Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 10 ta' Settembru 2013 - Strasburgu
Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni taż-żgħar tal-organiżmi tal-baħar ***I
 L-effetti patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati *
 I-reġimi patrimonjali matrimonjali *
 Strateġija Ewropea għat-trasport u t-teknoloġija għall-mobilità Ewropea sostenibbli tal-ġejjieni
 Id-dritt ta' aċċess għal avukat fi proċedimenti kriminali u d-dritt ta' komunikazzjoni mal-arrest ***I
 Ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà residenzjali ***I
 L-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq (l-abbuż tas-suq) ***I
 Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound ***I
 Lejn suq intern tal-enerġija effiċjenti
 L-implimentazzjoni u l-impatt tal-miżuri għall-effiċjenza enerġetika fil-qafas tal-Politika ta' Koeżjoni
 Strateġija għas-sajd fil-Baħar Adrijatiku u fil-Baħar Jonju
 Lejn interpretazzjoni aktar effiċjenti u kosteffikaċi fil-Parlament Ewropew
 Il-logħob tal-azzard onlajn fis-suq intern
 Ħatra ta' Luigi Berlinguer fil-panel imwaqqaf skont l-Artikolu 255 tat-TFUE

Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni taż-żgħar tal-organiżmi tal-baħar ***I
PDF 426kWORD 31k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Settembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar (COM(2012)0432 – C7-0211/2012 – 2012/0208(COD))
P7_TA(2013)0336A7-0256/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0432),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0211/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Novembru 2012(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2012 dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0256/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Settembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar

P7_TC1-COD(2012)0208


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98(4) jagħti setgħat lill-Kummissjoni sabiex timplimenta xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament.

(2)  Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, ċerti setgħat mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 850/98 jeħtieġu jkunu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(3)  Sabiex jiġu applikati ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 850/98 ta' dan ir-Regolament ikunu jistgħu jiġu aġġornati b'mod effikaċi biex jirriflettu l-progress tekniku u xjentifiku, is-setgħa biex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ dan li ġej:

   id-diviżjoni tar-reġjuni f'żoni ġeografiċi;
   l-emendar l-emenda tar-regoli li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet għall-użu ta' ċerti kumbinazzjonijiet ta' daqsijiet tal-malji;
   l-adozzjoni ta’ regoli dettaljati sabiex tinkiseb il-perċentwali ta' speċijiet fil-mira meħuda minn iktar minn bastiment tas-sajd wieħed, sabiex ikun żgurat li dawn il-perċentwali jiġu rrispettati mill-bastimenti kollha involuti fl-operazzjoni tas-sajd;
   l-adozzjoni ta’ regoli dwar id-deskrizzjonijiet tekniċi u l-metodu tal-użu ta' mezzi awtorizzati li jistgħu jitwaħħlu max-xibka tas-sajd, u li ma jfixklux jew inaqqsu l-fetħa effettiva tal-malja tax-xibka;
   il-kundizzjonijiet li l-bastimenti li jaqbżu t-tul totali ta' tmien metri għandhom jissodisfaw sabiex jingħatalhom il-permess li jużaw xbieki tat-tkaxkir bit-travu f'ċerti ilmijiet tal-Unjoni;
   miżuri mfassla sabiex jindirizzaw reklutaġġi żgħar jew kbar mhux mistennija ta’ ħut li għadu qed jikber, bidliet fil-mudelli ta’ migrazzjoni jew kwalunkwe bidla oħra fl-istatus tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut, b'effett immedjat;
   atti li jeskludu sajd speċifiku ta' Stat Membru, fis-subżoni VIII, IX u X tal-ICES, mill-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet għall-għeżula, għall-għeżula tat-tħabbil u għall-pariti, b'livell baxx ħafna ta' qabdiet inċidentali ta' klieb il-baħar u ta' rimi. [Em. 1]

(4)  Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha għall-adozzjoni tal-atti ddelegati, inkluż f'livell speċjalment fil-livell ta' esperti, sabiex tinkiseb informazzjoni oġġettiva, rigoruża, kompluta u aġġornata. [Em. 2].

(5)  Il-Kummissjoni, fil-preparazzjoni u t-tfassil tal-atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(6)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 850/98 għandhom jingħataw setgħat implimentattivi lill-Kummissjoni dwar li ġej:

   ir-regoli tekniċi għall-kejl tad-daqsijiet tal-malji;
   ix-xbieki bil-malji kwadri u l-ħxuna tal-ispag;
   ir-regoli tekniċi relatati mal-manifattura tal-materjali tax-xbieki;
   l-elenkar ta' mezzi li jistgħu jostakolaw jew inkella jnaqqsu l-fetħa effettiva tal-malja f'xibka tas-sajd;
   it-trażmissjoni tal-listi ta' bastimenti li jkun inħarġilhom permess speċjali tas-sajd għall-użu tax-xbieki tat-tkarkir bit-travu;
   ir-regoli tekniċi relatati mal-kejl tas-saħħa tal-magna u d-dimensjonijiet tal-irkaptu;
   l-obbligu tal-Istati Membri biex ikun żgurat li l-livelli tal-isforzi tas-sajd ma jinqabżux f'ċerti żoni tad-Diviżjoni IXa tal-ICES, u
   miżuri temporanji fejn il-konservazzjoni ta stokkijiet ta’ organiżmi tal-baħar titlob azzjoni immedjata.

(7)  Is-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni, minbarra dawk dwar l-obbligu tal-Istati Membri li jiżguraw li l-livelli tal-isforzi tas-sajd ma jinqabżux f'ċerti żoni tad-Diviżjoni IXa tal-ICES, għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5).

(8)  Ir-Regolment (KE) Nru 850/98 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 850/98 huwa emendat kif ġej:

(1)  Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"3. Ir-reġjuni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinqasmu f'żoni ġeografiċi, b'mod partikolari fuq il-bażi tad-definizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 48a dwar id-diviżjoni tar-reġjuni f'żoni ġeografiċi għall-iskop li jiġu identifikati żoni ġeografiċi fejn japplikaw miżuri ta’ konservazzjoni tekniċi speċifiċi." [Em. 3]

"

(2)  L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)  Fil-paragrafu 4, jiżdied il-punt li ġej:"

"(c) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 48a biex temenda l-Anness X u l-Anness XI, sabiex tiżdied il-protezzjoni tal-ħut li għadu qed jikber fil-kuntest tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut."

"

(b)  Fil-paragrafu 5, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

"(b) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 48a dwar il-metodu ta' kalkolu tal-perċentwali tal-ispeċijiet fil-mira u ta' speċijiet oħrajn li jinżammu abbord, meta dawn jinqabdu b'xibka jew bi xbieki rmunkati simultanjament minn iktar minn bastiment tas-sajd wieħed, u l-metodu ta' verifika biex ikun żgurat li kwalunkwe bastiment tas-sajd involut fl-operazzjoni tas-sajd konġunta li jżomm il-ħut abbord ikun konformi mal-perċentwali tal-ispeċijiet kif stabbiliti fl-Annessi I sa V."

"

(c)  Il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

"6. Ir-regoli tekniċi għall-kejl tad-daqsijiet tal-malji, inkluż għal skopijiet ta' kontroll, għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2)."

"

(3)  Fl-Artikolu 7, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

"8. Ir-regoli tekniċi għall-kejl tax-xbieki b’malji kwadri, inkluż għal skopijiet ta' kontroll, għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2)."

"

(4)  Fl-Artikolu 8, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

"4. Ir-regoli tekniċi dwar il-kejl tal-ħxuna tal-ispag u l-manifattura tal-materjal tax-xbieki, inkluż għal skopijiet ta' kontroll, għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2)."

"

(5)  L-Artikolu 16 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

"Artikolu 16

1.  Ma għandu jintuża l-ebda mezz li permezz tiegħu l-malja fi kwalunkwe parti tax-xibka tas-sajd tiġi ostakolata jew inkella titnaqqas b'mod effettiv.

2.  Il-paragrafu 1 ma għandux jeskludi l-użu ta' ċerti mezzi li jistgħu jostakolaw jew b'xi mod ieħor effettivament inaqqsu l-malja fi kwalunkwe parti tax-xibka tas-sajd iżda li jistgħu jservu biex jipproteġu jew isaħħu x-xibka. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 48a dwar id-deskrizzjonijiet tekniċi u l-metodu tal-użu u tat-twaħħil ta' dawn il-mezzi.

3.  Għandha tiġi ddeterminata lista eżawrjenti ta’ mezzi li jikkonformaw mad-deskrizzjonijiet tekniċi stabbiliti skont il-paragrafu 2, u li jistgħu jitwaħħlu max-xibka tas-sajd, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2)."

"

(6)  L-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

"6. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 48a dwar kundizzjonijiet dettaljati għall-applikazzjoni tal-kriterji stipulati fil-paragrafu 2 li l-bastimenti li jaqbżu t-tul totali ta' tmien metri għandhom jissodisfaw sabiex jingħatalhom il-permess li jużaw xbieki tat-tkaxkir bit-travu fiż-żoni stipulati fil-paragrafu 1."

"

(b)  jiżdied il-paragrafu li ġej:"

"7. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rekwiżiti operazzjonali għat-trasmissjoni tal-listi biex ikunu pprovduti lill-Kummissjoni mill-Istati Membri kif imsemmi fil-paragrafu 2(c), l-ewwel inċiż, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2)."

"

(7)  Fl-Artikolu 29b, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

"6. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-miżuri tagħhom biex jissodisfaw l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 5. Jekk il-Kummissjoni ssib li l-miżuri tal-Istat Membru ma jissodisfawx dak l-obbligu, hi tista' tipproponi emendi għal dawk il-miżuri. Fejn ma jintlaħaq ebda ftehim dwar l-miżuri meħtieġa bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi miżuri bħal dawn permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni."

"

(8)  Fl-Artikolu 34, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"6. Ir-regoli tekniċi għall-kejl tas-saħħa tal-magna u d-dimensjonijiet tal-irkaptu għandhom jiġu ddeterminati permezz ta' att ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2)."

"

(8a)  Fl-Artikolu 34b, il-paragrafu 11 jinbidel b’dan li ġej: "

"11. Wara konsultazzjoni mal-STECF, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati li jeskludu sajd speċifiku ta' Stat Membru, fis-subżoni VIII, IX, X tal-ICES, mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 9, meta l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri turi li dak is-sajd jirriżulta f'livell baxx ħafna ta' qabdiet inċidentali ta' klieb il-baħar u ta' rimi. " [Em. 4]

"

(9)  L-Artikolu 45 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

"Artikolu 45

1.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tistabbilixxi, permezz ta’ atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 48a, miżuri tekniċi ta' konservazzjoni dwar l-użu ta' rkaptu fiss jew irmunkat jew dwar attivitajiet tas-sajd f'ċerti żoni jew matul ċerti perjodi flimkien mar-Regolament jew b’deroga għalih. Dawk il-miżuri għandhom jitfasslu sabiex jindirizzaw reklutaġġi żgħar jew kbar mhux mistennija ta’ ħut li għadu qed jikber, bidliet fil-mudelli ta’ migrazzjoni jew kwalunkwe bidla oħra fl-istatus tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut ta’ organiżmi tal-baħar, b'effett immedjat. [Em. 5]

2.  Fejn il-konservazzjoni tal-istokkijiet ta' organiżmi tal-baħar titlob azzjoni immedjata, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi dwar miżuri temporanji permezz ta' atti ta’ implimentazzjoni biex tirrimedja s-sitwazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).

3.  Fejn il-konservazzjoni ta' ċerti speċijiet jew inħawi ta' sajd tkun mhedda serjament, u fejn kull dewmien ikun se jirriżulta fi ħsara li tkun diffiċli li tissewwa, Stat Membru jista' jieħu miżuri xierqa ta' konservazzjoni mhux diskriminatorji f'dak li għandu x'jaqsam mal-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu.

4.  Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 3, flimkien ma' memorandum ta' spjegazzjoni, għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra malli jiġu adottati.

Fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol mill-wasla ta' komunikazzjoni bħal din, il-Kummissjoni għandha tikkonferma l-adegwatezza u n-natura mhux diskriminatorja ta' tali miżuri, jew titlob il-kanċellazzjoni jew l-emendar tagħhom permezz ta' atti ta’ implimentazzjoni. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tkun notifikata immedjatament lill-Istati Membri."

"

(10)  Fl-Artikolu 46, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"4. Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, jew fuq talba minn xi Stat Membru, il-kwistjoni jekk miżura teknika nazzjonali applikata minn Stat Membru tkunx konformi mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tista' tkun is-suġġett ta' deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). Jekk tittieħed tali deċiżjoni, għandhom japplikaw it-tielet u r-raba' sottoparagrafi tal-paragrafu 2."

"

(11)  L-Artikolu 48 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

"Artikolu 48

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għas-sajd u l-akkwakultura stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2371/2002. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru. 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu."

______________

* Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal- eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)."

"

(12)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

"Artikolu 48a

1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Id-delega tas-setgħat hijaIs-setgħa ta' adozzjoni ta' atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 2(3), 4(4)c, 4(5)b, 16(2), 29(6) u 45(1), u fl-Artikolu 2(3)(c), fil-punt (c) tal-Artikolu 4(4), fil-punt (b) tal-Artikolu 4(5), fl-Artikolu 16(2), fl-Artikolu 29(6), fl-Artikolu 29d(7), fl-Artikolu 34b(11) u fl-Artikolu 45(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat.tliet snin mill-…(6) . Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' tliet snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. [Em. 6]

3.  Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 2(3), 4(4)c, 4(5)b, 16(2), 29(6) fl-Artikolu 2(3), fil-punt (c) tal-Artikolu 4(4), fil-punt (b) tal-Artikolu 4(5), fl-Artikolu 16(2), fl-Artikolu 29(6), fl-Artikolu 29d(7), fl-Artikolu 34b(11) u fl-Artikolu 45(1) 45(1) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ. [Em. 7]

4.  Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 2(3), 4(4)c, 4(5)b, 16(2), 29(6) u 45(1) l-Artikolu 2(3), il-punt (c) tal-Artikolu 4(4)c, il-punt (b) tal-Artikolu 4(5), l-Artikolu 16(2), l-Artikolu 29(6), l-Artikolu 29d(7), l-Artikolu 34b(11) jew l-Artikolu 45(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni għalih mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn minn meta dak l-att jiġi nnotifikat lilhom jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."

"

[Em. 8]

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 11, 15.01.2013, p. 86.
(2) Testi adottati, P7_TA(2012)0448.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Settembru 2013.
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar (ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1).
(5) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(6) Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.


L-effetti patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati *
PDF 753kWORD 82k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Settembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, id-dritt applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet tal-effetti patrimonjali ta’ sħubijiet reġistrati (COM(2011)0127 – C7-0094/2011 – 2011/0060(CNS))
P7_TA(2013)0337A7-0254/2013

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0127),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0094/2011),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità, mis-Senat Taljan, mis-Sejm Pollakk, mis-Senat Pollakk, u mis-Senat Rumen, li tasserixxi li l-abbozzi tal-atti leġiżlattivi ma jimxux mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-31 ta' Mejju 2012,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0254/2013),

1.  japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  jistieden lill-Kunsill jinnotifika lill-Parlament jekk ikun beħsiebu jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill jerġa’ jikkonsulta lill-Parlament jekk beħsiebu jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sostanzjali;

