranza tal-Parlament fin-negozjati – għall-ewwel darba ġew adottati għadd ta' dispożizzjonijiet li se jkunu strumentali biex jagħmlu l-qafas finanzjarju l-ġdid operattiv, konsistenti, trasparenti u aktar adegwat għall-esiġenzi taċ-ċittadini tal-UE; jenfasizza, b'mod partikolari, l-arranġamenti l-ġodda relatati mar-reviżjoni tal-QFP, mal-flessibilità, mar-riżorsi proprji u mal-unità u t-trasparenza tal-baġit, li kienu, għall-Parlament, prijoritajiet fundamentali fin-negozjati;

3.  Huwa dispost li jressaq għall-vot ir-Regolament dwar il-QFP u l-Ftehim Interistituzzjonali l-ġdid fil-bidu tal-ħarifa, malli jkunu rispettati l-kundizzjonijiet tekniċi u ġuridiċi neċessarji għall-finalizzazzjoni tat-testi rilevanti, biex b'hekk il-Ftehim Interistituzzjonali jirrifletti l-ftehim ġenerali milħuq bejn il-Kunsill u l-Parlament;

4.  Itenni, madankollu, il-pożizzjoni tiegħu, espressa fir-riżoluzzjoni msemmija tat-13 ta' Marzu 2013 dwar il-QFP, li l-approvazzjoni tar-Regolament dwar il-QFP ma tistax tingħata sakemm ikun hemm garanzija assoluta li l-talbiet pendenti għall-ħlas għall-2013 ikunu koperti totalment; jistenna li l-Kunsill, għalhekk, jieħu deċiżjoni formali dwar l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju 2/2013, għall-ammont ta' EUR 7,3 biljun, mhux iktar tard mill-Kunsill Ecofin li se jsir fid-9 ta' Lulju 2013; jinsisti li l-Kunsill iżomm l-impenn politiku tiegħu li jadotta mill-aktar fis baġit emendatorju ulterjuri biex jiġi evitat kwalunkwe nuqqas tal-approprjazzjonijiet ta' pagament li jaf iwassal għal defiċit strutturali fil-baġit tal-UE fi tmiem l-2013; jiddikjara li l-Parlament mhuwiex se jagħti l-approvazzjoni tiegħu lir-Regolament dwar il-QFP jew mhuwiex se jadotta l-Baġit 2014 sakemm dan il-baġit emendatorju ġdid, li jkopri d-defiċit li fadal kif identifikat mill-Kummissjoni, ikun ġie adottat mill-Kunsill;

5.  Jenfasizza, barra minn hekk, li r-Regolament dwar il-QFP ma jistax jiġi adottat leġittimament sakemm ma jintlaħaqx ftehim politiku dwar il-bażijiet ġuridiċi rilevanti, speċjalment dwar il-punti li huma riflessi wkoll fir-Regolament dwar il-QFP; jesprimi r-rieda tiegħu li jikkonkludi mill-aktar fis possibbli n-negozjati rigward il-bażijiet ġuridiċi għall-programmi pluriennali kollha u jerġa' jikkonferma l-prinċipju skont liema “ma jintlaħaq qbil dwar xejn sakemm jintlaħaq qbil dwar kollox”; jinsisti fuq ir-rispett totali għas-setgħat leġiżlattivi tal-Parlament, mogħtija mit-Trattat ta' Lisbona, u jistieden lill-Kunsill jinnegozja b'mod adegwat l-aspetti kollha tal-bażijiet ġuridiċi hekk imsejħa “relatati mal-QFP”; jilqa' favorevolment il-ftehimiet politiċi milħuqa s'issa dwar diversi programmi pluriennali ġodda tal-UE;

6.  Jirrikonoxxi l-konsolidament fiskali li l-Istati Membri qegħdin iħabbtu wiċċhom miegħu; iqis, madankollu, li l-livell ġenerali tal-QFP li jmiss, deċiż mill-Kunsill Ewropew, mhuwiex biżżejjed meta mqabbel mal-objettivi politiċi tal-UE u l-bżonn li tiġi garantita l-implimentazzjoni ta' suċċess tal-Istrateġija Ewropa 2020; jinsab imħasseb dwar il-fatt li dan il-livell ta' riżorsi aktarx mhuwiex biżżejjed biex jgħammar lill-Unjoni Ewropea bil-mezzi neċessarji biex tirkupra mill-kriżi attwali b'mod ikkoordinat u biex toħroġ minnha aktar b'saħħtiha; jiddispjaċih li l-Istati Membri għadhom jissottovalutaw ir-rwol u l-kontribut tal-baġit tal-UE biex jissaħħu l-governanza ekonomika u l-koordinament fiskali fl-Unjoni Ewropea kollha; jibża', madankollu, li limiti massimi tal-QFP tant baxxi sejrin inaqqsu b'mod konsiderevoli kwalunkwe marġini ta' manuvra għall-Parlament fil-proċeduri baġitarji annwali;

7.  Jisħaq fuq l-importanza ta' rieżami obbligatorju u ta' reviżjoni sussegwenti tal-QFP li jmiss sa tmiem l-2016, bil-għan li l-Kummissjoni u l-Parlament li jmiss jitħallew jerġgħu jivvalutaw il-prijoritajiet politiċi tal-UE, jadattaw il-QFP għall-isfidi u għall-esiġenzi l-ġodda u jqisu totalment il-projezzjonijiet makroekonomiċi l-aktar reċenti; jinsisti fuq il-fatt li r-rieżami obbligatorju li jsir mill-Kummissjoni fir-rigward tan-naħat kemm tad-dħul kif ukoll tan-nefqa tal-baġit tal-UE jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva għal reviżjoni tar-Regolament dwar il-QFP, f'konformità mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' tali regolament; biħsiebu jippreżenta din ir-reviżjoni obbligatorja tal-QFP bħala rekwiżit kruċjali waqt l-investitura tal-President tal-Kummissjoni l-ġdid;

8.  Itenni l-importanza kruċjali li tissaħħaħ il-flessibilità fil-QFP 2014-2020 bil-għan li jiġu sfruttati bis-sħiħ il-limiti massimi tal-QFP rispettivi għall-impenji (EUR 960 biljun) u għall-pagamenti (EUR 908,4 biljun), kif impost mill-Kunsill Ewropew; jilqa' b'sodisfazzjon, għalhekk, l-approvazzjoni tal-Kunsill taż-żewġ proposti ewlenin imressqa mill-Parlament, jiġifieri l-ħolqien ta' Marġini Globali għall-Pagamenti u ta' Marġini Globali għall-Impenji, li jippermettu r-riport awtomatiku tal-approprjazzjonijiet mhux użati minn sena finanzjarja għall-oħra; iqis bħala deplorevoli, madankollu, il-limiti imposti mill-Kunsill (f'termini ta' żmien jew ta' ammonti) li jistgħu jimpedixxu l-użu sħiħ ta' dawn l-istrumenti; iqis li t-titjib ta' dawn il-mekkaniżmi għandu jagħmel parti integrali mir-reviżjoni postelettorali tal-QFP li għandha tkun proposta mill-Kummssjoni;

9.  Jenfasizza li r-regoli ta' flessibilità l-ġodda dwar l-impenji għandhom iwasslu, matul il-QFP 2014-2020, għal approprjazzjonijiet addizzjonali għal programmi marbuta mat-tkabbir u mal-impjiegi, u partikolarment l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, bil-għan li jiġi żgurat finanzjament kontinwu u jiġi ottimizzat l-użu effiċjenti tal-limiti massimi maqbula;

10.  Jilqa' pożittivament il-ħlas bil-quddiem fl-2014 u 2015 tal-approprjazzjonijiet għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u jinsisti li mill-2016 'il quddiem se jkunu meħtieġa approprjazzjonijiet supplementari bil-għan li jiġu garantiti s-sostenibilità u l-effikaċja ta' dan il-programm;

11.  Jisħaq fuq il-fatt li, bħala riżultat tal-insistenza tal-Parlament, il-finanzjament għall-programmi Orizzont 2020, Erasmus u COSME se jitħallas ukoll bil-quddiem fl-2014 u 2015 ħalli jitnaqqas id-distakk fil-finanzjament bejn l-approprjazzjonijiet rilevanti fil-baġits tal-2013 u tal-2014; jinsisti, barra minn hekk, li huwa essenzjali li finanzjament ulterjuri jsir disponibbli wkoll għall-Aġenda Diġitali;

12.  Jilqa' pożittivament il-fatt li sar provvediment għal żieda addizzjonali li tammonta sa EUR 1 biljun għall-iskema ta' distribuzzjoni tal-ikel għal dawk l-Istati Membri li jixtiequ jirrikorru għal din iż-żieda biex jgħinu lill-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni; jistenna li l-Kunsill u l-Parlament jaqblu mill-aktar fis possibbli dwar il-modalitajiet konkreti għall-implimentazzjoni ta' dan l-impenn fil-kuntest tan-negozjati attwali dwar il-bażi ġuridika għall-iskema inkwistjoni;

13.  Jiddeplora l-fatt li l-Kunsill ma kien kapaċi jagħmel l-ebda progress fir-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji abbażi tal-proposti leġiżlattivi mressqa mill-Kummissjoni; jenfasizza li l-baġit tal-UE għandu jkun iffinanzjat minn riżorsi proprji awtentiċi, kif preskritt fit-Trattat, u jiddikjara l-impenn tiegħu favur riforma li tnaqqas il-proporzjon ta' kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) lill-baġit tal-UE sa massimu ta' 40 %; jistenna, għaldaqstant, li d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar ir-Riżorsi Proprji maqbula bejn it-tliet istituzzjonijiet tal-UE tippermetti li jinkiseb progress konkret, speċjalment fid-dawl tar-rieżami/reviżjoni intermedja tal-QFP; jappella, għalhekk, biex il-grupp ta' livell għoli dwar ir-riżorsi proprji jitlaqqa' meta jiġi adottat formalment ir-Regolament dwar il-QFP u jiġi fdat b'mandat li jeżamina l-aspetti kollha tar-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji;

14.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-eżitu tan-negozjati dwar l-unità u t-trasparenza tal-baġit tal-UE; iqis li kwalunkwe possibilità ta' “baġit taż-żona tal-euro” li tista' tkun prevista għall-ġejjieni għandha tkun integrata fil-baġit tal-UE jew annessa għalih;

15.  Iqis bħala ferm deplorevoli l-proċedura li wasslet għal dan il-ftehim rigward il-QFP 2014-2020, li fir-realtà kellha l-effett li ċċaħħad lill-Parlament mis-setgħat baġitarji veri tiegħu kif jippreskrivi t-TFUE; iqis li l-bosta laqgħat li saru matul dawn l-aħħar ftit snin bejn id-delegazzjoni tiegħu u l-presidenzi suċċessivi tal-Kunsill b'mod parallel mal-laqgħat tal-Kunsill “Affarijiet Ġenerali” rilevanti, kif ukoll il-parteċipazzjoni tiegħu fil-laqgħat informali tal-Kunsill li jittrattaw il-QFP, ma qdew l-ebda skop, billi ma ħallew l-ebda impatt fuq l-ispirtu, il-kalendarju jew il-kontenut tan-negozjati jew fuq il-pożizzjoni tal-Kunsill, inkluż il-bżonn ta' distinzjoni tal-aspetti leġiżlattivi minn dawk baġitarji tal-ftehim rigward il-QFP;

16.  Jistieden, għalhekk, lill-Kumitat għall-Baġits, f'kooperazzjoni mal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali tiegħu, sabiex ifassal il-konklużjonijiet neċessarji u sabiex iressaq proposti ġodda dwar il-modalitajiet ta' tali negozjati, bil-għan li tiġi garantita n-natura demokratika u trasparenti tal-proċedura baġitarja kollha kemm hi;

17.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-istituzzjonijiet u lill-korpi l-oħra kkonċernati.

(1) Testi adottati, P7_TA(2012)0360.
(2) Testi adottati, P7_TA(2013)0078.


Vetturi bir-roti (Emenda tad-Deċiżjoni 97/836/KE (“Ftehim Rivedut tal-1958”)) ***
PDF 200kWORD 19k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 97/836/KE bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jkunu ffittjati ma' u/jew ikunu użati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet reċiproċi tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) (05978/2013 – C7-0069/2013 – 2012/0099(NLE))
P7_TA(2013)0305A7-0192/2013

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05978/2013),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0069/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0192/2013),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


Emenda tad-Deċiżjoni 2000/125/KE (“Ftehim Parallel”) ***
PDF 199kWORD 19k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2000/125/KE tal-31 ta' Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (05975/2013 – C7-0071/2013 – 2012/0098(NLE))
P7_TA(2013)0306A7-0194/2013

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05975/2013),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0071/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0194/2013),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2013/000 TA 2013 - assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni
PDF 312kWORD 27k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (EGF/2013/000 TA 2013 - Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni) (COM(2013)0291 – C7-0126/2013 – 2013/2087(BUD))
P7_TA(2013)0307A7-0243/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0291 – C7-0126/2013),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda(1) (Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(2) (ir-Regolament tal-FEG),

–  wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 28 tal-FII tas-17 ta' Mejju 2006,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar Patt għat-Tkabbir u Impjiegi tat-28-29 ta’ Ġunju 2012,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7-8 ta' Frar 2013,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0243/2013),

A.  billi l-Unjoni Ewropea bil-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji, aggravati mill-kriżi ekonomika, finanzjarja u soċjali, u biex tiġi megħjuna l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol;

B.  billi l-Kummissjoni timplimenta l-FEG skont ir-regoli ġenerali stabbiliti mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali(3) u r-regoli implimentattivi applikabbli għal din il-forma ta' implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni;

C.  billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun adegwata u disponibbli kemm jista’ jkun malajr u b’mod effiċjenti, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata matul il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-FEG;

D.  billi sa 0,35 % tal-ammont annwali tal-FEG jista' jkun disponibbli kull sena għal għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, sabiex ikunu ffinanzjati l-monitoraġġ, l-informazzjoni, l-appoġġ amministrattiv u tekniku kif ukoll l-attivitajiet ta' awditjar, kontroll u evalwazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-FEG, kif stipulat fl-Artikolu 8(1) ta' dak ir-Regolament, inkluż l-għoti ta’ informazzjoni u l-gwida għall-Istati Membri dwar l-użu, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-FEG u l-għoti ta’ tagħrif lis-sħab soċjali nazzjonali u Ewropej dwar l-użu tal-FEG (Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-FEG);

E.  billi, skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament tal-FEG, il-Kummissjoni obbligata toħloq sit tal-internet, disponibbli bil-lingwi tal-Unjoni kollha, biex tipprovdi u xxerred informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet u b'enfażi fuq ir-rwol tal-awtorità baġitarja;

F.  billi, abbażi ta' dawn l-artikoli, il-Kummissjoni talbet li l-FEG jiġi mobilizzat sabiex ikopri n-nefqiet marbuta mal-għajnuna teknika sabiex jiġu monitorjati l-applikazzjonijiet milqugħa u mħallsa kif ukoll il-miżuri proposti u implimentati, jiġi estiż is-sit web, jiġu prodotti pubblikazzjonijiet u strumenti awdjoviżivi, tinħoloq bażi tal-għarfien, jiġi provdut appoġġ amministrattiv u tekniku lill-Istati Membri, u jitwettaq ix-xogħol preparatorju għall-evalwazzjoni finali tal-FEG (2007-2013);

G.  billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEG;

1.  Jaqbel mal-miżuri proposti mill-Kummissjoni li għandhom jiġu ffinanzjati bħala għajnuna teknika skont l-Artikoli 8(1) u 4 kif ukoll skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament tal-FEG;

2.  Jiddispjaċih ħafna, li r-riżultati tal-valutazzjoni ex-post finali tal-FEG se jaslu wisq tard sabiex jikkontribwixxu fid-diskussjoni dwar ir-regolament il-ġdid dwar l-FEG għall-2014-2020, speċjalment rigward l-effettività tal-użu tal-kriterju tad-deroga marbuta mal-kriżi, billi l-każijiet FEG konċernati ma ġewx analizzati fir-rapport ta' evalwazzjoni tal-FEG ta' nofs it-terminu;

3.  Jinnota li l-Kummissjoni diġà bdiet taħdem fl-2011 fuq il-formola ta' applikazzjoni elettronika u fuq il-proċeduri standardizzati għal applikazzjonijiet simplifikati, proċessar aktar mgħaġġel tal-applikazzjonijiet u rappurtar aħjar; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta l-progress li sar wara l-użu tal-għajnuna teknika fl-2011 u fl-2012;

4.  Ifakkar fl-importanza tan-netwerking u tal-iskambju ta' informazzjoni dwar il-FEG; jappoġġa, għalhekk, il-finanzjament tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Persuni ta’ Kuntatt tal-FEG kif ukoll ta’ attivitajiet ta’ netwerking oħra fost l-Istati Membri inkluż is-seminar ta’ din is-sena għall-prattikanti dwar l-implimentazzjoni tal-FEG; jenfasizza l-bżonn li tissaħħaħ aktar ir-rabta bejn dawk kollha involuti fl-applikazzjonijiet tal-FEG, inklużi primarjament is-sħab soċjali, biex jinħolqu kemm jista’ jkun sinerġiji;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tistieden lill-Parlament għas-seminars u l-laqgħat tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Persuni ta’ Kuntatt organizzati permezz ta' assistenza teknika, billi jintużaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea(4);

6.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jibbenefikaw mill-possibilitajiet ta' skambju tal-aħjar prattiki u jitgħallmu b'mod partikolari minn dawk l-Istati Membri li diġà stabbilixxew netwerks nazzjonali ta' informazzjoni dwar il-FEG bil-parteċipazzjoni tas-sħab soċjali u l-partijiet ikkonċernati fil-livell lokali bil-għan li jkollhom struttura tajba għall-għajnuna fis-seħħ f'każ li tinqala’ sitwazzjoni li taqa’ fl-ambitu tal-FEG;

7.  Jitlob lill-Kummissjoni tistieden lis-sħab soċjali għas-seminars għall-prattikanti li jiġu organizzati permezz ta' assistenza teknika;

8.  Jitlob lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet kollha involuti jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex itejbu l-arranġamenti proċedurali u baġitarji sabiex jgħaġġlu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; jinnota, f'dan is-sens, il-proċedura mtejba stabbilita mill-Kummissjoni, wara t-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bil-għan li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' applikazzjoni tal-FEG tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja flimkien mal-proposta biex jiġi mobilizzat il-FEG; jistenna li jsir aktar titjib fil-proċedura fil-qafas tar-rieżami li ġej tal-FEG u li jinkisbu aktar effiċjenza, trasparenza, responsabilità u viżibilità tal-FEG;

9.  Jinsab imħasseb rigward l-impatt negattiv possibbli li t-tnaqqis fil-livell tal-persunal jista' jkollu fuq l-evalwazzjoni rapida, regolari u effettiva tal-applikazzjonijiet li jidħlu u l-implimentazzjoni tal-assistenza teknika tal-FEG; jikkunsidra li kull reviżjoni tal-persunal għat-terminu qasir jew twil għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tal-impatt minn qabel u għandha tqis għalkollox, fost affarijiet oħra, l-obbligi legali tal-Unjoni kif ukoll il-kompetenzi l-ġodda u ż-żieda fil-kompiti tal-istituzzjonijiet li joħorġu mit-Trattati;

10.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni mhi qed tbassar ebda attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni partikolari għall-2013 ġaladarba xi Stati Membri, inklużi utenti tal-FEG, qed jiddubitaw dwar l-utilità u l-vantaġġi tal-FEG;

11.  Jieħu nota tal-fatt li, wara talbiet ripetuti mill-Parlament, il-baġit tal-2013 juri approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 50 miljun fuq il-linja baġitarja 04 05 01 tal-FEG; ifakkar li l-FEG inħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u bl-iskadenzi tiegħu stess u li għalhekk jistħoqqlu allokazzjoni speċifika għalih, li kieku tevita dewmien bla bżonn, minħabba l-fatt li, issa, il-finanzjament tiegħu qed isir permezz ta' trasferimenti minn linji baġitarji oħra, fatt li jista' jkun ta' ħsara għall-ilħuq tal-objettivi soċjali, ekonomiċi u tal-politika tal-FEG;

12.  Jittama li l-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni fil-qasam tal-assistenza teknika ser jgħinu biex iżidu l-valur miżjud tal-FEG u ser iwasslu għal aktar appoġġ u riintegrazzjoni mmirati u għat-terminu twil għall-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja;

13.  Jiddispjaċih bid-deċiżjoni tal-Kunsill li jibblokka l-estensjoni tad-“deroga marbuta mal-kriżi” li tippermetti l-għoti ta' assistenza finanzjarja lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba l-kriżi soċjali, finanzjarja u ekonomika attwali u mhux biss lil dawk li tilfu l-impjieg tagħhom minħabba bidliet fix-xejriet kummerċjali fid-dinja, u li tippermetti żieda fir-rata tal-kofinanzjament tal-Unjoni għal 65 % tal-ispejjeż tal-programm, għall-applikazzjonijiet ippreżentati wara l-iskadenza tal-31 ta' Diċembru 2011; jitlob lill-Kunsill jerġa jintroduċi din il-miżura mingħajr dewmien, speċjalment fil-kuntest ta' sitwazzjoni soċjali li qed tiddeterjora malajr f'bosta Stati Membri, wara l-espansjoni u l-aggravar tar-riċessjoni;

14.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

16.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (EGF/2013/000 TA 2013 - Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2013/420/UE.)

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(3) ĠU L 298, 26.10 2012, p. 1.
(4) ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.


Investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) ***II
PDF 301kWORD 26k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (17427/1/2012 – C7-0051/2013– 2006/0084(COD))
P7_TA(2013)0308A7-0225/2013

(Proċedura leġislattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (17427/1/2012 –C7-0051/2013),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tat-12 ta' Lulju 2011(1)

–  wara li kkunsdira l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2006)0244),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni emendata (COM (2011)0135),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regola 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0225/2013),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jinnota li l-att ġie adottat skont il-pożizzjoni tal-Kunsill;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju-Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att, wara li jkun ġie verifikat li l-proċeduri kollha jkunu saru kif dovut, u, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jippubblikah f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u l-Parlamenti nazzjonali.

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni

“Kull darba li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaħtru membri ġodda tal-Kumitat ta' Sorveljanza l-ġdid, huma għandhom jaħtru wkoll dawk il-membri biex jibdew il-kariga tagħhom fis-sostituzzjoni parzjali li jmiss.”

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni

“Il-Kummissjoni tikkonferma li l-Uffiċċju ddikjara li se jaġixxi dejjem f'konformità mal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea u l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, u jirrispetta bis-sħiħ il-libertà u l-indipendenza tal-Membri kif previst fl-Artikolu 2 tal-Istatut.”

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni

“Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li żżomm il-poteri attwali tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi li permezz tagħhom jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-arranġamenti dettaljati għar-reklutaġġ fl-Uffiċċju, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda t-tul tal-kuntratti u t-tiġdid tagħhom.”

(1) ĠU C 254, 30.8.2011, p. 1.
(2) ĠU C 16 E, 22.1.2010, p. 201.


Ligijiet, regolamenti u dispozizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-imprizi ta' investiment kollettiv f’titoli trasferibbli ***I
PDF 634kWORD 66k
Test
Test konsolidat
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-3 ta’ Lulju 2013 dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) fir-rigward tal-funzjonijiet depożitarji, il-politiki ta’ remunerazzjoni u s-sanzjonijiet (COM(2012)0350 – C7-0178/2012 – 2012/0168(COD))(1)
P7_TA(2013)0309A7-0125/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

[Emenda Nru 1 sakemm mhux indikat mod ieħor]

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(2)
P7_TA(2013)0309A7-0125/2013
għall-proposta tal-Kummissjoni
P7_TA(2013)0309A7-0125/2013
_________________________________________
P7_TA(2013)0309A7-0125/2013

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li temenda d-Direttiva 2009/65/KEdwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) fir-rigward tal-funzjonijiet tad-depożitarji, il-politiki tar-remunerazzjoni u s-sanzjonijiet
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(3),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4) għandha tiġi emendata sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-suq u l-esperjenzi tal-parteċipanti tas-suq u s-superviżuri sa issa, partikolarment biex jiġu indirizzati d-diskrepanzi bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali rigward id-dmirijiet u r-responsabilità tad-depożitarji, il-politika tar-remunerazzjoni u s-sanzjonijiet.

(2)  Sabiex jiġi indirizzat l-effett potenzjalment detrimentali ta’ strutturi ta’ remunerazzjoni mfassla ħażin fuq l-immaniġġjar sod tar-riskji u l-kontroll tat-teħid ta’ riskji minn individwi, għandu jkun hemm obbligu ċar fuq il-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-impriżi għall-investiment kollettiv fit-titoli trasferibbli (UCITS) li jistabbilixxu u jżommu, għal dawk il-kategoriji ta’ persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profili tar-riskju tal-UCITS li jimmaniġġjaw, politiki ta’ remunerazzjoni u prattiki li huma konsistenti ma’ mmaniġġjar sod u effettiv tar-riskju. Dawk il-kategoriji tal-persunal għandhom jinkludu kull impjegat jew kwalunkwe membru ieħor tal-istaff fil-livell tal-fond jew sub-fond li jieħdu d-deċiżjonijiet, lill-maniġers tal-fondi u lill-persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet reali ta' investiment, persuni li għandhom is-setgħa jeżerċitaw influwenza fuq dawn l-impjegati jew membri tal-istaff, inklużi konsulenti dwar il-politika ta' investiment u analisti, il-maniġment superjuri u kwalunkwe impjegat li jirċievi remunerazzjoni totali li tqiegħdu fl-istess segment ta' remunerazzjoni bħal tal-maniġment superjuri u dawk li jieħdu r-riskji. Dawk ir-regoli għandhom japplikaw ukoll għall-kumpaniji tal-investiment fl-UCITS li ma jaħtrux kumpanija tal-immaniġġjar.

(3)  Il-prinċipji li jirregolaw il-politiki ta’ remunerazzjoni għandhom jirrikonoxxu li l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-UCITS ikunu jistgħu japplikaw dawk il-politiki b’modi differenti skont id-daqs tagħhom u skont id-daqs tal-UCITS li jimmaniġġjaw, l-organizzazzjoni interna u n-natura tagħhom, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom. Madankollu, il-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-UCITS għandhom, f'kull każ, jiżguraw li huma japplikaw dawk il-prinċipji kollha b'mod simultanju.

(4)  Il-prinċipji dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom ikunu konsistenti ma’ u kkumplimentati mill-prinċipji stipulati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/384/KE tat-30 ta’ April 2009 dwar il-politiki ta’ remunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji(5), u mill-ħidma tal-Bord dwar l-Istabbiltà Finanzjarja u l-impenji tal-G20 biex jittaffa r-riskju fis-settur tas-servizzi finanzjarji.

(4a)   Ir-remunerazzjoni varjabbli garantita għandha tkun eċċezzjoni minħabba li mhijiex konsistenti mal-immaniġġjar sod tar-riskju jew mal-prinċipju tal-ħlas għall-prestazzjoni u m'għandhiex tkun parti minn pjanijiet prospettivi ta' remunerazzjoni.

(4b)   Ir-remunerazzjoni mħallsa mill-fond lill-kumpaniji tal-immaniġġjar għandha, bħar-remunerazzjoni mħallsa mill-kumpaniji tal-immaniġġjar lill-istaff tagħhom, tkun konsistenti mal-immaniġġjar sod u effettiv tar-riskju u mal-interessi tal-investituri.

(4c)   Minbarra r-remunerazzjoni bi prorata, għandu jkun possibbli li l-ispejjeż marbuta direttament maż-żamma u s-salvagwardja tal-investimenti, bħal dawk għall-azzjoni legali, il-protezzjoni jew l-infurzar tad-drittijiet tat-titolari ta’ unitajiet jew għall-irkupru tal-assi mitlufa jew għall-kumpens tagħhom, jitħallsu mill-fond mill-kumpanija tal-immaniġġjar. Il-Kummissjoni għandha tiġi mistiedna tivvaluta liema huma l-ispejjeż u l-infiq komuni relatati mal-prodotti fl-Istati Membri għall-prodotti ta’ investiment għall-konsumatur. Il-Kummissjoni għandha twettaq eżerċizzju ta' konsultazzjoni u valutazzjoni tal-impatt, u għandha tressaq proposta leġislattiva f’każ li jkun hemm bżonn ta’ armonizzazzjoni ulterjuri.

(5)  Sabiex tiġi promossa l-konverġenza superviżorja fil-valutazzjoni tal-politiki u prassi ta’ remunerazzjoni, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), għandha tiżgura l-eżistenza ta’ linji gwida dwar politiki ta’ remunerazzjoni sodi fis-settur tal-immaniġġjar tal-assi. L-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) għandha tgħin lill-AETS fit-tħejjija ta’ dawn il-linji gwida. Dawk il-linji gwida għandhom, b’mod partikolari, jipprovdu struzzjonijiet ulterjuri dwar newtralizzazzjoni parzjali tal-prinċipji ta’ remunerazzjoni rikonċiljabbli mal-profil tar-riskju, l-aptit ta’ riskju u l-istrateġija tal-kumpanija u l-UCITS li timmaniġġja. Il-linji gwida tal-AETS dwar il-politiki ta’ remunerazzjoni għandhom, fejn ikun xieraq, ikunu kemm jista’ jkun allinjati ma’ dawk tal-fondi regolati skont d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi(8). Barra minn hekk, l-AETS għandha tissupervizza l-infurzar xieraq ta' dawk il-linji gwida mill-awtoritajiet competenti. In-nuqqasijiet għandhom jiġu indirizzati b'ħeffa permezz ta' azzjoni superviżorja sabiex jiġu ssalvagwardjati l-kundizzjonijiet indaqs fis-suq intern kollu.

(6)  Id-dispożizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet fundamentali ggarantiti mit-Trattati, għall-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-kuntratti u tax-xogħol nazzjonali, il-leġiżlazzjoni applikabbli rigward tad-drittijiet tal-azzjonisti u l-involviment u r-responsabbiltajiet ġenerali tal-korpi amministrattivi u superviżorji tal-istituzzjoni konċernata, kif ukoll id-dritt, fejn applikabbli, tas-sħab soċjali li jikkonkludu u jinfurzaw il-ftehimiet kollettivi, f’konformità mal-liġijiet nazzjonali u l-użanza.

(7)  Sabiex jiżguraw il-livell meħtieġ ta’ armonizzazzjoni tar-rekwiżiti regolatorji rilevanti fl-Istati Membri differenti, għandhom jiġu adottati regoli addizzjonali li jiddefinixxu l-kompiti u d-dmirijiet tad-depożitarji, jidentifikaw l-entitajiet ġuridiċi li jistgħu jinħatru bħala depożitarji u jiċċaraw ir-responsabbiltà tad-depożitarji f’każijiet meta jintilfu assi UCITS fil-kustodja jew f’każ ta’ twettiq ħażin tad-dmirijiet ta’ sorveljanza mid-depożitarji. Twettiq ħażin bħal dan jista' jirriżulta fit-telf ta’ assi imma wkoll f'telf tal-valur tal-assi, jekk, pereżempju, depożitarju jkun ittollera investimenti li ma kinux konformi mar-regoli tal-fond, filwaqt li jesponew lill-investitur għal riskji mhux mistennija jew antiċipati. Regoli addizzjonali għandhom ukoll jiċċaraw il-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jiġu ddelegati funzjonijiet ta’ depożitarju.

(8)  Jeħtieġ li jiġi ċċarat li UCITS għandha taħtar depożitarju wieħed li jkollu sorveljanza ġenerali fuq l-assi tal-UCITS. Ir-rekwiżit li jkun hemm depożitarju wieħed biss għandu jiżgura li d-depożitarju jkollu perspettiva fuq l-assi kollha tal-UCITS u li kemm il-maniġers kif ukoll l-investituri tal-fond ikollhom punt wieħed biss ta’ referenza f'każ li jinqalgħu problemi fir-rigward tas-salvagwardja tal-assi jew tat-twettiq tal-funzjonijiet ta’ sorveljanza. Is-salvagwardja tal-assi tinkludi li l-assi jinżammu f'kustodja jew, fejn l-assi jkun ta' natura tali li ma jistgħux jinżammu f'kustodja, il-verifika tas-sjieda ta’ dawk l-assi kif ukoll iż-żamma tar-rekords għal dawk l-assi.

(9)  Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, depożitarju għandu jaġixxi b’mod onest, ġust, professjonali, b'mod indipendenti u fl-interess tal-UCITS jew tal-investituri tal-UCITS.

(10)  Sabiex jiġi żgurat approċċ armonizzat għat-twettiq tad-dmirijiet tad-depożitarji fl-Istati Membri kollha irrispettivament mill-forma ġuridika li tieħu l-UCITS, hemm bżonn li tiġi introdotta lista uniformi tad-dmirijiet ta’ sorveljanza li jorbtu kemm UCITS f'forma korporattiva (kumpanija ta’ investiment) kif ukoll l-UCITS f'forma kuntrattwali.

(11)  Id-depożitarju għandu jkun responsabbli għall-monitoraġġ xieraq tal-flussi tal-flus tal-UCITS, u, b’mod partikolari, għall-iżgurar li l-flus tal-investituri u tal-flus li jappartjenu lill-UCITS jiġu rreġistrati korrettament fil-kontijiet miftuħa f'isem l-UCITS, jew f'isem il-kumpanija tal-immaniġġjar li taġixxi f’isem l-UCITS, jew f'isem id-depożitarju li jaġixxi f’isem l-UCITS. Għalhekk għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet dettaljati fuq il-monitoraġġ tal-flus sabiex jiġu żgurati livelli ta' protezzjoni tal-investitur effettivi u konsistenti. Meta d-depożitarju jiżgura li l-flus tal-investitur jiġu rreġistrati fil-kontijiet tal-flus, għandu jqis il-prinċipji stipulati fl-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE tal-10 ta’ Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet ta' ħidma tal-kumpaniji tal-investiment u t-termini definiti għall-għanijiet ta’ dik id-Direttiva(9).

(12)  Sabiex jiġu impediti trasferimenti dolużi ta' flus, għandu jkun meħtieġ li ma jinfetaħ l-ebda kont ta’ flus assoċjat mat-tranżazzjonijiet tal-fondi mingħajr l-għarfien tad-depożitarju.

(13)  Kwalunkwe strument finanzjarju miżmum f'kustodja għal UCITS għandu jkun distingwibbli mill-assi tad-depożitarju stess, u għandu jkun il-ħin kollu identifikat bħala li jappartjeni għal dik l-UCITS; dan ir-rekwiżit għandu jipprovdi saff addizzjonali ta’ protezzjoni għall-investituri f'każ ta’ inadempjenza tad-depożitarju.

(14)  Barra mid-dmir eżistenti li l-assi li jappartjenu lil UCITS jinżammu sikuri, l-assi għandhom jiġu differenzjati bejn dawk li jistgħu jinżammu f'kustodja u dawk li ma jistgħux, fejn minflok japplika rekwiżit ta' żamma ta' rekords u verifika tas-sjieda. Il-grupp ta' assi li jistgħu jiġu miżmuma f'kustodja għandhom jiġu differenzjati b'mod ċar, billi d-dmir li jintraddu lura assi mitlufa għandu japplika biss għal dik il-kategorija speċifika ta' assi finanzjarji.

(14a)   L-istrumenti finanzjarji miżmuma f’kustodja mid-depożitarju m'għandhomx jerġgħu jintużaw mid-depożitarju jew minn xi parti terza li tkun ġiet iddelegata l-funzjoni ta’ kustodja lilha għall-kont tagħhom.

(15)  Jeħtieġ li jiġu ddefiniti l-kundizzjonijiet għad-delega tad-dmirijiet ta’ kustodja tad-depożitarju lil parti terza. Delega u sottodelega għandhom ikunu oġġettivament ġustifikati u soġġetti għal rekwiżiti stretti fir-rigward tal-adegwatezza tal-parti terza fdata bil-funzjoni delegata, u fir-rigward tal-kapaċità, l-attenzjoni u d-diliġenza dovuti li d-depożitarju għandu juża meta jagħżel, jaħtar u janalizza dik il-parti terza. Għall-finijiet li jinkisbu kundizzjonijiet tas-suq uniformi u livell daqstant ieħor għoli ta' protezzjoni tal-investituri, dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu allinjati ma' dawk applikabbli skont id-Direttiva 2011/61/UE, r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu(10) u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet li jiżguraw li l-partijiet terzi ikollhom il-mezzi meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom u li jissegregaw l-assi tal-UCITS.

(16)  Meta tiġi fdata l-kustodja ta’ assi lill-operatur ta' sistema tas-saldu tat-titoli kif previst fid-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar finalità ta’ saldu fis-sistemi ta’ saldu ta’ pagamenti u titoli(11) jew jiġi fdat il-forniment ta' servizzi simili lil sistemi ta’ saldu tat-titoli ta’ pajjiż terz, dan ma għandux jitqies bħala delega ta' funzjonijiet ta' kustodja.

(17)  Parti terza li lilha tiġi delegata s-salvagwardja ta' assi għandha tkun kapaċi żżomm kont omnibus, bħala kont komuni segregat għal UCITS multipli.

(18)  F’każijiet fejn il-kustodja tiġi ddelegata lil parti terza, ikun meħtieġ ukoll li jiġi żgurat li l-parti terza tkun soġġetta għal rekwiżiti speċifiċi dwar regolazzjoni u superviżjoni prudenzjali effettivi. Flimkien ma’ dan, sabiex jiġi żgurat li l-istrumenti finanzjarji jkunu fil-pussess tal-parti terza li lilha tkun ġiet iddelegata l-kustodja, għandhom jitwettqu awditi esterni perjodiċi.

(19)  Sabiex jiġu żgurati livelli għolja u konsistenti ta’ protezzjoni tal-investituri, għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet dwar il-kondotta u dwar l-immaniġġjar tal-kunflitti ta’ interess u għandhom japplikaw fis-sitwazzjonijiet kollha, inkluż f'każijiet ta' delega ta’ dmirijiet ta’ kustodja. B'mod partikolari, dawn ir-regoli għandhom jiżguraw li jkun hemm separazzjoni ċara tal-kompiti u l-funzjonijiet bejn id-depożitarju, l-UCITS u l-kumpanija tal-immaniġjar.

(20)  Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-investituri u biex jiġi ggarantit livell xieraq ta’ regolamentazzjoni prudenzjali u ta’ kontroll b’mod kontinwu, jeħtieġ li tiġi stabbilita lista eżawrjenti ta' entitajiet li huma eliġibbli biex jaġixxu bħala depożitarji, b'mod li istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti tal-investiment biss ikunu permessi jaġixxu bħala depożitarji tal-UCITS. Sabiex entitajiet oħra li qabel setgħu kienu eliġibbli biex jaġixxu bħala depożitarji għal fondi tal-UCITS ikunu jistgħu jibdlu lilhom infushom f’entitajiet eliġibbli, għandhom jiġu previsti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għal dawk l-entitajiet.

(21)  Jeħtieġ tiġi speċifikata u ċċarata r-responsabbiltà tad-depożitarju tal-UCITS f’każ ta’ telf ta’ strument finanzjarju li jkun qed jinżamm f’kustodja. Id-depożitarju għandu jkun responsabbli, meta strument finanzjarju miżmum f’kustodja jintilef, li jrodd lura strument finanzjarju ta' tip identiku jew ta' ammont korrispondenti lill-UCITS. Ma għandu jkun previst l-ebda ħelsien ulterjuri mir-responsabbiltà f'każ ta' telf ta’ assi, ħlief meta d-depożitarju jkun jista' jipprova li t-telf seħħ minħabba 'avveniment estern lil hinn mill-kontroll raġonevoli tiegħu, li l-konsegwenzi tiegħu kienu jkunu inevitabbli minkejja l-isforzi raġonevoli kollha bil-kontra'. F'dan il-kuntest, depożitarju ma għandux ikun jista' jeħles lilu nnifsu mir-responsabbiltà billi jserraħ fuq sitwazzjonijiet interni bħal aġir frawdolenti minn xi impjegat.

(22)  Meta depożitarju jiddelega kompiti ta’ kustodja u l-istrumenti finanzjarji miżmuma f’kustodja minn parti terza jintilfu, id-depożitarju għandu jinżamm responsabbli. Għandu wkoll jiġi stabbilit illi fil-każ ta' telf ta' strument miżmum f'kustodja, depożitarju huwa marbut irodd lura strument finanzjarju ta' tip identiku jew l-ammont korrispondenti, anke jekk it-telf seħħ għand sottokustodju. Id-depożitarju għandu jinħeles biss minn dik ir-responsabbiltà meta jkun jistà jipprova li t-telf irriżulta minn avveniment estern lil hinn mill-kontroll raġonevoli tiegħu u b'konsegwenzi li kienu inevitabbli minkejja l-isforzi raġonevoli kollha bil-kontra. F'dan il-kuntest, depożitarju ma għandux ikun jista' jeħles lilu nnifsu mir-responsabbiltà billi jserraħ fuq sitwazzjonijiet interni bħal aġir frawdolenti minn xi impjegat. Ma għandu jkun possibbli l-ebda ħelsien mir-responsabbiltà, kemm regolatorju kemm kuntrattwali fil-każ ta' telf ta' assi minn depożitarju jew sottokustodju tiegħu.

(23)  Kull investitur f'fond UCITS għandu jkun jista' jinvoka pretensjonijiet relatati mar-responsabbiltà tad-depożitarju tiegħu, jew direttament jew indirettament, permezz tal-kumpanija tal-immaniġġjar. Ir-rimedju kontra d-depożitarju ma għandux jiddependi fuq il-forma legali li jkollu l-fond UCITS (korporattiva jew forma kuntrattwali) jew in-natura ġuridika tar-relazzjoni bejn id-depożitarju, il-kumpanija tal-immaniġġjar u t-titolari tal-unitajiet.

(24)  Fit-12 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni pproponiet emendi għad-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur(12). Huwa essenzjali li l-proposta tat-12 ta' Lulju 2010 tiġi kkumplimentata billi jiġu ċċarati l-obbligi u l-ambitu tar-responsabbiltà tad-depożitarju u tas-sottokustodji tal-UCITS bl-għan li jiġi pprovdut livell għoli ta' protezzjoni lill-investituri tal-UCITS fejn depożitarju ma jkunx jista’ jissodisfa l-obbligi tiegħu stabbiliti f'din id-Direttiva.

(24a)   Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet stipulati f’din id-Direttiva li jistabbilixxu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-funzjonijiet u r-responabilitajiet tad-depożitarji, il-Kummissjoni għandha tanalizza f’liema sitwazzjonijiet in-nuqqas ta’ depożitarji tal-UCITS jew ta’ sottokustodju jista’ jwassal għal telf lid-detenturi ta’ unitajiet ta’ UCITS, kemm jekk permezz tat-telf tal-valur nett tal-assi tal-unitajiet tagħhom jew minħabba raġunijiet oħra, li ma jistgħux jiġu rkuprati skont dawn id-dispożizzjonijiet u li, għalhekk, jistgħu jeħtieġu estensjoni tal-iskemi ta’ kumpens tal-investituri sabiex ikopru assikurazzjoni jew xi tip ta' kumpens li tkopri l-kustodju kontra n-nuqqas ta’ sottokustodju. L-analiżi għandha tinvestiga wkoll kif jista’ jiġi żgurat li, f’dawn is-sitwazzjonijiet, il-protezzjoni tal-investituri jew it-trasparenza tkun ekwivalenti, tkun xi tkun il-katina ta’ intermedjazzjoni bejn l-investitur u t-titoli trasferibbli milquta min-nuqqas. Din l-analiżi għandha tkun ippreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ proposti leġiżlattivi jekk ikun meħtieġ.

(25)  Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-istess rekwiżiti japplikaw għad-depożitarji irrispettivament mill-forma ġuridika li jkollu l-UCITS. Konsistenza tar-rekwiżiti għandha ttejjeb iċ-ċertezza ġuridika, iżżid il-protezzjoni tal-investitur u tikkontribwixxi biex jinħolqu kundizzjonijiet tas-suq uniformi. Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda notifika li d-deroga mill-obbligu ġenerali li l-assi jiġu fdati għand depożitarju intużat minn xi kumpanija tal-investiment. Għalhekk, ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/65/KE li jirrigwardaw id-depożitarju ta' kumpanija ta' investiment għandhom jitqiesu superfluwi.

(26)  F'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Diċembru 2010 dwar ir-rinfurzar tar-reġimi tas-sanzjonar fis-settur finanzjarju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħa jimponu sanzjonijiet pekunarji li jkunu għoljin biżżejjed biex ikunu effettivi, dissważivi u proporzjonali, ħalli jpaċu l-benefiċċji mistennija minn imġiba li tikser ir-rekwiżiti.

(27)  Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni b’mod konsistenti fl-Istati Membri kollha, meta jiddeterminaw it-tip ta' sanzjonijiet jew miżuri amministrattivi u l-livell ta’ sanzjonijiet pekunarji amministrattivi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom iqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha.

(28)  Sabiex jissaħħaħ l-effett dissważiv fuq il-pubbliku inġenerali, kif ukoll biex il-pubbliku jiġi informat dwar ksur ta’ regoli li jista’ jkun ta’ ħsara għall-protezzjoni tal-investituri, is-sanzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati, ħlief f'ċerti ċirkostanzi definiti sew. Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, f’każijiet fejn il-pubblikazzjoni toħloq ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti, is-sanzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati fuq bażi anonima.

(29)  Sabiex jidentifikaw ksur possibbli, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat investigattivi meħtieġa, u għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi biex jiġi mħeġġeġ ir-rappurtar ta’ ksur possibbli jew ta’ ksur reali.

(30)  Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni fil-liġijiet tal-Istati Membri li huma relatati ma’ reati kriminali u sanzjonijiet.

(31)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(32)  Sabiex jiġi żgurat li l-għanijiet ta' din id-Direttiva jintlaħqu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Partikolarment, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati biex tispeċifika d-dettalji li jeħtieġ jiġu inklużi fil-ftehim standard bejn id-depożitarju u l-kumpanija tal-immaniġġjar jew il-kumpanija tal-investiment, il-kundizzjonijiet għat-twettiq tal-funzjonijiet depożitarji, inkluż it-tip ta’ strumenti finanzjarji li għandhom jiġu inklużi fl-ambitu tad-dmirijiet ta' kustodja tad-depożitarju, il-kundizzjonijiet li skonthom depożitarju jista' jeżerċita d-dmirijiet tiegħu ta’ kustodja fuq l-istrumenti finanzjarji reġistrati ma’ depożitarju ċentrali u l-kundizzjonijiet li skonthom id-depożitarju għandu jissalvagwardja l-istrumenti finanzjarji maħruġa f'forma nominattiva u rreġistrati ma' emittent jew reġistratur, id-dmirijiet ta’ diliġenza dovuta tad-depożitarji, l-obbligu tas-segregazzjoni, il-kundizzjonijiet skont liema, u ċ-ċirkostanzi li fihom, strumenti finanzjarji miżmuma f’kustodja għandhom jiġu kkunsidrati mitlufa, dak li għandu jiġi mifhum b'avvenimenti esterni lil hinn mill-kontroll raġonevoli, li l-konsegwenzi tagħhom kienu jkunu inevitabbli minkejja l-isforzi raġonevoli kollha bil-kontra. Il-livell ta' protezzjoni tal-konsumatur mogħti minn dawk l-atti delegati għandu jkun tal-anqas għoli daqs dak ipprovdut minn atti delegati adottati skont id-Direttiva 2011/61/UE. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż f'livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u b’mod xieraq ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(33)  Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta ▌tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni tat-28 ta' Settembru 2011(13), l-Istati Membri ntrabtu li jehmżu, f'każijiet iġġustifikati, man-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom, dokument wieħed jew aktar li jispjega r-rabta bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti nazzjonali ta’ traspożizzjoni. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis it-trażmissjoni ta’ tali dokumenti bħala waħda ġustifikata.

(34)  Billi l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri li titjieb il-fiduċja tal-investituri f’UCITS, permezz tat-tisħiħ tar-rekwiżiti li jikkonċernaw id-dmirijiet u r-responsabbiltà tad-depożitarji, il-politiki dwar ir-remunerazzjoni tal-kumpaniji tal-immaniġġjar u l-kumpaniji ta' investiment, u bl-introduzzjoni ta' standards komuni għas-sanzjonijiet li japplikaw għal ksur ewlieni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri li jaġixxu indipendentement minn xulxin, u jistgħu għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta l-miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn min dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan.

(34a)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta,ġie kkonsultat skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data.

(35)  Għaldaqstant, id-Direttiva 2009/65/KE għandha tiġi emendata f’dan is-sens,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2009/65/KE hija emendata kif ġej:

(1)  Għandhom jiżdiedu l-Artikoli ▌li ġejjin:"

"Artikolu 14a

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-kumpaniji tal-immaniġġjar jistabbilixxu u japplikaw politiki u prassi tar-remunerazzjoni li jkunu konsistenti ma’ mmaniġġjar tajjeb u effikaċi tar-riskji u li jippromwovuhom, u ma jinkoraġġixxux teħid ta' riskji inkonsistenti mal-profili tar-riskju, ir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-UCITS li jimmaniġġjaw.

2.  Il-politiki u l-prassi tar-remunerazzjoni għandhom ikopru l-komponenti fissi u varjabbli tas-salarji u l-benefiċċji diskrezzjonali tal-pensjoni.

3.  Il-politiki u l-prassi tar-remunerazzjoni għandhom japplikaw għal dawk il-kategoriji tal-persunal, fosthom impjegati u membri oħrajn tal-istaff bħall-istaff temporanju jew kuntrattwali, iżda mhux limitat għal dawn, fil-livell tal-fond jew subfond, li huma:

(a)   maniġers tal-fondi

(b)   persuni oħrajn barra minn maniġers tal-fondi li jieħdu deċiżjonijiet dwar l-investiment li jaffettwaw il-pożizzjoni ta’ riskju tal-fond,

(c)   persuni oħrajn barra minn maniġers tal-fondi li għandhom is-setgħa jeżerċitaw influwenza fuq dan l-istaff, inklużi konsulenti u analisti dwar il-politika ta' investiment;

(d)   il-maniġment superjuri, dawk li jieħdu r-riskji, u persunal f'funzjonijiet ta' kontroll; jew

(e)   kwalunkwe membru ieħor tal-istaff bħall-istaff temporanju jew kuntrattwali, iżda mhux limitat għal dawn, li jirċievi remunerazzjoni totali li taqa' fil-faxx ta' remunerazzjoni tal-maniġment superjuri u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u li l-attivitajiet professjonali tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profili tar-riskju tal-kumpaniji tal-immaniġġjar jew tal-UCITS li jimmaniġġjaw.

4.  F'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 ▌, l-AETS għandha toħroġ linji gwida li jikkonformaw mal-Artikolu 14b u indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti. Dawn il-linji gwida għandhom iqisu l-prinċipji dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni stipulati fir-Rakkomandazzjoni ▌2009/384/KE, id-daqs tal-kumpaniji tal-immaniġġjar u d-daqs tal-UCITS li jimmaniġġjaw, l-organizzazzjoni interna u n-natura tagħhom, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom. Fil-proċess tal-iżvilupp tal-gwidi linja l-AETS għandha tikkoopera mill-qrib mal-▌ABE sabiex tiżgura konsistenza mar-rekwiżiti żviluppati għal setturi oħrajn tas-servizzi finanzjarji, partikolarment l-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment.