5.  jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Il-karatteristiċi speċifiċi rispettivi taż-żewġ tipi ta’ unjoni – iż-żwieġ u s-sħubija reġistrata – u d-differenzi li jirriżultaw fil-prinċipji li huma applikabbli għalihom, huma fil-bażi tas-separazzjoni f’żewġ strumenti distinti tad-dispożizzjonijiet li għandhom l-għan li jirregolaw l-aspetti patrimonjali taż-żwiġijiet u dawk iddedikati għall-aspetti patrimonjali tas-sħubijiet irreġistrati, li għalihom japplika dan ir-Regolament.
imħassar
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 8a (ġdida)
(8a)  Rikonoxximent fi Stat Membru ta’ deċiżjoni marbuta mal-konsegwenzi patrimonjali ta’ sħubija reġistrata għandha bħala l-uniku skop tagħha li tippermetti l-eżekuzzjoni tal-konsegwenzi patrimonjali stabbiliti f'dik id-deċiżjoni. Ma jimplikax rikonoxximent minn dak l-Istat Membru tas-sħubija li fuqha jissejsu l-konsegwenzi patrimonjali li jwasslu għal dik id-deċiżjoni. L-Istati Membri fejn ma tkun teżisti l-istituzzjoni ta’ sħubija reġistrata ma humiex obbligati minn dan ir-Regolament joħolqu istituzzjoni bħal din.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Dan ir-Regolament jirrigwarda l-kwistjonijiet marbuta mal-effetti patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati. Il-kunċett ta’ “sħubija reġistrata” huwa biss definit għall-finijiet tar-Regolament. Il-kontenut speċifiku ta’ dan il-kunċett huwa definit mid-dritt nazzjonali tal-Istati Membri.
(10)  Dan ir-Regolament jirrigwarda l-kwistjonijiet marbuta mal-effetti patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati. Il-kunċett ta’ “sħubija reġistrata” huwa biss definit għall-finijiet tar-Regolament. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, sħubija reġistrata hija forma ta’ unjoni għajr iż-żwieġ. Il-kontenut speċifiku ta’ dan il-kunċett ta' sħubija reġistrata huwa definit mid-dritt nazzjonali tal-Istati Membri.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 11a (ġdida)
(11a)  Dan ir-Regolament ma għandux, iżda, japplika għal oqsma tad-dritt ċivili li jikkonċernaw materji oħrajn li ma jkunux ir-reġim patrimonjali tas-sħubija reġistrata. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għalhekk, għandhom jiġu espliċitament esklużi mill-ambitu ta’ dan ir-Regolament għadd ta’ mistoqsijiet li jistgħu jidhru bħala marbutin ma’ materji ta’ dak ir-reġim.
(Jaqbel mal-Premessa 11 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 3 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Minħabba li l-obbligi ta’ manteniment bejn is-sħab reġistrati huma previsti mir-Regolament (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, dawn għandhom għaldaqstant jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-istess bħall-kwistjonijiet li jirrigwardaw il-validità u l-effetti tad-donazzjonijiet, li huma koperti mir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali.
(12)  L-obbligi ta’ manteniment bejn is-sħab reġistrati, li huma previsti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-istess bħall-kwistjonijiet ta' suċċessjoni li huma koperti mir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, id-dritt applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta' Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni1.
____________________
1 ĠU L 201, 27.7.2012, p.107.
(Jaqbel ma’ AM 4 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Issues relating to the nature of rights in rem that may exist under the national law of Member States, and those linked to the disclosure of such rights, should also be excluded from the scope of this Regulation, as they are in Regulation (EU) No ... [of the European Parliament and of the Council on jurisdiction, applicable law, recognition and enforcement of decisions and authentic instruments in matters of succession and the creation of a European Certificate of Succession]. B’hekk, il-qrati tal-Istat Membru li fih tkun tinstab proprjetà ta’ wieħed mis-sħab jew tat-tnejn li huma, jistgħu jieħdu miżuri li jagħmlu parti mid-dritt in rem u li jirrigwardaw, b'mod partikolari, ir-reġistrazzjoni tat-trasferiment ta' din il-proprjetà fir-reġistru pubbliku, meta dan ikun previst mil-liġi ta' dan l-Istat Membru.
(13)  Dan ir-Regolament – bħar-Regolament (UE) Nru 650/2012 – ma għandux jolqot il-għadd limitat (‘numerus clausus’) ta’ jeddijiet in rem magħrufin fid-dritt nazzjonali ta’ xi Stati Membri. Stat Membru ma għandux jintalab jirrikonoxxi dritt in rem relatat ma’ proprjetà li tinsab f'dak l-Istat Membru jekk id-dritt in rem ikkonċernat ma jkunx magħruf fil-liġi tiegħu.
(Jaqbel ma’ AM 5 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 13a (ġdida)
(13a)  B’danakollu, biex il-benefiċjarji jitħallew igawdu fi Stat Membru ieħor il-jeddijiet li jkunu nħolqu jew ġew trasferiti lilhom mil-likwidazzjoni ta' reġim patrimonjali ta' sħubija reġistrata, dan ir-Regolament għandu jiddisponi dwar l-adattament ta’ jedd in rem skonoxxut għall-eqreb jedd in rem ekwivalenti fid-dritt ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor. Fil-kuntest ta' tali adattament għandu jittieħed kont tal-għanijiet u l-interessi mwettqin bid-dritt in rem speċifiku u l-effetti marbutin miegħu. Għall-finijiet li jiġi ddeterminat l-eqreb dritt in rem nazzjonali ekwivalenti, jistgħu jiġu kkuntattjati l-awtoritajiet jew il-persuni kompetenti tal-Istat li l-liġi tiegħu tkun applikata għall-effett patrimonjali tas-sħubija reġistrata, biex tinkiseb aktar informazzjoni dwar in-natura u l-effetti tad-dritt. Għal dak il-fini, jistgħu jintużaw in-netwerks eżistenti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kummerċjali kif ukoll kwalunkwe mezz ieħor disponibbli li jiffaċilita l-fehim tad-dritt barrani.
(Jaqbel mal-premessa 16 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 6 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 13b (ġdida)
(13b)  Ir-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni f'reġistru ta' dritt fi proprjetà immobbli jew mobbli għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Għalhekk, għandha tkun il-liġi tal-Istat Membru li fih jiġi ġestit ir-reġistru (għal proprjetà immobbli, il-lex rei sitae) li tiddetermina taħt liema kundizzjonijiet legali u kif għandha ssir ir-reġistrazzjoni u liema awtoritajiet, bħal reġistri tal-artijiet jew in-nutara, huma responsabbli li jivverifikaw li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti kollha u li d-dokumentazzjoni ppreżentata jew stabbilita tkun biżżejjed jew li jkun fiha l-informazzjoni neċessarja.
(Jaqbel parzjalment mal-premessa 18 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 7 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 13c (ġdida)
(13c)  L-effetti tar-reġistrar ta' dritt f'reġistru għandhom wkoll jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Għalhekk għandha tkun il-liġi tal-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru li tiddetermina jekk fil-fatt ir-reġistrar huwiex, pereżempju, dikjaratorju jew kostituttiv. B'hekk, fejn bħala eżempju, l-akkwist ta' dritt reali jeħtieġ li jiġi rreġistrat f'reġistru skont id-dritt tal-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru sabiex jiġi żgurat l-effett erga omnes tar-reġistri jew biex jiġu protetti t-tranżazzjonijiet legali, il-mument ta' tali akkwist għandu jiġi rregolat mid-dritt ta' dak l-Istat Membru.
(Jaqbel mal-premessa 19 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 8 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 13d (ġdida)
(13d)  Bħar-Regolament (UE) Nru 650/2012, dan ir-Regolament għandu josserva s-sistemi differenti ta' trattament ta' kwestjoni ta' reġim patrimonjali applikati fl-Istati Membri. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament it-terminu "qorti" għandu għalhekk jingħata tifsira wiesgħa sabiex ikopri mhux biss il-qrati fil-veru sens tal-kelma, li jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji, iżda wkoll in-nutara jew l-uffiċċji tar-reġistru f'xi Stati Membri li, f'ċerti materji ta’ reġimi patrimonjali, jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji bħal qrati, u n-nutara u l-professjonisti legali li, f'xi Stati Membri, jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji f'reġim patrimonjali speċifiku permezz tad-delega tas-setgħa minn qorti. Il-qrati kollha skont dan ir-Regolament għandhom ikunu marbutin bir-regoli tal-ġuriżdizzjoni msemmijin f'dan ir-Regolament. Bil-kontra, it-terminu “qorti” ma għandux ikopri l-awtoritajiet mhux ġudizzjarji ta' Stat Membru bis-setgħa skont id-dritt nazzjonali li jittrattaw kwistjonijiet ta' reġimi patrimonjali, bħan-nutara fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri fejn, bħal ma s-soltu jkun il-każ, ma jkunux qed jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji.
(Jaqbel mal-premessa 20 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 10 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Bl-istess mod, dan ir-Regolament għandu jippermetti li l-ġuriżdizzjoni tal-qrati ta’ Stat Membru li jkunu qed jisimgħu talba ta’ xoljiment jew annullament ta’ sħubija reġistrata, tiġi estiża għall-kwistjonijiet li jirrigwardaw l-aspetti patrimonjali tas-sħubija reġistrata li jirriżultaw minn din it-talba, jekk is-sħab jaqblu.
(15)  Bl-istess mod, dan ir-Regolament għandu jippermetti li l-ġuriżdizzjoni tal-qrati ta’ Stat Membru li jkunu qed jisimgħu talba ta’ xoljiment jew annullament ta’ sħubija reġistrata, tiġi estiża għall-kwistjonijiet li jirrigwardaw l-aspetti patrimonjali tas-sħubija reġistrata li jirriżultaw minn din it-talba, meta l-ġuriżdizzjoni tal-qrati kkonċernati tkun rikonoxxuta espressament jew impliċitament mis-sħab.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 15a (ġdida)
(15a)  Fir-rigward ta’ kwistjonijiet li ma jkollhomx x’jaqsmu max-xoljiment jew l-annullament ta’ sħubija jew mal-mewt ta’ wieħed mis-sħab, is-sħab jistgħu jiddeċiedu li jressqu l-mistoqsijiet marbutin mar-reġim patrimonjali lill-qrati tal-Istat Membru li d-dritt jkunu għażlu bħala d-dritt applikabbli għar-reġim patrimonjali tagħhom. Dan ikun jirrikjedi akkordju bejn is-sħab, li jista’ jiġi konkluż mhux aktar tard minn meta l-kwestjoni titqiegħed quddiem il-qorti u sussegwentement skont id-dispożizzjonijiet tal-lex fori.
(Jaqbel ma’ AM 12 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  Fis-sitwazzjonijiet l-oħrajn, dan ir-Regolament għandu jippermetti li l-qrati ta’ Stat Membru jżommu l-ġuriżdizzjoni territorjali tagħhom biex jisimgħu talbiet li jirrigwardaw l-aspetti patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati skont lista ta’ kriterji ta’ konnessjoni f’ordni ta’ preċedenza li jiżguraw li jkun hemm rabta mill-qrib bejn is-sħab u l-Istat Membru tal-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni. Dawn il-qrati, bl-eċċezzjoni ta’ dawk tal-Istat Membru fejn is-sħubija tkun ġiet reġistrata, għandhom il-possibbiltà li jirrifjutaw il-ġuriżdizzjoni jekk il-liġi nazzjonali tagħhom ma tkunx tipprovdi għas-sħubija reġistrata. Fl-aħħarnett, fil-każ li l-ebda qorti ma jkollha l-ġuriżdizzjoni biex tisma' l-kwistjoni fid-dawl tad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-Regolament, ġiet inkluża regola ta’ ġuriżdizzjoni sussidjarja, sabiex jiġi evitat kull riskju li tinċaħad il-ġustizzja.
(16)  Dan ir-Regolament għandu jippermetti li l-qrati ta’ Stat Membru jżommu l-ġuriżdizzjoni territorjali tagħhom biex jisimgħu talbiet li jirrigwardaw l-aspetti patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati li għandhom ikunu determinati f'każijiet li ma jkunux ta' separazzjoni tas-sħab jew il-mewt ta' wieħed mis-sħab skont ġabra ta’ kriterji ta’ konnessjoni f’ordni ta’ preċedenza li jiżguraw li jkun hemm rabta mill-qrib bejn is-sħab u l-Istat Membru tal-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni. Dawn il-qrati, bl-eċċezzjoni ta’ dawk tal-Istat Membru fejn is-sħubija tkun ġiet reġistrata, għandha tingħatalhom l-opportunità li jirrifjutaw il-ġuriżdizzjoni jekk il-liġi nazzjonali tagħhom ma tkunx tipprovdi għas-sħubija reġistrata.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 16a (ġdida)
Sabiex ikun hemm rimedju, partikolarment għal sitwazzjonijiet ta’ ċaħda ta’ ġustizzja, dan ir-Regolament għandu jipprevedi forum necessitatis li jippermetti qorti ta’ Stat Membru, f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, li tieħu deċiżjonijiet dwar reġim patrimonjali li jkun konness mill-qrib ma’ Stat terz. Tali bażi eċċezzjonali tista' titqies li teżisti meta l-proċedimenti jkunu impossibbli fl-Istat terz ikkonċernat, pereżempju minħabba fi gwerra ċivili, jew meta ma jistax ikun raġonevolment mistenni li benefiċjarju jibda jew imexxi proċedimenti f’dak l-Istat. Madankollu, il-ġuriżdizzjoni bbażata fuq il-forum necessitatis għandha tiġi eżerċitata biss jekk il-kawża ta’ reġim patrimonjali tkun konnessa biżżejjed mal-Istat Membru tal-qorti invokata.
(Jaqbel mal-premessa 31 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 14 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Sabiex titħaffef il-ġestjoni tal-proprjetà tas-sħab, il-liġi tal-Istat li fih tkun ġiet irreġistrata s-sħubija se tapplika għall-proprjetà kollha tas-sħab, anki jekk din il-liġi ma tkunx il-liġi ta' Stat Membru.
(18)  Sabiex titħaffef il-ġestjoni tal-proprjetà tas-sħab reġistarti, dan ir-Regolament għandu jawtorizzahom jagħżlu d-dritt applikabbli għall-partrimonju tagħhom minn fost is-sistemi legali li jkollhom rabta mill-qrib, irrispettivament min-natura jew is-sitwazzjoni tal-beni, abbażi tar-residenza jew tan-nazzjonalità tagħhom. M’hemm l-ebda raġuni għaliex is-sħubijiet reġistrati għandhom jiġu mċaħħda din l-għażla. Jekk l-imsieħba jagħżlu liġi li ma tkunx tirrikonoxxi sħubija reġistrata, l-għażla tal-liġi “ma tkunx effettiva”. F’dak il-każ għandha tinżamm konnessjoni oġġettiva. Minkejja li l-grupp ta’ persuni kkonċernat normalment jista’ jkun infurmat sew dwar id-drittijiet tiegħu, il-ħtieġa għal protezzjoni legali speċjali għandha tiġi indirizzata billi jiġu speċifikati pariri legali dwar l-effetti tal-għażla. Dan ir-rekwiżit jiġi sodisfatt b’mod partikolari meta l-parir ikun iggarantit b'regoli formali addizzjonali dwar l-għażla tad-dritt, l-aktar dwar in-notarizzazzjoni.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 18a (ġdida)
(18a)  Sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza u ċ-ċarezza ġuridiċi, ir-regolament għandu jinkludi wkoll regola dwar reġistrazzjoni multipla ta' sħubija reġistrata, li għandu jkollha x’taqsam mar-reġistrazzjoni l-aktar reċenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda reġistrazzjonijiet multipli ta' sħubijiet reġistrati.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 18b (ġdida)
(18b)  Fil-każ li ma tkunx saret għażla tal-liġi, sabiex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit taċ-ċertezza legali u prevedibbiltà, u sabiex jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi tal-ħajja tal-imsieħba, ir-Regolament irid jintroduċi regoli ta’ dritt internazzjonali privat li jkunu li jippermettu d-determinazzjoni tad-dritt applikabbli għall-proprjetà kollha tas-sħab fuq il-bażi ta’ skala ta’ fatturi ta’ ness. B'hekk ir-residenza abitwali komuni ta' meta tiġi stabbilita sħubija jew l-ewwel residenza abitwali komuni tas-sħab wara li tiġi stabbilita s-sħubija għandha tkun il-fattur tal-konnessjoni saħansitra qabel in-nazzjonalità komuni tas-sħab ta' meta tiġi stabbilita s-sħubija. Jekk ma jkun japplika l-ebda wieħed minn dawk il-kriterji, jew fin-nuqqas ta' residenza abitwali komuni fejn is-sħab ikollhom nazzjonalità doppja komuni meta ssir is-sħubija reġistrata, it-tielet kriterju għandu jkun l-Istat li miegħu s-sħab għandhom l-eqreb rabtiet b'kunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi kollha u billi jkun magħmul ċar li dawk ir-rabtiet jitqiesu bħalma kienu fil-mument li tkun saret is-sħubija. Il-liġijiet definiti b’dawk il-kriterji ma għandhomx ikunu applikata li ma jkunux jirrikonoxxu s-sħubijiet reġistrati. Bħala regola bażi, id-dritt tal-Istat li fih is-sħubija tkun ġiet reġistrata għandu japplika għall-beni tas-sħab.
(Jaqbel ma’ AM 15 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 18c (ġdida)
(18c)  Meta tintuża n-nazzjonalità biex jiġi stabbilit id-dritt applikabbli, għandu jitqies il-fatt li xi Stati li għandhom is-sistema ġuridika tagħhom ibbażata fuq il-common law jużaw id-domiċilju u mhux in-nazzjonalità bħala kriterju ta' ness.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 18d (ġdida)
(18d)  Biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali tat-tranżazzjonijiet u biex tkun evitata kwalunkwe bidla fil-liġi applikabbli dwar l-effetti patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati li tista' ssir mingħajr ma jkunu notifikati s-sħab, l-ebda bidla ma tista' ssir jekk mhux wara talba speċifika tal-partijiet. Din il-bidla deċiża mis-sħab ma jistax ikollha effett retroattiv, sakemm is-sħab ma jkunux stipulaw dan b'mod espliċitu. Ikun x'ikun il-każ, il-bidla ma tkunx tista' tolqot b'mod negattiv id-drittijiet ta' terzi persuni u l-validità tal-atti li jkunu seħħew qabel.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 19a (ġdida)
(19a)  It-tagħrif kollu neċessarju għandu jkun magħmul disponibbli b’mod sempliċi u b’mezzi xierqa, b'mod partikolari permezz ta’ sit tal-Kummissjoni fuq l-internet li jkun multilingwi.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 19b (ġdida)
(19b)  L-iskambji tal-prattiki tajbin fost dawk li jeżerċitaw il-professjonijiet legali għandhom ikunu inkoraġġiti.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 19c (ġdida)
(19c)  Il-Kummissjoni għandha ddaħħal għodda ta’ informazzjoni u taħriġ għall-persunal rilevanti tal-qrati, għall-avukati fil-prattika billi jitwaqqfu portal interattiv fuq l-internet bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u sistema għall-iskambju tal-għarfien professjonali u l-prattiki.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 23
(23)  Minħabba li r-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet mogħtija fl-Istati Membri huwa wieħed mill-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, dan għandu jipprevedi regoli dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 u adattati, jekk ikun meħtieġ, għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-qasam kopert minn dan ir-Regolament. B'hekk ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li tkun tirrigwarda, parzjalment jew kompletament, l-aspetti patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati, ma jkunux jistgħu jiġu miċħuda fi Stat Membru jekk il-liġi nazzjonali tiegħu ma tkunx tirrikonoxxi tali sħubijiet jew tkun tipprevedi effetti patrimonjali differenti.
(23)  Minħabba li r-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet dwar kwestjonijiet ta’ reġimi patrimonjali li jikkonċernaw is-sħubijiet reġistrati mogħtija fl-Istati Membri f’reġim patrimonjali li jikkonċerna sħubijiet reġistrati huwa wieħed mill-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, dan għandu jipprevedi regoli dwar ir-rikonoxximent, l-eżegwibilità u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet fuq il-bażi ta’ strumenti legali oħra tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u adattati, jekk ikun meħtieġ, għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-qasam kopert minn dan ir-Regolament. B'hekk ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li tkun tirrigwarda, parzjalment jew kompletament, l-aspetti patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati, ma jkunux jistgħu jiġu miċħuda fi Stat Membru jekk il-liġi nazzjonali tiegħu ma tkunx tirrikonoxxi tali sħubijiet jew tkun tipprevedi effetti patrimonjali differenti.
(Jaqbel ma’ AM 19 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 24
(24)  Sabiex jitqiesu l-modi differenti li bihom jiġu ttrattati l-kwistjonijiet dwar l-aspetti patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati fl-Istati Membri, dan ir-Regolament għandu jiżgura r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tal-atti awtentiċi. Għalhekk l-atti awtentiċi ma jistgħux jiġu assimilati ma' deċiżjonijiet tal-qrati f'dak li jirrigwarda r-rikonoxximent tagħhom. Ir-rikonoxximent tal-atti awtentiċi jfisser li dawn igawdu mill-istess valur probatorju fir-rigward tal-kontenut tal-att u mill-istess effetti bħal fl-Istat Membru tal-oriġini tagħhom, kif ukoll minn preżunzjoni ta' validità li tista' taqa' fil-każ ta' kontestazzjoni.
(24)  Sabiex jitqiesu s-sistemi differenti li bihom jiġu indirizzati l-kwistjonijiet dwar l-aspetti patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati fl-Istati Membri, dan ir-Regolament għandu jiżgura l-aċċettazzjoni u l-eżegwibilità fl-Istati Membri kollha tal-istrumenti pubbliċi fil-materji kollha marbutin mar-reġimi patrimonjali li jikkonċernaw is-sħubijiet reġistrati.
(Jaqbel mal-premessa 60 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 20 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 24a (ġdida)
(24a)  F’termini ta’ rikonoxximent, l-eżegwibilità u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji, u tal-aċċettazzjoni u l-eżegwibilità ta’ atti awtentiċi u l-eżegwibilità ta’ riżoluzzjonijiet ġudizzjarji, dan ir-Regolament għandu għalhekk jistabbilixxi regoli fuq il-bażi b’mod partikolari tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.
(Jaqbel ma’ AM 21 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 25
(25)  Jekk il-liġi applikabbli għall-effetti patrimonjali ta’ sħubija reġistrata trid tirregola r-relazzjonijiet legali bejn wieħed mis-sħab u terza persuna, jeħtieġ li l-kundizzjonijiet dwar l-effetti ta’ din il-liġi fil-konfront ta' din it-terza persuna jkunu regolati mil-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tinsab ir-residenza abitwali tas-sieħeb/sieħba jew tat-terza persuna, sabiex jitħarsu l-interessi ta’ dan tal-aħħar. Il-liġi ta’ dan l-Istat Membru tista’ għaldaqstant tipprevedi li dan is-sieħeb/sieħba jkun jista' biss jinvoka l-liġi tar-reġim patrimonjali tiegħu kontra din it-terza persuni sakemm il-kundizzjonijiet ta' reġistrazzjoni jew ta' pubbliċità previsti minn dan l-Istat Membru jkunu ġew rispettati, sakemm it-terza persuna ma tkunx taf jew kellha tkun taf il-liġi applikabbli għall-aspetti patrimonjali tas-sħubija reġistrata.
(25)  Il-liġi applikabbli għall-effetti patrimonjali ta’ sħubija reġistrata taħt dan ir-Regolament, kif previst minn dan ir-Regolament, trid tirregola r-relazzjonijiet legali bejn wieħed mis-sħab reġistrati u terza persuna. Madankollu, sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-parti terza, l-ebda wieħed mis-sħab ma għandu jkun jista' jinvoka dik il-liġi jew dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti f’rapport ġuridiku bejn wieħed mis-sħab u terz jekk kemm-il darba s-sieħeb li jkollu r-rapport ġuridiku mat-terz, u t-terz, ikunu abitwalment residenti fl-istess Stat, li ma jkunx l-Istat li d-dritt tiegħu jkun applikabbli għar-reġim patrimonjali tas-sħubija reġistrata. Għandhom japplikaw l-eċċezzjonijiet meta t-terz ma jkunx eliġibbli għall-protezzjoni, fi kliem ieħor meta kien konxju, jew imissu kien konxju, mid-dritt applikabbli, jew jekk ir-rekwiżiti applikabbli għar-reġistrazzjoni jew il-pubbliċità fl-Istat jkunu ġew ottemperati.
(Jaqbel ma’ AM 22 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 26a (ġdida)
(26a)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni b'rabta mal-ħruġ u l-bidla sussegwenti tal-attestazzjonijiet u l-formoli li għandhom x'jaqsmu mad-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà ta' deċiżjonijiet ta' tranżazzjonijiet ġudizzjarji u strumenti awtentiċi. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.
______________
1ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(Jaqbel mal-premessa 78 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 23 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 26b (ġdida)
(26b)  Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu u sussegwentement jemendaw l-attestazzjonijiet u l-formoli previsti f'dan ir-Regolament f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
(Jaqbel mal-premessa 79 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 24 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 28
(28)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 7, 9, 17, 21 u 47 rispettivament dwar ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għaż-żwieġ u t-twaqqif ta' familja skont il-liġijiet nazzjonali, id-dritt ta’ proprjetà, il-projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni u d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat mill-qrati tal-Istati Membri b’mod li jkun konsistenti ma’ dawn id-drittijiet u l-prinċipji.
(28)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari, l-Artikoli 7, 9, 17, 21 u 47 dwar, rispettivament, ir-rispett lejn il-ħajja privata u l-ħajja tal-familja, id-dritt għaż-żwieġ u t-twaqqif ta' familja skont il-liġijiet nazzjonali, il-jedd għall-proprjetà, l-ekwità quddiem il-liġi, il-projbizzjoni ta' kull tip ta' diskriminazzjoni u d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat mill-qrati tal-Istati Membri b’mod li jkun konsistenti ma’ dawn id-drittijiet u l-prinċipji.
(Jaqbel parzjalment mal-premessa 81 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 25 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt a
(a)  il-proprjetà personali tas-sħubija reġistrata,
imħassar
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt b
(b)  il-kapaċità legali tas-sħab,
(b)  il-kapaċità ġenerali tas-sħab,
(Jaqbel ma’ AM 26 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)
(ba)  l-eżistenza, il-validità jew ir-rikonoxximent tas-sħubija,
(Jaqbel ma’ AM 27 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt d
(d)  id-donazzjonijiet bejn is-sħab,
imħassar
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt e
(e)  id-drittijiet ta’ suċċessjoni tas-sieħeb/sieħba superstiti,
(e)  kwestjonijiet ta’ suċċessjoni li jirrigwardjaw lis-sieħeb superstiti,
(Jaqbel ma’ AM 29 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt f
(f)  is-soċjetajiet bejn is-sħab,
(f)  kwestjonijiet regolati mid-dritt soċjetarju u korpi oħrajn, korporattivi jew le,
(Jaqbel mal-Artikolu 1(h) fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 30 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt g
(g)  in-natura tad-drittijiet in rem li jirrigwardaw proprjetà u l-pubbliċità ta' dawn id-drittijiet.
(g)  in-natura tad-drittijiet in rem,
(Jaqbel mal-Artikolu 1(k) fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 31 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt ga (ġdid)
(ga)  kwalunkwe reġistrazzjoni f'reġistru ta' jeddijiet reali immobbiljari jew mobbiljari, inklużi r-rekwiżiti ġuridiċi għal tali reġistrazzjoni, u l-effetti ta' reġistrazzjoni jew in-nuqqas ta' reġistrazzjoni ta' dawn il-jeddijiet, u
(Jaqbel mal-Artikolu 1(l) fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 32 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt gb (ġdid)
(gb)  kwestjonijiet ta’ intitolament għat-trasferiment jew aġġustament, fil-każ ta’ xoljiment ta’ sħubija reġistrata, bejn is-sħab jew sħab preċedenti, ta’ jeddijiet ta’ pensjonijiet tal-irtirar jew tad-diżabilità akkumulati matul is-sħubija reġistrata.
(Jaqbel ma’ AM 33 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b
(b)  “sħubija reġistrata”: Sistema li tirregola l-ħajja komuni bejn żewġ persuni, prevista mil-liġi u li tagħti lok għal reġistrazzjoni minn awtorità pubblika;
(b)  “sħubija reġistrata”: “sħubija reġistrata”: sistema li tirregola l-unjoni bejn żewġ persuni, li ġiet stabbilita fil-forma kif previst mil-liġi fl-Istat Membru li fih tkun ġiet irreġistrata;
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba)  “sħubija reġistrata”: kwalunkwe ftehim li permezz tiegħu s-sħab jew is-sħab futuri jirregolaw l-effetti patrimonjali tas-sħubija tagħhom;
(Jaqbel ma’ AM 35 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c – parti introduttorja
(c)  “Att awtentiku”: dokument imħejji jew irreġistrat uffiċjalment bħala att awtentiku fl-Istat Membru ta’ oriġini u li l-awtentiċità tiegħu:
(c)  “Att awtentiku”: dokument f’materja li għandha x’taqsam mar-reġim patrimonjali fi sħubija reġistrata li jkun tfassal formalment jew ġie rreġistrat formalment bħala strument awtentiku fi Stat Membru u li l-awtentiċità tiegħu:
(Jaqbel mal-Artikolu 3(l)(i) fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 36 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d
(d)  “deċiżjoni”: kull deċiżjoni mogħtija fil-qasam tar-reġim patrimonjali ta’ sħubija reġistrata minn qorti ta’ Stat Membru, ikun xi jkun l-isem li jingħatalha, bħal sentenza, ġudizzju, ordni jew mandat ta’ eżekuzzzjoni, kif ukoll id-determinazzjoni tal-ispejjeż tal-kawża mir-reġistratur;
(d)  ‘deċiżjoni’: “deċiżjoni”: kull deċiżjoni mogħtija fil-qasam tar-reġim patrimonjali ta’ sħubija reġistrata minn qorti ta’ Stat Membru, ikun xi jkun l-isem li jingħatalha, bħal deċiżjoni dwar id-determinazzjoni tal-ispejjeż tal-kawża mir-reġistratur;
(Jaqbel mal-Artikolu 31(l)(g) fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 37 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e
(e)  “Stat Membru ta’ oriġini”: l-Istat Membru li fih, skont il-każ, tingħata d-deċiżjoni, jiġi konkluż il-kuntratt ta’ sħubija, jitħejja l-att awtentiku jew l-att ta’ likwidazzjoni tal-patrimonju komuni jew kull att ieħor li jsir minn awtorità ġudizzjarja jew quddiemha jew li jiġi ddelegat minnha;
(e)  “Stat Membru ta' oriġini”: l-Istat Membru li fih id-deċiżjoni tkun ingħatat lill-att awtentiku stabbilit jew ir-riżoluzzjoni ġudizzjarja tkun ġiet approvata jew konkluża;
(Jaqbel mal-Artikolu 3(l)(e) fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 38 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt f
(f)  “Stat Membru li ssirlu t-talba”: l-Istat Membru li fih, skont il-każ, jintalab ir-rikonoxximent u/jew l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni, tal-kuntratt ta’ sħubija, tal-att awtentiku jew l-att ta’ likwidazzjoni tal-patrimonju komuni jew kull att ieħor li jsir minn awtorità ġudizzjarja jew quddiemha jew li jiġi ddelegat minnha;
(f)  “L-Istat Membru ta’ Eżekuzzjoni”: l-Istat Membru li fih jitfittxew id-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà jew l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni, ir-riżoluzzjoni ġudizzjarja jew l-istrument awtentiku;
(Jaqbel mal-Artikolu 3(l)(f) fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 39 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt g
(g)  “qorti”: kull awtorità ġudizzjarja kompetenti tal-Istati Membri li twettaq funzjoni ta’ qorti fil-qasam tal-effetti patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati kif ukoll kull awtorità oħra li ma tkunx ġudizzjarja jew kull persuna li twettaq, b’delega jew b’nomina minn awtorità ġudizzjarja tal-Istati Membri, il-funzjonijiet li jagħmlu parti mill-kompetenzi tal-qrati, kif previsti minn dan ir-Regolament;
imħassar
(Jaqbel ma’ AM 40 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament it-terminu “qorti” jfisser kull qorti u l-awtoritajiet u l-professjonisti legali l-oħrajn kollha bħal dawn b'ġurisdizzjoni f'reġimi patrimonjali li jikkonċernaw sħubijiet reġistrati li jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji jew jaġixxu wara li ssir delega ta' setgħa minn xi awtorità ġudizzjarja jew jaġixxu taħt il-kontroll ta' xi awtorità ġudizzjarja dment li dawn l-awtoritajiet u l-professjonisti legali l-oħrajn joffru garanziji fir-rigward tal-imparzjalità u d-dritt tal-partijiet kollha li jinstemgħu u dment li d-deċiżjonijiet tagħhom jittieħdu skont id-dritt tal-Istat Membru li fih joperaw:
(a)  jistgħu jkunu s-suġġett ta' appell jew reviżjoni minn awtorità ġudizzjarja; kif ukoll
(b)  għandhom forza u effett simili għal deċiżjoni ta' awtorità ġudizzjarja fl-istess kwistjoni.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet u l-professjonisti legali l-oħrajn imsemmija fl-ewwel subparagrafu b'konformità mal-Artikolu 33a.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu -3
Artikolu -3
Ġurisdizzjoni f’reġimi patrimonjali fl-Istati Membri
Dan ir-Regolament ma jaffettwax il-ġurisdizzjoni nazzjonali fl-Istati Membri b’reġimi patrimonjali li jikkonċernaw sħubijiet reġistrati.
(Jaqbel ma’ AM 42 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
1.  Il-qrati ta’ Stat Membru li quddiemhom titressaq talba dwar is-suċċessjoni ta’ wieħed mis-sħab skont ir-Regolament (UE) Nru…/… [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-atti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u l-ħolqien ta' Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni], għandhom ukoll ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu dwar l-effetti patrimonjali tas-sħubija relatati mat-talba.
1.  Il-qrati ta’ Stat Membru li quddiemhom jitressqu kwestjonijiet ta’ suċċessjoni ta’ wieħed mis-sħab skont ir-Regolament (UE) Nru 650/2012 għandhom ukoll ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu dwar l-effetti patrimonjali b’rabta mal-każ ta’ suċċessjoni.
(Jaqbel ma’ AM 43 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 4
Ġuriżdizzjoni fil-każ tas-separazzjoni tas-sħab
Ġurisdizzjoni f'każijiet ta’ xoljiment jew annullament
Il-qrati ta’ Stat Membru li quddiemhom titressaq talba ta’ xoljiment jew annullament ta’ sħubija reġistrata, għandhom ukoll ġuriżdizzjoni, fil-każ ta’ ftehim bejn is-sħab, biex jiddeċiedu dwar l-effetti patrimonjali marbuta mat-talba.
Il-qrati ta’ Stat Membru li quddiemhom titressaq talba ta’ xoljiment jew annullament ta’ sħubija reġistrata, għandhom ukoll ġuriżdizzjoni, biex jiddeċiedu dwar l-effetti patrimonjali marbuta mat-talba jekk il-ġuriżdizzjoni tal-qrati kkonċernati tkun ġiet espressament rikonoxxuta mis-sħab jew b’mod ieħor inekwivoku.
Dan il-ftehim jista’ jiġi konkluż f’kull ħin, anki matul il-proċedimenti. Meta jiġi konkluż qabel il-proċedimenti, huwa għandu jiġi fformulat bil-miktub, jiġi datat u jiġi ffirmat miż-żewġ partijiet.
Fin-nuqqas ta’ ftehim bejn is-sħab, il-ġuriżdizzjoni hija rregolata mill-Artikolu 5.
Fin-nuqqas ta’ rikonoxximent tal-ġuriżdizzjoni tal-qrati msemmija fil-paragrafu 1, il-ġuriżdizzjoni hija rregolata skont l-Artikolu 5.
(Jaqbel ma’ AM 44 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 4a (ġdid)
Artikolu 4a
Ftehim dwar l-għażla tal-qorti
1.  Is-sħab jistgħu jaqblu li l-qrati tal-Istat Membru li d-dritt tiegħu jkunu għażlu b’mod konformi mal-Artikolu 15b bħala d-dritt applikabbli għall-effetti patrimonjali tas-sħubija tagħhom għandu jkollhom ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-reġim patrimonjali. Ġuriżdizzjoni bħal din tkun esklużiva.
Bla ħsara għat-tielet subparagrafu, ftehim ekstraġudizzjarju jista’ jiġi konkluż jew emendat fi kwalunkwe ħin, basta mhux iżjed tard minn meta l-qorti tiġi adita.
Jekk il-liġi tal-forum tkun hekk tiddisponi, is-sħab jistgħu jagħżlu wkoll il-ġuriżdizzjoni kompetenti wara li l-qorti tkun ġiet adita. F’dan il-każ, l-għażla dwar ir-reġim matrimonjali tiġi reġistrata fil-qorti f'konformità mal-liġi tal-forum tal-forum.
Meta l-ftehim jiġi konkluż qabel il-proċedura, dan għandu jsir bil-miktub u għandha tinkiteb id-data u jiġi ffirmat mill-imsieħba. Kull komunikazzjoni b'mezzi elettroniċi li tipprovdi rekord permanenti tal-ftehim għandha tkun ekwivalenti għall-forma bil-miktub.
2.  Is-sħab jistgħu wkoll jaqblu li, jekk ma tkun intgħażlet l-ebda qorti, il-qrati tal-Istat Membru li d-dritt tiegħu jkun applikabbli skont it-termini tal-Artikolu 15 għar-reġim patrimonjali tas-sħubija tagħhom, ikollhom ġuriżdizzjoni.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 4b (ġdid)
Artikolu 4b
Ġurisdizzjoni bbażata fuq il-preżenza tal-konvenut
1.  Barra mill-ġuriżdizzjoni derivanti minn dispożizzjonijiet oħrajn ta’ dan ir-Regolament, il-qorti ta’ Stat Membru li d-dritt tiegħu jkun intgħażel skont it-termini tal-Artikou -15b, jew li d-dritt tiegħu jkun applikabbli skont it-termini tal-Artikolu 15, u li quddiemha l-konvenut jkun deher, ikollha l-ġuriżdizzjoni. Din ir-regola ma tapplikax meta d-dehra tkun saret biex tiġi kkontestata l-ġurisdizzjoni, jew meta qorti oħra jkollha ġuriżdizzjoni skont l-Artikolu 3, l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 4a.
2.  Qabel ma tassumi l-ġuriżdizzjoni skont il-paragrafu 1, il-qorti tiżgura li l-konvenut jiġi mgħarraf dwar jeddu li jikkontesta l-ġurisdizzjoni u dwar il-konsegwenzi jekk jidher jew jekk ma jidhirx.
(Jaqbel ma’ AM 46 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 5
1.  Minbarra l-każijiet previsti fl-Artikoli 3 u 4, għandhom il-ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu dwar proċedimenti li jirrigwardaw l-effetti patrimonjali ta’ sħubija reġistrata il-qrati tal-Istat Membru:
1.  Jekk l-ebda qorti ma jkollha l-ġuriżdizzjoni abbażi tal-Artikoli 3, 4 u 4a, il-ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu dwar proċedimenti li jirrigwardaw l-effetti patrimonjali ta’ sħubija reġistrata tkun tal-qrati tal-Istat Membru:
(a)  tar-residenza abitwali komuni tas-sħab, jew fin-nuqqas ta’ dan
(a)  li fit-territorju tagħhom is-sħab ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom meta tiġi adita l-qorti jew fin-nuqqas ta’ dan
(b)  tal-aħħar residenza abitwali komuni tas-sħab, jekk wieħed minnhom ikun għadu residenti hemm, jew fin-nuqqas ta’ dan
(b)  li fit-territorju tagħhom is-sħab ikollhom l-aħħar residenza abitwali tagħhom, jekk wieħed minnhom ikun għadu residenti hemm meta tiġi adita l-qorti, jew fin-nuqqas ta’ dan
(c)  tar-residenza abitwali komuni tal-konvenut, jew fin-nuqqas ta’ dan
(c)  li fit-territorju tagħhom il-konvenut ikollu r-residenza abitwali meta tiġi adita l-qorti, jew fin-nuqqas ta’ dan
(ca)  li ż-żewġ sħab ikollhom in-nazzjonalità tagħhom meta tiġi adita l-qorti, jew, fil-każ tar-Renju Unit u tal-Irlanda, li fihom ikollhom id-domiċilju komuni tagħhom jew fin-nuqqas ta' dan,
(d)  tar-reġistrazzjoni tas-sħubija.
(d)  tar-reġistrazzjoni tas-sħubija.
2.  Il-qrati msemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (c) jistgħu jirrifjutaw il-ġuriżdizzjoni jekk il-liġi tagħhom ma tkunx tirrikonoxxi l-istituzzjoni tas-sħubija reġistrata.
2.  Il-qrati msemmija fil-paragrafu 1(a), (b), (c) u (ca) jistgħu jirrifjutaw il-ġuriżdizzjoni jekk il-liġi tagħhom ma tkunx tirrikonoxxi l-istituzzjoni tas-sħubija reġistrata
(B’referenza għall-Artikolu 5(ca) (ġdid) ara l-emenda għall-Artikolu 6(1)(b)). Jaqbel għal AM 47 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 6
Meta ma jkun hemm l-ebda qorti li jkollha ġuriżdizzjoni bis-saħħa tal-Artikoli 3, 4 jew 5 jew il-qorti tkun rrifjutat il-ġuriżdizzjoni, il-qrati ta' Stat Membru għandhom ġuriżdizzjoni safejn:
Meta ma jkun hemm l-ebda qorti ta’ Stat Membru li jkollha ġuriżdizzjoni skont it-termini tal-Artikoli 3, 4, 4a jew 5 jew il-qorti tkun rrifjutat il-ġuriżdizzjoni, il-qrati ta' Stat Membru għandhom ġuriżdizzjoni safejn il-proprjetà immobbli jew il-beni rreġistrati ta’ wieħed mill-partijiet jew tat-tnejn li huma tkun tinsab fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru; f’dak il-każ, il-qorti invokata tintalab tiddeċiedi fuq il-proprjetà immobbi jew dawn il-beni rreġistrati biss.
(a)   il-proprjetà ta’ wieħed mill-partijiet jew tat-tnejn li huma tkun tinsab fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru; f’liema każ il-qorti li jitressqu l-proċedimenti quddiemha għandha tintalab biex tiddeċiedi biss dwar din il-proprjetà, jew
(b)  iż-żewġ sħab ikollhom in-nazzjonalità ta’ dak l-Istat Membru jew, fil-każ tar-Renju Unit u tal-Irlanda, ikollhom id-domiċilju komuni tagħhom.
Il-qrati ta’ Stat Membru jkollhom ġuriżdizzjoni biss għad-deċiżjonijiet dwar il-proprjetà immobbli jew il-beni rreġistrati, li jinsabu f’dan l-Istat Membru.
(Jaqbel ma’ AM 48 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 7
Meta l-ebda qorti ta’ Stat Membru ma jkollha ġuriżdizzjoni bis-saħħa tal-Artikoli 3, 4, 5 jew 6, jew il-qorti tkun ċaħdet il-ġuriżdizzjoni tagħha, il-qrati ta’ Stat Membru jistgħu, b’mod eċċezzjonali u sakemm il-kawża jkollha konnessjoni biżżejjed ma’ dak l-Istat Membru, jiddeċiedu fuq l-effetti patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati jekk jirriżulta li l-proċedura tkun impossibbli jew ma tkunx tista’ raġonevolment tiġi ppreżentata jew titmexxa fi Stat terz.
Jekk l-ebda qorti ta’ Stat Membru ma jkollha ġuriżdizzjoni skont it-termini tal-Artikoli 3, 4, 4a, 5 u 6, il-qrati ta’ Stat Membru jistgħu, f’każijiet eċċezzjonali, jiddeċiedu dwar kawża dwar l-aspetti patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati jekk jirriżulta li l-proċedura ma tkunx tista’, jew ikun impossibbli li, raġonevolment tiġi ppreżentata jew titmexxa fi Stat terz li jkollu konnessjoni mill-qrib mal-kawża.
Il-kawża jrid ikollha rabta biżżejjed mal-Istat Membru tal-qorti adita.
(Jaqbel mal-Artikolu 11 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 49 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 8
Il-qorti li jitressqu proċedimenti quddiemha bis-saħħa tal-Artikoli 3, 4, 5, 6 jew 7 u li jkunu pendenti quddiemha tali proċedimenti għandha wkoll il-ġuriżdizzjoni biex teżamina l-kontrotalba, safejn din tkun taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Il-qorti invokata f'konformità mal-Artikoli 3, 4, 4a, 5, 6, jew 7, li quddiemha l-proċeduri jkunu għadhom pendenti, ikollha ġuriżdizzjoni wkoll biex teżamina l-kontrotalba, f'każ li din tal-aħħar tkun tidħol fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Jekk il-qorti tiġi adita skont it-termini tal-Artikolu 6, l-ġuriżdizzjoni tagħha li tiddeċiedi dwar kontrotalba tkun limitata għall-proprjetà immobbli jew il-beni rreġistrati li dwar ikunu l-proċedimenti ewlenin.
(Jaqbel ma’ AM 50 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 9
Kawża titqies li tkun tressqet quddiem qorti:
Għall-finijiet ta’ dan il-kapitolu kawża titqies li tkun tressqet quddiem qorti
(a)  fil-mument meta(...) d-dokument li beda l-proċedimenti jew dokument ekwivalenti jiġi ppreżentat lill-qorti, dment li l-attur(...) ma jonqosx sussegwentement milli jieħu l-passi li (...)kien meħtieġ jieħu biex id-dokument ikun notifikat lill-konvenut, jew
(a)  fid-data meta l-att promotur jew dokument ekwivalenti jiġi ppreżentat lill-qorti, sakemm ir-rikorrent ma jkunx sussegwentement naqas milli jieħu l-miżuri li kien meħtieġ jieħu sabiex l-att jiġi notifikat lill-konvenut;
(b)  jekk l-att għandu jiġi notifikat qabel ma jiġi ppreżentat lill-qorti, fid-data li fiha l-awtorità responsabbli għan-notifika tirċevih, sakemm ir-rikorrent ma jkunx sussegwentament naqas milli jieħu l-miżuri li kien meħtieġ jieħu sabiex l-att jiġi ppreżentat lill-qorti.
(b)  jekk l-att għandu jiġi notifikat qabel ma jiġi ppreżentat lill-qorti, fid-data li fiha l-awtorità responsabbli għan-notifika tirċevih, sakemm ir-rikorrent ma jkunx sussegwentament naqas milli jieħu l-miżuri li kien meħtieġ jieħu sabiex l-att jiġi ppreżentat lill-qorti, jew
(ba)  jekk il-proċedimenti jinfetħu ex officio, fil-mument meta d-deċiżjoni li jinfetħu l-proċedimenti tittieħed mill-qorti, jew, meta deċiżjoni bħal din ma tkunx meħtieġa, fil-mument meta l-każ jiġi rreġistrat mill-qorti.
(Jaqbel mal-Artikolu 14 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 51 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
1.  Meta jitressqu proċeduri li jkunu jinvolvu l-istess suġġett u l-istess kawża u li jkunu ġew ippreżentati bejn is-sħab quddiem qrati ta' Stati Membri differenti, il-qorti li titressaq quddiemha t-tieni talba għandha tissospendi l-proċedimenti quddiemha ex officio sakemm tiġi determinata l-ġuriżdizzjoni tal-qorti li quddiemha tkun tressqet l-ewwel talba.
1.  Meta jitressqu proċeduri li jkunu jinvolvu l-istess suġġett u bejn is-sħab quddiem qrati ta' Stati Membri differenti, il-qorti li titressaq quddiemha t-tieni talba għandha tissospendi l-proċedimenti quddiemha ex officio sakemm tiġi determinata l-ġuriżdizzjoni tal-qorti li quddiemha tkun tressqet l-ewwel talba.
(Jaqbel ma’ AM 52 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2
2.  Meta dawn it-talbiet ikunu pendenti quddiem qrati tal-ewwel istanza, il-qorti li titressaq it-tieni talba quddiemha tista’ wkoll iċċedi l-ġuriżdizzjoni, fuq it-talba ta’ wieħed mis-sħab, sakemm il-qorti li tkun tressqet l-ewwel talba quddiemha jkollha ġuriżdizzjoni biex tieħu konjizzjoni tat-talbiet kkonċernati u sakemm il-liġi tagħha tkun tippermetti li jingħaqdu.
2.  Meta dawn it-talbiet ikunu pendenti quddiem qrati tal-ewwel istanza, il-qorti li titressaq it-tieni talba quddiemha tista’ wkoll iċċedi l-ġuriżdizzjoni, fuq it-talba ta’ wieħed mis-sħab, sakemm il-qorti li tkun tressqet l-ewwel talba quddiemha jkollha ġuriżdizzjoni biex tieħu konjizzjoni tat-talbiet kkonċernati u sakemm il-liġi tagħha tkun tippermetti li jingħaqdu.
(Jaqbel mal-Artikolu 18 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 54 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 14
Il-qrati ta’ Stat Membru jistgħu jintalbu jagħtu dawk il-miżuri proviżorji jew kawtelatorji previsti mil-liġi tal-istess Stat Membru minkejja li, bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament, ikunu l-qrati ta’ Stat Membru ieħor li jkollhom ġuriżdizzjoni fuq il-mertu.
Jista' jsir rikors fil-qrati ta' Stat Membru għal tali provvedimenti provviżorji, inklużi dawk protettivi, li jistgħu jkunu disponibbli skont il-liġi ta' dak l-Istat Membru, anke jekk, skont dan ir-Regolament, il-qrati ta' Stat Membru ieħor ikollhom il-ġuriżdizzjoni dwar il-mertu tal-każ.
(Jaqbel mal-Artikolu 19 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 56 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu -15 (ġdid)
Artikolu -15
L-unità u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi applikabbli
1.  Il-liġi applikabbli għall-effetti patrimonjali ta' sħubija reġistrata għandha tapplika għall-assi kollha li huma soġġetti għal dawk il-konsegwenzi, indipendentement minn fejn jinsabu l-assi.
2.  Id-dritt applikabbli għall-effetti patrimonjali tas-sħubijiet irreġistrati jiddetermina, bla ħsara għall-punti (g) u (ga) tal-Artikolu 1(3), inter alia:
(a)  id-diviżjoni tal-beni tas-sħab f’diversi kategoriji qabel u wara s-sħubija reġistrata;
(b)  it-trasferiment tal-proprjetà minn kategorija għal oħra;
(c)  fejn ikun meħtieġ, ir-responsabbiltà għal dejn tas-sħab l-ieħor,
(d)  il-jeddijiet tas-sħab illi jbiegħu waqt is-sħubija,
(e)  il-likwidazzjoni u x-xoljiment tal-effetti patrimonjali ta’ sħubija reġistrata u d-diviżjoni tal-beni fil-każ ta’ xoljiment tas-sħubija reġistrata;
(f)  l-effetti patrimonjali tas-sħubija reġistrata fuq ir-rapport ġuridiku bejn wieħed mis-sħab u partijiet terzi fuq il-bażi tal-Artikolu 31.
(Jaqbel ma’ AM 57 u ma’ AM 58 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu -15 a (ġdid)
Artikolu -15a
Applikazzjoni universali
Kwalunkwe liġi speċifikata minn dan ir-Regolament għandha tiġi applikata kemm jekk tkun il-liġi ta' Stat Membru kif ukoll jekk ma tkunx.
(Ara l-emenda għall-Artikolu 16; it-test inbidel. Jaqbel mal-Artikolu 20 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 59 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu -15 b (ġdid)
Artikolu -15b
Għażla tal-liġi
1.  Is-sħab jew is-sħab futuri jistgħu jaqblu li jinnominaw jew jibdlu l-liġi applikabbli għar-reġim patrimonjali tas-sħubija reġistrata tagħhom, bil-kondizzjoni li dik il-liġi tkun tirrikonoxxi l-istitut ta' sħubija reġistrata u torbot l-effetti patrimonjali miegħu, u bil-kondizzjoni li tkun waħda minn dawn li ġejjin:
(a)  il-liġi tal-Istat li fih is-sħab jew is-sħab futuri, jew wieħed minnhom, huwa abitwalment residenti fiż-żmien li ġie konkluż il-ftehim, jew
(b)  il-liġi tal-Istat li fih wieħed mis-sħab jew sħab futuri jkun nazzjonal meta jiġi konkluż il-ftehim, jew
(c)  il-liġi tal-Istat li fih is-sħubija kienet reġistrata.
2.  Jekk il-liġi magħżula ma tkunx tirrikonoxxi l-istituzzjoni tas-sħubija reġistrata u ma tkunx torbot konsegwenzi patrimonjali mal-istess, id-determinazzjoni tal-liġi applikabbli ssir skont l-Artikolu 15.
3.  Għażla tal-liġi skont il-paragrafu 1 hija valida biss, jekk is-sħab jew is-sħab futuri jkunu jistgħu jippruvaw, li qabel l-għażla tal-liġi jkunu ngħataw pariri fir-rigward tal-konsegwenzi legali ta’ din l-għażla tal-liġi.
B'hekk, dan ir-rekwiżit jitqies bħala sodisfatt, meta r-rekwiżiti proċedurali nazzjonali addizzjonalment applikabbli jkunu diġà jiżguraw dawn il-pariri.
4.  Sakemm is-sħab ma jaqblux xort’ oħra, bidla fil-liġi applikabbli għar-reġim patrimonjali tas-sħubija reġistrata tagħhom li ssir matul is-sħubija toħloq biss effetti prospettivi.
5.  Jekk is-sħab jagħżlu li jagħmlu dik il-bidla retroattiva, l-effett retroattiv tagħha ma jolqotx il-validità tat-tranżazzjonijiet preċedenti konklużi skont il-liġi applikabbli sa dakinhar jew il-jeddijiet ta' terzi skont il-liġi applikabbli preċedentement.
(Jaqbel parzjalment ma’ AM 60 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 15
Determinazzjoni tal-liġi applikabbli
Id-determinazzjoni tal-liġi applikabbli fin-nuqqas tal-għażla tal-liġi
Il-liġi applikabbli għall-effetti patrimonjali tas-sħubija hija l-liġi tal-Istat li fih tkun ġiet irreġistrata.
1.   Fin-nuqqas tal-għażla tal-liġi skont l-Artikolu -15b, l-effetti patrimonjali tas-sħubija reġistrata huma soġġetti għal-liġi tal-Istat:
(a)  li fih is-sħab fiż-żmien tal-istabbiliment tas-sħubija tagħhom ikollhom ir-residenza abitwali komuni tagħhom jew wara l-istabbiliment tas-sħubija tagħhom jagħżlu bħala l-ewwel residenza abitwali komuni tagħhom, jew inkella
(b)  li fih, fiż-żmien tal-istabbiliment tas-sħubija, iż-żewġ sħab ikollhom in-nazzjonalità tagħhom, jew inkella
(c)  li miegħu konġuntament is-sħab ikollhom l-aktar rabta mill-qrib b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi kollha taż-żmien tal-istabbiliment tas-sħubija jew inkella
(d)  li fih tkun ġiet irreġistrata s-sħubija.
2.  Il-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 ma japplikawx jekk il-liġi applikabbli ma tkunx tirrikonoxxi l-istitut tas-sħubija reġistrata.
3.  il-paragrafu 1(b) ma japplikawx jekk is-sħab ikollhom aktar minn nazzjonalità waħda komuni.
(Jaqbel parzjalment ma’ AM 61et seq. tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 15a (ġdid)
Artikolu 15a
Reġistrazzjoni multipli
Jekk ikunu jeżistu sħubijiet reġistrati bejn l-istess persuni fi Stati differenti, is-sħubija li tkun ġiet reġistrata l-aħħar, li tkun tibda mill-jum li fih twaqqfet, hi deċiżiva għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-dritt applikabbli skont il-punt (d) tal-Artikolu 15(1).
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 16
Artikolu 16
imħassar
In-natura universali tar-regola ta’ kunflitt tal-liġijiet
Il-liġi indikata mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu tapplika anki jekk din il-liġi ma tkunx dik ta’ Stat Membru.
(Jaqbel ma’ AM 68 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 16a (ġdid)
Artikolu 16a
Rekwiżiti proċedurali għall-għażla tal-liġi
1.  Il-ftehim tal-għażla tad-dritt li hemm riferiment għalih fl-Artikolu -15b ikun espress bil-miktub, iddatat u iffirmat miż-żewġ sħab. Komunikazzjonijiet elettroniċi li jippermettu reġistrazzjoni permanenti jitqiesu ekwivalenti għall-komunikazzjonijiet bil-miktub.
2.  Dan il-fehim jikkonforma mar-rekwiżiti formali mad-dritt applikabbli għar-reġim patrimonjali tas-sħubija reġistrata jew tad-dritt tal-Istat li fih ikun ġie konkluż il-ftehim.
3.  Madankollu, jekk id-dritt tal-Istat li fih iż-żewġ sħab ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom fiż-żmien tal-ftehim tagħhom dwar l-għażla tad-dritt, ikun jiddisponi għal rekwiżiti formali addizzjonali għal ftehimiet ta’ dak it-tip jew, fin-nuqqas, għal dak il-ftehim ta’ sħubija, japplikaw dawk ir-rekwiżiti.
4.  Jekk fiż-żmien tal-konklużjoni tal-ftehim is-sħab ikunu abitwalment residenti fi Stati differenti u d-drittijiet ta' dawk l-Istati jkunu jiddisponu rekwiżiti proċedurali differenti, il-ftehim ikun formalment validu jekk ikun jissodisfa r-rekwiżiti ta’ xi wieħed minn dawk id-drittijiet.
(Jaqbel parzjalment mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012. Ara wkoll AM 65 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 16b (ġdid)
Artikolu 16b
Rekwiżiti proċedurali għal ftehim ta’ sħubija
L-aspetti formali ta’ ftehim ta’ sħubija huma rregolati mutatis mutandis mill-Artikolu 16a. Kull rekwiżiti formali addizzjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 16a(3) hu, għal finijiet ta’ dan l-Artikolu, dak marbut mal-ftehim ta’ sħubija.
(Jaqbel ma’ AM 66 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 16c (ġdid)
Artikolu 16c
Adattament ta' drittijiet in rem
Meta persuna tinvoka dritt in rem li tkun intitolata għalih skont id-dritt applikabbli għar-reġim patrimonjali tas-sħubija reġistrata, u d-dritt tal-Istat Membru fejn dak il-jedd ikun ġie invokat ma jirrikonoxxix il-jedd in rem inkwestjoni, dak il-jedd, jekk hekk ikun neċessarju u safejn ikun possibbli, jiġi adattat għall-eqreb jedd in rem ekwivalenti skont id-dritt ta' dak l-Istat filwaqt li jittieħed kont tal-għanijiet u tal-interessi li jfittex il-jedd in rem speċifiku u l-effetti marbutin miegħu.
(Jaqbel mal-Artikolu 31 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 67 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 17
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jippreġudikaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imperattivi li r-rispett tagħhom jitqies li huwa kruċjali minn Stat Membru għas-salvagwardja tal-interessi pubbliċi tiegħu, bħall-organizzazzjoni politika, soċjali jew ekonomika tiegħu, sal-punt li jkun jeħtieġ l-applikazzjoni tagħhom għal kwalunkwe sitwazzjoni li taqa' fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom, irrispettivament mil-liġi applikabbli għas-sħubija reġistrata bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament.
1.  Id-dispożizzjonijiet obbligatorji li jirbħu fuq l-oħrajn kollha huma dispożizzjonijiet manifestament inkompatibbli mal-politika pubblika (ordre public) tal-Istat Membru kkonċernat. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jinterpretaw l-eċċezzjoni tal-politika pubblika b’mod li jkun kontra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tal-istess, li jipprojbixxi l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni.
2.  Dan ir-Regolament ma jirrestrinġix l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-liġi tal-forum li jirbħu fuq l-oħrajn kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet li jipproteġu l-kompromessi skont it-termini tal-Artikolu 31.
(Jaqbel ma’ AM 69 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1
1.  L-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tal-liġi indikata minn dan ir-Regolament tista’ titwarrab biss jekk din l-applikazzjoni tkun manifestament inkompatibbli mal-ordni pubbliku tal-forum..
1.  L-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tal-liġi ta’ kull Stat indikata minn dan ir-Regolament ta’ Stat tista’ titwarrab biss jekk l-applikazzjoni tagħha tkun manifestament inkompatibbli mal-ordni pubbliku tal-qorti li jitressqu l-proċedimenti quddiemha.
(Jaqbel mal-Artikolu 35 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 70 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 19
Meta dan ir-Regolament ikun jeħtieġ l-applikazzjoni tal-liġi ta’ Stat, huwa jfisser l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ f'dak il-pajjiż bl-esklużjoni tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat tiegħu.
Fejn dan ir-Regolament jipprevedi l-applikazzjoni tal-liġi ta' Stat, dan jirreferi għar-regoli tad-dritt fis-seħħ f'dak l-Istat għajr għar-regoli tad-dritt internazzjonali privat.
(Jaqbel ma’ AM 71 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 20
Stati li jkollhom żewġ sistemi tad-dritt jew aktar – kunflitti tal-liġijiet territorjali
Stati b’aktar minn ordinament ġuridiku wieħed – konflitti tal-liġijiet interlokali
1.  Fejn id-dritt speċifikat minn dan ir-Regolament ikun dak ta' Stat li jinkludi diversi unitajiet territorjali, fejn kull waħda minnhom ikollha r-regoli tad-dritt proprji tagħha rigward ir-reġimi patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati, ir-regoli interni dwar il-konflitt tal-liġijiet ta' dak l-Istat jiddeterminaw l-unità territorjali rilevanti li r-regoli tal-liġi proprji tagħha jiġu japplikaw.
Meta Stat ikun jinkludi diversi unitajiet territorjali li kollha jkollhom is-sistema tad-dritt proprja tagħhom jew il-ġabra ta’ regoli proprja tagħhom li jkunu jirrigwardaw il-kwistjonijiet irregolati minn dan ir-Regolament :
1a.  Fin-nuqqas ta' tali regoli interni dwar il-konflitt tal-liġijiet:
(a)  kull riferiment għal-liġi ta’ dan l-Istat għandha tiġi interpretata, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament, bħala riferiment għal-liġi fis-seħħ fl-unità territorjali kkonċernata;
(a)  kull referenza għal-liġi tal-Istat li hemm riferiment għalih fil-paragrafu 1 tiġi interpretata, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli abbażi tad-dispożizzjonijiet dwar ir-residenza abitwali tas-sħab, bħala riferiment għal-liġi tal-unità territorjali li fiha s-sħab ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom;
(b)  kull riferiment għar-residenza abitwali f'dan l-Istat għandha tiġi interpretata bħala riferiment għar-residenza abitwali f’unità territorjali;
(b)  kwalunkwe referenza għal-liġi tal-Istat imsemmi fil-paragrafu 1 tiġi interpretata, għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-dritt applikabbli skont id-dispożizzjonijiet li jirreferu għan-nazzjonalità tas-sħab, bħala li tirreferi għal-liġi tal-unità territorjali li magħha s-sħab għandhom l-eqreb rabta;
(c)  kull riferiment għan-nazzjonalità għandha tirrigwarda l-unità territorjali stabbilita mil-liġi ta’ dan l-Istat jew, fin-nuqqas ta’ regoli applikabbli, l-unità territorjali magħżula mill-partijiet jew, fin-nuqqas ta’ għażla, l-unità territorjali li magħha jkollu l-aktar rabtiet mill-qrib wieħed mis-sħab jew ikollhom l-aktar rabtiet mill-qrib is-sħab.
(c)  kull referenza għal-liġi tal-Istat imsemmi fil-paragrafu 1 titqies, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli skont kwalunkwe dispożizzjoni oħra li tirreferi għall-fatturi ta’ konnessjoni oħrajn, bħala li tirreferi għal-liġi tal-unità territorjali fejn ikun jinsab il-fattur ta’ konnessjoni rilevanti.
(Jaqbel mal-Artikolu 36 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 72 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 20a (ġdid)
Artikolu 20a
Stati b'aktar minn ordinament ġuridiku wieħed - dispożizzjonijiet ta’ konflitti ta' liġijiet interpersonali
Fir-rigward ta' Stat li jkollu żewġ sistemi legali jew aktar jew ġabra ta' regoli applikabbli għal gruppi differenti ta' persuni fir-rigward tal-effetti patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati, kwalunkwe referenza għal-liġi ta' dan l-Istat għandha titqies bħala li tirreferi għas-sistema legali jew ġabra ta' regoli determinati mir-regoli fis-seħħ f'dak l-Istat. Fin-nuqqas ta' regoli bħal dawn, għandhom japplikaw is-sistema legali jew il-ġabra ta' regoli li magħhom is-sħab ikollhom l-aktar rabta mill-qrib.
(Jaqbel ma’ AM 73 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 20b (ġdid)
Artikolu 20b
Meta dan ir-Regolament mhuwiex applikabbli għal konflitti ta' liġijiet interni
Stat Membru li jkollu diversi unitajiet territorjali, li kull waħda minnhom jkollha l-leġiżlazzjoni proprja tagħha fir-rigward tal-effetti patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati, ma jkunx obbligat li japplika dan ir-Regolament għall-konflitt tal-liġijiet li jkun jirriżulta bejn dawn l-unitajiet territorjali biss.
(Jaqbel ma’ AM 74 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1
1.  Id-deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru għandhom jiġu rikonoxxuti fl-Istati Membri l-oħra mingħajr ma tkun meħtieġa xi proċedura speċjali.
1.  Id-deċi¿jonijiet mogħtija fi Stat Membru għandhom jiġu rikonoxxuti fl-Istati Membri l-oħra mingħajr ma tkun meħtieġa xi proċedura speċjali. Ir-rikonoxximent ta' dawn id-deċiżjonijiet ma jimplikax madankollu li l-Istati Membri jirrikonoxxu s-sħubijiet reġistrati bħala istituzzjoni ġuridika fil-liġi nazzjonali tagħhom.
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 2
2.  Fil-każ ta' kontestazzjoni, kull parti interessata li tinvoka r-rikonoxximent bħala talba prinċipali, tista' titlob li jiġi kkonstatat, skont il-proċedimenti previsti fl-Artikoli [38 sa 56] tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, li d-deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta.
2.  Fil-każ ta' kontestazzjoni, kull parti interessata li tinvoka r-rikonoxximent bħala talba prinċipali, tista' titlob li jiġi kkonstatat, skont il-proċedimenti previsti fl-Artikoli 27b sa 27o, li dik id-deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta.
(Jaqbel mal-Artikolu 39 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 75 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – punt a
(a)  ir-rikonoxximent ikun manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-Istat Membru li ssirlu t-talba;
(a)  ir-rikonoxximent ikun manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-Istat Membru li fih jintalab ir-rikonoxximent;
(Jaqbel mal-Artikolu 40 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 76 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – punt b
(b)  l-att promotur jew att ekwivalenti ma jkunx ġie notifikat lill-konvenut kontumaċi fi żmien biżżejjed u b’tali mod li dan ikun jista’ jiddefendi ruħu, sakemm huwa ma jkunx ikkontesta d-deċiżjoni meta kellu l-possibbiltà li jagħmel dan;
(b)  l-att promotur jew att ekwivalenti ma jkunx ġie notifikat lill-konvenut kontumaċi fi żmien biżżejjed u b’tali mod li dan ikun jista’ jiddefendi ruħu, sakemm huwa ma jkunx appella mid-deċiżjoni meta kellu l-possibbiltà li jagħmel dan;
(Jaqbel parzjalment mal-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – punt c
(c)  tkun inkonċiljabbli ma' deċiżjoni oħra mogħtija bejn l-istess partijiet fl-Istat Membru li ssirlu t-talba;
(c)  ma tkunx kompatibbli ma' deċiżjoni oħra mogħtija fi proċediment bejn l-istess partijiet fl-Istat Membru li fih ir-rikonoxximent ikun ingħata;
(Jaqbel mal-Artikolu 40 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 78 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – punt d
(d)  tkun inkonċiljabbli ma' deċiżjoni mogħtija preċedentement fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz bejn l-istess partijiet f’tilwima bl-istess suġġett u l-istess kawża, meta d-deċiżjoni li tkun ingħatat qabel tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent tagħha fl-Istat Membru li ssirlu t-talba.
(d)  ma tkunx kompatibbli ma' deċiżjoni mogħtija preċedentement fi proċediment fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz waqt il-proċedimenti bejn l-istess partijiet f’tilwima bl-istess suġġett u l-istess kawża, meta d-deċiżjoni li tkun ingħatat qabel tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent tagħha fl-Istat Membru li fih ir-rikonoxximent qed jiġi mfittex.
(Jaqbel mal-Artikolu 40 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 79 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 25
Id-deċiżjoni barranija ma tista', fl-ebda ċirkustanza, tkun is-suġġett ta' rieżami fil-mertu.
Id-deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru ma tista', fl-ebda ċirkustanza, tiġi riveduta fil-mertu tagħha.
(Jaqbel mal-Artikolu 41 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 80 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 26
Il-qorti ta' Stat Membru li quddiemha titressaq talba għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru ieħor tista' tissospendi l-proċedimenti quddiemha jekk din id-deċiżjoni tkun ġiet appellata.
Il-qorti ta' Stat Membru li quddiemha ssir talba għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru ieħor tista' tissospendi l-proċedimenti quddiemha jekk din id-deċiżjoni tkun ġiet appellata fl-Istat Membru tal-oriġini.
(Jaqbel mal-Artikolu 42 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 81 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 27
Id-deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru u li huma eżegwibbli fih u t-tranżazzjonijiet ġudizzjarji, jiġu eżegwiti fl-Istati Membri l-oħra, skont l-Artikoli [38 sa 56 u 58] tar-Regolament (KE) Nru 44/2001.
Id-deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru u li jkunu eżegwibbli f'dak l-Istat u t-tranżazzjonijiet ġudizzjarji jkunu eżegwibbli fi Stat Membru ieħor meta, wara rikors ta’ kwalunkwe parti interessata, ikunu ġew iddikjarati eżegwibbli fi Stati Membri oħrajn skont l-Artikoli 27b sa 27o.
(Jaqbel mal-Artikolu 43 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 82 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 27a (ġdid)
Artikolu 27a
Determinazzjoni ta' domiċilju
Sabiex jiġi ddeterminat jekk, għall-finijiet tal-proċedura prevista fl-Artikoli 27b sa 27o, parti hijiex domiċiljata fl-Istat Membru tal-infurzar, il-qorti li jitressqu l-proċedimenti quddiemha għandha tapplika l-liġi interna ta' dak l-Istat Membru.
(Jaqbel mal-Artikolu 44 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 83 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 27b (ġdid)
Artikolu 27b
Ġuriżdizzjoni tal-qrati lokali
1.  L-applikazzjoni għal dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà għandha tiġi ppreżentata lill-qorti jew lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni notifikata minn dak l-Istat Membru lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 33.
2.  Il-ġuriżdizzjoni lokali għandha tiġi determinata b'referenza għal post tad-domiċilju tal-parti li kontra tagħha tkun qed titfittex l-eżekuzzjoni, jew fil-post tal-infurzar.
(Jaqbel mal-Artikolu 45 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 84 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 27c (ġdid)
Artikolu 27c
Proċeduri
1.  Il-proċedura ta' applikazzjoni għandha tkun irregolata mil-liġi tal-Istat Membru ta’ infurzar.
2.  L-applikant ma għandux ikun meħtieġ li jkollu indirizz postali jew rappreżentant awtorizzat fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni.
3.  L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin:
(a)  kopja tad-deċiżjoni li tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa biex tiġi stabbilita l-awtentiċità tagħha;
(b)  l-attestazzjoni maħruġa mill-qorti jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini bl-użu tal-formola stabbilita f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 33c(2), mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27d.
(Jaqbel mal-Artikolu 46 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 85 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 27d (ġdid)
Artikolu 27d
Nuqqas ta' preżentazzjoni tal-attestazzjoni
1.  Jekk l-attestazzjoni li hemm riferiment għaliha fil-punt (b) tal-Artikolu 27c(3) ma tiġix ippreżentata, il-qorti jew l-awtorità kompetenti tista' tispeċifika terminu għall-preżentata tagħha jew taċċetta dokument ekwivalenti jew, jekk tikkunsidra li jkollha informazzjoni biżżejjed quddiemha, tgħaddi mingħajrha.
2.  Jekk il-qorti jew awtorità kompetenti tkun hekk tirrikjedi, tiġi ppreżentata traduzzjoni tad-dokumenti. It-traduzzjoni ssir minn persuna kkwalifikata biex tittraduċi f'wieħed mill-Istati Membri.
(Jaqbel mal-Artikolu 47 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 86 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 27e (ġdid)
Artikolu 27e
Dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà
Id-deċiżjoni għandha tiġi ddikjarata eżegwibbli immedjatament wara li jitlestew il-formalitajiet fl-Artikolu 27c mingħajr ebda reviżjoni skont l-Artikolu 22. Il-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni m’għandhiex f'dan l-istadju tal-proċedimenti tkun intitolata tipprovdi spjegazzjonijiet dwar l-applikazzjoni.
(Jaqbel mal-Artikolu 48 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 87 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 27f (ġdid)
Artikolu 27f
Notifika tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà
1.  Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà għandha tinġieb immedjatament għall-attenzjoni tal-applikant skont il-proċedura stabbilita bil-liġi tal-Istat Membru tal-infurzar.
2.  Id-dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà għandha tiġi notifikata lill-parti li kontriha qed jintalab l-infurzar, akkumpanjata mid-deċiżjoni, jekk din ma tkunx diġà ġiet notifikata lil dik il-parti.
(Jaqbel mal-Artikolu 49 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 88 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 27g (ġdid)
Article 27g
Appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà
1.  Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà tista' tiġi appellata minn kwalunkwe waħda mill-partijiet.
2.  L-appell għandu jiġi ppreżentat quddiem il-qorti kkomunikata mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 33.
3.  L-appell għandu jiġi trattat skont ir-regoli li jirregolaw il-proċedura f'materji kontradittorji.
4.  Jekk il-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni tonqos milli tidher quddiem il-qorti tal-appell fi proċedimenti dwar appell imressaq mir-rikorrent, għandu japplika l-Artikolu 11, anki meta l-parti li kontriha tintalab l-eżeluzzjoni ma tkun domiċiljata fit-territorju ta' ebda Stat Membru.
5.  L-appell kontra d-dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà jiġi ppreżentat fi żmien 30 jum minn dakinhar li jiġi notifikat. Jekk il-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni tkun domiċiljata fi Stat Membru li ma jkunx dak dak li fih tkun ingħatat id-dikjarazzjoni ta' eżegwibilità, it-terminu għall-appell ikun ta' 60 jum u jibda jiddekorri mill-jum tan-notifika, kemm jekk tali notifika tkun saret personalment kemm jekk fir-residenza tagħha. L-ebda proroga ma tista’ tingħata minħabba d-distanza.
(Jaqbel mal-Artikolu 50 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 89 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 27h (ġdid)
Artikolu 27h
Proċedura biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fl-appell
Id-deċiżjoni mogħtija fl-appell tista' tiġi kkontestata biss permezz tal-proċedura kkomunikata mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 33.
(Jaqbel mal-Artikolu 51 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 90 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 27i (ġdid)
Artikolu 27i
Rifjut jew revoka ta' dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà
Il-qorti li quddiemha jkun ġie ppreżentat appell skont l-Artikolu 27g jew l-Artikolu 27h għandha tirrifjuta jew tirrevoka dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà unikament għal xi waħda mir-raġunijiet speċifikati fl-Artikolu 22. Hija għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha mingħajr dewmien.
(Jaqbel mal-Artikolu 52 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 91 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 27j (ġdid)
Artikolu 27j
Sospensjoni tal-proċedimenti
Il-qorti ppreżentata b'appell skont l-Artikolu 27g jew l-Artikolu 27h għandha, mal-applikazzjoni tal-parti li kontriha jintalab l-infurzar, tissospendi l-proċedimenti jekk l-eżegwibbiltà tad-deċiżjoni tiġi sospiża fl-Istat Membru tal-oriġini minħabba appell.
(Jaqbel mal-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 92 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 27k (ġdid)
Artikolu 27k
Miżuri proviżorji, inklużi dawk protettivi
1.  Meta deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta skont din it-Taqsima, xejn ma jimpedixxi lir-rikorrent milli jinqeda bil-provvedimenti provviżorji, inklużi provvedimenti protettivi, skont il-liġi tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni mingħajr ma tkun meħtieġa dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà skont it-termini tal-Artikolu 27e.
2.  Id-dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà ġġib magħha bl-applikazzjoni tal-liġi l-poter li wieħed jipproċedi għal kwalunkwe provvediment protettiv.
3.  Matul it-terminu speċifikat għall-appell a tenur tal-Artikolu 27(5) kwantu għad-dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà u sakemm ma jkun ġie deċiż kwalunkwe appell bħal dak, l-ebda provvediment ta' eżekuzzjoni ma jista’ jittieħed ħlief bi provvedimenti protettivi kontra l-beni tal-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni.
(Jaqbel mal-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 93 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 27l (ġdid)
Artikolu 27l
Eżegwibbiltà parzjali
1.  Meta tkun ingħatat deċiżjoni rigward diversi materji u d-dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà ma tkunx tista’ tingħata għalihom kollha, il-qorti jew l-awtorità kompetenti għandha tagħtiha għal waħda minnhom jew aktar.
2.  Applikant jista' jitlob dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà limitata għal partijiet minn deċiżjoni.
(Jaqbel mal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 94 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 27 m (ġdid)
Artikolu 27m
Għajnuna legali
Rikorrent li, fl-Istat Membru tal-oriġini, ikun ibbenefika bis-sħiħ jew parzjalment mill-għajnuna legali jew minn eżenzjoni mill-kostijiet jew mill-ispejjeż, ikun intitolat, fi kwalunkwe proċediment għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà, li jibbenefika mill-għajnuna legali l-aktar favorevoli jew mill-usa’ eżenzjoni mill-kostijiet jew mill-ispejjeż kif ikun hemm dispost fil-liġi tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.
(Jaqbel mal-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 95 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 27 n (ġdid)
Artikolu 27 n
Ebda garanzija, bond jew depożitu
L-ebda garanzija, bond jew depożitu, irrispettivament mid-deskrizzjoni, ma għandhom ikunu meħtieġa minn parti li fi Stat Membru tapplika għal rikonoxximent, id-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà jew l-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru ieħor minħabba li tkun ċittadin barrani jew li ma tkunx domiċiljata jew residenti fl-Istat Membru tal-infurzar.
(Jaqbel mal-Artikolu 57 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 96 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 27 o (ġdid)
Artikolu 27o
Ebda imposta jew tariffa
Fil-proċedimenti għall-ħruġ ta' dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà, m'għandhom jiġu imposti l-ebda imposta jew tariffa kkalkulati b'referenza għall-valur tal-materja inkwistjoni fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.
(Jaqbel mal-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 97 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 28
Rikonoxximent tal-atti awtentiċi
Aċċettazzjoni tal-istrumenti awtentiċi
1.   L-atti awtentiċi rċevuti fi Stat Membru għandhom jiġu rikonoxxuti fl-Istati Membri l-oħra ħlief jekk ikun hemm kontestazzjoni dwar il-validità tagħhom skont il-liġi applikabbli u bil-kundizzjoni li rikonoxximent bħal dan ma jkunx kontra l-ordni pubbliku tal-Istat Membru li ssirlu t-talba.
1.   L-atti awtentiċi stabbiliti fi Stat Membru jkollu l-istess effetti probatorji fi Stat Membru ieħor bħal ma jkollhom fl-Istat Membru tal-oriġini jew l-aktar effetti komparabbli, bil-kondizzjoni li dan ma jkunx manifestament kuntrarju għall-ordni pubbliku (ordre public) fl-Istat Membru kkonċernat.
Il-persuna li tixtieq tagħmel użu minn strument awtentiku fi Stat Membru ieħor tista' titlob lill-awtorità li tistabbilixxi l-istrument awtentiku fl-Istat Membru tal-oriġini biex timla l-formula li għandha tiġi stabbilita f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 33c(2) li tiddeskrivi l-effetti evidenzjarji li l-istrument awtentiku jipproduċi fl-Istat Membru tal-oriġini.
1a.   Kwalunkwe kontestazzjoni marbuta mal-awtentiċità ta' strument awtentiku għandha ssir quddiem il-qrati tal-Istat Membru ta' oriġini u għandha tittieħed deċiżjoni dwarha skont il-liġi ta' dak l-Istat. L-istrument awtentiku kkontestat ma għandu jipproduċi l-ebda effett evidenzjarju fi Stat Membru ieħor sakemm il-kontestazzjoni tkun għadha pendenti quddiem il-qorti kompetenti.
1b.  Kwalunkwe impunjazzjoni marbuta mal-atti ġuridiċi jew mar-rapporti ġuridiċi rreġistrati fi strument awtentiku ssir quddiem il-qrati li jkollhom ġuriżdizzjoni skont dan ir-Regolament u tiġi deċiża skont id-dritt applikabbli taħt il-Kapitolu III jew skont id-dritt li hemm riferiment għalih fl-Artikolu 32. L-istrument awtentiku li jkun ġie kkontestat ma għandu jipproduċi l-ebda effett evidenzjarju fi Stat Membru ħlief l-Istat Membru tal-oriġini fir-rigward tal-materja li tkun qed tiġi kkontestata sakemm il-kontestazzjoni tkun għadha pendenti quddiem il-qorti kompetenti.
1c.  Jekk l-eżitu tal-proċedimenti f'qorti ta' Stat Membru jiddependi fuq id-determinazzjoni ta' kwistjoni inċidentali relatata mat-tranżazzjonijiet legali jew ir-relazzjonijiet legali rreġistrati fi strument awtentiku fi kwistjonijiet ta' reġim patrimonjali, dik il-qorti għandu jkollha ġuriżdizzjoni fuq dik il-kwistjoni.
2.  Ir-rikonoxximent tal-atti awtentiċi għandu l-effett li jagħti lil dawn l-atti valur probatorju fir-rigward tal-kontenut tagħhom kif ukoll preżunzjoni sempliċi ta’ validità.
(Jaqbel mal-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 98 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 1
1.  L-atti awtentiċi mħejjija u eżegwibbli fi Stat Membru għandhom, fuq rikors, jiġu ddikjarati eżegwibbli fi Stat Membru ieħor, skont il-proċedura prevista fl-Artikoli [38 sa 57] tar-Regolament (KE) Nru 44/2001.
1.  Strument awtentiku li jkun eżegwibbli fl-Istat Membru tal-oriġini jiġi ddikjarat eżegwibbli fi Stat Membru ieħor meta jsir rikors minn kwalunkwe parti interessata skont il-proċedura prevista fl-Artikoli 27b sa 27o.
1a.  Għall-finijiet tal-Artikolu 27c(3)(b), l-awtorità li tkun stabbilit l-istrument awtentiku toħroġ, meta jsir rikors f’dan is-sens minn kwalunkwe parti interessata, attestazzjoni bl-użu tal-forma li tiġi stabbilita skont il-proċedura konsultattiva li hemm riferiment għaliha fl-Artikolu 33(2).
2.  Il-qorti li quddiemha jiġi ppreżentat rikors bis-saħħa tal-Artikolu [43 u 44] tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 la tista’ tiċħad u lanqas tirrevoka dikjarazzjoni li tikkonstata l-eżegwibbiltà ħlief jekk l-eżekuzzjoni tal-att awtentiku tkun kontra l-ordni pubbliku tal-Istat Membru li ssirlu t-talba.
2.  Il-qorti li quddiemha jkun ġie ppreżentat rikors bis-saħħa tal-Artikolu 27g jew l-Artikolu 27h tiċħad jew tirrevoka dikjarazzjoni li tikkonstata l-eżegwibbiltà ħlief jekk l-eżekuzzjoni tal-istrument awtentiku tkun manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.
(Jaqbel mal-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 99 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 30
Rikonoxximent u eżegwibbiltà ta’ tranżazzjonijiet ġudizzjarji
Eżegwibbiltà ta’ tranżazzjonijiet ġudizzjarji
It-tranżazzjonijiet ġudizzjarji li huma eżegwibbli fl-Istat Membru ta’ oriġini huma rikonoxxuti u ddikjarati eżegwibbli fi Stat Membru ieħor fuq it-talba ta’ kwalunkwe parti interessata, taħt l-istess kundizzjonijiet tal-atti awtentiċi. Il-qorti li quddiemha jiġi ppreżentat rikors bis-saħħa tal-Artikolu [42 jew 44] tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 la għandha tiċħad u lanqas tirrevoka dikjarazzjoni li tikkonstata l-eżegwibbiltà ħlief jekk l-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ġudizzjarja tkun kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni.
1.   It-tranżazzjonijiet ġudizzjarji li huma eżegwibbli fl-Istat Membru ta’ oriġini huma ddikjarati eżegwibbli fi Stat Membru ieħor meta jsir rikors min-naħa ta’ kwalunkwe parti interessata skont il-proċedura kif hemm dispost fl-Artikoli 27b sa 27o.
1a.  Għall-finijiet tal-Artikolu 27c(3)(b), il-qorti li tkun approvat is-soluzzjoni jew li quddiemha tkun ġiet konkluża toħroġ, meta jsir rikors appositu mill-parti interessata, attestazzjoni bl-użu tal-formola li tuża l-forma li tkun stabbilita skont il-proċedura konsultattiva li hemm riferiment għaliha fl-Artikolu 33c(2).
1b.  Il-qorti li quddiemha jkun ġie ppreżentat rikors skont l-Artikolu 27g jew l-Artikolu 27h ma tistax tiċħad jew tirrevoka dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà ħlief jekk l-eżekuzzjoni tal-att awtentiku tkun tmur manifestament kontra l-ordni pubbliku (ordre publique) tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.
(Jaqbel mal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 100 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – titolu
Effetti fil-konfront ta’ terzi persuni
Protezzjoni ta’ partijiet terzi
(Jaqbel ma’ AM 101 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 1
1.  L-effetti patrimonjali tas-sħubija reġistrata fuq relazzjoni legali bejn wieħed mis-sħab u terza persuni huma rregolati mil-liġi tal-Istat tar-reġistrazzjoni tas-sħubija reġistrata msemmi fl-Artikolu 15.
1.  L-effetti patrimonjali tas-sħubija reġistrata fuq relazzjoni legali bejn wieħed mis-sħab u parti terza huma rregolati mid-dritt applikabbli għar-reġimi patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati skont dan ir-Regolament.
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 2
2.  Madankollu, id-dritt ta’ Stat Membru jista’ jipprevedi li l-liġi applikabbli ma tistax tintuża minn wieħed mis-sħab kontra terza persuna meta wieħed mis-sħab jew terza persuna jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru u l-kundizzjonijiet dwar il-pubbliċità jew ir-reġistrazzjoni previsti minn dan id-dritt ma jkunux twettqu, sakemm it-terza persuna ma kinitx taf jew kellha tkun taf bil-liġi applikabbli għall-effetti patrimonjali tas-sħubija reġistrata.
2.  Madankollu, f’rapport ġuridiku bejn sieħeb u terz, l-ebda wieħed mis-sħab ma jista’ jistrieħ fuq id-dritt applikabbli għar-reġim patrimonjali f’rapport ġuridiku mat-terz u t-terz ikollhom r-residenza abitwali tagħhom fl-istess Stat li ma jkunx l-Istat li d-dritt tiegħu huwa applikabbli għar-reġim patrimonjali ta' sħubija reġistrata. F’każijiet ta' din ix-xeħta, id-dritt tal-Istat Membru fejn is-sieħeb ikkonċernat u t-terz ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom japplika għall-effetti tar-reġim patrimonjali fuq it-terz.
(Jaqbel ma’ AM 102 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 3
3.  Bl-istess mod, id-dritt tal-Istat Membru fejn tkun tinstab proprjetà immobbli jista’ jipprevedi regola analoga għal dik prevista fil-paragrafu 2 għar-relazzjonijiet legali bejn wieħed mis-sħab u terza persuna dwar tali proprjetà immobbli.
3.  Il-paragrafu 2 ma għandux japplika jekk:
(a)  it-terz kien jkaf jew kien imissu kien jaf dwar d-dritt applikabbli għar-reġim patrimonjali ta’ sħubija reġistrata;
(b)  ir-rekwiżiti dwar ir-reġistrazzjoni jew il-pubbliċità tar-reġim patrimonjali tas-sħubija reġistrata skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Istat tar-residenza abitwali tat-terz u s-sieħeb f’rapport ġuridiku mat-terz ikun ġew sodisfatti, jew
(c)  fi tranżazzjonijiet dwar immobbli, ir-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni jew pubbliċità tar-reġim patrimonjali tas-sħubija reġistrata fir-rigward tal-immobbli skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Istat fejn ikun jinsab l-immobbli kienu ġew sodisfatti.
(Jaqbel ma’ AM 103 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu -32 (ġdid)
Artikolu -32
Residenza abitwali
1.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ir-residenza abitwali ta' kumpanniji, assoċjazzjonijiet u persuni ġuridiċi, għandha tkun il-post tal-amministrazzjoni ċentrali. Ir-residenza abitwali ta' persuna fiżika fil-kors tal-eżerċizzju tal-attività professjonali tagħha għandha tkun is-sede prinċipali tagħha.
2.  Fejn il-kuntratt jiġi konkluż fil-kors tal-operazzjoni ta' fergħa, aġenzija jew ta' kwalunkwe stabbiliment ieħor, jew jekk, skont il-kuntratt, il-prestazzjoni tkun ir-responsabbiltà ta' tali fergħa, aġenzija jew stabbiliment, il-post fejn il-fergħa, l-aġenzija jew kwalunkwe stabbiliment ieħor ikunu jinsabu jitqies bħala l-post ta' residenza abitwali.
3.  Għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-residenza abitwali, il-mument relevanti jkun il-waqt tal-konklużjoni tar-rapport ġuridiku.
(Jaqbel ma’ AM 104 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba)  l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti b’ġuriżdizzjoni biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà skont l-Artikolu 27b(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 27g(2);
(Jaqbel mal-Artikolu 78(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 105 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)
(bb)  il-proċeduri biex tiġi kontestata d-deċiżjoni mogħtija f’appell li hemm riferiment għaliha fl-Artikolu 27h.
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’kull emenda sussegwenti għal dawn id-dispożizzjonijiet.
2.  L-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-emendi sussegwenti għal din l-informazzjoni.
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni għandha tpoġġi l-informazzjoni kkomunikata skont il-paragrafi 1 u 2 għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz ta' mezzi approprjati, b'mod partikolari permezz tas-sit tal-internet multilingwi tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali.
3.  Il-Kummissjoni għandha tpoġġi l-informazzjoni kkomunikata, f'konformità mal-paragrafi 1 u 2, disponibbli għall-pubbliku b’mod sempliċi permezz ta' mezzi adattati, b'mod partikolari permezz tas-sit tal-internet multilingwu tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fl-oqsma ċivili u kummerċjali.
L-Istati Membri jiżguraw li l-informazzjoni f'dik il-websajt multilingwi tkun aċċessibbli wkoll permezz ta’ kull websajt uffiċjali oħrajn li jkunu tellgħu, b’mod partikolari billi jagħtu link għall-websajt tal-Kummissjoni.
(Jaqbel mal-Artikolu 78(3) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 108 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Il-Kummissjoni ddaħħal għodda ta’ informazzjoni u taħriġ għall-uffiċjali rilevanti tal-qrati u għal dawk li jeżerċitaw l-professjonijiet legali billi jitwaqqaf portal interattiv bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, inkluża sistema għall-iskambju tal-għarfien u l-prattiki professjonali.
(Jaqbel ma’ AM 109 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 33a (ġdid)
Artikolu 33a
Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-lista li fiha l-informazzjoni li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 2(1a)
1.  Il-Kummissjoni, abbażi tan-notifiki mill-Istati Membri, tistabbilixxi l-lista ta' awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 2(1a).
2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla sussegwenti għall-informazzjoni li tinsab f'dik il-lista. Il-Kummissjoni għandha temenda l-lista skont dan.
3.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista u kwalunkwe emenda sussegwenti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
4.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblikament disponibbli l-informazzjoni kollha nnotifikata f'konformità mal-paragrafi 1 u 2 permezz ta' kwalunkwe mezz ieħor li jkun adatt, b'mod partikolari permezz tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali.
(Jaqbel mal-Artikolu 79 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 110 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 114
Proposta għal regolament
Artikolu 33b (ġdid)
Artikolu 33b
Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-attestazzjonijiet u l-formoli li hemm riferiment għalihom fl-Artikoli 27c, 28, 29 u 30
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu u sussegwentement jemendaw l-attestazzjonijiet u l-formoli li hemm riferiment fl-Artikoli 27c, 28, 29 und 30. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 33c(2).
(Jaqbel mal-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 111 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 115
Proposta għal regolament
Artikolu 33 c (ġdid)
Artikolu 33c
Proċedura tal-Kumitat
1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
(Jaqbel mal-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 112 tar-rapport f’2011/0059(CNS).)
Emenda 116
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
Fir-rapporti tagħha l-Kummissjoni teżamina b'mod partikolari l-kwestjonijiet li ġejjin:
–  l-użu tal-possibbiltajiet għall-ftehim tal-għażla tad-dritt u tal-għażla tal-ġuriżdizzjoni permezz tas-sħubijiet reġistrati u l-effetti fil-prattika,
–  l-effikaċja tar-rekwiżiti konsultattivi fl-għażla tad-dritt,
–  l-użu tal-possibbiltajiet għad-dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni mill-qrati ta’ dawk l-Istati Membri li ma jirrikonoxxux l-istituzzjonijiet tas-sħubija reġistrata, u l-effetti fil-prattika, u
–  il-potenzjal għal aktar konverġenza tar-regoli f’dan ir-Regolament ma’ dawk [ tar-Regolament dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet fil-qasam tar-reġim matrimonjali tas-sħubijiet reġistrati], bl-objettiv li jkun hemm aktar ugwaljanza.
Emenda 117
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 3
3.  Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III huma biss applikabbli għas-sħab li jkunu rreġistraw is-sħubija tagħhom.
3.  Il-Kapitolu III japplika biss għas-sħab reġistrati li wara l-bidu tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament
(a)  ikunu daħlu fi sħubija reġistrata, jew
(b)  ikunu għażlu d-dritt f’dak li għandu x’jaqsam mad-dritt applikabbli għar-reġim patrimonjali tagħhom.
Ftehim dwar l-għażla tad-dritt magħmula qabel [id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], ukoll ikun validu jekk kemm-il darba jkun jissodisfa r-rekwiżiti tal-Kapitolu III jew jekk ikun validu skont id-dritt applikabbli skont ir-regoli relevanti tad-dritt internazzjonali privat fiż-żmien tal-għażla tal-liġi.
Meta ftehim dwar l-għażla tad-dritt li ġie konkluż qabel [iż-żmien tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] bi stennija tal-possibbiltà tal-għażla tad-dritt li hemm dispost dwarha f’dan ir-Regolament, iżda dak il-ftheim ma jkunx validu skont id-dritt applikabbli skont ir-regoli rilevanti tad-dritt internazzjonali privat fiż-żmien meta l-ftehim dwar l-għażla tad-dritt applikabbli jkun ġie konkluż billi ma jkunx hemm il-possibilità li ssir għażla tad-dritt għas-sħubijiet reġistrati skont id-dritt applikabbli, dak il-ftehim ikun validu fiż-[żmien tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].