Artikolu 14b

1.  Meta jistabbilixxu u japplikaw il-politiki tar-remunerazzjoni msemmija fl-Artikolu 14a, il-kumpaniji tal-immaniġġjar għandhom jikkonformaw mal-prinċipji segwenti b’mod u sal-punt li jkun adattat għad-daqs tagħhom, l-organizzazzjoni interna u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom:

(a)  il-politika ta’ remunerazzjoni tkun konsistenti ma’ u tippromwovi mmaniġġjar sod u effettiv tar-riskju u ma tinkoraġġixxix teħid ta' riskji li mhuwiex konsistenti mal-profili tar-riskju, mar-regoli jew mal-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-UCITS li jimmaniġġjaw;

(b)  il-politika ta’ remunerazzjoni għandha tkun konformi mal-istrateġija kummerċjali, mal-objettivi, mal-valuri u mal-interessi tal-kumpanija tal-immaniġġjar u tal-UCITS li timmaniġġja u tal-investituri ta' dawn l-UCITS, u tinkludi miżuri biex jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess;

(c)  il-korp maniġerjali tal-kumpanija tal-immaniġġjar, fil-funzjoni superviżorja tiegħu għandu jadotta u perjodikament jirrevedi l-prinċipji ġenerali tal-politika ta’ remunerazzjoni u għandu jkun responsabbli u jissorvelja, l-implimentazzjoni tagħha. Is-sistema ta' remunerazzjoni m'għandhiex tkun ikkontrollata primarjament mill-uffiċjal eżekuttiv ewlieni u mit-tim tal-immaniġġjar. Il-membri tal-korpi u l-impjegati rilevanti involuti fit-tfassil tal-politika ta’ remunerazzjoni u l-implimentazzjoni tagħha għandhom ikunu indipendenti u għandhom ikollhom kompetenza esperta fil-ġestjoni tar-riskju u fir-remunerazzjoni. Id-dettalji ta’ dawn il-politiki ta’ remunerazzjoni u l-bażi li fuqha jkunu ġew deċiżi għandhom jiġu inklużi fid-Dokument ta’ Informazzjoni Essenzjali tal-Investitur, fosthom il-wiri ta’ aderenza mal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 14a;[Em. 2 - parti 1]

(d)  l-implimentazzjoni tal-politika ta’ remunerazzjoni tkun, tal-inqas kull sena, soġġetta għal rieżami intern ċentrali u indipendenti rigward il-konformità mal-politiki u l-proċeduri għar-remunerazzjoni adottati mill-korp ta' ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu;

(da)   informazzjoni komprensiva u f’waqtha dwar il-prattiki ta’ remunerazzjoni tingħata lill-partijiet interessati f’mezz durabbli jew permezz ta’ websajt u għandha tintbagħat kopja mingħajr ħlas fuq talba;

(e)  persunal li huwa involut fil-funzjonijiet ta’ kontroll għandu jiġi kumpensat skont il-kisba tal-għanijiet relatati mal-funzjonijiet tiegħu, b’mod indipendenti mill-prestazzjoni tal-oqsma tan-negozju li jikkontrolla;

(f)  ir-remunerazzjoni tal-uffiċjali superjuri b’funzjonijiet ta’ mmaniġġjar u ta’ konformità tar-riskju tiġi ssorveljata b’mod dirett mill-kumitat tar-remunerazzjoni;

(g)  fejn ir-remunerazzjoni tkun marbuta mal-prestazzjoni, l-ammont totali ta’ remunerazzjoni għandu jkun ibbażat fuq taħlita tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni aġġustata għar-riskju tal-individwu u tal-unità tan-negozju jew tal-UCITS ikkonċernata u tar-riżultati kumplessivi aġġustati għar-riskju tal-kumpanija tal-immaniġġjar, u meta tiġi vvalutata l-prestazzjoni individwali jitqiesu kemm kriterji finanzjarji kif ukoll kriterji mhux finanzjarji;

(h)  il-valutazzjoni tal-prestazzjoni għandha tiġi stabbilita f'qafas multiannwali xieraq għaċ-ċiklu tal-ħajja tal-UCITS immaniġġjat mill-kumpanija tal-immaniġġjar sabiex jiġi żgurat li l-proċess tal-valutazzjoni jkun ibbażat fuq prestazzjoni aktar fit-tul u li l-ħlas reali tal-komponenti tar-remunerazzjoni bbażati fuq il-prestazzjoni jkun mifrux fuq perjodu li jqis il-politika ta' tifdija tal-UCITS li timmaniġġja , il-prestazzjoni fit-tul tal-UCITS kif ukoll ir-riskji tal-investiment tagħhom; [Em. 2 - parti 2]

(i)  remunerazzjoni varjabbli ggarantita għandha tkun eċċezzjonali, sseħħ biss fil-kuntest ta' reklutaġġ ta’ persunal ġdid u għandha tkun limitata għall-ewwel sena;

(j)  il-komponenti fissi u varjabbli tar-remunerazzjoni totali huma bbilanċjati b'mod adatt u l-komponent fiss jirrapreżenta proporzjon għoli biżżejjed tar-remunerazzjoni totali biex tkun tista’ titħaddem politika kompletament flessibbli, fuq komponenti varjabbli tar-remunerazzjoni, inkluża l-possibbiltà li ma jitħallas l-ebda komponent varjabbli tar-remunerazzjoni;

(ja)   il-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni hu soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (o), li jipprevedi li r-remunerazzjoni varjabbli għandha titnaqqas b’mod konsiderevoli meta l-prestazzjoni tal-kumpanija tal-immaniġġjar jew tal-UCITS ikkonċernat/a tkun baxxa jew negattiva, filwaqt li jitqiesu kemm il-kumpens attwali kif ukoll it-tnaqqis fil-ħlasijiet tal-ammonti li wieħed ikun qala’ qabel, inkluż permezz ta’ arranġamenti malus jew arranġamenti ta’ restituzzjoni. 'Malus' u 'restituzzjoni’ jfissru “malus” u “clawback” kif definiti fil-Linji Gwida tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq 2013/201; [Em. 2 - parti 3]

(k)  il-pagamenti relatati mat-terminazzjoni bikrija ta’ kuntratt jirriflettu r-rendiment li jkun inkiseb maż-żmien u jkunu mfassla b’mod li ma jippremjawx il-fallimenti;

(l)  il-kejl tal-prestazzjoni użat biex jiġu kkalkulati l-komponenti varjabbli tar-remunerazzjoni jew puls ta’ komponenti varjabbli tar-remunerazzjoni jinkludi mekkaniżmu ta’ aġġustament komprensiv li jintegra t-tipi rilevanti kollha ta' riskji attwali u futuri;

(m)  soġġett għall-istruttura ġuridika tal-UCITS u għar-regoli tal-fond jew għall-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tagħha, porzjon sostanzjali, u fi kwalunkwe każ mill-inqas 50% ta' kwalunkwe remunerazzjoni varjabbli, jikkonsisti f'unitajiet tal-UCITS ikkonċernata, jew f’interessi ta’ sjieda ekwivalenti, fi strumenti marbuta mal-ishma jew fi strumenti ekwivalenti mhux ta’ flus, sakemm l-immaniġġjar tal-UCITS ma tgħoddx għal inqas minn 50% tal-portafoll totali mmaniġġjat mill-kumpanija tal-immaniġġajr, f'liema każ il-livell minimu ta’ 50% ma japplikax.

L-istrumenti msemmija f'dan il-punt għandhom ikunu soġġetti għal politika ta’ żamma xierqa maħsuba biex l-inċentivi jiġu allinjati mal-interessi tal-kumpanija tal-immaniġġjar u tal-UCITS li timmaniġġja, kif ukoll ma’ tal-investituri f'dawn l-UCITS. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jqiegħdu restrizzjonijiet fuq it-tipi u d-disinji ta’ dawk l-istrumenti, jew jipprojbixxu ċerti strumenti kif xieraq. Dan il-punt għandu jiġi applikat kemm għall-porzjon tal-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni li ġiet iddifferita skont il-punt (n) kif ukoll għall-parti tal-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni li ma ġietx iddifferita;

(n)  porzjon sostanzjali, u fi kwalunkwe każ mill-inqas 25%, tal-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni, tiġi ddifferita fuq perjodu li huwa xieraq fid-dawl taċ-ċiklu tal-ħajja u l-politika ta’ tifdija tal-UCITS ikkonċernata u tiġi allinjata b’mod korrett man-natura tar-riskji tal-UCITS inkwistjoni.

Il-perjodu msemmi f'dan il-punt għandu jkun ta’ mill-inqas tlieta sa ħames snin, sakemm iċ-ċiklu tal-ħajja tal-UCITS ikkonċernata ma jkunx iqsar; remunerazzjoni pagabbli taħt arranġamenti ta’ differiment ma għandhiex tvesti b’rata aktar mgħaġġla minn bażi prorata; fil-każ ta’ komponent varjabbli tar-remunerazzjoni ta’ ammont partikolarment għoli, għandu jiġi differit mill-inqas 60% tal-ammont;

(o)  ir-remunerazzjoni varjabbli, inkluża l-parti differita, għandha titħallas jew tvesti biss jekk tkun sostenibbli skont is-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija tal-immaniġġjar kollha, u ġġustifikata skont il-prestazzjoni tal-unità tan-negozju, l-UCITS u l-individwu kkonċernat.

Ir-remunerazzjoni varjabbli totali ġeneralment għandha titnaqqas b’mod konsiderevoli meta jkun hemm prestazzjoni finanzjarja baxxa jew negattiva tal-kumpanija tal-immaniġġjar jew tal-UCITS ikkonċernata, filwaqt li għandhom jitqiesu kemm il-kumpens attwali kif ukoll it-tnaqqis fil-ħlasijiet ta' ammonti maqlugħa qabel, inkluż permezz ta’ arranġamenti malus jew arranġamenti ta’ restituzzjoni;

(p)  il-politika tal-pensjonijiet għandha tkun konformi mal-istrateġija kummerċjali, mal-objettivi, il-valuri u l-interessi fit-tul tal-kumpanija tal-immaniġġjar u tal-UCITS li timmaniġġja.

Jekk l-impjegat jitlaq mill-kumpanija tal-immaniġġjar qabel l-irtirar, benefiċċji tal-pensjoni diskrezzjonarji għandhom jinżammu mill-kumpanija tal-immaniġġjar għal perjodu ta’ ħames snin fil-forma tal-istrumenti msemmija fil-punt (m). Fil-każ ta’ impjegat li jasal għall-pensjoni, il-benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni għandhom jitħallsu lill-impjegat fil-forma tal-istrumenti msemmija fil-punt (m), soġġetti għal perjodu ta’ żamma ta’ ħames snin;

(q)  il-persunal huwa meħtieġ jimpenja ruħu ma jużax strateġiji personali ta’ hedging jew assigurazzjoni relatata mar-remunerazzjoni u r-responsabbiltà sabiex inaqqas l-effetti tal-allinjament integrat tar-riskju fl-arranġamenti tar-remunerazzjoni tiegħu;

(r)  ir-remunerazzjoni varjabbli ma għandhiex titħallas permezz ta’ vetturi jew metodi li jagħmluha faċli li r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva jiġu evitati.

1a.  L-AETS għandha, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, timmoniterja l-politiki ta' remunerazzjoni msemmija fl-Artikolu 14a. F'każ ta' ksur tal-Artikolu 14a u ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista'. f'konformità mas-setgħat tagħha skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE)Nru 1095/2010, u b'mod partikulari billi tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti, taġixxi biex tipprojbixxi temporanjament jew tirrestrinġi l-applikazzjoni ta' politiki partikulari ta' remunerazzjoni.

1b.  Il-UCITS/kumpanija tal-immaniġġjar /kumitat ta’ remunerazzjoni] għandhom jipprovdu lill-investituri b’informazzjoni, b’mezz durabbli u fuq bażi annwali, li tispjega l-politika ta’ remunerazzjoni tal-UCITS għal persunal fl-ambitu tal-Artikolu 14a u jiddeskrivi kif ġiet ikkalkulata r-remunerazzjoni.

1c.  Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tkun tista’ titlob lill-[UCITS/kumpanija tal-immaniġġjar /kumitat ta’ remunerazzjoni] jispjegaw bil-miktub kif kwalunkwe pakkett ta’ remunerazzjoni varjabbli ikun konsistenti mal-obbligu tagħhom li jadottaw politika ta’ remunerazzjoni li:

(a)  tippromwovi ġestjoni tajba u effettiva tar-riskju;

(b)  ma tinkuraġġixxix teħid ta’ riskji li jkun inkonsistenti mar-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-UCITS li jimmaniġġjaw u/jew il-profil tar-riskju ta’ kull UCITS ta’ dan it-tip.

B’kooperazzjoni mill-qrib mal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tinkludi, fil-Gwida tagħha dwar il-politiki ta’ remunerazzjoni, kif il-prinċipji ta’ remunerazzjoni settorjali differenti, bħal dawk tad-Direttiva 2011/61/UE u d-Direttiva 2013/36/UE, għandhom jiġu applikati fejn l-impjegati jew kategoriji oħra ta’ persunal iwettqu servizzi soġġetti għal prinċipji ta’ remunerazzjoni settorjali differenti. [Em. 3]

2.  Il-prinċipji stipulati fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal kull tip ta’ remunerazzjoni mħallsa mill-kumpaniji tal-immaniġġjar u għal kwalunkwe trasferiment ta’ unitajiet jew ishma tal-UCITS, magħmula għall-benefiċċju ta’ dawk il-kategoriji ta’ persunal, inkluż il-maniġment superjuri, dawk li jieħdu r-riskji, il-funzjonijiet ta’ kontroll u kwalunkwe impjegat li jirċievi remunerazzjoni totali li taqa’ fil-kategorija ta’ remunerazzjoni tal-maniġment superjuri u ta’ dawk li jieħdu r-riskji u li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju jew il-profili tar-riskju tal-UCITS li jimmaniġġjaw.

3.  Kumpaniji tal-immaniġġjar li huma sinifikanti f'termini tad-daqs tagħhom jew tad-daqs tal-UCITS li jimmaniġġjaw, tal-organizzazzjoni interna u tan-natura tagħhom, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom għandhom jistabbilixxu kumitat tar-remunerazzjoni. Il-kumitat ta’ remunerazzjoni għandu jiġi kkostitwit b'mod li jippermettilu jeżerċita ġudizzju kompetenti u indipendenti fir-rigward tal-politiki u l-prassi ta’ remunerazzjoni u ta’ inċentivi maħluqa għall-immaniġġjar tar-riskju.

Il-kumitat ta’ remunerazzjoni, stabbilit, fejn ikun xieraq, skont il-linji gwida tal-AETS, għandu jkun responsabbli għat-tħejjija ta’ deċiżjonijiet dwar ir-remunerazzjoni, inklużi dawk li għandhom implikazzjonijiet għar-riskju u l-immaniġġjar tar-riskju tal-kumpanija tal-immaniġġjar jew tal-UCITS ikkonċernata, u li għandhom jittieħdu mill-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu. Il-kumitat tar-remunerazzjoni għandu jkun ippresedut minn membru tal-korp maniġerjali li ma jwettaq ebda funzjoni eżekuttiva fil-kumpanija tal-immaniġġjar konċernata. Il-membri tal-kumitat ta’ remunerazzjoni għandhom ikunu membri tal-korp maniġerjali li ma jwettqu ebda funzjoni eżekuttiva fil-kumpanija tal-immaniġġjar konċernata. Il-kumitat għar-remunerazzjoni għandu jinkludi rappreżentanti tal-impjegati u għandu jiżgura li r-regoli tiegħu jippermettu lill-azzjonisti jaġixxu b'mod ikkoordinat. Meta jkun qed iħejji id-deċiżjonijiet tiegħu, il-kumitat għar-remunerazzjoni għandu jqis l-interess fit-tul tal-partijiet interessati, tal-investituri u tal-interess pubbliku."

"

(2)  Fl-Artikolu 20(1), il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:"

"(a) il-kuntratt bil-miktub mad-depożitarju msemmi fl-Artikolu 22(2); "

"

(3)  L-Artikolu 22 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

"Artikolu 22

1.  Kumpanija tal-investiment u, għal kull wieħed mill-fondi komuni li timmaniġġja, kumpanija tal-immaniġġjar għandha tiżgura li jinħatar depożitarju wieħed skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu.

2.  Il-ħatra tad-depożitarju għandha tieħu l-forma ta’ kuntratt bil-miktub.

Dan il-kuntratt għandu jinkludi regoli li jistabbilixxu l-fluss ta’ informazzjoni li huwa meqjus meħtieġ biex id-depożitarju jkun jista’ jwettaq il-funzjonijiet tiegħu fir-rigward tal-UCITS li għaliha jkun ġie maħtur depożitarju, kif stipulat f'din id-Direttiva u f’liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi oħra li huma rilevanti għad-depożitarji fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS.

3.  Id-depożitarju għandu:

(a)  jiżgura li l-bejgħ, il-ħruġ, ir-riakkwist, it-tifdija u l-kanċellazzjoni ta’ unitajiet tal-UCITS jitwettqu skont il-liġijiet nazzjonali applikabbli u r-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni;

(b)  jiżgura li l-valur tal-unitajiet tal-UCITS jiġi kkalkulat skont il-liġijiet nazzjonali applikabbli u r-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni;

(c)  iwettaq l-istruzzjonijiet tal-kumpanija tal-immaniġġjar jew tal-kumpanija tal-investiment, sakemm dawn ma jkunux f'kunflitt mal-liġijiet nazzjonali applikabbli jew mar-regoli tal-fond jew mal-istrumenti ta' inkorporazzjoni;

(d)  jiżgura li fi tranżazzjonijiet li jinvolvu l-assi tal-UCITS, kwalunkwe korrispettiv tintbagħat lill-UCITS fil-limiti taż-żmien tas-soltu;

(e)  jiżgura li l-introjtu tal-UCITS jiġi applikat skont il-liġijiet nazzjonali applikabbli u r-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni."

4.  Id-depożitarju għandu jiżgura li l-flussi tal-flus tal-UCITS jiġu mmonitorjati sew, u għandhom b'mod partikolari jiżguraw li l-ħlasijiet kollha magħmula minn jew għan-nom tal-investituri mas-sottoskrizzjoni ta' unitajiet tal-UCITS ġew irċevuti, u li l-flus kollha tal-UCITS iddaħħlu f'kontijiet tal-flus li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)  infetħu f’isem l-UCITS jew f'isem il-kumpanija tal-immaniġġjar li taġixxi f’isem l-UCITS, jew f'isem id-depożitarju li jaġixxi f’isem l-UCITS;

(b)  infetħu f'entità msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE (*) u

(c)  jinżammu skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2006/73/KE.

Meta l-kontijiet tal-flus jinfetħu f’isem id-depożitarju li jaġixxi f'isem l-UCITS, l-ebda flus tal-entità msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu u l-ebda parti mill-flus proprji tad-depożitarju ma għandhom jiddaħħlu f’dawn il-kontijiet.

5.  L-assi tal-UCITS għandhom jiġu fdati għand id-depożitarju għas-salvagwardja kif ġej:

(a)  għal strumenti finanzjarji kif definit mir-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... [dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (MIFIR)] li jistgħu jinżammu f'kustodja, id-depożitarju għandu:

(i)  iżomm f’kustodja l-istrumenti finanzjarji kollha li jistgħu jiġu rreġistrati f'kont ta’ strumenti finanzjarji miftuħ fil-kotba tad-depożitarju, kif ukoll l-istrumenti finanzjarji kollha li jistgħu jiġu mogħtija fiżikament lid-depożitarju;

(ii)  jiżgura li dawk l-istrumenti finanzjarji kollha li jistgħu jiġu rreġistrati f'kont ta’ strumenti finanzjarji li jkun infetaħ fil-kotba tad-depożitarju jiġu rreġistrati fil-kotba tad-depożitarju f’kontijiet segregati skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2006/73/KE, li jkunu nfetħu f'isem l-UCITS jew il-kumpanija tal-immaniġġjar li tkun qed taġixxi f'isem l-UCITS, sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati b'mod ċar u f'kull ħin bħala li jappartjenu lill-UCITS skont il-liġi applikabbli;

(b)  għal assi oħra, id-depożitarju għandu:

(i)  jivverifika s-sjieda tal-UCITS jew il-kumpanija tal-immaniġġjar li taġixxi f’isem l-UCITS ta' dawn l-assi billi jivvaluta jekk l-UCITS jew il-kumpanija tal-immaniġġjar li taġixxi f’isem l-UCITS jkollhiex is-sjieda abbażi tal-informazzjoni jew id-dokumenti pprovduti mill-UCITS jew mill-kumpanija tal-immaniġġjar u, fejn disponibbli, minn evidenza esterna;

(ii)  iżomm rekord ta’ dawk l-assi li dwarhom ikun issodisfat li l-UCITS jew il-kumpanija tal-immaniġġjar li taġixxi f’isem l-UCITS jkollha s-sjieda u jżomm ir-rekord aġġornat.

5a.  Id-depożitarju għandu jipprovdi lill-kumpanija tal-immaniġġjar, fuq bażi regolari, inventarju komprensiv tal-assi kollha miżmuma fl-isem l-UCITS.

5b.  L-istrumenti finanzjarji miżmuma f’kustodja mid-depożitarju m'għandhomx jerġgħu jintużaw mid-depożitarju jew minn xi parti terza li tkun ġiet iddelegata l-funzjoni ta’ kustodja lilha għall-kont tagħhom.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-użu mill-ġdid ifisser kwalunkwe użu ta' strumenti finanzjarji kunsenjati fi tranżazzjoni waħda sabiex ikunu ta' kollateral għal tranżazzjoni oħra li jinkludu iżda mhux limitati għal trasferiment, rahan, bejgħ u self.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każ ta’ insolvenza tad-depożitarju jew ta' kwalunkwe entità rregolata li żżomm f’kustodja strumenti finanzjarji li jappartjenu lil UCITS, l-istrumenti finanzjarji ta' UCITS miżmuma f'kustodja mid-depożitarju ma jkunux disponibbli biex jitqassmu fost jew jiġu realizzati għall-benefiċċju tal-kredituri tad-depożitarju jew tal-entità rregolata.

7.  Id-depożitarju ma għandux jiddelega l-funzjonijiet tiegħu kif imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 lil partijiet terzi.

Id-depożitarju jista’ jiddelega l-funzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5 lil partijiet terzi biss meta:

(a)  il-kompiti ma jkunux ġew iddelegati bl-intenzjoni li jiġu evitati r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva ;

(b)  id-depożitarju jista’ juri li hemm raġuni oġġettiva għad-delega;

(c)  id-depożitarju jkun eżerċita l-ħila, l-attenzjoni u d-diliġenza kollha dovuti fl-għażla u l-ħatra ta’ kwalunkwe parti terza li lilha jrid jiddelega partijiet mill-kompiti tiegħu, u jkompli jeżerċita l-ħila, l-attenzjoni u d-diliġenza kollha dovuti fir-reviżjoni perjodika u l-monitoraġġ kontinwu ta' kwalunkwe parti terza li lilha jkun iddelega partijiet tal-kompiti tiegħu u tal-arranġamenti tal-parti terza fir-rigward tal-kwistjonijiet iddelegati lilha;

Il-funzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5 jistgħu jiġu ddelegati mid-depożitarju lil parti terza biss jekk f'kull ħin matul it-twettiq tal-kompiti ddelegati lilha:

(a)  ikollha strutturi u kompetenza li huma adegwati u proporzjonati man-natura u l-kumplessità tal-assi tal-UCITS jew tal-kumpanija tal-immaniġġjar li tkun qed taġixxi f'isem l-UCITS li jkunu ġew fdati lilha;

(b)  għal kompiti tal-kustodja msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 5, tkun soġġetta għal regolamentazzjoni prudenzjali effettiva, inkluż rekwiżiti kapitali minimi, u superviżjoni fil-ġurisdizzjoni konċernata;

(c)  għal kompiti tal-kustodja msemmija fil-paragrafu 5, tkun soġġett għal awditu estern perjodiku biex jiġi żgurat li l-istrumenti finanzjarji jinsabu fil-pussess tagħha;

(d)  tissegrega l-assi tal-klijenti tad-depożitarju mill-assi tagħha stess u mill-assi tad-depożitarju b'tali mod li fi kwalunkwe ħin dawn ikunu jistgħu jiġu identifikati b'mod ċar bħala li jappartjenu lill-klijenti ta' depożitarju partikolari;

(e)   tagħmel arranġamenti xierqa abbażi tal-linji gwida tal-AETS biex f’każ ta’ insolvenza ta’ parti terza, l-assi ta’ UCITS miżmuma f’kustodja mill-parti terza ma jkunux disponibbli biex jitqassmu fost jew jiġu rrealizzati għall-benefiċċju tal-kredituri tal-parti terza;

(f)  tkun konformi mal-obbligi ġenerali u mal-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 25.

Għall-finijiet tal-punt (e), l-AETS għandha toħroġ linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, dwar arranġamenti xierqa f’każ ta’ insolvenza tal-parti terza.

Minkejja l-punt (b) tat-tielet subparagrafu fejn il-liġi ta’ pajjiż terz teħtieġ li ċerti strumenti finanzjarji jinżammu f'kustodja minn entità lokali u l-ebda entità lokali ma tissodisfa r-rekwiżiti tad-delega stabbiliti fil-punti (a) sa (f) tat-tielet subparagrafu, id-depożitarju jista' jiddelega l-funzjonijiet tiegħu lil din l-entità lokali sal-punt meħtieġ mil-liġi tal-pajjiż terz biss u biss sakemm ma jkunx hemm entitajiet lokali li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-delega, u biss fejn:

(i)   l-investituri tal-UCITS relevanti jiġu infurmati kif dovut li din id-delega hija meħtieġa minħabba l-irbit ġuridiku fil-liġi tal-pajjiż terz u ċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw id-delega u r-riskji involuti f’din id-delega, qabel l-investiment tagħhom;

(ii)   l-UCITS, jew il-kumpanija tal-immaniġġjar f'isem l-UCITS, tkun tat struzzjonijiet lid-depożitarju biex jiddelega l-kustodja ta' tali strumenti finanzjarji lil tali entità lokali.

Wara, il-parti terza tista’ tissottodelega dawk il-funzjonijiet, soġġett għall-istess rekwiżiti. F'dan il-każ, l-Artikolu 24(2) għandu japplika mutatis mutandis għall-partijiet rilevanti.

Għall-finijiet ta’ dan is-subparagrafu, il-provvista ta’ servizzi kif minn sistemi tas-saldu tat-titoli kif jingħad fid-Direttiva 98/26/KE ▌jew il-provvista ta’ servizzi simili minn sistemi tas-saldu tat-titoli minn pajjiżi terzi ma għandhiex titqies bħala delega tal-funzjonijiet ta’ kustodja tagħha.”

"

(4)  L-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafi 2 u 3 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:"

"2. Id-depożitarju għandu jkun:

(a)  istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata skont id-Direttiva 2006/48/KE

(b)  ditta tal-investiment, soġġetta għal rekwiżiti ta’ adegwatezza kapitali skont l-Artikolu 20▌ tad-Direttiva 2006/49/KE inklużi rekwiżiti kapitali għal riskji operazzjonali, awtorizzata skont id-Direttiva 2004/39/KE, u li tipprovdi wkoll servizz anċillari ta’ salvagwardja u amministrazzjoni ta’ strumenti finanzjarji f'isem il-klijenti f'konformità mal-punt (1) tat-Taqsima B tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE; fi kwalunkwe każ, ditti tal-investiment bħal dawn għandu jkollhom fondi proprji li ma jkunux inqas mill-ammont tal-kapital inizjali msemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/49/KE;

(ba)   il-banek ċentrali nazzjonali u kull kategorija oħra ta' istituzzjoni li hija suġġetta għal regolamentazzjoni prudenzjali u superviżjoni kontinwa u li tkun suġġetta għal rekwiżiti ta’ kapital kif ukoll rekwiżiti organizzattivi u prudenzjali tal-istess effett bħala entitajiet skont il-punti (a) u (b).

Kumpaniji tal-investiment jew kumpaniji tal-immaniġġjar li jaġixxu f'isem l-UCITS li jimmaniġġjaw, li, qabel [data: l-iskadenza tat-traspożizzjoni stipulata fl-Artikolu 2(1) l-ewwel subparagrafu], maħtura bħala depożitarji, istituzzjoni li ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu għandha taħtar depożitarju li jissodisfa dawk ir-rekwiżiti qabel [data: sena (1) wara skadenza stabbilita fl-Artikolu 2(1) l-ewwel subparagrafu.

3.  L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw liema mill-kategoriji ta’ istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2(ba) huma eliġibbli li jkunu depożitarji.";

"

(b)   il-paragrafi 4, 5 u 6 jitħassru.

(5)  L-Artikolu 24 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

"Artikolu 24

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-depożitarju għandu jkun responsabbli lejn l-UCITS u lejn id-detenturi tal-unitajiet tal-UCITS, għat-telf mid-depożitarju jew minn parti terza li lilhom tkun ġiet iddelegata l-kustodja ta’ strumenti finanzjarji miżmuma f’kustodja skont l-Artikolu 22(5).

F'każ ta’ telf ta' strument finanzjarju waqt li dan kien f’kustodja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-depożitarju għandu jrodd lura strument finanzjarju tal-istess tip jew tal-istess ammont lill-UCITS jew lill-kumpanija tal-immaniġġjar li tkun qed taġixxi f'isem l-UCITS mingħajr dewmien żejjed. Id-depożitarju ma għandux jinżamm responsabbli jekk ikun jista' jipprova li t-telf ikun seħħ bħala riżultat ta' avveniment estern lil hinn mill-kontroll raġonevoli tiegħu, li l-konsegwenzi tiegħu kienu jkunu inevitabbli minkejja l-isforzi raġonevoli kollha bil-kontra.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-depożitarju għandu jinżamm responsabbli wkoll lejn l-UCITS u l-investituri tal-UCITS għal kull telf ieħor ikkaġunat b'riżultat tan-nuqqas negliġenti jew intenzjonat tad-depożitarju li jissodisfa l-obbligi tiegħu b’mod xieraq skont din id-Direttiva.

2.  Ir-responsabbiltà tad-depożitarju ma għandha tiġi affettwata minn ebda delega msemmija fl-Artikolu 22(7).

3.  Ir-responsabbiltà tad-depożitarju msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tiġi eskluż jew limitat permezz ta’ ftehim.

4.  Kwalunkwe ftehim li jikser id-dispożizzjoni tal-paragrafu 3 għandu jkun null.

5.  Id-detenturi ta’ unitajiet fl-UCITS jistgħu jinvokaw ir-responsabbiltà tad-depożitarju direttament jew indirettament permezz tal-kumpanija tal-immaniġġjar.

5a.  Xejn f'dan l-Artiklu m'għandu jżomm depożitarju milli jagħmel arranġamenti għall-finijiet li jissodisfa r-responsabilitajiet tiegħu skont il-paragrafu 1, sakemm dawn l-arranġamenti ma jillimitawx jew inaqqsu dawk ir-responsabilitajiet jew iwasslu għal dewmien fir-rispett tal-obbligi tad-depożitarju.";

"

(6)  Fl-Artikolu 25, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

"2. Fit-twettiq tal-funzjonijiet rispettivi tagħhom, il-kumpanija tal-immaniġġjar u d-depożitarju għandhom jaġixxu b'mod onest, ġust u professjonali, u b’mod indipendenti u fl-interess tal-UCITS u tal-investituri tal-UCITS.

La d-depożitarju u lanqas xi wieħed mid-delegati tiegħu ma għandhom iwettqu attivitajiet fir-rigward tal-UCITS jew tal-kumpanija tal-immaniġġjar li jistgħu joħolqu kunflitt ta’ interess bejn l-UCITS, l-investituri fl-UCITS, il-kumpanija tal-immaniġġjar u d-depożitarju stess, sakemm id-depożitarju ma jkunx assigura li hemm separazzjoni ġerarkika u funzjonali fit-twettiq tal-kompiti▐ li potenzjalment jistgħu jkunu konfliġġenti, u sakemm il-kunflitti ta’ interess potenzjali ma jkunux identifikati, immaniġġjati, immonitorjati u ddivulgati lill-investituri tal-UCITS b’mod xieraq.”

"

(7)  L-Artikolu 26 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

"Artikolu 26

1.  Il-liġi jew ir-regoli tal-fond tal-fond komuni għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għas-sostituzzjoni tal-kumpanija tal-immaniġġjar u tad-depożitarju, kif ukoll regoli biex tiġi żgurata l-protezzjoni tat-titolari tal-unitajiet f’każ li sseħħ sostituzzjoni bħal din.

2.  Il-liġi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija tal-investiment għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għas-sostituzzjoni tal-kumpanija tal-immaniġġjar u tad-depożitarju, kif ukoll regoli biex tiġi żgurata l-protezzjoni tat-titolari tal-unitajiet f’każ li sseħħ sostituzzjoni bħal din."

"

(8)  L-Artikoli ▌ li ġejjin għandhom jiġu miżjuda:"

"Artikolu 26a

Id-depożitarju għandu jagħmel disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tiegħu, meta jkun mitlub dan, l-informazzjoni kollha li jkun kiseb waqt il-qadi ta’ dmirijietu u li tista’ tkun meħtieġa għall-awtoritajiet kompetenti tal-UCITS jew il-kumpanija tal-immaniġġjar tal-UCITS. Jekk l-awtoritajiet kompetenti ▐ tal-UCITS jew il-kumpanija tal-immaniġġjar tal-UCITS ikunu differenti minn dawk tad-depożitarju, l-awtoritajiet kompetenti tad-depożitarju għandhom jaqsmu l-informazzjoni rċevuta mingħajr dewmien mal-awtoritajiet kompetenti tal-UCITS u l-kumpanija tal-immaniġġjar.

Artikolu 26b

1.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 112 ▌li jispeċifikaw:

(a)  id-dettalji fir-rigward ta’ din id-Direttiva li jeħtieġ jiġu inklużi fil-kuntratt bil-miktub imsemmi fl-Artikolu 22(2);

(b)  il-kundizzjonijiet għat-twettiq tal-funzjonijiet ta’ depożitarju skont l-Artikoli 22(3), (4) u (5), inkluż:

(i)  it-tip ta’ strumenti finanzjarji li għandhom jiġu inklużi fl-ambitu tad-dmirijiet ta' kustodja tad-depożitarju skont il-punt (a) tal-Artikolu 22(5);

(ii)  il-kondizzjonijiet li jiddeterminaw jekk id-depożitarju jistax jeżerċita d-dmirijiet tiegħu ta’ kustodja fuq strumenti finanzjarji rreġistrati ma’ depożitarju ċentrali;

(iii)  il-kondizzjonijiet li jiddeterminaw jekk id-depożitarju għandux iżomm f’salvagwardja l-istrumenti finanzjarji maħruġa f'forma nominattiva u li jkunu ġew irreġistrati ma' emittent jew reġistratur, skont il-punt (b) tal-Artikolu 22(5);

(c)  id-dmirijiet ta’ diliġenza dovuta tad-depożitarji skont il-punt (c) tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 22(7);

(d)  l-obbligu ta’ segregazzjoni skont il-punt (d) tat-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 22(7);

(e)  il-kundizzjonijiet li jiddeterminaw meta strumenti finanzjarji miżmuma f’kustodja jistgħu jiġu kkunsidrati mitlufa, u ċ-ċirkostanzi li fihom dan jista’ jseħħ, għall-fini tal-Artikolu 24;

(f)  dak li għandu jiġi mifhum minn avvenimenti esterni lil hinn mill-kontroll raġonevoli, li l-konsegwenzi tagħhom kienu jkunu inevitabbli minkejja l-isforzi raġonevoli kollha bil-kontra skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 24(1).

(fa)  il-kundizzjonijiet biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit ta' indipendenza."

"

(9)  Fl-Artikolu 30, l-ewwel paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:"

"L-Artikoli 13, 14, 14a u 14b għandhom japplikaw mutatis mutandis għal kumpaniji tal-investiment li ma jkunux innominaw kumpanija tal-immaniġġjar awtorizzata skont din id-Direttiva."

"

(10)  It-Taqsima 3 tal-Kapitolu V ġiet imħassra.

(11)  Fl-Artikolu 69(3) qed jiġi miżjud ▌is-sottoparagrafu li ġej:"

"Ir-rapport annwali għandu jinkludi wkoll:

(a)   l-ammont totali ta’ remunerazzjoni għas-sena finanzjarja, maqsum f’remunerazzjoni fissa u varjabbli mħallsa mill-kumpanija tal-immaniġġjar u mill-kumpanija ta’ investiment lill-persunal tagħha, u l-għadd ta' benefiċjarji, u fejn rilevanti, l-imgħax riportat imħallas mill-UCITS;

(b)   l-ammont aggregat ta’ remunerazzjoni maqsum skont il-kategoriji tal-impjegati jew kwalunkwe membri tal-persunal kif imsemmi fl-Artikolu 14a(3) tal-grupp finanzjarju, il-kumpanija tal-immaniġġjar u, fejn rilevanti, tal-kumpanija tal-investiment li l-azzjonijiet tagħha jkollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-UCITS.”

"

(11a)  fl-Artikolu 78(3), il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:"

"(a) identifikazzjoni tal-UCITS u l-awtorità kompetenti;";

"

(12)  L-Artikolu 98 huwa emendat kif ġej:

(a)  F’paragrafu 2, il-punt (d) jiġi sostitwit b’dan li ġej:"

"(d) jenħtieġu r-rekords u d-dejta tat-traffiku eżistenti tat-telefown, kif definit fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, punt (b) tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika*, miżmuma mill-UCITS, il-kumpaniji tal-immaniġġjar, il-kumpaniji tal-investiment jew id-depożitarji fejn jeżisti suspett serju li dawn ir-rekords relatati mas-suġġett tal-ispezzjoni jistgħu jkunu rilevanti biex jiġi ppruvat li l-UCITS, il-kumpaniji tal-immaniġġjar, il-kumpaniji tal-investiment jew id-depożitarji kisru l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva; madankollu, dawn ir-rekords ma għandhomx jikkonċernaw il-kontenut tal-komunikazzjonijiet li jirreferu għalihom.

___________________

* ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.”

"

(b)  Jiżdied il-paragrafu▌ li ġej:"

"3. Jekk talba għal rekords u dejta tat-traffiku tat-telefown msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2, teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja skont ir-regoli nazzjonali, għandha ssir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni. Tista’ ukoll issir applikazzjoni għal din l-awtorizzazzjoni bħala miżura ta’ prekawzjoni."

"

(13)  L-Artikolu 99 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

"Artikolu 99

1.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta’ superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti taħt l-Artikolu 98 u mingħajr preċudizzju għad-d-dritt tal-Istati Membri li jipprovdu pieni kriminali u li jimponuhom, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar pieni amministrattivi u miżuri oħrajn meta d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva ma jkunux ġew osservati, u għandhom jiżguraw li dawk il-miżuri jiġu applikati. Is-sanzjonijiet u l-miżuri għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn l-obbligi japplikaw għal UCITS, għal kumpaniji tal-immaniġġjar, għal kumpaniji tal-investiment jew għal depożitarji, f’każ ta’ ksur ikunu jistgħu jiġu applikati sanzjonijiet jew miżuri għall-membri tal-korp maniġerjali, kif ukoll għal kwalunkwe individwu ieħor li skont il-liġi nazzjonali jkun responsabbli għall-ksur.

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat investigattivi kollha li huma neċessarji biex jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom. Waqt li jeżerċitaw is-setgħat tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw li s-sanzjonijiet jew il-miżuri jiksbu r-riżultati mixtieqa u jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom meta jittrattaw każijiet transfruntieri."

"

(14)  L-Artikoli ▌ li ġejjin qed jiġu miżjuda:"

"Artikolu 99a

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolament jew id-dispożizzjonijiet amminstrattivi tagħhom jipprovdu pieni fir-rigward ta’:

(a)  jitwettqu attivitajiet ta’ UCITS mingħajr ma tinkiseb awtorizzazzjoni, bi ksur tal-Artikolu 5;

(b)  jitwettaq negozju ta’ kumpanija tal-immaniġġjar mingħajr ma tinkiseb awtorizzazzjoni minn qabel, bi ksur tal-Artikolu 6;

(c)  jitwettaq negozju ta’ kumpanija tal-investiment mingħajr ma tinkiseb awtorizzazzjoni minn qabel, bi ksur tal-Artikolu 27;

(d)  tinkiseb parteċipazzjoni kwalifikanti f’kumpanija tal-immaniġġjar, direttament jew indirettament, jew tali parteċipazzjoni kwalifikanti f’kumpanija tal-immaniġġjar tiżdied aktar sabiex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jilħaq jew jaqbeż l-20 %, it-30 % jew il-50 % jew sabiex il-kumpanija tal-immaniġġjar issir sussidjarja tagħha (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-akkwist propost), mingħajr ma l-awtoritajiet kompetenti jiġu nnotifikati bil-miktub dwar il-kumpanija tal-immaniġġjar li fiha l-akkwirent ikun beħsiebu jakkwista jew iżid parteċipazzjoni kwalifikanti bi ksur tal-Artikolu 11(1);

(e)  parteċipazzjoni kwalifikanti f’kumpanija tal-immaniġġjar tiġi ttrasferita, direttament jew indirettament, jew titnaqqas sabiex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmun jaqa' taħt l-20 %, it-30 % jew il-50 % jew sabiex il-kumpanija tal-immaniġġjar ma tibqax sussidjarja, mingħajr ma l-awtoritajiet kompetenti jiġu nnotifikati bil-miktub, bi ksur tal-Artikolu 11(1);

(f)  kumpanija tal-immaniġġjar tkun kisbet awtorizzazzjoni permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew kwalunkwe mezz irregolari ieħor bi ksur tal-Artikolu 7(5)(b);

(g)  kumpanija tal-investiment tkun kisbet awtorizzazzjoni permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew kwalunkwe mezz irregolari ieħor bi ksur tal-Artikolu 29(4)(b);

(h)  kumpanija tal-immaniġġjar, malli ssir taf bi kwalunkwe akkwist jew trasferiment ta’ parteċipazzjonijiet fil-kapital tagħhom li jikkawżaw lill-parteċipazzjonijiet biex jaqbżu jew jaqgħu f’livell aktar baxx minn wieħed mil-limiti msemmija fl-Artikolu 11(10) tad-Direttiva 2004/39/KE, tonqos milli tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti dwar dawn l-akkwisti jew it-trasferimenti bi ksur tal-Artikolu 11(1);

(i)  kumpanija tal-immaniġġjar tonqos milli tgħarraf, għall-inqas darba fis-sena, lill-awtorità kompetenti rigward l-ismijiet tal-azzjonisti u tal-membri li għandhom parteċipazzjoni kwalifikanti u rigward id-daqsijiet ta’ dawn il-parteċipazzjonijiet bi ksur tal-Artikolu 11(1);

(j)  kumpanija tal-immaniġġjar tonqos milli tosserva l-proċeduri u l-arranġamenti imposti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 12(1)(a);

(k)  kumpanija maniġerjali tonqos milli tosserva r-rekwiżiti strutturali u organizzazzjonali imposti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 12(1)(b);

(l)  kumpanija tal-investiment tonqos milli tosserva l-proċeduri u l-arranġamenti imposti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 31;

(m)  kumpanija tal-immaniġġjar jew kumpanija tal-investiment ma tikkonformax mar-rekwiżiti relatati mad-delega tal-funzjonijiet tagħha lil partijiet terzi imposti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikoli 13 u 30;

(n)  kumpanija tal-immaniġġjar jew kumpanija tal-investiment ma tikkonformax mar-regoli dwar il-kondotta imposti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikoli 14 u 30;

(o)  depożitarju jonqos milli jwettaq il-kompiti tiegħu skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw il-paragrafi (3) sa (7) tal-Artikolu 22;

(p)  kumpanija tal-investiment u, għal kull tal-fond komuni li timmaniġġja, kumpanija tal-immaniġġjar tonqos ripetutament milli tosserva l-obbligi li jikkonċernaw il-politiki dwar l-investiment ta' UCITS stabbiliti minn dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw il-Kapitolu VII;

(q)  kumpanija tal-immaniġġjar jew kumpanija tal-investiment tonqos milli tadotta proċess tal-immaniġġjar tar-riskju u proċess għal valutazzjoni preċiża u indipendenti tal-valur ta' derivattivi OTC kif stabbilit fid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 51(1);

(r)  kumpanija tal-investiment u, għal kull fond komuni li timmaniġġja, kumpanija tal-immaniġġjar tonqos ripetutament milli tosserva l-obbligi li jikkonċernaw l-informazzjoni li għandha tingħata lill-investituri imposti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikoli 68 sa 82;

(s)  kumpanija tal-immaniġġjar jew kumpanija tal-investiment li tkun qed tikkumerċjalizza unitajiet ta’ UCITS li timmaniġġja fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS tonqos milli tosserva r-rekwiżit ta’ notifika stabbilit fl-Artikolu 93(1).

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każijiet kollha msemmija fil-paragrafu 1, sanzjonijiet u miżuri amministrattivi li jistgħu jiġu applikati jinkludu mill-inqas dan li ġej:

(a)  dikjarazzjoni jew avviż pubbliċi, li jindikaw il-persuna fiżika jew ġuridika u n-natura tal-ksur;

(b)  il-ħruġ ta’ ordni li teħtieġ li l-persuna fiżika jew ġuridika twaqqaf il-kondotta u ma terġax tirrepeti dik il-kondotta;

(c)  f'każ ta’ kumpanija tal-immaniġġjar jew UCITS, l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-kumpanija tal-immaniġġjar jew tal-UCITS;

(d)  tiġi imposta projbizzjoni temporanja jew permanenti kontra kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali tal-kumpanija tal-immaniġġjar jew il-kumpanija tal-investiment jew kontra kwalunkwe persuna fiżika oħra, li tinżamm responsabbli, milli teżerċita funzjonijiet f’dawk il-kumpaniji jew f'kumpaniji oħrajn;

(e)  fil-każ ta’ persuna ġuridika, li jiġu imposti sanzjonijet pekunarji amministrattivi effettivi, xierqa u dissważivi;

(f)  fil-każ ta’ persuna fiżika, li jiġu imposti sanzjonijet amministrattivi pekunjarji effettivi, xierqa u dissważivi;

(g)  li jiġu imposti sanzjonijiet pekunarji amministrattivi sa għaxar darbiet l-ammont tal-profitti miksuba jew tat-telf li jkun ġie evitat minħabba l-ksur fejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati.

Artikolu 99b

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw kwalunkwe sanzjoni jew miżura imposta għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għat-trspożizzjoni ta’ din id-Direttiva mingħajr dewmien żejjed, inkluż informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli għaliha, sakemm il-pubblikazzjoni ta’ din l-informazzjoni ma tqegħidx l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji f’periklu serju. F’każijiet fejn il-pubblikazzjoni tkun se toħloq ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw is-sanzjoni jew il-miżura imposta fuq bażi anonima.

Artikolu 99c

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiġi determinat it-tip ta’ sanzjonijiet jew miżuri amministrattivi u l-livell tas-sanzjonijiet pekunarji amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u jqisu ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, inkluż:

(a)  il-gravità tal-ksur u kemm dam għaddej;

(b)  il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew legali responsabbli;

(c)  is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew legali responsabbli, skont kif indikat mill-fatturat totali tal-persuna legali responsabbli jew mid-dħul annwali tal-persuna fiżika responsabbli;

(d)  l-importanza tal-profitti miksuba jew tat-telf li jkun ġie evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli kif ukoll il-ħsara lil persuni oħrajn u, fejn applikabbli, il-ħsara lill-funzjonament tas-swieq jew tal-ekonomija aktar wiesgħa, safejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati;

(e)  il-livell ta’ kooperazzjoni li l-persuna fiżika jew legali responsabbli turi mal-awtorità kompetenti;

(f)  ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew legali responsabbli.

2.  L-AETS għandha toħroġ linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar tipi ta’ miżuri u sanzjonijiet amministrattivi u l-livell ta' sanzjonijiet pekunarji amministrattivi.

Artikolu 99d

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi biex jinkoraġġixxu r-rappurtar ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva lill-awtoritajiet kompetenti u li l-awtoritajiet kompetenti jipprovdu kanal ta' komunikazzjoni sikur jew aktar minn wieħed sabiex persuni jinnotifikaw dwar ksur bħal dan. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-identità tal-persuni li jagħmlu dawn in-notifiki permezz ta' dawn il-kanali tkun magħrufa biss lill-awtorità kompetenti nazzjonali.

2.  Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas:

(a)  proċeduri speċifiċi biex jintlaqgħu rapporti dwar ksur u għas-segwitu tagħhom;

(b)  protezzjoni xierqa għall-impjegati ta’ kumpaniji tal-investiment u kumpaniji tal-immaniġġjar li jirrapurtaw ksur li jseħħ fil-kumpanija;

(c)  protezzjoni tad-dejta personali li tirrigwarda kemm il-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll il-persuna fiżika li allegatament hija responsabbli għal ksur, b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data*.

2a.  L-AETS għandha tipprovdi kanal ta' komunikazzjoni sikur jew aktar minn wieħed għan-notifikazzjoni tal-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-identità tal-persuni li jagħmlu din in-notifika permezz ta' dawn il-kanali tkun magħrufa biss lill-AETS.

2b.  In-notifika bona fide lill-AETS jew lill-awtorità kompetenti ta' ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva skont il-paragrafu 2a m'għandha tikkostitwixxi l-ksur tal-ebda restrizzjoni dwar żvelar ta' informazzjoni imposta b'kuntratt jew permezz ta' kwalunkwe liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva, u m'għandhiex tinvolvi lill-persuna li tkun għamlet dik in-notifika fl-ebda tip ta' responsabilità relatata ma' din in-notifika.

3.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet ikollhom fis-seħħ proċeduri xierqa biex l-impjegati tagħhom ikunu jistgħu jirrappurtaw ksur internament permezz ta’ mezz speċifiku.

Artikolu 99e

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu kull sena lill-AETS informazzjoni aggregata dwar il-miżuri jew is-sanzjonijiet amministrattivi kollha imposti skont l-Artikolu 99. L-AETS għandha tippubblika din l-informazzjoni f’rapport annwali.

2.  Meta l-awtorità kompetenti tkun ippubblikat miżura jew sanzjoni, għandha wkoll tirrapporta l-miżuri jew is-sanzjonijiet lill-AETS. Fejn miżura jew sanzjoni ppubblikata tkun relatata ma’ kumpanija tal-immaniġġjar, l-AETS għandha żżid referenza għall-miżura jew is-sanzjoni ppubblikata fil-lista tal-kumpaniji tal-immaniġġjar ippubblikata skont l-Artikolu 6(1).

3.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw il-proċeduri u l-formoli għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni kif imsemmi f'dan l-Artikolu.

L-AETS għandha tippreżenta dawk l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-....

Il-Kummissjoni tiġi kkonferita s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.";

_________________________

* ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.";

"

(15)  Jiżdied l-Artikolu li ġej:"

"Artikolu 104a

1.  L-Istati Membri għandhom japplikaw id-Direttiva 95/46/KE għall-ipproċessar tad-dejta personali li jitwettaq fl-Istat Membru skont din id-Direttiva.

2.  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data* għandu japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali mwettaq mill-AETS skont din id-Direttiva.

_________________________

* ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1."

"

(16)  Fl-Artikolu 112, il-paragrafu 2 jinbidelb’dan li ġej:"

"2. Is-setgħa li tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni suġġetta għall-kundizzjonijiet mogħtija f'dan l-Artikolu.

Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 12, 14, 43, 51, 60, 61, 62, 64, 75, 78, 81, 90, 95 u 111 għal perjodu ta’ erba' snin mill-4 ta’ Jannar 2011.

Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 50a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ erba' snin mill-21 ta’ Lulju 2011.

Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 22 u 24 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ erba' snin minn [...]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar is-setgħat delegati sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ erba' snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b’mod awtomatiku għal perjodi ta’ żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jirrevokahomx skont l-Artikolu 112a."

"

(17)  Fl-Artikolu 112a, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:"

"1. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 12, 14, 22, 24, 43, 50a, 51, 60, 61, 62, 64, 75, 78, 81, 90, 95 u 111 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill."

"

(18)  L-Anness I qed jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva

Artikolu 2

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-[...], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-disposizzjonijiet.

Huma għandhom japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1 mill-[...].

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Meta d-dokumenti li jakkumpanjaw in-notifika tat-traspożizzjoni tal-miżuri mill-Istati Membri ma jkunux biżżejjed għal valutazzjoni sħiħa ta' dawk il-miżuri ma' ċerti dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista', fuq talba mill-AETS bil-ħsieb li twettaq dmirijietha taħt ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010, jew fuq inizjattiva tagħha stess, tesiġi li l-Istati Membri jipprovdu aktar informazzjoni dettaljata dwar it-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva u l-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

Fl-Anness I, il-punt 2 tal-Iskeda A qed jiġi mibdul b'dan li ġej;

"2. Informazzjoni dwar id-depożitarju:

2.1.  L-identità tad-depożitarju tal-UCITS u deskrizzjoni tad-dmirijiet tiegħu;

2.2.  Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe funzjoni ta’ salvagwardja delegata mid-depożitarju, u kwalunkwe kunflitt ta' interess li jista’ jinħoloq minn din id-delega

Informazzjoni dwar l-entitajiet kollha involuti fl-għoti ta’ kustodja tal-assi tal-fond, flimkien mal-kunflitt ta’ interess li jista’ jinħoloq, hija disponibbli fuq talba mingħand id-depożitarju."

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0125/2013).
(2)* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu.
(3) ĠU C 96, 4.4.2013, p. 18.
(4)ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.
(5) ĠU L 120, 15.5.2009, p. 22.
(6) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
(7) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.
(8) ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1.
(9) ĠU L 241, 2.9.2006, p. 26.
(10) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1.
(11) ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45.
(12) ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22.
(13)ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.


L-għażla taż-żmien tal-irkant tal-kwoti tal-gassijiet serra ***I
PDF 274kWORD 20k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-3 ta’ Lulju 2013 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fejn tiċċara d-dispożizzjonijiet dwar l-għażla taż-żmien tal-irkant tal-kwoti tal-gassijiet serra (COM(2012)0416 – C7-0203/2012 – 2012/0202(COD))(1)
P7_TA(2013)0310A7-0046/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 21
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – l-aħħar sentenza
Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tadatta l-iskeda għal kull perjodu biex tiżgura funzjonament xieraq tas-suq.
Meta valutazzjoni tas-setturi industrijali individwali turi li ma jkunux mistennija impatti sinifikanti fuq setturi jew subsetturi esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju, il-Kummissjoni tista’, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, tadatta l-iskeda għall-perjodu imsemmi fl-Artikolu 13(1) li jibda fl-1 ta’ Jannar 2013 biex tiżgura funzjonament xieraq tas-suq. Il-Kummissjoni għandha tagħmel adattament wieħed biss bħal dan, għal għadd massimu ta’ 900 miljun kwota.

(1)1 Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0046/2013).


Theddid serju transkonfinali għas-saħħa ***I
PDF 288kWORD 21k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar theddid serju transkonfinali għas-saħħa (COM(2011)0866 – C7-0488/2011 – 2011/0421(COD))
P7_TA(2013)0311A7-0337/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0866),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 168(4)(c) u 168(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0488/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012(1),

–  wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-28 ta' Mejju 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0337/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tinstab hawnhekk;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta’ Lulju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Deċizjoni Nru .../2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar theddid serju transkonfinali għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE

P7_TC1-COD(2011)0421


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE.)

(1) ĠU C 181, 21.6.2012, p. 160.


L-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni msahha fil-qasam tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji *
PDF 523kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li timplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (COM(2013)0071 – C7-0049/2013 – 2013/0045(CNS))
P7_TA(2013)0312A7-0230/2013

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2013)0071),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0049/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0230/2013),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni turi f'valutazzjoni tal-impatt komprensiva u f'analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji li kull kooperazzjoni msaħħa se tirrispetta l-kompetenzi, id-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri mhux parteċipanti.