I-reġimi patrimonjali matrimonjali *
PDF 819kWORD 75k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Settembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tar-reġimi matrimonjali (COM(2011)0126 – C7-0093/2011 – 2011/0059(CNS))
P7_TA(2013)0338A7-0253/2013

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0126),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0093/2011),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mis-Senat Taljan, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0253/2013),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Dan ir-Regolament jikkonċerna l-kwistjonijiet marbuta mar-reġimi matrimonjali. Huwa ma jkoprix il-kunċett ta' "żwieġ"; definit mil-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri.
(10)  Dan ir-Regolament jikkonċerna l-kwistjonijiet marbuta mar-reġimi matrimonjali. Huwa ma jiddefinixxix il-kunċett ta' "żwieġ"; definit mil-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri. Huwa pjuttost jadotta attitudini newtrali għal dan il-kunċett. Ir-Regolament ma jaffettwax id-definizzjoni tal-kunċett taż-żwieġ fid-dritt nazzjonali tal-Istati Membri.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jiġi estiż fuq il-kwistjonijiet ċivili kollha relatati mar-reġimi matrimonjali, li jikkonċernaw kemm il-ġestjoni ta' kuljum tal-beni tal-miżżewġin kif ukoll ix-xoljiment tar-reġim, li jkun jirriżulta b'mod partikolari mis-separazzjoni tal-koppja jew mill-mewt ta' wieħed mill-membri tagħha.
(11)  Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jiġi estiż fuq il-kwistjonijiet ċivili kollha relatati mar-reġimi matrimonjali, li jikkonċernaw kemm il-ġestjoni ta' kuljum tal-beni tal-miżżewġin kif ukoll ix-xoljiment tar-reġim, li jkun jirriżulta b'mod partikolari mis-separazzjoni jew divorzju tal-koppja, jew mid-divorzju jew mill-mewt ta' wieħed mill-membri tagħha.
(Dan jikkorrispondi mal-premessa 9 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 11a (ġdida)
(11a)  Madankolu, dan ir-Regolament m'għandux japplika għal oqsma tad-dritt ċivili, li ma jikkonċernawx ir-reġim dwar ir-reġim matrimonjali. Minħabba raġunijiet ta’ ċarezza, numru ta’ kwistjonijiet li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala relatati mar-reġim matrimonjali għandhom jiġu esklużi espliċitament mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
(Dan jikkorrispondi mal-premessa 11 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  L-obbligi ta' manteniment bejn il-miżżewġin irregolati mir-Regolament (KE) Nru 4/2009 tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni fi kwistjonijiet relatati ma' obbligi ta' manteniment, kif ukoll il-kwistjonijiet relatati mal-validità u l-effetti tad-donazzjonijiet, koperti mir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (Ruma I), ikollhom konsegwentement jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
(12)  L-obbligi ta' manteniment bejn il-miżżewġin, li huma regolati mir-Regolament (KE) Nru 4/2009 tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni fi kwistjonijiet relatati ma' obbligi ta' manteniment, għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, kif ukoll il-kwistjonijiet ta’ suċċessjoni legali fil-każ ta' mewt, koperti mir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta' strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta' Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni1.
______________
1 ĠU L 201, 27.7.2012, p.107.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Il-kwistjonijiet li jirrigwardaw in-natura tad-drittijiet in rem li jistgħu jeżistu fid-dritt nazzjonali tal-Istati Membri, bħal dawk marbuta mal-pubbliċità ta’ dawn id-drittijiet, għandhom ukoll jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament kif inhuma esklużi mir-Regolament (UE) Nru…/… [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-atti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u l-ħolqien ta' Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni]. Għaldaqstant, il-qrati tal-Istat Membru tal-post fejn ikunu jinsabu l-beni ta' wieħed/waħda mill-miżżewġin jew tat-tnejn li huma, jistgħu jieħdu xi miżuri li jikkonċernaw id-drittijiet in rem relatati, b'mod partikolari, mar-reġistrazzjoni tat-trasferiment ta' dawn il-beni fir-reġistru pubbliku, meta l-liġi ta' dan l-Istat Membru tkun tistipulah.
(13)  Dan ir-Regolament, bħar-Regolament (UE) Nru 650/2012, ma għandux jaffettwa n-numru limitat ("numerus clausus") tad-drittijiet in rem magħrufa fid-dritt nazzjonali ta' wħud mill-Istati Membri. Stat Membru ma għandux jintalab jirrikonoxxi dritt in rem relatat ma' proprjetà li tinsab f'dak l-Istat Membru jekk id-dritt in rem ikkonċernat ma jkunx magħruf fil-liġi tiegħu.
(Dan jikkorrispondi mal-premessa 15 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 13a (ġdida)
(13a)  Madankollu, biex il-benefiċjarji jitħallew igawdu fi Stat Membru ieħor id-drittijiet li nħolqu jew li ġew trasferiti lilhom, pereżempju fil-kuntest ta' tilwima li tikkonċerna reġim matrimonjali, dan ir-Regolament għandu jipprevedi l-adattament ta' dritt in rem mhux rikonoxxut għall-eqreb dritt in rem ekwivalenti skont il-liġi ta' dak l-Istat Membru l-ieħor. Fil-kuntest ta' tali adattament għandu jittieħed kont tal-għanijiet u l-interessi segwiti bid-dritt in rem speċifiku u l-effetti marbutin miegħu. Għall-finijiet li jiġi ddeterminat l-eqreb dritt in rem nazzjonali ekwivalenti, l-awtoritajiet jew il-persuni kompetenti tal-Istat, li l-liġi tiegħu tkun applikata għar-reġim matrimonjali, jistgħu jiġu kkuntattjati biex tinkiseb aktar informazzjoni dwar in-natura u l-effetti tad-dritt. Għal dak l-għan, jistgħu jintużaw in-netwerks eżistenti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kummerċjali kif ukoll kwalunkwe mezz disponibbli ieħor li jiffaċilita l-komprensjoni tal-liġi barranija.
(Dan jikkorrispondi mal-premessa 16 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 13b (ġdida)
(13b)  Ir-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni f'reġistru ta' dritt fi propjetà immobbli jew mobbli għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Għalhekk għandha tkun il-liġi tal-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru (għal proprjetà immobbli, il-lex rei sitae) li tiddetermina taħt liema kundizzjonijiet legali u kif għandha ssir ir-reġistrazzjoni u liema awtoritajiet, bħal reġistri tal-artijiet jew in-nutara, huma responsabbli li jivverifikaw li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti kollha u li d-dokumentazzjoni ppreżentata jew stabbilita tkun biżżejjed jew li jkun fiha l-informazzjoni neċessarja.
(Dan jikkorrispondi mal-premessa 18 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 13c (ġdida)
(13c)  L-effetti tar-reġistrar ta' dritt f'reġistru għandhom ukoll jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Għalhekk għandha tkun il-liġi tal-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru li tiddetermina jekk fil-fatt ir-reġistrar huwiex, pereżempju, dikjaratorju jew kostituttiv. B'hekk, fejn pereżempju, l-akkwist ta' dritt fi proprjetà immobbli jeħtieġ li jiġi rreġistrat f'reġistru skont il-liġi tal-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru sabiex jiġi żgurat l-effett erga omnes tar-reġistri jew biex jiġu protetti t-tranżazzjonijiet legali, il-mument ta' tali akkwist għandu jiġi rregolat mil-liġi ta' dak l-Istat Membru.
(Dan jikkorrispondi mal-premessa 19 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 13d (ġdida)
(13d)  Il-kunċett ta’ “reġim matrimonjali”, li jiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandu jkopri r-regoli kollha relatati mal-patrimonju, li japplikaw bejn il-miżżewġin u fir-rispett ta' terza persuna, b’riżultat taż-żwieġ u wara li dan jintemm. Dawn jinkludu mhux biss id-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-liġi applikabbli, iżda wkoll kwalunkwe arranġament fakultattiv, li l-miżżewġin jistgħu jkunu ftiehmu dwaru skont il-liġi applikabbli.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 13e (ġdida)
(13e)  Bħal fil-każ tar-Regolament (UE) Nru 650/2012, dan ir-Regolament għandu jirrispetta s-sistemi differenti għat-trattament tal-kwistjonijiet dwar ir-reġim matrimonjali, li huma applikati fl-Istati Membri. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-terminu "qorti" għandu għalhekk jingħata tifsira wiesgħa sabiex ikopri mhux biss il-qrati fil-veru sens tal-kelma, li jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji, iżda wkoll in-nutara jew l-uffiċċji tar-reġistru f'xi Stati Membri li, f'ċerti kwistjonijiet ta' reġim matrimonjali, jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji bħall-qrati, u n-nutara u l-professjonisti legali li, f'xi Stati Membri, jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji fi kwistjoni speċifika dwar reġim matrimonjali permezz tad-delega tas-setgħa minn qorti. Il-qrati kollha kif definiti f'dan ir-Regolament għandhom ikunu marbutin bir-regoli tal-ġuriżdizzjoni msemmija f'dan ir-Regolament. Konsegwentement, it-terminu "qorti" m'għandux ikopri l-awtoritajiet mhux ġudizzjarji ta' Stat Membru bis-setgħa skont il-liġi nazzjonali li jittrattaw kwistjonijiet ta' reġim matrimonjali, bħan-nutara fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri fejn, bħalma s-soltu jkun il-każ, huma ma jkunux qed jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji.
(Dan jikkorrispondi mal-premessa 20 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Sabiex titqies iż-żieda fil-mobilità tal-koppji matul il-ħajja tagħhom bħala miżżewġin u biex tkun appoġġjata l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni f'dan ir-Regolament jistipulaw li l-kwistjonijiet relatati mar-reġim matrimonjali, inkluż ix-xoljiment tiegħu, marbuta ma' proċeduri ta' divorzju, separazzjoni legali u annullament taż-żwieġ, se jiġu ttrattati mill-qrati tal-Istat Membru li skont ir-Regolament (KE) Nru 2201/2003 tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabilità tal-ġenituri, li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandhom jittrattaw tali proċeduri ta' divorzju, separazzjoni legali u annullament taż-żwieġ.
(14)  Sabiex titqies iż-żieda fil-mobilità tal-koppji matul il-ħajja tagħhom bħala miżżewġin u biex tkun appoġġjata l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni f'dan ir-Regolament jistipulaw li l-kwistjonijiet relatati mar-reġim matrimonjali, inkluż ix-xoljiment tiegħu, marbuta ma' proċeduri ta' divorzju, separazzjoni legali u annullament taż-żwieġ, se jiġu ttrattati mill-qrati tal-Istat Membru li skont ir-Regolament (KE) Nru 2201/2003 tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabilità tal-ġenituri, li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandhom jittrattaw tali proċeduri ta' divorzju, separazzjoni legali u annullament taż-żwieġ, jekk il-ġuriżdizzjoni tal-qrati kkonċernati hija rikonoxxuta mill-konjuġi espressament jew b’mod ieħor.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  Meta l-kwistjonijiet relatati mar-reġim matrimonjali la jkunu marbuta ma' proċedura ta' divorzju, separazzjoni legali, u annullament ta' żwieġ, u lanqas mal-mewt ta' wieħed mill-konjuġi; il-miżżewġin jistgħu jiddeċiedu li jissottomettu l-kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-reġim matrimonjali tagħhom quddiem il-qrati tal-Istat Membru li jkunu għażlu l-liġi applikabbli tiegħu bħala l-liġi li għandha tapplika għar-reġim matrimonjali tagħhom. Din id-deċiżjoni għandha tiġi espressa permezz ta' ftehim bejniethom li jista' jiġi konkluż f'mument kwalunkwe, anke matul il-proċedura nnifisha.
(16)  Meta l-kwistjonijiet relatati mar-reġim matrimonjali la jkunu marbuta ma' proċedura ta' divorzju, separazzjoni legali, u annullament ta' żwieġ, u lanqas mal-mewt ta' wieħed mill-konjuġi; il-miżżewġin jistgħu jiddeċiedu li jissottomettu l-kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-reġim matrimonjali tagħhom quddiem il-qrati tal-Istat Membru li jkunu għażlu l-liġi applikabbli tiegħu bħala l-liġi li għandha tapplika għar-reġim matrimonjali tagħhom. Dan jeħtieġ ftehim bejn il-miżżewġin li jista' jiġi konkluż, l-aktar tard, sakemm il-kwistjoni titpoġġa quddiem il-qrati u sussegwentement kif previst mill-lex fori.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Dan ir-Regolament għandu jippermetti li tinżamm il-ġuriżdizzjoni territorjali tal-qrati ta' Stat Membru li jittrattaw it-talbiet relatati mar-reġim matrimonjali minbarra l-każijiet ta' separazzjoni tal-koppji jew ta' mewt ta' wieħed mill-konjuġi, u b'mod partikolari jipprevedi forum necessitatis, bil-għan li jevita li jinħolqu sitwazzjonijiet fejn il-ġustizzja tiġi miċħuda.
(17)  Dan ir-Regolament għandu jippermetti li tinżamm il-ġuriżdizzjoni territorjali tal-qrati ta' Stat Membru li jittrattaw it-talbiet relatati mar-reġim matrimonjali minbarra l-każijiet ta' separazzjoni tal-koppji jew ta' mewt ta' wieħed mill-konjuġi skont sett ta’ kriterji, elenkati f’ordni ta’ preċedenza, imfassla biex jiżguraw l-eżistenza ta' rabta mill-qrib bejn il-konjuġi u l-Istat Membru li l-qrati tiegħu jkollhom ġuriżdizzjoni.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 17a (ġdida)
(17a)  Sabiex ikun hemm rimedju, partikolarment għal sitwazzjonijiet ta’ ċaħda ta’ ġustizzja, dan ir-Regolament għandu jipprevedi forum necessitatis li jippermetti li qorti ta’ Stat Membru, fuq bażi eċċezzjonali, tieħu deċiżjonijiet dwar każ ta' reġim matrimonjali li jkun konness mill-qrib ma’ Stat terz. Tali bażi eċċezzjonali tista' titqies li teżisti meta l-proċedimenti jkunu impossibbli fi Stat terz ikkonċernat, pereżempju minħabba gwerra ċivili, jew meta ma jistax ikun raġonevolment mistenni li benefiċjarju jibda jew iwettaq proċedimenti f’dak l-Istat. Madankollu, il-ġuriżdizzjoni bbażata fuq forum necessitatis għandha tiġi eżerċitata biss jekk il-każ ta' reġim matrimonjali tkun konnessa biżżejjed mal-Istat Membru tal-qorti invokata.
(Dan jikkorrispondi mal-premessa 31 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 21
(21)  Fin-nuqqas ta' għażla tal-liġi applikabbli u sabiex tlaqqa' flimkien il-prevedibbiltà u l-eżiġenza taċ-ċertezza legali, filwaqt li tingħata prijorità lill-kunsiderazzjoni tar-realtà tal-ħajja tal-koppja, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regoli armonizzati dwar il-kunflitti tal-liġijiet imsejsa fuq serje ta' kriterji ta' konnessjoni suċċessivi, li jippermettu t-tfassil tal-liġi applikabbli għall-beni kollha tal-miżżewġin. Għaldaqstant, l-ewwel residenza abitwali komuni tal-miżżewġin wara ż-żwieġ ikollha tikkostitwixxi l-ewwel kriterju, li jkollu preċedenza fuq il-liġi taċ-ċittadinanza komuni tal-miżżewġin fil-mument taż-żwieġ. Jekk, l-ebda minn dawn il-kriterji ma jiġi sodisfatt, jew fin-nuqqas tal-ewwel residenza abitwali komuni f'każijiet ta' ċittadinanza doppja komuni tal-miżżewġin fil-mument taż-żwieġ, għandha tiġi applikata, bħala t-tielet kriterju, il-liġi tal-Istat li t-tnejn li huma l-aktar li għandhom rabta mill-qrib miegħu, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha, b'mod partikolari, il-post fejn ikun sar iż-żwieġ, minħabba li jkun ġie speċifikat li dawn ir-rabtiet mill-qrib għandhom ikunu kkunsidrati fil-mument taż-żwieġ.
(21)  Fin-nuqqas ta' għażla tal-liġi applikabbli u bil-ħsieb li jiġu rrikonċiljati l-prevedibbiltà u ċ-ċertezza legali mal-kunsiderazzjoni tal-ħajja li koppja tgħix fir-realtà, dan ir-Regolament għandu jintroduċi regoli armonizzati dwar il-kunflitti tal-liġijiet biex tiġi stabbilita l-liġi applikabbli tal-proprjetà kollha tal-miżżewġin fuq il-bażi ta' skala ta' fatturi ta' konnessjoni. Ir-residenza abitwali komuni tal-miżżewġin fil-mument taż-żwieġ jew l-ewwel residenza abitwali komuni tal-miżżewġin wara ż-żwieġ għandha tikkostitwixxi l-ewwel kriterju, li jkollu preċedenza fuq il-liġi taċ-ċittadinanza komuni tal-miżżewġin fil-mument taż-żwieġ. Jekk, l-ebda minn dawn il-kriterji ma tapplika, jew fin-nuqqas tal-ewwel residenza abitwali komuni f'każijiet ta' ċittadinanza doppja komuni tal-miżżewġin fil-mument taż-żwieġ, għandha tiġi applikata, bħala t-tielet kriterju, il-liġi tal-Istat li t-tnejn li huma l-aktar li għandhom rabta mill-qrib miegħu, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha, minħabba li jkun ġie speċifikat li dawn ir-rabtiet mill-qrib għandhom ikunu kkunsidrati fil-mument taż-żwieġ.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 22a (ġdida)
(22a)  Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri fejn dan jirreferi għan-nazzjonalità bħala kriterju għall-applikazzjoni tal-liġi ta’ Stat, il-kwistjoni dwar kif wieħed jitratta każijiet ta' aktar minn nazzjonalità waħda u jekk persuna għandhiex titqies ċittadina ta' Stat għandha titħalla għal-liġi nazzjonali, jew fejn xieraq għal ftehimiet internazzjonali, b'osservanza sħiħa tal-prinċipji ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 24
(24)  Fid-dawl tal-importanza tal-għażla tal-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali, ir-Regolament għandu jintroduċi ċerti garanziji li jiżguraw li l-miżżewġin jew il-koppja li tkun se tiżżewweġ jkunu konxji mill-konsegwenzi tal-għażla tagħhom. Din l-għażla għandha tieħu l-forma preskritta għall-kuntratt taż-żwieġ mil-liġi tal-Istat magħżul jew mil-liġi tal-Istat li fih ikun ġie abbozzat l-att, u għandha ssir mill-inqas bil-miktub u tiġi ddatata u ffirmata miż-żewġ miżżewġin. Barra minn hekk, għandhom jiġu rrispettati l-eżiġenzi formali addizzjonali li eventwalment ikunu imposti mil-liġi tal-Istat magħżul jew mil-liġi tal-Istat li fih ikun ġie abbozzat l-att rigward il-validità, il-pubbliċità jew ir-reġistrazzjoni ta' tali kuntratti.
(24)  Fid-dawl tal-importanza tal-għażla tal-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali, ir-Regolament għandu jintroduċi ċerti garanziji li jiżguraw li l-miżżewġin jew il-koppja li tkun se tiżżewweġ ikunu konxji mill-konsegwenzi tal-għażla tagħhom. Il-ftehim li jistabbilixxi din l-għażla għandu jsir mill-inqas bil-miktub u jiġi ddatat u ffirmat miż-żewġ miżżewġin. L-għażla għandha ssir fil-forma preskritta mil-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali jew il-liġi tal-Istat li fih ikun ġie konkluż il-ftehim.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 24a (ġdida)
(24a)  Sabiex jiġu kkunsidrati ċerti regoli tal-Istati Membri, b'mod partikolari għall-ħarsien tad-dar taż-żwieġ u għall-għoti ta' drittijiet ta' użu f’relazzjoni bejn il-konjuġi, dan ir-Regolament ma għandux jipprevjeni l-applikazzjoni ta' regoli obbligatorji prevalenti mill-qorti li tiġi invokata għal każ partikolari, u għalhekk għandu jippermetti lil Stat Membru li jinjora liġi barranija u jiffavorixxi liġi tiegħu stess. Għal dan l-iskop, ir-"regoli obbligatorji prevalenti" għandhom jirreferu għal dispożizzjonijiet imperattivi, fejn ikun meqjus kruċjali li Stat Membru josservahom, sabiex jissalvagwardja l-interessi pubbliċi tiegħu, partikolarment l-organizzazzjoni politika, soċjali jew ekonomika tiegħu. Pereżempju, sabiex jipproteġi l-ħarsien tad-dar taż-żwieġ, l-Istat Membru, li fit-territorju tiegħu tkun tinsab din id-dar, għandu jkun jista' japplika l-liġi tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni ta' tranżazzjoni applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat, li l-preċedenza tiegħu hija ggarantita mill-Artikolu 35.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 27
(27)  Minħabba li r-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet mogħtija fl-Istati Membri huwa wieħed mill-għanijiet ta' dan ir-Regolament, dan tal-aħħar irid jistipula xi regoli relatati mar-rikonoxximent u mal-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet, ibbażati fuq ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 u adattati, fejn meħtieġ, għall-eżiġenzi speċifiċi tal-oqsma koperti minn dan ir-Regolament.
(27)  Minħabba li r-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet fil-każijiet tar-reġim matrimonjali mogħtija fl-Istati Membri huwa wieħed mill-għanijiet ta' dan ir-Regolament, dan tal-aħħar għandu jistipula xi regoli relatati mar-rikonoxximent, mal-eżegwibbiltà u mal-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet, ibbażati fuq strumenti legali oħra tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 28
(28)  Sabiex jitqiesu l-metodi differenti li bihom jiġu ttrattati l-kwistjonijiet relatati mar-reġimi matrimonjali fl-Istati Membri, dan ir-Regolament għandu jiżgura r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tal-atti awtentiċi. Madanakollu, l-atti awtentiċi ma jistgħux jitqiesu bħala deċiżjonijiet tal-qrati f'dak li jirrigwarda r-rikonoxximent tagħhom. Ir-rikonoxximent tal-atti awtentiċi jfisser li dawn igawdu mill-istess valur probatorju fir-rigward tal-kontenut tal-att u mill-istess effetti li jkollhom fl-Istat Membru ta' oriġini tagħhom, kif ukoll minn preżunzjoni ta' validità li tista' taqa' f'każ ta' kontestazzjoni.
(28)  Sabiex jitqiesu s-sistemi differenti li bihom jiġu ttrattati każijiet dwar ir-reġim matrimonjali fl-Istati Membri, dan ir-Regolament għandu jiżgura l-aċċettazzjoni u l-eżegwibbiltà tal-atti awtentiċi fl-Istati Membri kollha fi kwistjonijiet ta' reġim matrimonjali.
(Dan jikkorrispondi mal-premessa 60 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 28a (ġdida)
(28a)  Fir-rigward tar-rikonoxximent, l-eżegwibbiltà u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji, u fir-rigward tal-aċċettazzjoni u l-eżegwibbiltà ta’ atti awtentiċi u l-eżegwibbiltà ta’ soluzzjonijiet bil-qorti, dan ir-Regolament għandu għalhekk jistipula regoli, partikolarment fuq il-bażi tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 29
(29)  Madanakollu, jekk il-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali għandha tirregola r-relazzjoni legali bejn wieħed mill-konjuġi u xi terza persuna, jeħtieġ li l-kundizzjonijiet tal-effetti tagħha fil-konfront ta' terzi persuni jkunu jistgħu jiġu stipulati mil-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tinsab ir-residenza abitwali tal-konjuġi jew tat-terza persuna, fl-interess tal-ħarsien tal-istess terza persuna. Għaldaqstant, il-liġi ta' dan l-Istat Membru tkun tista' tipprevedi li l-konjuġi jista' jinvoka biss il-liġi tar-reġim matrimonjali tiegħu/tagħha kontra din it-terza persuna meta l-kundizzjonijiet ta' reġistrazzjoni jew ta' pubbliċità stipulati fl-Istat Membru inkwistjoni jkunu ġew irrispettati, ħlief jekk it-terza persuna kienet taf jew kellha tkun taf bil-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali.
(29)  Il-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali għandha tirregola skont dan ir-Regolament, ir-relazzjoni legali bejn wieħed mill-konjuġi u xi terza persuna. Madankollu, fl-interess tal-ħarsien tal-istess terza persuna, l-ebda wieħed mill-miżżewġin ma għandu jkun permess jinvoka dik il-liġi f'relazzjoni legali bejn wieħed mill-miżżewġin u terza persuna jekk il-kunjuġi li għandu relazzjoni legali mat-terza persuna, u t-terza persuna, għandhom residenza abitwali fl-istess Stat, li ma jkunx l-Istat li l-liġi tiegħu tkun applikabbli għall-proprjetà matrimonjali. Eċċezzjonijiet għandhom japplikaw jekk it-terza persuna ma tkunx eliġibbli għall-protezzjoni, fi kliem ieħor, jekk hija kienet taf jew kellha tkun taf bil-liġi applikabbli jew jekk ir-rekwiżiti applikkabli għar-reġistrazzjoni jew il-pubbliċità fl-Istat ikunu ġew rispettati.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 30a (ġdida)
(30a)   Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jingħataw lill-Kummissjoni setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-istabbiliment u l-emendar sussegwenti tal-attestazzjonijiet u l-forom relatati mad-dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà ta’ deċiżjonijiet, soluzzjonijiet bil-qorti u atti awtentiċi. Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni1 .
_____________
1 ĠU L 55, 28.2.2011, p.13.
(Dan jikkorrispondi mal-premessa 78 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 30b (ġdida)
(30b)  Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu u sussegwentement jemendaw l-attestazzjonijiet u l-formoli previsti f'dan ir-Regolament f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
(Dan jikkorrispondi mal-premessa 79 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 32
(32)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari, l-Artikoli 7, 9, 17, 21 u 47 dwar, rispettivament, ir-rispett lejn il-ħajja privata u l-ħajja tal-familja, id-dritt għaż-żwieġ u t-twaqqif ta' familja skont il-liġijiet nazzjonali, id-dritt għall-proprjetà, il-projbizzjoni ta' kull tip ta' diskriminazzjoni u d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat mill-qrati tal-Istati Membri bir-rispett ta' dawn id-drittijiet u l-prinċipji.
(32)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari, l-Artikoli 7, 9, 17, 20, 21, 23 u 47 dwar, rispettivament, ir-rispett lejn il-ħajja privata u l-ħajja tal-familja, id-dritt għaż-żwieġ u t-twaqqif ta' familja skont il-liġijiet nazzjonali, id-dritt għall-proprjetà, l-ugwaljanza qaddiem il-liġi, il-projbizzjoni ta' kull tip ta' diskriminazzjoni u d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat mill-qrati tal-Istati Membri bir-rispett ta' dawn id-drittijiet u l-prinċipji.
(Dan jikkorrispondi mal-premessa 81 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt a
(a)  il-kapaċità tal-miżżewġin,
(a)  il-kapaċità ġenerali tal-miżżewġin,
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt aa (ġdid)
(aa)  l-eżistenza, il-validità jew ir-rikonoxximent ta’ żwieġ,
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt c
(c)  id-donazzjonijiet bejn il-miżżewġin,
imħassar
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt d
(d)  id-drittijiet ta' suċċessjoni tal-konjuġi superstiti,
(d)  Kwistjonijiet relatati ma' suċċessjoni minħabba mewt b'referenza għall-konjuġi superstiti,
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt e
(e)  il-kumpaniji mwaqqfa bejn il-miżżewġin,
(e)  Kwistjonijiet regolati mil-liġi tal-kumpaniji u assoċjazzjonijiet oħra, korporati u mhux inkorporati,
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 1, punt (h) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt f
(f)  in-natura tad-drittijiet in rem li jirrigwardaw il-beni u l-pubbliċità dwar dawn id-drittijiet.
(f)  in-natura tad-drittijiet in rem,
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 1, punt (k) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt fa (ġdid)
(fa)  kwalunkwe reġistrazzjoni f'reġistru ta' drittijiet fi proprjetà immobbli jew mobbli, inklużi r-rekwiżiti legali għal reġistrazzjoni ta’ dan it-tip, u l-effetti ta' reġistrazzjoni jew in-nuqqas ta' reġistrazzjoni ta' dawn id-drittijiet f'reġistru, u
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 1, punt (l) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt fb (ġdid)
(fb)  kwistjonijiet ta' intitolament għal trasferiment jew aġġustament, fil-każ ta' divorzju, bejn miżżewġin jew ex miżżewġin, ta' drittijiet ta' rtirar jew pensjonijiet ta' diżabilità akkumulati waqt iż-żwieġ.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a
(a)  "reġim matrimonjali" : il-ġabra ta' regoli relatati mar-relazzjonijiet patrimonjali ta' bejn il-miżżewġin u fil-konfront ta' terzi persuni;
(a)  "reġim matrimonjali" : il-ġabra ta' regoli applikabbli għar-relazzjonijiet patrimonjali tal-miżżewġin, bejn il-miżżewġin u fil-konfront ta' terzi persuni, bħala riżultat taż-żwieġ;
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b
(b)  "kuntratt taż-żwieġ" : kwalunkwe ftehim li permezz tiegħu l-miżżewġin jorganizzaw ir-relazzjonijiet patrimonjali ta' bejniethom u fil-konfront ta' terzi persuni;
(b)  "kuntratt taż-żwieġ" : kwalunkwe ftehim li permezz tiegħu l-miżżewġin jew il-koppji li għadhom se jiżżewġu jorganizzaw ir-relazzjonijiet patrimonjali tagħhom;
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c – parti introduttorja
(c)  "att awtentiku" : att li jkun tfassal jew li jkun ġie rreġistrat uffiċjalment bħala att awtentiku fl-Istat Membru ta' oriġini u li l-awtentiċità tiegħu :
(c)  "att awtentiku" : att f’reġim matrimonjali li jkun tfassal formalment jew li jkun ġie rreġistrat bħala att awtentiku fi Stat Membru u li l-awtentiċità tiegħu:
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 3(1), punt (i) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d
(d)  "deċiżjoni" : kwalunkwe deċiżjoni mogħtija fil-qasam tar-reġim matrimonjali minn qorti ta’ Stat Membru, independentament minn kif tista' tissejjaħ id-deċiżjoni, inklużi t-termini "sentenza", "ġudizzju", "digriet" jew "mandat ta’ eżekuzzjoni", kif ukoll id-determinazzjoni tal-ispejjeż tal-proċess minn uffiċjal tal-qorti;
(d)  "deċiżjoni" : kwalunkwe deċiżjoni mogħtija fil-qasam tar-reġim matrimonjali minn qorti ta’ Stat Membru, indipendentament minn kif tista' tissejjaħ id-deċiżjoni, kif ukoll id-determinazzjoni tal-ispejjeż tal-proċess minn uffiċjal tal-qorti;
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 3(1), punt (g) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e
(e)  "Stat Membru tal-oriġini": l-Istat Membru fejn, skont xi jkun il-każ, tkun ingħatat id-deċiżjoni, ikun ġie konkluż il-kuntratt taż-żwieġ, ikun ġie stabbilit l-att awtentiku, tkun ġiet approvata t-tranżazzjoni ġudizzjarja jew ikun twettaq l-att tax-xoljiment tal-patrimonju komuni jew kwalunkwe att ieħor imwettaq mill-awtorità ġudizzjarja jew quddiemha jew minn awtorità li teżerċita s-setgħa tagħha b'delega jew nomina;
(e)  "Stat Membru tal-oriġini": l-Istat Membru fejn tkun ingħatat id-deċiżjoni, ikun ġie stabbilit l-att awtentiku jew tkun ġiet approvata jew konkluża t-tranżazzjoni ġudizzjarja;
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 3(1), punt (e) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt f
(f)  "Stat Membru rikjest": l-Istat Membru fejn jintalab ir-rikonoxximent u/jew l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni, tal-kuntratt taż-żwieġ, tal-att awtentiku, tat-tranżazzjoni ġudizzjarja, tal-att tax-xoljiment tal-patrimonju komuni jew ta' kwalunkwe att ieħor imwettaq mill-awtorità ġudizzjarja jew quddiemha jew minn awtorità li teżerċita s-setgħa tagħha b'delega jew nomina;
(f)  "Stat Membru ta' eżekuzzjoni": l-Istat Membru fejn tkun mitluba d-dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà jew l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni, is-soluzzjoni bil-qorti jew l-att awtentiku;
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 3(1), punt (f) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt g
(g)  kwalunkwe awtorità ġudizzjarja kompetenti tal-Istati Membri li teżerċita funzjoni ġudizzjarja fir-rigward tar-reġim matrimonjali kif ukoll kwalunkwe awtorità oħra mhux ġudizzjarja jew persuna li teżerċita, b'delega jew nomina ta' awtorità ġudizzjarja tal-Istati Membri, funzjonijiet rilevanti għall-ġuriżdizzjonijiet tal-qrati, hekk kif previsti f'dan ir-Regolament;
imħassar
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-terminu “qorti” jfisser kull awtorità ġudizzjarja u l-awtoritajiet u professjonisti legali l-oħra kollha b'kompetenza f'materji ta' reġimi ta' patrimonju matrimonjali li jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji jew jaġixxu taħt delega ta' setgħa minn xi awtorità ġudizzjarja jew jaġixxu taħt il-kontroll ta' awtorità ġudizzjarja dment li dawn l-awtoritajiet u l-professjonisti legali l-oħra joffru garanziji fir-rigward tal-imparzjalità u d-dritt tal-partijiet kollha li jinstemgħu u dment li d-deċiżjonijiet tagħhom skont il-liġi tal-Istat Membru li fih joperaw:
(a)  jistgħu jkunu s-suġġett ta' appell jew rieżami minn awtorità ġudizzjarja; u
(b)  ikollhom forza u effett simili għal deċiżjoni ta' awtorità ġudizzjarja fl-istess kwistjoni.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet u l-professjonisti legali l-oħrajn imsemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 37a.
(Din id-dispożizzjoni tikkorrispondi mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu -3 (ġdid)
Artikolu -3
Ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet ta' reġimi matrimonjali fl-Istati Membri
Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-ġuriżdizzjoni nazzjonali dwar każijiet ta' reġim matrimonjali fl-Istati Membri.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 3
Il-qrati ta' Stat Membru li quddiemhom tkun ġiet ippreżentata talba ta' suċċessjoni ta' wieħed mill-konjuġi b'applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/… [tal-Parlament u tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet u tal-atti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u l-ħolqien ta' Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni] għandhom ukoll il-ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu fuq kwistjonijiet ta' reġim matrimonjali relatati mat-talba inkwistjoni.
Il-qrati ta' Stat Membru invokati fi kwistjonijiet tas-suċċessjoni ta' konjuġi b'applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 għandhom ukoll il-ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu fuq kwistjonijiet ta' reġim matrimonjali relatati mal-każ ta' suċċessjoni.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 4
Il-qrati ta' Stat Membru li quddiemhom tkun ġiet ippreżentata talba għad-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieġ tal-koppja, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003, għandhom ukoll il-ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu fuq kwistjonijiet ta' reġim matrimonjali relatati mat-talba inkwistjoni, f'każ ta' ftehim f’dan is-sens bejn il-miżżewġin.
Il-qrati ta' Stat Membru li quddiemhom tkun ġiet ippreżentata talba għad-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieġ tal-koppja, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003, għandhom ukoll il-ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu fuq kwistjonijiet ta' reġim matrimonjali relatati mat-talba inkwistjoni, jekk il-ġuriżdizzjoni tal-qrati kkonċernati tiġi espressament rikonoxxuta mill-konjuġi jew b’mod espliċitu ieħor.
Dan il-ftehim jista' jiġi konkluż fi kwalunkwe mument, anke matul il-proċedura nnifisha. Meta l-ftehim jiġi konkluż qabel il-proċedura, dan għandu jsir bil-miktub u għandu jiġi ddatat u ffirmat miż-żewġ partijiet.
Fin-nuqqas ta' ftehim bejn il-miżżewġin, il-ġuriżdizzjoni għandha tiġi rregolata mill-Artikolu 5 et seq.
Fin-nuqqas ta' rikonoxximent ta’ ġuriżdizzjoni tal-qorti msemmija fil-paragrafu 1, il-ġuriżdizzjoni għandha tiġi rregolata mill-Artikolu 5 et seq.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 4a (ġdid)
Article 4a
Ftehim dwar l-għażla tal-qorti
1.  Il-konjuġi jistgħu jaqblu li l-qrati tal-Istat Membru li jkunu għażlu l-liġi tiegħu bħala l-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali tagħhom f'konformità mal-Artikolu 16, għandhom ikollhom ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet relatati mar-reġim matrimonjali tagħhom. Ġuriżdizzjoni bħal din għandha tkun esklużiva.
Mingħajr preġudizzju għat-tielet subparagrafu, ftehim dwar l-għażla tal-qorti jista’ jiġi konkluż jew emendat fi kwalunkwe mument iżda mhux aktar tard minn meta l-każ ikun inġieb quddiem il-qorti.
Jekk il-liġi tal-Istat tal-qorti invokata tipprevedi hekk, il-konjuġi jistgħu jagħżlu wkoll il-qorti wara li l-qorti tkun ġiet invokata. F’dan il-każ, tali għażla għandha tiġi rreġistrata fil-qorti f'konformità mal-liġi tal-qorti.
Jekk il-ftehim jiġi konkluż qabel il-proċedimenti, huwa għandu jiġi fformulat bil-miktub u ddatat u ffirmat mill-konjuġi Kull komunikazzjoni b'mezzi elettroniċi li tipprovdi rekord permanenti tal-ftehim għandha tkun ekwivalenti għal "kitba".
2.  Il-konjuġi jistgħu jaqblu wkoll li, jekk ma tintgħażel ebda qorti, il-qrati tal-Istat Membru li l-liġi tiegħu hija applikabbli skont l-Artikolu 17 għandu jkollhom ġuriżdizzjoni.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 4b (ġdid)
Artikolu 4b
Ġuriżdizzjoni bbażata fuq il-preżenza tal-konvenut
1.  Apparti l-ġuriżdizzjoni ġejja minn dispożizzjonijiet oħra ta' dan ir-Regolament, qorti ta' Stat Membru li l-liġi tiegħu tkun intgħażlet skont l-Artikolu 16, jew li l-liġi tiegħu hija applikabbli skont l-Artikolu 17, u li quddiemha l-konvenut jirreġistra preżenza għandu jkollha ġuriżdizzjoni. Din ir-regola m'għandiex tapplika meta l-preżenza tkun ġiet irreġistrata biex tiġi kkontestata l-ġuriżdizzjoni, jew meta qorti oħra jkollha ġuriżdizzjoni bis-saħħa tal-Artikolu 3, l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 4a.
2.  Qabel ma tassumi ġuriżdizzjoni skont il-paragrafu 1, il-qorti għandha tiżgura li l-konvenut jiġi infurmat bid-dritt tiegħu li jikkontesta l-ġuriżdizzjoni u bil-konsegwenzi ta' reġistrazzjoni ta' preżenza jew in-nuqqas tagħha.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 5
(1)   Minbarra fil-każijiet previsti fl-Artikoli 3 u 4, il-qrati li jkollhom ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu dwar proċedura relatata mar-reġim matrimonjali tal-miżżewġin, huma dawk tal-Istat Membru fejn tkun tinsab :
Fejn ebda qorti ma jkollha ġuriżdizzjoni skont l-Artikoli 3, 4 u 4a, il-ġuriżdizzjoni biex tittieħed deċiżjoni dwar proċedimenti fi kwistjoni relatata mar-reġim matrimonjali għandha tinsab fil-qrati tal-Istat Membru:
(a)  ir-residenza abitwali komuni tal-miżżewġin, jew fin-nuqqas ta' din
(a)  li fit-territorju tiegħu l-konjuġi huma abitwalment residenti fil-mument meta tiġi invokata l-qorti, jew fin-nuqqas ta' din,
(b)  l-aħħar residenza abitwali komuni tal-miżżewġin, f'każ li wieħed mill-konjuġi jkun għadu joqgħod fiha, jew fin-nuqqas ta' din
(b)  li fit-territorju tiegħu l-konjuġi kienu abitwalment residenti, f'każ li wieħed mill-konjuġi jkun għadu joqgħod hemmhekk fil-mument meta l-qorti tiġi invokata, jew fin-nuqqas ta' din,
(c)  ir-residenza abitwali tal-konvenut, jew fin-nuqqas ta' din
(c)  li fit-territorju tiegħu l-konvenut ikun abitwalment residenti fil-mument meta tiġi invokata l-qorti, jew fin-nuqqas ta’ din
(d)  in-nazzjonalità taż-żewġ miżżewġin jew, fil-każ tar-Renju Unit u tal-Irlanda, tad-domiċilju komuni tagħhom.
(d)  tan-nazzjonalità taż-żewġ miżżewġin fil-mument meta tiġi invokata l-qorti, jew, fil-każ tar-Renju Unit u tal-Irlanda, li fihom ikollhom id-domiċilju komuni tagħhom jew fin-nuqqas ta' din,
(2)  Iż-żewġ partijiet jistgħu wkoll jaqblu li l-qrati tal-Istat Membru tal-liġi li huma jkunu għażlu bħala l-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali tagħhom, f'konformità mal-Artikoli 16 u 18 tar-Regolament, ikollhom il-ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu fuq kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-reġim matrimonjali tagħhom.
(da)  tan-nazzjonalità tal-konvenut jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, tad-domiċilju tiegħu.
Dan il-ftehim jista' jiġi konkluż fi kwalunkwe mument, anke matul il-proċedura nnifisha. Meta l-ftehim jiġi konkluż qabel il-proċedura, dan għandu jsir bil-miktub u għandu jiġi ddatat u ffirmat miż-żewġ partijiet.
(Fir-rigward tal-paragrafu 2, ara l-emenda tal-Artikolu 4a (ġdid); it-test ġie emendat)
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 6
Meta l-ebda qorti ma jkollha ġuriżdizzjoni f'konformità mal-Artikoli 3, 4 u 5, ikollhom il-ġuriżdizzjoni l-qrati ta' Stat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu jinsabu xi beni ta' wieħed mill-konjuġi jew tat-tnejn li huma, u f’dan il-każ, il-qorti invokata tintalab tiddeċiedi fuq dawn il-beni biss.
Meta l-ebda qorti ta' Stat Membru ma jkollha ġuriżdizzjoni f'konformità mal-Artikoli 3, 4, 4a u 5, ikollhom il-ġuriżdizzjoni l-qrati ta' Stat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu jinsabu xi beni immobbli jew assi rreġistrati ta' wieħed mill-konjuġi jew tat-tnejn li huma. f’dan il-każ, il-qorti invokata għandu jkollha ġuriżdizzjoni biex tiddeċiedi biss fuq il-proprjetà immobbi jew il-beni rreġistrati inkwistjoni.
F'tali każijiet il-qrati ta’ Stat Membru għandu jkollhom ġuriżdizzjoni biex jieħdu deċiżjoni biss dwar il-proprjetà immobbli jew assi rreġistrati li jinsabu f’dan l-Istat Membru.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 7
Meta l-ebda qorti ta’ Stat Membru ma jkollha ġuriżdizzjoni f'konformità mal-Artikoli 3, 4, 5 u 6, il-qrati ta’ Stat Membru jistgħu jiddeċiedu fuq ir-reġim matrimonjali f'ċirkostanzi eċċezzjonali u sakemm il-kwistjoni jkollha rabta suffiċjenti ma' dak l-Istat Membru, jekk il-proċeduri ma jkunux jistgħu jiġu introdotti b'mod raġonevoli jew jekk ikun impossibbli li jitwettqu fi Stat terz.
Meta l-ebda qorti ta’ Stat Membru ma jkollha ġuriżdizzjoni f'konformità mal-Artikoli 3, 4, 4a, 5 u 6, il-qrati ta’ Stat Membru jistgħu, fuq bażi eċċezzjonali, jiddeċiedu fuq ir-reġim matrimonjali, jekk il-proċeduri ma jkunux jistgħu jiġu introdotti jew jiġu kondotti b'mod raġonevoli, jew ikunu impossibbli, fi Stat terz li miegħu l-każ ikun konness mill-qrib.
Il-każ għandu jkollu rabta suffiċjenti mal-Istat Membru tal-qorti li tiġi invokata.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 8
Il-qorti invokata f'konformità mal-Artikoli 3, 4, 5, 6, jew 7, li quddiemha l-proċeduri jkunu għadhom pendenti, ikollha ġuriżdizzjoni wkoll biex teżamina l-kontrotalba, f'każ li din tal-aħħar tkun tidħol fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Il-qorti invokata f'konformità mal-Artikoli 3, 4, 4a, 5, 6, jew 7, li quddiemha l-proċeduri jkunu għadhom pendenti, ikollha ġuriżdizzjoni wkoll biex teżamina l-kontrotalba, f'każ li din tal-aħħar tkun tidħol fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Jekk il-qorti tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 6, il-ġuriżdizzjoni tagħha li tiddeċiedi dwar kontrotalba għandha tkun limitata għall-proprjetà immobbli jew il-beni rreġistrati, li jiffurmaw il-materja tal-proċedimenti ewlenin.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 9
Qorti għandha tkun ikkunsidrata bħala invokata :
Għall-finijiet ta' dan il-kapitolu, qorti għandha tkun ikkunsidrata bħala invokata :
(a)  fid-data meta l-att promotur jew att ieħor ekwivalenti, ikun ġie ppreżentat quddiem il-qorti, sakemm ir-rikorrent ma jkunx sussegwentament naqas milli jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex l-att jiġi nnotifikat jew ikkomunikat lill-konvenut, jew
(a)  fid-data meta l-att promotur jew att ieħor ekwivalenti, ikun ġie ppreżentat quddiem il-qorti, sakemm l-applikant ma jkunx sussegwentament naqas milli jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex l-att jiġi nnotifikat jew ikkomunikat lill-konvenut,
(b)  jekk l-att ikollu jiġi nnotifikat jew ikkomunikat qabel ma jiġi ppreżentat quddiem il-qorti, fid-data meta tirċevih l-awtorità responsabbli min-notifika jew mill-komunikazzjoni tiegħu, sakemm ir-rikorrent ma jkunx sussegwentament naqas milli jieħu l-miżuri meħtieġa biex l-att ikun ġie ppreżentat quddiem il-qorti.
(b)  jekk l-att ikollu jiġi nnotifikat jew ikkomunikat qabel ma jiġi ppreżentat quddiem il-qorti, fid-data meta tirċevih l-awtorità responsabbli min-notifika jew mill-komunikazzjoni tiegħu, sakemm ir-rikorrent ma jkunx sussegwentament naqas milli jieħu l-miżuri meħtieġa biex l-att ikun ġie ppreżentat quddiem il-qorti, jew
(ba)  jekk il-proċedimenti jinfetħu fuq mozzjoni proprja tal-qorti, fil-mument meta d-deċiżjoni li jinfetħu l-proċedimenti tittieħed mill-qorti, jew, meta deċiżjoni bħal din ma tkunx meħtieġa, fil-mument meta l-każ jiġi rreġistrat mill-qorti.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
1.  Meta t-talbiet li jkollhom l-istess suġġett u l-istess kawża u li jkunu bejn l-istess partijiet jitressqu quddiem qrati ta' Stati Membri differenti, it-tieni qorti li tkun ġiet invokata għandha fuq l-inizjattiva tagħha stess tissospendi l-proċedimenti tagħha sakemm tiġi stabbilita l-ġuriżdizzjoni tal-qorti li tkun ġiet invokata l-ewwel.
1.  Meta l-proċedimenti li jkollhom l-istess suġġett u l-istess kawża u li jkunu bejn il-konjuġi jitressqu quddiem qrati ta' Stati Membri differenti, it-tieni qorti li tkun ġiet invokata għandha fuq l-inizjattiva tagħha stess tissospendi l-proċedimenti tagħha sakemm tiġi stabbilita l-ġuriżdizzjoni tal-qorti li tkun ġiet invokata l-ewwel.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2
2.  Meta dawn it-talbiet jibqgħu pendenti quddiem il-qrati tal-prim’istanza, il-qorti invokata suċċessivament tista’ wkoll iċċedi l-ġuriżdizzjoni tagħha, fuq it-talba ta’ waħda mill-partijiet, sakemm il-qorti li tkun ġiet invokata l-ewwel ikollha ġuriżdizzjoni biex tieħu konjizzjoni tat-talbiet ikkonċernati u sakemm il-liġi tagħha tkun tippermetti l-konsolidazzjoni tagħhom.
2.  Meta dawn it-talbiet jibqgħu pendenti quddiem il-qrati tal-prim’istanza, il-qorti invokata suċċessivament tista’ wkoll iċċedi l-ġuriżdizzjoni tagħha, fuq it-talba ta’ wieħed mill-konjuġi, sakemm il-qorti li tkun ġiet invokata l-ewwel ikollha ġuriżdizzjoni biex tieħu konjizzjoni tat-talbiet ikkonċernati u sakemm il-liġi tagħha tkun tippermetti l-konsolidazzjoni tagħhom.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 13a (ġdid)
Artikolu 13a
L-għoti ta’ informazzjoni lill-konjuġi
L-awtorità kompetenti għandu jkollha l-obbligu li tinforma lill-konjuġi, fi żmien raġonevoli, dwar kwalunkwe proċediment ta' reġimi matrimonjali li jkun nbeda kontrihom.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 14
Il-qrati ta’ Stat Membru jistgħu jintalbu li jagħtu dawk il-provvedimenti proviżorji jew kawtelatorji stabbiliti mil-liġi tal-istess Stat Membru, anke f'każ fejn, f'konformità ma' dan ir-Regolament, il-qrati ta’ Stat Membru ieħor ikollhom ġuriżdizzjoni fir-rigward tas-sustanza tal-kwistjoni.
Tista' ssir applikazzjoni quddiem il-qrati ta’ Stat Membru għal miżuri provviżorji, inklużi dawk protettivi skont kif disponibbli skont il-liġi tal-istess Stat, anke jekk, f'konformità ma' dan ir-Regolament, il-qrati ta’ Stat Membru ieħor ikollhom ġuriżdizzjoni fir-rigward tas-sustanza tal-kwistjoni.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1
Il-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali, skont l-Artikoli 16, 17 u 18, għandha tapplika għall-beni kollha tal-miżżewġin.
1.   Il-liġi applikabbli għal reġim matrimonjali, skont l-Artikoli 16 u 17 għandha tapplika għall-assi kollha li jaqgħu taħt dak ir-reġim, irrispettivament minn fejn jinsabu.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Il-liġi applikabbli għal reġim matrimonjali għandha tiddetermina, mingħajr preġudizzju għall-punti (f) u (fa) tal-Artikolu 1(3), inter alia:
(a)  id-diviżjoni tal-beni tal-konjuġi f'kategoriji differenti qabel u wara ż-żwieġ;
(b)  it-trasferiment ta' beni minn kategorija għal oħra;
(c)  responsabbiltà għad-djun tal-konjuġi, fejn meħtieġ;
(d)  it-trasferiment tas-setgħat tal-konjuġi matul iż-żwieġ;
(e)  ix-xoljiment u s-soluzzjoni tar-reġim matrimonjali u d-diviżjoni ta’ beni fl-eventwalità tax-xoljiment taż-żwieġ;
(f)  l-impatt tar-reġim matrimonjali fuq relazzjoni legali bejn wieħed mill-konjuġi u parti terza, fuq il-bażi tal-Artikolu 35.
(g)  il-validità materjali ta' ftehim dwar reġim matrimonjali.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 15a (ġdid)
Artikolu 15a
Applikazzjoni universali
Kwalunkwe liġi speċifikata minn dan ir-Regolament għandha tiġi applikata, irrispettivament minn jekk hijiex il-liġi ta' Stat Membru, jew le.
(Ara l-emenda tal-Artikolu 21; it-test huwa emendat)
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 16
Il-miżżewġin jew il-koppja li tkun se tiżżewweġ jistgħu/tista' jagħżlu/tagħżel il-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali tagħhom/tagħha, sakemm tkun waħda mil-liġijiet li ġejjin :
1.   Il-miżżewġin jew il-koppja li tkun se tiżżewweġ jistgħu/tista' jiddeterminaw/tiddetermina jew jemendaw/temenda bi ftehim, il-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali tagħhom/tagħha, sakemm tkun waħda mil-liġijiet li ġejjin :
(a)  il-liġi tal-Istat fejn tkun tinsab ir-residenza abitwali komuni tal-miżżewġin jew tal-koppja li tkun se tiżżewweġ, jew
(b)   il-liġi tal-Istat fejn tkun tinsab ir-residenza abitwali ta' wieħed mill-konjuġi jew ta' wieħed/waħda mill-koppja li tkun se tiżżewweġ meta tkun se ssir din l-għażla, jew
(a)   il-liġi tal-Istat fejn il-konjuġi jew il-koppja li tkun se tiżżewweġ, jew wieħed minnhom, huma/hija abitwalment residenti fil-mument meta l-ftehim ikun ġie konkluż, jew
(c)   il-liġi tal-Istat li wieħed mill-konjuġi jew wieħed/waħda mill-koppja li tkun se tiżżewweġ ikollu/ikollha ċ-ċittadinanza tiegħu meta tkun se ssir din l-għażla.
(b)   il-liġi ta' Stat li wieħed mill-konjuġi jew wieħed/waħda mill-koppja li tkun se tiżżewweġ ikollu/ikollha ċ-ċittadinanza tiegħu/tagħha meta jiġi konkluż il-ftehim.
2.  Dment li l-konjuġi ma jaqblux mod ieħor, bidla tal-liġi applikabbli għar-reġim ta' proprjetà matrimonjali li ssir matul iż-żwieġ għandu jkollha biss effett prospettiv.
3.  Jekk il-konjuġi jagħżlu li din il-bidla tal-liġi applikabbli tkun waħda retroattiva, l-effett retroattiv tagħha la għandu jolqot b'mod negattiv il-validità tal-atti konklużi qabel skont il-liġi li sa dakinhar kienet għadha applikabbli, u lanqas id-drittijiet ta' partijiet terzi li jirriżultaw mil-liġi li kienet applikabbli preċedentement.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Fin-nuqqas ta' għażla min-naħa tal-miżżewġin, il-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali għandha tkun :
1.  Jekk ma ssir l-ebda għażla tal-liġi skont l-Artikolu 16, il-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali għandha tkun :
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt a
(a)  il-liġi tal-Istat fejn tkun tinsab l-ewwel residenza abitwali komuni tal-miżżewġin wara ż-żwieġ, jew fin-nuqqas ta' din,
(a)  il-liġi tal-Istat tar-residenza abitwali komuni tal-konjuġi fil-mument taż-żwieġ jew l-ewwel residenza abitwali komuni tagħhom wara ż-żwieġ tagħhom, jew fin-nuqqas ta' din,
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt c
(c)  il-liġi ta' dak l-Istat li l-miżżewġin flimkien ikollhom l-aktar rabtiet mill-qrib miegħu, wara li jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha, u b'mod partikolari, il-post ta' fejn ikun sar iż-żwieġ.
(c)  il-liġi ta' dak l-Istat li l-miżżewġin flimkien ikollhom l-aktar rabtiet mill-qrib miegħu fil-mument taż-żwieġ, wara li jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha matul iż-żwieġ, indipendentement mill-post fejn ikun sar iż-żwieġ.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 18
Artikolu 18
imħassar
Il-bidla tal-liġi applikabbli
Fi kwalunkwe mument matul iż-żwieġ tagħhom, il-miżżewġin jistgħu jissottomettu r-reġim matrimonjali tagħhom għal liġi differenti minn dik li, sa dakinhar, tkun applikabbli. Huma jistgħu jagħżlu waħda biss minn dawn il-liġijiet li ġejjin :
(a)  il-liġi tal-Istat fejn tkun tinsab ir-residenza abitwali ta' wieħed mill-konjuġi meta tkun se ssir din l-għażla,
(b)  il-liġi tal-Istat li wieħed mill-konjuġi jkollu ċ-ċittadinanza tiegħu meta tkun se ssir din l-għażla.
Sakemm il-miżżewġin ma jkunux jixtiequ mod ieħor, il-bidla tal-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali matul iż-żwieġ għandha tkun effettiva biss fil-futur.
Jekk il-miżżewġin jagħżlu li din il-bidla tal-liġi applikabbli tkun waħda retroattiva, l-effett retroattiv la għandu jolqot b'mod negattiv il-validità tal-atti konklużi qabel skont il-liġi li sa dakinhar kienet għadha applikabbli, u lanqas id-drittijiet ta' terzi persuni li jirriżultaw mil-liġi li kienet applikabbli preċedentement.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 19
1.  L-għażla tal-liġi applikabbli għandha ssir fil-forma preskritta għall-kuntratt taż-żwieġ mil-liġi applikabbli tal-Istat magħżul jew mil-liġi tal-Istat li fih ikun ġie abbozzat l-att.
1.  Il-ftehim dwar l-għażla tal-liġi applikabbli msemmi fl-Artikolu 16 għandu jiġi espress bil-miktub, datat u ffirmat miż-żewġ konjuġi. Kwalunkwe komunikazzjoni b'mezz elettroniku li tipprovdi reġistrazzjoni permanenti tal-ftehim għandha titqies ekwivalenti għall-komunikazzjonijiet bil-miktub.
2.  Minkejja l-paragrafu 1, l-għażla trid tkun mill-inqas espressa, u għandha ssir bil-miktub u tiġi ddatata u ffirmata miż-żewġ miżżewġin.
2.  Dan il-ftehim għandu jkun konformi mar-rekwiżiti formali tal-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali jew tal-liġi tal-Istat fejn ikun ġie konkluż il-ftehim.
3.  Barra minn dan, jekk il-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tinsab ir-residenza abitwali komuni taż-żewġ miżżewġin fil-mument tal-għażla msemmija fil-paragrafu 1, tkun tistipula rekwiżiti formali addizzjonali għall-kuntratt taż-żwieġ, dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu rrispettati.
3.  Madankollu, jekk il-liġi tal-Istat fejn iż-żewġ konjuġi għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fil-mument tal-ftehim tagħhom dwar l-għażla tal-liġi applikabbli tipprovdi rekwiżiti formali addizzjonali għal ftehimiet ta' dak it-tip jew, fin-nuqqas ta' dan, għall-kuntratt taż-żwieġ, dawn ir-rekwiżiti għandhom japplikaw.
4.  Jekk il-konjuġi jkunu abitwalment residenti fi Stati differenti fiż-żmien tal-ftehim tagħhom dwar l-għażla tal-liġi applikabbli u l-liġijiet ta' dawk l-Istati jipprevedu rekwiżiti formali differenti, il-ftehim għandu jkun formalment validu jekk jissodisfa r-rekwiżiti ta' waħda minn dawk il-liġijiet.
5.  Jekk wieħed biss mill-konjuġi jkollu residenza abitwali fi Stat Membru fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim u jekk dak l-Istat jistipula rekwiżiti formali addizzjonali għal ftehimiet ta' dan it-tip, dawn ir-rekwiżiti għandhom japplikaw.
(Simili għall-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 20
Il-liġi applikabbli għall-forma tal-kuntratt taż-żwieġ
Rekwiżiti formali għal kuntratt taż-żwieġ
1.  Il-forma tal-kuntratt taż-żwieġ għandha tkun dik preskritta mil-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali, jiġifieri mil-liġi tal-Istat li fih ikun ġie abbozzatt il-kuntratt.
L-aspetti formali ta' kuntratt taż-żwieġ għandhom jiġu regolati mutatis mutandis mill-Artikolu 19. Kull rekwiżit formali addizzjonali fis-sens tal-Artikolu 19(3) għandu, għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, jirrelata biss mal-kuntratt taż-żwieġ.
2.  Minkejja l-paragrafu 1, il-kuntratt taż-żwieġ għandu jsir mill-inqas bil-miktub u għandu jiġi ddatat u ffirmat miż-żewġ miżżewġin.
3.  Barra minn dan, jekk il-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tinsab ir-residenza abitwali komuni taż-żewġ miżżewġin fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt taż-żwieġ, tkun tistipula għal dan il-kuntratt rekwiżiti formali addizzjonali, dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu rrispettati.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 20a (ġdid)
Artikolu 20a
Adattament ta' drittijiet in rem
Meta persuna tinvoka dritt in rem li hija tkun intitolata għalih skont il-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali, u l-liġi tal-Istat Membru fejn id-dritt huwa invokat ma jirrikonoxxix id-dritt in rem inkwistjoni, dak id-dritt għandu, jekk meħtieġ u safejn possibbli, jiġi adattat għall-eqreb dritt in rem ekwivalenti skont il-liġi ta' dak l-Istat waqt li jittieħed kont tal-għanijiet u l-interessi li jfittex id-dritt in rem speċifiku u l-effetti marbutin miegħu.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 21
Artikolu 21
imħassar
In-natura universali tar-regola tal-kunflitt tal-liġijiet
Il-liġi stabbilita f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, għandha tapplika anke jekk ma tkunx il-liġi ta’ Stat Membru.
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 22
Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament mhux se jkunu ta' ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli obbligatorji li r-rispett tagħhom tant huwa meqjus bħala kruċjali mill-Istati Membri, minħabba s-salvagwardja tal-interessi pubbliċi tagħhom bħall-organizzazzjoni politika, soċjali jew ekonomika tagħhom, li dawn ikunu applikabbli fi kwalunkwe sitwazzjoni li tidħol fil-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, irrispettivament mil-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali skont dan ir-Regolament.
1.  Dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti huma dispożizzjonijiet li jekk jiġu injorati tkun xi ħaġa manifestament inkompatibbli mal-politika pubblika (ordre public) tal-Istat Membru kkonċernat. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jinterpretaw l-eċċezzjoni tal-politika pubblika b'mod li huwa kuntrarju għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 21 tagħha, li jipprojbixxi kull forma ta' diskriminazzjoni.
2.  Dan ir-Regolament ma għandux jirristrinġi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti tal-liġi tal-liġi tal-istanza ġudizzjarja, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' protezzjoni tat-tranżazzjoni applikabbli skont l-Artikolu 35.
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 23
L-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tal-liġi magħżula permezz ta’ dan ir-Regolament ma tistax titwarrab ħlief jekk din l-applikazzjoni tkun manifestament inkompatibbli mal-ordni pubbliku tal-forum.
L-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tal-liġi ta’ kwalunkwe Stat magħżula permezz ta’ dan ir-Regolament ma tistax titwarrab ħlief jekk l-applikazzjoni tagħha tkun manifestament inkompatibbli mal-ordni pubbliku tal-forum.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 24
Meta dan ir-Regolament jippreskrivi l-applikazzjoni tal-liġi ta’ Stat, dan ikun qed jirreferi għar-regoli tad-dritt sostantiv li jkunu fis-seħħ f'dak l-Istat, bl-esklużjoni tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat.
Meta dan ir-Regolament jippreskrivi l-applikazzjoni tal-liġi ta’ Stat, dan ikun qed jirreferi għar-regoli tad-dritt li jkunu fis-seħħ f'dak l-Istat, bl-esklużjoni tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat.
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 25
Stati li għandhom żewġ sistemi jew diversi sistemi legali – kunflitti tal-liġijiet territorjali
Stati b'aktar minn sistema legali waħda – kunflitti tal-liġijiet territorjali
1.  Meta l-liġi speċifikata minn dan ir-Regolament hija dik ta' Stat li jinkludi diversi unitajiet territorjali, u kull waħda minnhom ikollha r-regoli tal-liġi tagħha stess fir-rigward tal-reġim matrimonjali, ir-regoli interni dwar il-kunflitt tal-liġijiet ta' dak l-Istat għandhom jiddeterminaw l-unità territorjali relevanti li r-regoli tagħha għandhom japplikaw.
Meta Stat ikun jinkludi diversi unitajiet territorjali, kull waħda minnhom b'sistema legali jew b'sett ta' regoli tagħha stess li jittrattaw il-kwistjonijiet irregolati minn dan ir-Regolament:
1a.  Fin-nuqqas ta' tali regoli interni dwar il-kunflitt tal-liġijiet:
(a)  għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli f'konformità ma' dan ir-Regolament, kull referenza għal-liġi ta' dak l-Istat għandha tiġi interpretata bħala referenza għal-liġi li tkun fis-seħħ fl-unità territorjali kkonċernata;
(a)  kwalunkwe referenza għal-liġi tal-Istat imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi interpretata, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli skont dispożizzjonijiet li jirreferu għar-residenza abitwali tal-konjuġi, bħala li tirreferi għal-liġi tal-unità territorjali fejn il-konjuġi għandhom ir-residenza abitwali tagħhom;
(b)  kull referenza għar-residenza abitwali f'dak l-Istat Membru għandha tiġi interpretata bħala referenza għar-residenza abitwali ġewwa unità territorjali;
(b)  kull referenza għal-liġi tal-Istat imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi interpretata, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli skont dispożizzjonijiet li jirreferu għaċ-ċittadinanza tal-konjuġi, bħala referenza għal-liġi tal-unità territorjali li l-konjuġi għandhom l-eqreb rabta magħha;
(c)  kull referenza għaċ-ċittadinanza għandha tirreferi għall-unità territorjali stabbilita mil-liġi ta' dak l-Istat jew, fin-nuqqas ta' regoli applikabbli, għall-unità territorjali magħżula mill-partijiet, jew fin-nuqqas ta’ għażla, għal dik l-unità territorjali li wieħed mill-konjuġi jew li l-koppja miżżewġa jkollu/jkollha l-aktar rabtiet mill-qrib magħha.
(c)  kull referenza għal-liġi tal-Istat imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi interpretata, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli skont kwalunkwe dispożizzjoni oħra li tirreferi għal elementi oħrajn bħala fatturi ta' konnessjoni, bħala li qed tirreferi għal-liġi tal-unità territorjali fejn jinsab l-element relevanti.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 25a (ġdid)
Artikolu 25a
Stati b'aktar minn sistema legali waħda - konflitti ta' liġijiet interpersonali
Fir-rigward ta' Stat li jkollu żewġ sistemi jew aktar ta' liġijiet jew ġabriet ta' regoli applikabbli għal kategoriji differenti ta' persuni fir-rigward ta' reġimi matrimonjali, kwalunkwe referenza għal-liġi ta' dak l-Istat għandha tiġi interpretata bħala li tirriferi għas-sistema ta' liġijiet jew ġabra ta' regoli ddeterminati mir-regoli fis-seħħ f'dak l-Istat. Fin-nuqqas ta' regoli bħal dawn, għandhom japplikaw is-sistema ta' liġijiet jew il-ġabra ta' regoli li l-konjuġi għandhom l-eqreb rabta magħhom.
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 25b (ġdid)
Artikolu 25b
Meta dan ir-Regolament mhuwiex applikabbli għal konflitti ta' liġijiet interni
Stat Membru li jinkludi diversi unitajiet territorjali li kull waħda minnhom għandha r-regoli ta' liġi proprji tagħha fir-rigward tar-reġimi matrimonjali ma għandux ikun obbligat japplika dan ir-Regolament għal konflitti tal-liġijiet li jirriżultaw bejn dawk l-unitajiet biss.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2
2.  Fil-każ ta' kontestazzjoni, kull parti interessata li tinvoka r-rikonoxximent bħala talba prinċipali, tista' titlob li jiġi kkonstatat, skont il-proċeduri previsti fl-Artikoli [38 sa 56] tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, li d-deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta.
2.  Fil-każ ta' kontestazzjoni, kull parti interessata li tinvoka r-rikonoxximent bħala talba prinċipali, tista' titlob li jiġi kkonstatat, skont il-proċeduri previsti fl-Artikoli 31b sa 31o, li d-deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – punt a
(a)  ir-rikonoxximent ikun manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-Istat Membru li ssirlu it-talba;
(a)  ir-rikonoxximent ikun manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-Istat Membru fejn qed jintalab rikonoxximent;
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – punt c
(c)  hi tkun irrikonċiljabbli ma' deċiżjoni mogħtija bejn l-istess partijiet fl-Istat Membru li ssirlu t-talba;
(c)  hi tkun irrikonċiljabbli ma' deċiżjoni mogħtija fil-proċedimenti bejn l-istess partijiet fl-Istat Membru fejn qed jintalab rikonoxximent;
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – punt d
(d)  tkun irrikonċiljabbli ma' deċiżjoni mogħtija preċedentement fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz bejn l-istess partijiet f’tilwima li jkollha l-istess suġġett u l-istess kawża, meta d-deċiżjoni li tkun ingħatat qabel tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent tagħha fl-Istat Membru li ssirlu t-talba.
(d)  tkun irrikonċiljabbli ma' deċiżjoni mogħtija preċedentement fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz bejn l-istess partijiet fi proċedimenti f’tilwima li jkollha l-istess suġġett u l-istess kawża, meta d-deċiżjoni li tkun ingħatat qabel tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent tagħha fl-Istat Membru fejn ikun qed jintalab rikonoxximent.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 29
Id-deċiżjoni barranija ma tistax, fl-ebda ċirkustanza, tkun soġġetta għal rieżami tal-mertu.
Id-deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru partikolari ma tistax, fl-ebda ċirkustanza, tkun soġġetta għal rieżami tal-mertu.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 30
Il-qorti ta' Stat Membru li tiġi invokata għal talba ta' rikonoxximent ta’ deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru ieħor tista' tissospendi l-proċedimenti tagħha jekk din id-deċiżjoni tkun soġġetta għal appell.
Il-qorti ta' Stat Membru li tiġi invokata għal talba ta' rikonoxximent ta’ deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru ieħor tista' tissospendi l-proċedimenti tagħha jekk din id-deċiżjoni tkun soġġetta għal appell fl-Istat Membru ta' oriġini.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 31
Id-deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru u li huma eżegwibbli ġo fih huma eżegwiti fl-Istati Membri l-oħra, f'konformità mal-Artikoli [38 sa 56 u 58] tar-Regolament (KE) Nru 44/2001.
Id-deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru u li huma eżegwibbli f'dak l-Istat għandhom ikunu eżegwibbli fi Stat Membru ieħor meta, bl-applikazzjoni ta' kwalunkwe parti interessata, ikunu ġew iddikjarati eżegwibbli hemmhekk f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikoli 31b sa 31o.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 31a (ġdid)
Artikolu 31a
Determinazzjoni ta' domiċilju
Sabiex jiġi ddeterminat jekk, għall-finijiet tal-proċedura prevista fl-Artikoli 31b sa 31o, parti hijiex domiċiljata fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni, il-qorti invokata għandha tapplika l-liġi interna ta' dak l-Istat Membru.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 31b (ġdid)
Artikolu 31b
Ġuriżdizzjoni tal-qrati lokali
1.  L-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà għandha tiġi ppreżentata lill-qorti jew lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni kkomunikata minn dak l-Istat Membru lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 37.
2.  Il-ġuriżdizzjoni lokali għandha tiġi ddeterminata b'referenza għall-post tad-domiċilju tal-parti li kontra tagħha tkun qed tintalab l-eżekuzzjoni, jew għall-post tal-eżekuzzjoni.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 31c (ġdid)
Artikolu 31c
Proċedura
1.  Il-proċedura ta' applikazzjoni għandha tkun irregolata mil-liġi tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.
2.  L-applikant ma għandux ikun obbligat li jkollu indirizz postali jew rappreżentant awtorizzat fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.
3.  L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-atti li ġejjin:
(a)  kopja tad-deċiżjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa biex tiġi stabbilita l-awtentiċità tagħha;
(b)  l-attestazzjoni maħruġa mill-qorti jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' oriġini bl-użu tal-formola stabbilita f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 37c(2), mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 31d.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 31d(ġdid)
Artikolu 31d
Nuqqas ta' preżentazzjoni tal-attestazzjoni
1.  Jekk l-attestazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 31c(3) ma tiġix ippreżentata, il-qorti jew l-awtorità kompetenti tista' tispeċifika żmien għall-preżentazzjoni tagħha jew taċċetta dokument ekwivalenti jew, jekk tikkunsidra li jkollha informazzjoni suffiċjenti quddiemha, tirrinunċja għall-preżentazzjoni tagħha.
2.  Jekk il-qorti jew awtorità kompetenti titlob dan, għandha tiġi ppreżentata traduzzjoni tal-atti. It-traduzzjoni għandha ssir minn persuna kkwalifikata biex tittraduċi f'wieħed mill-Istati Membri.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 31e (ġdid)
Artikolu 31e
Dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà
Id-deċiżjoni għandha tiġi ddikjarata eżegwibbli immedjatament wara li jitlestew il-formalitajiet fl-Artikolu 31c mingħajr ebda rieżami skont l-Artikolu 27. Il-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni m'għandhiex f'dan l-istadju tal-proċedimenti tkun intitolata tagħmel sottomissjonijiet dwar l-applikazzjoni.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 31f (ġdid)
Artikolu 31f
Notifika tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà
1.  Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà għandha tinġieb immedjatament għall-attenzjoni tal-applikant skont il-proċedura stabbilita bil-liġi tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.
2.  Id-dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà għandha tiġi nnotifikata lill-parti li kontriha qed tintalab l-eżekuzzjoni, akkumpanjata mid-deċiżjoni, jekk din ma tkunx diġà ġiet innotifikata lil dik il-parti.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 31g (ġdid)
Artikolu 31g
Appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà
1.  Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà tista' tiġi appellata minn kwalunkwe waħda mill-partijiet.
2.  L-appell għandu jiġi ppreżentat quddiem il-qorti b'komunikazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 37.
3.  L-appell għandu jkun ittrattat f'konformità mar-regoli li jirregolaw il-proċedura fi kwistjonijiet kontradittorji.
4.  Jekk il-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni tonqos milli tidher quddiem il-qorti tal-appell fi proċedimenti dwar appell imressaq mill-applikant, għandu japplika l-Artikolu 11, anki meta l-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni ma hija domiċiljata f'ebda wieħed mill-Istati Membri.
5.  L-appell kontra d-dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà għandu jiġi ppreżentat fi żmien 30 jum min-notifika tiegħu. Jekk il-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni hi domiċiljata fi Stat Membru differenti minn dak li fih tkun ingħatat id-dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà, iż-żmien għal appell għandu jkun ta' 60 jum u għandu jibda jgħodd mill-jum tan-notifika, lilha personalment jew fir-residenza tagħha. L-ebda estensjoni ma tista’ tingħata minħabba distanza.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 31h (ġdid)
Artikolu 31h
Proċedura biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fl-appell
Id-deċiżjoni mogħtija fl-appell tista' tiġi kkontestata biss permezz tal-proċedura kkomunikata mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 37.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 31i (ġdid)
Artikolu 31i
Rifjut jew revoka ta' dikjarazzjoni ta' eliġibbiltà
Il-qorti li quddiemha jkun ġie ppreżentat appell skont l-Artikolu 31g jew l-Artikolu 31h għandha tirrifjuta jew tirrevoka dikjarazzjoni ta' eliġibbiltà biss għal waħda mir-raġunijiet speċifikati fl-Artikolu 27. Hija għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha mingħajr dewmien.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 31j (ġdid)
Artikolu 31j
Sospensjoni tal-proċedimenti
Il-qorti ppreżentata b'appell skont l-Artikolu 31g jew l-Artikolu 31h għandha, mal-applikazzjoni tal-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni, tissospendi l-proċedimenti jekk l-eżegwibbiltà tad-deċiżjoni tiġi sospiża fl-Istat Membru ta' oriġini minħabba appell.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 31k (ġdid)
Artikolu 31k
Miżuri proviżorji, inklużi dawk protettivi
1.  Meta deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta skont din it-Taqsima, xejn m'għandu jimpedixxi lill-applikant milli jagħmel użu minn miżuri provviżjorji, inklużi miżuri protettivi, skont il-liġi tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni mingħajr il-ħtieġa ta' dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà skont l-Artikolu 31e.
2.  Id-dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà għandha ġġib magħha, skont l-applikazzjoni tal-liġi, il-poter li wieħed jipproċedi għal kwalunkwe miżura protettiva.
3.  Matul iż-żmien speċifikat għal appell skont l-Artikolu 31g(5) kontra d-dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà u sakemm kwalunkwe appell bħal dak ikun ġie determinat, ebda miżura ta' eżekuzzjoni ħlief miżuri protettivi ma tista' tittieħed kontra l-proprjetà tal-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 31l (ġdid)
Artikolu 31l
Infurzabbiltà parzjali
1.  Meta tkun ingħatat deċiżjoni rigward diversi kwistjonijiet, u d-dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà ma tkunx tista tingħata għalihom kollha, il-qorti jew l-awtorità kompetenti għandha tagħtiha għal waħda minnhom jew aktar.
2.  Applikant jista' jitlob dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà limitata għal partijiet minn deċiżjoni.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 31m (ġdid)
Artikolu 31m
Għajnuna legali
Applikant li fl-Istat Membru ta' oriġini jkun ibbenefika bis-sħiħ jew parzjalment mill-għajnuna legali jew minn eżenzjoni mill-ispejjeż jew l-infiq, għandu jkun intitolat, fi kwalunkwe proċediment għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà, li jibbenefika mill-għajnuna legali l-aktar favorevoli jew mill-eżenzjoni l-aktar estiża mill-ispejjeż jew l-infiq kif previst mil-liġi tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 31n (ġdid)
Artikolu 31n
Ebda garanzija, bond jew depożitu
L-ebda garanzija, bond jew depożitu, irrispettivament mid-deskrizzjoni, ma għandhom ikunu meħtieġa minn parti li fi Stat Membru tapplika għal rikonoxximent, eżegwibbiltà jew eżekuzzjoni ta' deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru ieħor minħabba li tkun ċittadin barrani jew li ma tkunx domiċiljata jew residenti fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 31o (ġdid)
Artikolu 31o
Ebda imposta, dazju jew miżata
Fil-proċedimenti għall-ħruġ ta' dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà, m'għandhom jiġu imposti l-ebda imposta, dazju jew miżata kkalkulati b'referenza għall-valur tal-materja inkwistjoni fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 32
Rikonoxximent tal-atti awtentiċi
L-aċċettazzjoni tal-atti awtentiċi
1.  L-atti awtentiċi stabbiliti fi Stat Membru għandhom jiġu rikonoxxuti fl-Istati Membri l-oħra, ħlief jekk ikun hemm kontestazzjoni dwar il-validità ta' dawn l-atti skont il-liġi applikabbli, u bil-kundizzjoni li tali rikonoxximent ma jkunx imur manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-Istat Membru li tkun saritlu t-talba.
1.   Att awtentiku stabbilit fi Stat Membru għandu jkollu l-istess effetti evidenzjarji fi Stat Membru ieħor bħal ma għandu fl-Istat Membru ta' oriġini, jew l-aktar effetti komparabbli, dment li dan ma jkunx manifestament kuntrarju għall-ordni pubbliku (ordre public) tal-Istat Membru kkonċernat.
Persuna li tixtieq tagħmel użu minn att awtentiku fi Stat Membru ieħor tista' titlob lill-awtorità li tistabbilixxi l-att awtentiku fl-Istat Membru ta' oriġini biex timla l-formola li għandha tiġi stabbilita f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 37c(2) li tiddeskrivi l-effetti evidenzjarji li l-att awtentiku jipproduċi fl-Istat Membru ta' oriġini.
1a.  Kwalunkwe kontestazzjoni marbuta mal-awtentiċità ta' att awtentiku għandha ssir quddiem il-qrati tal-Istat Membru ta' oriġini u għandha tittieħed deċiżjoni dwarha skont il-liġi ta' dak l-Istat. L-att awtentiku kkontestat m'għandu jipproduċi ebda effett evidenzjarju fi Stat Membru ieħor sakemm il-kontestazzjoni tkun għadha pendenti quddiem il-qorti kompetenti.
1b.  Kwalunkwe kontestazzjoni marbuta mal-atti legali jew ir-relazzjonijiet legali rreġistrati f'att awtentiku għandha ssir quddiem il-qrati li għandhom ġuriżdizzjoni skont dan ir-Regolament u għandha tittieħed deċiżjoni dwarha skont il-liġi applikabbli taħt il-Kapitolu III jew il-liġi msemmija fl-Artikolu 36. L-att awtentiku li jkun ġie kkontestat ma għandu jipproduċi ebda effett evidenzjarju fi Stat Membru ieħor ħlief l-Istat Membru ta' oriġini fir-rigward tal-materja li tkun qed tiġi kkontestata sakemm il-kontestazzjoni tkun għadha pendenti quddiem il-qorti kompetenti.
1c.  Jekk l-eżitu tal-proċedimenti f'qorti ta' Stat Membru jiddependi mid-determinazzjoni ta' kwistjoni inċidentali relatata mal-atti legali jew ir-relazzjonijiet legali rreġistrati f’att awtentiku fi kwistjonijiet ta' reġim matrimonjali, dik il-qorti għandu jkollha ġuriżdizzjoni fuq dik il-kwistjoni.
2.  Ir-rikonoxximent tal-atti awtentiċi għandu l-effett li jagħti lil dawn l-atti valur probatorju fir-rigward tal-kontenut tagħhom, kif ukoll preżunzjoni sempliċi ta’ validità.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 33
1.  L-atti awtentiċi li jiġu stabbiliti u li jkunu eżegwibbli fi Stat Membru għandhom, fuq rikors, jiġu ddikjarati eżegwibbli fi Stat Membru ieħor, f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikoli [38 sa 57] tar-Regolament (KE) Nru 44/2001.
1.  Att awtentiku li huwa eżegwibbli fl-Istat Membru ta' oriġini għandu jiġi ddikjarat bħala eżegwibbli fi Stat Membru ieħor mal-applikazzjoni ta' kwalunkwe parti interessata f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikoli 31b sa 31o.
1a.  Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 31c(3), l-awtorita' li stabilixxiet l-att awtentiku għandha, mal-applikazzjoni ta' kwalunkwe parti interessata, toħroġ attestazzjoni bl-użu tal-formola stabbilita skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 37b(2).
2.  Il-qorti li quddiemha jiġi ppreżentat rikors skont l-Artikoli [43 u 44] tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, ma tistax tiċħad jew tirrevoka dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà ħlief jekk l-eżekuzzjoni tal-att awtentiku tkun tmur manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-Istat Membru li tkun saritlu t-talba.
2.  Il-qorti li quddiemha jiġi ppreżentat rikors skont l-Artikolu 31g jew l-Artikolu 31h, ma tistax tiċħad jew tirrevoka dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà ħlief jekk l-eżekuzzjoni tal-att awtentiku tkun tmur manifestament kontra l-ordni pubbliku (ordre public) tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 34
Rikonoxximent u eżegwibbiltà ta’ tranżazzjonijiet ġudizzjarji
Eżegwibbiltà ta’ tranżazzjonijiet ġudizzjarji
It-tranżazzjonijiet ġudizzjarji li huma eżegwibbli fl-Istat Membru ta’ oriġini huma rikonoxxuti u ddikjarati eżegwibbli fi Stat Membru ieħor fuq it-talba ta’ kwalunkwe parti interessata, taħt l-istess kundizzjonijiet tal-atti awtentiċi. Il-qorti li quddiemha jiġi ppreżentat rikors skont l-Artikolu [42 jew 44] tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, m’għandhiex tiċħad u lanqas tirrevoka dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà, ħlief jekk l-eżegwibbiltà tat-tranżazzjoni ġudizzjarja tkun tmur manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-Istat Membru li tkun saritlu t-talba.
1.   Tranżazzjonijiet ġudizzjarji li huma eżegwibbli fl-Istat Membru ta’ oriġini għandhom jiġu ddikjarati eżegwibbli fi Stat Membru ieħor bl-applikazzjoni ta’ kwalunkwe parti interessata skont il-proċedura li jipprevedu l-Artikoli 31b to 31o.
1a.  Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 31c(3), il-qorti li tkun approvat it-tranżazzjoni jew li quddiemha tkun ġiet konkluża t-tranżazzjoni, għandha, mal-applikazzjoni ta' kwalunkwe parti interessata, toħroġ attestazzjoni bl-użu tal-formola stabbilita skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 37c(2).
1b.  Il-qorti li quddiemha jiġi ppreżentat rikors skont l-Artikolu 31g jew 31h għandha tiċħad jew tirrevoka dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà biss jekk l-eżegwibbiltà tat-tranżazzjoni ġudizzjarja tkun tmur manifestament kontra l-ordni pubbliku (ordre public) tal-Istat Membru ta' eżegwibbiltà.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – titolu
Effetti fil-konfront ta' terzi persuni
Protezzjoni ta' terzi persuni
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 2
2.  Madanakollu, il-liġi ta’ Stat Membru tista’ tipprevedi li l-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali ma tkunx tista' tintuża minn wieħed mill-konjuġi kontra terza persuna meta wieħed mill-konjuġi jew it-terza persuna jkollu/jkollha r-residenza abitwali tiegħu/tagħha fuq it-territorju ta’ dak l-Istat Membru u meta l-kundizzjonijiet dwar il-pubbliċità jew ir-reġistrazzjoni previsti minn dan l-istess dritt ma jkunux ġew irrispettati, sakemm it-terza persuna kienet taf jew kellha tkun taf bil-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali.
2.  Madankollu, f'relazzjoni legali bejn konjuġi u terza persuna, l-ebda wieħed mill-konjuġi ma jista' jorbot fuq il-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali jekk il-konjuġi f'relazzjoni legali mat-terza persuna u t-terza persuna jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fl-istess Stat, li mhuwiex l-Istat li l-liġi tiegħu hija applikabbli għar-reġim matrimonjali. F'każijiet bħal dawn, il-liġi tal-Istat Membru tar-residenza abitwali ta' dak il-konjuġi u t-terza persuna għandha tapplika għall-effetti fuq it-terza persuna tar-reġim matrimonjali.
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 3
3.  Il-liġi tal-Istat Membru ta' fejn tkun tinsab xi proprjetà immobbli tista’ tipprevedi regola simili għal dik prevista fil-paragrafu 2 dwar ir-relazzjonijiet legali bejn wieħed mill-konjuġi u t-terza persuna fir-rigward ta' tali proprjetà immobbli.
3.  Il-paragrafu 2 ma għandux japplika jekk:
(a)  it-terza persuna kienet konxja, jew suppost kienet konxja, mil-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali, jew
(b)  ir-rekwiżiti li jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni jew il-pubbliċità tar-reġim matrimonjali f'konformità mal-liġi tal-Istat tar-residenza abitwali tat-terza persuna u l-konjuġi li jittratta mat-terza persuna, ġew sodisfatti, jew
(c)  fi trattamenti li jikkonċernaw proprjetà immobbli, ir-rekwiżiti li jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni jew il-pubbliċità tar-reġim matrimonjali fir-rigward tal-proprjetà immobbli f'konformità mal-liġi tal-Istat fejn tinsab il-proprjetà immobbli, ġew sodisfatti.
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu -36 (ġdid)
Artikolu -36
Residenza abitwali
1.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ir-residenza abitwali ta' kumpaniji u entitajiet oħra, inkorporati jew mhux inkorporati, għandha tkun il-post tal-amministrazzjoni ċentrali.
Ir-residenza abitwali ta' persuna fiżika li taġixxi matul l-attività ta' negozju tagħha għandha tkun il-post prinċipali tan-negozju tagħha.
2.  Fejn ir-relazzjoni legali tiġi konkluża matul l-operazzjoni ta' fergħa, aġenzija jew kwalunkwe stabbiliment ieħor, jew jekk, skont il-kuntratt, il-prestazzjoni tkun fir-responsabbiltà ta' tali fergħa, aġenzija jew stabbiliment, il-post fejn il-fergħa, l-aġenzija jew kwalunkwe stabbiliment ieħor ikunu jinsabu għandu jitqies bħala l-post ta' residenza abitwali.
3.  Għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-residenza abitwali, il-mument rilevanti għandu jkun il-mument meta jiġi konkluż il-kuntratt.
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba)  l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti bil-kompetenza biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà f'konformità mal-Artikolu 31b(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 31g(2);
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 78(1), punt (a) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)
(bb)  il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fl-appell kif imsemmi fl-Artikolu 31h;
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni għandha tpoġġi l-informazzjoni kkomunikata, f'konformità mal-paragrafi 1 u 2, disponibbli għall-pubbliku permezz ta' mezzi adattati, b'mod partikolari permezz tas-sit tal-internet multilingwu tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fl-oqsma ċivili u kummerċjali.
3.  Il-Kummissjoni għandha tpoġġi l-informazzjoni kkomunikata, f'konformità mal-paragrafi 1 u 2, disponibbli għall-pubbliku b'manjiera sempliċi permezz ta' mezzi adattati, b'mod partikolari permezz tas-sit tal-internet multilingwu tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fl-oqsma ċivili u kummerċjali.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar din il-websajt multingwi tkun aċċessibbli wkoll permezz ta' kull websajt uffiċjali li joħolqu, b'mod partikolari billi jipprovdu link għall-websajt tal-Kummissjoni.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 78(3) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Il-Kummissjoni għandha tintroduċi għodda ta’ informazzjoni u taħriġ għall-uffiċjali rilevanti tal-qrati u l-professjonisti legali billi twaqqaf portal interattiv bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, inkluża sistema għall-iskambju tal-għarfien espert u l-prattiki professjonali.
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 37a (ġdid)
Artikolu 37a
Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-lista li tinkludi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1a)
1.  Il-Kummissjoni, abbażi ta' notifiki mill-Istati Membri, għandha tistabbilixxi l-lista tal-awtoritajiet u l-professjonisti legali l-oħrajn imsemmija fl-Artikolu 2(1a).
2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla sussegwenti fl-informazzjoni li tinsab f'dik il-lista. Il-Kummissjoni għandha temenda l-lista b'mod korrispondenti.
3.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista u kwalunkwe emenda sussegwenti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
4.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblikament disponibbli l-informazzjoni kollha nnotifikata f'konformità mal-paragrafi 1 u 2 permezz ta' kwalunkwe mezz ieħor li jkun xieraq, b'mod partikolari permezz tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 79 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 37b (ġdid)
Artikolu 37b
Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-attestazzjonijiet u l-formoli msemmija fl-Artikoli 31c, 32, 33 u 34
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu u sussegwentement jemendaw l-attestazzjonijiet u l-formoli msemmija fl-Artikoli 31c, 32, 33 u 34. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 37c(2).
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 37c (ġdid)
Artikolu 37c
Proċedura tal-Kumitat
1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 3
3.  Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III huma biss applikabbli għall-koppji li jkunu żżewġu jew li jkunu speċifikaw il-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali tagħhom, wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
3.  Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III huma biss applikabbli għall-koppji li wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament:
(a)   jiżżewġu, jew
(b)   jispeċifikaw il-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali.
Ftehim dwar l-għażla tal-liġi applikabbli konkluż qabel [id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], ikun validu ugwalment jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu III jew jekk ikun validu fl-applikazzjoni tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat li jkunu fis-seħħ fil-mument meta l-ftehim dwar l-għażla tal-liġi jiġi konkluż.

Strateġija Ewropea għat-trasport u t-teknoloġija għall-mobilità Ewropea sostenibbli tal-ġejjieni
PDF 385kWORD 34k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Settembru 2013 dwar il-promozzjoni ta' strateġija Ewropea għat-trasport u t-teknoloġija għall-mobilità Ewropea sostenibbli tal-ġejjieni (2012/2298(INI))
P7_TA(2013)0339A7-0241/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu ‘Riċerka u innovazzjoni b'appoġġ għall-poltika tat-trasport – Żvilupp ta’ strateġija Ewropea għat-trasport u t-teknoloġija’ (COM(2012)0501),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu ‘Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020’ (COM(2011)0808),

–  wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tal-2011 bit-titolu ‘Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti’(COM(2011)0144),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu "Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv" (COM(2010)2020),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Settembru 2011 dwar is-sikurezza fit-toroq 2011-2020(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0241/2013),

A.  billi l-Kummissjoni identifikat in-nuqqasijiet tas-sistema tal-innovazzjoni tat-trasport Ewropea;

B.  billi l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur tat-trasport ifissru wkoll investiment fl-ekonomija u l-ħolqien ta’ postijiet tax-xogħol, u għaldaqstant jista’ jkollhom impatt triplu;

C.  billi l-innovazzjoni hi essenzjali biex tinħoloq sistema tat-trasport aktar smart, aktar sikura u aktar intelliġenti għall-pubbliku, biex jiġu ffaċċati l-isfidi ambjentali li qed iħabbat wiċċu magħhom is-settur tat-trasport u biex tinkiseb ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju;

D.  billi fl-istrateġija Ewropa 2020 il-miri relatati mat-tibdil fil-klima u mal-enerġija huma marbuta mill-qrib mal-innovazzjoni fit-trasport: 20 % inqas emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra b'paragun mal-1990, 20 % tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u żieda ta’ 20 % fl-effiċjenza enerġetika, kif ukoll il-miri ta’ 50 % inqas imwiet mill-inċidenti tat-traffiku b’paragun mal-2001;

E.  billi se jkun hemm bżonn ta’ bidla reali fl-attitudnijiet tal-utenti, u fl-istandards li dawn jitolbu, biex għadd kbir ta’ negozji u fornituri ta’ servizzi jiġi konvinti jibdlu l-paradigmi tagħhom u biex jiġu sfruttati l-opportunitajiet ta’ innovazzjoni offruti mill-konverġenza kreattiva u l-ħsibijiet atipiċi deskritti fil-punt 5.3 tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM(2012)0501);

F.  billi l-inizjattivi msemmija fil-White Paper dwar it-trasport huma milqugħa pożittivament, b’mod partikolari dawk imsemmija fit-taqsima 3.2 (bit-titlu ‘L-innovazzjoni għall-ġejjieni – it-teknoloġija u l-imġiba’), flimkien mal-inizjattivi 7 (‘Trasport multimodali ta’ merkanzija: e-freight’) u 22 (‘Mobilità konsistenti 'bieb bieb’);

G.  billi l-istrateġija Ewropea għandha tiżgura ekwilibriju bejn l-isforzi għat-tnaqqis tal-impronta ambjentali tat-trasport u sforzi biex tkun żgurata l-libertà ta’ ċirkolazzjoni fl-Unjoni Ewropea, biex naslu għall-kisba ta’ żona unika Ewropea tat-trasport li tkun intermodali, interkonnessa, integrata u effikaċi fl-użu tar-riżorsi;

H.  billi fis-sena 2012 inqatlu iktar minn 31 000 persuna u ndarbu ’l fuq minn 1 500 000 persuna, uħud minn serjament, f’inċidenti tat-traffiku fl-Unjoni Ewropea;

I.  billi diġà jeżistu teknoloġiji li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi ta’ “Żona Ewropea ta’ Trasport Sikur”, iżda dawn għadhom ma tqegħdux fis-suq;

Il-prinċipji ġenerali

1.  Jenfasizza li strateġija Ewropea tat-teknoloġija tat-trasport għall-mobilità sostenibbli ġejjiena tal-Ewropa għandha tippromwovi l-ewwel u qabel kollox il-kwalità tas-servizz, il-kumdità tal-passiġġieri u l-impriżi, u l-mobilità sostenibbli, u li din għandha tkun ibbażata fuq il-miri u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li jirrigwardaw it-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija, fl-istorbju tat-traffiku, fl-elementi li jniġġsu l-arja, fil-materji primi u fl-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra sal-2020, l-2030 u l-2050, kif ukoll it-titjib tas-saħħa u l-kwalità tal-ħajja, it-titjib fil-kwalità tas-servizzi, il-provvediment ta’ soluzzjonijiet dejjem aktar speċifiċi u mmirati aktar mill-qrib lejn il-ħtiġijiet tal-utenti, u t-titjib tas-sikurezza u s-sigurtà;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Kunsill, fid-dawl tal-importanza tar-riċerka u l-innovazzjoni għall-ekonomija Ewropea kollha, jirrikonoxxu l-importanza tal-inizjattiva Orizzont 2020 u jiggarantixxu finanzjament adegwat għaliha;

3.  Jikkonferma l-objettiv tal-Kummissjoni għal allinjament aħjar tar-riċerka u l-innovazzjoni fit-trasport mal-għanijiet u l-pjanijiet direzzjonali tal-politika tat-trasport Ewropea għal kull qasam, iżda jemmen li l-approċċ propost fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni jeħtieġ jiġi aġġustat skont il-prijoritajiet definiti hawn taħt;

4.  Jemmen li strateġija Ewropea tajba fil-qasam tat-teknoloġiji tat-trasport għandha tkopri r-reġjuni kollha tal-UE biex tiżgura ċ-ċirkolazzjoni effiċjenti tal-persuni u l-merkanzija, u l-ħolqien ta’ suq uniku Ewropew ta’ veru;

5.  Jemmen li użu aktar effiċjenti, koerenti u mmirat tar-riċerka u l-iżvilupp fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politika tat-trasport huwa kruċjali għal rispons għar-realtajiet ġodda, b’separazzjoni mill-modi tal-ħsieb konvenzjonali u b’enfasi fuq ideat innovattivi, u għaldaqstant biex l-utenti jingħataw soluzzjonijiet innovattivi tat-trasport li jwieġbu għall-ħtiġijiet u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ disponibilità, profitabilità, kredibilità, kwalità u kontinwità;

6.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex toħloq qafas favorevoli għar-riċerka u l-innovazzjoni billi tistabbilixxi sistemi ta’ pprezzar ġusti, effiċjenti u innovattivi għall-modi kollha ta’ mobilità u trasport, partikolarment permezz tal-internalizzazzjoni tal-kostijiet esterni, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-prinċipji ta’ “min iniġġes iħallas” u ta’ “l-utent iħallas”;

7.  Jinnota s-siwi tas-Sistema ta’ Monitoraġġ u Informazzjoni dwar ir-Riċerka u l-Innovazzjoni fit-Trasport (TRIMIS) proposta mill-Kummissjoni u jsostni li din għandha tinkorpora fiha l-perspettiva tal-utent, għax dan joffri mezz ideali biex jiġu identifikati l-ostakli għall-innovazzjoni maħluqa minħabba l-abitudini, biex jiġu identifikati l-opportunitajiet u biex jiġi mħeġġeġ it-tixrid ta’ possibilitajiet ta’ servizz ġodda biex jiffavorixxu u jippromwovu tibdil fl-attitudnijiet soċjali lejn it-trasport sostenibbli;