3.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sostanzjali;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
(1)  Fl-2011, il-Kummissjoni innutat id-dibattitu li kien għaddej fil-livelli kollha dwar it-tassazzjoni addizzjonali tas-settur finanzjarju. Id-dibattitu joriġina mix-xewqa li jiġi żgurat li s-settur finanzjarju jikkontribwixxi b’mod ġust u sostanzjali għall-ispejjeż tal-kriżi u li jiġi ntaxxat b’mod ekwu fil-konfront ta’ setturi oħrajn fil-ġejjieni, biex jiġu disinċentivati attivitajiet riskjużi wisq minn istituzzjonijiet finanzjarji, biex jiġu kkumplimentati miżuri regolatorji maħsuba biex jiġu evitati kriżijiet futuri u biex jiġi ġġenerat dħul addizzjonali għall-baġits ġenerali jew għal finijiet speċifiċi ta’ politika.
(1)  Fl-2011, il-Kummissjoni ħadet nota tadibattitu li kien għaddej fil-livelli kollha dwar it-tassazzjoni addizzjonali tas-settur finanzjarju. Id-dibattitu joriġina mix-xewqa li jiġi żgurat li s-settur finanzjarju jikkontribwixxi b’mod ġust u sostanzjali għall-ispejjeż tal-kriżi u li jiġi ntaxxat b’mod ekwu fil-konfront ta’ setturi oħrajn fil-ġejjieni, biex jiġu disinċentivati attivitajiet riskjużi wisq minn istituzzjonijiet finanzjarji, biex jiġu kkumplimentati miżuri regolatorji maħsuba biex jiġu evitati kriżijiet futuri u jitnaqqsu l-ispekulazzjonijiet u biex jiġi ġġenerat dħul addizzjonali għall-baġits ġenerali, inter alia bħala kontribuzzjoni għall-konsolidazzjoni fiskali, jew għal politiki speċifiċi intiżi sabiex ikun hemm is-sostenibbiltà u l-istimolu tat-tkabbir, l-edukazzjoni u l-impjieg b’fokus partikolari fuq l-impjieg taż-żgħażagħ. L-introduzzjoni ta' taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (TTF) għalhekk turi distribuzzjoni pożittiva u kapaċità ta' orjentazzjoni billi tissupplimenta b'mod xieraq l-inizjattivi eżistenti ta' riforma regolatorja.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 1a (ġdida)
(1a)  Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-8 ta' Frar 2013 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2014-2020, parti mid-dħul tat-TTF għandu jkun allokat lill-baġit tal-Unjoni bħala riżorsi proprji awtentiċi. L-użu tad-dħul mit-TTF bħala riżorsi proprji tal-Unjoni huwa possibbli taħt il-proċedura ta’ kooperazzjoni msaħħa biss jekk il-kontribuzzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti għall-baġit tal-Unjoni jitnaqqsu bl-istess ammont u dan jevita kontribuzzjoni spoporzjonata mill-Istati Membri parteċipanti meta mqabbla mal-Istati mhux parteċipanti. Meta t-TTF tiġi implimentata fil-livell tal-Unjoni, l-ammont kollu tar-riżorsi proprji li ġejjin mit-TTF jew parti minnu għandu jiżdied mal-kontribuzzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri sabiex jinġarbu riżorsi finanzjarji ġodda għall-investiment Ewropew mingħajr tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti għall-baġit tal-Unjoni.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 1b (ġdida)
(1b)  Qabel l-introduzzjoni ta' TTF, il-Kummissjoni għandha turi li l-kooperazzjoni msaħħa mhux se tfixkel is-suq intern jew il-koeżjoni ekonomika, soċjali jew territorjali. Hija għandha turi wkoll li la ma tikkostitwixxi xkiel għal jew diskriminazzjoni fil-kummerċ bejn l-Istati Membri u lanqas ma tfixkel il-kompetizzjoni bejniethom. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta analiżi robusta ġdida u valutazzjoni tal-impatt, tal-konsegwenzi tal-proposta għal TTF komuni kemm fuq il-pajjiżi parteċipanti u dawk mhux parteċipanti kif ukoll fuq is-Suq Uniku b'mod ġenerali.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 2 a (ġdida)
(2a)  It-TTF se tikseb verament l-objettivi tagħha jekk tiġi introdotta fuq livell globali. Il-kooperazzjoni msaħħa ta' 11-il Stat Membru għalhekk tikkostitwixxi l-ewwel pass lejn TTF fuq il-livell tal-Unjoni u fl-aħħar fuq livell globali. L-Unjoni se tinkoraġġixxi kontinwament l-introduzzjoni globali tat-TTF u se tħeġġeġ li t-TTF titpoġġa fuq l-aġenda tas-samits tal-G-20 u l-G-8.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 3
(3)  Sabiex jiġu evitati distorsjonijiet permezz ta’ miżuri meħudin unilateralment mill-Istati Membri parteċipanti, filwaqt li jingħata kas tal-mobilità estremament għolja ta’ ħafna mit-tranżazzjonijiet finanzjarji rilevanti, u biex b’hekk jiġi mtejjeb il-funzjonament xieraq tas-suq intern, huwa importanti li l-karatteristiċi bażiċi ta’ TTF fl-Istati Membri parteċipanti jiġu armonizzati fil-livell tal-Unjoni. Inċentivi għal arbitraġġ tat-taxxa bejn l-Istati Membri parteċipanti u distorsjonijiet tal-allokazzjoni bejn is-swieq finanzjarji f’dawk l-Istati, kif ukoll il-possibbiltajiet għal tassazzjoni doppja jew non-tassazzjoni għandhom b’hekk jiġu evitati.
(3)   Bosta mill-11-il Stat Membru parteċipanti diġà stabbilixxew jew jinsabu fil-proċess li jistabbilixxu xi forma tat-TTF. Sabiex jiġu evitati distorsjonijiet permezz ta’ miżuri meħudin unilateralment mill-Istati Membri parteċipanti, filwaqt li jingħata kas tal-mobilità estremament għolja ta’ ħafna mit-tranżazzjonijiet finanzjarji rilevanti, u biex b’hekk jiġi mtejjeb il-funzjonament xieraq tas-suq intern, huwa importanti li l-karatteristiċi bażiċi ta’ TTF fl-Istati Membri parteċipanti jiġu armonizzati fil-livell tal-Unjoni. Inċentivi għal arbitraġġ tat-taxxa bejn l-Istati Membri parteċipanti u distorsjonijiet tal-allokazzjoni bejn is-swieq finanzjarji f’dawk l-Istati, kif ukoll il-possibbiltajiet għal tassazzjoni doppja jew non-tassazzjoni għandhom b’hekk jiġu evitati.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 3a (ġdida)
(3a)  Fid-dawl tal-progress sostanzjali li sar fir-rigward tar-regolament Ewropew dwar is-suq finanzjarju, bħar-regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investimenti u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/20122, id-Direttiva 2013/36/UE u din id-Direttiva, l-Istati Membri parteċipanti li introduċew imposti bankarji fid-dawl tal-kriżi finanzjarja riċenti għandhom jirrieżaminaw in-neċessità ta' dawn it-taxxi u l-kompatibilità tagħhom mar-regoli u l-għanijiet tal-liġi tal-Unjoni u s-suq intern.
2ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 3b (ġdida)
(3b)  Kwalunkwe armonizzazzjoni tat-TTFs fost l-Istati Membri parteċipanti ma għandhiex tirriżulta f'tassazzjoni extraterritorjali li tikser il-bażi tat-taxxa potenzjali għall-Istati Membri mhux parteċipanti.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 4
(4)  It-titjib tal-operat tas-suq intern, b’mod partikolari l-evitar ta’ distorsjonijiet bejn l-Istati Membri parteċipanti jeħtieġ li TTF tapplika għal firxa wiesgħa ta’ istituzzjonijiet u tranżazzjonijiet finanzjarji, għall-kummerċ f’firxa wiesgħa ta’ strumenti finanzjarji, inklużi prodotti strutturati, kemm fi swieq organizzati u “barra l-Borża”, kif ukoll għall-konklużjoni tal-kuntratti tad-derivati kollha u l-modifiki materjali tal-operazzjonijiet kkonċernati.
(4)  It-titjib tal-operat tas-suq intern, b’mod partikolari l-evitar ta’ distorsjonijiet bejn l-Istati Membri parteċipanti, it-tnaqqis tal-possibbiltà ta’ frodi fiskali, l-evażjoni ta’ taxxa u l-ippjannar fiskali aggressiv, rilokazzjoni tar-riskji u l-arbitraġġ regolatorju, jeħtieġ li TTF tapplika għal firxa wiesgħa ta’ istituzzjonijiet u tranżazzjonijiet finanzjarji, għall-kummerċ f’firxa wiesgħa ta’ strumenti finanzjarji, inklużi prodotti strutturati, kemm fi swieq organizzati u “barra l-Borża”, kif ukoll għall-konklużjoni tal-kuntratti tad-derivati kollha, inklużi l-kuntratti għad-differenza, it-tranżazzjonijiet spot tal-valuta fis-suq tal-kambju, u tranżazzjonijiet spekulattivi bil-quddiem, u l-modifiki materjali tal-operazzjonijiet ikkonċernati.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 8
(8)  Bl-eċċezzjoni tal-konklużjoni jew l-modifika materjali ta’ kuntratti tad-derivati, il-kummerċ fis-swieq primarji u t-tranżazzjonijiet relevanti għaċ-ċittadini u n-negozji bħall-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni, self b’ipoteka, krediti tal-konsumatur jew ħlas ta’ servizzi għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-TTF, sabiex il-kumpaniji u l-gvernijiet ikunu jistgħu jiksbu kapital mingħajr problemi u biex jiġi evitat l-impatt fuq l-entitajiet domestiċi.
(8)  Bl-eċċezzjoni tal-konklużjoni jew il-modifika materjali ta’ kuntratti tad-derivati, il-kummerċ fis-swieq primarji u t-tranżazzjonijiet relevanti għaċ-ċittadini u n-negozji bħall-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni, self b’ipoteka, krediti tal-konsumatur jew ħlas ta’ servizzi għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-TTF, sabiex il-kumpaniji u l-gvernijiet ikunu jistgħu jiksbu kapital mingħajr problemi u biex jiġi evitat l-impatt negattiv fuq l-entitajiet domestiċi u l-ekonomija reali.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 13a (ġdida)
(13a)  Sabiex isaħħu l-pożizzjoni tas-swieq regolati u b'mod partikolari n-negozju fil-borża, li huwa strettament regolat, ikkontrollat u trasparenti, għall-kuntrarju tan-negozju OTC li mhuwiex regolat, ikkontrollat inqas u inqas trasparenti, l-Istati Membri għandhom japplikaw rati ogħla tat-taxxa għat-tranżazzjonijiet OTC. Dan se jippermetti bidla fin-negozjar minn swieq bi ftit jew xejn regolamenti għal swieq regolati. Ir-rati ogħla m'għandhomx japplikaw għal tranżazzjonijiet finanzjarji tad-derivati OTC fejn inaqqsu r-riskji b'mod oġġettiv u għalhekk iservu l-ekonomija reali.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 15a (ġdida)
(15a)  Impriżi mhux finanzjarji jeżegwixxu tranżazzjonijiet sostanzjali fis-swieq finanzjarji sabiex inaqqsu r-riskji direttament assoċjati man-negozju kummerċjali tagħhom. It-TTF m'għandhiex tapplika għal dawk l-istituzzjonijiet meta dawn jeżegwixxu tali tranżazzjonijiet. Madankollu, meta impriżi mhux finanzjarji jwettqu tranżazzjonijiet spekulattivi li mhumiex assoċjati mat-tnaqqis ta’ riskju fl-attività kummerċjali tagħhom, huma għandhom jitqiesu bħala istituzzjonijiet finanzjarji u t-TTF għandha tapplika għalihom.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 15b (ġdida)
(15b)  Sabiex l-evitar tat-taxxa tinbidel f'operazzjoni riskjuża bi spejjeż għoljin u bi profitt baxx u biex ikun żgurat infurzar aħjar, il-prinċipju ta' residenza u ta' ħruġ għandu jiġi kkumplimentat bil-“prinċipju ta’ trasferiment tat-titolu legali”.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 15c (ġdida)
(15c)  Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tniedi negozjati ma' pajjiżi terzi sabiex tiffaċilita l-ġbir tat-TTF. Il-Kummissjoni għandha wkoll tirrevedi d-definizzjoni tagħha ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx u għandha taġġorna l-pjan ta' azzjoni tagħha kontra l-frodi fiskali, l-evażjoni tat-taxxa, l-ippjanar fiskali aggressiv, skont il-bżonn.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 16
(16)  Ir-rati minimi tat-taxxa għandhom jiġu stabbiliti f'livell għoli biżżejjed biex jintlaħħaq l-għan ta’ armonizzazzjoni ta’ TTF komuni. Fl-istess ħin, dawn għandhom ikunu baxxi biżżejjed sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ delokalizzazzjoni.
imħassar
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 19
(19)  Sabiex jipprevjenu l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa l-Istati Membri parteċipanti għandhom ikunu obbligati li jadottaw miżuri xierqa.
(19)  Sabiex jipprevjenu l-frodi fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjannar fiskali aggressiv bħal pereżempju s-sostituzzjoni, l-Istati Membri parteċipanti għandhom ikunu obbligati li jadottaw miżuri xierqa.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 19a (ġdida)
(19a)  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi grupp ta' ħidma ta' esperti (Kumitat tat-TTF) magħmul minn rappreżentanti mill-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ESMA) biex jivvalutaw l-implimentazzjoni effikaċi ta' din id-Direttiva u jipprevjenu l-frodi fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar fiskali aggressiv u jippreservaw l-integrità tas-suq intern. Il-Kumitat tat-TTF għandu jissorvelja t-tranżazzjonijiet finanzjarji sabiex jidentifika arranġamenti abbużivi kif definiti fl-Artikolu 14, jipproponi kontromiżuri b'mod xieraq u jikkoordina l-implimentazzjoni ta' dawk il-kontromiżuri fil-livell nazzjonali jekk ikun neċessarju. Huwa għandu jagħmel użu sħiħ tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tat-tassazzjoni u tar-regolamentazzjoni tas-servizzi finanzjarji u tal-istrumenti għal kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta' taxxa, inklużi l-OECD u l-Kunsill tal-Ewropa. Fejn xieraq, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri parteċipanti għandhom ikunu jistgħu jifformaw sottogrupp sabiex jindirizza kwistjonijiet li jirrigwardaw l-implimentazzjoni tat-TTF u li ma jaffettwawx l-Istati Membri mhux parteċipanti.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 19b (ġdida)
(19b)  L-Istati Membri għandhom l-obbligu li jikkooperaw fuq livell amministrattiv fil-qasam tat-tassazzjoni skont id-Direttiva 2011/16/UE u li jipprovdu li xulxin assistenza reċiproka għall-irkupru ta' talbiet relatati mat-taxxi, dazji u miżuri oħrajn fis-sens tad-Direttiva 2010/24/UE.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 21
(21)  Sabiex tippermetti l-adozzjoni ta’ regoli aktar dettaljati f’ċerti oqsma tekniċi, fir-rigward tar-reġistrazzjoni, il-kontabilità, l-obbligi ta’ rappurtar u obbligi oħra maħsuba biex jiżguraw li TTF dovuta lill-awtoritajiet tat-taxxa hija effettivament mħallsa lill-awtoritajiet tat-taxxa, u l-adattament tagħhom fil-ħin kif xieraq, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward li jispeċifikaw il-miżuri meħtieġa għal dan l-għan. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, waqt li tkun qiegħda tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni fil-ħin u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Kunsill.
(21)  Sabiex tippermetti l-adozzjoni ta’ regoli aktar dettaljati f’ċerti oqsma tekniċi, fir-rigward tar-reġistrazzjoni, il-kontabilità, l-obbligi ta’ rappurtar u obbligi oħra maħsuba biex jiżguraw li TTF dovuta lill-awtoritajiet tat-taxxa hija effettivament mħallsa lill-awtoritajiet tat-taxxa, u l-adattament tagħhom fil-ħin kif xieraq, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni għal dak li jikkonċerna l-ispeċifikazzjoni tal-miżuri meħtieġa għal dan l-għan. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni , waqt li tkun qiegħda tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa ta’ dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 –punt c
(c) il-konklużjoni ta’ kuntratti tad-derivati qabel it-totalizzar jew is-saldu;
(c) il-konklużjoni ta’ kuntratti tad-derivati, inklużi kuntratt għad-differenza u tranżazzjonijiet spekulattivi bil-quddiem, qabel it-totalizzar jew is-saldu;
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca) tranżazzjonijiet spot tal-valuta fis-suq tal-kambju;
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt e
(e) ftehim ta’ riakkwist u ftehim ta’ riakkwist invers, ftehim ta’ self ta’ titoli u self;
(e) ftehim ta’ riakkwist u ftehim ta’ riakkwist invers, ftehim ta’ self ta’ titoli u self inklużi ordnijiet ikkanċellati li jkunu saru meta jkun twettaq negozjar bi frekwenza għolja;
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
(3a) “emittent sovran” tfissser emittent sovran kif definit fil-punt (d) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012;
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 b (ġdid)
(3b) “dejn sovran” tfissser dejn sovran kif definit fil-punt (f) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012;
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)
(7a) “suq tat-tkabbir tal-SMEs” tfisser sistema multilaterali ta’ negozjar li hija reġistrata bħala suq tat-tkabbir tal-SMEs skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva Nru .../...[il-MiFID il-ġdida];
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12a (ġdid)
(12a) “negozjar bi frekwenza għolja” tfisser negozjar algoritmiku ta' strumenti finanzjarji b'veloċitajiet fejn il-latenza fiżika tal-mekkaniżmu għat-trażmissjoni, it-tħassir jew il-modifika tal-ordnijiet issir il-fattur determinanti fiż-żmien li jittieħed biex tiġi kkomunikata l-istruzzjoni lil ċentru ta' negozjar jew biex tiġi eżegwita tranżazzjoni;
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12b (ġdid)
(12b) “strateġija ta' negozjar bi frekwenza għolja” tfisser strateġija kummerċjali biex wieħed jinnegozja f'ismu stess fi strument finanzjarju li tinvolvi negozjar bi frekwenza għolja u li jkollha tal-anqas tnejn minn dawn il-karatteristiċi:
(i) tuża faċilitajiet ta' kolokazzjoni, aċċess tas-suq dirett jew “proximity hosting”;
(ii) hi relatata ma' fatturat ta' portafoll ta' kuljum talanqas ta' 50%;
(iii) il-proporzjon tal-ordnijiet imħassra (inklużi l-kanċellazzjonijiet parżjali) jaqbeż l-20%;
(iv) il-maġġoranza tal-pożizzjonijiet li jittieħdu jingħalqu fl-istess ġurnata;
(v) aktar minn 50 % tal-ordnijiet jew tranżazzjonijiet magħmula f'postijiet tan-negozjar li joffru skontijiet jew ribassi u l-ordnijiet li jipprovdu likwidità huma eliġibbli għal ribassi ta' dan it-tip;
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 2
2.  Kull wieħed mill-operati msemmi fil-punti (a), (b), (c) u (e) tal-paragrafu 1(2) għandhom jitqiesu bħala li jwasslu għal tranżazzjoni finanzjarja unika. Kull skambju kif imsemmi fil-punt (d) tiegħu għandu jitqies li jagħti lok għal żewġ tranżazzjonijiet finanzjarji. Kull modifika materjali ta’ operat kif imsemmi fil-punti minn (a) sa (e) tal-paragrafu 1(2) għandha titqies bħala operat ġdid tal-istess tip bħall-operat oriġinali. Modifika titqies li tagħmel differenza b’mod partikolari fejn jinvolvi sostituzzjoni ta’ mill-inqas parti waħda, f’każ li l-għan jew il-kamp ta’ applikazzjoni tal-operat, inkluż il-kamp ta’ applikazzjoni temporali tiegħu, jew il-kunsiderazzjoni miftiehma jinbidel, jew meta l-operat oriġinali jkun attira taxxa ogħla kieku ġie konkluż kif modifikat.
2.  Kull wieħed mill-operati msemmi fil-punti (a), (b), (c) u (e) tal-paragrafu 1(2) għandhom jitqiesu bħala li jwasslu għal tranżazzjoni finanzjarja unika. Kull skambju kif imsemmi fil-punt (d) tiegħu għandu jitqies li jagħti lok għal żewġ tranżazzjonijiet finanzjarji. Kull modifika materjali ta’ operat kif imsemmi fil-punti minn (a) sa (e) tal-paragrafu 1(2) għandha titqies bħala operat ġdid tal-istess tip bħall-operat oriġinali. Modifika titqies li tagħmel differenza b’mod partikolari fejn jinvolvi sostituzzjoni ta’ mill-inqas parti waħda, f’każ li l-għan jew il-kamp ta’ applikazzjoni tal-operat, inkluż il-kamp ta’ applikazzjoni temporali tiegħu, jew il-kunsiderazzjoni miftiehma jinbidel, jew meta l-operat oriġinali jkun attira taxxa ogħla kieku ġie konkluż kif modifikat. Kwalunkwe tiġdid ta' transazzjonijiet mwettaq bl-iskop ta’ klerjar jew ta’ saldu permezz ta' CCP jew permezz ta' kamra ta' ikklerjar jew permezz ta' sistema ta' operatur ta' saldu tal-kreditu jew sistemi interoperabbli kif definit mid-Direttiva 98/26/KE, ma għandux jikkostitwixxi modifika materjali skont dan il-paragrafu.
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt d
(d) fejn il-valur medju annwali ta’ tranżazzjonjiet finanzjarji f’sentejn kalendarji konsekuttivi ma jeċċedux ħamsin fil-mija tal-medja totali tal-fatturat annwali nett, kif definit fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 78/660/KEE, l-impriża, l-istituzzjoni, il-korp jew il-persuna kkonċernata għandha tkun intitolata, wara talba, li titqies bħala li mhix jew ma baqgħetx istituzzjoni finanzjarja.
(d) fejn il-valur medju annwali ta’ tranżazzjonjiet finanzjarji f’sentejn kalendarji konsekuttivi ma jeċċedux 20% tal-medja totali tal-fatturat annwali nett, kif definit fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 78/660/KEE, l-impriża, l-istituzzjoni, il-korp jew il-persuna kkonċernata għandha tkun intitolata, wara talba, li titqies bħala li mhix jew ma baqgħetx istituzzjoni finanzjarja.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)
(da) fil-kalkolu tal-valur annwali medju tat-tranżazzjonijiet finanzjarji msemmija f'dak il-punt, m'għandu jittieħed l-ebda kont tat-tranżazzjonijiet finanzjarji li jikkonċernaw kuntratti derivattivi mhux OTC li jissodisfaw wieħed mill-kriterji msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 tad-19 ta’ Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-arranġamenti tal-ikklerjar indiretti, l-obbligu tal-ikklerjar, ir-reġistru pubbliku, l-aċċess għal ċentru tan-negozjar, kontropartijiet nonfinanzjarji, tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskji għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP1 .
1 ĠU L 52, 23.2.2013, p. 11.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 - paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Fil-każ tal-implimentazzjoni tat-TTF fi Stati Membri li mhumiex il-11-il Stat Membru parteċipanti, din tiġi estiża għal dawk l-Istati Membri l-oħra fuq il-bażi ta’ reċiproċità.
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a
(a)  Kontropartijiet Ċentrali (CCPs) meta jeżerċitaw il-funzjoni ta’ CCP;
(a)  Kontropartijiet Ċentrali (CCPs) meta jeżerċitaw il-funzjoni ta’ CCP, jew kmamar ta' kklerjar oħrajn, aġenti għall-ħlas jew sistemi kif definit fid-Direttiva 98/26/KE fl-eżerċitar tal-funzjoni tagħhom ta' kklerjar, inkluż kwalunkwe tiġdid jew saldu possibbli;
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca) swieq tat-tkabbir tal-SMEs;
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt - cb (ġdid)
(cb)  Persuna li hija preżenti b'mod kontinwu fis-swieq finanzjarji sabiex tinnegozja fil-kont tagħha stess billi tixtri u tbiegħ strumenti finanzjarji bl-impenn tal-kapital tagħha (ġeneratur tas-suq), meta tkun qed taqdi funzjoni essenzjali fir-rigward ta’ bonds jew ishma mhux likwidi fir-rwol tagħha ta’ provditur ta’ likwidità kif previst fil-ftehim bejn il-ġeneratur tas-suq u l-post organizzat fejn titwettaq it-tranżazzjoni finanzjarja, meta din it-tranżazzjoni mhijiex parti minn strateġija ta' negozjar bi frekwenza għolja.
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 - paragrafu 2 - subparagrafu 1a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha tadotta, skont l-Artikolu 16, atti delegati li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li taħthom strument finanzjarju jitqies li mhuwiex likwidu għall–finijiet ta’ din id-Direttiva.

Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 4 – punt ga (ġdid)
(ga) it-trasferiment tad-dritt ta' proprjetà ta' strument finanzjarju u kull operazzjoni ekwivalenti li timplika t-trasferiment tar-riskju assoċjat mal-istrument finanzjarju bejn entitajiet ta' grupp jew bejn entitajiet ta' netwerk ta' banek deċentralizzati, fejn dawn it-tranżazzjonijiet jitwettqu sabiex jiġi sodisfat rekwiżit legali jew prudenzjali ta’ likwidità li jkun stabbilit minn dritt nazzjonali jew tal-Unjoni.
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
(ea) hi entità ta' istituzzjoni stabbilita fi Stat Membru parteċipanti skont il-punt (c);
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt g
(g) hija parti, li taġixxi jew għal kont tagħha stess jew għal kont ta’ persuna oħra, jew taġixxi f’isem parti għat-tranżazzjoni, għal tranżazzjoni finanzjarja fi prodott strutturat jew wieħed mill-istrumenti finanzjarji msemmija fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE maħruġa fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, bl-eċċezzjoni tal-istrumenti msemmija fil-punti minn (4) sa (10) ta’ dik it-Taqsima li ma jiġux innegozjati f’pjattaforma organizzata.
(g) hija parti, li taġixxi jew għal kont tagħha stess jew għal kont ta’ persuna oħra, jew taġixxi f’isem parti għat-tranżazzjoni, għal tranżazzjoni finanzjarja fi prodott strutturat jew wieħed mill-istrumenti finanzjarji msemmija fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE maħruġa fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 - paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, istituzzjoni finanzjarja għandha titqies li hija stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru parteċipanti meta tiġi sodisfatta xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin :
(a) hi titolu u derivat relatata ma' dan it-titolu u l-uffiċċju reġistrat ta' min ikun ħareġ it-titolu jkun jinsab f'dak l-Istat Membru;
(b) hi derivat apparti minn dak imsemmi fil-punt (a) u hi ammessa għan-negozjar fi pjattaforma organizzata, u d-dritt pubbliku li jirregola l-kummerċjalizzazzjoni mwettqa skont is-sistemi tal-pjattaforma jkun id-dritt ta' dak l-Istat Membru;
(c) hi strument finanzjarju apparti minn dak imsemmi fil-punti (a) jew (b), ikklerjat minn CCP jew minn stabbiliment bankarju ieħor jew minn aġenti għall-ħlas jew sistemi kif definit mid-Direttiva 98/26/KE, meta d-dritt li jirregola s-CCP jew is-sistema kkonċernata jkun id-dritt ta' dak l-Istat Membru;
(d) hi strument finanzjarju apparti minn dak imsemmi fil-punti (a), (b) jew (c) u d-dritt applikabbli relatat mal-ftehim skont liema tkun twettqet it-transazzjoni fl-istrument finanzjarju rilevanti huwa d-dritt ta’ dak l-Istat Membru;
(e) hi strument strutturat u minn tal-inqas 50% tal-valur tal-assi li jappoġġaw l-istrument strutturat qed jirreferu għall-istrumenti finanzjarji maħruġa minn persuna ġuridika li hi reġistrata fi Stat Membru parteċipanti.
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 a (ġdid)
Artikolu 4a

It-trasferiment ta' titolu legali

1.  Tranżazzjoni finanzjarja li fir-rigward tagħha l-ebda FTT ma tkun ġiet imposta għandha titqies legalment mhux infurzabbli u ma għandhiex tirriżulta fi trasferiment ta' titolu legali tal-istrument sottostanti.
2.  Tranżazzjoni finanzjarja li fuqha ma ġiet imposta l-ebda TTF ma għandhiex titqies li tissodisfa r-rekwiżiti għal ikklerjar ċentrali skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet1 jew ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment.
3.  Fil-każ ta' skemi ta' pagament awtomatiċi u elettroniċi bil-parteċipazzjoni, jew mingħajrha, tal-aġenti għall-ħlas tal-pagamenti, l-awtoritajiet fiskali ta' Stat Membru jistgħu jistabbilixxu sistema ta' ġbir elettroniku u awtomatiku tal-FTT u ta’ ċertifikati tat-trasferiment ta' titoli legali.
1.ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Dawk ir-rati ma għandhomx ikunu aktar baxxi minn:

Dawk ir-rati għandhom ikunu:

(a) 0.1% fir-rigward tat-tranżazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 6;
(a) 0.1% fir-rigward tat-tranżazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 6 ħlief għal dawk imsemmija fil-punt(5) tal-Artikolu 2(1). bi skadenza ta’ massimu tliet xhur;
(b) 0.01% fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 7.
(b) 0.01% fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 7.
(ba) 0.01% fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji msemmija fil-punt(5) tal-Artikolu 2(1) bi skadenza ta’ massimu tliet xhur.
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Minkejja l-paragrafu 3, l-Istati Membri parteċipanti għandhom japplikaw rata ogħla minn dik speċifikata fil-paragrafu 2 għat-tranżazzjonijiet finanzjarji OTC imsemmija fl-Artikoli 6 u 7. Tranżazzjonijiet finanzjarji tad-derivati OTC li għalihom l-effett ta' tnaqqis tar-riskji jista’ jiġi oġġettivament mkejjel kif definit mill-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 m'għandhomx ikunu soġġetti għal dik ir-rata ogħla.
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni tista’, skont l-Artikolu 16 tadotta atti ddelegati li jispeċifikaw il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri parteċipanti skont il-paragrafu 1.
2.  Il-Kummissjoni għandha, skont l-Artikolu 16 tadotta atti ddelegati li jispeċifikaw il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri parteċipanti skont il-paragrafu 1.
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 5 - subparagrafu 2
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jipprovdu metodi uniformi tal-ġbir tat-TTF dovuta. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jipprovdu metodi uniformi tal-ġbir tat-TTF dovuta u jipprevedu miżuri ta’ prevenzjoni tal-frodi fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar fiskali aggressiv. L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri addizzjonali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).

Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 - paragrafu 6a (ġdid)
6a.  Il-piż amministrattiv impost fuq l-awtoritajiet fiskali bl-introduzzjoni tal-FTT għandu jinżamm fil-livelli minimi. Għal dan l-iskop, il-Kummissjoni Ewropea tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet fiskali nazzjonali.
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 6b (ġdid)
6b.  L-Istati Membri għandhom, fuq bażi annwali, jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-Eurostat il-volumi tat-tranżazzjonijiet li fuqhom inġabar d-dħul mit-tip ta' istituzzjoni. Huma għandhom irendu din l-informazzjoni pubblika.
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 12
L-Istati Membri parteċipanti għandhom jadottaw miżuri biex jipprevjenu l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa.

L-Istati Membri parteċipanti għandhom jadottaw miżuri biex jipprevjenu l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjannar fiskali aggressiv.

Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 15a (ġdid)
1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi grupp ta' ħidma ta' esperti (Kumitat tat-TTF) magħmul minn rappreżentanti mill-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni, il-BĊE u l-ESMA biex jassistu lill-Istati Membri parteċipanti fl-implimentazzjoni effikaċi ta' din id-Direttiva u jipprevjenu l-frodi fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjannar fiskali aggressiv u biex jippreservaw l-integrità tas-suq intern.
2.  Il-Kumitat tat-TTF għandu jevalwa l-implimentazzjoni effikaċi ta' din id-Direttiva, jevalwa l-effetti fuq is-suq intern u jidentifika skemi ta' evitar, inklużi arranġamenti abbużivi kif definiti mill-Artikolu 14, sabiex jiġu proposti kontromiżuri, fejn xieraq, bl-użu sħiħ tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tat-tassazzjoni u tar-regolamentazzjoni tas-servizzi finanzjarji u tal-istrumenti għal kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta' taxxa, stabbiliti minn organizzazzjonijiet internazzjonali.
3.  Sabiex jevalwaw kwistjonijiet li jirrigwardaw l-implimentazzjoni effikaċi tat-TTF, l-Istati Membri parteċipanti jistgħu jifformaw sottokumitat tal-Kumitat tat-TTF magħmul mir-rappreżentanti tal-Istati Membri parteċipanti. Is-sottokumitat għandu jittratta biss kwistjonijiet li jirrigwardaw l-implimentazzjoni tat-TTF u li ma jaffettwawx l-Istati Membri mhux parteċipanti.
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 2
2.  Id-delega tas-setgħat msemmija fl-Artikolu 11(2) għandha tiġi kkonferita għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data msemmija fl-Artikolu 19.
2.  Id-delega tas-setgħat msemmija fl-Artikolu 11(2) għandha tiġi kkonferita għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data msemmija fl-Artikolu 21.
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 3
3.  Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 11(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tibda tapplika mill-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iżjed tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li diġà jkunu fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 11(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tibda tapplika mill-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iżjed tard speċifikata fih. Hija m’għandha taffetwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 4
4.  Hekk kif il-Kummissjoni tadotta att iddelegat, din għandha tinnotifika lill-Kunsill b’dan.
4.  Hekk kif il-Kummissjoni tadotta att iddelegat, din għandha tinnotifika fl-istess żmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’dan.
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 5
5.  Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 11(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx ġiet espressa oġġezzjoni mill-Kunsill fperjodu ta xahrejn min-notifika dwar dak l-att lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Kunsill ikun informa lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjona. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bxahrejn fuq inizjattiva tal-Kunsill.
5.  Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 11(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn (2) fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 1
1.  Kull ħames snin u għall-ewwel darba sal-31 ta Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, u, fejn xieraq, proposta.
1.  Kull tliet snin u għall-ewwel darba sal-31 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, u, fejn xieraq, proposta.
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 2
F’dak ir-rapport il-Kummissjoni għandha, mill-inqas, teżamina l-impatt tat-TTF fuq il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, tas-swieq finanzjarji u tal-ekonomija reali u għandha tikkunsidra l-progress dwar it-tassazzjoni tas-settur finanzjarju fil-kuntest internazzjonali.

F’dak ir-rapport il-Kummissjoni għandha, mill-inqas, teżamina l-impatt tat-TTF fuq il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, tas-swieq finanzjarji u tal-ekonomija reali u għandha tikkunsidra l-progress dwar it-tassazzjoni tas-settur finanzjarju fil-kuntest internazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta' din l-eżaminazzjoni, għandhom isiru aġġustamenti neċessarji.

Emenda 54
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 - paragrafu 2 a (ġdid)
Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-impatt ta’ ċerti dispożizzjonijiet, bħall-kamp ta’ applikazzjoni adegwat tat-TTF u r-rata ta’ tassazzjoni applikabbli għall-fondi ta’ pensjoni, filwaqt li tieħu kont xieraq tal-profili ta’ riskju u l-mudelli ekonomiċi;

Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)
Għall-istrumenti msemmija fil-punt 3a tal-Artikolu 2(1), ir-rata prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 9(2) għandha tkun 0.05% sal-1 ta' Jannar 2017.

Għall-istituzzjonijiet imsemmija fil-punt (8)(f) tal-punt (8) tal-Artikolu 2(1), ir-rata prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 9(2) għandha tkun 0.05%u r-rata prevista fil-punt (b) tal-Artikolu 9(2) għandha tkun 0.005% sal-1 ta' Jannar 2017.


L-adozzjoni tal-euro mil-Latvja fl-1 ta' Jannar 2014 *
PDF 231kWORD 23k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni tal-euro fil-Latvja fl-1 ta' Jannar 2014 (COM(2013)0345 – C7-0183/2013 – 2013/0190(NLE))
P7_TA(2013)0313A7-0237/2013

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2013)0345),

–  wara li kkunsidra r-Rapport ta' Konverġenza għall-2013 tal-Kummissjoni (COM(2013)0341) u r-Rapport ta' Konverġenza tal-Bank Ċentrali Ewropew ta' Ġunju 2013 dwar il-Latvja,

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja r-Rapport ta' Konverġenza tal-Kummissjoni għall-2013 dwar il-Latvja (SWD(2013)0196),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta’ Ġunju 2006 dwar it-tkabbir taz-zona tal-ewro(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar it-titjib tal-metodu ta' konsultazzjoni tal-Parlament fil-proċeduri għat-tkabbir taż-żona tal-euro(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0183/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 83 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0237/2013),

A.  billi l-Artikolu 140 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jassuġġetta l-ilħuq ta' grad għoli ta' konverġenza sostenibbli fuq ir-rispett minn kull Stat Membru ta’ dawn il-kriterji li ġejjin: il-ksib ta' livell għoli ta' stabbiltà fil-prezzijiet; is-sostenibbiltà tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-Gvern; l-osservanza tal-marġni ta' fluttwazzjoni normali previsti mill-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju; u d-durabbiltà tal-konverġenza miksuba mill-Istat Membru u l-parteċipazzjoni tiegħu fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju tas-Sistema Monetarja Ewropea kif jidher fil-livelli tar-rati ta' mgħax f'perjodi fit-tul (il-kriterji ta' Maastricht);

B.  billi l-Latvja kkonformat mal-kriterji ta' Maastricht fis-sens tal-Artikolu 140 tat-TFUE u l-Protokoll Nru 13 dwar il-kriterji ta' konverġenza anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-TFUE,

C.  billi r-Rapporteur żar il-Latvja biex jivvaluta kemm il-pajjiż hu lest biex jidħol fiż-żona tal-euro;

D.  billi l-popolazzjoni Latvjana wettqet sforzi straordinarji sabiex tirkeb il-kriżi finanzjarja u marret lura għat-triq tal-kompetittività u t-tkabbir;

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Huwa favur l-adozzjoni tal-euro fil-Latvja fl-1 ta' Jannar 2014;

3.  Jirrimarka li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni u tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) saret fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja dinjija li affettwat il-prospetti għal konverġenza nominali ta' ħafna Stati Membri oħra u b’mod partikolari pprovokat xift ċikliku lejn l-isfel tar-rati ta’ inflazzjoni;

4.  Jirrimarka, b’mod partikolari, li l-kriżi finanzjarja dinjija laqtet lil-Latvja sew għal dak li jikkonċerna l-faqar, il-qgħad u l-iżviluppi demografiċi; iħeġġeġ lil-Latvja u lis-sħab tagħha fl-Unjoni biex jimplimentaw standards makroprudenzjali stretti intiżi sabiex jiġu evitati l-flussi ta’ kapital u t-tendenzi fil-qasam ta’ tkabbir ta’ kreditu mhux sostenibbli, bħal dawk ta’ qabel ma tfaċċat il-kriżi;

5.  Jirrimarka li l-Latvja tissodisfa l-kriterji permezz ta' sforzi determinati, kredibbli u sostenibbli tal-gvern Latvjan u tal-poplu Latvjan; josserva li s-sostenibbiltà ġenerali tas-sitwazzjoni makroekonomika u finanzjarja se tiddependi fuq l-implimentazzjoni ta’ riformi ekwilibrati u ambizzjużi intiżi sabiex id-dixxiplina tintrabat mas-solidarjetà u l-investimenti sostenibbli fit-tul mhux biss fil-Latvja iżda wkoll fl-unjoni ekonomika u monitarja fit-totalità tagħha;

6.  Jirrimarka li fir-Rapport ta' Konverġenza tiegħu għall-2013, il-BĊE esprima xi tħassib fir-rigward tas-sostenibbiltà fit-tul tal-konverġenza ekonomika tal-Latvja; jenfasizza b’mod partikolari d-dikjarazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin li jinstabu fih:

   il-parteċipazzjoni f’unjoni monitarja tinvolvi r-rinunċja ta’ strumenti monitarji u tar-rata ta’ kambju u timplika importanza akbar tal-flessibbiltà u l-kapaċità ta’ resistenza interni; l-awtoritajiet għandhom, għalhekk, jikkunsidraw possibbilitajiet differenti sabiex isaħħu aktar l-istrumenti kontraċikliki l-oħra disponibbli għalihom, flimkien ma' dak li sar mill-2009;
   - Il-Latvja għandha tkompli segwi t-triq ta’ konsolidazzjoni fiskali globali b’mod konformi mar-rekwiżiti mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, u timplimenta u tikkonforma ma’ qafas fiskali li jippermetti li jiġi evitat ritorn għall-politiċi proċikliċi fil-futur;
   kemm il-bżonn għal ambjent istituzzjonali aktar b'saħħtu u l-fatt li l-ekonomija li ma tidhirx, għalkemm qed tonqos, hija stmata li għadha relattivament kbira mhux biss qed jirriżultaw f’telf ta’ dħul pubbliku iżda wkoll f’distorsjoni tal-kompetizzjoni, qed jagħmlu ħsara lill-kompetittività tal-Latvja u qed inaqqsu l-kapaċità tal-pajjiż li jiġbed lejh investiment dirett barrani, u b’hekk qed jiġu ostakolati l-investiment fit-tul u l-produttività; iqis li jeħtieġ li dan it-tħassib jittieħed bis-serjetà b’mod partikolari jekk it-tendenzi attwali għal dak li jikkonċerna l-inflazzjoni u l-flussi finanzjarji jiġu jinqalbu; iqis madankollu li dan it-tħassib ma jbiddilx il-valutazzjoni ġenerali pożittiva tal-adozzjoni tal-euro mil-Latvja;

7.  Jistieden lill-Gvern Latvjan ikompli jsegwi l-politika fiskali prudenti tiegħu, flimkien mal-politiki globali tiegħu orjentati lejn l-istabbiltà, biex jilqa' għall-eventwalità ta' żbilanċji makroekonomiċi u riskji għall-istabbiltà tal-prezzijiet fil-ġejjieni, kif ukoll biex jitranġaw l-iżbilanċi identifikati mill-Kummissjoni fil-qafas tar-rapport fuq l-mekkaniżmu ta’ twissija; jirrimarka li l-istabbiltà fil-prezzijiet fil-Latvja tiddependi fuq id-dinamiċi ta’ prezzijiet ta’ prodotti bażiċi minħabba n-nuqqas ta’ effiċjenza fl-enerġija u l-livelli għolja ta’ importazzzjonijiet tal-enerġija mill-sors wieħed fil-kompożizzjoni tal-basket tal-konsumatur tiegħu; jistieden lill-Gvern Latvjan iwettaq titjib f'dan ir-rigward u jsaħħaħ l-isforzi ġenerali sabiex jilħaq il-miri nazzjonali kollha tal-UE2020;

8.  Jinsab imħasseb dwar l-appoġġ attwali taċ-ċittadini Latvjani baxx għall-adozzjoni tal-euro; jistieden lill-gvern u lill-awtoritajiet Latvjani jikkomunikaw b'mod aktar attiv maċ-ċittadini Latvjan sabiex jiżguraw aktar appoġġ pubbliku għall-adozzjoni tal-euro; jistieden lill-Gvern Latvjan ikompli l-kampanja ta' informazzjoni u komunikazzjoni tiegħu bil-għan li jintlaħqu ċ-ċittadini Latvjani kollha;

9.  Jistieden lill-gvern Latvjan jindirizza n-nuqqasijiet strutturali fis-suq tax-xogħol permezz ta' riformi strutturali u edukattivi xierqa; jistieden, b’mod partikolari, lill-gvern Latvjan jindirizza l-livell ta’ faqar u l-firda dejjem tikber tal-inugwaljanza fl-introjtu;

10.  Jirrikonoxxi l-istabbiltà tas-settur bankarju Latvjan matul dawn l-aħħar tliet snin; jirrimarka, madankollu, li l-mudell ta’ negozju tas-settur bankarju tqiegħed inkwistjoni sew matul l-ewwel stadju tal-kriżi finanzjarja dinjija; jenfasizza li f’dak iż-żmien, kollass tas-sistema finanzjarja Latvjana ġie evitat biss permezz ta’ salvataġġ mill-UE u l-FMI; jilqa' r-riformi adottati riċentement intiżi sabiex isaħħu r-regolamentazzjoni tal-banek Latvjani li jeżerċitaw attivitajiet relatati mad-depożiti ta' persuni mhux residenti (NRD); jistieden lill-awtoritajiet Latvjani jiżguraw it-twettiq ta’ superviżjoni stretta ta' dawn il-banek u l-implimentazzjoni ta' miżuri addizzjonali adegwati għal dak li jikkonċerna l-ġestjoni tar-riskji; jistieden ukoll lill-awtoritajiet Latvjani jibqgħu kawti fir-rigward tan-nuqqas ta’ simetrija possibbli ta’ strutturi ta’ skadenzi bejn l-attiv u l-passiv li jista' jitqies ta' perikolu għall-istabbilità finanzjarja;

11.  Jistieden lill-awtoritajiet Latvjani jkomplu għaddejjin fid-direzzjoni attwali ta' tħejjijiet prattiċi biex jiżguraw proċess ta' bidla mingħajr xkiel; jistieden lill-gvern Latvjan jistabbilixxi mekkaniżmi ta’ kontroll xierqa sabiex jiżgura li l-introduzzjoni tal-euro ma tintużax biex il-prezzijiet jiżdiedu bil-moħbi;

12.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

13.  Jiddeplora it-terminu qasir ħafna li fih il-Parlament ġie mitlub jipprovdi l-opinjoni tiegħu fis-sens tal-Artikolu 140 TFUE; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li qed jippjanaw jadottaw l-euro biex jipprovdu terminu xieraq sabiex il-Parlament ikun jista’ jagħti l-opinjoni tiegħu abbażi ta’ dibattitu aktar fil-fond u wiesa';

14.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din il-pożizzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Eurogroup u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 249.
(2) ĠU C 146 E, 12.6.2008, p. 251.


Is-sikurezza fit-toroq
PDF 299kWORD 27k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar is-sikurezza fit-toroq 2011-2020 – L-ewwel stadji lejn strateġija dwar korrimenti(2013/2670(RSP))
P7_TA(2013)0314B7-0318/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu dwar is-sikurezza fit-toroq 2011-2020 tas-27 ta' Settembru 2011(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar il-“Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti”(2),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjni tal-Kummissjoni “Lejn Żona Ewropea ta' sikurezza tat-triq: orjentazzjonijiet ta' politika dwar is-sikurezza tat-triq 2011-2020” (COM(2010)0389),

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni “On the Implementation of objective 6 of the European Commission’s policy orientations on road safety 2011-2020 – First milestone towards an injury strategy’ (Dwar l-implimentazzjoni tal-objettiv 6 tal-orjentazzjonijiet ta’ politika tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Sikurezza tat-triq 2011-2020 – L-ewwel stadju lejn strateġija dwar korrimenti) (SWD(2013)0094),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni bl-isem “L-implimentazzjoni tal-orjentazzjonijiet ta’ politika għas-sikurezza tat-triq 2011-2020”(3) ,

–  wara li kkunsidra l-“World report on road traffic injury prevention” (Rapport dinji dwar il-prevenzjoni tal-korrimenti tat-traffiku“ ippubblikat b’mod konġunt fl-2004 mill-Bank Dinji u l-WHO,

–  wara li kkunsidra ir- riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta´Lulju 2012 dwar l-eCall: servizz ġdid “112” għaċ-ċittadini(4),

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar “is-Sikurezza fit-toroq 2011-2020 – L-ewwel stadji lejn strateġija dwar korrimenti”(O-000061/2013 – B7-0211/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fl-2011 aktar minn 30 000 ruħ inqatlu u aktar minn 1 500 000 ruħ ġew irrappurtati li korrew (aktar minn 250 000 minnhom b’korrimenti gravi) f’inċidenti tat-traffiku ġewwa l-Unjoni Ewropea;

B.  billi għal kull inċident fatali, jseħħu erba’ oħra li jwasslu għal diżabilitajiet permanenti, 40 li jikkawżaw korrimenti ħfief u 10 li jikkawżaw korrimenti gravi;

C.  billi aktar minn nofs il-korrimenti ħfief jokkorru f’żoni urbani, u jaffettwaw b’mod speċjali lil persuni li jkunu mexjin, rekbin il-muturi, ċiklisti (inklużi dawk rekbin fuq roti b’mutur elettriku) u utenti vulnerabbli oħra tat-toroq;

D.  billi l-kawżi maġġuri li jħallu vittmi tal-inċidenti tat-triq u korrimenti gravi huma l-falliment tat-tagħmir, id-disinn tat-toroq,il-manutenzjoni ħażina tat-toroq u l-aġir tas-sewwieqa, inkluż is-sewqan b’veloċitajiet għoljin; billi l-veloċità hija relatata direttament mal-gravità tal-korrimenti, u billi xi Stati Membri qed jikkunsidraw jekk għandhomx jgħollu l-veloċità massima fl-awtostradi tagħhom;

E.  billi l-involviment fl-inċidenti tat-triq huwa wieħed mill-kawżi ewlenin tad-dħul fl-isptarijiet għal ċittadini tal-UE taħt l-età ta’ 45 sena, u billi bosta korrimenti gravi jwasslu għal tbatija tul il-ħajja kollha jew inkella għal diżabilitajiet permanenti;

F.  billi l-ħin li s-servizzi tal-emerġenza jieħdu biex jintervjenu (il-prinċipju tas-“siegħa tad-deheb”), inkluż biex jagħtu l-ewwel għajnuna li ssalva l-ħajjiet, kif ukoll il-kwalità tal-kura, it-tnejn għandhom rwol importanti fis-soppravvivenza fl-inċidenti;

G.  billi l-kost soċjoekonomiku tal-inċidenti tat-triq huwa stmat li jilħaq 2 % tal-PDG, jew inkella madwar EUR 250 biljun għall-2012(5);

H.  billi l-azzjonijiet Ewropej f’dan ir-rigward qed juru riżultati pożittivi;

1.  Jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tagħti prijorità għolja lill-korriment gravi f’ħidma dwar is-sikurezza tat-toroq;

2.  Jilqa’ l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ definizzjoni komuni tal-UE ta’ korrimenti gravi, abbażi tal-klassifika tat-trawma li tgawdi aċċettazzjoni internazzjonali u li hija magħrufa bl-isem “Maximum Abbreviated Injury Scale”;

3.  Jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw bil-ħeffa d-definizzjoni komuni tal-UE ta’ korrimenti gravi tat-traffiku u, fuq dik il-bażi, jiġbru u jirrappurtaw statistika skont il-mezz ta’ trasport, inklużi l-utenti vulnerabbli tat-triq, kif ukoll skont it-tip ta’ infrastruttura tat-triq għall-2014;

4.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, fuq il-bażi tad-data miġbura, tiffissa mira ambizzjuża li l-korrimenti tat-triq tnaqqashom b’40 % tul il-perjodu 2014-2020, u żżomm bħala għan fit-tul l-idea globali ta’ “Viżjoni Żero”;

5.  Jemmen li l-iżvilupp ta’ mekkaniżmu komuni għall-ġbir u r-rappurtar tad-data m’għandux jipprevjeni t-teħid ta’ azzjonijiet urġenti fil-livell tal-UE biex inaqqsu l-għadd ta’ persuni li jisfaw korruti serjament fit-toroq;

6.  Jilqa’ l-prijoritajiet definiti mill-Kummissjoni għall-iżvilupp tal-istrateġija globali tagħha, jiġifieri li tindirizza t-temi tal-impatt tal-ħabtiet, l-istrateġija għall-ġestjoni tal-inċidenti tat-traffiku, is-servizzi tal-ewwel għajnuna u tal-emerġenza u l-proċessi tar-riabilitazzjoni fit-tul, u jitlob l-implimentazzjoni rapida ta’ dawn il-prijoritajiet;

It-tnaqqis bla dewmien tal-korrimenti gravi fit-toroq Ewropej

7.  Jenfasizza li firxa sħiħa ta' atti legali u miżuri eżistenti jridu jiġu implimentati aħjar u bla dewmien biex inaqqsu l-impatt tal-ħabtiet, iqawwu s-sikurezza għall-utenti tat-toroq u jnaqqsu l-korrimenti gravi;

8.  Jitlob li l-Kummissjoni tirrevedi l-leġiżlazzjoni tagħha dwar is-sikurezza attiva u passiva tal-vetturi biex tadattaha għall-aktar progress tekniku reċenti, u ssostni l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji ta’ infurzar abbord il-karozzi;

9.  Jitlob lill-Kummissjoni biex issostni l-iżvilupp ta’ infrastruttura sikura u intelliġenti tat-toroq;

10.  Jitlob li l-Kummissjoni tagħti informazzjoni dettaljata dwar kif l-Istati Membri qed jittrasponu d-Direttiva 2011/82/UE li tiffaċilita l-iskambju transkonfinarju ta' informazzjoni fir-rigward ta' reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq;

11.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jissuktaw bl-isforzi tagħhom fil-ġlieda kontra s-sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol jew tad-drogi u biex jiskambjaw l-aqwa prattiki għall-valutazzjoni u r-riabilitazzjoni ta’ min iwettaq reati tat-traffiku;

Protezzjoni ta' utenti vulnerabbli tat-triq

12.  Jinnota li l-persuni li jkunu mexjin u ċ-ċiklisti flimkien jirrappreżentaw 50 % tal-imwiet tat-traffiku kollha fiż-żoni urbani, kif ukoll parti kbira mill-korrimenti gravi;

13.  Jappoġġja l-monitoraġġ u l-iżvilupp ulterjuri ta’ standards tekniċi u politiki għall-protezzjoni tal-aktar utenti vulnerabbli tat-toroq – il-persuni mdaħħlin fiż-żmien, it-tfal iż-żgħar, il-persuni b'diżabbiltà u ċ-ċiklisti, bħala parti minn sforz kollettiv biex jiġu promossi d-'drittijiet ta' utenti vulnerabbli tat-triq fil-leġiżlazzjoni tal-UE' u fil-politika dwar it-trasport;

14.  Jitlob li l-Kummissjoni tagħti stampa globali taż-żoni urbani b’limitu ta’ veloċità ta’ 30 km fis-siegħa u tal-effetti ta’ dak il-limitu fit-tnaqqis tal-imwiet u tal-korrimenti gravi;

15.  Jistieden lill-Istati Membri jenfasizzaw l-importanza ta’ kampanji tal-informazzjoni u ta' taħriġ relatati ma’ ċikliżmu u mixi sikur, kif ukoll ta’ politiki maħsuba biex jippromwovu ċ-ċikliżmu u l-mixi, minħabba li hemm korrelazzjoni qawwija bejn is-sikurezza taċ-ċiklisti u tal-persuni li jkunu mexjin fiż-żoni urbani u l-prevalenza taċ-ċikliżmu u l-mixi bħala modi ta' trasport, fejn xieraq flimkien mal-mobbiltà pubblika u kollettiva;

16.  Jitlob li l-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida dwar is-sikurezza fit-toroq urbani li jistgħu jiġu inklużi fi Pjanijiet tal-Mobbiltà Urbana Sostenibbli (SUMPs), u li tikkunsidra li l-kofinanzjament mill-UE għal proġetti tat-trasport urban torbtu ma’ SUMPs li jinkludu miri ta’ tnaqqis tal-imwiet u l-korrimenti gravi fit-toroq;

It-titjib tal-ewwel għajnuna u tas-servizzi tal-emerġenza

17.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex isostnu n-Numru ta’ Emerġenza Ewropew 112 u jottemperaw ruħhom mar-rekwiżiti li ċ-ċentri li jirċievu t-telefonati marbutin mas-sikurezza pubblika (Public Safety Answering Points, PSAPs) jagħmluhom operattivi sal-2015 u jimplimentaw mill-aktar fis possibbli kampanja ta’ tkattir tal-kuxjenza għall-introduzzjoni tagħhom;

18.  Jilqa’ l-proposta tal-Kummmissjoni li, sal-2015, tiżgura t-tħaddim obbligatorju fl-Istati Membri kollha ta’ sistema eCall ibbażata fuq in-numru 112 fil-karozzi kollha ġodda li jirċievu approvazzjoni tat-tip, fil-ħarsien sħiħ tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data;

19.  Jitlob li l-Kummissjoni, permezz tal-qies tal-aqwa prattiki fl-Istati Membri, tikkunsidra l-introduzzjoni ta’ “sewqan akkumpanjat” għal minorenni ta’ età akbar;

20.  Jistieden lill-Istati Membri biex sistematikament jippromwovu t-taħriġ fl-ewwel għajnuna bħala mod kif iqawwu r-reattività ta’ dawk li jinzertaw fil-madwar meta jseħħ inċident tat-traffiku ħalli jgħinu lill-vittmi qabel ma jaslu s-servizzi tal-emerġenza;