8.  Jisħaq li l-imblokk teknoloġiku jostakola t-twettiq tal-potenzjal kollha ta’ innovazzjoni fit-trasport, u jista’ jistakola l-iżvilupp ta’ ideat ġodda u innovattivi; iqis, għaldaqstant, li l-politiki tal-Unjoni għandhom ikunu teknomoloġikament newtrali fir-rigward ta’ teknoloġiji alternattivi għat-trasport(‘newtralità tat-teknoloġija’), filwaqt li d-deċiżjonijiet dwar prijoritajiet u finanzjament għandhom isiru abbażi tar-riżultati tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tat-teknoloġiċi użati f’oqsma speċifiċi tat-trasport, u li l-isforzi fir-rigward tal-armonizzazzjoni ma jridux ikunu ta’ ostaklu għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet innovattivi u alternattivi fil-qasam tat-trasport, għad-diversità tat-taħlita ta’ enerġija u għat-tħejjija għall-użu ta’ teknoloġiji tal-komunikazzjoni smart;

9.  Jenfasizza li biex in-negozji u l-korpi pubbliċi jiġu megħjuna jassorbu soluzzjonijiet ġodda u teknoloġiji innovattivi, jeħtieġ ikun hemm aktar effiċjenza fil-katina tal-innovazzjoni, kif ukoll aktar investiment f’miżuri bħal inċentivi ekonomiċi biex jiġu megħluba l-ostakoli għat-tħejjija għall-użu u għat-tpoġġija fis-suq (‘impenji taċ-ċiklu sħiħ’); iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni biex taġixxi fuq l-idea tagħha li biex jiġi żviluppat il-potenzjal innovattiv sħiħ tas-settur tat-trasport u biex jiġu appoġġjati l-impriżi innovattivi, is-sussidji għandhom jintużaw ukoll biex jgħinu l-introduzzjoni, id-dimostrazzjoni u l-implimentazzjoni sħiħa ta’ soluzzjonijiet ġodda fis-suq, u li strumenti xierqa ta’ ġestjoni u ffinanzjar jistgħu jiggarantixxu l-implimentazzjoni b’ħeffa tar-riżultati tar-riċerka;

10.  Jemmen li r-reġjuni Ewropej kollha, u l-forzi ta' ħidma rispettivi tagħhom, għandhom jieħdu vantaġġ minn tali strateġija, u jenfasizza l-bżonn li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet u l-potenzjal reġjonali, speċjalment meta jiġu żviluppati mezzi ta' trasport iktar nadif; jistieden lill-awtoritajiet f’livelli sussidjarji biex joħolqu, flimkien mal-partijiet konċernati, sħubiji għall-innovazzjoni fil-qasam tal-mobilità sostenibbli;

11.  Jitlob biex ikun hemm aktar għall-attivitajiet tar-riċerka u l-iżvilupp tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), b’mod partikolari permezz ta’ aċċess aktar faċli għall-fondi tal-UE u ta’ tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi, u jenfasizza l-importanza tal-ħolqien u ż-żamma tal-impjiegi u t-tkabbir sostenibbli permezz tar-riċerka u l-iżvilupp;

12.  Isostni li l-investimenti taħt il-Fondi Strutturali tal-UE u l-fondi ta' investiment jistgħu jkunu ta' għajnuna biex ikabbru l-prospetti fir-reġjuni Ewropej biex tiġi żviluppata speċjalizzazzjoni smart fil-qasam tal-mobilità sostenibbli;

13.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali biex ifasslu strateġiji fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni msejsa fuq il-kunċett ta’ speċjalizzazzjoni smart, bl-għan li jkun hemm użu aktar effikaċi tal-fondi strutturali u li jissaħħu s-sinerġiji bejn l-investiment tas-settur pubbliku u dak privat;

14.  Ifakkar, f'dan ir-rigward, li għandha titfassal strateġija għal teknoloġija innovattiva maħsuba fuq il-bażi tal-karatteristiċi tat-territorji konċernati u tal-fatturi li jiddistingwuhom. Dan ifisser li l-approċċ ta' soluzzjoni waħda li tapplika għal kulħadd b'mod ugwali mhix biżżejjed; iqis, pereżempju, li r-reġjuni b’limitazzjonijiet territorjali speċifiċi, bħall-ġżejjer u r-reġjuni muntanjużii, ultraperiferiċi u dawk b'densità ta’ popolazzjoni baxxa, għandhom tipi speċifiċi ta' potenzjal ekonomiku u potenzjal ieħor li, biex jiġu sfruttat bis-sħiħ, jirrikjedi soluzzjonijiet tal-mobilità xierqa u innovattivi; jiindika, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa li jiġu allokati riżorsi adegwati għall-infrastruttura tat-trasport sostenibbli;

15.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu simplifikati aktar il-proċeduri amministrattivi għall-għoti tal-fondi għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali, lokali u dak transkonfinali, sabiex jiġi stabbilit qafas legali ċar u trasparenti;

16.  Jenfasizza li l-isforzi biex jonqos l-għadd ta’ persuni maqtula jew midruba fit-toroq ma għandhomx jiġu ttraskurati; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis u timplimenta dawl il-proposti għat-titjib fis-sikurezza tat-toroq li l-Parlament adottata b’maġġoranza kbira;

17.  Huwa tal-fehma li bidla fit-teknoloġija tat-trasport hija ħaġa tajba u importanti; jenfasizza, madankollu, li din il-bidla trid isseħħ mhux permezz ta’ projbizzjonijiet iżda permezz ta’ inċentivi biex jintużaw it-teknoloġiji ġodda b’użu baxx tar-riżorsi;

18.  Jenfasizza li ma għandux ikun hemm projbizzjonijiet għall-pjanijiet soluzzjonijiet tat-trasport ġodda u innovattivi jew għall-introduzzjoni ta’ proċeduri li diġà taw prova tal-effikaċja tagħhom f’kombinazzjonijiet ġodda;

Miżuri ġenerali

19.  Jemmen li r-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tal-mobilità sostenibbli għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju tal-integrazzjoni, b’mod partikolari billi jiġi trattat in-nuqqas ta’ konnessjonijiet transkonfinali (interkonnessjonijiet), billi tiżdied il-kompatibilità bejn u fi ħdan is-sistemi (interoperabbiltà) kif ukoll permezz tal-objettivi li jkun hemm bidla fid-direzzjoni lejn taħlita tal-aktar mezz tat-trasport xieraq u sostenibbli għal rotta partikolari (inter- u ko-modalità);

20.  Ifakkar fil-bżonn li l-UE tiżviluppa politika komuni tat-trasport ġenwina, filwaqt li tiżgura r-relevanza tat-trasport adegwati fi ħdan ir-reġjuni Ewropej u bejniethom u l-koerenza tiegħu fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew; jistieden lill-Istati Membri u lir-reġjuni jiżguraw li t-taħlita ta’ mezzi tat-trasport tiżgura enfasi ikbar fuq mobilità ġenwinament sostenibbli;

21.  Jenfasizza li din l-istrateġija trid tkun ibbażata fuq mudell integrattiv li fih il-konnessjonijiet interreġjonali u dawk transkonfinali neqsin jingħataw l-ikbar importanza, anke fir-reġjuni frammentati ġeografikament, u li s-soluzzjonijiet innovattivi għat-trasport multimodali jistgħu jnaqqsu d-disparitajiet reġjonali, jistimulaw il-mobilità tax-xogħol u jtejbu l-koeżjoni territorjali; hu konxju tal-fatt li bħalissa hemm differenzi konsiderevoli bejn ir-reġjuni fir-rigward tan-netwerks ta' trasport, u jiġbed l-attenzjoni fuq il-ħtieġa li jsir investiment fit-teknoloġiji u soluzzjonijiet tat-trasport sostenibbli fir-reġjuni bi żvantaġġi speċifiċi, filwaqt li jitqies ukoll il-potenzjal tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa;

22.  Jisħaq li r-riċerka u l-innovazzjoni għandha tiffoka fuq l-iżvilupp ta’ elementi ta’ infrastruttura sostenibbli li jappoġġaw it-trasport ta’ prodotti primarji rinnovabbli bħall-injam jew materjal imħallat bħall-komponenti tal-infrastruttura tal-ferroviji (pereżempji arbli għal sistemi katernarji u s-sinjalizzazzjoni, mataterjali tal-bini għall-pjattaformi u l-pontijiet); jindika li dan jinkludi wkoll l-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni għall-iżvilupp ta’ sustanza ta’ mili (impregnation) għat-travi tal-injam (sleepers) li tista’ sservi bħala alternattiva għall-kreożot, li skont il-leġiżlazzjoni tal-UE se jiġi abolit fl-2018 ;

23.  Jenfasizza l-fatt li approċċi ġodda għall-mobilità ma jistgħux jiġu imposti u li biex tiġi promossa mġiba aktar sostenibbli huma meħtieġa sforzi akbar tar-riċerka fl-oqsma tal-għarfien ekosoċjali u l-ippjanar urban u spazjali, u f’teknoloġiji fl-oqsma tad-domanda tal-mobilità u bidla fl-imġiba bl-għan li jkunu kontrollati aħjar il-flussi tat-trasport, permezz ta’, fost l-oħrajn, strumenti innovattivi tal-ġestjoni tal-mobilità, ktajjen tal-mobilità mingħajr intoppi mill-punt tat-tluq sal-wasla fid-destinazzjoni li jissodisfaw i-rrekwiżiti tal-utenti, sistemi tas-sewqan ekoloġiċi u intelliġenti, u l-użu ta’ teknoloġiji tal-informatika u tal-komunikazzjoni b’informazzjoni fil-ħin reali;

24.  Huwa tal-fehma li huwa indispensabbli li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti fil-governanza tal-politika ta’ innovazzjoni Ewropea fil-qasam tat-trasport u l-mobilità; jinnota li tali awtoritajiet pubbliċi jistgħu jużaw l-esperjenza u l-għarfien espert tagħhom kemm fl-integrazzjoni tat-teknoloġiji, l-infrastruttura, il-vetturi u l-passiġġieri u fit-trawwim ta’ abitudnijiet soċjali ġodda għal dak li jirrigwarda l-mobilità; jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jidentifikaw, u għandhom il-kompitu li jiġġestixxu, l-aktar problemi akuti tal-mobilità, li huma kontinwament jittestjaw u jinawguraw prattiki tajba u ideat innovattivi, u li, minħabba l-varjetà ta’ sitwazzjonijiet li jkollhom jikkonfrontaw, huma partikolarment familjari mal-innovazzjoni;

25.  Jenfasizza l-ħtieġa għal riċerka dwar kompetizzjoni ġusta intramodali u intermodali fis-settur tat-trasport, u dwar l-ostakli li jinħolqu minħabba l-interessi marbuta mal-mudelli tan-negozju attwali, fosthom, b’mod partikolari, riċerka dwar l-għodod teknoloġiċi meħtieġa biex jitjieb l-infurzar konsistenti u effettiv, kif ukoll il-kontrolli, tar-regoli dwar l-kabotaġġ, il-kundizzjonijiet soċjali fit-trasport bit-toroq u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persuni impjegati fis-settur;

26.  Jenfasizza l-fatt li soluzzjonijiet innovattivi biex jonqsu l-ħsejjes fil-modi kollha tat-trasport, b'mod partikolari fis-sors, huma meħtieġa urġentement biex tiġi protetta s-saħħa u l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tal-UE u tiġi żgurata l-aċċettazzjoni fost il-popolazzjoni; ifakkar b’enfasi, f’dan ir-rigward, ir-riżoluzzjoni tiegħu dwar Żona Unika Ewropea tat-Trasport, li talbet li jkun hemm tnaqqis, sal-2020, ta’ 20 % tal-ħsejjes u l-vibrazzjonijiet mill- vetturi ferrovjarji u tal-konsum tal-enerġija tagħhom meta mqabbla mal-valuri ta’ referenza għall-2010, u jenfasizza għal darba oħra li l-emissjonijiet ta’ ħsejjes għandhom sa mill-bidu nett jingħataw rwol importanti fl-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda, strateġiji u infrastrutturi fil-qasam tat-trasport;

27.  Jinsab konvint li teknoloġiji innovattivi li jindirizzaw l-interazzjoni bejn l-infrastruttura u l-vetturi jista’ jkollhom rwol sinifikanti biex jonqsu l-inċidenti, l-istorbju u l-vibrazzjonijiet, il-konsum tal-enerġija, l-emissjonijiet ta’ gassijiet u l-impatt klimatiku;

28.  Jikkonferma li l-isforzi għall-kisba ta’ enerġija iktar nadifa għat-teknoloġiji tat-trasport u l-mobilità għandhom ikunu marbuta ma’ kunċetti aktar effiċjenti u ma’ tfassil aħjar tal-vetturi; jenfasizza l-potenzjal ta’ tfaddil enerġetiku innovattiv permezz tal-użu ta’ ideat innovattivi, bħala miżuri tal-ġbir tal-enerġija li jisfruttaw l-opportunitajiet li joffru l-enerġiji rinnovabbli u l-użu ta’ fjuwils alternattivi;

29.  Jenfasizza l-ħtieġa li naħsbu mhux biss dwar il-bini ta’ infrastruttura ġdida tat-trasport iżda wkoll li fl-istrateġiji tar-riċerka u l-iżvilupp jitqiesu espliċitament l-aspetti tat-tiswija, il-manutenzjoni u r-rivalutazzjoni (pereżempju billi tiġi mgħammra b’komponenti għall-ġestjoni intelliġenti tat-traffiku u teknoloġija “car to infrastructure”);

30.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jinvestu fir-riċerka dwar Sistemi Intelliġenti tat-Trasport (ITS) u jaraw li din ir-riċerka titwettaq, biex b’hekk jikkontribwixxu biex tonqos il-konġestjoni tat-traffiku, tiżdied l-ekoeffiċjenza Ewropea tat-trasport u jitjiebu l-istandards tas-sikurezza;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni tistudja l-armonizzazzjoni tal-containers u ta’ kontenituri oħra tat-trasport, u d-dimensjonijiet tal-vetturi fil-mezzi kollha tat-trasport, biex ikun promoss l-objettiv tal-interoperabilità u l-intermodalità;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti lill-Istati Membri manwal bi prattiki li taw prova ta’ suċċess biex jinżammu l-valuri ta’ limitu previsti fid-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Arja;

Miżuri speċifiċi

33.  Jirrikonoxxi l-importanza tar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tal-mobilità individwali u jenfasizza li l-imġiba tal-utenti tat-trasport hija deċiżiva; jitlob li jitfasslu inċentivi biex jintgħażlu mezzi tat-trasport u l-mobilità sostenibbli, fiżikament attivi, sikuri u sani, biex jiġu żviluppati approċċi innovattivi li jippromwovu t-trasport pubbliku li jiffavorixxi l-ambjent, il-mixi u l-użu tar-roti, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet u l-ispeċifiċitajiet ta’ żoni urbani, peri-urbani, interurbani u dawk rurali; iqis li huwa importanti li titjieb l-interoperabilità bejn is-servizzi tat-trasport, u jemmen li l-awtoritajiet ta’ approvazzjoni se jkollhom ikunu partikolarment attenti fir-rigward ta’ kwalunkwe problema teknika u amministrattiva li tista’ tinqala’, u li jitrattawha b'urġenza, sabiex ikunu jistgħu jiġu introdotti fis-suq mezzi tat-trasport ġodda bil-karatteristiċi msemmija hawn fuq;

34.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-istituzzjonijiet tal-UE jagħtu eżempju ta’ prattika tajba fis-servizzi tal-ġestjoni tal-mobilità tagħhom stess, u li jiġġestixxu l-isforz meħtieġ u l-frott tiegħu b’mod trasparenti, filwaqt li dan isir karatteristika li jintgħarfu minnha;

35.  Jenfasizza l-bżonn li jiġu promossi prattiki li jkollhom suċċess fil-qasam tat-trasport sostenibbli u li jiżdiedu l-kooperazzjoni u l-iskambju ta' prattiki tajbin bejn ir-reġjuni b'potenzjali simili ta' żvilupp; jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali ikomplu jibnu fuq l-eżempji ta’ prattiki tajbin billi jiżviluppaw pjanijiet ta’ mobilità urbana sostenibbli b’konsultazzjoni mill-qrib mas-soċjetà ċivili;

36.  Jemmen li sistemi ta’ navigazzjoni bis-satellita Ewropej bħall-Galileo għandhom ikunu pilastru ewlieni għall-iżvilupp ta' trasport intelliġenti u effiċjenti fl-Ewropa;

37.  Jappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni li tista’ tikkontribwixxi għal bidla minn sjieda ta' vetturi għal imġiba mhux konvenzjonali tal-utenti u forom ġodda ta’ servizzi relatati mat-trasport, bħall-użu kondiviż tal-karozzi u tar-rot; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintensifika l-promozzjoni tagħha ta’ forom kollettivi ta’ mobilità individwali u ta’ sistemi individwalizzati tat-trasport pubbliku u kollettiv;

38.  Iħeġġeġ biex, bl-istess mod, ir-riċerka tiġi estiża għall-isfera fiskali u amministrattiva sabiex titwitta t-triq għal inċentivi kreattivi f’termini ta’ taxxi, miżati u tariffi pubbliċi, immirati kemm lejn individwi privati kif ukoll lejn il-manifatturi jew fornituri ta’ prodotti, servizzi, u/jew kontenut, bil-ħsieb li jiġu inkuraġġiti l-użu tar-roti u l-mixi, fejn possibbli kkombinati mat-trasport pubbliku u forom oħra ta’ mobilità sostenibbli;

39.  Jenfasizza għal darb’oħra l-ħtieġa ta’ titjib u promozzjoni ta’ trasport multimodali permezz ta’ skemi ta’ informazzjoni u ta’ biljetti integrati u elettroniċi, imsejsa fuq soluzzjonijiet ‘open-data’; jinnota li r-riċerka u l-innovazzjoni f’dan il-qasam, għandhom ikunu indirizzati partikolarment lejn il-ħelsien mill-ostakli, l-interopabilità, prezzijiet li jintlaħqu, trasparenza tal-prezzijiet, sistemi li jiffavorixxu l-utent, u l-effiċjenza;

40.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jkunu żviluppati soluzzjonijiet tal-infrastruttura innovattivi u dejjiema – fosthom żvilupp ulterjuri tas-sistemi tal-informazzjoni, ħlas u riżervazzjoni – li jikkunsidraw b’mod partikolari l-aċċessibilità mingħajr ostakoli għall-passiġġieri kollha, u speċifikament għall-persuni b’diżabilità u għall-persuni b’mobilità mnaqqsa (PRMs), bħal utenti b’siġġijiet tar-roti, ‘pushchairs’, roti jew bagalji tqal;

41.  Jiffavorixxi l-idea li d-dejta dwar l-iskedi tal-ħinijiet u dwar dewmien fit-trasport pubbliku jiġu magħmula liberamentdisponibbli, biex partijiet terzi jingħataw lok jiżviluppaw applikazzjonijiet telematiċi li jistgħu joffru aktar kumdità lill-passiġġieri, bħal informazzjoni fil-ħin reali dwar kif wieħed jasal f’destinazzjoni speċifika permezz ta’ mezzi ta' trasport differenti jew tqabbil tal-impronta ekoloġika ta’ mezzi differenti tat-trasport waqt l-ivjaġġar lejn destinazzjoni speċifika;

42.  Jisħaq li fir-rigward tal-iżvilupp tal-innovazzjoni għat-trasport u l-mobilità f’żoni urbani u residenzjali, l-enfasi għandu jitpoġġa fuq is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja, inkluż sehem ġust ta’ spazju għall-kulħadd, inqas storbju u arja aktar nadifa;

43.  Ifakkar lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa urġenti li titjieb is-sikurezza għall-utenti kollha tat-toroq, b’mod partikolari l-aktar utenti vulnerabbli, bħat-tfal, l-anzjani, il-persuni mexjin u ċ-ċiklisti jew il-persuni b’diżabilità u mobilità ristretta; japprova l-proġetti tar-riċerka u l-innovazzjoni li jinvolvu taħlita ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi u sewwieqa intelliġenti u l-approċċi relatati mal-imġiba tagħhom;

44.  Jemmen li biex tonqos il-konġestjoni tat-toroq fiż-żoni urbani u fir-reġjuni ta’ agglomerazzjoni kbira, u għal aktar effiċjenza fil-mezzi tat-trasport li diġà jeżistu, huma importanti wkoll l-avvanzi teknoloġiċi li jagħtu lok li jinstabu soluzzjonijiet alternattivi tat-trasport u jħeġġu l-użu tagħhom;

45.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippromwovi bil-qawwa l-innovazzjoni fil-qasam ta’ bastimenti mingħajr emissjonijiet, b’mod partikolari l-ferries, il-bastimenti tal-kruċieri u l-bastimenti tal-baħar miftuħ, abbażi tal-użu ta’ forom ta’ enerġija rinnovabbli mir-riħ, mix-xemx u mill-mewġ, u dawk marbuta ma’ teknoloġiji taċ-ċelluli tal-fjuwil;

46.  Jistieden lill-Kummissjoni tiffoka l-isforzi tar-riċerka għal tnaqqis ulterjuri tal-impatt fuq is-saħħa u l-klima tal-emissjonijiet mill-mezzi kollha tat-trasport;

47.  Iqis li strateġija Ewropea dwar it-teknoloġija tat-trasport għandha tkun konformi mal-Istrateġija Ewropa 2020 (COM(2010)2020) u l-miri ta' tnaqqis tal-1990, kif ukoll għandha tosserva b'mod sħiħ il-White Paper tal-Kummissjoni tal-2011 bl-isem ‘Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti’(COM(2011)0144), f'dak li għandu x'jaqsam mal-koeżjoni territorjali u l-iżvilupp ibbilanċjat; jemmen li din għandha tippermetti tnaqqis fil-konsum tal-enerġija, l-istorbju tat-traffiku, il-bżonnijiet tat-traffiku, l-elementi li jniġġsu l-arja u l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra; jinsisti fuq il-ħtieġa li sabiex tilħaq dawk l-objettivi l-UE se jkollha bżonn tistabbilixxi miri fermi għall-2020, l-2030 u l-2050;

48.  Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu r-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tan-navigazzjoni interna, speċifikament biex jiġu żviluppati bastimenti u teknoloġiji nodfa adattati għan-navigazzjoni f’livell baxx ta’ sajd (low draught), bħall-Bastimenti Adattati għax-Xmajjar għal Navigazzjoni Interna Sostenibbli (River Adapted Ships for Sustainable Inland Navigation - RASSIN), li jagħtu lok ta’ ffrankar fl-infrastruttura tal-passaġġi interni tal-ilma;

49.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għall-istabbiliment tar-Riċerka dwar it-Trasport u l-Monitoraġġ tal-Innovazzjoni u s-Sistemi tal-Informazzjoni (TRIMIS); jenfasizza l-importanza li tiġi provduta informazzjoni regolari, libera, aċċessibbli faċilment u affidabbli għal dawk li jagħmlu l-politiki; jiddispjaċih dwar il-fatt li s'issa għadu diffiċli ħafna li wieħed jaċċessa l-informazzjoni dwar il-fondi tal-UE għall-proġetti tat-trasport;

50.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tiżviluppa inizjattivi li jidentifikaw u jippremjaw programmi ta’ żvilupp urban sostenibbli, tal-istess tip bħall-premjijiet RegioStars;

51.  Jenfasizza li strateġija Ewropea komprensiva trid tkun appoġġata minn isfel għal fuq permezz ta' strateġiji integrati tat-trasport li jkunu preparati sew min-naħa tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-gvernijiet nazzjonali; hu tal-fehma li t-tfassil ta' tali strateġiji għandu jkun appoġġat mill-fondi Ewropej;

52.  Jemmen li meta tinkiseb għajnuna pubblika, jeħtieġ tiġi rispettata l-leġiżlazzjoni Ewropea fis-seħħ relatata mal-għajnuna tal-Istat, inklużi d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni, kif ukoll il-finanzjment ta’ attivitajiet tat-trasport u ta’ infrastruttura; hu tal-fehma, madankollu, li r-regoli Ewropej fir-rigward tal-għajnuna tal-Istat għandhom iqisu l-iżvantaġġi partikulari ta’ ċerti reġjuni.

53.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni ttejjeb l-attivitajiet tagħha fit-trasferiment tal-għarfien li jirriżulta minn attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni lil utenti interessati (bħall-SMEs jew l-istituti tar-riċerka) billi tinħoloq bażi ta’ dejta akkumulata li tipprovdi ħarsa ġenerali kategorizzata tal-proġetti kollha ta’ riċerka u innovazzjoni ffinanzjati mill-UE;

54.  Jenfasizza l-importanza ta’ inizjattivi ġodda, bħall-pooling tal-kapaċitajiet tat-trasport u l-loġistika bil-ħsieb ta’ trasport tal-merkanzija aktar effiċjenti; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-ostakli potenzjali għal tali inizjattivi;

55.  Jenfasizza l-importanza ta’ standards ta’ emissjonijiet għal ċerti mezzi tat-trasport, bħal pereżempju l-karozzi; hu tal-fehma li approċċ simili għandu jiġi riċerkat fil-qasam tal-avjazzjoni u l-bastimenti;

56.  Jappoġġa aktar riċerka u innovazzjoni fil-qasam tas-soluzzjonijiet tas-sigurtà għas-settur tat-trasport, sakemm jiġu rrispettati l-prinċipji tal-proporzjonalità, in-nondiskriminazzjoni u l-protezzjoni tad-dejta;

57.  Jendorsja u jappoġġja l-kunċett propost mill-Kummissjoni bil-miżuri tiegħu għal strateġija Ewropea għat-teknoloġija tat-trasport; jenfasizza, madankollu, li dan ma jipprovdix bażi ġuridika għal atti legali delegati jew atti simili, iżda li l-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri għall-adozzjoni permezz ta’ kodeċiżjoni;

58.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis il-prijoritajiet imsemmija f’dan ir-rapport meta tħejji l-pjan strateġiku Ewropew tat-teknoloġija tat-trasport u l-għażliet għal azzjoni ulterjuri;

o
o   o

59.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 56 E, 26.2.2013, p. 54.


Id-dritt ta' aċċess għal avukat fi proċedimenti kriminali u d-dritt ta' komunikazzjoni mal-arrest ***I
PDF 290kWORD 22k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Settembru 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dritt ta' aċċess għal avukat fi proċedimenti kriminali u d-dritt ta' komunikazzjoni mal-arrest (COM(2011)0326 – C7-0157/2011 – 2011/0154(COD))
P7_TA(2013)0340A7-0228/2013

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0326),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 82(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0157/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-kontributi mressqa mill-Parlament Bulgaru, mis-Senat Taljan u mill-Parlament Portugiż dwar l-abbozz ta' att leġiżlattiv,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-7 ta’ Diċembru 2011(1),

–  wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-impenn tar-rappreżentant tal-Kunsill b’ittra tal-4 ta’ Ġunju 2013 biex tiġi approvata l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0228/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Settembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2013/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma' partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà

P7_TC1-COD(2011)0154


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Direttiva 2013/48/UE.)

(1) ĠU C 43, 15.2.2012, p. 51.


Ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà residenzjali ***I
PDF 1113kWORD 238k
Test
Test konsolidat
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-10 ta' Settembru 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà reżidenzjali (COM(2011)0142 – C7-0085/2011 – 2011/0062(COD))(1)
P7_TA(2013)0341A7-0202/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

[Emenda Nru 117]

EMENDI MRESSQA MILL-PARLAMENT(2)
P7_TA(2013)0341A7-0202/2012
għall-proposta tal-Kummissjoni
P7_TA(2013)0341A7-0202/2012
-------------------------------------------------
P7_TA(2013)0341A7-0202/2012

DIRETTIVA 2011/.../UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar kuntratti ta' kreditu għall-konsumaturi marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttiva 2008/48/KE
Test b'relevanza għaż-ŻEE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(4),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1)  F'Marzu 2003, il-Kummissjoni nediet proċess ta' identifikazzjoni u valutazzjoni tal-impatt tal-ostakli għas-suq intern għall-kuntratti ta' kreditu marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali. Fit-18 ta' Diċembru 2007, adottat White Paper dwar l-Integrazzjoni tas-Swieq ta’ Kreditu b’Ipoteka tal-UE. Il-White Paper ħabbret l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tivvaluta l-impatt ta', fost oħrajn, l-alternattivi politiċi għall-informazzjoni prekuntrattwali, il-bażijiet ta' data tal-krediti, l-affidabbiltà kreditizja, ir-rata perċentwali annwali tal-imposti (RPAI) u l-konsulenza dwar il-kuntratti ta' kreditu. Il-Kummissjoni stabbilixxiet ukoll Grupp ta' Esperti dwar il-Każijiet ta' Kreditu sabiex jgħin lill-Kummissjoni tħejji miżuri biex ittejjeb l-aċċessibbiltà, il-paragunabbiltà u l-kompletezza tad-data dwar il-kreditu. Ġew imnedija wkoll studji dwar ir-rwol u l-operat tal-intermedjarji tal-kreditu u l-istituzzjonijiet mhux tal-kreditu li jipprovdu kuntratti ta' kreditu marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali.

(2)  Skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), is-suq intern jikkonsisti f'żona mingħajr fruntieri interni fejn jiġi żgurat il-moviment liberu ta' oġġetti u servizzi u l-libertà tal-istabbiliment. L-iżvilupp ta' suq tal-kreditu iktar trasparenti u effiċjenti f'dik iż-żona huwa vitali għall-promozzjoni tal-iżvilupp tal-attività transkonfinali u l-ħolqien ta' suq intern għall-kuntratti ta' kreditu marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali. Jeżistu differenzi sostanzjali fil-liġijiet tad-diversi Stati Membri fir-rigward tal-kondotta tan-negozju fl-għoti ta' kuntratti ta' kreditu marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali u fir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tal-intermedjarji tal-kreditu u l-istituzzjonijiet mhux tal-kreditu li jipprovdu kuntratti ta' kreditu marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali. Dawn id-differenzi joħolqu ostakli li jirrestrinġu l-livell ta' attività transkonfinali min-naħat tal-forniment u d-domanda, li b'hekk inaqqsu l-kompetizzjoni u l-għażla fis-suq, jgħollu l-kost tal-għoti ta' self għall-fornituri u saħansitra jipprevenuhom milli jwettqu negozju.

(3)  Il-kriżi finanzjarja wriet li mġieba irresponsabbli mill-parteċipanti fis-suq tista' thedded is-sisien tas-sistema finanzjarja, twassal għal nuqqas ta' fiduċja fost il-partijiet kollha, partikolarment il-konsumaturi u potenzjalment għal konsegwenzi soċjali u ekonomiċi gravi. Ħafna konsumaturi tilfu l-fiduċja fis-settur finanzjarju u l-mutwatarji bdew isibuha dejjem aktar diffiċli biex isostnu s-self tagħhom, li jirriżulta f'żieda fl-inadempjenzi u l-bejgħ sfurzat. B’riżultat ta’ dan, il-G20 kkummisjonaw lill-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja biex iwettaq il-ħidma meħtieġa biex jiġu stabbiliti prinċipji ta' standards ta’ sottoskrizzjoni sodi fir-rigward ta’ proprjetà immobbli residenzjali. Minkejja li wħud mill-akbar problemi fil-kriżi finanzjarja seħħew barra mill-Unjoni, il-konsumaturi fl-Unjoni għandhom dejn ta’ livell konsiderevoli, li ħafna minnu hu kkonċentrat fi kreditu relatat ma’ proprjetà immobbli residenzjali. Għaldaqstant huwa xieraq li jkun żgurat li l-qafas regolatorju tal-Unjoni f’dan il-qasam ikun robust, konsistenti ma’ prinċipji internazzjonali u jagħmel użu kif jixraq mill-firxa ta’ għodod disponibbli, li jistgħu jinkludu l-użu tal-korrelazzjonijiet bejn is-self u l-valur, bejn is-self u d-dħul, bejn id-dejn u d-dħul u korrelazzjonijiet simili, livelli minimi li taħthom l-ebda kreditu ma jitqies aċċettabbli jew miżuri kompensatorji oħrajn għas-sitwazzjonijiet fejn ir-riskji sottostanti huma akbar għall-konsumatur jew fejn meħtieġa biex jiġi evitat dejn żejjed ta' unitajiet domestiċi. Fid-dawl tal-problemi li nkixfu waqt il-kriżi finanzjarja u bil-ħsieb li jiġi żgurat suq intern effiċjenti u kompetittiv li jikkontribwixxi għall-istabbiltà finanzjarja, il-Kummissjoni pproponiet, fil-Komunikazzjoni tagħha tal-4 ta' Marzu 2009 intitolata 'Nixprunaw l-Irkupru Ewropew', miżuri fir-rigward tal-kuntratti ta' kreditu marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali, fosthom qafas affidabbli għall-intermedjazzjoni kreditizja fil-kuntest li jwasslu għal swieq responsabbli u affidabbli għall-futur u li l-konsumaturi jerġgħu jiksbu l-fiduċja. Il-Kummissjoni affermat mill-ġdid l-impenn tagħha għal suq intern effiċjenti u kompetittiv fil-Komunikazzjoni tagħha tat-13 ta' April 2011 intitolata 'L-Att dwar is-Suq Uniku: Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar tal-fiduċja’.

(4)  Ġew identifikati serje ta' problemi ▌fis-swieq ipotekarji fi ħdan l-Unjoni assoċjati ma' għoti u teħid ta' krediti irresponsabbli ▌u lok potenzjali għal imġiba irresponsabbli min-naħa tal-parteċipanti tas-suq inklużi l-intermedjarji tal-kreditu u l-istituzzjonijiet mhux tal-kreditu ▌. Xi problemi kienu jikkonċernaw krediti iddenominati f'munita barranija li konsumaturi ħadu f'dik il-munita sabiex igawdu mir-rata ta' self offruta iżda mingħajr ma ▌kellhom informazzjoni adegwata dwar, jew jifhmu biżżejjed ir-riskji tar-rata tal-kambju involuti. Dawk il-problemi huma stimulati mill-fallimenti tas-suq u dawk regolatorji kif ukoll minn fatturi oħra bħall-klima ekonomika ġenerali u livelli baxxi ta' kompetenza finanzjarja. Problemi oħrajn jinkludu l-ineffikaċja, l-inkonsistenza jew l-ineżistenza ▌ta' sistemi għall-intermedjarji tal-kreditu u l-istituzzjonijiet mhux tal-kreditu li jipprovdu krediti għal proprjetà immobbli residenzjali. Il-problemi identifikati għandhom potenzjalment effetti makroekonomiċi sekondarji sinifikanti, jistgħu jwasslu għall-ħsara lill-konsumatur, jaġixxu ta' ostakli ekonomiċi jew legali għall-attività transkonfinali u joħolqu kundizzjonijiet mhux ekwi bejn l-atturi.

(5)  Sabiex ikun iffaċilitat l-iżvilupp ta' suq intern li jiffunzjona bla intoppi b'livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumaturi fil-qasam tal-kuntratti tal-kreditu għal ▌proprjetà immobbli ▌u sabiex ikun żgurat li konsumaturi li jkunu qed ifittxu tali kuntratti ▌ jkunu jistgħu jagħmlu dan fiduċjużi li l-istituzzjonijiet li magħhom ikollhom x'jaqsmu, jaġixxu b'mod professjonali u responsabbli, jeħtieġ li jiġi stabbilit qafas tal-Unjoni armonizzat kif jixraq f'għadd ta' oqsma, filwaqt li jitqiesu d-differenzi fil-kuntratti ta' kreditu li jirriżultaw b'mod partikolari minħabba d-differenzi fis-swieq nazzjonali u reġjonali tal-proprjetà immobbli.

(6)  Din id-Direttiva għandha għaldaqstant tiżviluppa suq intern iktar trasparenti, effiċjenti u kompetittiv permezz ta’ kuntratti ta' kreditu koerenti, flessibbli u ġusti relatati mal-proprjetà immobbli, filwaqt li tippromwovi s-self sostenibbli (min-naħa ta’ min isellef u min-naħa ta’ min jissellef) u b’hekk tipprovdi livell għoli ta’ protezzjoni lill-konsumaturi.

(7)  Sabiex jinħoloq suq intern ġenwin b'livell għoli u ekwivalenti ta' protezzjoni għall-konsumatur, din id-Direttiva tistabbilixxi dispożizzjonijiet li għandhom ikunu soġġetti għal armonizzazzjoni massima fir-rigward tal-għoti ta' informazzjoni prekuntrattwali permezz tal-format standardizzat tal-FEIS (Fuljett Ewropew ta' Informazzjoni Standardizzata) u l-kalkolu tar-RPAI. Madankollu, meta titqies l-ispeċifiċità tal-kuntratti ta' kreditu marbutin mal-proprjetà immobbli u tad-differenzi fl-iżviluppi tas-suq u l-kundizzjonijiet fl-Istati Membri, partikolarment rigward l-istruttura tas-suq u l-parteċipanti tas-suq, il-kategoriji ta' prodotti disponibbli u l-proċeduri involuti fil-proċess tal-għoti tal-kreditu, l-Istati Membri għandhom jitħallew iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet aktar rigorużi minn dawk stipulati f'din id-Direttiva f'dawk l-oqsma li mhumiex speċifikati b'mod ċar bħala li huma soġġetti għal armonizzazzjoni massima. Dan l-approċċ immirat huwa meħtieġ sabiex jiġi evitat effett negattiv fuq il-livell ta' protezzjoni tal-konsumaturi marbutin ma' ftehimiet ta' kreditu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Pereżempju, l-Istati Membri għandhom jitħallew iżommu jew idaħħlu dispożizzjonijiet aktar rigorużi fir-rigward tar-rekwiżiti ta' konoxxenza u kompetenza għall-persunal u struzzjonijiet biex jikkompletaw l-FEIS.

(8)  Din id-Direttiva għandha ttejjeb il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment u l-funzjonament ta' suq intern permezz tal-approssimizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri u l-istabbiliment ta' standards ta' kwalità għal ċerti servizzi, b'mod partikolari fir-rigward tad-distribuzzjoni u forniment tal-kreditu permezz ta' kredituri u intermedjarji tal-kreditu u l-promozzjoni ta' prattika tajba. L-istabbiliment ta' standards ta' kwalità għas-servizzi tal-forniment ta' kreditu neċessarjament jinvolvi l-introduzzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet dwar l-ammissjoni, is-superviżjoni u r-rekwiżiti prudenzjali.

(9)  Għal dawk l-oqsma mhux koperti minn din id-Direttiva l-Istati Membri huma ħielsa li jżommu jew jintroduċu liġijiet nazzjonali. B’mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali f'oqsma bħal liġi tal-kuntratti marbuta mal-validità tal-ftehimiet ta' kreditu, il-liġi tal-proprjetà, reġistrazzjoni tal-art, informazzjoni kuntrattwali u, sal-punt li mhumiex regolati f'din id-Direttiva, kwistjonijiet postkuntrattwali. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-evalwatur jew il-kumpanija li tevalwa jew in-nutara jistgħu jintgħażlu bi ftehim reċiproku tal-partijiet. Minħabba d-differenzi bejn il-proċessi għax-xiri jew il-bejgħ ta' proprjetà immobbli residenzjali fl-Istati Membri, hemm lok għall-kredituri jew jew l-intermedjarji tal-kreditu li jfittxu li jirċievu pagamenti bil-quddiem mill-konsumaturi bl-intendiment li dawn il-pagamenti jistgħu jgħinu biex jiżguraw il-konklużjoni ta' kuntratt tal-kreditu jew ix-xiri jew il-bejgħ ta' proprjetà immobbli, u biex ma jsirx abbuż minn tali prattiki partikolarment fejn il-konsumatur ma jkunx midħla tar-rekwiżiti u l-prattika normali f'dak l-Istat Membru. Hu għalhekk xieraq li l-Istati Membri jkunu jistgħu jimponu restrizzjonijiet fuq tali pagamenti.

(10)  Din id-Direttiva għandha tapplika irrispettivament minn jekk il-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu tkunx persuna ġuridika jew persuna fiżika. Madankollu, din-id-Direttiva m'għandhiex taffettwa d-dritt tal-Istati Membri li, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, jillimitaw ir-rwol tal-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu taħt din id-Direttiva għal persuni ġuridiċi biss jew għal ċerti tipi ta' persuni ġuridiċi.

(11)  Peress li l-konsumaturi u l-impriżi mhumiex fl-istess pożizzjoni, m'għandhomx bżonn l-istess livell ta' protezzjoni. Filwaqt li huwa importanti li d-drittijiet tal-konsumatur ikunu garantiti ▌permezz ta' dispożizzjonijiet li ma jistgħux jiġu dderogati b'kuntratt, huwa raġonevoli li l-intrapriżi u l-organizzazzjonijiet jitħallew jidħlu fi ftehimiet oħrajn. ▌

(12)  Id-definizzjoni ta' konsumatur għandha tkopri l-persuni fiżiċi li jkunu joperaw barra mill-attività kummerċjali, imprenditorjali jew professjonali tagħhom. Madankollu, fil-każ ta' kuntratti bi skop doppju, fejn il-kuntratt ikun konkluż għal skopijiet parzjalment fl-ambitu jew parzjalment barra mill-ambitu tal-attività kummerċjali, in-negozju jew il-professjoni tal-persuna u l-attività kummerċjali, tan-negozju jew professjonali huwa tant limitat li ma jkunx predominanti fil-kuntest globali tal-kuntratt, dik il-presuna għandha titqies ukoll bħala konsumatur.

(13)  Waqt li din id-Direttiva tirregola l-kuntratti ta' kreditu li unikament jew b'mod predominanti jirrigwardaw proprjetà immobbli residenzjali, din ma żżommx lill-Istati Membri milli jestendu l-miżuri meħuda skont din id-Direttiva għall-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward tal-kuntratti ta' kreditu relatati ma' forom oħra ta' proprjetà immobbli, jew milli jirregolaw xort' oħra ta' kuntratti ta' kreditu bħal dawn.

(14)  Id-definizzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva jiddeterminaw l-ambitu tal-armonizzazzjoni. Għaldaqstant, l-obbligi tal-Istati Membri li jittrasponu din id-Direttiva għandhom ikunu limitati għall-ambitu ta' dawk id-definizzjonijiet. Pereżempju, l-obbligi fuq l-Istati Membri li jittrasponu din id-Direttiva huma limitati għall-kuntratti ta' kreditu konklużi mal-konsumaturi, jiġifieri ma' persuni fiżiċi li, fi transazzjonijiet koperti b'din id-Direttiva, ikunu joperaw barra mill-attività kummerċjali, imprenditorjali jew professjonali tagħhom. Bl-istess mod, l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jittrasponu d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jirregolaw l-attività ta' persuni li joperaw bħala intermedjarju tal-kreditu kif iddefinit fid-Direttiva. Madankollu, din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni mill-Istati Membri, skont il-liġi tal-Unjoni, ta' din id-Direttiva għal oqsma li mhumiex koperti mill-ambitu tagħha. Barra minn hekk, id-definizzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jadottaw sottodefinizzjonijiet taħt il-liġi nazzjonali għal skopijiet speċifiċi, sakemm dawn jibqgħu konformi mad-definizzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva. Per eżempju, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw skont il-liġi nazzjonali s-sottokategoriji ta' intermedjarji tal-kreditu li mhumiex identifikati f'din id-Direttiva, fejn tali sottokategoriji huma neċessarji fil-livell nazzjonali pereżempju biex issir differenzjazzjoni fil-livell ta' rekwiżiti ta' konoxxenza u kompetenza li għandhom ikunu ssodisfati mid-diversi intermedjarji tal-kreditu.

(15)  L-objettiv ta' din id-Direttiva huwa li jiġi żgurat li l-konsumaturi li jidħlu f'kuntratti ta' kreditu marbutin ma' proprjetà immobbli jibbenefikaw minn livell għoli ta' protezzjoni. Għaldaqstant, għandha tapplika għall-krediti ggarantiti bi proprjetà immobbli, irrispettivament mill-iskop tal-kreditu, kuntratti ta' finanzjament mill-ġdid jew kuntratti ta' kreditu oħrajn li jgħinu lill-proprjetarju jew semiproprjetarju biex jibqa' jżomm id-drittijiet fuq il-proprjetà immobbli jew l-art u krediti li jintużaw sabiex tinxtara proprjetà immobbli f'xi Stati Membri, inklużi krediti li ma jirrikjedux ir-rimbors tal-kapital jew, sakemm l-Istati Membri m'għandhomx qafas alternattiv adegwat fis-seħħ, dawk li l-iskop tagħhom hu li jipprovdu finanzjament temporanju bejn il-bejgħ ta' proprjetà immobbli u x-xiri ta' oħra, u għall-krediti ggarantiti għar-rinovazzjoni ta' proprjetà immobbli ▌.

(16)  Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal ċertu kuntratti ta' kreditu fejn il-kreditur jikkontribwixxi somma unika, pagamenti perjodiċi jew forom oħra ta' żborż ta' kreditu bi tpattija għal somma li tirriżulta mill-bejgħ ta’ proprjetà immobbli u li l-għan primarju jkun li jiffaċilita l-konsum, bħal prodotti ta' rilaxx ta' ekwità jew prodotti speċjalizzati ekwivalenti oħra. Dawn il-kuntratti ta' kreditu għandhom karatteristiċi speċifiċi li huma lil hinn mill-ambitu ta' din id-Direttiva. Valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur, pereżempju, hija irrilevanti peress li l-pagamenti jsiru mill-kreditur lill-konsumatur minflok bil-kontra. Tranżazzjoni bħal din tkun teħtieġ, fost l-oħrajn, informazzjoni prekuntrattwali sostanzjalment differenti. Barra minn dan, prodotti oħra bħal bejgħ tan-nuda properjetà (home reversions), li għandhom funzjonijiet paragunabbli għall-annwalità ipotekarja (reverse mortgages) jew l-annwalità minn self ipotekarju (lifetime mortgages), ma jinvolvux il-forniment ta' kreditu u għalhekk jibqgħu barra mill-ambitu ta' din id-Direttiva. ▌

(17)  Din id-Direttiva m'għandhiex tkopri tipi oħra ta' kuntratti ta' kreditu speċjalizzati elenkati espliċitament, li huma differenti fin-natura u r-riskji involuti tagħhom mill-krediti ipotekarji standard u li għalhekk jeħtieġu approċċ imfassal apposta, b'mod partikolari kuntratti ta' kreditu li jkunu r-riżultat ta' ftehim milħuq quddiem il-qorti jew quddiem awtorità statutorja oħra, u ċerti tipi ta' kuntratti ta' kreditu fejn il-kreditu jingħata minn min iħaddem lill-impjegati tiegħu taħt ċertu ċirkostanzi, kif diġà previst fid-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar kuntratti ta' kreditu għal konsumaturi(5). Huwa xieraq li l-Istati Membri jingħataw lok li taħt ċerti kundizzjonijiet jeskludu ċerti kuntratti ta’ kreditu, bħal dawk li jingħataw lill-pubbliku ristrett b’termini vantaġġużi jew li huma provduti minn għaqdiet tal-kreditu, kemm-il darba jkun hemm fis-seħħ arranġamenti alternattivi adegwati biex ikun żgurat li l-objettivi tal-politika marbuta mal-istabbiltà finanzjarja u s-suq intern jistgħu jintlaħqu mingħajr ostaklu għall-inklużjoni finanzjarja u l-aċċess għall-kreditu. Il-kuntratti ta' kreditu fejn il-proprjetà immobbli ma tkunx ser tiġi okkupata bħala dar, appartament jew post ieħor ta' residenza mill-konsumatur jew membru tal-familja tal-konsumatur u li tkun okkupata bħala dar, appartament jew post ieħor ta' residenza abbażi ta' kuntratt ta' kiri, għandhom riskji u karatteristiċi li huma differenti mill-kuntratti standard ta' kreditu u għalhekk jistgħu jirrikjedu qafas iktar adattat. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeskludu kuntratti ta' kreditu bħal dawn mid-Direttiva meta jkun hemm fis-seħħ qafas nazzjonali adatt għalihom.

(18)  Kuntratti ta' kreditu mhux garantiti li jkollhom bħala skop ir-rinovazzjoni ta' proprjetà immobbli residenzjali li tinvolvi ammont totali ta' kreditu 'l fuq minn EUR 75 000 għandhom jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2008/48/KE sabiex jiġi żgurat livell ekwivalenti ta' protezzjoni għal dawk il-konsumaturi u sabiex jiġi evitat vojt regolatorju bejn dik id-Direttiva u din id-Direttiva. Id-Direttiva 2008/48/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata kif meħtieġ.

(19)  Minħabba raġunijiet ta' ċertezza legali, il-qafas legali tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti ta' kreditu marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali għandu jkun konsistenti ma' atti oħra tal-Unjoni u kumplimentari għalihom, partikolarment fl-oqsma tal-protezzjoni tal-konsumatur u s-superviżjoni prudenzjali. Ċerti definizzjonijiet essenzjali inkluża d-definizzjoni ta' ▌'konsumatur', ▌u 'mezz durabbli', kif ukoll kunċetti prinċipali użati fl-informazzjoni standard biex jindikaw il-karatteristiċi finanzjarji tal-kreditu, inkluż l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur' u ▌'ir-rata tal-imgħax tas-self ▌' għandhom ikunu konformi ma' dawk stipulati fid-Direttiva 2008/48/KE sabiex l-istess terminoloġija tkun tirreferi għall-istess tip ta' fatti rrispettivament minn jekk il-kreditu huwiex kreditu lill-konsumatur marbut ma' proprjetà immobbli residenzjali. Għalhekk, fit-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm ▌konsistenza fl-applikazzjoni u l-interpretazzjoni fir-rigward ta' dawk id-definizzjonijiet essenzjali u l-kunċetti ewlenin.

(20)  Sabiex jiġi żgurat qafas konsistenti għall-konsumaturi fil-qasam tal-kreditu kif ukoll biex jiġi mminimizzat il-piż amministrattiv għall-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu, il-qafas ċentrali ta' din id-Direttiva għandu jsegwi l-istruttura tad-Direttiva 2008/48/KE fejn possibbli, l-aktar il-kunċetti li l-informazzjoni inkluża fir-riklamar li jikkonċerna kuntratti ta' kreditu marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali ▌għandha tingħata lill-konsumatur permezz ta' eżempji rappreżentattivi, li għandha tingħata lill-konsumatur ▌informazzjoni prekuntrattwali dettaljata permezz ta’ fuljett ta' informazzjoni standardizzata, li l-konsumatur jirċievi spjegazzjonijiet adegwati qabel ma jidħol f'kuntratt ta' kreditu, tiġi stabbilita bażi komuni għall-kalkolu tal-APRC esklużi l-ispejjeż tan-nutar, u li l-kredituri ▌għandhom jivvalutaw l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur qabel ma jagħtu kreditu. Bl-istess mod, għandu jkun żgurat li l-kredituri jkollhom aċċess nondiskriminatorju għall-bażijiet ta' data releventi sabiex jinkisbu kundizzjonijiet ekwi għal kulħadd permezz tad-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2008/48/KE. L-istess bħad-Direttiva 2008/48/KE, din id-Direttiva għandha tiżgura proċess ta' ammissjoni u superviżjoni adatta tal-kredituri kollha li jipprovdu kuntratti ta' kreditu marbutin ma' ▌proprjetà immobbli u għandha tistipula rekwiżiti għall-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni extraġudizzjarja tat-tilwim u aċċess għalihom.

(21)  Din id-Direttiva għandha tissupplimenta d-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta' servizzi finanzjarji ta' konsumaturi(6) li tesiġi li f'każijiet ta’ bejgħ b’distanza, il-konsumatur ikun infurmat bl-eżistenza ta' dritt ta' irtirar jew in-nuqqas tiegħu u tipprevedi dritt ta' rtirar. Madankollu, filwaqt li d-Direttiva 2002/65/KE tipprevedi l-possibbiltà li l-fornitur jikkomunika informazzjoni prekuntrattwali wara l-konklużjoni tal-kuntratt, dan ma jkunx adatt għal kuntratti ta' kreditu marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali minħabba s-sinifikat tal-impenn finanzjarju għall-konsumatur. Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa l-liġi kuntrattwali nazzjonali ġenerali bħar-regoli dwar il-validità, il-formazzjoni jew l-effett ta' kuntratt, sa fejn aspetti ta' dritt kuntrattwali ġenerali mhumiex regolati f'din id-Direttiva.

(22)  Fl-istess ħin, huwa importanti li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-kuntratti ta' kreditu marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali li jiġġustifikaw approċċ differenzjat. Minħabba n-natura u l-konsegwenzi possibbli ta' kuntratt ta' kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli residenzjali għall-konsumatur, materjal ta' riklamar u informazzjoni prekuntrattwali personalizzata għandhom jinkludu twissijiet speċifiċi adatti dwar ir-riskji, pereżempju dwar l-impatt potenzjali ta' varjazzjonijiet fir-rata tal-kambju fuq dak li jkollu jħallas lura l-konsumatur u, fejn ivvalutat kif xieraq mill-Istati Membri, in-natura u l-implikazzjonijiet ta' sottoskrizzjoni ta' garanzija. Skont dak li diġà jeżisti bħala approċċ voluntarju mill-industrija dwar is-self fuq id-djar, minbarra l-informazzjoni prekuntrattwali personalizzata, għandha tkun disponibbli f'kull ħin informazzjoni ġenerali prekuntrattwali. Barra minn dan, approċċ differenzjat huwa ġġustifikat sabiex jitqiesu l-lezzjonijiet li ħarġu mill-kriżi finanzjarja u sabiex jiġi żgurat li l-kreditu joriġina b'mod validu. F'dan ir-rigward, id-dispożizzjonijiet dwar l-affidabbiltà kreditizja għandhom ikunu msaħħa fil-konfront tal-kreditu lill-konsumatur, informazzjoni aktar preċiża għandha tingħata mill-intermedjarji tal-kreditu dwar l-istatus tagħhom u r-relazzjoni mal-kredituri sabiex jiġu ddivulgati konflitti ta' interess potenzjali, u l-atturi kollha involuti fl-organizzazzjoni tal-kuntratti ta' kreditu marbutin ma' proprjetà immobbli għandhom ikunu ammessi u sorveljati b'mod adatt.

(23)  Jeħtieġ li jiġu regolati xi oqsma addizzjonali sabiex tiġi riflessa l-ispeċifiċità tal-krediti relatat ma’ proprjetà immobbli residenzjali. Minħabba s-sinjifikat tat-tranżazzjoni jeħtieġ jiġi żgurat li l-konsumaturi jkollhom ħin biżżejjed ta' mill-inqas sebat ijiem biex jikkunsidraw l-implikazzjonijiet. L-Istati Membri għandu jkollhom il-flessibbiltà li jipprevedu dan il-ħin suffiċjenti jew bħala ħin ta' riflessjoni qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt ta' kreditu, jew perijodu ta' rexissjoni wara li jiġi konkluż il-kuntratt ta' kreditu jew kombinazzjoni tat-tnejn. Huwa xieraq li l-Istati Membri jkollhom il-flessibbiltà li jagħmlu l-perijodu ta' riflessjoni vinkolanti fuq il-konsumatur għal perijodu li ma jaqbiżx l-għaxart ijiem iżda li f'każijiet oħrajn, il-konsumaturi li jixtiequ jipproċedu matul il-perijodu ta' riflessjoni jkunu jistgħu jagħmlu dan u li, fl-interess taċ-ċertezza legali fil-kuntest ta' transazzjonijiet rigward proprjetà, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprevedu li l-perijodu ta' riflessjoni jew id-dritt ta' rexissjoni għandu jieqaf f'każ li l-konsumatur iwettaq kwalunkwe azzjoni li, skont il-liġi nazzjonali, tirriżulta fil-ħolqien jew trasferiment ta’ dritt fuq proprjetà konness ma' fondi miksuba permezz tal-kuntratt ta' kreditu jew bl-użu tagħhom jew, fejn applikabbli, trasferimenti tal-fondi lil parti terza.

(24)  Minħabba l-karatteristiċi partikolari tal-kuntratti ta' kreditu relatati ma' proprjetà immobbli residenzjali hi prattika komuni li l-kredituri joffru lill-konsumatur għadd ta' prodotti jew servizzi li jistgħu jinxtraw flimkien mal-kuntratt ta' kreditu. Għaldaqstant, minħabba s-sinifikat ta' tali kuntratti għall-konsumaturi, hu xieraq li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi fuq prattiki ta' rbit. L-ikkombinar ta' kuntratt ta' kreditu ma' wieħed jew aktar mis-servizzi jew prodotti finanzjarji f'pakketti hu mezz għall-kredituri biex jiddiversifikaw l-offerta tagħhom u jikkompetu kontra xulxin, sakemm li l-komponenti tal-pakkett jistgħu wkoll jinxtraw separatament. Filwaqt li l-ikkombinar ta' kuntratti ta' kreditu ma' servizz jew prodott finanzjarju wieħed jew aktar f'pakketti jista' jibbenefika lill-konsumatur, dan jista' jaffettwa b'mod negattiv il-mobbiltà tal-konsumatur u l-kapaċità tiegħu li jagħmel għażliet infurmati, sakemm il-komponenti tal-pakkett ma jistgħux jinxtraw separatament. Hu importanti li jiġu impeduti prattiċi bħal dawn bħal pereżempju l-irbit ta’ ċerti prodotti li jista' jħajjar lill-konsumatur biex jidħol f'kuntratti ta' kreditu li mhumiex fl-aħjar interess tiegħu, madankollu, mingħajr ma jillimitaw l-abbinar ta’ prodotti li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għall-konsumatur. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikomplu jissorveljaw mill-qrib is-swieq tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur biex ikun żgurat li l-prattiċi ta' abbinar ta' prodotti ma joħolqux distorsjoni fl-għażla għall-konsumatur u l-kompetizzjoni fis-suq.

(25)  Bħala regola ġenerali, m'għandhomx ikunu permessi prattiċi ta' rbit sakemm is-servizz jew prodott finanzjarju offruti flimkien mal-kuntratt ta' kreditu ma jistgħux jiġu offruti separatament peress li jkunu parti integrata bis-sħiħ tal-kreditu, pereżempju fil-każ ta' ipoteka ggarantita. F'każijiet oħra, jista' jkun madankollu ġustifikat għall-kredituri li joffru jew ibiegħu kuntratt ta' kreditu f'pakkett flimkien ma' kont ta' pagamenti, kont tat-tfaddil, prodott ta' investiment jew prodott ta' pensjoni, pereżempju fejn il-kapital fil-kont jintuża għall-ħlas lura tal-kreditu jew hu prerekwiżit għall-akkomunament tar-riżorsi biex jinkiseb il-kreditu, jew f'sitwazzjonijiet fejn, pereżempju, prodott ta' investiment jew prodott ta' pensjoni privata jservi bħala garanzija addizzjonali għall-kreditu. Filwaqt li hu ġustifikat għall-kredituri li jkunu jistgħu jesiġu mill-konsumatur li jkollu polza tal-assigurazzjoni rilevanti sabiex jiggarantixxi l-ħlas lura tal-kreditu jew jassigura l-valur tal-garanzija, il-konsumatur għandu jkollu l-opportunità li jagħżel l-assiguratur tiegħu, dment li l-polza tal-assigurazzjoni tiegħu jkollha livell ekwivalenti ta' garanzija bħal dak tal-polza tal-assigurazzjoni proposta jew offruta mill-kreditur. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jistandardizzaw, kompletament jew parzjalment, il-kopertura provduta mill-kuntratti tal-assigurazzjoni sabiex jiffaċilitaw it-tqabbil bejn offerti differenti lill-konsumaturi li jixtiequ jagħmlu dan it-tqabbil.

(26)  Huwa importanti li jiġi żgurat li l-proprjetà immobbli residenzjali tiġi vvalutata kif jixraq qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kreditu, u, b'mod partikolari fejn il-valutazzjoni taffettwa l-obbligu residwu tal-konsumatur, fil-każ ta’ inadempjenza. Għalhekk l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom fis-seħħ standards affidabbli ta' valutazzjoni. Biex l-istandards ta' valutazzjoni jitqiesu affidabbli, dawn iridu jieħdu kont tal-istandards ta' valutazzjoni rikonoxxuti internazzjonalment, partikolarment dawk żviluppati mill-International Valuation Standards Committee, l-Assoċjazzjonijiet tal-European Group of Valuers jew ir-Royal Institution of Chartered Surveyors. Dawn l-istandards ta' valutazzjoni rikonoxxuti internazzjonalment fihom prinċipji ta' livell għoli li jirrikjedu li l-kredituri, fost oħrajn, jadottaw u jaderixxu ma' proċessi adegwati ta' ġestjoni interna tar-riskju u ta' ġestjoni tal-garanziji, li jinkludu proċessi ta' valutazzjoni tajbin, li jadottwa standards u metodi ta' valutazzjoni li jwasslu għal valutazzjoni realistika u sostanzjata tal-proprjetà sabiex ikun żgurat li r-rapporti kollha ta' valutazzjoni jitħejjew b'ħila u diliġenza professjonali xierqa u li min jivvaluta jkollu ċerti rekwiżiti ta' kwalifiki u li jżomm dokumentazzjoni adegwata tal-valutazzjoni dwar il-garanziji li tkun komprensiva u plawsibbli. F'dan ir-rigward huwa wkoll mixtieq li jkun żgurat monitoraġġ adatt tas-swieq tal-proprjetà immobbli residenzjali u li l-mekkaniżmi f'tali dispożizzjonijiet jikkonformaw mad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment(7) . Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar standards ta' valutazzjoni ta' proprjeta jistgħu jiġu osservati per eżempju permezz ta' liġi jew awtoregolamentazzjoni.

(27)  Minħabba konsegwenzi sinifikanti għall-kredituri, il-konsumaturi u potenzjalment l-istabbiltà finanzjarja ta' bejgħ furzat, huwa xieraq li l-kredituri jiġu inkoraġġuti jittrattaw b'mod proattiv ir-riskju ta' kreditu emerġenti fi stadju bikri u li jkunu fis-seħħ il-miżuri neċessarji biex jiġi żgurat li l-kredituri jdumu biex jaslu għall-bejgħ furzat u jagħmlu tentattivi raġonevoli biex jirriżolvu s-sitwazzjoni permezz ta' mezzi oħra qabel ma jibdew il-proċedimenti ta' bejgħ furzat. Fejn possibbli, għandhom jinstabu soluzzjonijiet li jqisu ċ-ċirkustanzi prattiċi u l-bżonn raġonevoli tal-ispejjeż għall-għajxien tal-konsumatur. Fejn wara l-proċedimenti ta' bejgħ furzat jibqa' dejn pendenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-protezzjoni ta' kundizzjonijiet minimi ta' għajxien u jadottaw miżuri biex jiffaċilitaw il-ħlas lura waqt li jevitaw dejn eċċessiv fit-tul. Tal-inqas, meta s-somma miksuba għall-proprjetà immobbli taffettwa l-ammont dovut mill-konsumatur, l-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-kredituri jieħdu passi raġonevoli biex jiksbu l-aħjar somma possibbli għall-proprjetà immobbli soġġetta għall-bejgħ furzat fil-kuntest tal-kundizzjonijiet tas-suq. L-Istati Membri m'għandhomx jimpedixxu lill-partijiet għal kuntratt ta' kreditu milli jiftiehmu b'mod espress li t-trasferiment tal-garanzija lill-kreditur ikun biżżejjed biex jitħallas lura l-kreditu.

(28)  L-intermedjarji ta' spiss jinvolvu ruħhom f'attivitajiet oħrajn minbarra sempliċiment l-intermedjazzjoni kreditizja, partikolarment intermedjazzjoni assigurattiva jew forniment ta' servizzi tal-investiment. Għaldaqstant, din id-Direttiva għandha wkoll tiżgura livell ta' koerenza mad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni(8) u d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fi strumenti finanzjarji(9). B'mod partikolari, l-istituzzjonijiet tal-kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2013/36/UE u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn soġġetti għal reġim ekwivalenti ta' ammissjoni skont il-liġi nazzjonali m'għandhomx jesiġu ammissjoni separata biex joperaw bħala intermedjarju kreditizju sabiex jissimplifikaw il-proċess ta' stabbiliment bħala intermedjarju tal-kreditu u joperaw b'mod transkonfinali. Ir-responsabbiltà sħiħa u mingħajr kundizzjonijiet imposta fuq il-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu għall-attivitajiet ta' intermedjarji tal-kreditu vinkolati jew rappreżentanti maħturin għandha testendi biss għal attivitajiet fl-ambitu tad-Direttiva sakemm l-Istati Membri ma jagħżlux li jestendu dik ir-responsabbiltà għal oqsma oħrajn.

(29)  Sabiex tiżdied il-ħila tal-konsumaturi li jagħmlu deċiżjonijiet informati huma stess dwar is-self u dwar il-ġestjoni responsabbli tad-dejn, l-Istati Membri għandhom jippromwovu miżuri biex jappoġġaw l-edukazzjoni tal-konsumaturi rigward self responsabbli u ġestjoni tad-dejn partikolarment fir-rigward ta' kuntratti ta' kreditu ipotekarji. Hu partikolarment importanti li tingħata gwida lill-konsumaturi li jidħlu għal kreditu ipotekarju għall-ewwel darba. F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tidentifika eżempji tal-aħjar prattika biex tiffaċilita l-iżvilupp ulterjuri ta' miżuri biex titjieb is-sensibilizzazzjoni finanzjarja tal-konsumaturi.

(30)  Minħabba r-riskji sinifikanti marbutin ma' self f'munita barranija, hu meħtieġ li jiġu previsti miżuri biex ikun żgurat li l-konsumaturi jkunu konxji tar-riskju li qed jassumu u li l-konsumaturi għandhom il-possibbiltà li jillimitaw l-iskopertura tagħhom għar-riskju tar-rata tal-kambju tul kemm idum il-kreditu. Ir-riskju jista' jiġi limitat jew billi l-konsumatur jingħata d-dritt li jikkonverti l-munita tal-kreditu, jew b'arranġamenti oħrajn bħal limiti massimi jew, fejn dawn ikunu biżżejjed biex jillimitaw ir-riskju tar-rata ta' kambju, twissijiet.

(31)  Il-qafas legali applikabbli għandu jagħti lill-konsumaturi l-fiduċja li l-kredituri, l-intermedjarji tal-kreditu u r-rappreżentanti maħtura jieħdu kont tal-interessi tal-konsumatur, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli lill-kreditur, l-intermedjarju tal-kreditu u r-rappreżentant maħtur f'dak il-ħin u abbażi ta' preżunzjonijiet raġonevoli dwar ir-riskji għas-sitwazzjoni tal-konsumatur matul il-perijodu tal-kuntratt ta' kreditu propost. Huwa jista' jimplika, fost affarijiet oħrajn, li l-kredituri ma jkunux jistgħu jikkumerċjalizzaw il-kreditu b'mod li l-kummerċjalizzazzjoni tnaqqas b'mod sinifikanti jew x'aktarx tnaqqas il-kapaċità tal-konsumatur li jikkunsidra sew jekk għandux jieħdu kreditu, jew li l-kreditur m'għandux juża l-għoti tal-kreditu bħala metodu prinċipali għall-kummerċjalizzazzjoni meta jkun qed jikkummerċjalizza oġġetti, servizzi jew proprjetà immobbli lill-konsumaturi. Aspett ewlieni fl-iżgurar tal-fiduċja tal-konsumatur huwa r-rekwiżit li jkun żgurat grad għoli ta' ġustizzja, onestà u professjonaliżmu fl-industrija, ġestjoni adegwata tal-kunflitti ta’ interess inklużi dawk relatati ma’ rimunerazzjoni, u li jkun rekwiżit li parir jingħata fl-aħjar interess tal-konsumatur.

(32)  Huwa xieraq li jkun żgurat li l-persunal rilevanti tal-kredituri, l-intermedjarji tal-kreditu u r-rappreżentanti maħtura jkollhom livell xieraq ta' għarfien u kompetenza sabiex jintlaħaq livell għoli ta' professjonaliżmu. Din id-Direttiva għandha, għalhekk, tesiġi l-prova tal-għarfien u l-kompetenza rilevanti fil-livell tal-kumpannija, abbażi tar-rekwiżiti minimi ta' għarfien u kompetenza stabbiliti f'din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jintroduċu jew iżommu tali rekwiżiti li japplikaw għal persuni fiżiċi individwali. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jippermettu lill-kredituri, lill-intermedjarji tal-kreditu u lir-rappreżentanti maħturin li jiddifferenzjaw bejn il-livelli ta' rekwiżiti minimi ta' għarfien skont l-involviment fit-twettiq ta' servizzi jew proċessi partikolari. F'dan il-kuntest, persunal jinkludi persunal esternalizzat, li jaħdem għall-kreditur u fi ħdanu, l-intermedjarju tal-kreditu jew ir-rappreżentanti maħtura kif ukoll l-impjegati tagħhom. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, il-persunal direttament involut fl-attivitajiet taħt din id-Direttiva għandu jinkludi kemm persunal li jkollu kuntatt mal-klijent kif ukoll dak amministrattiv, inkluż id-diriġenza, li jwettqu rwol importanti fil-proċess li jwassal għall-kuntratt ta' kreditu. Il-persuni b'funzjonijiet ta' sostenn li mhumiex relatati mal-proċess tal-kuntratt ta' kreditu (per eżempju riżorsi umani u persunal tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni) m'għandux jitqies bħala persunal taħt din id-Direttiva.

(33)  Fejn kreditur jew intermedjarju tal-kreditu jipprovdi s-servizzi tiegħu fit-territorju ta' Stat Membru ieħor taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, l-Istat Membru tad-domiċilju għandu jkollu r-responsabbiltà li jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi ta' konoxxenza u kompetenza applikabbli għall-persunal. Madankollu, l-Istati Membri ospitanti li jqisu li dan huwa meħtieġ għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti proprji ta' kompetenza f'ċerti oqsma speċifikati applikabbli għall-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu li jipprovdu s-servizzi fit-territorju ta' dak l-Istat Membru taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

(34)  Minħabba l-importanza li jkun żgurat li r-rekwiżiti ta' għarfien u ta' kompetenza jiġu applikati u osservati fil-prattika, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-awtoritajiet kompetenti jissorveljaw lill-kredituri, l-intermedjarji tal-kreditu u r-rappreżentanti maħtura u jagħtuhom is-setgħa li jiksbu dik l-evidenza li jeħtieġu biex ikunu jistgħu jivvalutaw il-konformità b'mod affidabbli.

(35)  Il-mod kif il-kredituri, l-intermedjarji tal-kreditu u r-rappreżentanti maħtura jiġu remunerati għandu jikkostitwixxi wieħed mill-aspetti prinċipali sabiex tiġi żgurata l-fiduċja tal-konsumaturi fis-settur finanzjarju. Din id-Direttiva tipprevdi regoli għar-rimunerazzjoni tal-persunal, bl-għan li prattiki ta’ bejgħ abbużiv jiġu limitati u biex jiġi żgurat li l-mod kif il-persunal jiġi remunerat ma jostakolax il-konformità mal-obbligu li l-interessi tal-konsumaturi jiġu kkunsidrati. B'mod partikolari, il-kredituri, l-intermedjarji tal-kreditu u r-rappreżentanti maħtura ma' għandhomx ifasslu l-politiki ta' rimunerazzjoni tagħhom b'mod li jagħtu inċentiv lill-persunal tagħom biex jikkonkludi numru jew tip stabbilit ta' kuntratti ta' kreditu jew biex joffri servizzi partikolari anċillari lill-konsumaturi mingħajr kunsiderazzjoni espliċita tal-interessi u l-ħtiġijiet tagħhom. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri jistgħu isibu neċessarju li jiddeċiedu li prattika partikolari, pereżempju, il-ġbir ta' ħlasijiet minn intermedjarji vonkolati, tmur kontra l-interessi ta' konsumatur. L-Istati Membri għandhom ukoll ikunu jistgħu jispeċifikaw li r-rimunerazzjoni rċevuta mill-persunal ma tiddependix fuq ir-rata jew it-tip ta' kuntratt ta' kreditu konkluż mal-konsumatur.

(36)  Din id-Direttiva tipprevedi regoli armonizzati rigward l-oqsma ta' għarfien u kompetenza li l-persunal tal-kredituri, l-intermedjarji tal-kreditu r-rappreżentanti maħturin għandu jkollhom fir-rigward tat-tfassil, l-offerta, l-għoti u l-intermedjazzjoni ta' kuntratt ta' kreditu. Din id-Direttiva ma tipprevedix arranġamenti speċifiċi relatati direttament mar-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali miksuba minn individwu fi Stat Membru wieħed sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' konoxxenza u kompetenza fi Stat Membru ieħor. Għaldaqstant, id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali(10) għandha tibqa' tapplika fir-rigward tal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent u l-miżuri ta' kumpens li Stat Membru ospitanti jista' jirrikjedi minn individwu li l-kwalifika tiegħu ma tkunx inħarġet fil-ġurisdizzjoni tiegħu.

(37)  Il-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu ta' spiss jużaw riklamar, li ħafna drabi jinkludi termini u kundizzjonijiet speċjali, sabiex jattiraw lill-konsumaturi lejn prodott partikolari. Għaldaqstant, il-konsumaturi għandhom ikunu protetti minn prassi ta' riklamar inġusti jew qarrieqa u għandhom ikunu jistgħu jqabblu r-riklami. Huma neċessarji dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-riklamar ta' kuntratti ta' kreditu ▌u lista ta' elementi li għandha tkun inkluża fil-materjal tar-riklamar u tal-kummerċjalizzazzjoni indirizzati lill-konsumaturi fejn tali riklamar jispeċifika r-rati ta' imgħax jew kwalunkwe figuri relatati mal-kost tal-kreditu, huma neċessarji sabiex jippermettilhom iqabblu l-offerti differenti. ▌L-Istati Membri għandhom jibqgħu fil-libertà li jintroduċu jew iżommu rekwiżiti ta' divulgazzjoni fil-liġijiet nazzjonali tagħhom fir-rigward tar-reklamar li ma jindikax rata tal-imgħax jew li ma jinkludix ċifri dwar il-kost tal-kreditu. Kwalunkwe tali dispożizzjoni għandha tqis l-ispeċifiċitajiet tal-kuntratti tal-kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli residenzjali. Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi żgurat f'konformità mad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiki kummerċjali inġusti fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern(11) li r-riklamar ta' kuntratti ta' kreditu m'għandux joħloq impressjoni qarrieqa tal-prodott.

(38)  Ir-reklamar għandu t-tendenza li jiffoka fuq prodott jew diversi prodotti partikolari, filwaqt li l-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom bl-għarfien sħiħ tal-firxa ta' prodotti offruti. F'dak ir-rigward, l-informazzjoni ġenerali għandha rwol importanti fl-edukazzjoni tal-konsumatur fir-rigward tal-firxa wiesgħa ta' prodotti u servizzi disponibbli ▌u l-karatteristiċi prinċipali tagħhom. Għaldaqstant, il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jkollhom fi kwalunkwe ħin aċċess għall-informazzjoni ġenerali dwar ▌il-prodotti ta' kreditu disponibbli. Fejn dan ir-rekwiżit ma jkunx applikabbli għal intermedjarji tal-kreditu mhux vinkolati, dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu tagħhom li jipprovdu lill-konsumatur informazzjoni prekuntrattwali personalizzata.

(39)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet ekwi u sabiex id-deċiżjoni tal-konsumatur tkun ibbażata fuq id-dettalji tal-prodotti tal-kreditu offruti pjuttost milli fuq il-kanal ta' distribuzzjoni li jipprovdi aċċess għal dawn il-prodotti tal-kreditu, il-konsumaturi għandhom jirċievu informazzjoni dwar il-kreditu irrispettivament minn jekk ikunux qegħdin jinnegozjaw direttament ma' kreditur jew intermedjarju tal-kreditu.

(40)   Il-konsumaturi għandhom jirċievu wkoll informazzjoni personalizzata fi żmien biżżejjed qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ta' kreditu sabiex ikunu jistgħu jqabblu u jirriflettu dwar il-karatteristiċi tal-prodotti tal-kreditu. F’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/193/KE tal-1 ta' Marzu 2001 dwar l-informazzjoni prekuntrattwali li trid tingħata lill-konsumaturi minn mutwanti li joffru self għad-djar(12), il-Kummissjoni impenjat ruħha li tissorvelja l-konformità mal-Kodiċi ta' Kondotta Volontarju dwar informazzjoni prekuntrattwali għal self għad-djar, li fih il- FEIS li jipprovdi informazzjoni personalizzata għall-konsumatur, dwar il-kuntratt ta’ kreditu li jkun qed jiġi provdut. ▌L-evidenza miġbura mill-Kummissjoni ▌enfasizzat il-ħtieġa li l-kontenut u l-preżentazzjoni tal-FEIS jiġu riveduti biex jiġi żgurat li huwa ċar, jinftiehem u fih l-informazzjoni kollha li rriżulta li hija rilevanti għall-konsumaturi. Il-kontenut u l-preżentazzjoni tal-FEIS għandhom jinkorporaw it-titjib neċessarju identifikat matul l-ittestjar fuq il-konsumaturi fl-Istati Membri kollha. L-istruttura tal-FEIS, ▌b’mod partikolari, l-ordni tal-punti ta’ informazzjoni ▌, għandha tiġi riveduta, il-formulazzjoni tkun iktar faċli għall-utent, filwaqt li taqsimiet bħal 'rata nominali' u 'rata perċentwali annwali tal-imposti' għandhom jingħaqdu flimkien u jiżdiedu taqsimiet ġodda, bħal 'karatteristiċi flessibbli'. Tabella illustrattiva tal-amortizzament għandha tingħata lill-konsumatur bħala parti mill-FEIS fejn il-kreditu hu kreditu bl-imgħax differit, fejn ir-ripagament tal-prinċipal hu differit għal perijodu inizjali jew fejn ir-rata tal-imgħax ta' self hi fissa għat-tul ta' żmien tal-kuntratt ta' kreditu. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprevedu li tali tabella illustrattiva tal-amortizzament fl-FEIS ma tkunx obbligatorja għal kuntratti oħra ta' kreditu.

(41)  Ir-riċerka fost il-konsumaturi enfasizzat l-importantza li jintuża lingwaġġ sempliċi u komprensibbli fid-divulgazzjonijiet li jingħataw lill-konsumaturi. Għal din ir-raġuni, it-termini użati fil-FEIS mhumiex neċessarjament ugwali għat-termini legali ddefiniti f'din id-Direttiva iżda għandhom l-istess tifsira.

(42)  Ir-rekwiżiti ta' informazzjoni rigward kuntratti ta' kreditu li jinsabu fl-FEIS għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-Unjoni jew dawk nazzjonali għal prodotti jew servizzi oħrajn li jistgħu jiġu offruti mal-kuntratt ta' kreditu, bħal kundizzjonijiet għall-ksib tal-kuntratt ta' kreditu marbut ma' proprjetà immobbli, jew offruti sabiex dak il-kuntratt jinkiseb b'rata ta' self aktar baxxa, bħal assigurazzjoni kontra n-nirien jew dik tal-ħajja jew prodotti ta' investiment. L-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jżommu jew jintroduċu liġi nazzjonali fejn ma jeżistux dispożizzjonijiet armonizzati, pereżempju rekwiżiti ta' informazzjoni dwar il-livell tar-rati tal-użura fl-istadju prekuntrattwali jew informazzjoni li tista' tkun utli għal skopijiet ta' edukazzjoni finanzjarja jew għal riżoluzzjonijiet extraġudizzjarji. Madankollu, kwalunkwe informazzjoni addizzjonali għandha tingħata f'dokument separat li jista' jiġi anness mal-FEIS. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, fil-lingwi nazzjonali tagħhom, jużaw vokabolarju differenti fl-FEIS, mingħajr ma jbiddlu l-kontenut tiegħu u l-ordni ta' kif tkun mogħtija l-informazzjoni, meta dan ikun meħtieġ sabiex jiġi użat lingwaġġ li jista' jkun aktar faċilment komprensibbli għall-konsumaturi.

(43)  Sabiex jiġi żgurat li l-FEIS jipprovdi lill-konsumatur l-informazzjoni kollha rilevanti li tippermettilu jagħmel għażla infurmata, il-kreditur għandu jsegwi l-istruzzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva meta jimla dan l-FEIS. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jelaboraw jew jispeċifikaw aktar l-istruzzjonijiet għat-tkomplija tal-FEIS abbażi tal-istruzzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva. Pereżempju, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jispeċifikaw aktar l-informazzjoni li għandha tingħata għad-deskrizzjoni ta' 'tip tar-rata tal-imgħax tas-self' sabiex jittieħed kont tal-ispeċifiċitajiet tal-prodotti u s-suq nazzjonali. Madankollu, dawn l-ispeċifikazzjonijiet ulterjuri m'għandhomx imorru kontra l-istruzzjonijiet f'din id-Direttiva u lanqas għandhom implikaw xi bidla fil-mudell tal-FEIS, li għandu jiġi riprodott bħala tali mill-kreditur. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jispeċifikaw twissijiet ulterjuri dwar kuntratti ta' kreditu, adattati għas-suq u l-prattiki nazzjonali tagħhom, fejn dawn it-twissijiet ma jkunux diġà inklużi speċifikament fl-FEIS. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistipulaw li l-kreditur ikun marbut bl-informazzjoni mogħtija fl-FEIS, sakemm il-kreditur jiddeċiedi li jagħti l-kreditu.

(44)  Il-konsumatur għandu jirċievi l-informazzjoni permezz tal-FEIS mingħajr dewmien żejjed wara li l-konsumatur ikun ta l-informazzjoni neċessarja dwar il-ħtiġijiet, is-sitwazzjoni finanzjarja u l-preferenzi tiegħu u kmieni biżżejjed qabel ma l-konsumatur ikun vinkolat b'xi kuntratt jew offerta ta' kreditu, sabiex jippermettilu jqabbel u jirrifletti dwar il-karatteristiċi tal-prodotti ta' kreditu u jieħu parir minn parti terza fejn meħtieġ. B'mod partikolari, meta ssir offerta vinkolanti lill-konsumatur, din għandha tkun akkumpanjata bl-FEIS, sakemm il-FEIS ma jkunx diġà ngħata lill-konsumatur u l-karatteristiċi tal-offerta ma jkunux konsistenti mal-informazzjoni mogħtija preċedentement. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprevdu il-forniment obbligatorju tal-FEIS kemm qabel tingħata xi offerta vinkolanti kif ukoll flimkien mal-offerta vinkolanti, fejn ma jkunx preċedentement ingħata FEIS li jkun fih l-istess informazzjoni. Filwaqt li l-FEIS għandu jkun personalizzat u jirrifletti l-preferenzi espressi mill-konsumatur, il-provvediment ta' informazzjoni personalizzata bħal din m'għandux jimplika obbligu li jingħata parir. Il-kuntratti ta' kreditu għandhom jiġu konklużi biss meta il-konsumatur ikollu żmien biżżejjed biex iqabbel l-offerti, jivvaluta l-implikazzjonijiet tagħhom, jieħu parir minn parti terza jekk meħtieġ u jkun ħa deċiżjoni infurmata dwar jekk jaċċettax l-offerta.