21.  Jistieden lill-Istati Membri biex jinkoraġġixxu l-kollaborazzjoni bejn is-servizzi tal-emerġenza u d-disinjaturi tal-vetturi ħalli jiżguraw interventi effikaċi u sikurezza sew għall-ħaddiema tas-salvataġġ kif ukoll għall-korruti;

22.  Jistieden lill-Istati Membri biex jinkoraġġixxu l-implimentazzjoni ta’ sistemi tas-saħħa elettronika, u speċjalment l-użu ta’ sistemi tal-Komunikazzjoni Intelliġenti tat-Trasport min-naħa tat-tims tal-emerġenza, inkluż f’vetturi tal-emerġenza;

Kura wara l-inċidenti tat-traffiku u r-riabilitazzzjoni fit-tul

23.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex fil-politiki tas-saħħa tagħhom jenfasizzaw l-importanza tal-kura wara l-inċidenti tat-traffiku, u biex itejbu l-kura fl-isptarijiet fuq żmien aktar fit-tul, il-kura u r-riabilitazzjoni ta’ wara l-kura fi sptar, inklużi t-trattament tat-trawma u psikoloġiku għal min ikun għadda minn inċident tat-traffiku jew ikun xehdu billi, pereżempju, jipprovdu punti ta’ assistenza biex lil dawn il-persuni jgħinuhom itejbu l-kwalita tal-ħajja tagħhom;

24.  Jistieden lill-Istati Membri biex itejbu l-kuxjenza dwar l-impatt ta’ korrimenti serji billi jiżviluppaw rabtiet aktar stretti ma’ miżuri oħra li jkollhom impatt soċjali, bħalma huma l-livelli ta’ ħsara mġarrba, ta’ diżabbiltà u ta’ inkapaċità funzjonali, u biex jiżviluppaw programmi edukattivi dwar is-sikurezza tat-toroq;

o
o   o

25.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 56 E, 26.2.2013, p. 54.
(2) ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 72.
(3)3 ĠU C 166 E, 7.6.2011, p. 30.
(4)4 P7_TA(2012)0274.
(5) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni “On the Implementation of objective 6 of the European Commission’s policy orientations on road safety 2011-2020 – First milestone towards an injury strategy’ (Dwar l-implimentazzjoni tal-objettiv 6 tal-orjentazzjonijiet ta’ politika tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Sikurezza tat-triq 2011-2020 – L-ewwel stadju lejn strateġija dwar korrimenti),


Is-sitwazzjoni tad-Drittijiet Fundamentali: standards u prattiki fl-Ungerija (skont ir-riżoluzzjoni tal-PE tas-16 ta' Frar 2012)
PDF 685kWORD 77k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali: standards u prattiki fl-Ungerija (skont ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012) (2012/2130(INI))
P7_TA(2013)0315A7-0229/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), li jistabbilixxi l-valuri li fuqhom hija mwaqqfa l-Unjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 4, 6 u 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), l-Artikoli 49, 56, 114, 167 u 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2012 dwar l-iżviluppi politiċi reċenti fl-Ungerija(1), li tat istruzzjonijiet lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill tal-Ewropa u l-Kummissjoni ta' Venezja, biex isegwu jekk u kemm ir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti f'dik ir-riżoluzzjoni ġew implimentati u biex jippreżenta l-konstatazzjonijiet tiegħu f'rapport,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-10 ta' Marzu 2011 dwar il-liġi tal-media fl-Ungerija(2) u tal-5 ta' Lulju 2011 dwar il-Kostituzzjoni Ungeriża Riveduta(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2010 dwar il-qagħda tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2009) – implimentazzjoni effikaċi wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2011 - 2011)(5),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea bl-isem “Ir-rispett u l-promozzjoni tal-valuri li fuqhom hi bbażata l-Unjoni” [traduzzjoni mhux uffiċjali] (COM(2003)0606),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mressqa fid-dibattitu fil-plenarja li sar fil-Parlament Ewropew fit-18 ta' Jannar 2012 dwar l-iżviluppi politiċi reċenti fl-Ungerija,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Prim Ministru Ungeriż, Viktor Orbán, li għamel intervent quddiem il-Parlament Ewropew fit-18 ta' Jannar 2012 fid-dibattitu fil-plenarja dwar l-iżviluppi politiċi reċenti fl-Ungerija,

–  wara li kkunsidra s-seduta ta' smigħ li saret fid-9 ta' Frar 2012 mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport ta' delegazzjoni ta' Membri tal-Parlament Ewropew dwar iż-żjara tagħhom f'Budapest mill-24 sas-26 ta' Settembru 2012,

–  wara li kkunsidra d-dokumenti ta' ħidma dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali: standards u prattiki fl-Ungerija (skont ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012) li jinkludu d-dokumenti ta' ħidma nru 1 – Indipendenza tal-ġudikatura, nru 2 – Prinċipji fundamentali u drittijiet fundamentali, nru 3 – Leġiżlazzjoni dwar il-mezzi tal-komunikazzjoni, nru 4 – Prinċipji tad-demokrazija u l-Istat tad-dritt u nru 5 – Rimarki tal-għeluq mir-Rapporteur, li ġew diskussi fil-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern fl-10 ta' Lulju 2012, l-20 ta' Settembru 2012, it-22 ta' Jannar 2013, is-7 ta' Marzu 2013 u t-8 ta' April 2013 rispettivament, kif ukoll il-kummenti tal-Gvern Ungeriż dwar dawn,

–  wara li kkunsidra l-Liġi Fundamentali tal-Ungerija, adottata fit-18 ta' April 2011 mill-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika Ungeriża, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2012 (minn hawn 'il quddiem il-“Liġi Fundamentali”), u d-Dispożizzjonijiet Tranżitorji tal-Liġi Fundamentali tal-Ungerija, adottati fit-30 ta' Diċembru 2011 mill-Assemblea Nazzjonali, li daħlu fis-seħħ ukoll fl-1 ta' Jannar 2012 (minn hawn 'il quddiem id-“Dispożizzjonijiet Tranżitorji”),

–  wara li kkunsidra l-Ewwel Emenda tal-Liġi Fundamentali, imressqa mill-Ministru tal-Ekonomija Nazzjonali fis-17 ta' April 2012 u adottata mill-Parlament Ungeriż fl-4 ta' Ġunju 2012, li tistabbilixxi li d-Dispożizzjonijiet Tranżitorji huma parti mil-Liġi Fundamentali,

–  wara li kkunsidra t-Tieni Emenda tal-Liġi Fundamentali, imressqa fit-18 ta' Settembru 2012 fil-forma ta' abbozz fuq inizjattiva personali u adottata mill-Parlament Ungeriż fid-29 ta' Ottubru 2012, li tintroduċi r-rekwiżit tar-reġistrazzjoni tal-eletturi fid-Dispożizzjonijiet Tranżitorji,

–  wara li kkunsidra t-Tielet Emenda tal-Liġi Fundamentali, imressqa fis-7 ta' Diċembru 2012, adottata mill-Parlament Ungeriż fil-21 ta' Diċembru 2012 u li tistabbilixxi li l-limiti u l-kundizzjonijiet tal-akkwist tal-proprjetà u tal-użu ta' art agrikola u ta' foresti kif ukoll ir-regoli dwar l-organizzazzjoni tal-produzzjoni agrikola integrata għandhom ikunu regolati mil-liġijiet ta' livell superjuri (l-hekk imsejħa “liġijiet kardinali”)

–  wara li kkunsidra r-Raba' Emenda tal-Liġi Fundamentali, imressqa fit-8 ta' Frar 2013 fil-forma ta' abbozz fuq inizjattiva personali u adottata mill-Parlament Ungeriż fil-11 ta' Marzu 2013, li, fost dispożizzjonijiet oħra, tintegra fit-test tal-Liġi Fundamentali d-Dispożizzjonijiet Tranżitorji (minbarra ċerti eċċezzjonijiet inklużi d-dispożizzjoni li teħtieġ ir-reġistrazzjoni tal-eletturi) annullati mill-Qorti Kostituzzjonali tal-Ungerija fit-28 ta' Diċembru 2012 minħabba raġunijiet proċedurali (Deċiżjoni Nru 45/2012), u d-dispożizzjonijiet li jifdal ta' natura tranżitorja reali f'dan id-dokument,

–  wara li kkunsidra l-Att CXI tal-2012 dwar l-Emenda tal-Att CLXI tal-2011 dwar l-organizzazzjoni u l-amministrazzjoni tal-qrati u l-Att CLXII dwar l-istatus ġuridiku u r-rimunerazzjoni tal-imħallfin tal-Ungerija,

–  wara li kkunsidra l-Att XX tal-2013 dwar l-emendi leġiżlattivi relatati mal-limiti massimi ta' età applikabbli f'ċerti relazzjonijiet ġuridiċi f'ambitu ġudizzjarju,

–  wara li kkunsidra l-Att CCVI tal-2011 dwar id-dritt għal-libertà tal-kuxjenza u r-reliġjon u l-istatus ġuridiku tal-knejjes, tad-denominazzjonijiet u tal-komunitajiet reliġjużi tal-Ungerija (l-Att dwar il-Knejjes), li ġie adottat fit-30 ta' Diċembru 2011 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2012,

–  wara li kkunsidra l-Opinjonijiet nri CDL(2011)016, CDL(2011)001, CDL-AD(2012)001, CDL-AD(2012)009, CDL-AD(2012)020 u CDL-AD(2012)004 tal-Kummissjoni Ewropea għad-Demokrazija permezz tad-Dritt (Kummissjoni ta' Venezja) dwar il-Kostituzzjoni l-ġdida tal-Ungerija, dwar it-tliet kwistjonijiet ġuridiċi li jirriżultaw mill-proċess tal-abbozzar tal-Kostituzzjoni l-ġdida tal-Ungerija, dwar l-Att CLXII tal-2011 dwar l-istatus ġuridiku u r-rimunerazzjoni tal-imħallfin tal-Ungerija u l-Att CLXI tal-2011 dwar l-organizzazzjoni u l-amministrazzjoni tal-qrati tal-Ungerija, dwar l-Att CLI tal-2011 tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Ungerija, dwar l-atti hekk imsejħa “kardinali” dwar il-ġudikatura li ġew emendati wara l-adozzjoni tal-opinjoni CDL-AD(2012)001 dwar l-Ungerija, u dwar l-Att dwar id-dritt ta' libertà tal-kuxjenza u r-reliġjon u l-istatus ġuridiku tal-knejjes, tad-denominazzjonijiet u tal-komunitajiet reliġjużi tal-Ungerija,

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni Konġunta nru CDL-AD(2012)012 tal-Kummissjoni ta' Venezja u l-OSKE/ODIHR dwar l-Att dwar l-elezzjonijiet tal-Membri tal-Parlament tal-Ungerija,

–  wara li kkunsidra l-kummenti tal-Gvern Ungeriż nri CDL(2012)072, CDL(2012)046 u CDL(2012)045 dwar l-abbozz ta' opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja dwar l-atti hekk imsejħa “kardinali” dwar il-ġudikatura li ġew emendati wara l-adozzjoni tal-opinjoni CDL-AD(2012)001, dwar l-abbozz ta' opinjoni konġunta dwar l-Att dwar l-elezzjonijiet tad-deputati tal-Ungerija u dwar l-abbozz ta' opinjoni dwar l-Att CLI tal-2011 dwar il-Qorti Kostituzzjonali tal-Ungerija,

–  wara li kkunsidra l-inizjattivi meħudin mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, Thorbjørn Jagland, inklużi r-rakkomandazzjonijiet dwar il-ġudikatura definiti fl-ittra tiegħu tal-24 ta' April 2012 indirizzata lill-Viċi Prim Ministru Ungeriż, Tibor Navracsics,

–  wara li kkunsidra l-ittri ta' risposta tal-10 ta' Mejju 2012 u tas-7 ta' Ġunju 2012 mis-Sur Navracsics li jiddikjaraw l-intenzjoni tal-awtoritajiet Ungeriżi li jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet tas-Sur Jagland,

–  wara li kkunsidra l-ittra tas-6 ta' Marzu 2013 mibgħuta mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, is-Sur Jagland, lis-Sur Navracsics li fiha jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-proposta għar-Raba' Emenda tal-Liġi Fundamentali u jappella għall-posponiment tal-vot finali, u l-ittra ta' risposta tas-7 ta' Marzu 2013 mis-Sur Navracsics,

–  wara li kkunsidra l-ittra tas-6 ta' Marzu 2013 mibgħuta mill-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja, tal-Pajjiżi Baxxi, tad-Danimarka u tal-Finlandja lill-President tal-Kummissjoni, José Manuel Barroso, li fiha jagħmlu appell għal mekkaniżmu biex titrawwem il-konformità mal-valuri fundamentali fl-Istati Membri,

–  wara li kkunsidra tal-ittra tat-8 ta' Marzu 2013 mibgħuta mill-Ministru Ungeriż għall-Affarijiet Barranin, is-Sur János Martonyi, lill-kontropartijiet tiegħu fl-Istati Membri tal-UE li fiha jispjega l-iskop tar-Raba' Emenda,

–  wara li kkunsidra l-ittra tat-8 ta' Marzu 2013 mibgħuta mis-Sur Barroso lis-Sur Orbán dwar it-tħassib tal-Kummissjoni Ewropea rigward ir-Raba' Emenda tal-Liġi Fundamentali u l-ittri ta' risposta mis-Sur Orbán lill-President tal-Kummissjoni, li ntbagħtu kopji tagħha kemm lill-President tal-Kunsill Ewropew, Herman Van Rompuy, kif ukoll lill-President tal-Parlament Ewropew, Martin Schulz,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-11 ta' Marzu 2013 mill-President Barroso u mis-Segretarju Ġenerali Jagland li fiha fakkru t-tħassib tagħhom dwar ir-Raba' Emenda tal-Liġi Fundamentali fir-rigward tal-prinċipju tal-Istat tad-dritt; u wara li kkunsidra l-konferma mill-Prim Ministru Orbán, fl-ittra tiegħu indirizzata lill-President Barroso fit-8 ta' Marzu 2013, dwar l-impenn sħiħ tal-Gvern u tal-Parlament Ungeriżi lejn in-normi u l-valuri Ewropej,

–  wara li kkunsidra t-talba għal opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja dwar ir-Raba' Emenda tal-Liġi Fundamentali tal-Ungerija, mibgħuta fit-13 ta' Marzu 2013 mis-Sur Martonyi lis-Sur Jagland,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni kostituzzjonali fl-Ungerija mressqa fid-dibattitu fil-plenarja li sar fil-Parlament Ewropew fis-17 ta' April 2013,

–  wara li kkunsidra l-ittra tas-16 ta' Diċembru 2011 mill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa, Thomas Hammarberg, lis-Sur Martonyi, li fiha juri t-tħassib tiegħu dwar is-suġġett tal-liġi Ungeriża l-ġdida dwar id-dritt għal-libertà tal-kuxjenza u r-reliġjon u dwar l-istatus ġuridiku tal-knejjes, tad-denominazzjonijiet reliġjużi u tal-komunitajiet reliġjużi, u wara li kkunsidra r-risposta tas-Sur Martonyi tat-12 ta' Jannar 2012,

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni nru CommDH(2011)10 tal-25 ta' Frar 2011 tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-leġiżlazzjoni tal-mezzi tal-komunikazzjoni tal-Ungerija fid-dawl tal-istandards tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-libertà tal-mezzi tal-komunikazzjoni, kif ukoll l-annotamenti għal dik l-opinjoni tat-30 ta' Mejju 2011 mill-Ministru Ungeriż tal-Istat għall-komunikazzjoni tal-Gvern,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għolji tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) tal-15 ta' Frar 2012 u tal-11 ta' Diċembru 2012 li jistieden rispettivament lill-Ungerija terġa' tikkunsidra l-leġiżlazzjoni li tagħmilha possibbli għall-awtoritajiet lokali li jippenalizzaw il-kundizzjoni ta' persuna mingħajr dar u tirrispetta d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali għad-depenalizzazzjoni tal-kundizzjoni ta' persuna mingħajr dar,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-OHCHR tal-15 ta' Marzu 2013 li jesprimu tħassib dwar l-adozzjoni tar-Raba' Emenda tal-Liġi Fundamentali,

–  wara kkunsidra l-proċeduri ta' ksur li għadhom għaddejjin fil-kawża C-288/12 imressqa mill-Kummisjoni Ewropea kontra l-Ungerija dwar il-legalità tat-tmiem tal-mandat ta' dak li kien il-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data li għadhom pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta' Novembru 2012 dwar it-tnaqqis radikali tal-età tal-irtirar għall-imħallfin Ungeriżi, u wara li kkunsidra l-adozzjoni sussegwenti tal-Att nru XX tal-2013 li jemenda l-Att CLXII tal-2011 – adottat mill-Parlament Ungeriż fil-11 ta' Marzu 2013 – b'segwitu tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Ungerija tas-16 ta' Lulju 2012 (nru 33/2012) dwar it-tnaqqis tal-età tal-irtirar għall-imħallfin fl-Ungerija, tat-28 ta' Diċembru 2012 (nru 45/2012) dwar id-Dispożizzjonijiet Tranżitorji tal-Liġi Fundamentali, tal-4 ta' Jannar 2013 (nru 1/2013) dwar l-Att dwar il-proċedura elettorali u tas-26 ta' Frar 2013 (nru 6/2013) dwar l-Att dwar il-libertà ta' reliġjon u l-istatus ġuridiku tal-knejjes,

–  wara li kkunsidra r-rapport mill-Kumitat ta' Monitoraġġ tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa,

–  wara li kkunsidra l-Liġi LXXII tal-2013 dwar il-ħolqien ta’ regoli u regolamenti ġodda relatati mas-sorveljanza tas-sigurtà nazzjonali; wara li kkunsidra l-ittra tas-27 ta’ Mejju 2013 mingħand Dr  András Zs. Varga indirizzata lil Dr András Cser-Palkovics, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Kostituzzjonali Legali u Proċedurali tal-Parlament Ungeriż, li qajmet tħassib dwar il-leġiżlazzjoni adottata dwar il-ħolqien ta’ regoli u regolamenti ġodda relatati mas-sorveljanza tas-sigurtà nazzjonali,

–  wara li kkunsidra l-valutazzjoni li jmiss tar-Raba' Emenda tal-Liġi Fundamentali mill-Kummissjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0229/2013),

I - Kuntest u kwistjonijiet ewlenin involuti
Valuri komuni Ewropej

A.  billi l-Unjoni Ewropea hija mwaqqfa fuq il-valuri tar-rispett tad-dinjità tal-bniedem, tal-libertà, tad-demokrazija, tal-ugwaljanza, tal-Istat tad-dritt u tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, kif stabbilit fl-Artikolu 2 tat-TUE, u fuq ir-rispett ċar għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali kif minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u fil-KEDB, u fuq ir-rikonoxximent tal-valur ġuridiku ta' tali drittijiet, libertajiet u prinċipji, li huwa affermat ulterjorment mill-adeżjoni imminenti tal-UE mal-KEDB skont l-Artikolu 6(2) tat-TUE;

B.  billi l-valuri komuni minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE huma l-qalba tad-drittijiet li jgawdu minnhom il-persuni li jgħixu fit-territorju tal-UE u b'mod partikolari maċ-ċittadini tagħha indipendentement miċ-ċittadinanza tagħhom u mill-appartenenza kulturali jew reliġjuża tagħhom, u billi huma jkunu jistgħu biss igawdu kompletament minn dawk id-drittijiet jekk jinżammu l-valuri u l-prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

C.  billi d-dibattitu politiku u ġuridiku dwar il-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE huwa pedament indispensabbli tas-soċjetà demokratika tagħna u li għalhekk l-Istati Membri, kif ukoll l-istituzzjonijiet kollha tal-UE, iridu juru impenn ċar u deċiż dwarhom;

D.  billi r-rispett u l-promozzjoni ta' dawn il-valuri komuni mhumiex biss element essenzjali tal-identità tal-Unjoni Ewropea iżda wkoll obbligu espliċitu li ġej mill-Artikolu 3(1) u (5) tat-TUE, u b'hekk condition sine qua non sabiex issir Stat Membru tal-UE kif ukoll sabiex jiġu salvagwardati b'mod sħiħ il-prerogattivi tal-adeżjoni;

E.  billi l-obbligi li jaqgħu fuq il-pajjiżi kandidati skont il-kriterji ta' Kopenħagen ikomplu japplikaw għall-Istati Membri wara li jaderixxu mal-UE skont l-Artikolu 2 tat-TUE u l-prinċipju ta' kooperazzjoni leali, u billi l-Istati Membri kollha għandhom b'hekk jiġu valutati fuq bażi regolari sabiex tiġi verifikata l-konformità kontinwa tagħhom mal-valuri komuni tal-UE;

F.  billi l-Artikolu 6(3) tat-TUE jenfasizza l-fatt li d-drittijiet fundamentali, kif garantiti mill-QEDB u kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, jikkostitwixxu l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, u billi dawn id-drittijiet huma wirt u qawwa komuni tal-Istati demokratiċi Ewropej;

G.  billi, bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona u skont l-Artikolu 6 tat-TUE, il-Karta għandha l-istess valur ġuridiku daqs it-Trattati, biex b'hekk il-valuri u l-prinċipji jinbidlu fi drittijiet konkreti u eżegwibbli;

H.  billi l-Artikolu 7(1) tat-TUE, skont proċedura definita, jagħti s-setgħa lill-istituzzjonijiet tal-UE li jikkonstataw jekk hemm riskju ċar ta' ksur serju minn Stat Membru tal-valuri komuni msemmija fl-Artikolu 2, u jimpenjaw ruħhom politikament mal-pajjiż ikkonċernat għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-ksur; billi qabel ma jagħmel din il-konstatazzjoni, il-Kunsill għandu jisma' lill-Istat Membru kkonċernat, waqt li jaġixxi skont l-istess proċedura;

I.  billi l-ambitu tal-Artikolu 2 tat-TUE mhuwiex ristrett mil-limitazzjoni tal-Artikolu 51(1) tal-Karta u l-ambitu tal-Artikolu 7 tat-TUE mhuwiex limitat għall-oqsma tal-politika koperti mid-dritt Ewropew, u billi konsegwentement l-UE tista' tintervjeni wkoll fil-każ ta' ksur ta', jew fil-każ ta' riskju ċar ta' ksur tal-valuri komuni f'oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenzi ta' Stat Membru;

J.  billi skont il-prinċipju ta' kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) l-Istati Membri għandhom jgħinu it-twettiq tal-kompiti tal-Unjoni u joqogħdu lura minn kwalunkwe miżura li tista' tipperikola l-kisba tal-objettivi tal-Unjoni, inkluż l-objettiv tar-rispett u tal-promozzjoni tal-valuri komuni tal-Unjoni;

K.  billi r-rispett lejn il-valuri komuni tal-Unjoni jimxi id f'id mal-impenn tal-Unjoni favur id-diversità, li jissarraf fl-obbligu għall-Unjoni li tirrispetta “l-ugwaljanza tal-Istati Membri quddiem it-Trattati kif ukoll l-identità nazzjonali tagħhom, inerenti fl-istrutturi politiċi u kostituzzjonali, fundamentali tagħhom” kif iddikjarat fl-Artikolu 4(2) tat-TUE; billi l-valuri bażiċi Ewropej stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri u għaldaqstant ma jistgħux jintużaw kontra l-obbligu skont l-Artikolu 4 tat-TUE, dawn iżda jirrappreżentaw l-istruttura bażika li taħtha l-Istati Membri jistgħu jissalvagwardaw u jiżviluppaw l-identità nazzjonali tagħhom;

L.  billi, fil-qafas tat-Trattati, ir-rispett lejn l-“identità nazzjonali” (Artikolu 4(2) tat-TUE) u lejn is-“sistemi u t-tradizzjonijiet legali differenti tal-Istati Membri” (Artikolu 67 tat-TFUE) huma intrinsikament assoċjati mal-prinċipji tal-kooperazzjoni leali (Artikolu 4(3) tat-TUE), tar-rikonoxximent reċiproku (Artikoli 81 u 82 tat-TFUE) u b'hekk tal-fiduċja reċiproka kif ukoll mar-rispett għad-diversità kulturali u lingwistika (Artikolu 3(3) tat-TUE);

M.  billi ksur tal-prinċipji u tal-valuri komuni tal-Unjoni min-naħa ta' Stat Membru ma jistax jiġi ġustifikat la mit-tradizzjonijiet nazzjonali u lanqas mill-espressjoni tal-identità nazzjonali meta dan il-ksur jirriżulta fid-deterjorament tal-prinċipji li huma fil-qalba tal-integrazzjoni Ewropea, bħall-valuri demokratiċi, l-Istat tad-dritt jew il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, bil-konsegwenza li riferiment għall-Artikolu 4(2) tat-TUE huwa applikabbli biss sakemm Stat Membru jirrispetta l-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE;

N.  billi l-objettiv tal-Unjoni li tafferma u tippromwovi l-valuri tagħha fir-relazzjonijiet tagħha mal-bqija tad-dinja, kif stabbilit fl-Artikolu 3(5) tat-TUE, huwa msaħħaħ aktar mill-obbligu speċifiku li l-azzjoni tal-Unjoni fix-xena internazzjonali tiġi gwidata mill-prinċipji li ispiraw il-ħolqien, l-iżvilupp u t-tkabbir tagħha: id-demokrazija, l-Istat tad-dritt u l-universalità u l-indiviżibilità tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-bniedem (Artikolu 21(1) tat-TUE);

O.  billi, konsegwentement, jekk l-Istati Membri ma jkunux kapaċi jżommu l-impenn li assumew huma stess fit-Trattati fir-rigward tar-rispett tal-istandards li qablu wkoll dwarhom, jekk mhumiex biħsiebhom jagħmlu dan, barra mill-kredibilità tal-Istati Membri u tal-UE fix-xena internazzjonali jkunu jirriżultaw kompromessi l-objettivi tal-UE fl-ambitu tal-azzjoni esterna tagħha;

P.  billi r-rispett tal-Istati Membri lejn l-istess ġabra ta' valuri fundamentali huwa kundizzjoni indispensabbli biex tiġi żgurata l-fiduċja reċiproka u, konsegwentement, il-funzjonament korrett tar-rikonoxximent reċiproku, li huwa fil-qalba tal-ħolqien u tal-iżvilupp tas-suq intern kif ukoll tal-ispazju Ewropew ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, u billi, għalhekk, kwalunkwe tentattiv ta' nuqqas ta' rispett jew indeboliment ta' tali valuri komuni għandu effett negattiv fuq il-kostruzzjoni kollha tal-proċess Ewropew ta' integrazzjoni ekonomika, soċjali u politika;

Q.  billi l-valuri komuni stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE u pproklamati fil-preamboli tat-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u msemmijin fil-preambolu tal-QEDB u fl-Artikolu 3 tal-Istatut tal-Kunsill tal-Ewropa, jeħtieġu separazzjoni tal-poteri bejn l-istituzzjonijiet indipendenti bbażata fuq sistema ta' kontrolli u limitazzjonijiet li tiffunzjona b'mod korrett, u billi l-karatteristiċi ewlenin ta' dawn il-prinċipji jinkludu: rispett għal-legalità, inkluż proċess trasparenti, responsabbli u demokratiku li jippromulga l-liġijiet; ċertezza tad-dritt; sistema b'saħħitha ta' demokrazija rappreżentattiva bbażata fuq elezzjonijiet ħielsa u li tirrispetta d-drittijiet tal-oppożizzjoni; kontroll effettiv tal-konformità kostituzzjonali tal-leġiżlazzjoni; gvern u amministrazzjoni effikaċi, trasparenti, parteċipatorji u responsabbli; ġudikatura indipendenti u imparzjali; mezzi tal-komunikazzjoni indipendenti; u rispett għad-drittijiet fundamentali;

R.  billi, skont l-Artikolu 17 tat-TUEm il-Kummissjoni “tissorvelja l-applikazzjoni tat-Trattati … tissorvelja l-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni taħt il-kontroll tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea”;

Ir-riformi fl-Ungerija

S.  billi l-Ungerija kienet l-ewwel pajjiż ex Komunista li aderixxa mal-QEDB, u bħala Stat Membru tal-UE kien l-ewwel li rratifika t-Trattat ta' Lisbona fis-17 ta' Diċembru 2007, u billi l-Ungerija żvolġiet rwol attiv fil-ħidma tal-Konvenzjoni u tal-Konferenza Intergovernattiva fl-2003 u fl-2004, fost kwistjonijiet oħra, fl-abbozzar tal-Artikolu 2 tat-TUE, u ħadet l-inizjattiva li rriżultat fl-inklużjoni tad-drittijiet tal-bnedmin li jagħmlu parti minn minoranzi;

T.  billi matul l-istorja sekulari tal-Ungerija, il-konvivenza paċifika ta' nazzjonalitajiet u gruppi etniċi differenti kellha effetti pożittivi fuq ir-rikkezza kulturali u l-ġid tan-nazzjon; u billi l-Ungerija għandha tkun mistiedna tkompli b'din it-tradizzjoni u tieħu passi deċiżi biex trażżan it-tentattivi kollha ta' diskriminazzjoni tal-gruppi individwali;

U.  billi l-Ungerija hija wkoll parti mill-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u minn strumenti ġuridiċi internazzjonali oħra li jobbligawha tirrispetta u timplimenta l-prinċipji demokratiċi internazzjonali;

V.  billi wara l-elezzjonijiet ġenerali tal-2010 fl-Ungerija, il-maġġoranza fil-gvern kisbet iktar minn żewġ terzi tas-siġġijiet fil-parlament, ħaġa li ppermettitilha tagħti bidu b'mod rapidu għal attività leġiżlattiva intensa biex tati sura ġdida lill-ordinament kostituzzjonali kollu tal-pajjiż (il-Kostituzzjoni ta' qabel ġiet emendata tnax-il darba u l-Liġi Fundamentali erba' darbiet s'issa) u b'hekk tbiddel sostanzjalment il-qafas istituzzjonali u ġuridiku kif ukoll numru ta' aspetti fundamentali mhux biss tal-ħajja pubblika iżda tal-ħajja privata wkoll;

W.  billi kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni Ewropea huwa assolutament liberu li jirrevedi l-kostituzzjoni tiegħu u billi t-tifsira stess tal-alternanza demokratika hija li tippermetti gvern ġdid jippromulga leġiżlazzjoni li tirrefletti r-rieda tal-poplu, il-valuri tiegħu u l-impenji politiċi tiegħu, fil-limiti tar-rispett tal-valuri u tal-prinċipji tad-demokrazija u l-Istat tad-dritt prevalenti fl-Unjoni Ewropea; billi fl-Istati Membri kollha l-proċeduri kostituzzjonali speċjali jagħmlu l-emenda kostituzzjonali aktar diffiċli meta mqabbla mal-proċeduri li jirregolaw il-leġiżlazzjoni ordinarja, jiġifieri permezz ta' maġġoranza kwalifikata, proċessi deċiżjonali addizzjonali, termini u referenda;

X.  billi l-istorja tat-tradizzjonijiet demokratiċi fl-Ewropa turi li r-riforma ta' kostituzzjoni teħtieġ attenzjoni mill-ikbar u kunsiderazzjoni xierqa tal-proċeduri u tal-garanziji li għandhom l-għan li jissalvagwardaw, fost affarijiet oħra, l-Istat tad-dritt, is-separazzjoni tal-poteri u l-ġerarkija tan-normi ġuridiċi – peress li l-kostituzzjoni hija l-liġi suprema tal-pajjiż;

Y.  billi l-entità tar-riformi kostituzzjonali u istituzzjonali komprensivi u sistematiċi li l-Gvern u l-Parlament il-ġodda tal-Ungerija wettqu fi żmien tant qasir ma għandhiex preċedenti, u tispjega għala daqstant istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet Ewropej (l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill tal-Ewropa, l-OSKE) qiesu li huwa neċessarju li jiġu valutati l-impatt ta' ċerti riformi; billi ma għandux ikun hemm standards doppji fit-trattament tal-Istati Membri, u dan ifisser li s-sitwazzjoni fi Stati Membri oħra wkoll għandha tkun sorveljata, filwaqt li l-prinċipju tal-ugwaljanza tal-Istati Membri quddiem it-Trattati jiġi applikat;

Z.  billi djalogu bbażat fuq il-ftuħ, l-inklużjoni, is-solidarjetà u r-rispett reċiproku bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u l-awtoritajiet Ungeriżi huwa neċessarju fil-qafas tal-komunità ta' valuri demokratiċi msemmija qabel;

AA.  billi l-Kummissjoni, fl-eżerċizzju tar-responsabbiltà tagħha li tissorvelja l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandha taġixxi bl-ogħla kompetenza u rispett tal-indipendenza u taġixxi b'diliġenza, fil-pront u malajr ħafna speċjalment f'każijiet ta' possibilità ta' ksur serju tal-valuri tal-Unjoni min-naħa ta' Stat Membru,

Il-Liġi Fundamentali u d-Dispożizzjonijiet Tranżitorji tagħha

AB.  billi l-adozzjoni tal-Liġi Fundamentali tal-Ungerija – li għaddiet fit-18 ta' April 2011, esklużivament bil-voti tal-membri tal-koalizzjoni fil-gvern u fuq il-bażi ta' abbozz ta' test imħejji mir-rappreżentanti tal-koalizzjoni fil-gvern – saret fil-perjodu eċċezzjonalment qasir ta' 35 ġurnata ta' kalendarju kkalkolati mill-preżentazzjoni tal-proposta (T/2627) fil-parlament, biex b'hekk ġew limitati l-possibilitajiet għal dibattitu bir-reqqa u sostanzjali mal-partijiet tal-oppożizzjoni u tas-soċjetà ċivili dwar l-abbozz tat-test;

AC.  billi l-abbozz kostituzzjonali ppreżentat lill-Parlament tal-Ungerija fl-14 ta' Marzu 2011 huwa dak li tħejja mir-rappreżentanti eletti tal-koalizzjoni Fidesz-KDNP u mhux id-dokument ta' ħidma mħejji fuq il-bażi tad-diskussjonijiet li saru fil-kumitat parlamentari ad hoc, anki jekk tali kumitat twaqqaf espressament bl-iskop li jabbozza l-Liġi Fundamentali l-ġdida; billi dan aggrava s-sitwazzjoni ta' nuqqas ta' konsultazzjoni tal-oppożizzjoni;

AD.  billi l-“konsultazzjoni nazzjonali” dwar il-proċess ta' tfassil tal-kostituzzjoni kienet tikkonsisti f'lista, miktuba mill-partit fil-gvern, li kien fiha tnax-il mistoqsija sostanzjalment retorika dwar kwistjonijiet speċifiċi ħafna u ma kienx fiha t-test tal-abbozz tal-Liġi Fundamentali;

AE.  billi fit-28 ta' Diċembru 2012, wara petizzjoni kostituzzjonali mill-Kummissarju Ungeriż għad-Drittijiet Fundamentali, il-Qorti Kostituzzjonali tal-Ungerija annullat (Deċiżjoni Nru 45/2012) iktar minn żewġ terzi tad-Dispożizzjonijiet Tranżitorji, fuq il-bażi li ma kinux ta' natura tranżitorja;

AF.  billi r-Raba' Emenda tal-Liġi Fundamentali, adottata fil-11 ta' Marzu 2013, tintegra fit-test tal-Liġi Fundamentali l-parti l-kbira tad-Dispożizzjonijiet Tranżitorji annullati mill-Qorti Kostituzzjonali, kif ukoll dispożizzjonijiet oħra li qabel instab li ma kinux kostituzzjonali;

Użu estensiv tal-liġijiet hekk imsejħa “kardinali”

AG.  billi l-Liġi Fundamentali tal-Ungerija tirreferi għal 26 suġġett li għandhom jiġu definiti mil-liġijiet hekk imsejħa “kardinali” (jiġifieri liġijiet li l-adozzjoni tagħhom teħtieġ maġġoranza ta' żewġ terzi), li jkopru firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet relatati mas-sistemi istituzzjonali tal-Ungerija, mal-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali u ma' arranġamenti importanti fis-soċjetà;

AH.  billi mill-adozzjoni tal-Liġi Fundamentali, il-parlament ippromulga 49 liġi “kardinali”(6) (fi żmien sena u nofs);

AI.  billi numru ta' kwistjonijiet, bħal aspetti speċifiċi tad-dritt tal-familja u tas-sistemi tat-taxxa u tal-pensjoni, li s-soltu jaqgħu taħt is-setgħat deċiżjonali ordinarji ta' leġislatura, huma rregolati minn “liġijiet kardinali”;

Proċeduri leġiżlattivi aċċelerati, prattika tal-abbozzi ta' membri individwali, dibattitu parlamentari

AJ.  billi leġiżlazzjoni importanti, inkluża l-Liġi Fundamentali, it-tieni u r-raba' emendi tagħha, id-Dispożizzjonijiet Tranżitorji tal-Liġi Fundamentali u numru ta' liġijiet “kardinali” ġew ippromulgati abbażi ta' abbozzi ta' membri individwali, li għalihom ma japplikawx ir-regoli stabbiliti fl-Att CXXXI tal-2010 dwar il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-preparazzjoni tal-leġiżlazzjoni u fid-Digriet 24/2011 tal-Ministru tal-Amministrazzjoni Pubblika u l-Ġustizzja dwar il-valutazzjoni tal-impatt preliminari u ex-post, bil-konsegwenza li l-leġiżlazzjoni adottata b'din il-proċedura semplifikata hija soġġetta għal dibattitu pubbliku limitat;

AK.  billi l-adozzjoni ta' numru kbir ta' liġijiet “kardinali” f'perjodu qasir, inklużi l-atti dwar l-istatus ġuridiku u r-rimunerazzjoni tal-imħallfin tal-Ungerija u dwar l-organizzazzjoni u l-amministrazzjoni tal-qrati tal-Ungerija, kif ukoll l-atti dwar il-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin u dwar il-Bank Nazzjonali tal-Ungerija, inevitabbilment illimitaw il-possibilitajiet għal konsultazzjoni adegwata mal-partiti tal-oppożizzjoni u mas-soċjetà ċivili, fosthom, meta hu l-każ, l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem, it-trade unions u l-gruppi ta' interess;

AL.  billi l-Att XXXVI tal-2012 dwar l-Assemblea Nazzjonali ta lill-iSpeaker tal-Parlament setgħa diskrezzjonali notevoli biex jillimita l-espressjoni libera tad-deputati fil-Parlament;

Dgħjufija tal-kontrolli u tal-bilanċi: Qorti Kostituzzjonali, Parlament, Awtorità għall-Protezzjoni tad-Data

AM.  billi, skont il-Liġi Fundamentali, ġiet introdotta l-possibilità li jitressqu żewġ tipi ġodda ta' lmenti kostituzzjonali quddiem il-Qorti Kostituzzjonali, filwaqt li l-actio popularis għal reviżjoni ex post ġiet abolita;

AN.   billi l-Liġi LXXII tal-2013 dwar il-ħolqien ta’ regoli u regolamenti ġodda relatati mas-sorveljanza tas-sigurtà nazzjonali ġiet ippubblikata fit-3 ta’ Ġunju 2013; billi din il-liġi qajmet tħassib, espress b’mod partikolari mid-Deputat Avukat Ġenerali tal-Ungerija, fir-rigward tar-rispett għall-prinċipju tas-separazzjoni tal-poteri, l-indipendenza tal-ġudikatura, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja u d-dritt għal rimedju effettiv;

AO.  billi skont il-Liġi Fundamentali s-setgħat tal-Qorti Kostituzzjonali ta' reviżjoni ex post tal-kostituzzjonalità ta' liġijiet relatati mal-baġit mil-lat sostantiv ġew sostanzjalment limitati għal ksur ta' lista eżawrjenti ta' drittijiet, biex b'hekk ġiet ostakolata r-reviżjoni tal-kostituzzjonalità f'każijiet ta' ksur ta' drittijiet fundamentali oħra, bħad-dritt għall-proprjetà, id-dritt ta' proċess ġust u d-dritt ta' nondiskriminazzjoni;

AP.  billi r-Raba' Emenda tal-Liġi Fundamentali ma biddlitx id-dritt attwali tal-Qorti Kostituzzjonali li teżamina l-emendi tal-Liġi Fundamentali minħabba raġunijiet proċedurali u teskludi li fil-futur il-Qorti tkun tista' tirrevedi l-emendi kostituzzjonali minħabba raġunijiet dwar il-mertu;

AQ.  billi l-Qorti Kostituzzjonali, fid-Deċiżjoni 45/2012 tagħha msemmija qabel, stabbiliet li l-'legalità kostituzzjonali ma tipprevedix biss rekwiżiti ta' validità proċedurali, formali u ta' dritt pubbliku, iżda wkoll rekwiżiti sostanzjali. Il-kriterji kostituzzjonali ta' Stat demokratiku bbażat fuq l-Istat tad-dritt huma fl-istess ħin il-valuri kostituzzjonali, il-prinċipji u l-libertajiet demokratiċi fundamentali minquxa fit-trattati internazzjonali u aċċettati u rikonoxxuti mill-komunitajiet ta' Stati demokratiċi bbażati fuq l-Istat tad-dritt, kif ukoll fuq il-ius cogens, li huwa parzjalment l-istess bħal dak preċedenti. Meta jkun xieraq, il-Qorti Kostituzzjonali tista' anke teżamina l-eżegwibilità libera u l-kostituzzjonalizzazzjoni tar-rekwiżiti sostanzjali, tal-garanziji u tal-valuri tal-Istati demokratiċi bbażati fuq l-Istat tad-dritt.“ (Punt IV.7 tad-Deċiżjoni);

AR.  billi r-Raba' Emenda tal-Liġi Fundamentali tistabbilixxi wkoll li d-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali adottati qabel id-dħul fis-seħħ tal-Liġi Fundamentali għandhom jiġu revokati, u billi meta tagħmel dan tikkontradixxi b'mod espliċitu d-Deċiżjoni Nru 22/2012 tal-Qorti Kostituzzjonali li fiha l-Qorti stabbiliet li d-dikjarazzjonijiet tagħha dwar il-valuri fundamentali, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet u dwar l-istituzzjonijiet kostituzzjonali li fundamentalment ma nbidlux mil-Liġi Fundamentali, għadhom validi; billi r-Raba' Emenda introduċiet mill-ġdid fil-Liġi Fundamentali numru ta' dispożizzjonijiet preċedentement iddikjarati inkostituzzjonali mill-Qorti Kostituzzjonali;

AS.  billi korp mhux parlamentari, il-Kunsill tal-Baġit, b'leġittimità demokratika limitata, ingħata s-setgħa li juża l-veto kontra l-adozzjoni tal-baġit ġenerali, biex b'hekk illimita l-kamp ta' applikazzjoni għall-azzjoni tal-leġislatura eletta demokratikament u jippermetti lill-President tar-Repubblika li jxolji l-Parlament;

AT.  billi l-Att il-ġdid dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, adottat f'Lulju 2011, abolixxa l-istituzzjoni tal-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data u l-Libertà tal-Informazzjoni, u b'hekk temm il-mandat ta' sitt snin tal-Kummissarju qabel iż-żmien u ttrasferixxa s-setgħat tiegħu lill-Awtorità Nazzjonali għall-Protezzjoni tad-Data li kienet għadha kif twaqqfet; billi tibdil bħal dan bħalissa huwa suġġett għall-eżami mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

AU.  billi l-Kummissjoni bdiet proċedura ta' ksur kontra l-Ungerija fit-8 ta' Ġunju 2012, li fiha ddikjarat li l-Ungerija naqset milli tottempera għall-obbligi tagħha skont id-Direttiva 95/46/KE billi neħħiet il-kontrollur tal-protezzjoni tad-data mill-kariga qabel it-tmiem tal-mandat, u b'hekk poġġiet l-indipendenza tal-uffiċċju f'riskju;

Indipendenza tal-ġudikatura

AV.  billi, skont il-Liġi Fundamentali u d-Dispożizzjonijiet Tranżitorji, il-mandat ta' sitt snin tal-ex President tal-Qorti Suprema (li issa jisimha il-“Kúria”) intemm qabel iż-żmien wara sentejn;

AW.  billi fit-2 ta' Lulju 2012 l-Ungerija emendat il-liġijiet kardinali dwar il-ġudikatura (l-Att CLXI tal-2011 dwar l-Organizzazzjoni u l-Amministrazzjoni tal-Qrati u l-Att CLXII tal-2011 dwar l-Istatus Legali u r-Remunerazzjoni tal-Imħallfin), billi implimentat parzjalment ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja;

AX.  billi s-salvagwardji ewlenin tal-indipendenza ġudizzjarja, bħal pereżempju l-pożizzjoni fissa, il-mandati garantiti u l-istruttura u l-kompożizzjoni tal-korpi regolatorji, mhumiex irregolati mil-Liġi Fundamentali iżda għadhom – flimkien mar-regoli dettaljati dwar l-organizzazzjoni u l-amministrazzjoni tal-ġudikatura – stabbiliti fil-liġijiet kardinali emendati,

AY.  billi l-indipendenza tal-Qorti Kostituzzjonali mhijiex stabbilita fil-Liġi Fundamentali tal-Ungerija u lanqas l-indipendenza tal-amministrazzjoni tal-ġudikatura;

AZ.  billi l-emenda tal-liġijiet kardinali dwar il-ġudikatura fir-rigward tas-setgħa tal-President tal-Uffiċċju Ġudizzjarju Nazzjonali li jittrasferixxi l-każijiet mill-qorti li qed tippresjedi għal qorti oħra biex jiġi żgurat il-ġudizzju tal-każijiet f'perjodu raġonevoli ta’ żmien tonqos milli tistabbilixxi kriterji normattivi oġġettivi għall-għażla tal-każijiet li għandhom jiġu trasferiti;

BA.  billi, wara d-dħul fis-seħħ tal-Liġi Fundamentali, tad-Dispożizzjonijiet Tranżitorji tagħha u tal-Att kardinali Nru CLXII tal-2011 dwar l-istatus legali u r-remunerazzjoni tal-imħallfin, l-età tal-irtirar obbligatorja għall-imħallfin tnaqqset minn 70 għal 62 sena;

BB.  billi d-Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, adottata fis-6 ta’ Novembru 2012, tiddikjara li t-tnaqqis radikali tal-età tal-irtirar għall-imħallfin Ungeriżi kif ukoll għall-prosekuturi u n-nutara minn 70 għal 62 sena jikkostitwixxi diskriminazzjoni inġusta bbażata fuq l-età, u billi tressqu żewġ ilmenti minn żewġ gruppi ta' mħallfin Ungeriżi lill-QEDB fl-20 ta’ Ġunju 2012 li talbu deċiżjoni li tistabbilixxi li l-leġiżlazzjoni tal-Ungerija dwar it-tnaqqis tal-età tal-irtirar għall-imħallfin tikser l-KEDB;

BC.  billi fil-11 ta’ Marzu 2013 il-Parlament Ungeriż adotta l-Att Nru XX tal-2013 li jemenda l-limiti massimi tal-età bl-għan li jkun konformi parzjalment mad-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali Ungeriża tas-16 ta’ Lulju 2012 u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta’ Novembru 2012;

Ir-riforma elettorali

BD.  billi l-maġġoranza governattiva fil-parlament irriformat is-sistema elettorali b’mod unilaterali mingħajr ma ppruvat tikseb il-kunsens tal-oppożizzjoni,

BE.  billi bħala parti mir-riforma elettorali riċenti l-Parlament Ungeriż għadda, fis-26 ta’ Novembru 2012, fuq il-bażi ta’ abbozz ta’ membru individwali, l-Att dwar il-proċedura tal-elezzjoni, li kellu l-għan li jissostitwixxi r-reġistrazzjoni awtomatika tal-votant preċedenti taċ-ċittadini kollha li jgħixu l-Ungerija b’sistema ta’ reġistrazzjoni volontarja bħala kundizzjoni għat-twettiq tad-dritt tal-individwu li jivvota,

BF.  billi t-Tieni Emenda tal-Liġi Fundamentali li tistabbilixxi r-rekwiżit tar-reġistrazzjoni tal-votant tressqet bħala abbozz ta' membru individwu fl-istess ġurnata bħall-abbozz tal-liġi dwar il-proċedura elettorali, jiġifieri fit-18 ta' Settembru 2012, u ġiet adottata fid-29 ta' Ottubru 2012,

BG.  billi l-Kummissjoni ta’ Venezja u l-OSKE/ODIHR ippreparaw opinjoni konġunta dwar l-Att dwar l-Elezzjoni tal-Membri għall-Parlament tal-Ungerija fil-15 u s-16 ta’ Ġunju 2012,

BH.  billi, wara l-petizzjoni tal-President tar-Repubblika tas-6 ta' Diċembru 2012, il-Qorti Kostituzzjonali stabbilixxiet li r-rekwiżit għar-reġistrazzjoni jirrappreżenta restrizzjoni mhux xierqa tad-drittijiet tal-vot tar-residenti Ungeriżi, u b'hekk mhuwiex kostituzzjonali,

BI.  billi, filwaqt li qieset ir-reġistrazzjoni tal-votanti għaċ-ċittadini li jgħixu barra mill-Ungerija bħala ġustifikata, il-Qorti Kostituzzjonali fid-deċiżjoni tagħha tal-4 ta’ Jannar 2013 qalet ukoll li l-esklużjoni tal-possibilità tar-reġistrazzjoni personali tal-votanti mingħajr indirizz li joqgħodu fl-Ungerija hija diskriminatorja u li d-dispożizzjonijiet li jippermettu l-pubblikazzjoni ta’ reklami politiċi fis-servizz tal-mezzi tal-komunikazzjoni pubbliku biss waqt il-kampanja elettorali, u r-regoli li jipprojbixxu l-pubblikazzjoni ta’ stħarriġ dwar l-opinjoni pubblika fi żmien sitt ijiem wara l-elezzjonijiet, jillimitaw b’mod sproporzjonat il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-istampa,

Il-leġiżlazzjoni dwar il-mezzi tal-komunikazzjoni

BJ.  billi l-Unjoni Ewropea hija mwaqqfa fuq il-valuri tad-demokrazija u l-istat tad-dritt, u b'konsegwenza ta' dan tiggarantixxi u tippromwovi l-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 11 tal-Karta u l-Artikolu 10 tal-KEDB, u billi dawn id-drittijiet jinkludu l-libertà ta' espressjoni tal-opinjoni u l-libertà tar-riċeviment u l-komunikazzjoni ta' informazzjoni mingħajr kontroll, interferenza jew pressjoni mill-awtoritajiet pubbliċi;

BK.  billi l-QEDB iddeċidiet li l-Istati Membri għandhom obbligu pożittiv li jiżguraw il-pluraliżmu tal-mezzi tal-komunikazzjoni, skont l-Artikolu 10 tal-KEDB, u billi d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni huma simili għal dawk li jinsabu fl-Artikolu 11 tal-Karta bħala parti mill-acquis communautaire;

BL.  billi sfera pubblika awtonoma u b'saħħitha, ibbażata fuq mezzi indipendenti u pluralisti ta' komunikazzjoni, tikkostitwixxi l-ambjent neċessarju fejn jistgħu jirnexxu l-libertajiet kollettivi tas-soċjetà ċivili – bħad-dritt tal-għaqda u l-assoċjazzjoni – kif ukoll il-libertajiet individwali – bħad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u d-dritt tal-aċċess għall-informazzjoni, u billi l-ġurnalisti għandhom ikunu ħielsa mill-pressjoni tas-sidien, tal-ġestjonarji u tal-gvernijiet, kif ukoll mit-theddid finanzjarju;

BM.  billi l-Kunsill tal-Ewropa u l-OSKE, permezz ta' dikjarazzjonijiet, riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet, opinjonijiet u rapporti dwar is-suġġetti tal-libertà tal-mezzi tal-komunikazzjoni, il-pluraliżmu u l-konċentrazzjoni, ħolqu korp sinifikanti ta' standards minimi pan-Ewropej komuni f'dan il-qasam;

BN.  billi l-Istati Membri għandhom dmir li jippromwovu u jipproteġu kontinwament il-libertà tal-opinjoni, tal-espressjoni, tal-informazzjoni u tal-mezzi tal-komunikazzjoni, u billi, jekk dawn il-libertajiet jitqiegħdu f’riskju serju jew jinkisru minn Stat Membru, l-Unjoni hija obbligata li tintervjeni fil-ħin u b’mod effettiv, fuq il-bażi tal-kompetenzi tagħha kif stabbiliti fit-Trattati u fil-Karta, sabiex tipproteġi l-ordni demokratika u pluralistika Ewropea u d-drittijiet fundamentali;

BO.  billi l-Parlament esprima bosta drabi t-tħassib tiegħu dwar il-libertà tal-mezzi tal-komunikazzjoni, il-pluraliżmu u l-konċentrazzjoni fl-UE u fl-Istati Membri;

BP.  billi kien hemm kritika dwar numru ta' dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni Ungeriża dwar il-mezzi tal-komunikazzjoni mill-Parlament u l-Kummissjoni, mir-Rappreżentant tal-OSKE għal-Libertà tal-Mezzi tal-Komunikazzjoni u l-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, mir-Rapporteur Speċjali tan-NU għall-promozzjoni tad-dritt tal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, u minn numru kbir ta’ organizzazzjonijiet ta’ ġurnalisti internazzjonali u nazzjonali, edituri u pubblikaturi, minn NGOs attivi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet ċivili, u minn Stati Membri;

BQ.  billi saret kritika li hija relatata prinċipalment mal-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni skont il-proċedura parlamentari tal-abbozzi ta' liġi ta' membri individwali, l-istruttura ferm ġerarkika tas-superviżjoni tal-mezzi tal-komunikazzjoni, l-awtorità ġestjonarja tal-President tal-Awtorità Regolatorja, in-nuqqas ta' dispożizzjonijiet li jiżguraw l-indipendenza tal-Awtorità, is-setgħa superviżorja u tas-sanzjonijiet estensiva tal-Awtorità, l-impatt konsiderevoli ta' ċerti dispożizzjonijiet dwar il-kontenut tal-ipprogrammar, in-nuqqas ta' regolamentazzjoni speċifika għall-mezzi tal-komunikazzjoni, in-nuqqas ta' trasparenza fil-proċess ta' offerti għal-liċenzji, u l-ambigwità ta' normi li potenzjalment iwasslu għall-applikazzjoni u l-infurzar arbitrarju;

BR.  billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2011 dwar il-liġi Ungeriża dwar il-mezzi tal-komunikazzjoni, il-Parlament enfasizza li l-liġi Ungeriża dwar il-mezzi tal-komunikazzjoni għandha tiġi sospiża b'mod urġenti u riveduta fuq il-bażi tal-kummenti u l-proposti tal-Kummissjoni, tal-OSKE u tal-Kunsill tal-Ewropa, u billi l-Parlament ħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli l-monitoraġġ mill-qrib u l-valutazzjoni tal-konformità tal-liġi Ungeriża dwar il-mezzi tal-komunikazzjoni kif emendata mil-leġiżlazzjoni Ewropea, u b'mod partikolari mill-Karta;

BS.  billi l-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa enfasizza li l-bżonn li tiġi emendata l-leġiżlazzjoni sabiex jiġu indirizzati l-indħil fuq il-libertà tal-mezzi tal-komunikazzjoni bħal preskrizzjonijiet dwar liema informazzjoni u rappurtar għandhom jinħarġu mill-fornituri tal-mezzi tal-komunikazzjoni, l-impożizzjoni ta' penali fuq il-mezzi tal-komunikazzjoni, restrizzjonijiet preventivi fuq il-libertà tal-istampa fil-forma ta' rekwiżiti għar-reġistrazzjoni u eċċezzjonijiet għall-protezzjoni tas-sorsi tal-ġurnalisti u billi, fir-rigward tal-indipendenza u l-pluraliżmu tal-mezzi tal-komunikazzjoni, esprima l-bżonn li jiġu indirizzati kwistjonijiet bħal garanziji kostituzzjonali mdgħajfa tal-pluraliżmu, in-nuqqas ta' indipendenza fil-korpi regolatorji tal-mezzi tal-komunikazzjoni, in-nuqqas ta' salvagwardji għall-indipendenza tax-xandir pubbliku u n-nuqqas ta' rimedju domestiku effettiv għall-atturi tal-mezzi tal-komunikazzjoni soġġetti għal deċiżjonijiet mill-Kunsill tal-Mezzi tal-Komunikazzjoni;

BT.  billi l-Kummissjoni wriet it-tħassib tagħha dwar il-konformità tal-liġi Ungeriża dwar il-mezzi tal-komunikazzjoni mad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva u mal-acquis communautaire inġenerali, b'mod partikolari b'rabta mal-obbligu li jingħata rappurtar ibbilanċjat applikabbli għall-fornituri tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva kollha, u wriet id-dubji tagħha wkoll dwar jekk il-liġi hijiex konformi mal-prinċipju ta' proporzjonalità u jekk tirrispettax id-dritt fundamentali għal-libertà tal-espressjoni u informazzjoni stabbilit fl-Artikolu 11 tal-Karta, il-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini u r-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni, u billi, f'Marzu tal-2011, wara negozjati mal-Kummissjoni, il-Parlament Ungeriż emenda l-liġi sabiex tindirizza l-punti mressqa mill-Kummissjoni;

BU.  billi l-OSKE esprimiet dubji serji dwar l-ambitu materjali u territorjali tal-leġiżlazzjoni Ungeriża, il-kompożizzjoni politikament omoġenja tal-Awtorità tal-Midja u l-Kunsill tal-Midja, il-penali sproporzjonati li ġew imposti, in-nuqqas ta' proċedura awtomatika għas-sospensjoni ta' penali f'każ ta' appell lill-qrati kontra deċiżjoni tal-Awtorità tal-Midja, il-ksur tal-prinċipju tal-kunfidenzjalità tas-sorsi ġurnalistiċi u l-protezzjoni tal-valuri tal-familja;

BV.  billi r-rakkomandazzjonijiet tal-OSKE(7) kienu jinkludu t-tneħħija tar-rekwiżiti legali dwar il-kopertura bbilanċjata u ta' preskrizzjonijiet oħra ta' kontenut mil-liġijiet, is-salvagwardja tal-indipendenza editorjali, l-assigurazzjoni li regoli differenti jirregolaw forom differenti tal-mezzi tal-komunikazzjoni – l-istampa, ix-xandir u onlajn – it-tneħħija tar-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni meqjusa eċċessivi, l-assigurazzjoni li l-korp regolatorju jkun indipendenti u kompetenti, l-assigurazzjoni tal-oġġettività u l-pluralità fil-proċess tal-ħatra tal-korpi li jirregolaw is-settur tal-mezzi tal-komunikazzjoni, iż-żamma lura milli l-istampa titqiegħed taħt il-ġurisdizzjoni tal-korp regolatorju u effettivament tiġi mħeġġa l-awtoregolamentazzjoni;

BW.  billi, minkejja l-fatt li l-liġijiet ġew emendati fl-2011 wara negozjati mal-Kummissjoni Ewropea u f'Mejju 2012 ulterjorment wara d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali ta’ Diċembru 2011 li bidlet bosta dispożizzjonijiet billi ddikjarathom mhux kostituzzjonali rigward ir-regolament tal-kontenut tal-gazzetti, il-protezzjoni tas-sorsi tal-ġurnalisti, ir-rekwiżit tal-għoti ta’ data, u l-istituzzjoni tal-Kummissarju tal-Midja u l-Mezzi tal-Komunikazzjoni, ir-Rappreżentant tal-OSKE għal-libertà tal-mezzi tal-komunikazzjoni kkundanna l-fatt li bosta emendi ġew introdotti u adottati fi żmien qasir mingħajr konsultazzjoni mal-partijiet interessati u li elementi fundamentali mil-leġiżlazzjoni ma ġewx imtejba, b’mod partikolari l-ħatra tal-president u l-membri tal-Awtorità tal-Mezzi tal-Komunikazzjoni u l-Kunsill tal-Mezzi tal-Komunikazzjoni, is-setgħa tagħhom fuq il-kontenut fil-mezzi tax-xandir, l-impożizzjoni ta’ multi għolja u n-nuqqas ta’ salvagwardji għall-indipendenza finanzjarja u editorjali tax-xandara pubbliċi;

BX.  billi, filwaqt li laqa' l-emendi tal-leġiżlazzjoni tal-mezzi tal-komunikazzjoni adottati f'Marzu 2011, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-dritt tal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni enfasizza l-bżonn li jiġi indirizzat t-tħassib li baqa' dwar ir-regolamentazzjoni tal-kontenut tal-mezzi tal-komunikazzjoni, il-garanziji insuffiċjenti għall-iżgurar tal-indipendenza u l-imparzjalità tal-Awtorità tal-Mezzi tal-Komunikazzjoni, il-multi u s-sanzjonijiet amministrattivi l-oħra eċċessivi, l-applikabilità tal-leġiżlazzjoni tal-mezzi tal-komunikazzjoni għal kull tip ta' mezz tal-komunikazzjoni, inklużi l-istampa u l-internet, ir-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni, u n-nuqqas ta' protezzjoni suffiċjenti tas-sorsi ġurnalistiċi;

BY.  billi analiżi mill-esperti tal-Kunsill tal-Ewropa(8) (li vvalutat il-konformità tal-Atti dwar il-Mezzi tal-Komunikazzjoni kif proposti għal emenda fl-2012 ma' testi tal-Kunsill tal-Ewropa li jistabbilixxu standards fil-qasam tal-mezzi tal-komunikazzjoni u tal-libertà ta' espressjoni) irrakkomandat li d-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-reġistrazzjoni u t-trasparenza, ir-regolamentazzjoni tal-kontenut, l-obbligi dwar ir-rappurtar tal-aħbarijiet, il-protezzjoni tas-sorsi, il-mezzi tal-komunikazzjoni tas-servizzi pubbliċi u l-korpi regolatorji jiġu riveduti bir-reqqa, iċċarati jew f'ċerti każi eliminati;

BZ.  billi, wara d-djalogu li sar mal-UE u s-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa permezz ta' skambju ta' ittri u laqgħat ta' esperti, tressqu iktar emendi legali fi Frar 2013 sabiex tissaħħaħ u tiġi żgurata l-indipendenza tal-korpi regolatorji tal-mezzi tal-komunikazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tar-regoli marbutin mal-kundizzjonijiet tal-ħatra u l-elezzjoni tal-President tal-Awtorità għall-Mezzi tal-Komunikazzjoni u l-Infokomunikazzjonijiet Nazzjonali u l-Kunsill tal-mezzi tal-Komunikazzjoni u dwar, rispettivament, il-proċedura tan-nomina, il-persuna li tagħmel il-ħatra u l-ħatra ripetuta;

CA.  billi l-Awtoritajiet Ungeriżi ddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jirrieżaminaw ir-regoli dwar ir-restrizzjonijiet fir-reklamar politiku waqt il-kampanji elettorali; billi l-Gvern Ungeriż jinsab f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kwistjoni tar-reklamar politiku; billi, madankollu, ir-Raba’ Emenda timponi wkoll projbizzjoni wiesgħa u potenzjalment vaga fuq id-diskors li jkollu l-għan li joffendi d-dinjità ta’ gruppi, inkluż in-nazzjon Ungeriż, li tista’ tintuża sabiex b’mod arbitrarju tinterferixxi mal-libertà tal-espressjoni u tista’ trażżan il-libertà tal-espressjoni tal-ġurnalisti, kif ukoll tal-artisti u ta’ oħrajn;

CB.  billi l-Awtorità għall-Midja u l-Infokomunikazzjonijiet Nazzjonali u l-Kunsill tal-Midja ma wettqux valutazzjonijiet fuq l-effetti tal-leġiżlazzjoni fuq il-kwalità tal-ġurnaliżmu, il-gradi ta’ libertà editorjali u l-kwalità tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ġurnalisti;

Ir-rispett tad-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi

CC.  billi r-rispett għad-drittijiet tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi huwa espliċitament rikonoxxut fost il-valuri msemmijin fl-Artikolu 2 tat-TUE u billi l-Unjoni għandha l-impenn li tippromwovi dawn il-valuri u tiġġieled kontra l-esklużjoni u d-diskriminazzjoni soċjali, ir-razziżmu u l-anti-Semitiżmu;

CD.  billi n-nondiskriminazzjoni tirrappreżenta dritt fundamentali affermat fl-Artikolu 21 tal-Karta;

CE.  billi r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jiżguraw li jiġu rrispettati d-drittijiet tal-bniedem ta’ kulħadd, irrispettivament mill-etniċità jew it-twemmin tagħhom, tkopri l-livelli kollha tal-amministrazzjoni pubblika kif ukoll l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u timplika wkoll il-promozzjoni attiva tat-tolleranza u tikkundanna bis-saħħa fenomeni bħall-vjolenza razzjali, diskors ta’ mibegħda anti-Semitiku u anti-Rom, b’mod partikolari meta jiġi espress f’forums uffiċjali jew pubbliċi inkluż fil-Parlament Ungeriż;

CF.  billi n-nuqqas ta’ reazzjoni mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi f’każijiet ta’ kriminalità razzista(9) rriżulta f’nuqqas ta’ fiduċja fil-forzi tal-pulizija;

CG.  billi ta' min jingħad li l-Parlament Ungeriż ippromulga liġi fl-oqsma kriminali u ċivili biex jikkumbatti l-inċitament razzist u d-diskors ta' mibegħda;

CH.  billi, għalkemm l-intolleranza kontra l-membri tal-komunitajiet tar-Roma u Lhud mhijiex problema assoċjata biss mal-Ungerija u billi Stati Membri oħra għandhom l-istess kwistjoni, avvenimenti riċenti qajmu tħassib dwar iż-żieda fid-diskors ta’ mibegħda anti-Rom u anti-Semitiku fl-Ungerija;

CI.  billi l-infurzar tal-leġiżlazzjoni retroattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u fil-qasam tas-sistema tal-pensjonijiet wassal għal żieda qawwija fl-insigurtà soċjali u l-faqar, li m’għandux bħala konsegwenza biss inċertezza kbira min-naħa tal-poplu iżda jirrappreżenta wkoll ksur tad-drittijiet tal-proprjetà privata u jdgħajjef id-drittijiet tal-libertà ċivili bażiċi;

Libertà tar-reliġjon u rikonoxximent tal-knejjes

CJ.  billi l-libertà ta’ ħsieb, kuxjenza u reliġjon kif stabbilita fl-Artikolu 9 tal-KEDB u l-Artikolu 10 tal-Karta hija waħda mill-pedamenti ta’ soċjetà demokratika, u billi r-rwol tal-Istat f’dan il-qasam għandu jkun li jiggarantixxi b’mod newtrali u imparzjali d-dritt li jkunu eżerċitati diversi reliġjonijiet, fidi u twemmin;

CK.  billi l-Att dwar il-Knejjes stabbilixxa reġim legali ġdid għar-regolamentazzjoni tal-assoċjazzjonijiet reliġjużi u l-knejjes fl-Ungerija, li impona sett ta' rekwiżiti għar-rikonoxximent tal-knejjes u għamel dan ir-rikonoxximent kundizzjonali fuq approvazzjoni minn qabel mill-Parlament b'maġġoranza ta' żewġ terzi;

CL.  billi l-obbligu stabbilit mill-Att dwar il-Knejjes li jinkiseb rikonoxximent mill-parlament bħala kundizzjoni biex titwaqqaf knisja tqies mill-Kummissjoni ta' Venezja(10) bħala restrizzjoni tal-libertà ta' reliġjon;

CM.  billi b'riżultat tad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet retroattivi tal-Att dwar il-Knejjes iktar minn 300 knisja rreġistrata tilfu l-istatus legali tagħhom bħala knisja;

CN.  billi fuq talba ta' bosta komunitajiet reliġjużi u tal-Kummissarju Ungeriż għad-Drittijiet Fundamentali, il-Qorti Kostituzzjonali eżaminat il-kostituzzjonalità tad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Knejjes u fid-Deċiżjoni 6/2013 tagħha tas-26 ta' Frar 2013 iddikjarat li ftit minnhom ma kinux kostituzzjonali u ħassrithom b'effett retroattiv;

CO.  billi l-Qorti Kostituzzjonali f'dik id-Deċiżjoni, filwaqt li ma ddubitatx id-dritt tal-parlament li jispeċifika kundizzjonijiet sostantivi għar-rikonoxximent ta' knisja, qieset li r-rikonoxximent ta’ status ta' knisja b’vot fil-parlament jista’ jirriżulta f'deċiżjonijiet politikament preġudikati, u billi l-Qorti Kostituzzjonali ddikjarat li l-Att ma kien fih l-ebda obbligu li jiġu pprovduti raġunijiet dettaljati ta’ deċiżjoni li tirrifjuta l-istatus ta’ knisja, li ma ġiet speċifikata l-ebda skadenza għall-azzjonijiet tal-parlament u li l-Att ma tax il-possibilità ta’ rimedju legali effettiv f'każijiet ta' rifjut jew nuqqas ta’ deċiżjoni;

CP.  billi r-Raba’ Emenda tal-Liġi Fundamentali, adottata ġimagħtejn wara d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, emendat l-Artikolu VII tal-Liġi Fundamentali u għolliet għal-livell tal-kostituzzjoni s-setgħa tal-parlament li jgħaddi liġijiet kardinali sabiex jiġi rikonoxxut li ċerti organizzazzjonijiet involuti f'attivitajiet reliġjużi bħala knejjes, biex b'hekk ġiet annullata d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali;

II – Valutazzjoni
Il-Liġi Fundamentali tal-Ungerija u l-implimentazzjoni tagħha

1.  Ifakkar li r-rispett lejn il-legalità, inkluż proċess trasparenti, responsabbli u demokratiku għall-promulgazzjoni ta' liġijiet, inkluż meta tiġi adottata Liġi Fundamentali u lejn sistema b'saħħitha ta' demokrazija rappreżentattiva bbażata fuq elezzjonijiet liberi u r-rispett lejn id-drittijiet tal-oppożizzjoni huma elementi ewlenin tal-kunċetti tad-demokrazija u l-istat tad-dritt kif stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE, li jistipula li “l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett tad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel', u kif inhu pproklamat fil-Preamboli tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Karta; jiddispjaċih li fil-passat l-istituzzjonijiet tal-UE mhux dejjem irnexxielhom jissodisfaw l-istandards tagħhom stess fir-rigward tal-protezzjoni tal-valuri bażiċi Ewropej; għalhekk jensfasizza r-responsabbiltà speċjali tagħhom, li jagħmlu minn kollox għall-ħarsien tad-drittijiet bażiċi Ewropej kif stipulat fl-Artikolu 2 tat-TUE fuq livell tal-Unjoni u fl-Istati Membri;

2.  Itenni bis-sħiħ li, filwaqt li l-abbozzar u l-adozzjoni ta' kostituzzjoni ġdida jaqgħu fl-ambitu tal-kompetenzi tal-Istati Membri, l-Istati Membri u l-UE għandhom ir-responsabbiltà li jiżguraw li l-proċessi kostituzzjonali u l-kontenuti tal-kostituzzjonijiet ikunu f'konformità mal-impenji magħmula mill-Istat Membru fit-trattat ta’ adeżjoni tiegħu mal-Unjoni Ewropea; jiġifieri bil-valuri komuni tal-Unjoni, tal-Karta u tal-KEDB;

3.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-proċess tal-abbozzar u l-adozzjoni tal-Liġi Fundamentali tal-Ungerija kien nieqes mit-trasparenza, l-onestà, l-inklussività u fuq kollox il-bażi konsenswali li hija mistennija fi proċess kostitwenti demokratiku modern, u b'hekk iddgħajfet il-leġittimità tal-Liġi Fundamentali stess,

4.  Jieħu nota tad-Deċiżjoni tat-28 ta’ Diċembru 2012 tal-Qorti Kostituzzjonali msemmija qabel li tiddikjara li l-Parlament Ungeriż eċċeda l-awtorità leġiżlattiva tiegħu meta ppromulga numru ta’ regoli permanenti u ġenerali fid-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-Liġi Fundamentali, fost affarijiet oħra, li “huwa l-kompitu u r-responsabbiltà tas-setgħa kostitwenti li tiċċara s-sitwazzjoni wara l-annullament parzjali. Il-Parlament għandu jagħmel sitwazzjoni legali evidenti u ċara’, filwaqt li jżid ir-rekwiżit li dan ma jfissirx l-inklużjoni awtomatika tad-dispożizzjonijiet annullati fil-Liġi Fundamentali mingħajr distinzjoni ta' xejn, iżda il-Parlament ”għandu jirrevedi l-kwistjonijiet tad-dispożizzjonijiet mhux tranżitorji annullati u jiddeċiedi dwar liema kwistjonijiet għandhom jiġu rregolati mill-ġdid u fuq liema livell ta’ sorsi legali. Għandu jkun ukoll il-Parlament li jiddeċiedi liema dispożizzjonijiet għandhom jiġu rregolati mill-ġdid għandhom jiġu inkorporati fil-Liġi Fundamentali u liema għandhom jiġu stabbiliti fuq livell ta’ Atti tal-Parlament’;

5.  Jikkritika bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tar-Raba' Emenda tal-Liġi Fundamentali, li jmorru kontra s-supremazija tal-Liġi Fundamentali billi jerġgħu jintroduċu fit-test tiegħu numru ta' regoli li qabel kienu ġew iddikjarati bħala mhux kostituzzjonali – jiġifieri mhux kompatibbli mal-bażi proċedurali jew sostantiva tal-Liġi Fundamentali – mill-Qorti Kostituzzjonali;

6.  Ifakkar li fid-Deċiżjoni tat-28 ta’ Diċembru 2012 tagħha msemmija hawn fuq, il-Qorti Kostituzzjonali ħadet deċiżjoni ċara dwar l-istandards ta’ kostituzzjonalità billi ddikjarat li “skont l-istat tad-dritt, fi Stati demokratiċi, il-kostituzzjonijiet għandhom standards u rekwiżiti sostanzjali u proċedurali kostanti. Ir-rekwiżiti kostituzzjonali sostanzjali u proċedurali m’għandhomx jiġu stabbiliti, fl-era tal-Liġi Fundamentali, aktar baxxi milli kienu fiż-żmien (tal-Att) tal-Kostituzzjoni. Ir-rekwiżiti ta' Stat kostituzzjonali skont l-istat tad-dritt jibqgħu fil-preżent infurzati b'mod konsistenti u huma programmi għall-futur. Skont l-istat tad-dritt, l-Istat kostituzzjonali huwa sistema ta' valuri, prinċipji u garanziji kostanti’; iqis li dikjarazzjoni daqshekk ċara u dinjituża tapplika għall-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri kollha tagħha;

7.  Ifakkar li l-valuri komuni tal-Unjoni tad-demokrazija u l-istat tad-dritt jeħtieġu sistema b’saħħitha ta’ demokrazija rappreżentattiva bbażata fuq l-elezzjonijiet liberi u r-rispett tad-drittijiet tal-oppożizzjoni u li, skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll 1 tal-KEDB, l-elezzjonijiet għandhom jiżguraw “l-espressjoni tal-opinjoni tal-poplu fl-għażla tal-leġiżlatur’;

8.  Iqis li filwaqt li l-użu tal-liġijiet tal-maġġoranza ta’ żewġ terzi huwa komuni fi Stati Membri oħrajn u ilu stabbilit bħala karatteristika tal-ordni kostituzzjonali u ġuridika Ungeriża mill-1989, l-użu estensiv tal-liġijiet kardinali għall-istabbiliment ta’ regoli speċifiċi u dettaljati ħafna, jmur kontra l-prinċipji tad-demokrazija u l-istat tad-dritt peress li ppermetta l-gvern attwali, li jgawdi mill-appoġġ ta’ maġġoranza kwalifikata, li jqiegħed iswed fuq l-abjad għażliet politiċi bil-konsegwenza li sar iktar diffiċli għal kwalunkwe gvern futur ġdid b’maġġoranza sempliċi fil-parlament li jirreaġixxi għal bidliet soċjali u b’hekk li jnaqqas potenzjalment l-importanza tal-elezzjonijiet il-ġodda; iqis li użu bħal dan għandu jiġi vvalutat mill-ġdid, sabiex jiġi żgurat li l-gvernijiet u l-maġġoranzi parlamentari futuri jitħallew jistabbilixxu leġiżlazzjoni b’mod li jagħmel sens u komprensiv;

9.  Iqis li l-użu tal-proċedura tal-abbozzi tal-membri individwali biex tiġi implimentata l-kostituzzjoni (permezz tal-liġijiet kardinali) mhuwiex proċess leġiżlattiv trasparenti, responsabbli u demokratiku għaliex ma jipprovdix il-garanziji li jiżgura dibattitu u konsultazzjoni soċjali bis-sens, u li jista’ jmur kontra l-Liġi Fundamentali stess, u b’hekk isir obbligu għall-gvern (u mhux għall-membri individwali) li jippreżentaw l-abbozzi neċessarji lill-parlament għall-implimentazzjoni tal-Liġi Fundamentali;

10.  Jieħu nota tal-opinjoni tal-Kummissjoni ta’ Venezja (Nru CDL-AD(2011)016) li “tilqa’ l-fatt li din il-Kostituzzjoni l-ġdida tistabbilixxi ordni kostituzzjonali bbażata fuq id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali bħala prinċipji sottostanti”; jieħu nota wkoll tal-opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja (Nru CDL-AD(2012)001) fejn skont din l-opinjoni l-adozzjoni ta' ammont kbir ta' liġijiet f'perjodu ta' żmien qasir ħafna jista' jispjega għala uħud mid-dispożizzjonijiet il-ġodda mhumiex konformi mal-istandards Ewropej; jieħu nota wkoll tal-opinjoni tal-Kummissjoni ta’ Venezja dwar ir-Raba’ Emenda tal-Liġi Fundamentali Ungeriża (Nru CDL-AD(2013) 012), li tiddikjara li “ir-Raba’ Emenda nnifisha toħloq jew ittawwal in-nuqqasijiet fis-sistema kostituzzjonali tal-Ungerija’;

11.  Jilqa’ l-fatt li l-Liġi Fundamentali tal-Ungerija ttenni kif ukoll tafferma l-artikoli tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Ungerija, bħala r-raba’ pajjiż fl-UE, fl-Artikolu H tirrikonoxxi l-lingwa tas-sinjali Ungeriża (HSL) bħala lingwa kompluta u tiddefendi l-HSL bħala parti mill-kultura Ungeriża;

12.  Jilqa’ l-fatt li fl-Artikolu XV tagħha, il-Liġi Fundamentali tal-Ungerija tipprojbixxi b’mod speċifiku d-diskriminazzjoni fuq raġunijiet ta’ razza, kulur, sess, diżabbiltà, lingwa, reliġjon, opinjonijiet reliġjużi jew ta’ natura oħra, oriġini nazzjonali jew soċjali, jew ċirkostanzi finanzjarji, tat-twelid jew ċirkostanza oħra u tistipula li l-Ungerija għandha tadotta miżuri speċjali għall-protezzjoni tat-tfal, in-nisa, l-anzjani u l-persuni li jgħixu b’diżabbiltà skont l-Artikoli 20 sa 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Is-sistema demokratika tal-kontrolli u l-bilanċi

13.  Ifakkar li d-demokrazija u l-istat tad-dritt jeħtieġu separazzjoni tal-poteri fost l-istituzzjonijiet indipendenti bbażata fuq sistema li tiffunzjona sew ta' kontrolli u bilanċi u ta' kontroll effettiv tal-konformità tal-leġiżlazzjoni mal-kostituzzjoni;

14.  Ifakkar li l-maġġoranza kostituzzjonali żiedet in-numru ta’ mħallfin kostituzzjonali minn 11 għal 15 u aboliet ir-rekwiżit tal-ilħuq ta’ ftehim mal-oppożizzjoni dwar l-elezzjoni ta’ mħallfin kostituzzjonali; jinsab imħasseb li minħabba dawn il-miżuri tmienja mill-15-il imħallef attwali ġew eletti b’mod esklużiv b’maġġoranza ta’ żewġ terzi (bla ebda eċċezzjoni), inklużi żewġ membri ġodda li nħatru direttament mill-pożizzjoni tagħhom ta’ membri tal-parlament.

15.  Jilqa’ l-introduzzjoni ta’ possibbiltà għal żewġ tipi ġodda ta’ ilmenti kostituzzjonali fil-Qorti Kostituzzjonali u jifhem li sistema demokratika msejsa fuq l-istat tad-dritt mhux neċessarjament teħtieġ qorti kostituzzjonali sabiex tiffunzjona tajjeb; ifakkar, madankollu, l-Opinjoni Nru CDL-AD (2011)016 tal-Kummissjoni ta’ Venezja, li tindika li fi stati li għażlu li jkollhom qorti kostituzzjonali, din il-qorti għandha tkun intitolata li tivvaluta l-konformità tal-liġijiet kollha mad-drittijiet tal-bniedem iggarantiti fil-kostituzzjoni; iqis, madankollu, li l-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni kostituzzjonali relatata mal-liġijiet dwar il-baġit ċentrali u t-taxxi ddgħajjef il-garanziji istituzzjonali u proċedurali għall-protezzjoni ta’ numru ta’ drittijiet kostituzzjonali u għall-kontroll tas-setgħat tal-parlament u tal-gvern fil-qasam baġitarju;

16.  Ifakkar li kif iddikjarat mill-Qorti Kostituzzjonali fid-Deċiżjoni tagħha Nru 45/2012, “Il-legalità kostituzzjonali għandha mhux biss rekwiżiti ta’ validità proċedurali, formali u pubbliċi, iżda wkoll rekwiżiti sostanzjali [...]. Kif xieraq, il-Qorti Kostituzzjonali tista’ anke teżamina l-infurzar ħieles u l-kostituzzjonalizzazzjoni tar-rekwiżiti sostanzjali, il-garanziji u l-valuri tal-Istati demokratiċi skont l-istat tad-dritt”;

17.  Iqis li fid-dawl tal-emendi sistematiċi tal-Liġi Fundamentali b’rieda politika l-Qorti Kostituzzjonali ma tistax tibqa’ twettaq ir-rwol tagħha bħala l-korp suprem tal-protezzjoni kostituzzjonali, b’mod speċjali minħabba li r-Raba’ Emenda tipprojbixxi b’mod espliċitu lill-Qorti milli tirrieżamina l-emendi kostituzzjonali li jmorru kontra rekwiżiti u prinċipji kostituzzjonali oħrajn;

18.  Billi jitqies id-dritt ta’ parlament elett b’mod demokratiku għall-adozzjoni ta’ liġi b’konformità mad-drittijiet fundamentali, fir-rigward ta’ minoranzi politiċi, u bi proċedura trasparenti u demokratikament adegwata, u tal-qrati responsabbli, kemm dawk ordinarji kif ukoll kostituzzjonali, għas-salvagwardja tal-kompatibilità tal-liġijiet mal-kostituzzjoni, jenfasizza l-importanza tal-prinċipju tas-separazzjoni tal-poteri u sistema li tiffunzjona b’mod xieraq għall-kontrolli u l-bilanċi; huwa mħasseb f’dan ir-rigward dwar il-bidla fis-setgħat fi kwistjonijiet kostituzzjonali, għall-vantaġġ tal-Parlament u għall-iżvantaġġ tal-Qorti Kostituzzjonali, li ddgħajjef ħafna il-prinċipju tas-separazzjoni tal-poteri u sistema ta' kontrolli u bilanċi li taħdem tajjeb, li huma korollarji ewlenin tal-istat tad-dritt; jilqa’ f’dan ir-rigward, l-istqarrija konġunta EGER tas-16 ta’ Mejju 2013 mill-Presidenti tal-Qrati Kostituzzjonali tal-Ungerija u r-Rumanija, Péter Paczolay u Augustin Zegrean, li tenfasizza r-responsabbiltà speċjali tal-qrati kostituzzjonali f’pajjiżi li huma ggvernati b’maġġoranza ta’ żewġ terzi;

19.  Huwa wkoll estremament imħasseb dwar dawk id-dispożizzjonijiet tar-Raba' Emenda li jħassru 20 sena ta' ġurisprudenza kostituzzjonali, li fiha sistema sħiħa ta' prinċipji fundamentali u rekwiżiti kostituzzjonali, inkluża kwalunkwe każistika potenzjali li taffettwa l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE u tal-liġi Ewropea għad-drittijiet tal-bniedem; jinnota li l-Qorti diġà użat id-deċiżjonijiet preċedenti tagħha bħala sors ta’ interpretazzjoni; jinsab imħasseb, madankollu, bil-fatt li jista’ jkun li qrati oħrajn ma jkunux jistgħu jibbażaw id-deċiżjonijiet tagħhom fuq il-każistika preċedenti tal-Qorti Kostituzzjonali;

20.  Huwa mħasseb ukoll dwar il-konformità mal-liġi tal-UE tad-dispożizzjoni tar-Raba' Emenda li tippermetti l-Gvern Ungeriż li jimponi taxxa speċjali sabiex jimplimenta s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE li jinvolvu obbligi ta' ħlas meta l-baġit tal-istat m'għandux biżżejjed fondi disponibbli u meta d-dejn pubbliku jaqbeż nofs il-prodott domestiku gross; jieħu nota tad-djalogu għaddej bejn il-Gvern Ungeriż u l-Kummissjoni Ewropea dwar il-kwistjoni;

21.  Jikkritika l-proċess aċċellerat tal-promulgazzjoni ta’ liġijiet importanti peress li jdgħajjef id-drittijiet tal-partiti tal-oppożizzjoni li jkunu involuti b’mod effettiv fil-proċess leġiżlattiv, u b’hekk jiġi limitat l-iskrutinju tagħhom tal-azzjonijiet tal-maġġoranza u tal-gvern u, finalment, tiġi affettwata ħażin is-sistema ta’ kontrolli u bilanċi;

22.  Jinsab imħasseb dwar diversi dispożizzjonijiet tal-Liġi LXII tal-2013 dwar il-ħolqien ta’ regoli u regolamenti ġodda relatati mas-sorveljanza tas-sigurtà nazzjonali, peress li dawn jistgħu jwasslu għal effett negattiv fuq is-separazzjoni tal-poteri, l-indipendenza tal-ġudikatura, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja u d-dritt għal rimedju effettiv;

23.  Ifakkar li l-indipendenza tal-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data hija garantita mill-Artikolu 16 tat-TFUE u l-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE;

24.  Jenfasizza li l-protezzjoni kontra t-tneħħija mill-kariga waqt il-mandat hija element essenzjali tar-rekwiżit tal-indipendenza tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data skont il-liġi tal-UE;

25.  Jindika li l-Kummissjoni Ewropea nidiet proċedura ta’ ksur kontra l-Ungerija dwar il-legalità tat-tmiem tal-mandat ta’ dak li kien il-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data, rigward l-indipendenza adegwata ta’ korp bħal dan, liema każ attwalment huwa pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

26.  Jikkundanna l-fatt li l-bidliet istituzzjonali msemmijin qabel irriżultaw fl-indeboliment ċar tas-sistemi ta’ kontrolli u bilanċi meħtieġa mill-istat tad-dritt u l-prinċipju demokratiku tas-separazzjoni tal-poteri;

Indipendenza tal-ġudikatura

27.  Ifakkar li l-indipendenza tal-ġudikatura hija meħtieġa mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u hija rekwiżit essenzjali tal-prinċipju demokratiku tas-separazzjoni tal-poteri li ġej mill-Artikolu 2 tat-TUE;

28.  Ifakkar li l-Qorti Kostituzzjonali, fid-Deċiżjoni msemmija qabel tagħha 33/2012, iddeskriviet l-indipendenza tal-ġudikatura u l-imħallfin bħala kisba tal-kostituzzjoni storika tal-Ungerija, meta ddikkjarat li “l-prinċipju ta’ indipendenza ġuridika, bl-elementi kollha tagħha, hija mingħajr ebda dubju kisba. B'hekk il-Qorti Kostituzzjonali tistabbilixxi li l-indipendenza ġuridika, u l-prinċipju riżultanti tal-pożizzjoni fissa, mhumiex biss regola normattiva tal-Liġi Fundamentali, iżda wkoll kisba tal-kostituzzjoni storika. B'hekk dan huwa prinċipju ta' interpretazzjoni obbligatorju għal kulħadd, ibbażat fuq id-dispożizzjonijiet tal-Liġi Fundamentali, u li għandu jiġi applikat ukoll matul l-esplorazzjoni ta' kontenut potenzjali ieħor tal-Liġi Fundamentali’(11);

29.  Jenfasizza li s-salvagwardja effettiva tal-indipendenza tal-forom ġudizzjarji tifforma l-bażi tad-demokrazija fl-Ewropa u hija prerekwiżit għall-konsolidazzjoni tal-fiduċja reċiproka bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji ad-diversi Stati Membri u, konsegwentement, għal kooperazzjoni transkonfinali bla xkiel fil-qasam komuni tal-ġustizzja, ibbażata fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku kif stabbilit fl-Artikoli 81 tat-TFUE (kwistjonijiet ċivili) u 82 tat-TFUE (kwistjonijiet kriminali);

30.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-miżuri numerużi adottati – kif ukoll ċerti riformi attwali – ma jipprovdux biżżejjed assigurazzjonijiet ta’ salvagwardji kostituzzjonali dwar l-indipendenza tal-ġudikatura u l-indipendenza tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Ungerija;

31.  Iqis li t-terminazzjoni qabel il-waqt tal-mandat tal-President tal-Qorti Suprema tikser il-garanzija tas-sikurezza tal-mandat, li hija element ewlieni tal-indipendenza tal-ġudikatura;

32.  Jilqa’ d-Deċiżjoni 33/2012 imsemmija hawn fuq tal-Qorti Kostituzzjonali li tiddikjara li t-terminazzjoni obbligatorja tas-servizz tal-imħallfin fl-età ta’ 62 sena mhijiex kostituzzjonali kif ukoll id-Deċiżjoni msemmija hawn fuq tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE tas-6 ta’ Novembru 2012, li tiddikjara li t-tnaqqis radikali tal-età tal-irtirar tal-imħallfin fl-Ungerija hija diskriminazzjoni mhux ġustifikata fuq il-bażi tal-età u b’hekk tikser id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE;

33.  Jilqa' l-emendi tal-Att CLXI tal-2011 dwar l-organizzazzjoni u l-amministrazzjoni tal-qrati tal-Ungerija u l-Att CLXII tal-2011 dwar l-istatus legali u r-remunerazzjoni tal-imħallfin tal-Ungerija, adottati mill-Parlament Ungeriż fit-2 ta' Lulju 2012, li jindirizzaw parti kbira mit-tħassib espress fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 u mill-Kummissjoni ta' Venezja fl-opinjoni tagħha;

34.  Jiddispjaċih, madankollu, li ma ġewx implimentati r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Kummissjoni ta' Venezja, b'mod partikolari dwar il-bżonn li jiġu limitati s-setgħat diskrezzjonali tal-President tal-Uffiċċju Ġuridiku Nazzjonali fil-kuntest tat-trasferiment tal-każijiet, li potenzjalment jaffettwaw id-dritt ta' proċess ġust u d-dritt ta' mħallef ġust; jieħu nota tad-dikjarazzjoni ta’ intenzjoni mill-Gvern Ungeriż biex jirrieżamina s-sistema ta’ trasferiment ta’ kawżi; jemmen li, f’dan ir-rigward, għandhom jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja;

35.  Jilqa’ l-adozzjoni tal-Att XX tal-2013 dwar l-emendi leġiżlattivi relatati mal-limitu massimu tal-età applikabbli għal ċerti relazzjonijiet legali ġuridiċi, li jistabbilixxi l-età tal-irtirar tal-imħallfin għal 65 sena fit-tmiem ta' perjodu tranżitorju ta' 10 snin u jorganizza d-dħul mill-ġdid ta’ dawk l-imħallfin li ġew imkeċċija inġustament;

36.  Jiddispjaċih, madankollu, li fil-każ tal-imħallfin li jippresjedu, l-Att XX tal-2013 jipprovdi għad-dħul mill-ġdid tagħhom fil-pożizzjonijiet eżekuttivi oriġinali tagħhom biss jekk dawn il-pożizzjonijiet ġudizzjarji jkunu għadhom vakanti, bil-konsegwenza li ftit biss mill-imħallfin li tkeċċew inġustament huma garantiti li jiġu riintegrati fl-istess pożizzjoni eżatta bl-istess dmirijiet u responsabbiltajiet li kellhom qabel it-tkeċċija tagħhom;

37.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal tabella ta' valutazzjoni permanenti dwar il-ġustizzja f'kull wieħed mis-27 Stat Membru tal-UE kif imressqa mill-Viċi President Reding, li turi li s-salvagwardja tal-indipendenza tal-ġudikatura hija ta' tħassib ġenerali għall-UE; jenfasizza l-fatt li f’xi Stati Membri jista’ jqum tħassib serju dwar dawn il-kwistjonijiet; jitlob għal tkabbir tat-tabella ta’ valutazzjoni tal-ġustizzja biex tkopri wkoll il-ġustizzja kriminali, id-drittijiet fundamentali, l-Istat tad-dritt u d-demokrazija, kif diġà mitlub;

38.  Jirrikonoxxi l-professjonaliżmu u d-dedikazzjoni tal-komunità ġudizzjarja Ungeriża u l-impenn tagħha lejn l-istat tad-dritt, u jfakkar li minn meta beda l-proċess demokratiku fl-Ungerija l-Qorti Kostituzzjonali ġiet rikonoxxuta bħala korp kostituzzjonali eċċezzjonali fl-Ewropa u fid-dinja;

Ir-riforma elettorali

39.  Ifakkar li t-tfassil mill-ġdid tad-distretti elettorali, l-adozzjoni tal-Att dwar l-elezzjoni tal-membri tal-parlament tal-Ungerija u l-liġi dwar il-proċedura elettorali jbiddlu b’mod konsiderevoli l-qafas legali u istituzzjonali għall-elezzjonijiet li jmiss fl-2014, u għalhekk jiddispjaċih li dawn il-liġijiet ġew adottati b'mod unilaterali mill-partiti li qegħdin imexxu mingħajr konsultazzjoni wiesgħa mal-oppożizzjoni.

40.  Jinsab imħasseb li fl-ambjent politiku attwali d-dispożizzjonijiet eżistenti għall-proċedura tan-nomina tal-membri tal-Kumitat Elettorali Nazzjonali ma jiggarantux ir-rappreżentanza bilanċjata u l-indipendenza tal-kumitat b’mod xieraq;

41.  Jilqa’ l-fatt li l-awtoritajiet Ungeriżi talbu l-opinjoni tal-Kummissjoni ta’ Venezja dwar l-Att dwar l-Elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ungeriż tal-20 ta’ Jannar 2012; jikkunsidra madankollu li hija meħtieġa analiżi komprensiva sabiex jiġi evalwat ix-xenarju elettorali li ġie mibdul b'mod fundamentali.

42.  Jilqa’ l-fatt li l-Att XXXVI tal-2013 dwar il-proċedura tal-elezzjonijiet fl-Ungerija, u l-Artikolu 42 b’mod partikolari, jipprevedi li, fuq talba, il-persuni b’diżabbiltajiet iridu jiġu pprovduti bi struzzjonijiet bil-lingwa Braille, b’informazzjoni rilevanti li tinqara faċilment, b’kampjun tal-votazzjoni bil-Braille fil-postijiet tal-votazzjoni kif ukoll b’aċċessibilità sħiħa għall-postijiet tal-votazzjoni, u għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-ħtiġijiet ta’ dawk li jużaw siġġu bir-roti; barra minn hekk, abbażi tal-Artikolu 52 tal-Att fuq imsemmi, il-votanti diżabbli jistgħu jitlobu li jiġu rreġistrati f’postijiet tal-votazzjoni oħra li jkunu iżjed aċċessibbli sabiex jivvutaw fil-kostitwenza partikolari, skont l-obbligu tal-ħolqien ta’ mill-inqas post tal-votazzjoni wieħed kompletament aċċessibbli f’kull kostitwenza stabbilit fl-Artikolu 81;

Il-pluraliżmu tal-mezzi tal-komunikazzjoni

43.  Jirrikonoxxi l-isforzi tal-awtoritajiet Ungeriżi li wasslu għal bidliet leġiżlattivi li għandhom l-għan li jindirizzaw numru ta' nuqqasijiet li ġew identifikati sabiex titjieb il-leġiżlazzjoni dwar il-mezzi tal-komunikazzjoni u ssir konformi mal-istandards tal-UE u tal-Kunsill tal-Ewropa;

44.  Jilqa' d-djalogu kostruttiv kontinwu ma' atturi internazzjonali u jenfasizza li l-kooperazzjoni bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-Gvern Ungeriż tat riżultati tanġibbli, kif jidher fl-Att XXXIII tal-2013, li jindirizza ftit mit-tħassib enfasizzat preċedentement fil-valutazzjonijiet legali tal-leġiżlazzjoni dwar il-mezzi tal-komunikazzjoni, b'mod partikolari b'rabta mal-proċeduri tal-ħatra u tal-elezzjoni għall-presidenti tal-Awtorità tal-Midja u l-Kunsill tal-Midja; ifakkar madankollu li għad hemm xi tħassib dwar l-indipendenza tal-awtorità tal-mezzi tal-komunikazzjoni;

45.  Jesprimi tħassib dwar l-effetti tad-dispożizzjoni tar-Raba’ Emenda li tipprojbixxi r-reklamar politiku fil-mezzi tal-komunikazzjoni kummerċjali peress li, għalkemm l-għan iddikjarat ta' din id-dispożizzjoni huwa li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-kampanji politiċi u li jinħolqu opportunitajiet indaqs għall-partiti, din tipperikola l-għoti ta’ informazzjoni bilanċjata; jinnota li l-Gvern Ungeriż jinsab f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kwistjoni tar-regoli dwar ir-reklamar politiku; jinnota li jeżistu wkoll restrizzjonijiet f’pajjiżi Ewropej oħrajn; jieħu nota tal-opinjoni tal-Kummissjoni ta’ Venezja dwar ir-Raba’ emenda tal-Liġi Fundamentali Ungeriża (Nru CDL-AD(2013) 012), li tiddikjara li “limiti fuq ir-reklamar politiku ġew ikkunsidrati fil-kuntest tal-Istati Membru partikolari” u li “il-projbizzjoni ta’ kull reklamar politiku fis-servizzi tal-mezzi tal-komunikazzjoni kummerċjali, li jintużaw b’mod aktar wiesa’ fl-Ungerija mill-midja tas-servizz pubbliku, se ttellef l-oppożizzjoni minn ċans importanti li ssemma’ l-fehmiet tagħha b’mod effettiv u għalhekk se tagħti saħħa lill-pożizzjoni dominanti tal-gvern fil-kopertura tal-mezzi tal-komunikazzjoni”;

46.  Itenni t-talba tiegħu lill-awtoritajiet Ungeriżi biex jieħdu azzjoni sabiex iwettqu jew jikkummissjonaw valutazzjonijiet regolari proattivi dwar l-impatt tal-leġiżlazzjoni fuq l-ambjent tal-mezzi tal-komunikazzjoni (tnaqqis fil-kwalità tal-ġurnaliżmu, mumenti ta' awtoċensura, restrizzjoni tal-libertà editorjali u tnaqqis radikali fil-kwalità tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-sigurtà tal-impjieg għall-ġurnalisti);

47.  Jikkundanna l-fatt li l-Aġenzija Ungeriża għall-Aħbarijiet tal-istat (MTI) inħolqot bħala l-unika fornitur tal-aħbarijiet għax-xandara tas-servizz pubbliku, filwaqt li x-xandara privati kbar kollha huma mistennija li jkollhom is-servizz tal-aħbarijiet tagħhom stess, fisser li din għandha monopolju virtwali fis-suq, peress li l-maġġoranza tal-aħbarijiet tagħha huma disponibbli b'xejn; ifakkar fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa biex jiġi eliminat l-obbligu tax-xandara pubbliċi li jużaw l-aġenzija tal-aħbarijiet nazzjonali peress li dan jikkostitwixxi restrizzjoni mhux raġonevoli u inġusta fuq il-pluralità tal-provvista tal-aħbarijiet;

48.  Jinnota li l-awtorità għall-kompetizzjoni nazzjonali teħtieġ li tagħmel valutazzjonijiet regolari tal-ambjenti u s-swieq tal-mezzi tal-komunikazzjoni, u tenfasizza t-theddid potenzjali għall-pluraliżmu;

49.  Jisħaq fuq il-fatt li l-miżuri biex jiġi rregolat l-aċċess tal-mezzi tal-komunikazzjoni għas-suq permezz ta' liċenzji tax-xandir u proċeduri ta' awtorizzazzjoni, regoli għall-protezzjoni tas-sigurtà statali, nazzjonali jew militari u tal-ordni pubblika u regoli dwar il-moralità pubblika m'għandhomx jiġu abbużati bl-iskop li jiġu imposti kontroll jew ċensura politiċi jew partiġjani fuq il-mezzi tal-komunikazzjoni, u jenfasizza li għandu jiġi żgurat bilanċ xieraq f'dan ir-rigward;

50.  Jinsab imħasseb li x-xandir tas-servizz pubbliku huwa kontrollat minn sistema istituzzjonali estremament ċentralizzata li tieħu d-deċiżjonijiet operazzjonali reali mingħajr ebda skrutinju pubbliku; jenfasizza li l-prattiki tal-offerta preġudikati u opaki u l-informazzjoni preġudikata li tingħata mix-xandir għas-servizz tal-pubbliku li tilħaq udjenza vasta jfixklu s-suq tal-mezzi tal-komunikazzjoni; jenfasizza l-fatt li, f’konformità mal-Protokoll Nru 29 tat-Trattat ta’ Lisbona (dwar is-Sistema tax-Xandir Pubbliku fl-Istati Membri), is-sistema tax-xandir pubbliku fl-Istati Membri hija relatata direttament mal-ħtiġijiet demokratiċi, soċjali u kulturali ta’ kull soċjetà u mal-ħtieġa li jiġi ppreservat il-pluraliżmu fil-mezzi tal-komunikazzjoni;

51.  Ifakkar li r-regolamenti dwar il-kontenut għandhom ikunu ċari, u jippermettu liċ-ċittadini u lill-kumpaniji tal-mezzi tal-komunikazzjoni li jipprevedu f'liema każijiet ikunu se jiksru l-liġi u jiddeterminaw il-konsegwenzi legali ta' kwalunkwe ksur possibbli; jinnota bi tħassib li minkejja regolamenti dwar il-kontenut daqshekk iddettaljati, pożizzjonijiet pubbliċi anti-Rom reċenti baqgħu ma ġewx issanzjonati mill-Awtorità Ungeriża għall-Mezzi tal-Komunikazzjoni, u jsejjaħ għal applikazzjoni bbilanċjata tal-liġi;

Id-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi

52.  Jinnota li l-Parlament Ungeriż daħħal leġiżlazzjoni fl-oqsma kriminali u ċivili biex jiġġieled l-inċitament razzist u d-diskors ta' mibegħda; jikkunsidra li l-miżuri leġiżlattivi li ġew adottati huma punt ta’ bidu importanti biex jinkiseb l-għan li tinħoloq soċjetà ħielsa mill-intolleranza u d-diskriminazzjoni fl-Ewropa, peress li l-miżuri konkreti jistgħu jinbnew biss permezz ta’ leġiżlazzjoni soda; jindika, madankollu, li l-leġiżlazzjoni jeħtieġ li tiġi implimentata attivament;

53.  Jenfasizza li l-awtoritajiet fl-Istati Membri kollha għandhom obbligu pożittiv li jieħdu azzjoni biex jevitaw il-ksur tad-drittijiet tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, ma jistgħux jibqgħu newtrali u għandhom jieħdu l-miżuri legali, edukattivi u politiċi meħtieġa meta jiffaċjaw dan il-ksur; jinnota l-emenda tal-Kodiċi Penali tal-2011 biex jiġu evitati kampanji ta' gruppi estremisti bl-għan li jintimidaw il-komunitajiet tar-Rom, li thedded bi priġunerija sa tliet snin “l-imġiba antisoċjali provokattiva” li tnissel il-biża’ f’membru ta’ komunità nazzjonali, etnika, razzjali jew reliġjuża; jirrikonoxxi r-rwol tal-Gvern Ungeriż fit-tnedija tal-Qafas Ewropew għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom matul il-presidenza tal-UE tagħha fl-2011;

54.  Jinnota bi tħassib it-tibdil ripetut fl-ordni legali li jirrestrinġi d-drittijiet tal-persuni leżbjani, omosesswali, bisesswali u transġeneru (LGBT), pereżempju bit-tentattiv li jiġu esklużi l-koppji tal-istess sess u t-tfal tagħhom, kif ukoll forom differenti oħra ta’ familji, mid-definizzjoni ta' 'familja' fil-Liġi Fundamentali; jenfasizza li dan imur kontra l-ġurisprudenza reċenti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u joħloq ambjent ta’ intolleranza fil-konfront ta’ persuni LGBT;

55.  Jilqa’ l-inklużjoni ta’ dispożizzjonijiet fil-Kostituzzjoni Ungeriża mir-Raba’ Emenda li tiddikjara li “l-Ungerija se tfittex li tipprovdi akkomodazzjoni deċenti u aċċess għas-servizzi pubbliċi lil kull persuna” u li “l-Istat u l-gvernijiet lokali għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-ħolqien tal-kundizzjonijiet ta’ akkomodazzjoni deċenti billi jfittxu li jipprovdu akkomodazzjoni lill-persuni kollha mingħajr dar”; jesprimi tħassib, madankollu, dwar il-fatt li “sabiex jiġu protetti l-ordni pubblika, is-sigurtà pubblika, is-saħħa pubblika u l-valuri kulturali, Att tal-Parlament jew ordinanza lokali jistgħu jiddikjaraw illegali s-sitwazzjoni li fiha persuna tbiddel żona pubblika f'dar permanenti tagħha fir-rigward ta' parti speċifika ta' tali żona pubblika”, li jista' jwassal sabiex il-kundizzjoni ta' persuna mingħajr dar tiġi indirizzata permezz tal-liġi kriminali; ifakkar li l-Qorti Kostituzzjonali Ungeriża qieset li miżuri simili li jinsabu fl-Att dwar Reati Żgħar ma kinux kostituzzjonali peress li kienu kontra d-dinjità tal-bniedem;

Il-libertà tar-reliġjon u ta’ twemmin u r-rikonoxximent tal-knejjes

56.  Jinnota bi tħassib li l-bidliet introdotti fil-Liġi Fundamentali mir-Raba’ Emenda jagħtu lill-parlament is-setgħa li jirrikonoxxi, permezz ta’ liġijiet kardinali u mingħajr id-dmir kostituzzjonali li jiġġustifika r-rifjut ta' rikonoxximent, ċerti organizzazzjonijiet involuti f'attivitajiet reliġjużi bħal knejjes, li jista’ jaffettwa b'mod negattiv id-dmir tal-Istat li jibqa' newtrali u imparzjali fir-relazzjonijiet tiegħu mad-diversi reliġjonijiet u twemmin;

Konklużjoni

57.  Itenni li jagħti importanza kbira lir-rispett tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn l-Istati Membri kollha u jirrifjuta l-applikazzjoni ta’ standards doppji fit-trattament tal-Istati Membri; jenfasizza li sitwazzjonijiet simili jew oqfsa legali u dispożizzjonijiet għandhom jiġu vvalutati bl-istess mod; huwa tal-fehma li l-fatt minnu nnifsu li jinbidlu u jiġu adottati l-liġijiet ma jistax jiġi kkunsidrat bħala inkompatibbli mal-valuri tat-Trattati; jistieden lill-Kummissjoni tidentifika każijiet ta’ nuqqas ta’ kompatibbiltà mad-dritt tal-UE u lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biex tiddeċiedi dwar kwalunkwe każ bħal dan;

58.  Jikkonkludi – fir-rigward tar-raġunijiet spjegati hawn fuq – li t-tendenza sistematika u ġenerali li jiġi modifikat il-qafas kostituzzjonali u legali f'perjodi qosra ħafna, u l-kontenut ta' dawn il-modifiki, hija inkompatibbli mal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE, l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 6 tat-TUE u titbiegħed mill-prinċipji msemmija fl-Artikolu 4(3) tat-TUE; iqis li – sakemm ma tiġix aġġustata fil-ħin u b’mod adegwat – din it-tendenza se tirriżulta f'riskju ċar ta' ksur serju tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE;

III – Rakkomandazzjonijiet
Preambolu

59.  Itenni li din ir-riżoluzzjoni mhijiex biss dwar l-Ungerija, iżda b'mod inseparabbli dwar l-Unjoni Ewropea kollha kemm hi, u r-rikostruzzjoni u l-iżvilupp demokratiċi tagħha wara l-waqgħa tat-totalitarjaniżmu tas-seklu għoxrin; Ir-riżoluzzjoni hija dwar il-familja Ewropea, il-valuri komuni u l-istandards tagħha, l-inklużività u l-kapaċità tagħha li timpenja ruħha fi djalogu. Hija dwar il-ħtieġa li jiġu implimentati t-Trattati li l-Istati Membri kollha ssieħbu fihom b'mod volontarju. Hija dwar l-għajnuna reċiproka u l-fiduċja reċiproka li l-Unjoni, iċ-ċittadini tagħha u l-Istati Membri jeħtieġu li jkollhom jekk dawn it-Trattati jridu jkunu aktar minn sempliċiment kliem fuq karta, iżda pjuttost il-bażi legali għal Ewropa vera, ġusta u miftuħa li tirrispetta d-drittijiet fundamentali;

60.  Jikkondividi l-idea ta' Unjoni li mhijiex biss 'unjoni ta' demokraziji' iżda wkoll 'Unjoni ta' Demokrazija', ibbażata fuq soċjetajiet pluralistiċi fejn huma prevalenti r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt;

61.  Itenni li, għalkemm fi żminijiet ta’ kriżi ekonomika u soċjali dak li jkun jista’ jaqa’ għat-tentazzjoni li jinjora l-prinċipji kostituzzjonali, il-kredibilità u s-sodezza tal-istituzzjonijiet kostituzzjonali għandhom rwol ċentrali għall-appoġġ tal-politiki ekonomiċi, fiskali u soċjali u tal-koeżjoni soċjali;

Appell lill-Istati Membri kollha

62.  Jitlob lill-Istati Membri sabiex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom tat-Trattat għar-rispett, il-garanzija, il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-valuri komuni tal-Unjoni, li huma kundizzjoni indispensabbli għar-rispett tad-demokrazija u b’hekk tal-essenza taċ-ċittadinanza tal-Unjoni, u għall-ħolqien ta' kultura ta' fiduċja reċiproka li tippermetti kooperazzjoni transkonfinali effettiva u spazju reali ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja;

63.  Iqis li huwa d-dmir morali u legali tal-Istati Membri kollha, kif ukoll tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, li jiddefendu l-valuri Ewropej kif stabbiliti fit-Trattati, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem li kull Stat Membru huwa firmatarju tagħhom u li magħhom l-UE daqt se tissieħeb;

64.  Jistieden lill-parlamenti nazzjonali sabiex isaħħu r-rwol tagħhom fil-monitoraġġ tal-konformità mal-valuri fundamentali u jiddenunzjaw kwalunkwe riskju ta' deterjorament ta' dawn il-valuri li jista' jkun hemm ġewwa l-fruntieri tal-UE bl-għan li tinżamm il-kredibilità tal-Unjoni fir-rigward tal-pajjiżi terzi, li hija bbażata fuq is-serjetà li biha l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jqisu l-valuri li għażlu bħala pedamenti;

65.  Jistenna li l-Istati Membri kollha jieħdu l-passi neċessarji, b’mod partikolari fi ħdan il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, sabiex jikkontribwixxu b’mod leali għall-promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni u sabiex jikkooperaw mal-Parlament u l-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-osservanza tagħhom, speċjalment fil-qafas tat-'Trilogu tal-Artikolu 2' imsemmi fil-paragrafu 85;

Appell lill-Kunsill Ewropew

66.  Ifakkar lill-Kunsill Ewropew dwar ir-responsabbiltajiet tiegħu fil-qafas tal-qasam tal-ħelsien, il-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja;

67.  Jinnota b'dispjaċir li l-Kunsill Ewropew huwa l-unika istituzzjoni politika tal-UE li baqgħet siekta, filwaqt li l-Kummissjoni, il-Parlament, il-Kunsill tal-Ewropa, l-OSKE u anke l-Amministrazzjoni tal-Istati Uniti esprimew tħassib dwar is-sitwazzjoni fl-Ungerija;

68.  Iqis li l-Kunsill Ewropew ma jistax jibqa' passiv f'każijiet fejn wieħed mill-Istati Membri jikser id-drittijiet fundamentali jew jimplimenta bidliet li jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv l-istat tad-dritt f'dak il-pajjiż u b'hekk l-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea inġenerali, b'mod partikolari meta l-fiduċja reċiproka fis-sistema legali u l-kooperazzjoni ġudizzjarja jistgħu jitqiegħdu f'riskju, peress li dan għandu impatt negattiv fuq l-Unjoni nnifisha;

69.  Jistieden lill-President tal-Kunsill Ewropew jinforma lill-Parlament dwar il-valutazzjoni tiegħu tas-sitwazzjoni;

Rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni

70.  Jistieden lill-Kummissjoni bħala l-gwardjana tat-Trattati u bħala l-korp responsabbli biex jiżgura li d-dritt tal-Unjoni jiġi applikat b’mod korrett, taħt is-superviżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

   sabiex tinforma lill-Parlament dwar il-valutazzjoni tagħha tar-Raba’ Emenda tal-Liġi Fundamentali u l-impatt tagħha fuq il-kooperazzjoni fi ħdan l-UE;
   sabiex tkun determinata li tiżgura l-konformità sħiħa mal-valuri u d-drittijiet fundamentali komuni stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE, peress li l-ksur tagħhom imur kontra l-pedamenti stess tal-Unjoni u l-fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri;
   sabiex tniedi investigazzjoni oġġettiva u tibda proċedimenti ta' ksur kull meta tqis li Stat Membru jkun naqas milli jissodisfa obbligu taħt it-Trattati u, b'mod partikolari, ikun qed jikser id-drittijiet imħaddna fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE;
   sabiex tevita kull standard doppju fit-trattament tal-Istati Membri, u tiżgura li, f’sitwazzjonijiet simili, l-Istati Membri kollha jiġu trattati b’mod simili, u b’hekk ikun hemm rispett sħiħ tal-prinċipju tal-ugwaljanza tal-Istati Membri quddiem it-Trattati;
   sabiex tiffoka mhux biss fuq il-ksur speċifiku tad-dritt tal-UE li għandu jiġi rimedjat b'mod partikolari permezz tal-Artikolu 258 tat-TFUE, iżda wkoll biex twieġeb b’mod xieraq għal bidla sistematika tas-sistema u l-prattika kostituzzjonali u legali ta' Stat Membru fejn bosta reati ta' ksur ripetuti sfortunatament jirriżultaw fi stat ta' inċertezza tad-dritt li ma jibqax jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 2 tat-TUE;
   sabiex tadotta approċċ iktar komprensiv meta tindirizza kwalunkwe riskju potenzjali ta’ ksur serju tal-valuri fundamentali fi Stat Membru partikolari fi stadju bikri u tidħol immedjatament fi djalogu politiku strutturat mal-Istat Membru rilevanti u l-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE; dan id-djalogu politiku strutturat għandu jiġi kkoordinat fl-ogħla livell politiku tal-Kummissjoni u jkollu impatt ċar fuq l-ambitu sħiħ tan-negozjati bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat fid-diversi oqsma tal-UE;
   biex toħloq, malli jiġu identifikati r-riskji tal-ksur tal-Artikolu 2 tat-TUE, “Aġenda ta' Twissija dwar l-Artikolu 2 tat-TUE’, jiġifieri mekkaniżmu ta’ monitoraġġ tal-valuri tal-Unjoni, li l-Kummissjoni għandha tindirizza bi prijorità u urġenza esklużivi, ikkoordinat fl-ogħla livell politiku u meqjus fid-diversi politiki settorjali tal-UE, sakemm tiġi rkuprata l-konformità sħiħa mal-Artikolu 2 tat-TUE u jitneħħa kull riskju ta' ksur tiegħu, kif previst ukoll fl-ittra tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin ta' erba' Stati Membri li jinsistu mal-President tal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li jiġi żviluppat metodu ġdid u aktar effettiv ta' salvagwardja tal-valuri fundamentali sabiex ikun hemm aktar enfasi fuq il-promozzjoni ta' kultura ta' rispett għall-istat tad-dritt, li ġiet ikkunsidrata mill-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt u fir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2012 dwar l-Applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tas-6 u s-7 ta' Ġunju 2013;
   sabiex torganizza laqgħat fuq livell tekniku mas-servizzi tal-Istat Membru kkonċernat iżda ma tikkonkludi l-ebda negozjati f’oqsma politiki minbarra dawk relatati mal-Artikolu 2 tat-TUE sakemm tiġi żgurata konformità sħiħa mal-Artikolu 2 tat-TUE;
   sabiex tapplika approċċ orizzontali li jinvolvi s-servizzi kkonċernati kollha tal-Kummissjoni ħalli jiġi żgurat rispett għall-istat tad-dritt fl-oqsma kollha, inkluż is-settur ekonomiku u soċjali;
   sabiex taġġorna l-komunikazzjoni tagħha tal-2003 dwar l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (COM(2003)0606) u tfassal proposta dettaljata għal mekkaniżmu ta' monitoraġġ rapidu u indipendenti u sistema ta' twissija bikrija;
   sabiex tissorvelja regolarment il-funzjonament korrett taż-żona Ewropea ta' ġustizzja u tieħu azzjoni meta l-indipendenza tal-ġudikatura titpoġġa f'riskju fi kwalunkwe Stat Membru, bl-għan li jiġi evitat it-tnaqqis fil-fiduċja reċiproka fost l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali, li b’mod inevitabbli joħloq ostakoli għall-applikazzjoni korretta tal-istrumenti tal-UE għar-rikonoxximent reċiproku u l-kooperazzjoni transkonfinali;
   sabiex tiżgura li l-Istati Membri jiggarantixxu implimentazzjoni korretta tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fir-rigward tal-pluraliżmu tal-mezzi tal-komunikazzjoni u tal-aċċess ugwali għall-informazzjoni;
   sabiex tissorvelja l-implimentazzjoni effettiva tar-regoli li jiżguraw proċeduri trasparenti u ġusti għall-finanzjament tal-mezzi tal-komunikazzjoni u r-reklamar statali u l-allokazzjoni tal-isponsorizzar, sabiex jiġi ggarantit li dawn ma jikkawżaw l-ebda interferenza fir-rigward tal-libertà tal-informazzjoni u l-espressjoni, il-pluraliżmu jew il-linji editorjali meħudin mill-mezzi tal-komunikazzjoni;
   sabiex tieħu miżuri xierqa, fil-ħin, proporzjonati u progressivi fejn ikun hemm tħassib fir-rigward tal-libertà tal-espressjoni, l-informazzjoni, il-libertà tal-mezzi tal-komunikazzjoni u l-pluraliżmu fl-UE u fl-Istati Membri fuq il-bażi ta' analiżi dettaljata u bir-reqqa tas-sitwazzjoni u l-problemi li għandhom jiġu solvuti u l-aħjar modi kif jiġu indirizzati;
   sabiex tindirizza dawn il-kwistjonijiet fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva sabiex titjieb il-kooperazzjoni bejn il-korpi regolatorji tal-Istati Membri u l-Kummissjoni, u jitwettqu kemm jista' jkun malajr reviżjoni u emenda tad-Direttiva u b’mod partikolari tal-Artikoli 29 u 30 tagħha;
   sabiex tkompli għaddejja bid-djalogu mal-gvern Ungeriż dwar il-konformità mad-dritt tal-UE tal-proposta l-ġdida tar-Raba' Emenda li tippermetti lill-Gvern Ungeriż jimponi taxxa speċjali sabiex jiġu implimentati sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE li jinvolvu obbligi ta' ħlas meta l-baġit tal-istat ma jkollux biżżejjed fondi disponibbli u meta d-dejn pubbliku jaqbeż nofs il-prodott domestiku gross, u tissuġġerixxi miżuri adegwati biex tipprevjeni ksur potenzjali tal-kooperazzjoni sinċiera kif stabbilita fl-Artikolu 4(3) tat-TUE;

71.  Ifakkar lill-Kummissjoni li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-adeżjoni li jmiss tal-Unjoni mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem iwasslu għal arkitettura ġdida fid-dritt tal-Unjoni Ewropea, struttura li tqiegħed iktar minn qatt qabel id-drittijiet tal-bniedem fil-qalba tagħha, li b’hekk tati lill-Kummissjoni, bħala l-gwardjana tat-Trattati, iktar responsabbiltajiet f’dan il-qasam;

Rakkomandazzjonijiet lill-Awtoritajiet Ungeriżi

72.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ungeriżi jimplimentaw malajr kemm jista’ jkun il-miżuri kollha li l-Kummissjoni Ewropea bħala l-gwardjana tat-trattati tqis neċessarji sabiex ikun hemm konformità sħiħa mad-dritt tal-UE, mad-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali Ungeriża u biex jimplimentaw malajr kemm jista’ jkun ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin, b’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja, tal-Kunsill tal-Ewropa u korpi internazzjonali oħrajn għall-protezzjoni tal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, bl-għan li jkun hemm konformità sħiħa mal-istat tad-dritt u r-rekwiżiti ewlenin tiegħu dwar l-ambitu kostituzzjonali, is-sistema ta’ kontrolli u bilanċi u l-indipendenza tal-ġudikatura, kif ukoll dwar salvagwardji b’saħħithom għad-drittijiet fundamentali, inkluża l-libertà ta' espressjoni, il-mezzi tal-komunikazzjoni u r-reliġjon jew it-twemmin, il-protezzjoni tal-minoranzi, l-azzjoni biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni u d-dritt għall-proprjetà;

Dwar id-Dritt Fundamentali:

Dwar il-kontrolli u l-bilanċi:

Dwar l-indipendenza tal-ġudikatura:

Dwar ir-riforma elettorali:

Dwar il-mezzi tal-komunikazzjoni u l-pluraliżmu:

Dwar ir-rispett tad-drittijiet fundamentali, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi:

Dwar il-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin u r-rikonoxximent tal-knejjes:

   biex jirrestawraw bis-sħiħ is-supremazija tad-Dritt Fundamentali billi jitneħħew minnu dawk id-dispożizzjonijiet li qabel ġew iddikjarati bħala mhux kostituzzjonali mill-Qorti Kostituzzjonali;
   biex inaqqsu l-użu rikorrenti tal-liġijiet kardinali b’tali mod li l-oqsma tal-politika bħall-familja, dawk soċjali, fiskali u baġitarji jitħallew għal-leġiżlazzjoni ordinarja u l-maġġoranzi;
   biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja, u b’mod partikolari, jirrevedu l-lista ta’ oqsma ta’ politika li jeħtieġu maġġoranza kwalifikata bl-għan li jkunu żgurati elezzjonijiet futuri b’sinifikat;
   biex jiżguraw sistema parlamentari ħajja li tirrispetta wkoll il-forzi tal-oppożizzjoni billi tati lok għal żmien raġonevoli għal dibattitu ġenwin bejn il-maġġoranza u l-oppożizzjoni u għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku ġenerali fil-proċedura leġiżlattiva;
   biex jiżguraw l-iktar parteċipazzjoni wiesgħa possibbli tal-partiti parlamentari kollha fil-proċess kostituzzjonali, anke jekk il-maġġoranza speċjali rilevanti tkun miżmuma mill-koalizzjoni li qed tiggverna waħedha;
   biex jirrestawraw b’mod sħiħ il-prerogattivi tal-Qorti Kostituzzjonali bħala l-korp suprem tal-protezzjoni kostituzzjonali, u b’hekk il-preċedenza tal-Liġi Fundamentali, billi jitneħħew mit-test tagħha l-limitazzjonijiet fuq is-setgħa tal-Qorti Kostituzzjonali li tirrevedi l-kostituzzjonalità ta' kwalunkwe bidla fil-Liġi Fundamentali kif ukoll l-abolizzjoni ta' għoxrin sena ta' każistika kostituzzjonali; biex jagħtu lura d-dritt lill-Qorti Kostituzzjonali li tirrevedi l-leġiżlazzjoni kollha mingħajr eċċezzjoni, bl-għan li jinħoloq kontrobilanċ għall-azzjonijiet parlamentari u eżekuttivi u li jiġi żgurat stħarriġ ġudizzjarju sħiħ; stħarriġ ġudizzjarju u kostituzzjonali ta’ dan it-tip jista’ jsir b’modi differenti u fi Stati Membri differenti, skont il-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull storja kostituzzjonali nazzjonali, iżda ladarba tiġi stabbilita, Qorti Kostituzzjonali bħal dik Ungeriża, li wara l-waqgħa tar-reġim Komunista malajr bniet reputazzjoni fost il-Qrati Supremi fl-Ewropa, m'għandhiex tkun soġġetta għal miżuri mmirati sabiex inaqqsu l-kompetenzi tagħha u b'hekk idgħajfu l-istat tad-dritt;
   biex jiksbu lura l-possibbiltà għas-sistema ġudizzjarja li tirreferi għall-każistika tal-Qorti Kostituzzjonali ppubblikata qabel id-dħul fis-seħħ tal-Liġi Fundamentali, b’mod partikolari fil-qasam tad-drittijiet fundamentali(12);
   biex jimmiraw għall-kunsens meta jkunu qegħdin jiġu eletti l-membri tal-Qorti Kostituzzjonali bl-involviment sinifikanti tal-oppożizzjoni, u biex jiżguraw li l-membri tal-qorti jkunu ħielsa mill-influwenza politika;
   biex jirrestawraw il-prerogattivi tal-parlament fil-qasam tal-baġit u b’hekk jiżguraw il-leġittimità demokratika sħiħa tad-deċiżjonijiet tal-baġit billi titneħħa r-restrizzjoni tas-setgħat parlamentari mill-Kunsill tal-Baġit mhux parlamentari;
    
   biex jipprovdu kjarifiki dwar kif l-awtoritajiet Ungeriżi beħsiebhom isolvu t-tmiem prematur tal-mandat tal-uffiċjali anzjani bl-għan li tiġi żgurata l-indipendenza istituzzjonali tal-awtorità għall-protezzjoni tad-data;
   biex jiggarantixxu għalkollox l-indipendenza tal-ġudikatura billi jiżguraw li jiġu stabbiliti fil-Liġi Fundamentali l-prinċipji ta’ pożizzjoni fissa u l-mandat garantit tal-imħallfin, ir-regoli dwar l-istruttura u l-kompożizzjoni tal-korpi governattivi tal-ġudikatura, kif ukoll is-salvagwardja tal-indipendenza tal-Qorti Kostituzzjonali kif imħaddna fil-Liġi Fundamentali;
   biex jimplimentaw malajr u b'mod korrett id-deċiżjonijiet imsemmija hawn fuq tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta' Novembru 2012 u tal-Qorti Kostituzzjonali Ungeriża, billi jagħtu ċ-ċans lill-imħallfin imkeċċija li jixtiequ jerġgħu jingħataw il-pożizzjonijiet preċedenti tagħhom li jagħmlu hekk, inklużi dawk l-imħallfin li jippresjedu li l-pożizzjonijiet eżekuttivi oriġinali tagħhom ma jkunux għadhom vakanti;
   biex jistabbilixxu kriterji tal-għażla oġġettivi, jew jagħtu mandat lill-Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali sabiex jistabbilixxi dawn il-kriterji, bl-għan li jiżguraw li r-regoli dwar it-trasferiment tal-każijiet jirrispettaw id-dritt ta' proċess ġust u l-prinċipju ta' mħallef ġust;
   biex jimplimentaw il-bqija tar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fl-Opinjoni Nru CDL-AD(2012)020 tal-Kummissjoni ta' Venezja dwar l-atti kardinali dwar il-ġudikatura li ġew emendati wara l-adozzjoni tal-Opinjoni CDL-AD(2012)001;
   biex jistiednu lill-Kummissjoni ta’ Venezja u lill-OSKE/ODIHR biex iwettqu analiżi konġunta tal-qafas legali u istituzzjonali tal-elezzjonijiet li nbidel b’mod komprensiv u biex jistiednu lill-ODIHR għal Missjoni ta’ Valutazzjoni tal-Bżonnijiet u osservazzjoni tal-elezzjonijiet fuq perjodu twil jew qasir.
– biex jikkooperaw mal-istituzzjonijiet Ewropej sabiex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet tal-Liġi l-ġdida dwar is-Sigurtà Nazzjonali jikkonformaw mal-prinċipji fundamentali tas-separazzjoni tal-poteri, l-indipendenza tal-ġudikatura, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja u d-dritt għal rimedju effettiv;
   biex jiżguraw rappreżentanza bilanċjata fi ħdan il-Kumitat tal-Elezzjonijiet Nazzjonali;
   sabiex jissodisfaw l-impenn li jiddiskutu ulterjorment l-attivitajiet ta' kooperazzjoni fil-livell tal-esperti dwar il-perspettiva fuq medda ta' żmien itwal tal-libertà tal-mezzi tal-komunikazzjoni, billi jibnu fuq il-bqija tar-rakkomandazzjonijiet l-iktar importanti tal-għarfien legali espert tal-2012 tal-Kunsill tal-Ewropa;
   sabiex jiżguraw involviment fil-ħin u mill-qrib tal-partijiet interessati rilevanti kollha, inklużi l-professjonisti tal-mezzi tal-komunikazzjoni, il-partiti tal-oppożizzjoni u s-soċjetà ċivili, fi kwalunkwe reviżjoni ulterjuri ta' din il-leġiżlazzjoni, li tirregola aspett daqshekk fundamentali tal-funzjonament ta' soċjetà demokratika, u fil-proċess ta' implimentazzjoni;
   sabiex josservaw l-obbligu pożittiv li jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem skont l-Artikolu 10 tal-QEDB li tiġi protetta l-libertà tal-espressjoni bħala waħda mill-prerekwiżiti għal demokrazija li tiffunzjona;
   sabiex jirrispettaw, jiggarantixxu, jipproteġu u jippromwovu d-dritt fundamentali għal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, kif ukoll il-libertà u l-pluraliżmu tal-mezzi tal-komunikazzjoni, u sabiex ma jiżviluppawx jew ma jappoġġawx mekkaniżmi li jheddu l-libertà tal-mezzi tal-komunikazzjoni u l-indipendenza ġurnalistika u editorjali;
   sabiex jiżguraw li jkun hemm proċeduri u mekkaniżmi oġġettivi u legalment vinkolanti fis-seħħ għall-għażla u l-ħatra ta’ kapijiet tal-mezzi tal-komunikazzjoni pubbliċi, tal-bords ta’ ġestjoni, tal-kunsilli u l-korpi regolatorji tal-mezzi tal-komunikazzjoni, f’konformità mal-prinċipji ta’ indipendenza, integrità, esperjenza u professjonaliżmu, ta’ rappreżentazzjoni tal-ispettru politiku u soċjali sħiħ, iċ-ċertezza u l-kontinwità tad-dritt;
   sabiex jipprovdu garanziji legali dwar il-protezzjoni sħiħa tal-prinċipju ta' kunfidenzjalità tas-sorsi u sabiex japplikaw b'mod strett il-każistika relatata tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;
   sabiex jiżguraw li r-regoli relatati mal-informazzjoni politika fis-settur tal-midja awdjoviżiva jiggarantixxu aċċess ġust għal kompetituri, opinjonijiet u perspettivi politiċi differenti, b'mod partikolari fi żminijiet ta' elezzjonijiet u referenda, biex b'hekk iċ-ċittadini jkunu jistgħu jiffurmaw l-opinjonijiet tagħhom stess mingħajr ebda influwenza mhux xierqa minn setgħa dominanti li ssawwar l-opinjoni;
   sabiex jieħdu, u jkomplu għaddejjin, b’azzjonijiet u miżuri effettivi biex jiżguraw li d-drittijiet fundamentali tal-persuni kollha, inklużi persuni li jagħmlu parti minn minoranzi u persuni mingħajr dar, jiġu rispettati u biex jiżguraw l-implimentazzjoni tagħhom mill-awtoritajiet pubbliċi kollha kompetenti; biex meta jirrevedu d-definizzjoni ta’ “familja’, iqisu t-tendenza leġiżlattiva fl-Ewropa li twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tad-definizzjoni ta’ familja u l-impatt negattiv ta’ definizzjoni ristretta ta’ familja fuq id-drittijiet fundamentali ta’ dawk li jkunu esklużi mid-definizzjoni l-ġdida u aktar restrittiva;
   sabiex jieħdu approċċ differenti biex fl-aħħar nett jassumu r-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tal-persuni vulnerabbli li m'għandhomx dar, kif previst mit-Trattati Internazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem li l-Ungerija hija firmatarja tagħhom, bħall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u sabiex b'hekk jippromwovu d-drittijiet fundamentali minflok jiksruhom b’dispożizzjonijiet li jinsabu fil-Liġi Fundamentali dwar il-kriminalizzazzjoni tal-persuni mingħajr dar;
   jistieden lill-Gvern Ungeriż, sabiex jagħmel minn kollox biex isaħħaħ il-mekkaniżmu tad-djalogu soċjali u ta’ konsultazzjoni estensiva u biex jiggarantixxi d-drittijiet assoċjati ma’ dan;
   jistieden lill-Gvern Ungeriż, sabiex jintensifika l-isforzi tiegħu għall-integrazzjoni tar-Rom u biex jistabbilixxi miżuri mmirati biex jiżgura l-protezzjoni tagħhom. Għandu jkun hemm reżistenza inekwivoka u soda kontra t-theddid razzjali fir-rigward tar-Rom;
   sabiex jistabbilixxu rekwiżiti ċari, newtrali u imparzjali u proċeduri istituzzjonali għar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet reliġjużi bħala knejjes, li jirrispettaw id-dmir tal-Istat li jibqa' newtrali u imparzjali fir-relazzjonijiet tiegħu mad-diversi reliġjonijiet u twemmin u sabiex jipprovdi mezz effettiv ta' rimedju f'każijiet ta' nuqqas ta' rikonoxximent u nuqqas ta' deċiżjoni konformi mar-rekwiżiti kostituzzjonali stabbiliti fid-Deċiżjoni 6/2013 tal-Qorti Kostituzzjonali fuq imsemmija;

Rakkomandazzjonijiet għall-istituzzjonijiet tal-UE dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ġdid għall-infurzar effettiv tal-Artikolu 2 tat-TUE

73.  Itenni l-ħtieġa urġenti li tiġi indirizzata l-hekk imsemmija “dilemma ta’ Kopenħagen’, fejn l-UE tibqa' stretta ħafna fir-rigward tar-rispett għall-valuri u l-istandards komuni mill-pajjiżi kandidati iżda m’għandhiex għodda ta’ monitoraġġ u sanzjonar effettivi ladarba dawn jissieħbu fl-UE;

74.  Jitlob b’insistenza li l-Istati Membri jiġu vvalutati regolarment fir-rigward tal-konformità kontinwa tagħhom mal-valuri fundamentali tal-Unjoni u mar-rekwiżiti ta' demokrazija u l-istat tad-dritt meta jitqies li tali valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq fehim Ewropew komunement aċċettat tad-dinamika kostituzzjonali u legali; jitlob b’insistenza, barra minn hekk, li sitwazzjonijiet simili fl-Istati Membri għandhom jiġu mmonitorjati skont l-istess mudell, inkella l-prinċipju ta’ ugwaljanza tal-Istati Membri quddiem it-Trattati ma jiġix rispettat;

75.  Jitlob għal kooperazzjoni iktar mill-qrib bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u korpi internazzjonali oħra, b'mod partikolari mal-Kunsill tal-Ewropa u l-Kummissjoni ta' Venezja, u biex isir użu mill-kompetenza tagħhom fiż-żamma tal-prinċipji ta' demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt;

76.  Jirrikonoxxi u jilqa' l-inizjattivi meħuda, l-analiżi mwettqa u r-rakkomandazzjonijiet maħruġin mill-Kunsill tal-Ewropa, b'mod partikolari mis-Segretarju Ġenerali tiegħu, l-Assemblea Parlamentari, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Kummissjoni ta' Venezja;

77.  Jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE kollha sabiex iniedu riflessjoni u dibattitu konġunt – kif mitlub ukoll mill-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja, il-Pajjiżi Baxxi, id-Danimarka u l-Finlandja fl-ittra tagħhom fuq imsemmija lill-President tal-Kummissjoni – dwar kif l-Unjoni għandha tingħata l-għodda neċessarji sabiex twettaq l-obbligi tat-Trattat tagħha fir-rigward tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, filwaqt li jiġi evitat kwalunkwe riskju li jiġu applikati standards doppji fost l-Istati Membri tagħha;

78.  Iqis li reviżjoni tat-Trattati fil-futur għandha twassal għal distinzjoni aħjar bejn fażi inizjali, li għandha l-għan li tivvaluta kwalunkwe riskju ta' ksur serju tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE, u proċedura iktar effiċjenti f'fażi sussegwenti, fejn ikun hemm bżonn li tittieħed azzjoni biex jiġi indirizzat ksur serju u persistenti reali ta' dawk il-valuri;

79.  Minħabba l-mekkaniżmu istituzzjonali attwali stabbilit fl-Artikolu 7 tat-TUE, itenni t-talbiet li għamel, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2010-2011), għall-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ġdid sabiex tiġi żgurata konformità mill-Istati Membri kollha mal-valuri komuni stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE, u l-kontinwità tal-“kriterji ta’ Kopenħagen’; dan il-mekkaniżmu jista’ jassumi l-għamla ta’ ”Kummissjoni ta’ Kopenħagen’ jew grupp ta’ livell għoli, 'grupp ta’ għorrief’ jew evalwazzjoni tal-Artikolu 70 tat-TFUE, u jibdni fuq ir-riforma u t-tisħiħ tal-mandat tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, u fuq il-qafas ta’ djalogu msaħħaħ bejn il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu;

80.  Itenni li l-istabbiliment ta’ dan il-mekkaniżmu jista’ jinvolvi r-riformulazzjoni tal-mandat tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, li għandu jissaħħaħ biex jinkludi l-monitoraġġ regolari tal-konformità tal-Istati Membri mal-Artikolu 2 tat-TUE; jirrakkomanda li 'grupp ta’ livell għoli ta’ Kopenħagen’ bħal dan jew kwalunkwe mekkaniżmu bħal dan għandu jibni fuq il-mekkaniżmi u l-istrutturi eżistenti u jikkoopera magħhom; itenni r-rwol tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, li għandha tiġbor flimkien ix-xogħol ta’ valur kbir tad-diversi korpi ta’ monitoraġġ eżistenti tal-Kunsill tal-Ewropa u d-data u l-analiżi tal-Aġenzija stess sabiex twettaq valutazzjonijiet komparattivi u regolari tal-konformità tal-Istati Membri mal-Artikolu 2 tat-TUE.

81.  Jirrakkomanda li dan il-mekkaniżmu għandu::

   ikun indipendenti mill-influwenza politika, kif għandhom ikunu l-mekkaniżmi kollha tal-Unjoni Ewropea li għandhom x’jaqsmu mal-monitoraġġ tal-Istati Membri, kif ukoll rapidu u effettiv;
   jopera b’kooperazzjoni sħiħa ma’ korpi internazzjonali oħrajn fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt;
   jissorvelja regolarment ir-rispett tad-drittijiet fundamentali, l-istat tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fl-Istati Membri kollha filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ it-tradizzjonijiet kostituzzjonali nazzjonali;
   iwettaq dan il-monitoraġġ b’mod uniformi fl-Istati Membri kollha sabiex jiġi evitat kwalunwe riskju ta’ standards doppji bejn l-Istati Membri;
   iwissi lill-UE fi stadju bikri dwar kwalunkwe riskju ta' deterjorament tal-valuri mħaddna fl-Artikolu 2 tat-TUE;
   joħroġ rakkomandazzjonijiet lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri dwar kif jiġi indirizzat u solvut kwalunkwe deterjorament tal-valuri mħaddna fl-Artikolu 2 tat-TUE;

82.  Jagħti istruzzjonijiet lill-kumitat tiegħu responsabbli għall-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini, id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali fit-territorju tal-Unjoni, u għad-determinazzjoni tar-riskji ċari ta’ ksur serju tal-prinċipji komuni minn Stat Membru, sabiex jippreżenta proposta dettaljata fil-forma ta’ rapport lill-Konferenza tal-Presidenti u lill-Plenarja;

83.  Jagħti istruzzjonijiet lill-kumitat tiegħu responsabbli mill-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini u tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet fundamentali fi ħdan it-territorju tal-Unjoni, u mid-determinazzjoni tar-riskji ċari ta’ ksur serju minn Stat Membru tal-prinċipji komuni, kif ukoll lill-kumitat tiegħu responsabbli mid-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ ksur serju u persistenti minn Stat Membru tal-prinċipji komuni għall-Istati Membri, biex jagħtu segwitu għall-iżvilupp tas-sitwazzjoni fl-Ungerija;

84.  Beħsiebu jlaqqa' Konferenza dwar din il-kwistjoni, qabel it-tmiem tal-2013, li tiġbor flimkien rappreżentanti mill-Istati Membri, mill-istituzzjonijiet Ewropej, mill-Kunsill tal-Ewropa, mill-Qrati Kostituzzjonali u Supremi nazzjonali, mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;

IV – Segwitu

85.  Jistieden lill-awtoritajiet Ungeriżi sabiex jinfurmaw lill-Parlament, lill-Kummissjoni, lill-Presidenzi tal-Kunsill u tal-Kunsill tal-Ewropa, u lill-Kunsill tal-Ewropa rigward l-implimentazzjoni tal-miżuri rikjesti fil-paragrafu 72;

86.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex kull wieħed jaħtar rappreżentant li, flimkien mar-rapporteur u x-shadow rapporteurs tal-Parlament (“l-Artikolu 2 Trilogu’), se jwettaq valutazzjoni tal-informazzjoni mibgħuta mill-awtoritajiet Ungeriżi dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fil-paragrafu 72, kif ukoll is-segwitu tal-modifiki futuri possibbli biex jiżguraw il-konformità mal-Artikolu 2;

87.  Jitlob lill-Konferenza tal-Presidenti sabiex tivvaluta kemm huwa xieraq li dak li jkun jirrikorri għall-mekkaniżmi previsti mit-Trattat, inkluż l-Artikolu 7(1) tat-TUE, f'każ li r-risposti mill-awtoritajiet Ungeriżi jidhru li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 2 tat-TUE;

o
o   o

88.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Parlament, lill-President u lill-Gvern tal-Ungerija, lill-Presidenti tal-Qorti Kostituzzjonali u l-Kúria, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati, lill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-OSKE.

(1) Testi adottati, P7_TA(2012)0053.
(2) ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 154.
(3) ĠU C 33 E, 5.2.2013, p. 17.
(4) ĠU C 169 E, 15.6.2012, p. 49.
(5) Testi adottati, P7_TA(2012)0500.
(6) Dawn il-liġijiet jinkludu liġijiet “kardinali” li d-dispożizzjonijiet kollha tagħhom jeħtieġu maġġoranza ta' żewġ terzi, liġijiet “kardinali” li d-dispożizzjonijiet speċifiċi tagħhom iridu jiġu adottati b'maġġoranza sempliċi u atti li d-dispożizzjonijiet speċifiċi tagħhom jeħtieġu maġġoranza ta' żewġ terzi tal-Membri Parlamentari preżenti.
(7) Analiżi legali mibgħuta lill-Gvern Ungeriż fit-28 ta' Frar 2011 http://www.osce.org/fom/75990Ara wkoll l-analiżi u l-valutazzjoni ta' Settembru 2010: http://www.osce.org/fom/71218
(8) Il-kompetenza tal-esperti tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-leġiżlazzjoni Ungeriża dwar il-mezzi tal-komunikazzjoni: tt CIV tal-2010 dwar il-libertà tal-istampa u r-regoli fundamentali dwar il-kontenut tal-mezzi tal-komunikazzjoni u l-Att CLXXXV tal-2010 dwar is-servizzi tal-mezzi tal-komunikazzjoni u l-mezzi tal-komunikazzjoni tal-massa, 11 ta' Mejju 2012.
(9) Ir-Rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-forom kontemporanji tar-razziżmu, tad-diskriminazzjoni razzista, il-ksenofobija u l-intolleranza relatata (A/HRC/20/33/Add. 1)
(10) Opinjoni 664/2012 tal-Kummissjoni ta’ Venezja tad-19 ta’ Marzu 2012 dwar l-Att CCVI tal-2011 dwar id-dritt għal-libertà ta’ kuxjenza u reliġjon u l-istatus legali tal-knejjes, id-denominazzjonijiet u l-komunitajiet reliġjużi tal-Ungerija (CDL-AD(2012)004).
(11) Il-punt (80) tad-Deċiżjoni.
(12) Ara d-Dokument ta’ Ħidma Nru 5.


L-għargħar reċenti fl-Ewropa
PDF 215kWORD 23k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar l-għargħar fl-Ewropa (2013/2683(RSP))
P7_TA(2013)0316RC-B7-0319/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 191 u 196(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-futur tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (COM(2011)0613), u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar il-Fond ta’ Solidarjetà Ewropea, implimentazzjoni u applikazzjoni(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-5 ta’ Settembru 2002 dwar l-għargħar fl-Ewropa(2), tat-8 ta’ Settembru 2005 dwar id-diżastri naturali (in-nirien u l-għargħar) fl-Ewropa(3), tat-18 ta' Mejju 2006 dwar id-diżastri naturali (in-nirien tal-foresti, in-nixfa u l-għargħar) – l-aspetti agrikoli(4), l-aspetti tal-iżvilupp reġjonali(5) u l-aspetti ambjentali(6), u tas-7 ta’ Settembru 2006 dwar in-nirien tal-foresti u l-għargħar(7), tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar l-għargħar f’pajjiżi tal-Ewropa ċentrali, b’mod partikolari l-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, l-Ungerijau r-Rumanija, u fi Franza(8) , kif ukoll tal-11 ta' Marzu 2010 dwar diżastru naturali kbir fir-reġjun awtonomu ta' Madejra u l-effetti tat-tempesta Xynthia fl-Ewropa(9),

–  wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni bit-titolu “L-adattament għat-tibdil fil-klima: Lejn Qafas Ewropew għall-azzjoni” (COM(2009)0147), il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Approċċ Komunitarju dwar il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem (COM(2009)0082), u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “Lejn rispons Ewropew aktar b'saħħtu għal diżastri li jseħħu: ir-rwol tal-protezzjoni ċivili u l-assistenza umanitarja” (COM(2010)0600),

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “Reġjuni 2020 – valutazzjoni ta' sfidi tal-ġejjieni għar-reġjuni tal-UE” (SEC(2008)2868),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi reċentement seħħ diżastru naturali kbir fl-għamla ta’ għargħar f’ħafna pajjiżi Ewropej, inklużi l-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovakkja, Franza u Spanja;

B.  billi l-frekwenza, is-severità, il-kumplessità u l-impatt tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem madwar l-Ewropa żdiedu bil-ħeffa f'dawn l-aħħar snin;

C.  billi l-għargħar ikkawża ħsara serja lill-bliet, l-irħula u l-muniċipalitajiet, lill-infrastruttura u n-negozji, liż-żoni agrikoli u rurali, u billi qered elementi ta’ wirt naturali u kulturali, u kkawża wkoll mewt u korrimenti filwaqt li ġiegħel lil eluf ta’ persuni jitilqu minn darhom;

D.  billi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (EUSF) ġie stabbilit sabiex jindirizza d-diżastri nazzjonali ewlenin u biex jipprovdi assistenza finanzjarja lil stati milquta minn diżastri;

E.  billi jeħtieġ li ssir rikostruzzjoni sostenibbli taż-żoni meqruda jew li ġarrbu ħsara mid-diżastri biex tpatti għat-telf ekonomiku, soċjali u ambjentali tagħhom;

F.  billi l-kapaċità preventiva tal-Unjoni Ewropea li tindirizza t-tipi kollha ta’ diżastri naturali jeħtieġ li titjieb, u billi t-tħaddim u l-koordinament bejn id-diversi strumenti tal-Unjoni jeħtieġ li jittejbu sabiex tinkiseb prevenzjoni sostenibbli tad-diżastri;

G.  billi xi żoni muntanjużi, u żoni max-xmajjar u l-widien, tilfu parti mill-kapaċità tal-assorbiment tal-ilma tagħhom minħabba deforestazzjoni insostenibbli, agrikoltura intensiva, proġetti kbar tal-bini ta’ infrastruttura, l-urbanizzazzjoni u l-issiġillar tal-ħamrija matul dawn ix-xmajjar u l-widien;

1.  Jesprimi l-empatija u s-solidarjetà tiegħu mar-residenti tal-Istati Membri, tar-reġjuni u l-muniċipalitajiet milquta mid-diżastru; jikkunsidra l-effetti ekonomiċi serji possibbli u jesprimi r-rispett u l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi;

2.  Japprezza l-isforzi bla waqfien li saru mill-unitajiet tas-sikurezza u tal-protezzjoni ċivili, mit-timijiet ta’ salvataġġ u l-voluntiera biex isalvaw il-ħajjiet tal-persuni u jnaqqsu kemm jista’ jkun il-ħsara fiż-żoni milquta;

3.  Jifraħ bl-azzjonijiet tal-Istati Membri li pprovdew assistenza liż-żoni milquta, peress li l-assistenza reċiproka f’sitwazzjonijiet avversi tagħti eżempju ta’ solidarjetà Ewropea;

4.  Jenfasizza li d-deterjorament tal-ħamrija, li jirriżulta u qed jaggrava minħabba l-attività tal-bniedem, bħal prattiki agrikoli u tal-forestrija inadegwati, huwa ta’ ħsara għall-kapaċità tal-ħamrija li tkompli twettaq bis-sħiħ il-funzjoni kritika tagħha li tipprevjeni d-diżastri naturali;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lill-ippjanar u r-reviżjoni tal-politiki dwar l-użu sostenibbli tal-art, il-kapaċitajiet tal-assorbiment tal-ekosistema u l-aħjar prattiki u biex iżidu l-kapaċità tal-kontroll tal-għargħar u tas-sistemi tad-dranaġġ;

6.  Jenfasizza li l-prevenzjoni effettiva tal-għargħar għandha tkun immirata lejn strateġiji interreġjonali u tal-ġestjoni ta’ riskji transkonfinali, fejn hemm potenzjal kbir għall-koordinament u l-implimentazzjoni ta’ tweġiba ta’ emerġenza konġunta;

7.  Jirrikonoxxi li l-Mekkaniżmu ta' Protezzjoni Ċivili tal-Unjoni Ewropea għen lill-Istati Membri jikkooperaw u jnaqqsu kemm jista' jkun l-effetti tal-emerġenza; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissemplifikaw ir-regoli u l-proċeduri għall-attivazzjoni tal-Mekkaniżmu;

8.  Jenfasizza l-opportunità taħt l-objettiv ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea għall-Istati Membri u r-reġjuni kkonċernati li jindirizzaw il-ġestjoni tar-riskju bħala prijorità ta’ investiment għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss li attwalment qed jiġi negozjat, u jistedinhom jagħmlu dan;

9.  Jenfasizza li l-programmi għall-prevenzjoni tal-għargħar jeħtieġ li jiġu implimentati mill-Istati Membri permezz ta’ strateġiji komprensivi u preventivi; jenfasizza li l-politika ta’ emerġenza, inkluża l-prevenzjoni tal-emerġenzi u r-reazzjoni għall-emerġenzi, teħtieġ involviment aktar mill-qrib tar-reġjuni, il-bliet u l-komunitajiet lokali, li għandhom jiġu inkoraġġiti jinkludi l-politika ta' emerġenza fl-istrateġiji tagħhom;

10.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex malli jirċievu l-applikazzjonijiet kollha meħtieġa mingħand l-Istati Membri, jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li tingħata assistenza finanzjarja rapida u adegwata mill-EUSF; jenfasizza kemm huwa urġenti li tiġi rilaxxata l-assistenza finanzjarja permezz tal-EUSF għall-pajjiżi milquta minn dan id-diżastru naturali;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni tabbozza regolament ġdid u semplifikat tal-EUSF li jista’, fost l-oħrajn, jippermetti lill-Kummissjoni tagħmel ħlas parzjali malli l-Istat Membru milqut japplika għall-assistenza;

12.  Jenfasizza l-fatt li l-investiment fil-prevenzjoni tal-għargħar taħt il-programmi rilevanti jeħtieġ riżorsi finanzjarji adegwati, peress li huwa għodda importanti sabiex il-gvernijiet tal-Istati Membri jkunu jistgħu jiżviluppaw u jimplimentaw politiki għall-prevenzjoni tal-għargħar; jenfasizza li l-investiment li jappoġġa l-prevenzjoni tad-diżastri għandu jsegwi approċċ ibbażat fuq l-ekosistemi;

13.  Jesprimi l-fehma tiegħu li l-konsegwenzi tad-diżastri għandhom impatt negattiv fuq it-teħid tal-fondi tal-UE; jitlob għall-flessibbiltà meħtieġa fir-rigward tal-programmazzjoni mill-ġdid fl-Istati Membri għall-appoġġ tar-rikostruzzjoni ta’ żoni żvantaġġati u l-għażla tal-aktar proġetti xierqa;

14.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali fiż-żoni milquta.

(1) Testi adottati, P7_TA(2013)0003.
(2) ĠU C 272 E, 13.11.2003, p. 471.
(3) ĠU C 193 E, 17.8.2006, p. 322.
(4) ĠU C 297 E, 7.12.2006, p. 363.
(5) ĠU C 297 E, 7.12.2006, p. 369.
(6) ĠU C 297 E, 7.12.2006, p. 375.
(7) ĠU C 305 E, 14.12.2006, p. 240.
(8) ĠU C 236 E, 12.8.2011, p. 128.
(9) ĠU C 349 E, 22.12.2010, p. 88.


Riforma tal-istruttura tas-sistema bankarja tal-UE
PDF 421kWORD 41k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar ir-riforma tal-istruttura tas-sistema bankarja tal-UE (2013/2021(INI))
P7_TA(2013)0317A7-0231/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 120 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/76/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar ir-rekwiżiti kapitali għall-kotba tal-kummerċ u għar-rititolizzazzjonijiet, u r-reviżjoni superviżorja tal-politiki dwar ir-rimunerazzjoni,

–  wara li kkunsidra r-rapport tat-2 ta’ Ottubru 2012 tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar ir-Riforma tal-Istruttura tas-Sistema Bankarja tal-UE (HLEG)(1),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-G20 li saru f’Londra fl-2009, f’Cannes fl-2011 u f’Moska fl-2013,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/111/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE u 2007/64/KE dwar banek affiljati ma’ istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta’ fondi proprji, espożizzjonijiet kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet, u l-proposti tal-20 ta’ Lulju 2011 għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment (COM(2011)0453) u għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment (COM(2011)0452), rispettivament,

–  wara li kkunsidra l-proposta tas-6 ta’ Ġunju 2012 għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE u 82/891/KEE, id-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (COM(2012)0280),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-13 u tal-14 ta’ Diċembru 2012,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja ta’ Ottubru 2011 bl-isem ta’ “Key Attributes of Effective Resolution Regimes for Financial Institutions” u ta’ Novembru 2012 bl-isem ta’ “Intensity and Effectiveness of SIFI Supervision”,

–  wara li kkunsidra d-dokument konsultattiv tal-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja ta’ Novembru 2011 bl-isem ta’ “Global systemically important Banks: assessment methodology and the additional loss absorbency requirement’,

–  wara li kkunsidra l-inizjattivi tal-Istati Membri u internazzjonali dwar ir-riforma strutturali tas-servizzi bankarji, inkluż il-Loi de séparation et de régulation des activités bancaires Franċiża, it-TrennbankengesetzĠermaniża, ir-rapport tal-Kummissjoni Indipendenti dwar il-Banek u r-riformi tal-Vickers fir-Renju Unit, u r-regoli tal-Volcker fl-Istati Uniti,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-2012 tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) bl-isem “Implicit Guarantees for Bank Debt: Where Do We Stand?(2) u r-rapport tal-OECD 'The Elephant in the Room: The Need to Deal with What Banks Do”(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Novembru 2012 dwar l-Ibbankjar Parallel(4),

–  Wara li kkunsidra l-Istqarrija tal-Eurogrupp tal-25 ta' Marzu 2013 dwar il-kriżi f'Ċipru(5)

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0231/2013),

A.  billi, mill-bidu tal-kriżi ’l hawn, ingħataw aktar minn EUR 1.6 triljun (12.8 % tal-PDG tal-UE) f’għajnuniet mill-istat lis-settur finanzjarju bejn l-2008 u tmiem l-2011 (inkluża r-rikapitalizzazzjoni ta’ Northern Rock fl-2007), li minnhom madwar EUR 1 080 biljun marru fuq garanziji, EUR 120 biljun fuq assi danneġġati u EUR 90 biljun fuq miżuri ta’ likwidità(6); billi l-Kummissjoni talbet ristrutturar sostanzjali tal-banek li rċevew l-għajnuna, inkluża t-tneħħija ta' ċerti attivitajiet, biex tkun żgurata vijabbiltà futura mingħajr aktar sostenn pubbliku u biex ikunu bbilanċjati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kkawżati mis-sussidji li jingħataw;

B.  billi dan is-salvataġġ finanzjarju ffinanzjat mill-istat wassal għal żieda enormi ta' dejn pubbliku fl-Istati Membri tal-UE;

C.  billi fil-ħames snin ta’ wara l-kriżi ekonomika u finanzjarja globali tal-2008, l-ekonomija tal-UE tkompli tkun fi stat ta’ riċessjoni, fejn l-Istati Membri baqgħu jipprovdu sussidji u garanziji impliċiti lill-banek anke minħabba l-implimentazzjoni inadegwata tal-qafas ekonomiku u fiskali;

D.  billi l-OECD fir-rapport tagħha tal-2012 ikkalkulat il-valur tal-garanziji impliċiti mill-istat, f'termini ta' ffrankar ta' spejjeż lill-banek tal-UE, għal madwar USD 100 biljun għall-2012 b'varjazzjonijiet wiesgħa bejn il-banek u l-Istati Membri u l-akbar benefiċċju akkwistat mill-akbar banek, partikolarment jekk ikunu meqjusa dgħajfa, u l-banek ibbażati fl-Istati Membri bl-akbar rata ta' kreditu sovran. Barra minn hekk ir-rapport isib li tali garanziji jestendu lil hinn minn dawk il-banek ikklassifikati bħala SIFIs (istituzzjoniji finanzjarja sistemikament importanti) skont il-metodoloġija tal-Bord għal Stabbiltà Finanzjarja;

E.  Billi qafas regolatorju Ewropew dgħajjef b'teħid tar-riskju eċċessiv, lieva eċċessiva, kapital ta' ekwità u rekwiżiti tal-likwidità inadegwati, kumplessità eċċessiva fis-sistema bankarja globali, setturi bankarji kbar iżżejjed f'ekonomiji żgħar, nuqqas ta' kontrolli u superviżjoni, espansjoni eċċessiva tal-kummerċ tad-derivati​​, valutazzjonijiet ta' klassifikazzjoni żbaljati, sistemi għall-għoti ta' bonuses eċċessivi u sistemi inadegwati għall-ġestjoni tar-riskji kienu fl-għeruq tal-kriżi finanzjarja, li fil-biċċa l-kbira tagħha intensifikat minħabba espożizzjonijiet eċċessivia tal-proprjetà immobbli, aktar milli attivitajiet tas-suq tal-kapital, u minħabba superviżjoni insuffiċjenti;

F.  billi t-telf tal-prudenza fl-istandards tal-kontabbiltà bħala konsegwenza li l-adozzjoni tal-istandards tar-rappurtar finanzjarju internazzjonali kellha u jkompli jkollha rwol ċentrali li tippermetti lill-banek jagħtu opinjoni tal-kontijiet tagħhom li ma tkunx dejjem preċiża u ġusta b'referenza partikolari għall-IAS 39 dwar dispożizzjonijiet ta' telf fuq self;

G.  billi fl-Ewropa ġew akkumulati riskji anke mill-banek kummerċjali, li taw self fis-settur tal-proprjetà fuq il-bażi ta’ ġestjoni tar-riskju difettuża u li ma tħarisx fil-bogħod;

H.  billi, kif enfasizzat fl-analiżi tal-HLEG, l-ebda mudell ta' negozju ma ffunzjona b'mod partikolarment tajjeb jew b'mod partikolarment ħażin matul il-kriżi finanzjarja;

I.  billi l-profitti fis-settur finanzjarju ħafna drabi ġew privatizzati iżda r-riskji u t-telf ġew nazzjonalizzati; billi f’ekonomija soċjali tas-suq, ir-riskju u r-responsabbiltà għandhom jimxu id f’id;

J.  billi d-dgħufija attwali ta’ wara l-kriżi tas-sistema bankarja Ewropea turi l-ħtieġa ta’ tisħiħ tal-arkitettura tas-superviżjoni finanzjarja u tal-ġestjoni tal-kriżi Ewropej inklużi riformi strutturali għal ċerti banek sabiex jinqdew il-ħtiġijiet aktar mifruxa tal-ekonomija;

K.  billi l-banek m'għandhomx ikunu sovrani fuq l-interess pubbliku;

L.  billi l-Att Glass-Steagall tal-Istati Uniti tal-1933 dwar is-separazzjoni bankarja għen biex jipprovdi soluzzjoni għall-agħar kriżi finanzjarja globali li kienet seħħet qabel il-kriżi attwali u billi minn meta l-Att tħassar fl-1999, kien hemm żieda konsiderevoli f’investiment bankarju spekulattiv u fallimenti finanzjarji;

M.  billi ttieħdu għadd ta' inizjattivi importanti tal-UE biex jevitaw kriżi bankarja ġdida, iżidu l-protezzjoni ta' dawk li jħallsu t-taxxi u tal-klijenti u joħolqu sistemi b'saħħithom u sostenibbli ta' ħlas.

N.  billi t-tmien edizzjoni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur tal-Kummissjoni (minn Diċembru 2012) tindika b’mod ċar li l-fiduċja tal-konsumatur fl-UE fis-servizzi bankarji hija baxxa bħal qatt qabel;

O.  billi l-pakkett ta' salvataġġ finanzjarju reċenti għal Ċipru oriġinarjament kien jinkludi taxxa fuq id-depożiti bankarji kollha, b'hekk dgħajjef il-fiduċja fl-iskema tad-depożitu garantit ta' dak il-pajjiż;

P.  billi studju tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali (BĦI) jissuġġerixxi li ladarba l-volum ta’ self tas-settur privat jaqbeż il-PDG tal-pajjiż bħala kejl tad-daqs tas-settur finanzjarju u l-impjieg relattiv f’dak is-settur jikber b’mod mgħaġġel, settur finanzjarju kbir wisq jista’ jkollu impatt negattiv fuq iż-żieda fil-produttività, peress li r-riżorsi umani u finanzjarji jonqsu bil-kbir mill-oqsma l-oħra ta’ attività finanzjarja(7);

Q.  billi, fir-rigward tal-kriżi f'Ċipru, l-Eurogrupp ikkonferma l-prinċipju li d-daqs tas-settur bankarju meta mqabbel mal-PDG ta’ Stat Membru għandu jkun limitat sabiex jindirizza l-iżbilanċi tas-settur bankarju u jippromovi l-istabbiltà finanzjarja, li permezz tagħha, fin-nuqqas ta' fondi tal-UE għar-riżoluzzjoni, il-limiti fuq id-daqs, il-kumplessità u l-interkonnessjoni tal-banek ikunu ta' benefiċċju għall-istabbiltà sistemika;

R.  billi s-separazzjoni pura tal-istituzzjonijiet finanzjarji f’fergħat tal-investiment u fergħat tal-konsumaturi ma tindirizzax il-problema dwar SIFIs u r-relazzjoni bejn il-volum tal-Fond dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni fuq naħa u l-bilanċ tal-istituzzjonijiet li huma sistemikament relevanti għall-kreditu, il-pagament u d-depożitu fuq l-oħra;

S.  billi jidher li hemm differenzi bejn l-Istati Membri dwar proċess ta' trasformazzjoni lejn settur bankarju aktar sostenibbli, inqas sistemiku u vijabbli;

T.  billi l-HLEG ikkonkludiet li l-kriżi finanzjarja kienet uriet li l-ebda mudell ta' negozju partikolari ma ffunzjona b'mod partikolarment tajjeb jew b'mod partikolarment ħażin fis-settur bankarju Ewropew; billi l-analiżi tal-HLEG uriet teħid eċċessiv ta' riskju, ħafna drabi f'negozju ta' strumenti ferm kumplessi jew relatati ma' self ta' bejgħ ta' djar mingħajr protezzjoni adegwata tal-kapital, serħan eċċessiv fuq finanzjament fuq terminu qasir u rabtiet qawwija bejn istituzzjonijiet finanzjarji li kkawżaw riskju sistemiku ta' livell għoli fil-perjodu ta' qabel il-kriżi finanzjarja;

U.  billi l-HLEG jenfasizza li tikketti sempliċi, bħal operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur jew bank tal-investiment, ma jiddeskrivux b'mod adegwat il-mudell ta' negozju ta' bank u lanqas il-prestazzjoni tiegħu jew il-livell ta' riskju; billi l-mudelli ta' negozju huma diversi b'dimensjonijiet ewlenin differenti, bħad-daqs, l-attivitajiet, il-mudell ta' dħul, il-kapital u l-istruttura ta' fondi, is-sjieda, l-istruttura korporattiva, u l-ambitu ġeografiku, u evolvew sostanzjalment matul iż-żmien;

V.  billi jidher ċar li riskji jistgħu joriġinaw kemm f'banek għall-konsumatur u kemm fil-parti tal- investiment;

W.  billi l-proposta tal-Kummissjoni għandha tipprovdi għal approċċ għal riformi strutturali tas-settur bankarju Ewropew ibbażat fuq il-prinċipji konsistenti ma' u kumplimentari għal, leġiżlazzjoni tal-Unjoni li diġà teżisti jew li se titressaq għas-servizzi finanzjarji; billi l-Awtorità Bankarja Ewropea għandu jkollha rwol ewlieni bl-iżvilupp ta' standards tekniċi relevanti biex tiżgura applikazzjoni u infurzar konsistenti mill-awtoritajiet kompetenti, inklużi l-Bank Ċentrali Ewropew (ECB), fl-Unjoni kollha;

X.  billi istituzzjonijiet lokali u reġjonali deċentralizzati fis-settur bankarju fl-Istati Membri wrew lilhom infushom li huma stabbli u ta’ benefiċċju f’termini ta’ finanzjament tal-ekonomija reali;

Y.  billi huwa meħtieġ li l-banek iżommu livelli aktar għoljin ta' kapital u ta' kwalità aħjar ta' kapital, u jkollhom riżervi ta' likwidità akbar u finanzjament aktar fit-tul.

Z.  billi, peress li la hija possibbli u lanqas mixtieqa li ssir separazzjoni tal-bank wara l-falliment, hemm il-ħtieġa ta’ rkurpu effettiv u reġim ta’ riżoluzzjoni sabiex l-awtoritajiet jiġu pprovduti b’sett kredibbli ta’ għodod, inkluż bank tranżitorju, sabiex ikunu jistgħu jintervjenu kmieni u malajr biżżejjed f’bank dgħajjef jew li jkun se jfalli sabiex jippermettu li jkomplu bil-funzjonijiet essenzjali finanzjarji u ekonomiċi, filwaqt li jnaqqsu kemm jista’ jkun l-impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja u jiżguraw li jiġi impost telf xieraq fuq l-azzjonijiet u l-kredituri li ħadu r-riskju li jinvestu fl-istituzzjoni inkwistjoni, u mhux fuq il-kontribwenti jew min jiddepożita l-flus; billi tali pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni mhumiex meħtieġa għal tipi oħra ta' kumpanija privata, u dan jissuġġerixxi li hemm problema speċifika fis-suq tas-servizzi finanzjarji; billi li kieku s-suq qiegħed jiffunzjona sew, istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu jfallu finanzjarjament mingħajr il-bżonn ta' pjan ta' rkupru u riżoluzzjoni, u dan juri li l-problema tinsab fi ħdan l-istruttura ta', u l-interkonnessjonijiet bejn, l-istituzzjonijiet finanzjarji;

AA.  billi l-awtoritajiet superviżorji u tar-riżoluzzjoni għandhom jingħataw l-awtorità meħtieġa biex ikunu jistgħu jneħħu b’mod effikaċi l-ostakli għall-kapaċità ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-banek għandhom ikunu mġiegħla jagħtu prova tal-kapaċità ta’ riżoluzzjoni tagħhom; billi l-introduzzjoni ta’ reġimi ta’ rkupru u ta’ riżoluzzjoni obbligatorji tipprovdi opportunità biex tiġi influwenzata l-istruttura bankarja, titnaqqas il-kumplessità tal-istituzzjonijiet u tillimita jew ittemm is-setturi u l-prodotti kummerċjali;

AB.  billi, fir-rigward tat-tmiem ta' garanzija impliċita li ħafna banek għandhom, fost l-għodda l-aktar importanti fir-reġim ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni propost mill-Kummissjoni hemm is-setgħa tal-awtoritajiet li jintervjenu kmieni, sew qabel ma s-sitwazzjoni ssir mhux vijabbli, biex jitolbu l-banek jibdlu l-istrateġija tan-negozju tagħhom, id-daqs jew il-profil tar-riskju sabiex tista' ssir riżoluzzjoni mingħajr rikors għal sostenn finanzjarju pubbliku straordinarju;

AC.  billi l-banek m'għandhom qatt ikunu daqshekk kbar li l-falliment tagħhom jikkawża riskji sistemiċi għall-ekonomija kollha u għalhekk jesiġu li l-gvern u l-kontribwenti jsalvawhom, u b'hekk tinġieb fi tmiemha l-problema li huma “wisq kbar biex ifallu”;

AD.  billi l-banek m’għandhomx aktar jikbru daqshekk – anke fi Stat Membru wieħed – li jikkostitwixxu riskju sistemiku f’nazzjon-stat bil-kontribwenti jkollhom iġorru l-prezz tat-telf;

AE.  billi s-settur bankarju tal-UE jibqa’ kkonċentrat ħafna: l4 grupp bankarju Ewropew li huma istituzzjonijiet finanzjarji sistemiċi globali (SIFIs), u 15-il bank Ewropew għandu 43 % tas-suq (f’termini tad-daqs tal-assi) u jirrappreżenta 150 % tal-PDG tal-UE-27, bl-Istati Membri individwali li saħansitra jirreġistraw proporzjoni akbar; billi l-propozjon tad-daqs tal-bank għall-PDG ittriplika mis-sena 2000; billi l-propozjon tad-daqs tal-bank għall-PDG kiber b’erba’ darbiet fil-Lussemburgu, l-Irlanda, Ċipru, Malta u r-Renju Unit; billi hemm firxa kbira ta' diversità fis-settur bankarju Ewropew kemm f'termini ta' daqs kif ukoll ta' mudell tan-negozju;

AF.  billi m'hemmx evidenza mill-passat li mudell ta' separazzjoni jista' jikkontribwixxi b'mod pożittiv biex tkun evitata kriżi finanzjarja futura jew li jonqos ir-riskju tagħha;

AG.  billi attwalment l-istat jiggrantixxi u jissussidja b'mod impliċitu s-sistema finanzjarja kollha permezz ta' sostenn ta' likwidità, ta' skemi ta' garanzija tad-depożiti u ta' programmi ta' nazzjonalizzazzjoni; billi huwa biss xieraq għall-istat li jiggarantixxi servizzi essenzjali li jiżguraw it-tmexxija mingħajr xkiel tal-ekonomija reali bħas-sistemi ta' pagamenti u l-faċilitajiet ta' overdraft; billi riforma stutturali hija sempliċement l-iżgurar li l-istat jiggarantixxi biss servizzi essenzjali u li s-servizzi mhux essenzjali jkunu fis-suq bi prezz;

AH.  billi s-swieq kapitali jeħtieġ li jkunu jistgħu jilħqu l-ħtiġijiet finanzjarji Ewropej fi żmien ta' self bankarju ristrett ferm; hemm ħtieġa fl-Ewropa għal żieda fid-disponibbiltà ta' sorsi ta' finanzjament alternattivi, b'mod partikolari permezz tal-iżvilupp ta' alternattivi ta' suq ta' kapital, biex tonqos id-dipendenza fuq il-finanzjament mill-banek, kif identifikat fil-green paper tal-Kummissjoni dwar il-Finanzjament fuq Terminu Twil tal-Ekonomija Ewropea;

AI.  billi l-finanzjament tal-ekonomija reali mill-banek hi ogħla b'mod sinifikanti f'ħafna mill-Istati Membri aktar milli hi fir-Renju Unit jew fl-Istati Uniti;

AJ.  billi hemm xewqa kbira għal kompetizzjoni msaħħa fl-industrija bankarja Ewropea; billi l-ammont aggregat ta' rekwiżiti leġiżlattivi u regolatorji fuq il-banek, għalkemm verament meħtieġa għal ħafna raġunijiet, fihom riskju li joħolqu ostakli għad-dħul u, għalhekk, jiffaċilitaw it-tisħiħ tal-pożizzjonijiet tal-gruppi bankarji dominanti attwali;

AK.  billi s-settur bankarju tal-UE jrid iħabbat wiċċu ma' bidliet strutturali kbar li jirriżultaw minn bidliet fis-sitwazzjoni tas-suq u riformi regolatorji komprensivi bħall-implimentazzjoni tar-regoli ta’ Basel III;

AL.  billi r-rapport tal-Kummissjoni Indipendenti dwar il-Banek u r-riformi Vickers fir-Renju Unit jiddikjaraw diversi drabi li r-rakkomandazzjonijiet tagħhom huma approċċ ta' politika għall-banek tar-Renju Unit;

1.  Jilqa’ l-analiżi u r-rakkomandazzjonijiet tal-HLEG dwar ir-riforma bankarja u jqishom kontribuzzjoni soda;

2.  Jilqa' l-Konsultazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-riforma strutturali tas-settur bankarju tal-UE tas-16 ta' Mejju 2013;

3.  Huwa tal-fehma li l-inizjattivi nazzjonali ta' riforma strutturali jeħtieġu qafas tal-UE biex jippreservaw u jostakolaw il-frammentazzjoni tas-suq uniku tal-UE, filwaqt li jirrispettaw id-diversità tal-mudelli bankarji nazzjonali;

4.  Huwa tal-fehma li l-proposti attwali għar-riformi tar-regoli tas-sistema bankarja tal-UE huma indispensabbli (inklużi d-Direttiva u r-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital, id-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni, il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, id-Direttiva dwar l-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti u l-inizjattivi ta’ bbankjar parallel); jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tressaq direttiva għal riforma strutturali tas-settur bankarju tal-UE sabiex jindirizzaw problemi li jinqalgħu mill banek li “wisq kbar biex ifallu”, u jenfasizza li din għandha tkun kumplimentari għar-riformi msemmija hawn fuq;

5.  Jinsisti li valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni għandha tinkludi valutazzjonijiet tal-HLEG, Volker,Vickers, proposti Franċiżi u Ġermaniżi għal riforma strutturali, li għandha telenka l-ispejjeż, kemm għall-finanzi pubbliċi kif ukoll għall-istabbiltà finanzjarja, imposti mill-falliment ta' bank bbażat fl-UE waqt il-kriżi attwali, kif ukoll tal-ispejjeż potenzjali għas-settur bankarju tal-UE u l-konsegwenzi possibbli, pożittivi u negattivi għall-ekonomija reali, u li għandha tipprovdi informazzjoni dwar in-natura tal-mudell universali bankarju attwali tal-UE, inkluż id-daqs u l-karti tal-bilanċ tal-attivitajiet bl-imnut u ta' investiment tal-banek universali relevanti li joperaw fl-UE u dwar garanziji impliċiti possibbli li l-Istati Membri jistgħu jipprovdu lill-banek; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tissupplimenta il-valutazzjoni tal-ICTs tagħha b'analiżi kwantitattiva fejn possibbli, filwaqt li tqis id-diversità tas-sistemi bankarja nazzjonali.

6.  Ifakkar lill-Kummissjoni bit-twissija maħruġa mill-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li l-innovazzjoni finanzjarja tista’ xxekkel l-għanijiet tar-riformi strutturali, u jinsisti li r-riformi strutturali għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni perjodika(8);

7.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva dwar ir-regolament tas-settur bankarju parallel li tqis il-prinċipji tar-riforma strutturali bankarja li għaddejja;

8.  Iqis li l-objettiv ta' kull riforma bankarja għandha tkun li jagħti sistema bankarja sikur, stabbli, effettiv u effiċjenti li jopera f'ekonomija tas-suq kompetittiva u riżervi l-bżonnijiet tal-ekonomija reali, u tal-Konsumaturi u l-klijenti permezz tal-ċiklu ekonomiku; huwa tal-fehma li r-riforma strutturali għandha tistimola tkabbir ekonomiku billi tappoġġa l-għoti ta’ kreditu lill-ekonomija, b’mod partikolari lill-SMEs u n-negozji l-ġodda, tipprovdi kapaċità akbar ta’ rkupru kontra l-possibbiltajiet ta’ kriżi finanzjarja, terġa’ tkabbar il-fiduċja u l-kunfidenza fil-banek u tneħħi r-riskji fuq il-finanzi pubbliċi;

A.Il-prinċipji għal riforma strutturali

9.  Iqis li r-riforma strutturali għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji li ġejjin:

   · riskji eċċessivi għandhom jitnaqqsu, il-kompetizzjoni għandha tiġi żgurata, il-kumplessità għandha titnaqqas u l-interkonnettività limitata billi tipprovdi għall-funzjonament separat ta' attivitajiet essenzjali, inkluż il-kreditu, il-ħlas, id-depożitu u attivitajiet oħra relatati mal-konsumaturi u attivitajiet riskjużi mhux essenzjali;
   · governanza korporattiva għandha tittejjeb u għandhom jinħolqu inċentivi għall-banek biex jistabbilixxu strutturi organizzazzjonali tarsparenti, iżidu fir-responsabbiltà u jinfurzaw sistema ta' rimunerazzjoni responsabbli u sostenibbli;
   · riżoluzzjoni u rkupru effettiv tal-banek u għandhom iseħħu billi jiġi żgurat li meta l-banek isru insostenibbli jitħallew ifallu u/jew jissolvew b'mod ordnat mingħajr il-ħtieġa ta' salvataġġ finanzjarju għal dawk li jħallsu t-taxxi.
   · il-kunsinna ta' kreditu essenzjali, servizzi ta' ħlas u depożitu għandhom jiġu żgurati b'mod mhux affettwat minn problemi operattivi, telf finanzjarju, nuqqasijiet ta' finanzjament jew ħsara fir-reputazzjoni li tirriżulta u mir-riżoluzzjoni jew l-insolvenza;
   · ir-regoli ta' ekonomija tas-suq kompetittiv għandhom jiġu rispettati b'tali mod li l-kummerċ u l-attivitajiet ta' investiment riskjużi ma jibbenefikawx minn garanziji jew sussidji impliċiti, mill-użu ta' depożiti assigurati jew minn salvataġġ finanzjarju għal għal min iħallas it-taxxa, u mhux l-attivitajiet ta' kreditu u depożitu għandhom iġorru r-riskji u l-ispejjeż assoċjati ma' dawk l-attivitajiet, iżda l-attivitajiet ta' kummerċ u investiment;
   · kapital adegwat, ingranaġġ u likwidità għandhom ikunu disponibbli għall-attivitajiet bankarji kollha;
   · l-entitajiet separati għandu jkollhom sorsi differenti ta' finanzjament, bl-ebda ċaqliq mhux meħtieġ ta' kapital u likwidità bejn dawn l-attivitajiet; il-provvista ta' regoli adegwati dwar kapital, ingranaġġ u likwidità għandha tiġi kkalibrata għall-mudelli tan-negozju tal-attivitajiet, inklużi karti tal-bilanċ separati, u tipprovdi limiti fuq l-espożizzjoni ta' attivitajiet essenzjali ta' kreditu u ta' depożitu għall-kummerċ mhux essenzjali u attivitajiet ta' investiment, fi ħdan jew 'il barra minn grupp bankarju;

10.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis il-proposta tal-BĊE biex jiġi stabbilit kriterju ċar u li jista’ jiġi rinfurzat għas-separazzjoni; jenfasizza li s-separazzjoni għandha tippreserva s-suq uniku tal-UE u tipprevjeni l-frammentazzjoni tiegħu, filwaqt li tirrispetta d-diversità tal-mudelli bankarji nazzjonali(9)

11.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu valutati riskju sistemiku ppreżentat kemm mill-entitajiet separati kif ukoll mill-grupp kollu kemm hu, fejn jitqiesu bis-sħiħ espożizzjonijiet li mhux imdaħħla fil-karta tal-bilanċ;

12.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li d-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tiġi implimentata bis-sħiħ; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-ABE u lill-Istati Membri jaċċertaw li l-banek jkollhom fis-seħħ oqfsa għall-ġestjoni tal-kriżijiet ċari u kredibbli li jinkludu kapital suffiċjenti għal attivitajiet ta' kreditu, ħlas u depożitu, obbligazzjonijiet għall-ippleġġjar intern u assi likwidi li jippermettuhom, fil-każ ta' falliment, li żżommu l-aċċess tad-depożitanti għall-fondi, jipproteġu servizzi essenzjali – b'mod partikolari attivitajiet ta' kreditu, ħlas u depożitu – mir-riskju ta' falliment diżordinat, iħallsu depożitanti fil-ħin u jevitaw effetti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja;

13.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-ABE u lill-awtoritajiet kompetenti, abbażi tal-qafas leġiżlattiv dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital u għall-Irkupru u r-Riżoluzzjoni, jassiguraw li jkun hemm divrenzjar xieraq – f'termini ta' kapital, ingranaġġ, obbligazzjonijiet għall-ippleġġjar intern, riżervi ta' kapital u rekwiżiti ta' likwidità xierqa – bejn l-entitajiet separati, b'enfasi fuq rekwiżiti ta' kapital aktar għoljin għal attivitajiet riskjużi mhux essenzjali;

B.Il-governanza korporattiva

14.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis il-proposti stabbiliti fir-rapport tal-HLEG fil-qasam tal-governanza korporattiva ta’ banek separati fl-evalwazzjoni bir-reqqa tagħha tal-impatt ta' separazzjoni u alternattivi potenzjali, inklużi a) mekkaniżmi ta’ governanza u kontroll, b) ġestjoni tar-riskji, c) skemi ta’ inċentivi, d) żvelar tar-riskji u e) sanzjonijiet;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni timplimenta l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar il-governanza korporattiva fl-istituzzjonijiet finanzjarji(10);

16.  Huwa tal-fehma li d-direttiva adottata dan l-aħħar dwar is-superviżjoni prudenti ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti tal-investiment fiha qafas xieraq tar-rekwiżiti dwar il-governanza tal-banek, inkluż tal-membri tal-bord eżekuttiv u mhux eżekuttiv tagħhom;

17.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tgħin biex jintlaħaq ftehim dwar id-Direttiva proposta dwar l-Iskema għal Garanzija tad-Depożiti u żżid il-protezzjoni tal-konsumatur bl-introduzzjoni ta' preferenzi tad-depożitur;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-obbligu li l-membri tal-bord eżekuttiv kollha f'entità ta' bank ikunu responsabbli bħala membri tal-bord eżekuttiv għal din l-entità tal-bank biss;

19.  Jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra li ssaħħaħ id-dispożizzjonijiet li jintroduċu responsabbiltà personali għall-membri tal-bord; jissuġġerixxi li f'dan il-kuntest il-Kummissjoni għandha tesplora kif jista' jitħeġġeġ ritorn lejn il-mudell ta' sħubija tal-ġestjoni tal-kumpaniji;

20.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-ABE jiżguraw implimentazzjoni sħiħa u komprensiva tal-qafas leġiżlattiv dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital, b'attenzjoni partikolari għad-dispożizzjonijiet dwar il-kumpens u r-remunerazzjoni; jistieden lill-ABE u lill-Kummissjoni jippreżentaw rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet relevanti mill-Istati Membri; Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli bir-riforma tal-kultura ta’ kumpens u rimunerazzjoni tal-banek billi tagħti prijorità lill-inċentivi fit-tul għal rimunerazzjoni li tvarja b’perjodu itwal ta’ differiment sal-irtirar kif ukoll biex jippromwovu t-trasparenza inklużi talanqas spjegazzjonijiet u valutazzjonijiet fuq firxiet interni ta' rimunerazzjoni, bidliet relevanti u devjazzjonijiet settorjali komparattivi;

21.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-ABE u lill-awtoritajiet kompetenti jiżguraw li s-sistemi ta’ rimunerazzjoni jagħtu prijorità lill-użu ta’ strumenti bħal bonds soġġetti għal rikapitalizzazzjoni, u ishma, aktar milli kontanti, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital;

22.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-ABE u lill-awtoritajiet kompetenti jiżguraw li s-sistemi ta’ kumpens u rimunerazzjoni fil-livelli kollha ta’ bank jirriflettu r-rendiment ġenerali u jkunu ffukati fuq servizz tal-konsumaturi ta’ kwalità u stabbiltà finanzjarja fit-tul aktar milli fuq profitti immedjati, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital;

23.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi reġimi ta’ sanzjonijiet effettivi, dissważivi u proporzjonati għal persunal legali u naturali, u l-pubblikazzjoni tal-livelli ta’ sanzjonijiet u tal-informazzjoni dwar dawk li jiksru r-regoli;

24.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel dispożizzjoni li l-awtoritajiet kompetenti, u kif applikabbli l-mekkaniżmu uniku ta' kontroll (SSM), jikkonformaw mal-prinċipji tar-riforma strutturali.

25.  Jitlob lill-Kummissjoni tipproponi li jiġu allokati riżorsi u setgħat adegwati lis-superviżuri nazzjonali lill-awtoritajiet kompetenti ta' superviżjoni inkluż l-MSU;

26.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel studju biex jiġi żgurat li l-istandards ta' kontabilità użati mill-istituzzjonijiet finanzjarji jagħtu stampa ġenwina u ġusta tas-saħħa finanzjarja tal-banek; jirrimarka li l-kontijiet huma s-sors ewlieni ta' informazzjoni għall-investitur biex ikun jista' jifhem jekk kumpanija hijiex f'periklu li tiġi likwidata; jinnota li l-awdituri jistgħu japprovaw biss kontijiet jekk dawn ikunu veri u ġusti, indipendentement mill-istandards finanzjarji użati minn dawk li jippreparaw rendikonti finanzjarji; jemmen li jekk l-awdituri mhumiex ċerti jekk kumpanija hijiex f'periklu li tiġi likwidata ma għandhomx japprovaw il-kontijiet ta' kontabilità tal-kumpanija, anke jekk dawn ikunu tfasslu skont l-istandards ta' kontabilità; dan madanakollu għandu jservi ta' mutur għal ġestjoni aħjar tal-kumpanija kkonċernata; jissuġġerixxi li standards internazzjonali ta' rappurtar finanzjarju mhux bilfors jagħtu stampa vera u ġusta tal-kontijiet ta' kontabilità, kif jidher fħafna eżempji ta' banek li fallew finanzjajrament minkejja li l-kontijiet ta' kontabilità tagħhom ġew approvati mill-awdituri;

C.It-tisħiħ tal-kompetizzjoni ġusta u sostenibbli

27.  Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ kompetizzjoni effettiva sabiex tiġi żgurata sistema bankarja li taħdem tajjeb u effiċjenti u li tiffinanzja l-ekonomija reali billi tiżgura l-aċċess universali għal servizzi bankarji u tnaqqas l-ispejjeż tas-servizzi bankarji; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li regoli ta' superviżjoni, fost dispożizzjonijiet oħra, gaħndhom iqisu l-profil tar-riskju, l-ambitu reġjonali u l-mudell kummerċjali tal-istituzzjonijiet rispettivi;

28.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu flimkien sabiex jippromwovu diversifikazzjoni akbar tas-sistema bankarja tal-UE billi jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw sistema bankarja orjentata aktar lejn il-konsumatur, pereżempju permezz ta’ kooperattiva, soċjetà immobiljari, self bejn il-pari, finanjzament kollettiv u mudelli ta’ banek ta’ tfaddil, fejn jiġu żvelati b'mod trsparenti l-livelli differenti ta' riskju għall-konsumatur;

29.  Jinnota li, sabiex tissaħħaħ il-kompetittività u l-istabbiltà tas-sistema bankarja Ewropea, huwa importanti li tiġi indirizzata b'mod effettiv il-kwistjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji sistematikament importanti (jiġifieri dawk li huma kbar wisq biex ifallu), li l-problemi tagħhom wasslu għal eskalazzjoni fl-effetti negattivi tal-kriżi finanzjarja, billi tiġi razzjonalizzata l-iskala tal-attivitajiet tal-gruppi bankarji u billi titnaqqas id-dipendenza fejn il-gruppi huma kkonċernati;

30.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssib modi li jħeġġu u jippromwovu “self ibbażat fuq relazzjoni” jew “self ibbażat fuq l-għarfien” fl-inizjattivi leġiżlattivi. Dawn għandhom jimmiraw li jevitaw approċċ “immarka l-kaxxa” u minflok jiffokaw fuq il-promozzjoni tat-taħriġ vokazzjonali u etiku għal dawk jagħmluha ta' intermedjarji u li jsellfu lin-negozji;

31.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti jagħmlu bħala objettiv ċar tagħhom il-promozzjoni u l-iżgurar ta' kompetizzjoni effettiva, u biex iħeġġu diversità u orjentazzjoni lejn il-klijent akbar fis-settur bankarju tal-UE;

32.  Jitlob lill-Kummissjoni tressaq miżuri jintroduċu l-portabilità tal-kont u li li jippromwovu websajts aċċessibbli li permezz tagħhom il-konsumaturi jkunu jistgħu jqabblu l-prezzijiet u s-saħħa finanzjarja tal-banek u b'hekk issaħħaħ id-dixxiplini permezz ta' qlib tal-konsumatur infurmat minn bank għal ieħor u jgħinu billi jtejbu l-għażla tal-konsumatur fis-settur bankarju billi jnaqqsu l-ostakoli għal dħul u ħruġ u japplikaw regoli proporzjonati għall-klijenti ġodda fis-suq;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq ir-riformi strutturali meħtieġa speċifikati f’dan ir-rapport, li, filwaqt li jżommu l-integrità tas-suq intern, jirrispettaw id-diversità tas-sistemi bankarji nazzjonali u jiżguraw rwol b'saħħtu għall-ABE biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta fl-UE kollha;

o
o   o

34.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) http://ec.europa.eu/internal_market/bank/docs/high-level_expert_group/report_en.pdf
(2) http://www.oecd.org/finance/financial-markets/Implicit-Guarantees-for-bank-debt.pdf
(3) http://www.oecd.org/daf/fin/financial-markets/44357464.pdf
(4) Testi adottati, P7_TA(2012)0427.
(5) http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/ecofin/136487.pdf
(6) COM (2012)0778.
(7) “Reassessing the impact of finance on growth”, minn Stephen G. Cecchetti u Enisse Kharroubi, id-Dipartiment Monetarju u Ekonomiku tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, Lulju 2012: http://www.bis.org/publ/work381.pdf
(8) http://www.eba.europa.eu/cebs/media/Publications/Other%20Publications/Opinions/EBA-BS-2012-219--opinion-on-HLG-Liikanen-report---2-.pdf and http://www.ecb.int/pub/pdf/other/120128_eurosystem_contributionen.pdf
(9) http://www.ecb.int/pub/pdf/other/120128_eurosystem_contributionen.pdf
(10) ĠU C 377 E, 7.12.2012, p. 7.


Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE - Il-ġlieda kontra l-frodi
PDF 391kWORD 49k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar ir-Rapport Annwali 2011 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE - Il-ġlieda kontra l-frodi (2012/2285(INI))
P7_TA(2013)0318A7-0197/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar ir-rapporti annwali preċedenti tal-Kummissjoni u tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF),

–  wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bit-titolu “Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - Il-ġlieda kontra l-frodi - Ir-Rapport Annwali tal-2011 (COM(2012)0408) u d-dokumenti li jakkumpanjawh (SWD(2012)0227 , SWD(2012)0228 , SWD(2012)0229 u SWD(2012)0230)(1),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-OLAF – ir-Rapport Annwali 2011(2),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Qorti tal-Awdituri dwar l-Istrateġija tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi (COM(2011)0376),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (COM(2012)0363),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm Hercule III għall-promozzjoni tal-attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (COM(2011)0914),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 325(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2012 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - Ġlieda kontra l-frodi - Rapport Annwali 2010(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2011 dwar l-isforzi tal-UE biex tiġġieled kontra l-korruzzjoni(7), id-dikjarazzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2010 dwar l-isforzi tal-Unjoni biex tiġġieled kontra l-korruzzjoni(8), u l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew intitolata “Nissieltu kontra l-korruzzjoni fl-UE” (COM(2011)0308),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-OLAF għall-2012 u r-rapport tal-Kumitat Superviżorju tal-OLAF għall-istess sena,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0197/2013),

A.  billi l-UE u l-Istati Membri jikkondividu r-responsabbiltà għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE u għall-ġlieda kontra l-frodi, u billi l-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri hi essenzjali;

B.  billi l-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà primarja għall-implimentazzjoni ta’ madwar 80% tal-baġit tal-Unjoni, kif ukoll għall-ġbir tar-riżorsi proprji, inter alia fil-forma ta’ VAT u dazji doganali;

C.  billi dan l-aħħar il-Kummissjoni wettqet għadd ta' inizjattivi importanti rigward miżuri tal-politika kontra l-frodi;

Kummenti ġenerali

1.  Jisħaq fuq il-fatt li l-ġlieda kontra l-frodi u kontra kwalunkwe attività illegali oħra li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni hi obbligu tal-Kummissjoni u l-Istati Membri, imnaqqxa fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

2.  Ifakkar li l-iżgurar tal-protezzjoni ta' dawk l-interessi finanzjarji kemm fil-livell tal-ġbir tar-riżorsi tal-UE, kif ukoll fil-livell tal-infiq, għandu l-istess importanza;

3.  Jilqa' pożittivament ir-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - Il-ġlieda kontra l-frodi - Ir-Rapport Annwali tal-2011 (“ir-rapport annwali tal-Kummissjoni); jiddispjaċih, madankollu, li r-rapport hu limitat għad-data li ġiet irrapportata mill-Istati Membri; jindika li l-Istati Membri jużaw definizzjonijiet differenti għal tipi simili ta' reat u mhux kollha kemm huma jiġbru data statistika simili u dettaljata skont kriterji komuni, u dan jagħmilha diffiċli li tinġabar statistika affidabbli u paragonabbli fil-livell tal-UE; jiddispjaċih għalhekk li mhux possibbli li tiġi vvalutata l-iskala globali effettiva tal-irregolaritajiet u l-frodi fl-Istati Membri individwali jew li jiġu identifikati u ddixxiplinati dawk l-Istati Membri bl-ogħla livell ta' irregolaritajiet u frodi kif talab ripetutament il-Parlament; iħeġġeġ, għalhekk, biex jiġu stabbiliti kriterji ta' valutazzjoni standard għall-irregolaritajiet u l-frodi fl-Istati Membri kollha u jingħaqdu ma' pieni xierqa għal min jinstab ħati ta' ksur;

4.  Jisħaq fuq il-fatt li l-frodi hija eżempju ta' għemil ħażin intenzjonat u hi reat kriminali, u li irregolarità hi nuqqas ta' konformità ma' regola, u jiddispjaċih li r-rapport tal-Kummissjoni jonqos milli jikkunsidra l-frodi fid-dettall u jittratta l-irregolaritajiet b'mod approssimattiv ħafna; jindika li l-Artikolu 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandu x'jaqsam mal-frodi, mhux ma' irregolaritajiet, u jitlob li ssir distinzjoni bejn il-frodi u l-iżbalji jew l-irregolaritajiet;

5.  Jinnota li, skont ir-rapport annwali tal-Kummissjoni, fl-2011 ġie rrapportat li 1 230 irregolarità kienu frodulenti u li l-impatt finanzjarju tagħhom naqas b'37 % meta mqabbel ma' dak tal-2010 u kien jammonta għal EUR 404 miljun; jirrikonoxxi l-fatt li l-politika ta' koeżjoni u l-agrikoltura jibqgħu ż-żewġ oqsma prinċipali li jbatu mill-ogħla livell ta' frodi b'impatt finanzjarju li hu stmat li jammonta għal EUR 204 miljun u EUR 77 miljun rispettivament; jiddubita, madankollu, jekk dan it-tnaqqis jirriflettix il-qagħda effettiva tal-affarijiet f'dak li jirrigwarda l-attivitajiet frodulenti jew jekk, inkella, hux sinjal li s-sistemi ta' superviżjoni u kontroll fl-Istati Membri huma insuffiċjenti;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq monitoraġġ mill-qrib tal-effikaċja tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll fl-Istati Membri u tiżgura li l-informazzjoni pprovduta dwar il-livell ta’ irregolaritajiet fl-Istati Membri tkun tirrifletti s-sitwazzjoni reali;

7.  Jisħaq fuq il-fatt li s-sitwazzjoni fejn l-Istati Membri ma jittrażmettux id-data b'mod f'waqtu jew jipprovdu data mhux preċiża ilha tirrikorri għal ħafna snin; jenfasizza li mhux possibbli li jsiru paraguni u valutazzjoni oġġettiva tal-iskala tal-frodi fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea; jindika li l-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u l-OLAF mhumiex kapaċi jwettqu kif suppost il-funzjonijiet tagħhom rigward il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni u t-tressiq ta' proposti u jtenni li sitwazzjoni ta' dan it-tip ma tistax tiġi ttollerata; jistieden lill-Kummissjoni tassumi r-responsabilità sħiħa għall-irkupru tal-fondi li jkunu tħallsu b'mod indovut għall-baġit tal-UE; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tistabbilixxi prinċipji ta' rapportar uniformi fl-Istati Membri kollha u tiżgura l-ġbir ta' data paragunabbli, affidabbli u adegwata;

8.  Jisħaq fuq il-fatt li hemm bżonn li l-Unjoni Ewropea tintensifika l-isforzi tagħha għat-tisħiħ tal-prinċipji tal-Gvern elettroniku li kieku jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal aktar trasparenza fil-finanzi pubbliċi; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, b'differenza għat-tranżazzjonijiet ta' kontanti, it-tranżazzjonijiet elettroniċi huma referenzjati u għaldaqstant isir aktar diffiċli li titwettaq frodi u aktar faċli li jiġu identifikati l-każijiet ta' suspett ta' frodi; jikoraġġixxi lill-Istati Membri jbaxxu l-limiti minimi tagħhom għall-ħlasijiet mandatorju apparti dawk f'kontanti;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra r-rabta li teżisti bejn ir-rapportar ta' frodi mill-Istati Membri u n-nuqqas ta' armonizzazzjoni fid-dritt penali li tistabbilixxi definizzjoni komuni ta' mġiba frodulenti u reati fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jindika li l-armonizzazzjoni tas-sistemi tad-dritt penali tal-Istati Membri saret b'mod limitat biss;

10.  Jenfasizza li ġew ippubblikati 233 rapport investigattiv dwar każijiet ta' frodi relatata ma' użu ħażin ta' fondi tal-UE fuq perjodu ta' 5 snin fi ħdan is-27 Stat Membru, bir-Renju Unit, is-Slovakkja, il-Ġermanja, il-Bulgarija, Spanja, ir-Rumanija u l-Estonja l-aktar Stati Membri attivi fil-qasam tar-rapportar(9); hu tal-opinjoni li l-ġurnaliżmu investigattiv żvolġa rwol importanti fil-kxif tal-frodi li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u jirrappreżenta sors prezzjuż ta' informazzjoni li għandha tiġi kkunsidrata mill-OLAF u l-awtoritajiet għall-infurzar tal-liġi jew awtoritajiet rilevanti oħra fl-Istati Membri;

11.  Ifakkar li, fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' April 2011 dwar il-Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – Ġlieda kontra l-frodi – Rapport Annwali 2009(10), il-Parlament talab li jiġu introdotti dikjarazzjonijiet obbligatorji ta' ġestjoni nazzjonali, li jiġu awditjati kif xieraq mill-uffiċċju nazzjonali ta' awditjar u kkonsolidati mill-Qorti tal-Awdituri; jiddispjaċih li ma ttieħed l-ebda pass ulterjuri f'dik id-direzzjoni;

12.  Iqis li hu tal-ogħla importanza li jingħata segwitu xieraq għall-imġiba frodulenti fuq livell Ewropew; jinsab imgħaġġeb dwar il-fatt li d-Direttur Ġenerali tal-OLAF introduċa limiti minimi settorjali speċifiċi rigward l-impatt finanzjarju probabbli fil-Prijoritajiet għall-Politika dwar l-Investigazzjoni għall-2012 u l-2013 sabiex il-każijiet li l-impatt finanzjarju probabbli tagħhom ikun anqas mil-limitu minimu jiġu ttrattati bħala subordinati u hu improbabbli li jinfetħu fil-verità; jinnota li l-limitu minimu fis-settur doganali hu ta' EUR 1 000 000, għall-fondi SAPARD hu EUR 100 000, għall-fondi agrikoli hu EUR 250 000, għall-fondi strutturali hu EUR 500 000, għall-FEŻR hu EUR 1 000 000, għall-infiq ċentralizzat u l-għajnuna esterna hu EUR 50 000, u fis-settur tal-persunal tal-UE hu EUR 10 000; hu tal-opinjoni li dan mhux aċċettabbli; iħeġġeġ lid-Direttur Ġenerali jbiddel il-prassi attwali u jabbanduna l-approċċ ta' limiti minimi għall-prijoritizzazzjoni tax-xogħol minnufih;

13.  Jitlob li l-korruzzjoni li jkollha impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea tiġi kkunsidrata bħala frodi f'dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tal-Artikolu 325(5) TFUE u tiġi inkluża fir-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - Ġlieda kontra l-frodi;

14.  Jindika li r-rata ta’ kundanna fil-każijiet li jinvolvu reati kontra l-baġit tal-Unjoni tvarja konsiderevolment madwar l-Unjoni Ewropea bejn Stat Membru u ieħor, minn 14 % sa 80 %; jissottolinja li l-armonizzazzjoni tas-sistemi tad-dritt penali tal-Istati Membri għadha limitata waqt li hemm bżonn li l-kooperazzjoni ġudizzjarja tissaħħaħ; jappella għal leġiżlazzjoni Ewropea ambizzjuża u għal kooperazzjoni u koordinament aħjar bejn l-Istati Membri kollha biex jiġi żgurat li jiġu imposti sanzjonijiet serji fil-konfront ta' min iwettaq frodi u għad-deterrenza ta' mġiba frodulenti;

15.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-ammont li għandu jiġi rkuprat b'segwitu għall-irregolaritajiet li ġew skoperti fl-2011 laħaq EUR 321 miljun, li minnhom EUR 166 miljun diġà ġew irkuprati mill-Istati Membri; jinnota f'dan ir-rigward li, fl-2011, ir-rata ta' rkupru għar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali tjiebet biex laħqet it-52 %, meta mqabbla mar-rata ta' 46 % fl-2010;

16.  Jieħu inkonsiderazzjoni r-rapport tal-2011 tal-OLAF u l-ħarsa ġenerali li jagħti għall-progress li sar rigward azzjonijiet ġudizzjarji, fl-azzjonijiet maħluqa bejn l-2006 u l-2011, u l-fatt li, skont dan ir-rapport, aktar minn nofs l-azzjonijiet qed jistennew deċiżjoni ġudizzjarja(11); hu tal-opinjoni li għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-każijiet relatati mal-frodi fil-qasam doganali, li hu fost l-oqsma bl-ogħla rati ta' korruzzjoni sistemika fl-Ewropa;

17.  Jinnota bi tħassib li, minħabba l-kriżi ekonomika attwali, il-Kummissjoni ma tipprevedix żieda fil-finanzjament tal-UE għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri, bl-għan li jkun hemm protezzjoni aħjar tal-interessi finanzjarji tal-UE, bħala parti mill-istrateġija komprensiva u ġdida tagħha għall-UE; jikkunsidra li din l-istrateġija għandha tikkostitwixxi reazzjoni koerenti u komprensiva intiża sabiex tnaqqas il-kuntrabandu, iżżid id-dħul miġbur u għalhekk tiżgura li tali investiment jrendi fil-ġejjieni;

Dħul – Riżorsi proprji

18.  Ifakkar li l-ġbir kif suppost tal-VAT u tad-dazji doganali għandu influwenza diretta kemm fuq l-ekonomiji tal-Istati Membri u kemm fuq il-baġit tal-UE, u li t-titjib tas-sistemi għall-ġbir tad-dħul u l-iżgurar li t-tranżazzjonijiet kollha jiġu formalment reġistrati u jinħarġu mill-ekonomija klandestina għandhom jingħataw l-akbar prijorità mill-Istati Membri kollha;

19.  Jenfasizza f'dan il-kuntest il-fatt li l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa jirrappreżentaw riskju ewlieni għall-finanzi pubbliċi tal-UE; jisħaq fuq il-fatt li hu stmat li kull sena fl-UE jintilfu EUR 1 triljun fi flus pubbliċi minħabba l-frodi fiskali u l-evitar tat-taxxa, li jirrappreżentaw bejn wieħed u ieħor spiża ta' EUR 2 000 fis-sena għal kull ċittadin Ewropew; jindika li l-medja tal-ammont ta' taxxa li jintilef fl-Ewropa llum il-ġurnata taqbeż l-ammont totali li l-Istati Membri jonfqu fil-kura tas-saħħa, u tammonta għal aktar minn erba' darbiet l-ammont li jintefaq fuq l-edukazzjoni fl-UE;

20.  Jisħaq fuq il-fatt li, minħabba l-mekkaniżmu għall-ibbilanċjar tal-baġit tal-UE bi dħul ibbażat fuq l-ING, kull euro li jintilef minħabba frodi doganali u frodi relatata mal-VAT irid jiġi kkumpensat miċ-ċittadini tal-UE; iqis li hu inaċċettabbli li dawk l-operaturi ekonomiċi li jwettqu attivitajiet frodulenti huma, fil-fatt, issussidjati mill-kontribwenti tal-UE; jenfasizza li l-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa għandha tingħata l-akbar prijorità kemm mill-Kummissjoni u kemm mill-Istati Membri; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu s-sistemi fiskali tagħhom aktar sempliċi u aktar trasparenti peress li jiġri spiss wisq li l-frodi fiskali tiġi ffaċilitata minn sistemi fiskali kumplessi u opaki;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-koordinament tagħha mal-Istati Membri sabiex tiġbor data affidabbli dwar id-distakk fl-oqsma tad-dwana u tal-VAT fil-pajjiżi rispettivi u biex tirrapporta b'mod regolari lill-Parlament f'dak ir-rigward;

22.  Jilqa' pożittivament il-fatt li 98  % taħt ir-Riżorsi Proprji Tradizzjonali ġew irkuprati mingħajr problemi partikolari, iżda jinnota varjazzjonijiet fil-prestazzjoni tal-Istati Membri fl-irkupru tat-2 % li jifdal(12);

Dwana

23.  Jenfasizza li, sa fejn għandhom x'jaqsmu r-Riżorsi Proprji Tradizzjonali, l-irkaptu mid-dazji doganali hu sors ta' introjtu importanti għall-gvernijiet tal-Istati Membri, li jżommu 25 % biex ikopru l-ispejjeż tal-ġbir; itenni li l-prevenzjoni effiċjenti ta’ irregolaritajiet u frodi f’dan il-qasam tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u għandha konsegwenzi importanti għas-suq intern, filwaqt li telimina l-vantaġġ inġust li jgawdu minnu l-operaturi ekonomiċi li jevitaw id-dazji fuq dawk li jikkonformaw mal-obbligi tagħhom f’dan ir-rigward; jisħaq fuq il-fatt li l-qalba tal-problema qiegħda fl-importazzjonijiet mhux iddikjarati jew dawk li jkunu ħarbu mis-sorveljanza doganali;

24.  Jinsab profondament imħasseb dwar il-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri li hemm insuffiċjenzi serji fis-superviżjoni doganali nazzjonali(13);

25.  Jisħaq fuq il-fatt li l-Unjoni Doganali hi qasam ta' kompetenza esklużiva tal-UE u li għaldaqstant il-Kummissjoni għandha l-obbligu li timplimenta l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet doganali fl-Istati Membri jaġixxu daqslikieku kienu entità waħda, u li twettaq monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħhom;

26.  Jipproponi li tiġi investigata l-possibilità li jitwaqqaf tim ta' uffiċjali doganali Ewropej li jkunu speċjalizzati fil-ġlieda kontra l-frodi, li kieku jkun jaħdem id f'id mal-awtoritajiet doganali nazzjonali;

27.  Ifakkar li 70 % tal-proċeduri doganali fl-UE huma ssemplifikati; jinsab profondament inkwetat minħabba s-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Speċjali Nru 1/2010 tagħha, li żvela insuffiċjenzi serji f'dak il-qasam, waqt li indika eżerċizzji ta' awditjar foqra jew mhux iddokumentati sew, użu baxx tat-tekniki awtomatizzati għall-ipproċessar tad-data, użu eċċessiv tal-prattiki ta' semplifikazzjoni u awditjar ex post ta' kwalità baxxa;

28.  Jenfasizza li s-soluzzjonijiet informatiċi moderni u l-aċċess dirett għad-data huma kruċjali għall-funzjonament effikaċi tal-Unjoni Doganali; iqis li s-soluzzjonijiet eżistenti mhumiex sodisfaċenti; jinsab serjament imħasseb, b'mod partikolari, minħabba s-sejbiet fl-Ewwel Rapport ta' Attività tal-Eurofisc(14) għall-2011, li ġie ppubblikat f'Mejju 2012, li fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, l-amministrazzjonijiet fiskali m'għandhom l-ebda aċċess dirett għad-data doganali u li għaldaqstant mhux possibbli li titwettaq kontroverifika awtomatizzata mad-data fiskali;

29.  Jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni u l-Istati Membri ma kinux kapaċi jiżguraw implimentazzjoni f'waqtha tal-Kodiċi Doganali Modernizzat; jisħaq fuq il-fatt li hu stmat li l-benefiċċji finanzjarji li ntilfu minħabba d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-kodiċi doganali l-ġdid jammontaw għal madwar EUR 2,5 biljun fi ffrankar operattiv annwali fl-ispejjeż ta' konformità mal-iskema sħiħa, u għal massimu potenzjali ta' EUR 50 biljun fis-suq kummerċjali internazzjonali estiż(15); jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni ta' kemm se jiswa l-posponiment tal-applikazzjoni sħiħa tal-Kodiċi Doganali Modernizzat, li tkun tikkwantifika l-konsegwenzi baġitarji tat-tali posponiment;

30.  Jisħaq fuq il-bżonn li tiġi intensifika ulterjorment il-ġlieda kontra l-frodi relatata mad-dwana u jilqa’ l-ħolqien ta’ Sistema Kontra l-Frodi ta’ Informazzjoni dwar it-Tranżitu (ATIS), reġistru ċentrali mfassal bl-għan li jżomm lill-awtoritajiet rilevanti kollha informati dwar il-movimenti ta’ merkanzija fi tranżitu ġewwa l-UE;

31.  Jinkoraġġixxi, fid-dawl tas-suċċess tal-operazzjonijiet doganali konġunti mwettqa fl-2011 bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha u xi pajjiżi mhux membri tal-UE, it-twettiq regolari ta' operazzjonijiet ta' dan it-tip immirati kontra l-kuntrabandu ta' prodotti sensittivi u l-frodi f'ċerti setturi ta' riskju għoli; jindika li l-operazzjonijiet doganali konġunti mwettqa fl-2011 irriżultaw fil-qbid ta' 1,2 miljuni sigaretti u fl-iskoperta ta' frodi fiskali u doganali b'valur ta' aktar minn EUR 1,7 miljun;

VAT

32.  Ifakkar li l-operazzjoni korretta tal-proċeduri doganali għandha konsegwenzi diretti għall-kalkolu tal-VAT; jiddeplora l-insuffiċjenzi li l-Qorti tal-Awdituri sabet f'dan il-qasam; jinsab profondament inkwetat, b'mod partikolari, mis-sejbiet tal-Qorti fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 13/2011 li l-applikazzjoni tal-proċedura doganali 42(16) waħedha rrappreżentat fl-2009 telf estrapolat ta’ madwar EUR 2 200 miljun(17) fir-rigward tas-seba’ Stati Membri awditjati mill-Qorti, li jirrappreżentaw 29 % tal-VAT teoretikament applikabbli fuq l-ammont taxxabbli tal-importazzjonijiet kollha li saru taħt il-proċedura doganali 42 fl-2009 f’dawk is-seba' Stati Membri;

33.  Jinsab profondament imħasseb dwar kemm hi mifruxa l-frodi fil-qasam tal-VAT; jindika li, minn mindu ġiet introdotta l-VAT, il-mudell ta' kif għandha tinġabar baqa' ma nbidilx; jisħaq fuq il-fatt li dan il-mudell għadda żmienu, minħabba l-ħafna tibdil li seħħ fl-ambjent teknoloġiku u ekonomiku; jisħaq fuq il-fatt li l-inizjattivi fil-qasam tat-tassazzjoni diretta jirrikjedu deċiżjoni unanima tal-Kunsill; jiddeplora l-fatt li żewġ inizjattivi importanti mmirati lejn il-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT, i.e. il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward ta' mekkaniżmu ta' reazzjoni rapida kontra l-frodi tal-VAT (COM(2012)0428) u l-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward applikazzjoni fakultattiva u temporanja tal-mekkaniżmu tar-reverse charge fil-konfront ta’ fornimenti ta’ ċerti oġġetti u servizzi li jistgħu ikunu suġġetti għal frodi (COM(2009)0511), attwalment għadhom ibblukkati fil-Kunsill(18);

34.  Jindika l-ħtieġa li t-tranżazzjonijiet kummerċjali jiġu konnessi f'ħin reali mal-awtoritajiet tat-taxxi sabiex tiġi miġġielda l-evażjoni fiskali;

35.  Jemmen li l-eliminazzjoni tat-tranżazzjonijiet mhux reġistrati tista' tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-ammonti tal-VAT li ma jinġabrux;

Kuntrabandu ta' sigaretti

36.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-kuntrabandu ta' prodotti b'taxxi għoljin jikkawza telf ta' dħul sinifikanti għall-baġits tal-UE u tal-Istati Membri tagħha, u li t-telf dirett mid-dħul doganali bħala riżultat tal-kuntrabandu tas-sigaretti waħdu jammonta għal aktar minn EUR 10 biljun f'sena;

37.  Jenfasizza li l-kuntrabandu ta' sigaretti jservi ta' sors importanti ta' finanzjament għall-organizzazzjonijiet kriminali bi struttura internazzjonali, u jevidenzja, għalhekk, l-importanza li tissaħħaħ id-dimensjoni esterna tal-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni għall-ġlieda kontra l-kuntrabandu tas-sigaretti u tal-alkoħol tul il-fruntiera tal-Lvant tal-UE, li jipprovdi appoġġ għall-kapaċità ta’ infurzar fil-pajjiżi ġirien, billi joffri assistenza teknika u taħriġ, iqajjem kuxjenza, jintensifika l-kooperazzjoni operattiva, bħall-Operazzjonijiet Doganali Konġunti, kif ukoll jikkondivi l-informazzjoni u jsaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali; jisħaq, b’mod partikolari, fuq l-importanza ta' kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri, ir-Russja u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant (l-Armenja, l-Azerbajġan, il-Bjelorussja, il-Ġeorġja, il-Moldova u l-Ukraina) għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet immirati proposti fil-pjan ta’ azzjoni;

38.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-fruntiera tal-Lvant tirrappreżenta żona ġeografika partikolarment vulnerabbli f'dan il-kuntest; jilqa' pożittivament il-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni tal-pjan ta' azzjoni għall-ġlieda kontra l-kuntrabandu tas-sigaretti u tal-alkoħol tul il-fruntiera tal-Lvant tal-UE;

39.  Jilqa' pożittivament l-attivitajiet tal-OLAF fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni msemmi hawn fuq; jilqa' pożittivament, b'mod partikolari, l-eżitu pożittiv tal-Operazzjoni “Barrel” li involviet il-kooperazzjoni ta' 24 Stat Membru, in-Norveġja, l-Isvizzera, il-Kroazja u t-Turkija, kif ukoll l-appoġġ attiv tad-DĠ għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali, tal-Europol, ta' Frontex u tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali, u li rriżultat biex inqabdu u nżammu 1,2 miljuni sigaretti;

40.  Jilqa' pożittivament l-adozzjoni nhar it-12 ta' Novembru 2012 tal-Protokoll dwar l-eliminazzjoni tal-kummerċ illeċitu fil-prodotti tat-tabakk waqt il-ħames sessjoni tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk;

Nefqa

41.  Ifakkar li 94 % tal-baġit tal-UE jiġi investit fl-Istati Membri, u li, f'dawn iż-żminijiet ta' diffikultà ekonomika, hu ta' importanza vitali li l-flus kollha jintefqu tajjeb; jikkunsidra, għalhekk, li l-ġlieda kontra l-frodi fil-konfront tal-baġit tal-UE fil-programmi ta' finanzjament kollha kemm huma sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru tal-fondi mitlufin trid tkun prijorità, sabiex jiġi żgurat li l-baġit tal-UE jintefaq fuq l-objettivi ewlenin tagħha, bħall-ħolqien tax-xogħol u t-tkabbir;

42.  Jiddeplora l-fatt li l-biċċa l-kbira tal-irregolaritajiet fl-infiq tal-UE ssir fil-livell nazzjonali;

43.  Jenfasizza l-fatt li aktar trasparenza li tippermetti skrutinju xieraq hi fundamentali biex jiġu skoperti l-każijiet ta' frodi; ifakkar li, fis-snin preċedenti, il-Parlament ħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu azzjoni biex tiżgura li jkun hemm post wieħed fejn dak li jkun isib l-informazzjoni kollha relatata mat-trasparenza tal-benefiċjarji tal-fondi tal-UE; jiddispjaċih li din il-miżura ma ġietx implimentata; itenni għalhekk it-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tiddisinja miżuri biex tiżdied it-trasparenza tal-arranġamenti legali u sistema li telenka l-benefiċjarji kollha tal-fondi tal-UE fuq l-istess websajt, indipendentement minn min ikun qed jamministra l-fondi u li tkun ibbażata fuq kategoriji standard fir-rigward tal-informazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-Istat Membri kollha f’mill-inqas lingwa ta' ħidma waħda tal-Unjoni; jistieden lill-Istati Membri jikkooperaw mal-Kummissjoni u jipprovdulha informazzjoni sħiħa u affidabbli dwar il-benefiċjarji tal-fondi tal-UE mmaniġġjati mill-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta s-sistema ta' 'ġestjoni kondiviża' u tipprovdi lill-Parlament b’rapport dwarha bħala kwistjoni ta' prijorità;

Agrikoltura

44.  Jilqa' pożittivament il-fatt li l-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja u l-Finlandja tejbu l-konformità tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam ma' rapportar konsistenti, u li r-rata ta' konformità globali għall-UE27 hi madwar 93 %, li tirrappreżenta żieda meta mqabbla mar-rata tal-2010 ta' 90 %;

45.  Jisħaq madankollu fuq il-fatt li, peress li ġew irrapportati minn tal-anqas 20 miljun każ ta’ korruzzjoni minuri fis-settur pubbliku fl-UE, huwa ovvju li l-fenomenu għandu wkoll effett konsekwenzjali fl-oqsma tal-amministrazzjoni pubblika fl-Istati Membri (u fir-rigward tal-politiċi korrispondenti) li għandhom ir-responsabilità għall-ġestjoni tal-fondi tal-UE u interessi finanzjarji oħra(19); jindika li l-għadd ta' irregolaritajiet li ġew irrapportati bħala frodulenti fl-agrikoltura fl-2011 – total ta' 139 – ma jirriflettix il-qagħda reali; jindika li l-Kummissjoni esprimiet it-tħassib tagħha, indirizzat lejn l-Istati Membri, li jista' jkun li l-figuri ta' frodi rrapportati mhumiex kompletament affidabbli – xi ħaġa li l-Kummissjoni stess tirrikonoxxi meta tenfasizza l-għadd żgħir ta’ każijiet ta’ frodi rrapportati fi wħud mill-Istati Membri; jitlob li jkun hemm aktar kooperazzjoni u kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fl-Istati Membri sabiex jirreaġixxu għall-każijiet ta' frodi u jirrapportawhom lill-Kummissjoni;

46.  Jibqa' mħasseb dwar il-fatt li Franza, il-Ġermanja, Spanja u r-Renju Unit rrapportaw rati ta' frodi li tant huma baxxi li jqanqlu s-suspetti, speċjalment meta jitqiesu d-daqs ta' dawn il-pajjiżi u l-ammont ta' appoġġ finanzjarju li jirċievu; jiddispjaċih li, fir-rapport annwali tagħha, il-Kummissjoni ma tatx tweġiba definittiva għall-mistoqsija dwar jekk ir-rati baxxi ta' frodi ssuspettata li ġew irrapportati minn Franza, il-Ġermanja, Spanja u r-Renju Unit humiex ir-riżultat ta' nuqqas ta' konformità mal-prinċipji ta' rapportar jew tal-kapaċità tas-sistemi ta' kontroll implimentati f'dawn l-Istati Membri biex jiskopru l-frodi; jistieden lill-Istati Membri msemmija hawn fuq jipprovdu spjegazzjonijiet dettaljati u komprensivi malajr kemm jista' jkun dwar ir-rati baxxi ta' frodi ssuspettata li rrapportaw;

47.  Jinnota li l-għadd żgħir ta’ każijiet ta’ frodi rappurtati fi wħud mill-Istati Membri jista' jiġi spjegat bil-fatt li dak li fi Stat Membru wieħed huwa kkunsidrat bħala frodi, f'ieħor mhux neċessarjament jitqies bħala illeċitu, u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni tidentifika u tipprovdi kjarifika f’tali ċirkostanzi, billi tistandardizza l-kriterji għad-definizzjoni tal-frodi u tgħaddihom lill-Istati Membri kollha;

48.  Jistieden lill-Kummissjoni teżamina s-sistema għar-rapportar ta' frodi u tarmonizza l-prattiki użati fl-Istati Membri sabiex jirreaġixxu għall-każijiet ta' frodi u jirrapportawhom lill-Kummissjoni; hu tal-fehma li l-għan hu li l-investigazzjonijiet isiru aktar effiċjenti, waqt li fl-istess ħin jingħata kontribut biex jiġu ċċarati d-drittijiet proċedurali tal-persuni kkonċernati;

49.  Jindika li, sabiex ikun hemm prevenzjoni ta' użu frodulenti tal-fondi tal-PAK fil-ġejjieni, mhux talli għandu jkun hemm approċċ statistiku għall-problema imma għandu jkun hemm ukoll analiżi tal-mekkaniżmi wara l-frodi, b'mod partikolari fil-każijiet serji; jikkunsidra, bl-istess mod, li l-Istati Membri għandhom jirrapportaw kwalunkwe irregolarità li jkunu skoprew lill-Kummissjoni, u li l-irregolaritajiet li jiġu rrapportati bħala frodulenti għandhom jiġu soġġetti għal analiżi stretta;

50.  Jindika li, permezz ta' emenda għall-Artikolu 43 tar-regolament orizzontali aġġornat, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tnaqqas jew tissospendi l-pagamenti ta’ kull xahar jew il-pagamenti interim lil Stat Membru jekk komponent jew diversi komponenti fundamentali tas-sistema ta' kontroll nazzjonali kkonċernata ma jkunux jeżistu jew ma jkunux effikaċi minħabba l-gravità jew il-persistenza tal-insuffiċjenzji misjuba, jew jekk il-pagamenti irregolari ma jkunux qed jiġu rkuprati bid-diliġenza meħtieġa, u jekk:

   (a) jew l-insuffiċjenzi msemmija hawn fuq ikunu ta’ natura kontinwa u kienu r-raġuni għal mill-inqas żewġ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 54 ta' dak ir-regolament, bl-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni n-nefqa relevanti tal-Istat Membru kkonċernat;
   (b) jew il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Istat Membru konċernat ma jkunx f’qagħda li jimplimenta l-miżuri ta' rimedju meħtieġa fil-futur immedjat, bi qbil ma' pjan ta' azzjoni b'indikaturi ċari ta' progress li għandhom jiġu stabbiliti b'konsultazzjoni mal-Kummissjoni;

51.  Jesprimi t-tħassib tiegħu li l-ammont akkumulat pendenti tal-FAEG li kien għad irid jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarji sa tmiem is-sena finanzjarja 2011 kien jammonta għal EUR 1,2 biljun.

52.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-passi kollha meħtieġa biex timplimenta sistema effikaċi ta’ rkupru li tikkunsidra l-iżviluppi fil-qafas tar-riforma attwali u, fir-rapport tagħha tas-sena d-dieħla dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE, tinforma lill-Parlament Ewropew dwar il-progress li jkun sar;

53.  Jenfasizza li l-introduzzjoni mill-ġdid ta' proċedura għar-“reati minuri” għandha titkompla, u li m'hemmx għalfejn jiġi mfittex l-irkupru skont l-Artikolu 56(3) tar-regolament orizzontali aġġornat meta l-ispejjeż li jkunu diġà ġġarrbu, flimkien mal-ispejjeż probabbli għall-irkupru, ikunu jaqbżu l-ammont li jrid jiġi rkuprat; jistieden lill-Kummissjoni tqis, fl-interessi tas-semplifikazzjoni amministrattiva fil-livell lokali, li din il-kundizzjoni tkun ġiet sodisfatta jekk l-ammont li jrid jiġi rkuprat mill-benefiċjarju fil-kuntest ta' pagament uniku ma jkunx aktar minn EUR 300; jindika li t-tnaqqis tal-piż amministrattiv li jseħħ jekk ma jiġix imfittex l-irkupru ta' ammonti żgħar u ammonti żgħar ħafna jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali jinvestigaw l-irregolaritajiet aktar serji b'mod aktar effiċjenti u jieħdu l-azzjoni xierqa kontrihom;

54.  Jindika li, bħala reazzjoni għall-awditjar tal-proċeduri ta’ approvazzjoni tal-konformità li sar fil-qasam tal-agrikoltura, il-Kummissjoni wettqet korrezzjonijiet finanzjarji li jammontaw għal EUR 822 miljun; jindika, barra minn hekk, li l-valur totali tal-korrezzjonijiet deċiżi kien ta' EUR 1 068 miljun; jinnota bi tħassib li, fl-2011, ir-rata ta' rkupru għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali naqset għal 77 % meta mqabbla mar-rata ta' 85 % fl-2010;

55.  Jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni għall-modi kif jistgħu jiġu ottimizzati l-proċeduri ta' rimborż, li għadhom relattivament twal;

Politika ta’ koeżjoni

56.  Jilqa' pożittivament il-fatt li, fl-2011, il-Kummissjoni lestiet korrezzjonijiet finanzjarji li ammontaw għal EUR 624 miljun minn total ta' EUR 673 miljun u li r-rata ta' rkupru għall-Politika ta' Koeżjoni tjiebet biex laħqet it-93 % meta mqabbla mar-rata ta' 69 % fl-2010; jenfasizza, madankollu, li r-rata kumulattiva ta' implimentazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji tammonta biss għal 72 % u għad fadal EUR 2,5 biljun x'jiġu rkuprati;

57.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissemplifikaw ir-regoli rilevanti dwar l-akkwist pubbliku u r-regoli proċedurali għall-ġestjoni tal-Fondi Strutturali;

58.  Jinnota li ċerti Stati Membri kbar bħal Franza rrapportaw li l-ebda irregolarità ma kienet frodulenti fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni fl-2011; jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga r-raġunijiet għal dan u tistabbilixxi jekk is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll fl-Istati Membri li ma rrapportaw l-ebda frodi humiex qed jiffunzjonaw b'mod effikaċi;

59.  Jilqa' pożittivament il-fatt li Franza kienet kapaċi tiffinalizza l-implimetazzjoni tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet;

Relazzjonijiet esterni, għajnuna u tkabbir

60.  Jinnota bi tħassib li, fil-Kapitolu 7 (“Relazzjonijiet Esterni, għajnuna u tkabbir”) tar-Rapport Annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena 2011, il-Qorti indikat xi żbalji fil-pagamenti finali li ma ġewx skoperti mill-kontrolli tal-Kummissjoni, u kkonkludiet li l-kontrolli applikati mill-Kummissjoni mhumiex totalment effikaċi; jistieden lill-Kummissjoni ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri u l-opinjoni ta’ kwittanza bl-għan li ttejjeb il-mekkaniżmi ta' monitoraġġ tagħha sabiex tiżgura l-infiq effiċjenti u xieraq tal-fondi;

61.  Jissuġġerixxi li s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li għandhom x'jaqsmu mal-azzjonijiet esterni tal-UE, u b'mod partikolari mal-missjonijiet tal-UE, jitqiesu meta jkun qed jiġi eżaminat mill-ġdid il-progress tagħhom fil-konfront tal-objettivi stabbiliti jew meta tkun qed tiġi kkunsidrata l-estensjoni tal-mandat tagħhom, b'mod li jiġi żgurat l-użu effikaċi u xieraq tar-riżorsi pprovduti; jinnota l-osservazzjoni dwar ċerti dgħufijiet relatati mal-proċeduri ta' akkwist u l-preżentazzjoni ta' offerti fl-azzjonijiet tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u jitlob lis-SEAE jikkorreġihom fi żmien debitu;

62.  Jilqa' pożittivament il-politiki kontra l-frodi fil-livell tal-UE li jinkludu livell ogħla ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, bħas-Sistema Kontra l-Frodi ta’ Informazzjoni dwar it-Tranżitu (li għandhom aċċess għaliha l-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles), l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka u d-dispożizzjonijiet relatati kontra l-frodi li jinvolvu pajjiżi terżi, l-Operazzjonijiet Doganali Konġunti li seħħew fl-2011, bħal 'Fireblade' (mal-Kroazja, l-Ukraina u l-Moldova) u 'Barrel' (mal-Kroazja, it-Turkija, in-Norveġja u l-Isvizzera); jilqa' pożittivament ir-riżultati ta' dawn l-azzjonijiet u l-impatt finanzjarju tagħhom;

63.  Jisħaq fuq l-importanza, filwaqt li jżomm f’moħħu li, f’dinja globalizzata, il-frodi qed titwettaq dejjem iktar bejn il-fruntieri internazzjonali, ta' qafas legali b’saħħtu b’impenji ċari mill-pajjiżi sħab u jilqa' pożittivament l-inklużjoni ta' dispożizzjonijiet kontra l-frodi fil-ftehimiet bilaterali ġodda jew li jkunu ġew innegozjati mill-ġdid, inklużi l-abbozzi ta’ ftehim mal-Afganistan, il-Kazakistan, l-Armenja,l-Azerbajġan u l-Ġeorġja u, f’verżjoni iktar simplifikata, mal-Awstralja, u jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jiżviluppaw klawsola standard li permezz tagħha dawn id-dispożizzjonijiet jiġu inklużi fil-ftehimiet bilaterali u multilaterali kollha ma' pajjiżi terzi, kemm dawk li jkunu ġodda u kemm dawk li jkunu ġew innegozjati mill-ġdid;

64.  Jieħu nota tat-tnaqqis fl-għadd u l-impatt finanzjarju tal-irregolaritajiet skoperti fir-rigward tal-fondi ta' qabel l-adeżjoni eżaminati fir-rapport tal-2011; jilqa' pożittivament il-fatt li r-rata ta' rkupru tar-riżorsi tal-UE li tħallsu b'mod mhux dovut bħala parti mill-assistenza ta' qabel l-adeżjoni tjiebet b'mod sinifikanti, iżda jinnota li għadha qed tilħaq biss is-60 %; jirrikonoxxi, fl-istess ħin, li jeżistu differenzi sinifikanti bejn il-benefiċjarji f'termini tal-irregolaritajiet irrapportati, li l-għadd tagħhom jiddependi prinċipalment fuq l-istadju ta' adozzjoni u implimentazzjoni tas-Sistema ta' Ġestjoni tal-Irregolaritajiet; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tkompli twettaq monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni tas-Sistema ta' Ġestjoni tal-Irregolaritajiet fil-pajjiżi kollha li jibbenefikaw mill-istrument; jappoġġa t-talba tal-Kummissjoni biex il-Kroazja, b’mod partikolari, timplimenta kompletament is-Sistema ta' Ġestjoni tal-Irregolaritajiet, talba li għad trid tittieħed azzjoni dwarha allavolja ġew ipprovduti t-taħriġ u l-appoġġ, kif ukoll it-talba tagħha biex dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja timplimenta s-sistema; jinnota li, mill-każijiet li ġew irrapportati fl-2011, ġew irkuprati EUR 26 miljun;

65.  Jilqa' pożittivament l-objettiv tal-Kummissjoni li tappoġġa lill-Kroazja u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fl-isforzi tagħhom biex jimplimentaw is-Sistema ta' Ġestjoni tal-Irregolaritajiet;

OLAF

66.  Itenni li hemm bżonn li jitkompla t-tisħiħ tal-indipendenza, l-effikaċja u l-effiċjenza tal-OLAF, inklużi l-indipendenza u l-funzjonament tal-Kumitat Superviżorju tal-OLAF; jistieden lill-OLAF u lill-Kumitat Superviżorju jieħdu passi bl-intenzjoni li jtejbu r-relazzjoni ta' ħidma bejniethom, li, f'rapport mill-Kumitat tal-UE tal-House of Lords tar-Renju Unit, ġiet deskritta bħala waħda ta' ostilità miftuħa, b'mod partikolari minħabba n-nuqqas ta' qbil bejn dawk ikkonċernati rigward in-natura eżatta tar-rwol tal-Kumitat Superviżorju; jistieden lill-Kummissjoni tesplora modi kif tista' tipprovdi kontribut kostruttiv fir-rigward tat-titjib tal-komunikazzjoni u tar-relazzjonijiet ta' ħidma bejn l-OLAF u l-Kumitat Superviżorju tiegħu;

67.  Jilqa' pożittivament il-progress li sar fin-negozjati rigward il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (EURATOM) Nru 1074/1999 (COM(2011)0135); jikkunsidra li dan ir-regolament għandu jiġi adottat malajr kemm jista' jkun; jinsab konvint madankollu li, fid-dawl tal-aħħar żviluppi fir-rigward tal-OLAF u l-mod kif tmexxew l-investigazzjonijiet tiegħu, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Superviżorju, stipulati fl-Anness 3 għar-Rapport Annwali tal-Attività tiegħu tal-2012; iqis li hu inaċċettabbli li l-Kumitat Superviżorju, bħala l-entità li tissorvelja l-applikazzjoni tal-garanziji proċedurali, ir-rispett għad-drittijiet fundamentali u l-konformità mill-persunal tal-OLAF mar-regoli interni rigward il-proċeduri investigattivi, f'għadd ta' każijiet ma ngħatax aċċess dirett għall-fajls tal-każijiet f'investigazzjonijiet magħluqa, inklużi r-rapporti finali dwar l-investigazzjonijiet li jiġu trażmessi lill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali;

68.  Jinnota li r-riforma futura msemmija hawn fuq se tippermetti, inter alia, li l-OLAF jikkonkludi arranġamenti amministrattivi mal-awtoritajiet rilevanti f'pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, biex b'hekk tissaħħaħ il-kapaċità tiegħu li jindirzza l-frodi fl-oqsma li għandhom x'jaqsmu mad-dimensjoni tal-politika esterna tal-UE; jilqa' pożittivament l-istrateġija kontra l-frodi (COM(2011)0376), inter alia fir-rigward tal-inklużjoni ta' dispożizzjonijiet imtejba kontra l-frodi fil-programmi ta' nfiq fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid għall-perjodu 2014-2020; jinnota bi tħassib, madankollu, il-konklużjoni tal-Kummissjoni li m'hemmx biżżejjed deterrenti kontra użu ħażin tal-baġit tal-UE b'finijiet kriminali fl-Istati Membri; jilqa' pożittivament il-proposti tal-Kummissjoni biex tiġi indirizzata din il-problema u jirrakkomanda li anke l-pajjiżi terzi benefiċjarji għandhom jiġu involuti bl-aktar mod sħiħ possibbli;

69.  Jieħu nota tat-tħassib imqajjem mill-Kumitat Superviżorju tal-OLAF fir-Rapport ta' Attività tiegħu għall-2012, b'mod speċjali fir-rigward tal-każ trażmess f'Ottubru 2012 lill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali u li wassal għar-riżenja ta' membru tal-Kummissjoni Ewropea, kif affermat fil-paragrafu 29 tar-rapport imsemmi hawn fuq; hu tal-opinjoni li dan it-tħassib għandu jkun is-suġġett ta' eżami komprensiv mill-awtoritajiet ġudizzjarji responsabbli; jenfasizza l-prinċipju tar-rispett tal-kunfidenzjalità u l-importanza li ma jkunx hemm interferenza politika fi kwalunkwe proċedimenti ġuridiċi li jkunu għaddejjin;

70.  Jinsab profondament imħasseb dwar ir-rapportar tal-Kumitat Superviżorju tal-OLAF; iqis li hu inaċċettabbli li l-OLAF wettaq miżuri investigattivi li jmorru lil hinn minn dawk elenkati b'mod espliċitu fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 dwar l-OLAF li hu attwalment fis-seħħ, u lil hinn minn dawk inklużi fit-test tar-riforma għall-ġejjieni; jinnota li l-miżuri investigattivi msemmijin qabel jinkludu: it-tħejjija tal-kontenut ta' konverżazzjoni telefonika li kellu jkollha parti terza ma' persuna soġġetta għall-investigazzjoni; il-preżenza matul it-tali konverżazzjoni u l-irrekordjar tagħha; u t-talba lill-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali biex l-OLAF jingħata informazzjoni mhux direttament miżmuma minnhom u li tista' tiġi kkunsidrata bħala relatata mad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u l-komunikazzjonijiet, jew mal-użu, il-ġbir u l-ħżin sussegwenti tat-tali informazzjoni mill-OLAF;

71.  Jinsab maħsud mit-tali azzjonijiet peress li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-użu tat-tali metodi jista' jitqies bħala “indħil minn awtorità pubblika” fl-eżerċitar tad-dritt għar-rispett għall-“ħajja privata”, għall-“korrispondenza” u/jew għall-“kommunikazzjonijiet”, li hu rikjest li “jkun skont il-liġi” (l-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE li jikkorrispondi mal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem);

72.  Itenni li ma jista' jiġi aċċettat l-ebda ksur tad-drittijiet fundamentali mill-OLAF jew minn kwalunkwe servizz ieħor tal-Kummissjoni; jirreferi f'dan ir-rigward għall-fehma tal-Kumitat Superviżorju tal-OLAF, kif ġiet espressa fir-Rapport ta' Attività tiegħu għall-2012, fl-Anness 3, li jista' jkun li l-OLAF mar lil hinn mill-miżuri investigattivi espliċitament elenkati fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament attwalment fis-seħħ, inter alia, fir-rigward tat-tħejjija tal-kontenut ta' konverżazzjoni telefonika għal terza persuna ma' persuna soġġetta għall-investigazzjoni u l-preżenza waqt dik il-konverżazzjoni, li ġiet irrekordjata; jistenna li l-OLAF jipprovdi spjegazzjoni sodisfaċenti tal-bażi legali għall-miżuri investigattivi tiegħu bħall-irrekordjar ta' konverżazzjonijiet telefoniċi;

73.  Jilqa' pożittivament id-dikjarazzjoni li saret fir-Rapport ta' Attività tal-Kumitat Superviżorju għall-2012 (paragrafu 53) li l-azzjonijiet kollha għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-OLAF ġew irrifjutati bħala inammissibbli mill-Qorti tal-Ġustizzja, waqt li l-Ombudsman ma sab l-ebda każ ta' amministrazzjoni ħażina; jindika ulterjorment il-fatt li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) sab li l-OLAF ġeneralment ikkonforma mar-regoli rigward il-protezzjoni tad-data, bl-eċċezzjoni ta' każ wieħed fejn il-KEPD ikkunsidra li l-OLAF kiser id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali billi kixef l-identità ta' żvelatur lill-istituzzjoni tiegħu bla bżonn;

74.  Jitlob lill-OLAF jinforma lill-kumitat kompetenti tal-Parlament bil-bażi ġuridika li tawtorizzah jipparteċipa fl-assistenza u fit-tħejjija tar-reġistrazzjonijiet tal-konversazzjonijiet telefoniċi ta' privati mingħajr l-awtorizzazzjoni preliminari tagħhom u juża l-kontenut għal skopijiet ta' investigazzjonijiet amministrattivi; itenni l-appell tiegħu lill-OLAF biex iforni lill-Parlament – b'mod konformi ma' talba analoga mingħand il-Kunsill – b'analiżi ġuridika tal-leġittimità ta' tali reġistrazzjonijiet fl-Istati Membri;

75.  Jinsab profondament imħasseb dwar is-sejbiet tal-Kumitat Superviżorju li l-OLAF ma kienx stabbilixxa kontroll tal-legalità minn qabel għall-miżuri investigattivi l-oħra apparti dawk speċifikament elenkati fl-Istruzzjonijiet lill-Persunal dwar Proċeduri Investigattivi (IPPI); jinnota li dan jipperikola r-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati u l-garanziji proċedurali li għandhom x'jaqsmu ma' dawn il-persuni;

76.  Jinnota li l-ksur tar-rekwiżiti proċedurali essenzjali matul l-investigazzjonijiet preparatorji jista' jolqot il-legalità tad-deċiżjoni finali li tittieħed abbażi tal-investigazzjonijiet mill-OLAF; jivvaluta li potenzjalment dan jirrappreżenta riskju għoli, peress li għaldaqstant il-ksur kieku jinvolvi r-responsabilità ġuridika tal-Kummissjoni; jistieden lill-OLAF jaffronta minnufih dan in-nuqqas billi jassenja l-kompitu tat-twettiq ta' verifiki minn qabel fi żmien xieraq lil esperti ġudizzjarji kkwalifikati kif jixraq;

77.  Iqis li l-parteċipazzjoni diretta tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF f'xi kompiti investigattivi, inter alia l-intervisti tax-xhieda, hi inaċċettabbli; jindika li, b'hekk, id-Direttur Ġenerali jkun qed jidħol f'kunflitt ta' interess, peress li, skont l-Artikolu 90(a) tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 23(1) tal-IPPI, hu l-awtorità li jirċievi l-ilmenti kontra l-investigazzjonijiet tal-OLAF u jiddeċiedi dwar jekk għandhiex tittieħed jew le azzjoni xierqa fir-rigward ta' kwalunkwe nuqqas ta' rispett tal-garanziji proċedurali; jistieden lid-Direttur Ġenerali tal-OLAF joqgħod lura minn kull involviment dirett fil-kompiti investigattivi fil-ġejjieni;

78.  Jinsab inkwetat dwar il-fatt li l-OLAF mhux dejjem wettaq valutazzjoni komprensiva tal-informazzjoni li rċieva fir-rigward tal-kunċett ta' suspett serju biżżejjed; jikkunsidra li valutazzjoni ta' dan it-tip hi essenzjali għas-salvagwardja u l-konsolidament tal-indipendenza tal-OLAF fil-konfront tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u l-gvernijiet, meta xi ħadd minnhom ikunu oriġina r-riferiment;

79.  Hu tal-opinjoni li l-Kumitat Superviżorju għandu dejjem jiġi informat mill-OLAF meta dan jirċievi lment relatat mad-drittijiet fundamentali u l-garanziji proċedurali;

80.  Jistenna li tingħata informazzjoni ulterjuri dwar il-punti msemmija fir-rapport annwali tal-Kumitat Superviżorju; iħeġġeġ biex, fir-rigward tal-punti kollha li ssemmew, ikun hemm trasparenza sħiħa;

81.  Jiddispjaċih li, bejn l-2006 u l-2011, l-Istati Membri ħadu azzjoni ġudizzjarja b'segwitu għall-investigazzjonijiet tal-OLAF f'46 % tal-każijiet biss; hu tal-opinjoni li dan mhux biżżejjed u jtenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw l-implimentazzjoni effikaċi u f’waqtha tar-rakkomandazzjonijiet li jsiru ladarba l-każijiet ikunu ġew investigati mill-OLAF;

82.  Jikkunsidra li l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jirrapportaw, fuq bażi annwali, dwar is-segwitu li jkun ingħata għall-każijiet riferuti mill-OLAF lill-awtoritajiet ġudizzjarji tagħhom, u anke dwar is-sanzjonijiet penali u finanzjarji imposti fil-każijiet ta' dan it-tip;

83.  Jinsab imħasseb dwar ir-rimarki fir-rapport annwali tal-Kumitat Superviżorju li jistqarru li m'hemm l-ebda data dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF fl-Istati Membri; jikkunsidra li din is-sitwazzjoni mhix waħda sodisfaċenti u jistieden lill-OLAF jiżgura li l-Istati Membri jipprovdu data rilevanti u dettaljata dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF u li l-Parlament Ewropew jinżamm informat;

84.  Jirrikonoxxi l-fatt li, b'segwitu għall-investigazzjonijiet tal-OLAF, fl-2011 ġew irkuprati EUR 691,4 miljun, li EUR 389 miljun minnhom huma relatati ma' każ wieħed fir-reġjun tal-Kalabrija fl-Italja li jinolvi l-programmi tal-fondi strutturali għall-finanzjament ta' xogħlijiet fit-toroq;

85.  Jitlob li l-frodi jew l-irregolaritajiet potenzjali li jkollhom anqas impatt finanzjarju – fl-oqsma bħad-dwana (fejn il-limitu minimu biex l-OLAF jieħu azzjoni hu ta' EUR 1 miljun) u l-fondi strutturali (fejn il-limitu minimu hu ta' EUR 500 000) – jiġu rrapportati lill-Istati Membri u li dawn jiġu pprovduti bl-informazzjoni u jingħataw l-opportunità li jsegwu l-proċeduri nazzjonali kontra l-frodi;

86.  Jinsab profondament imħasseb rigward l-effikaċja u l-funzjonament intern tal-OLAF, waqt li jikkunsidra li OLAF b'saħħtu u ġestit sew hu essenzjali fil-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni fejn għandhom x'jaqsmu flus il-kontribwenti Ewropej; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-kumitat kompetenti tal-Parlament u meta tkun qed twieġeb il-mistoqsijiet tiegħu, tanalizza l-legalità tal-operazzjonijiet tal-OLAF, tieħu l-miżuri kollha meħtieġa għat-titjib tal-ġestjoni tal-OLAF, u tifformula soluzzjonijiet prattiċi bħala rimedju għan-nuqqasijiet qabel l-aħħar tal-2013; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, saffrattant, iwaqqfu d-dikussjonijiet u d-deċiżjonijiet kollha dwar l-introduzzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew;

L-inizjattivi tal-Kummissjoni fil-qasam tal-attività kontra l-frodi

87.  Jilqa' pożittivament il-fatt li, bħala reazzjoni għat-talba tal-Parlament, il-Kummissjoni attwalment qed tiżviluppa metodoloġija biex tkejjel kemm tiswa' l-korruzzjoni fil-proċeduri ta' akkwist pubbliku li jikkonċernaw il-fondi tal-UE;

88.  Jilqa' pożittivament l-inizjattiva fil-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni għall-2012 għal protezzjoni aħjar tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea u l-komunikazzjoni għal dak il-għan dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea permezz tal-liġi kriminali u l-investigazzjonijiet amministrattivi; jisħaq fuq il-fatt li din l-inizjattiva hi mmirata lejn it-tqawwija tas-sanzjonijiet kontra l-attivitajiet kriminali, inkluża l-korruzzjoni, u lejn it-tisħiħ tal-protezzjoni finanzjarja tal-Unjoni Ewropea;

89.  Jilqa' pożittivament l-Istrateġija l-ġdida tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi (COM(2011)0376) u l-Pjan ta' Azzjoni Intern (SEC(2011)0787) għall-implimentazzjoni tagħha li ġie adottat f'Ġunju 2011, li huma mmirati lejn it-titjib tal-prevenzjoni u l-iskoperta tal-frodi fil-livell tal-UE; jistieden f'dan ir-rigward lill-Kummissjoni tirrapporta dwar l-istrateġiji kontra l-frodi stabbiliti f'kull Direttorat Ġenerali u tivvalutahom;

90.  Jilqa' pożittivament il-Proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (COM(2012)0363 - il-proposta għad-Direttiva PIF), li għandha tissostitwixxi l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej u l-protokolli li jakkumpanjawha;

91.  Jilqa' pożittivament, b'mod partikolari, il-fatt li d-definizzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni fil-proposta għad-Direttiva PIF tħaddan il-VAT, bi qbil mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, li kkonfermat(20) li hemm rabta diretta bejn, minn naħa, il-ġbir tad-dħul mit-Taxxa fuq il-Valur Miżjud b'mod konformi mad-dritt applikabbli tal-Unjoni, u, min-naħa l-oħra, id-disponibilità għall-baġit tal-Unjoni tar-riżorsi korrispondenti mit-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, peress li kwalunkwe nuqqas fil-ġbir tal-ewwel waħda jista' potenzjalment iwassal għal tnaqqis fit-tieni waħda;

92.  Jilqa' pożittivament il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm Hercule III għall-promozzjoni ta’ attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (COM(2011)0914), li se jkun is-suċċessur tal-programm Hercule II, li l-valutazzjoni ta' nofs it-terminu tiegħu xehdet għall-valur miżjud tiegħu;

93.  Jinnota li, għalkemm il-Kummissjoni qed tiegħu dawn l-inizjattivi pożittivi kollha, attwalment il-biċċa l-kbira tal-politiki li qed jitmexxew kontra l-korrezzjoni hi passiva; jistieden lid-direttorati ġenerali tal-Kummissjoni jsaħħu l-prevenzjoni tal-frodi fl-oqsma ta' responsabilità rispettiva tagħhom;

94.  Jistenna bil-ħerqa li l-Kummissjoni tressaq il-proposta leġiżlattiva dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, li se jkun responsabbli biex min jagħmel ħsara għall-assi ġestiti mill-UE jew f'isimha jiġi investigat, jiġi mħarrek u jinġieb quddiem il-ġustizzja, skont kif ħabbret il-Kummissjoni għal Ġunju 2013;

o
o   o

95.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, lill-Kumitat tas-Sorveljanza tal-OLAF u lill-OLAF.

(1) http://ec.europa.eu/anti_fraud/documents/reports-commission/2011/report_mt.pdf
(2) http://ec.europa.eu/anti_fraud/documents/reports-olaf/2011/olaf_report_2011_en.pdf
(3) ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.
(6) Testi adottati, P7_TA(2012)0196.
(7) ĠU C 51 E, 22.2.2013, p. 121.
(8) ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 62
(9)1 Parlament Ewropew, Studju dwar id-deterrenza tal-frodi b’fondi tal-UE permezz tal-ġurnaliżmu investigattiv fl-UE27, 2012, p. 71
(10) ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 40.
(11) OLAF, Rapport Annwali tal-2011, tabella 6, p. 22.
(12) Studju kkummissjonat mill-Parlament dwar id-differenzi fil-prestazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri fl-irkupru tar-riżorsi proprji tradizzjonali tal-Unjoni Ewropea.
(13) Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet.
(14) Netwerk għall-iskambju rapidu ta’ informazzjoni mmirata bejn l-Istati Membri, stabbilit abbażi tar-Regolament (UE) Nru 904/2010.
(15) Studju tal-Parlament Ewropew dwar il-Pjan Direzzjonali lejn is-Suq Uniku Diġitali disponibbli hawn: http://www.europarl.europa.eu/document/activities/cont/201209/20120914ATT51402/20120914ATT51402EN.pdf
(16) L-iskema użata minn importatur biex jikseb eżenzjoni mill-VAT meta l-prodotti importati jkunu se jiġu trasportati lejn Stat Membru ieħor u meta l-VAT ikun dovut fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.
(17) Li EUR 1 800 miljun minnhom iġġarrbu fis-seba’ Stati Membri magħżula u EUR 400 miljun fil-21 Stat Membru ta' destinazzjoni tal-prodotti importati fil-kampjun.
(18) It-tweġibiet mill-Kummissarju Šemeta għall-kwestjonarju mibgħut mill-Kumitat CONT huma disponibbli hawn: http://www.europarl.europa.eu/committees/mt/cont/publications.html?id=CONT00004#menuzone
(19) Kumitat Speċjali dwar il-Kriminalità Organizzata, il-Korruzzjoni u l-Ħasil tal-Flus (CRIM) 2012-2013, Dokument tematiku dwar il-Korruzzjoni, Oqsma ta’ korruzzjoni sistemika fl-amministrazzjoni pubblika tal-Istati Membri u miżuri għan-newtralizzazzjoni tal-effett negattiv tagħha għall-UE, p. 2
(20) Sentenza tal-15 ta’ Novembru 2011 fil-Kawża C-539/09, il-Kummissjoni vs il-Ġermanja (ĠU C 25, 28.1.2012, p. 5).


Il-qafas ta’ kontroll intern integrat
PDF 333kWORD 31k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar il-Qafas ta’ Kontroll Intern Integrat (2012/2291(INI))
P7_TA(2013)0319A7-0189/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2004 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-mudell “verifika unika” (u proposta għal qafas Komunitarju ta’ kontroll intern)(1),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq ir-roadmap għal qafas ta’ kontroll intern integrat (COM(2005)0252),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas ta’ kontroll intern integrat (COM(2006)0009),

–  wara li kkunsidra l-ewwel rapport ta’ nofs is-sena dwar l-iscoreboard għall-applikazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas ta’ kontroll intern integrat ippubblikat fid-19 ta’ Lulju 2006 (SEC(2006)1009), skont talba tal-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-kwittanza fir-rigward tas-sena finanzjarja 2004(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport interim ta’ progress tal-Kummissjoni ippubblikat f’Marzu 2007 (COM(2007)0086), li jiddeskrivi l-progress u li jħabbar xi azzjonijiet addizzjonali,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni ppreżentata mill-Kummissjoni fi Frar 2008 (COM(2008)0110) u d-dokument ta’ ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni annessa magħha (SEC (2008) 0259),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni ppreżentata mill-Kummissjoni fi Frar 2009 dwar ir-rapport tal-impatt dwar il-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas ta’ kontroll intern integrat (COM(2009)0043),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0189/2013),

A.  billi skont l-Artikolu 317 tat-TFUE, il-Kummissjoni timplimenta l-baġit fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, fuq il-bażi tal-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja soda, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri;

B.  billi skont it-Trattat, il-Kummissjoni fl-aħħar mill-aħħar għandha d-dmir li timplimenta l-baġit tal-Unjoni, minkejja li responsabbiltà kbira hija f’idejn l-Istati Membri, fejn 80  % tal-baġit tal-Unjoni jintefqu taħt is-sistema ta’ ġestjoni maqsuma mill-Istati Membri;

C.  billi l-prinċipju ta’ kontroll intern effettiv huwa wieħed mill-prinċipji baġitarji stipulati fir-Regolament Finanzjarju bħala segwitu tal-emenda tiegħu permezz tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006, kif propost mill-Kummissjoni fil-pjan ta’ azzjoni msemmi hawn fuq;

D.  billi l-aktar mezzi effettivi għall-Kummissjoni sabiex turi li hija tassew impenjata li tiżgura trasparenza u tmexxija finanzjarja soda huwa li tagħmel kull ma tista’ biex tappoġġja miżuri li jfittxu li jtejbu l-kwalità tat-tmexxija finanzjarja, bil-ħsieb li tinkiseb dikjarazzjoni ta’ aċċertament pożittiva (DAS(3)) mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA);

E.  billi l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw sabiex jerġgħu jiksbu l-fiduċja taċ-ċittadini Ewropej fil-prestazzjoni finanzjarja tal-Unjoni;

F.  billi sabiex jiġi appoġġjat l-objettiv strateġiku li wieħed jirċievi dikjarazzjoni ta’ assikurazzjoni pożittiva mill-QEA, il-Kummissjoni adottat, f’Jannar tal-2006, il-pjan ta’ azzjoni lejn qafas ta’ kontroll intern integrat (il-“Pjan ta’ Azzjoni”), li jimxi fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-QEA(4), ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-kwittanza fir-rigward tas-sena finanzjarja 2003(5) u l-konklużjonijiet tal-ECOFIN tat-8 ta’ Novembru 2005;

G.  billi f’dak iż-żmien il-Pjan ta’ Azzjoni indirizza “lakuni” fl-istrutturi ta’ kontroll tal-Kummissjoni u identifika 16-il qasam għal azzjoni sal-aħħar tal-2007, filwaqt li kien ikkunsidrat il-fatt li titjib tat-tmexxija finanzjarja fl-Unjoni għandu jkun appoġġjat minn monitoraġġ mill-qrib tal-kontrolli fil-Kummissjoni u fl-Istati Membri;

Implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni

1.  Jirrimarka li l-progress li sar fil-kisba tal-objettivi tal-Pjan ta’ Azzjoni għandu jitkejjel mhux biss mill-kisba ta’ kull azzjoni, iżda wkoll mill-impatt tiegħu fuq it-tnaqqis tal-iżbalji fit-tranżazzjonijiet sottostanti;

2.  Jinnota li l-Kummissjoni stess iddikjarat li l-Pjan ta’ Azzjoni tlesta għal kollox fil-bidu tal-2009, għalkemm tlieta mis-sittax-il azzjoni oriġinali ma setgħux jiġu implimentati jew kienu qed isiru b’modi oħra;

3.  Jirrimarka b’mod partikolari li l-Artikolu 32 tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid jistabbilixxi l-prinċipju ta’ kontroll intern effettiv u effiċjenti, u li l-Artikolu 33 tal-istess Regolament jistabbilixxi li meta tippreżenta proposti għal infiq riveduti jew ġodda, il-Kummissjoni għandha tagħmel stima tal-ispejjeż u l-benefiċċji tas-sistema ta’ kontroll kif ukoll ir-riskju ta’ żball;

4.  Isostni wkoll li, fir-rigward tal-kunċett ta’ “livell tollerabbli ta’ riskju”, saret għażla li titlesta din l-azzjoni billi jiġi definit il-kunċett ta’ “riskju residwu ta’ żbalji”;

5.  Jikkundanna l-fatt li s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-2007-2013 ma kinitx daqshekk estensiva bħal ma kien ġie ttamat;

6.  Jikkundanna l-fatt li l-impenn tal-Kummissjoni li tilħaq DAS pożittiva b’mod sħiħ ma ġiex sodisfatt, u jirrimarka b’mod partikolari li, fid-dikjarazzjoni tagħha tal-2011 tar-rapport ta’ assigurazzjoni, il-Qorti kkonkludiet li l-pagamenti ġenerali kienu materjalment milquta minn żbalji u vvalutat li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll kienu b’mod ġenerali parzjalment effettivi;

7.  Jinnota li r-rata ġenerali ta’ żbalji għat-tranżazzjonijiet sottostanti żdiedet fl-2010 minn 3.3 % għal 3.7 % u fl-2011 żdiedet għal 3.9 %; jiddispjaċih dwar il-fatt li x-xejra pożittiva osservata fis-snin preċedenti nqelbet u jibża’ li r-rata ta’ żbalji se tiżdied fis-snin futuri;

8.  Jinnota li l-Kummissjoni żammet l-għan tagħha li tikseb DAS pożittiva, filwaqt li l-Parlament ikkundanna bil-kbir, fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-2011, il-fatt li l-pagamenti jibqgħu materjalment milquta minn żbalji;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tikseb xejra ta’ tnaqqis konsistenti fir-rata ta’ żbalji;

X’inhu ħażin?

10.  Jaqbel mal-fehmiet tal-Qorti tal-Awdituri u tal-Kummissjoni(6) fir-rigward tal-fatt li l-iskema ta’ verifika unika għadha ma taħdimx u li s-sistemi ta’ kontroll stabbiliti mill-Istati Membri bħalissa mhumiex jiffunzjonaw bil-potenzjal sħiħ tagħhom;

11.  Ifakkar, f’dan ir-rigward, li fl-2011, fil-qasam tal-politika reġjonali, għal aktar minn 60 % tal-iżbalji identifikati mill-Qorti tal-Awdituri, l-awtoritajiet tal-Istati Membri kellhom biżżejjed informazzjoni biex jidentifikaw u jikkorreġu xi wħud mill-iżbalji qabel ma jistaqsu għall-ħlas lura mill-Kummissjoni;

12.  F’dan ir-rigward jaqbel mal-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-kontrolli tal-ewwel livell, bħall-ġestjoni u s-sistemi ta’ kontroll fl-Istati Membri, m’humiex suffiċjenti; li jirriżulta f’piż konsiderevolment għoli biex titbaxxa r-rata tal-iżbalji;

13.  Jinnota li regoli kumplessi u mhux trasparenti jxekklu l-implimentati u l-verifika tal-programmi; huwa mħasseb li dan jista’ jwassal għal ħafna żbalji u joffri opportunità għall-frodi; hu għalhekk imħasseb li żieda fil-kumplessità tar-regoli fil-livell nazzjonali jew reġjonali (“gold-plating’) tirriżulta f’iktar problemi għall-implimentazzjoni legali tal-baġit tal-Unjoni u f’żieda żejda tar-rata tal-iżbalji;

14.  Jinnota li l-Kummissjoni ma tistax tistrieħ b’mod sħiħ fuq ir-riżultati tal-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar tal-Istati Membri;

15.  Jinnota li teżisti diskrepanza fundamentali bejn il-Qorti tal-Awdituri, li, fl-awditi tad-DAS, tapplika approċċ annwali, u l-Kummissjoni, li, fl-implimentazzjoni tal-baġit, tapplika approċċ pluriennali;

X’għandu jsir?

16.  Jistieden lill-Kummissjoni tapplika b’mod strett l-Artikolu 32(5) tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid jekk il-livell ta’ żball ikun persistentement għoli, u konsegwentement biex tidentifika d-dgħufijiet fis-sistemi ta’ kontroll, tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji ta’ miżuri korrettivi possibbli u tieħu jew tipproponi l-azzjoni xierqa f’termini ta’ simplifikazzjoni, titjib ta’ sistemi ta’ kontroll u tfassil mill-ġdid ta’ programmi jew sistemi ta’ twassil;

17.  Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tagħhom u b’mod partikolari jiżguraw l-affidabbiltà tal-indikaturi u l-istatistiċi tagħhom;

18.  Jinnota bi tħassib li fl-2010 u l-2011, fil-politika reġjonali, il-Qorti tal-Awdituri sabet li l-Kummissjoni ma tistax toqgħod u tistrieħ b’mod sħiħ fuq il-ħidma tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ verifika, u jistieden lill-Istati Membri biex jirrimedjaw din is-sitwazzjoni;

19.  Jistieden lill-Istati Membri jassumu responsabilità sħiħa għall-kontijiet tagħhom u jissottomettu dejta affidabbli lill-Kummissjoni billi jużaw dikjarazzjonijiet nazzjonali ta’ mmaniġġjar iffirmati fil-livell politiku xieraq;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni timmotiva lill-Istati Membri biex jikkooperaw sabiex il-flus tal-kontribwenti jintużaw skont il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja soda, jew permezz ta’ benefiċċji xierqa jew permezz ta’ sanzjonijiet stretti jew is-sospensjoni tal-likwidità; jiddikjara li dan jgħin sabiex terġa’ tinkiseb il-fiduċja taċ-ċittadini tal-UE fl-UE u fl-istituzzjonijiet tagħha;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tarmonizza l-proċeduri ta’ kontroll kollha fi ħdan id-dipartimenti tagħha;

22.  Jinnota bi tħassib li n-nuqqasijiet fil-ħidma tal-awtoritajiet nazzjonali żvelati mill-Qorti tal-Awdituri jistgħu wkoll ikunu r-riżultat ta’ difett u kunflitt ta’ interess inerenti tas-sistema ta’ ġestjoni maqsuma(7) hekk kif sabiex jiksbu status ta’ verifika unika mill-Kummissjoni, l-awtoritajiet ta’ verifika nazzjonali jeħtieġ li jkunu effettivi filwaqt li fl-istess ħin ir-rata ta’ żbalji rrappurtata għandha tkun taħt it-2 %, li tista’ tkun inċentiv biex ma jiġux irrapportati l-irregolaritajiet kollha;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni, konsegwentement, tkun aktar rigoruża meta tiċċertifika l-awtoritajiet ta’ verifika u ġestjoni nazzjonali u biex tistabbilixxi l-inċentivi t-tajbin u sistema effettiva ta’ sanzjonijiet;

24.  Jitlob għalhekk, skont l-Artikolu 287(3) tat-TFUE, li, b’rabta mal-awditjar tal-ġestjoni maqsuma, tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ awditjar u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri;

25.  Jistieden lill-istituzzjonijiet rilevanti tal-UE biex jerġgħu jikkunsidraw jekk ir-rata ta’ żbalji ta’ 2 % hijiex stabbilita b’mod adegwat u jekk hijiex limitu li jista’ jintlaħaq għall-oqsma kollha tal-politika tal-UE;

26.  F’dan il-kuntest, iqajjem dubji serji dwar l-utilità tad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni, peress li, minħabba l-kumplessità tal-implimentazzjoni tal-baġit fil-qasam tal-ġestjoni maqsuma, hemm ukoll id-dmir maqsum tal-legalità u r-regolarità tal-amministrazzjoni tal-baġit bejn il-Kummissjoni l-Istati Membri, u bejn il-Kummissjoni u l-amministrazzjonijiet reġjonali, billi d-dmir politiku għadu f’idem il-Kummissjoni;

27.  Hu għalhekk tal-opinjoni li, fil-kuntest tar-reviżjoni futura tat-Trattat tal-UE, il-kunċett tad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni għandu jerġa’ jiġi kkunsidrat;

Segwitu dwar il-kwittanza tal-2011 lill-Kummissjoni

28.  Itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri biex joħorġu dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni nazzjonali fil-livell politiku xieraq u jitlob lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi mudell għal dikjarazzjonijiet bħal dawn;

29.  Iqis li l-prinċipju ta’ dikjarazzjoni ta’ ġestjoni nazzjonali obbligatorja għandu jiġi inkorporat fil-ftehim interistituzzjonali li jakkumpanja d-deċiżjoni dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali;

30.  Jirrimarka li “n-nuqqas kontinwu ta’ sistema kredibbli ta’ dikjarazzjonijiet nazzjonali se tkompli żżomm lura l-kunfidenza u l-fiduċja li ċ-ċittadini tal-UE jistgħu jkollhom fil-makroflus u l-flus tal-UE u fl-amministraturi tal-flus tal-UE”(8);

31.  Ifakkar li l-ewwel tliet azzjonijiet prijoritarji meħtieġa li Parlament talab min-naħa tal-Kummissjoni fl-għoti ta’ kwittanza għas-sena 2011 għandhom l-għan li jlestu t-triq għal aktar progress fil-kwistjoni tad-DAS;

32.  Ifakkar b’mod partikolari li l-Kummissjoni għandha tadotta kull sena, għall-ewwel darba f’Settembru 2013, komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Qorti tal-Awdituri bil-ħsieb li jsiru pubbliċi l-ammonti kollha f’termini nominali rkuprati fis-sena ta’ qabel permezz ta’ korrezzjonijiet u rkupri finanzjarji għall-modi kollha ta’ ġestjoni fil-livell tal-Unjoni u l-Istati Membri(9);

33.  Jinsisti li din il-komunikazzjoni għandha tiġi ppreżentata fil-ħin sabiex tiġi eżaminata bir-reqqa mill-QEA qabel ma tippubblika r-rapport annwali tagħha;

34.  Itenni mill-ġdid l-inkoraġġiment tiegħu lill-Kummissjoni biex tagħmel progress fl-iżvelar ta’ dejta aktar preċiża u affidabbli dwar l-irkupri u l-korrezzjonijiet finanzjarji u biex tippreżenta tagħrif li jirrikonċilja kemm jista’ jkun is-sena li fiha jkun sar il-ħlas, is-sena li fiha jkun inkixef l-iżball relatat u s-sena fejn l-irkupri jew il-korrezzjonijiet finanzjarji jkunu żvelati fin-noti tal-kontijiet(10);

35.  Jirrimarka li l-azzjonijiet kollha li jittieħdu sabiex jitnaqqsu r-rati ta’ żbalji għandhom jiġu akkumpanjati minn kultura ġdida ta’ prestazzjoni; is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jiddefinixxu fil-pjan ta’ ġestjoni tagħhom numru ta’ miri u indikaturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Qorti tal-Awdituri f’termini ta’ rilevanza, komparabbiltà u affidabbiltà; fir-rapporti ta’ attività annwali tagħhom, is-servizzi għandhom ikejlu l-prestazzjoni tagħhom billi jesprimu fil-qosor ir-riżultati miksuba meta jikkontribwixxu għall-politiki ewlenin segwiti mill-Kummissjoni; din il-prestazzjoni “dipartimentali” għandha tkun akkumpanjata minn valutazzjoni globali tal-prestazzjoni tal-Kummissjoni fir-rapport ta’ valutazzjoni previst fl-Artikolu 318 tat-TFUE(11);

36.  Ifakkar li l-Kummissjoni għandha tbiddel l-istruttura tar-rapport ta’ valutazzjoni msemmi hawn fuq, billi tagħmel distinzjoni bejn il-politiki interni u dawk esterni u tiffoka, fit-taqsima dwar il-politiki interni, fuq l-Istrateġija Ewropa 2020 bħala l-politika ekonomika u soċjali tal-Unjoni; il-Kummissjoni għandha tenfasizza l-progress miksub fil-kisba tal-inizjattivi ewlenin;

37.  Barra minn hekk jenfasizza li l-indikaturi tal-prestazzjoni għandhom jiġu integrati b’mod sħiħ fil-proposti kollha għall-politiki u l-programmi ġodda;

38.  Jitlob li l-gwida mogħtija mill-Parlament lill-Kummissjoni fil-paragrafu 1 tar-riżoluzzjoni li takkumpanja d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-2011 fir-rigward tal-abbozzar tar-rapport ta’ valutazzjoni previst fl-Artikolu 318 tat-TFUE għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim Interistituzzjonali li jakkumpanja d-deċiżjoni dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali;

Baġit ibbażat fuq il-prestazzjoni

39.  Jaqbel mal-fehma espressa mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri li ma jagħmilx sens li tipprova tkejjel il-prestazzjoni mingħajr ma jkun sar ibbaġitjar fuq il-bażi ta’ indikaturi tal-prestazzjoni(12), u jappella għall-istabbiliment ta’ mudell ta’ bbaġitjar pubbliku ibbażat fuq il-prestazzjoni li fih kull linja tal-baġit hija akkumpanjata minn għanijiet u awtputs li għandhom jiġu mkejla permezz ta’ indikaturi tal-prestazzjoni;

40.  Jitlob lill-Kummissjoni biex twaqqaf grupp ta’ ħidma magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni, il-Parlament, il-Kunsill u l-Qorti tal-Awdituri bil-għan li jitqiesu l-miżuri meħtieġa li għandhom jittieħdu sabiex jintroduċu tali baġit ibbażat fuq il-prestazzjoni u jfasslu pjan ta’ azzjoni skedat bil-ħin f’dan ir-rigward;

Simplifikazzjoni

41.  Jistieden lill-partijiet kollha involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-leġiżlazzjoni u l-programmi ta’ wara l2013 biex iżommu f’moħħhom il-ħtieġa li jiġi rispettat l-imperattiv kategoriku tas-simplifikazzjoni billi jitnaqqas in-numru ta’ programmi u jiġu definiti kontrolli proporzjonati u kost-effettivi u regoli ta’ eliġibbiltà u metodi tal-ispejjeż simplifikati;

o
o   o

42.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 107, 30.4.2004, p. 1.
(2) ĠU L 340, 6.12.2006, p. 3.
(3) Taqsira tat-terminu Franċiż “Déclaration d’assurance”.
(4) Opinjoni Nru 2/2004 (ĠU C 107, 30.4.2004, p. 1) (l-Opinjoni tal-“Verifika Unika”).
(5) ĠU L 196, 27.7.2005, p. 4.
(6) Kontribut minn Kersti KALJULAID u Manfred KRAFF matul is-seduta dwar il-qafas integrat ta’ kontroll intern organizzata mill-CONT fit-22 ta’ April 2013.
(7) Kontribut minn Kersti KALJULAID matul is-seduta dwar il-qafas integrat ta’ kontroll intern organizzata mill-CONT fit-22 ta’ April 2013.
(8) Kontribut minn Jules Muis fl-istess seduta ta’ smigħ.
(9) Riżoluzzjoni li takkumpanja d-deċiżjoni li tingħata l-kwittanza tal-2011 lill-Kummissjoni, punt 1a (ĠU L 308, 16.11.2013, p. 27).
(10) Riżoluzzjoni li takkumpanja d-deċiżjoni li tingħata l-kwittanza tal-2011 lill-Kummissjoni, punt 61.
(11) Riżoluzzjoni li takkumpanja d-deċiżjoni li tingħata l-kwittanza tal-2011 lill-Kummissjoni, punti (ab), (ae) u (af) tal-paragrafu 1.
(12) Kontribut minn Kersti Kaljulaid matul is-seduta dwar il-qafas integrat ta’ kontroll intern organizzata mill-kumitat CONT fit-22 ta’ April 2013.

Avviż legali - Politika tal-privatezza