(45)  Fejn il-konsumatur ikollu kuntratt ta’ kreditu ipotekarju għax-xiri ta' proprjetà immobbli jew art u t-tul ta' żmien tal-ipoteka ikun itwal minn dak tal-kuntratt ta' kreditu, u fejn il-konsumatur jiddeċiedi li jerġa' joħroġ il-kapital li diġà ħallas lura soġġett għall-iffirmar ta' kuntratt ta' kreditu ġdid, FEIS ġdid li jiddivulga ir-RPAI l-ġdida u li jkun ibbażat fuq il-karatteristiċi partikolari tal-kuntratt ta' kreditu l-ġdid għandu jingħata lill-konsumatur qabel l-iffirmar tal-kuntratt ta' kreditu l-ġdid.

(46)  Tal-inqas fejn ma jeżistix dritt ta' rexissjoni, il-kreditu jew, fejn applikabbli l-intermedjarju tal-kreditu jew rappreżentant maħtur għandu jipprovdi lill-konsumatur kopja tal-abbozz tal-kuntratt ta' kreditu, fil-ħin li tingħata l-offerta li torbot lill-kreditur. F'każijiet oħrajn, il-konsumatur għandu tal-inqas jingħata kopja tal-abbozz tal-kuntratt ta' kreditu fil-ħin li ssir l-offerta vinkolanti.

(47)  Sabiex tkun żgurata l-akbar trasparenza possibbli u jkunu pprevenuti abbużi li jirriżultaw minn konflitti ta' interess possibbli meta l-konsumaturi jużaw is-servizzi tal-intermedjarji tal-kreditu, dawn tal-aħħar għandhom ikunu soġġetti għal ċerti obbligi ta' divulgar ta' informazzjoni qabel ma jwettqu s-servizzi tagħhom. Tali divulgazzjonijiet jinkludu informazzjoni dwar l-identità tagħhom u relazzjonijiet tagħhom mal-kredituri, pereżempju jekk humiex qed jikkunsidraw prodotti minn firxa wiesgħa ta' kredituri jew minn għadd aktar limitat ta' kredituri. L-eżistenza ta' kwalunkwe kummissjoni jew inċentiv ieħor pagabbli lill-intermedjarju tal-kreditu mill-kreditur jew minn partijiet terzi fir-rigward tal-kuntratt ta' kreditu għandha tiġi divulgata lill-konsumatur qabel ma jitwettqu xi attivitajiet ta' intermedjazzjoni għall-kreditu u l-konsumatur għandu jiġi infurmat f'dak l-istadju bl-ammont ta' dawn il-pagamenti, meta dak ikun magħruf, jew bil-fatt li l-ammont ikun ser jiġi divulgat fi stadju prekuntrattwali aktar tard fl-FEIS u bid-dritt tagħhom li jingħataw informazzjoni dwar il-livell ta' tali pagamenti f'dak l-istadju. Il-konsumaturi għandhom jingħataw informazzjoni dwar kwalunkwe tariffi li għandhom iħallsu lill-intermedjarji tal-kreditu fir-rigward tas-servizzi tagħhom. Mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-kompetizzjoni, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet li jipprojbixxu l-ħlas ta' tariffi minn konsumaturi lil xi kategoriji jew il-kategoriji kollha ta' intermedjaru tal-kreditu.

(48)  Konsumatur jista' xorta jkollu bżonn ta' assistenza addizzjonali biex jiddeċiedi liema kuntratt ta' kreditu, mill-firxa ta' prodotti proposti, huwa l-iktar adattat għall-ħtiġijiet u s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu. Il-kredituri u, fejn applikabbli l-intermedjarji tal-kreditu għandhom jipprovdu din l-assistenza b'rabta mal-prodotti ta' kreditu li jkunu qed joffru lill-konsumatur billi jispjegaw l-informazzjoni rilevanti, inklużi b'mod partikolari l-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti proposti ▌lill-konsumatur b’mod personalizzat sabiex il-konsumatur ikun jista' jifhem l-effetti li dawn jistgħu jkollhom fuq is-sitwazzjoni ekonomika tiegħu. Il-kredituri u, fejn applikabbli, l-intermedjarji ta' kreditu għandhom jadattaw il-mod li bih ▌jingħataw dawn l-ispjegazzjonijiet▌għaċ-ċirkostanzi li fihom jiġi offrut il-kreditu u l-bżonn tal-konsumatur għal assistenza, b'kont meħud tal-għarfien u l-esperjenza tal-konsumatur dwar il-kreditu u n-natura tal-prodotti ta' kreditu individwali. Dawn l-ispjegazzjonijiet m'għandhomx fihom infushom jikkostitwixxu rakkomandazzjonijiet personali.

(49)  Sabiex jiġu promossi l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumaturi fl-Unjoni kollha, huwa meħtieġ li tiġi żgurata b'mod uniformi l-paragunabbiltà tal-informazzjoni relatata mar-RPAI fl-Unjoni kollha.

(50)  Il-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur għandu jinkludi l-kostijiet kollha li l-konsumatur ikollu jħallas b'konnessjoni mal-kuntratt ta' kreditu u li l-kreditur ikun jaf bihom. Għalhekk għandu jinkludi l-imgħax, il-kummissjonijiet, it-taxxi u t-tariffi tal-intermedjarji tal-kreditu, il-kosti tal-valutazzjoni tal-proprjetà għall-fini ta' ipoteka u kwalunkwe tariffa oħra, ħlief għat-tariffi notarili meħtieġa sabiex jinkiseb kreditu, pereżempju assigurazzjoni fuq il-ħajja, jew sabiex dan jinkiseb bit-termini u l-kundizzjonijiet kummerċjalizzati, pereżempju assigurazzjoni kontra n-nirien. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jirrigwardaw prodotti u servizzi anċillari (pereżempju dwar il-kost tal-ftuħ u ż-żamma ta' kont bankarju) għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2005/29/KE u d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur(13). Il-kost totali tal-kreditu lill-konsumatur għandu jeskludi l-ispejjeż li l-konsumatur iħallas fir-rigward tax-xiri tal-proprjetà immobbli jew l-art, bħal taxxi assoċjati u drittijiet notarili jew l-ispejjeż tar-reġistrazzjoni tal-art. Il-konoxxenza effettiva tal-kreditur tal-ispejjeż għandha tkun ivvalutata b'mod oġġettiv, u tieħu kont tar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali. F'dak ir-rigward, għandu jiġi preżunt li l-kreditur għandu għarfien tal-ispejjeż tas-servizzi anċillari li huwa stess, jew f'isem parti terza, joffri lill-konsumatur, sakemm il-prezz tagħhom ma jkunx jiddependi fuq il-karatteristiċi jew is-sitwazzjoni partikolari tal-konsumatur.

(51)  Jekk l-informazzjoni stmata tiġi użata, il-konsumatur għandu jkun infurmat b'dan u bil-fatt li l-informazzjoni hija mistennija li tkun rappreżentattiva tat-tip ta' kuntratt jew prattiċi li qed jiġu kkunsidrati. Il-preżunzjonijiet addizzjonali għall-kalkolu tar-RPAI għandhom l-għan li jiżguraw li r-RPAI tiġi kkalkulata b'mod konsistenti u li jiżguraw il-paragunabbiltà. Preżunzjonijiet addizzjonali huma neċessarji għal tipi partikolari ta' kuntratt ta' kreditu, bħal fejn l-ammont, it-tul ta' żmien jew il-kost tal-kreditu huma inċerti jew ivarjaw skont kif il-kuntratt jiġi operat. Fejn id-dispożizzjonijiet fihom infishom mhumiex biżżejjed biex tiġi kkalkulata r-RPAI, il-kreditur għandu juża l-preżunzjonijiet addizzjonali stipulati fl-Anness I. Madankollu, minħabba l-fatt li l-kalkolu tar-RPAI ser jiddependi fuq il-klawżoli tal-kuntratt ta' kreditu individwali, għandhom jintużaw biss dawk il-preżunzjonijiet li huma neċessarji u rilevanti għal kreditu partikolari.

(52)  Sabiex jiġi żgurat ulterjorment grad għoli ta' paragunabbiltà tar-RPAI fost l-offerti minn kredituri differenti, l-intervalli bejn id-dati użati fil-kalkolu m'għandhomx ikunu indikati fi ġranet meta jistgħu jkunu espressi fi snin, xhur jew gimgħat. F'dak il-kuntest huwa impliċitu li jekk ċerti intervalli ta' żmien jiġu użati fil-formula tar-RPAI, dawk l-intervalli għandhom ukoll jintużaw sabiex jiġu aċċertati l-ammont ta' imgħax u imposti oħrajn użati fil-formula. Għal din ir-raġuni, il-kredituri għandhom jużaw il-metodu ta' kalkolu ta' intervalli ta' żmien deskritt fl-Anness I sabiex jiksbu ċ-ċifri għall-ħlas ta' imposti. Madankollu, dak japplika biss għall-finijiet tal-kalkolu tar-RPAI u m'għandux impatt fuq l-ammont effettivament imposti mill-kreditur taħt il-kuntratt ta' kreditu. Fejn dawn l-ammonti jkunu differenti jista' jkun neċessarju li jiġu spjegati lill-konsumatur sabiex jiġi evitat li l-konsumatur jiġi mqarraq. Dak jimplika li fin-nuqqas ta' imposti mhux ta' imgħax, u bil-preżunzjoni ta' metodu ta' kalkolu identiku, l-RPAI jkun ugwali għar-rata tal-imgħax tas-self effettiva tal-kreditu.

(53)  Billi fl-istadju tar-reklamar ir-RPAI tista’ tiġi indikata biss permezz ta' eżempju, tali eżempju għandu jkun rappreżentattiv. Għalhekk, dan għandu jikkorrispondi, pereżempju, għall-medja tad-duratura u l-ammont totali ta' kreditu mogħti għat-tip ta' kuntratt ta' kreditu kkunsidrat. Meta jkun qed jiġi ddeterminat l-eżempju rappreżentattiv, għandha tiġi kkunsidrata l-prevalenza ta' ċerti tipi ta' kuntratti ta' kreditu f'suq partikolari. Jista' jkun preferibbli li kull kreditur jibbaża l-eżempju rappreżentattiv fuq ammont ta' kreditu li huwa rappreżentattiv tal-firxa ta' prodotti tal-kreditur stess u tal-bażi ta' klijenti prevista, għaliex dawn jistgħu jvarjaw b'mod konsiderevoli fost il-kredituri. Fir-rigward tar-RPAI divulgata fl-FEIS, il-preferenzi tal-konsumatur u l-informazzjoni pprovduta lilu għandhom, fejn possibbli, jiġu kkunsidrati u l-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu għandu jagħmilha ċara jekk l-informazzjoni pprovduta hijiex illustrattiva jew jekk tirriflettix il-preferenzi u l-informazzjoni mogħtija. Fi kwalunkwe każ, l-eżempji rappreżentattivi m'għandhomx imorru kontra r-rekwiżiti tad-Direttiva 2005/29/KE. Huwa importanti li l-FEIS ikun ċar għall-konsumatur, fejn applikabbli, li r-RPAI tkun ibbażata fuq preżunzjonijiet u tista' tinbidel sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jieħdu kont ta' dan fit-tqabbil tal-prodotti. Huwa importanti li r-RPAI tieħu kont tal-prelevamenti kollha taħt il-kuntratt ta' kreditu, sew jekk imħallsa direttament lill-konsumatur kemm jekk lil parti terza f'isem il-konsumatur.

(54)  Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-kalkolu tar-RPAI għat-tipi differenti ta' kreditu, il-preżunzjonijiet użati fil-kalkolu ta' forom simili ta' kuntratti ta' kreditu għandhom ikunu ġeneralment konsistenti. F'dan ir-rigward, il-preżunzjonijiet mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/90/UE tal-14 ta’ Novembru 2011 li temenda l-Parti II tal-Anness I tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jipprovdi preżunzjonijiet addizzjonali għall-kalkolu tar-RPAI (14), li timmodifika l-preżunzjonijiet għall-kalkolu tar-rata perċentwali annwali tal-imposti għandhom jiġu inkorporati. Waqt li mhux il-preżunzjonijiet kollha neċessarjament ser japplikaw għall-kuntratti ta' kreditu disponibbli issa, l-innovazjoni tal-prodotti f'dan is-settur hija attiva u għalhekk huwa neċessajru li jkun hemm fis-seħħ il-preżunzjonijiet. Barra minn hekk, għall-finijiet tal-kalkolu tar-RPAI, l-identifikazzjoni tal-mekkaniżmu għall-prelevament l-aktar komuni għandu jkun ibbażat fuq aspettattivi raġonevoli dwar il-mekkaniżmu għall-prelevament użat l-aktar ta' spiss mill-konsumaturi għat-tip ta' prodott offrut minn dan il-kreditur partikolari. Għall-prodotti eżistenti, l-aspettattiva għandha tkun ibbażata fuq it-tnax-il xahar preċedenti.

(55)   Huwa essenzjali li tiġi valutata u verifikata l-kapaċità u l-propensità tal-konsumatur li jħallas lura d-dejn qabel ma jiġi konkluż kuntratt ta' kreditu. Dik il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja għandha tieħu kont tal-fatturi kollha neċessarji u rilevanti li jistgħu jinfluwenzaw il-kapaċità tal-konsumatur li jħallas lura l-kreditu matul ħajtu. B’mod partikolari, il-ħila tal-konsumatur għall-manutenzjoni tal-kreditu u li jħallsu lura kollu għandha tinkludi kunsiderazzjoni tal-pagamenti ġejjiena jew żidiet fil-pagamenti meħtieġa minħabba amortizzament negattiv jew pagamenti differiti tal-prinċipal jew tal-imgħax, u għandha titqies fid-dawl ta' infiq regolari, dejn u impenji finanzjarji oħrajn kif ukoll d-dħul, it-tfaddil u l-assi. Għandu jkun hemm flessibilità raġonevoli għal avvenimenti futuri tul it-terminu tal-kuntratt ta' kreditu propost bħal tnaqqis fid-dħul meta t-terminu tal-kreditu jmur lil hinn mill-irtirar tal-persuna, jew fejn ikun il-każ, żieda fir-rata tal-imgħax tas-self jew bidla negattiva fir-rata tal-kambju. Filwaqt li l-valur tal-proprjetà immobbli huwa element importanti fl-aċċertament tal-ammont ta' kreditu li jista' jingħata lil konsumatur taħt kuntratt ta' kreditu ipotekarju, il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja għandha tiffoka fuq il-kapaċità tal-konsumatur li jissodisfa l-obbligi stipulati skont il-kuntratt ta' kreditu. Konsegwentement, il-possibbiltà li l-valur tal-proprjetà immobbli jista' jaqbeż l-ammont ta' kreditu jew jista' jiżdied fil-futur m'għandhiex ġeneralment tkun kundizzjoni suffiċjenti biex jingħata l-kreditu inkwistjoni. Madankollu, fejn l-iskop tal-kuntratt ta' kreditu huwa li proprjetà immobbli eżistenti tinbena jew tiġi rinnovata, il-kreditur għandu jkun jista' jqis din il-possibbiltà. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu joħorġu gwida addizzjonali dwar dawk il-kriterji jew kriterji addizzjonali u dwar metodi għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ta' konsumatur, pereżempju billi jistipulaw limiti fuq il-korrelazzjonijiet bejn is-self u l-valur u bejn is-self u d-dħul u għandhom jiġu mħeġġa għall-implimentazzjoni tal-Prinċipji tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja rigward il-Prattika Tajba għas-Sottoskrizzjonijiet Ipotekarji Residenzjali.

(56)  Jistgħu jkunu meħtieġa dispożizzjonijiet speċifiċi għall-elementi differenti li jistgħu jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ta' ċerti tipi ta' kuntratti ta' kreditu.Pereżempju, għal kuntratti ta' kreditu marbutin ma' proprjetà immobbli li jiddikjaraw b'mod espliċitu li l-proprjetà immobbli mhix ser tkun okkupata bħala dar, appartament jew post ieħor ta' residenza mill-konsumatur jew membru tal-familja tal-konsumatur (kuntratti ta' xiri bi skop ta' kiri (buy-to-let)), l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu li jispeċifikaw li dħul futur mill-kiri jiġi kkunsidrat fil-valutazzjoni tal-kapaċità tal-konsumatur li jħallas lura l-kreditu. F'dawk l-Istati Membri fejn tali speċifikazzjoni mhijiex stipulata fid-dispożizzjonijiet nazzjonali, il-kredituri jistgħu jiddeċiedu li jinkludu valutazzjoni prudenti ta' dħul futur mill-kiri. Il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja m'għandhiex timplika t-trasferiment tar-responsabblità lill-kreditur għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità sussegwenti mill-konsumatur mal-obbligi tiegħu taħt il-kuntratt ta' kreditu.

(57)  Id-deċiżjoni tal-kreditur dwar jekk jipprovdix il-kreditu għandha tkun konsistenti mal-eżitu tal-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja. Pereżempju, il-fatt li l-kreditur ikun jista' jittrasferixxi parti mir-riskju tal-kreditu lil parti terza m’għandux iwassal biex ma jiħux kont tal-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja billi joffri kuntratt ta’ kreditu lil konsumatur li x’aktarx ma jkunx jista’ jħallsu lura. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jittrasponu dan il-prinċipju billi jirrikjedu li awtoritajiet kompetenti jieħdu azzjonijiet rilevanti bħala parti mill-attivitajiet ta' sorveljanza u li jsegwu mill-qrib il-konformità tal-proċeduri tal-kredituri rigward il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja. Madankollu, valutazzjoni pożittiva tal-affidabbiltà kreditizja m'għandhiex tikkostitwixxi obbligu għall-kreditur li jipprovdi l-kreditu.

(58)   F'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni dwar is-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika, inklużi d-dħul u l-ispejjeż, tal-konsumatur. Dik l-informazzjoni tista' tinkiseb minn diversi sorsi inkluż mill-konsumatur, u l-kreditur għandu jivverifika b'mod adatt din l-informazzjoni qabel ma jagħti kreditu. F'dak ir-rigward, il-konsumatur għandu jipprovdi informazzjoni sabiex jiffaċilita l-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja, għax jekk jonqos milli jagħmel dan x'aktarx ma jingħatax il-kreditu li qed ifittex sakemm l-informazzjoni ma tistax tinkiseb mod ieħor. Mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-kuntratti privati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri ma jkunux jistgħu jitterminaw kuntratt ta' kreditu għax jirrealizzaw, wara l-iffirmar tal-kuntratt ta' kreditu, li l-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ma tkunx saret b'mod korrett minħabba informazzjoni insuffiċjenti fil-ħin tal-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja. Madankollu, dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jippermettu lil kredituri jitterminaw il-kuntratt ta' kreditu meta jista' jiġi stabbilit li l-konsumatur deliberatament ipprovda informazzjoni mhux eżatta jew falsifikata fil-ħin tal-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja jew b'mod intenzjonat ma pprovdiex l-informazzjoni li kienet twassal għal valutazzjoni negattiva tal-affidabbiltà kreditizja jew fejn ikun hemm raġunijiet oħrajn validi kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni. Filwaqt li ma jkunx xieraq li jiġu applikati sanzjonijiet fuq il-konsumatur għax ma jkunx f'pożizzjoni li jipprovdi informazzjoni jew valutazzjonijiet jew għax jiddeċiedi li ma jkomplix bil-proċess tal-applikazzjoni biex jikseb kreditu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprevedu sanzjonijiet f'każijiet fejn il-konsumaturi konxjament jipprovdu informazzjoni mhux sħiħa jew mhux korretta sabiex jiksbu valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja pożittiva, b'mod partikolari fejn l-informazzjoni sħiħa u korretta kienet tirriżulta f'valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja negattiva, u sussegwntement il-konsumatur ma jkunux f'pożizzjoni li jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-ftehim.

(59)  Konsultazzjoni ma' bażi ta’ data hija element utli fil-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja. Xi Stati Membri jirrikjedu li l-kredituri jivvalutaw l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumaturi fuq il-bażi ta' konsultazzjoni tal-bażi ta’ data rilevanti. Il-kredituri għandhom ikunu jistgħu jikkonsultaw il-bażi ta' data tal-krediti matul il-ħajja tal-kreditu unikament sabiex jidentifikaw u jivvalutaw il-potenzjal ta' inadempjenza. Tali konsultazzjoni mal-bażi ta' data għandu jkun soġġett għal salvagwardji adatti biex ikun żgurat li dan jintuża għall-identifikazzjoni u r-riżoluzzjoni bikrija tar-riskju ta' kreditu fl-interess tal-konsumatur u mhux biex jiġu infurmati negozjazzjonijiet kummerċjali. Skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data(15), il-konsumaturi għandhom jiġi infurmati mill-kredituti dwar il-konsultazzjoni mal-bażi ta’ data tal-kreditu qabel ma tiġi kkonsultata u għandu ikollhom id-dritt ta' aċċess għall-informazzjoni li jkun hemm dwarhom f'din il-bażi ta’ data sabiex, fejn ikun neċessarju, jikkoreġu, iħassru jew jimblokkaw data personali dwarhom li tkun ipproċessata hemmhekk meta ma tkunx preċiża jew tkun ġiet ipproċessata illegalment.

(60)  Bi prevenzjoni ta' kwalukwe distorzjoni tal-kompetizzjoni fost il-kredituri, għandu jkun żgurat li l-kredituri kollha ▌inklużi l-istituzzjonijiet tal-kreditu jew l-istituzzjonijiet mhux tal-kreditu li jipprovdu kuntratti ta' kreditu marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali jkollhom aċċess għall-bażijiet ta' data tal-kreditu pubbliċi u privati kollha rigward il-konsumatur b'kondizzjonjiet nondiskriminatorji. Għaldaqstant, dawn il-kundizzjonijiet m'għandhomx jinkludu rekwiżit li l-kredituri jkunu stabbiliti bħala istituzzjoni tal-kreditu. Il-kundizzjonijiet tal-aċċess, bħall-ispejjeż tal-aċċess għall-bażi ta' data jew ir-rekwiżiti li tingħata informazzjoni lill-bażi ta' data abbażi tar-reċiproċità jibqgħu japplikaw. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw jekk, fil-ġuriżdizzjonijiet tagħhom, l-intermedjarji tal-kreditu jistgħux ikollhom aċċess għal dawn il-bażijiet ta' data.

(61)  Fejn deċiżjoni li applikazzjoni għal kreditu tiġi rifjutata tkun ibbażata fuq data miksuba mill-konsultazzjoni ta' bażi ta’ data jew min-nuqqas ta' data ġo fiha, il-kreditur għandu jinforma lill-konsumatur dwar dan, u jipprovdi l-isem tal-bażi ta' data kkonsultata u kwalunkwe element ieħor rikjest mid-Direttiva 95/46/KE sabiex il-konsumatur ikun jista' jeżerċita d-dritt tiegħu ta' aċċess u, fejn iġġustifikat, jikkoreġi, iħassar jew jimblokka data personali dwaru u li tkun ipproċessata fiha. Fejn deċiżjoni li applikazzjoni għal kreditu tiġi rifjutata tirriżulta minn valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja negattiva, il-kreditur għandu jinforma lill-konsumatur dwar ir-rifjut mingħajr dewmien żejjed. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu liberament jiddeċiedu jekk jirrikjedux li l-kredituri jagħtux aktar spjegazzjonijiet dwar ir-raġunijiet tar-rifjut. Madankollu, il-kreditur m'għandux ikun obbligat jagħti tali informazzjoni meta dan ikun ipprojbit minn liġi oħra tal-Unjoni, pereżempju dispożizzjonijiet dwar il-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu. Tali informazzjoni m'għandhiex tingħata meta dan imur kontra l-objettivi ta' ordni pubbliku jew sigurtà pubblika bħall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-aċċertament jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali.

(62)  Din id-Direttiva tindirizza l-użu tad-data personali fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ta' konsumatur. Sabiex il-protezzjoni tad-data personali tiġi żgurata, id-Direttiva 95/46/KE għandha tapplika għall-attivitajiet tal-ipproċessar tad-data mwettqa fil-kuntest ta' dawn il-valutazzjonijiet. ▌

(63)  L-għoti ta’ pariri fil-forma ta’ rakkomandazzjoni personalizzata hi attività distinta li tista’ tkun abbinata, iżda mhux bilfors, ma’ aspetti oħra tal-għoti jew l-intermedjazzjoni tal-kreditu. Għaldaqstant, sabiex ikunu f'pożizzjoni li jifhmu n-natura tas-servizzi mogħtija lilhom, il-konsumaturi għandhom jiġu mgħarrfa jekk is-servizzi ta' konsulenza humiex jew jisgħux jiġu pprovduti u meta dan ma jsirx u dwar x'jikkostitwixxi servizzi ta' konsulenza. Minħabba l-importanza li jagħtu l-konsumaturi għall-użu tat-termini "konsulenza" u "konsulenti", hu xieraq li l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprojbixxu l-użu ta' dawk it-termini, jew ta' termini simili, meta servizzi ta' konsulenza jkunu qed jingħataw lill-konsumaturi. Hu xieraq li jkun żgurat li l-Istati Membri jimponu salvagwardji meta konsulenza tiġi deskritta bħala indipendenti sabiex ikun żgurat li l-firxa ta' prodotti kkunsidrati u l-arranġamenti dwar ir-rimunerazzjoni huma proporzjonati mal-aspettattivi tal-konsumaturi rigward tali konsulenza.

(64)  Dawk li jipprovdu servizzi ta' konsulenza għandhom jikkonformaw ma' ċerti standards sabiex jiżguraw li l-konsumatur jiġi ppreżentat bi ▌prodotti adatti għall-ħtiġijiet u ċ-ċirkustanzi tiegħu. Is-servizzi ta' konsulenza għandhom ikunu bbażati fuq analiżi ekwa u mifruxa biżżejjed tal-prodotti offruti, fejn is-servizzi ta' konsulenza huma pprovduti minn kredituri u intermedjarji tal-kreditu vinkolati, jew tal-prodotti disponibbli fis-suq, f'każ li s-servizzi ta' konsulenza huma pprovduti minn intermedjarji tal-kreditu mhux vinkolati. Dawk li jagħtu servizzi ta' konsulenza għandhom ikunu kapaċi jispeċjalizzaw f’ċerti prodotti ‘speċjalizzati’ bħall-finanzjament tranżitorju, dment li jikkunsidraw firxa ta’ prodotti fi ħdan dik l-'ispeċjalizzazzjoni' u l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom f'dawk il-prodotti 'speċjalizzati' tkun magħmula ċara lill-konsumatur. Fi kwalunkwe każ, il-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu għandhom jiddivulgaw lill-konsumatur jekk humiex jagħtu konsulenza dwar il-firxa ta' prodotti tagħhom biss jew dwar firxa wiesgħa li hemm fis-suq biex ikun żgurat li l-konsumatur jifhem il-bażi għal rakkomandazzjoni.

(65)  Is-servizzi ta' konsulenza għandhom ikunu bbażati fuq fehim xieraq tas-sitwazzjoni finanzjarja, il-preferenzi u l-għanijiet tal-konsumatur ▌abbażi tal-informazzjoni aġġornata neċessarja u preżunzjonijiet raġonevoli dwar ir-riskji għaċ-ċirkustanzi tal-konsumaturi tul il-kuntratt ta' kreditu. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiċċaraw kif il-konvenjenza ta' prodott speċifiku għandha tiġi vvalutata fil-kuntest tal-għoti ta' servizzi ta' konsulenza.

(66)  Il-kapaċità ta' konsumatur li jħallas lura l-kreditu qabel l-iskadenza tal-kuntratt ta' kreditu jista' jkollha rwol importanti fil-promozzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern u l-moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni kif ukoll tgħin biex tipprovdi l-flessibbiltà matul il-ħajja tal-kuntratt ta' kreditu neċessarja għall-promozzjoni tal-istabbiltà finanzjarja f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja. Madankollu, jeżistu differenzi sostanzjali bejn il-prinċipji nazzjonali u l-kundizzjonijiet li taħthom il-konsumaturi għandhom il-kapaċità li jħallsu lura l-kreditu tagħhom u l-kundizzjonijiet li taħthom jista' jsir dan il-ħlas lura antiċipat. Filwaqt li tiġi rikonoxxuta d-diversità fil-mekkaniżmi tal-finanzjament ipotekarju u l-firxa tal-prodotti disponibbli, ċerti standards fir-rigward tal-ħlas lura antiċipat tal-kreditu huma essenzjali fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi jkollhom il-possibbiltà li jeżegwixxu l-obbligi tagħhom qabel id-data mifthema fil-kuntratt ta' kreditu u l-fiduċja li jqabblu offerti sabiex isibu l-aħjar prodotti biex jissodifa ħtiġijiethom. L-Istati Membri għalhekk għandhom jiżguraw, kemm jekk permezz tal-liġi kif ukoll permezz ta' mezzi oħrajn bħal klawsoli kuntrattwali, li l-konsumaturi għandhom id-dritt għal ħlas lura antiċipat. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jiddefinixxu l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju ta' dan id-dritt. Dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jinkludu limitazzjonijiet ta' żmien għall-eżerċizzju tad-dritt, trattament differenti skont it-tip tar-rata tal-imgħax tas-self ▌ jew ▌restrizzjonijiet fir-rigward taċ-ċirkustanzi li taħthom jista' jiġi eżerċitat id-dritt. Fejn il-ħlas lura bikri jsir f'perijodu meta r-rata tat-teħid tas-self tkun fissa, l-eżerċizzju tad-dritt jista' jiġi soġġett għall-eżistenza ta' interess leġittimu min-naħa tal-konsumatur speċifikat mill-Istat Membru. Dan l-interess leġittimu jista' pereżempju jseħħ f'każ ta' divorzju jew qgħad. Il-kundizzjonijiet stipulati mill-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-kreditur ikun intitolat għal kumpens ekwu u oġġettivament iġġustifikat għall-ispejjeż potenzjali direttament marbutin mall-ħlas lura antiċipat tal-kreditu. F'każijiet fejn Stati Membri jipprevedu li l-kreditur ikun intitolat għal kumpens, tali kumpens għandu jkun kumpens ekwu u oġġettivament iġġustifikat għall-ispejjeż potenzjali direttament marbutin mal-ħlas lura antiċipat tal-kreditu f'konformità mar-regoli nazzjonali dwar il-kumpens. Il-kumpens m'għandux jeċċedi t-telf finanzjarju tal-kreditur.

(67)  Huwa importanti li jkun żgurat li jkun hemm trasparenza biżżejjed għal ċarezza lill-konsumaturi dwar in-natura tal-impenji magħmula fl-interess tal-preservazzjoni tal-istabilità finanzjarja u fejn ikun hemm flessibbiltà matul it-terminu tal-kuntratt ta' kreditu. Il-konsumaturi għandhom jingħataw informazzjoni dwar ir-rata tal-imgħax tas-self matul ir-relazzjoni kuntrattwali kif ukoll fl-istadju prekuntrattwali. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jżommu jew jintroduċu restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet fuq bidliet unilaterali mill-kreditur fir-rata tal-imgħax tas-self. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistipulaw li meta tinbidel ir-rata tal-imgħax tas-self il-konsumatur għandu jkun intitolat li jirċievi tabella aġġornata tal-amortizzament.

(68)  Għalkemm l-intermedjarji tal-kreditu għandhom rwol ċentrali fid-distribuzzjoni tal-kuntratti ta' kreditu marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali fl-Unjoni, baqa' differenzi sostanzjali bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar it-tmexxija tan-negozju u s-superviżjoni tal-intermedjarji tal-kreditu li joħolqu ostakli għall-bidu u l-eżerċizzju tal-attivitajiet tal-intermedjarji tal-kreditu fis-suq intern. In-nuqqas ta' kapaċità li intermedjarji tal-kreditu joperaw liberament fl-Unjoni kollha tfixkel il-funzjonament tajjeb tas-suq intern fil-kuntratti ta' kreditu marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali. Filwaqt li tiġi rikonoxxuta d-diversità fit-tipi ta' atturi involuti fl-intermedjazzjoni kreditizja, ċerti standards fil-livell tal-Unjoni huma essenzjali sabiex ikun żgurat livell għoli ta' professjonalità u servizz.

(69)   Qabel ma jkunu jistgħu jiżvolġu l-attivitajiet tagħhom, l-intermedjarji tal-kreditu għandhom ikunu soġġetti għal proċess ta' ammissjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tagħhom ta' domiċilju u soġġetti għal superviżjoni kontinwa biex ikun żgurat li jissodisfaw rekwiżiti professjonali stretti tal-inqas fir-rigward tal-kompetenza, ir-reputazzjoni tajba ▌u l-kopertura tal-indennizz professjonali tagħhom. ▌Tali rekwiżiti għandhom japplikaw mill-inqas fil-livell tal-istituzzjoni. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiċċaraw jekk dawn ir-rekwiżiti għall-ammissjoni japplikawx għall-impjegati individwali tal-intermedjarju tal-kreditu. L-Istat Membru tad-domiċilju jista' jistipula rekwiżiti addizzjonali, pereżempju li l-azzjonisti tal-intermedjarju tal-kreditu jkunu ta' reputazzjoni tajba jew li intermedjarju tal-kreditu vinkolat jista' jkun vinkolat ma' kreditur wieħed biss, fejn dawk ikunu proporzjonati u kompatibbli ma' liġijiet oħrajn tal-Unjoni. L-informazzjoni rilevanti dwar l-intermedjarji tal-kreditu ammessi għandha tiddaħħal f'reġistru pubbliku. Intermedjarju tal-kreditu vinkolati li jaħdmu esklużivament ma' kreditur wieħed taħt ir-responsabbiltà sħiħa u bla kundizzjoni tiegħu għandu jkollhom il-possibbiltà li ikunu ammessi mill-awtorità kompetenti taħt l-awspiċju tal-kreditur li f'ismu huma jaġixxu. L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jżommu jew li jimponu restrizzjonijiet rigward il-forma legali ta' ċerti intermedjarji tal-kreditu, jekk għandhomx il-permess li joperaw esklużivament bħala persuni ġuridiċi jew persuni fiżiċi. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu jekk l-intermedjarji tal-kreditu kollha jitniżżlux f'reġistru wieħed jew jekk humiex meħtieġa reġistri differenti skont jekk l-intermedjarju tal-kreditu jkunx vinkolat jew joperax bħala intermedjarju tal-kreditu indipendenti. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jżommu jew li jimponu restrizzjonijiet rigward il-possibbiltà li jiġu imposti tariffi fuq il-konsumaturi mill-intermedjarji tal-kreditu vinkolati ma' kreditur wieħed jew aktar.

(70)  F'xi Stati Membri, intermedjarji tal-kreditu jistgħu jiddeċiedu li jużaw is-servizzi ta' rappreżentanti maħturin biex jiżvolġu l-attivitajiet tagħhom f'isimhom. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li japplikaw ir-reġim partikolari stipulat b'din id-Direttiva għar-rappreżentanti maħturin. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu ħielsa li ma jintroduċux tali reġim jew li jippermettu entitajiet oħrajn li jiżvolġu rwol li huwa paragunabbli ma' dak ta' rappreżentanti maħturin, sakemm dawk l-entitajiet ikunu soġġetti għall-istess reġim bħall-intermedjarji tal-kreditu. Ir-regoli dwar ir-rappreżentanti maħturin stabbiliti f'din id-Direttiva ma jobbligawx lill-Istati Membri li jippermettu rappreżentanti maħturin joperaw fil-ġurisdizzjoni tagħhom sakemm dawn ir-rappreżentanti maħturin ma jkunux ikkunsidrati bħala intermedjarji tal-kreditu skont din id-Direttiva.

(71)  Sabiex tkun żgurata superviżjoni effettiva tal-intermedjarji tal-kreditu mill-awtoritajiet kompetenti, intermedjarju tal-kreditu li jkun persuna ġuridika għandu jiġi ammess fl-Istat Membru li fih ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu. Intermedjarju tal-kreditu li mhuwiex persuna ġuridika għandu jkun ammess fl-Istat Membru li fih ikollu l-uffiċċju prinċipali tiegħu. Minbarra dan, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-uffiċċju prinċipali tal-intermedjarju tal-kreditu ikun dejjem jinsab fl-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu u li din fil-fatt ikun jopera fih.

(72)  Ir-rekwiżiti għall-ammissjoni għandhom jippermettu lill-intermedjarji tal-kreditu joperaw fi Stati Membri oħrajn, skont il-prinċipji tal-libertà ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, sakemm tkun saret proċedura xierqa ta' notifika bejn l-awtoritajiet kompetenti. Anki f'każijiet fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jammettu l-persunal individwali kollu tal-intermedjarji tal-kreditu, in-notifika tal-intenzjoni li jipprovdi servizzi għandha tkun magħmula fuq il-bażi tal-intermedjarju tal-kreditu u mhux tal-impjegat individwali. Madankollu, filwaqt li din id-Direttiva tipprovdi qafas għall-intermedjarji tal-kreditu ammessi kollha, inkluż intermedjarji tal-kreditu vinkolati ma' kreditur wieħed biss, li joperaw fl-Unjoni kollha, din id-Direttiva ma tipprovdix tali qafas għar-rappreżentanti maħturin. F'dawn il-każijiet, dawk ir-rappreżentanti maħturin li jixtiequ joperaw fi Stat Membru ieħor għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-ammissjoni tal-intermedjarji tal-kreditu stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(73)  F'xi Stati Membri, l-intermedjarji tal-kreditu jistgħu jiżvolġu l-attivitajiet tagħhom fir-rigward ta' kuntratti ta' kreditu offruti minn istituzzjonijiet mhux tal-kreditu u minn istituzzjonijiet tal-kreditu. Bħala prinċipju, intermedjarji tal-kreditu ammessi għandhom ikollhom il-permess li joperaw fit-territorju kollu tal-Unjoni. Madankollu, l-ammissjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju m'għandhiex tippermetti lill-intermedjarji tal-kreditu li jipprovdu s-servizzi tagħhom fir-rigward ta' kuntratti ta' kreditu offruti minn istituzzjonijiet mhux tal-kreditu lill-konsumaturi fi Stat Membru fejn tali istituzzjonijiet mhux tal-kreditu ma jkollhomx permess joperaw.

(74)  L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprevedu li persuni li jiżvolġu attivitajiet ta' intermedjazzjoni kreditizja biss fuq bażi inċidentali fil-kors tal-attività professjonali, pereżempju avukati jew nutara, ma jkunux soġġetti għall-proċedura ta' ammissjoni stabbilita f'din id-Direttiva sakemm tali attività professjonali ma tkunx irregolata u r-regoli rilevanti ma jipprojbixxux it-twettiq, fuq bażi inċidentali, ta' attivitajiet ta' intermedjazzjoni kreditizja. Madankollu, tali eżenzjoni mill-proċedura ta' ammissjoni stabbilita f'din id-Direttiva għandha tfisser li tali persuni ma jistgħux jibbenefikaw mir-reġim tal-passaport previst f'din id-Direttiva. Persuni li sempliċement jintroduċu jew jirreferu konsumatur lil kreditur jew lil intermedjarju tal-kreditu fuq bażi inċidentali fil-kors tal-attività professjonali tagħhom, pereżempju billi jindikaw l-eżistenza ta' kreditur jew intermedjarju tal-kreditu partikolari lill-konsumatur jew tip ta' prodott ma' dan il-kreditur jew intermedjarju tal-kreditu partikolari lill-konsumatur mingħajr ma jagħmlu ebda reklamar ieħor jew jipparteċipaw fil-preżentazzjoni, l-offerta, ix-xogħol preparatorju jew il-konklużjoni tal-kuntratt ta' kreditu, m'għandhomx jitqiesu bħala intermedjarji tal-kreditu għall-finijiet ta' din id-Direttiva. Lanqas m'għandhom dawk li jissellfu, li sempliċiment jittrasferixxu kuntratt ta' kreditu lil konsumatur permezz ta' proċess ta' surroga mingħajr ma jwettqu ebda attività kreditizja oħra ta' intermedjazzjoni, jitqiesu bħala intermedjarji tal-kreditu għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

(75)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn il-kredituri u tkun promossa l-istabbiltà finazjarja u sakemm ikun hemm aktar armonizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm miżuri adatti għall-ammissjoni u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet mhux tal-kreditu li jipprovdu kuntratti ta' kreditu marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, din id-Direttiva m'għandhiex tistipula kundizzjonijiet dettaljati għall-ammissjoni jew is-superviżjoni tal-kredituri li jipprovdu tali kuntratti ta' kreditu u li mhumiex istituzzjonijiet tal-kreditu kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment(16). L-għadd ta' dawn l-istituzzjonijiet li joperaw fl-Unjoni fil-preżent huwa limitat kif inhu wkoll is-sehem tagħhom fis-suq u l-għadd ta' Stati Membri li huma attivi fihom, partikolarment mill-kriżi finanzjarja 'l hawn. Għall-istess raġuni, f'din id-Direttiva lanqas m'għandha tiġi disposta l-introduzzjoni ta' 'passaport' għal dawn l-istituzzjonijiet.

(76)  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Filwaqt li l-għażla tas-sanzjonijiet tibqa' fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri, is-sanzjonijiet previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(77)  Il-konsumaturi għandu jkollhom aċċess għal proċeduri ta' rikorsi u rimedji extraġudizzjarji għas-soluzzjoni ta' kwistjonijiet li jirriżultaw mid-drittijiet u l-obbligi stipulati f'din id-Direttiva bejn il-kredituri u l-konsumaturi kif ukoll bejn l-intermedjarji tal-kreditu u l-konsumaturi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parteċipazzjoni f'dawn il-proċeduri alternattivi ta' riżoluzzjoni ta' kwistjonijiet ma tkunx fakultattiva għall-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament effiċjenti ta' proċeduri alternattivi ta' riżoluzzjoni ta' kwistjonijiet f'każijiet ta' attività transkonfinali, l-Istati Membri għandhom jesiġu u jħeġġu l-kooperazzjoni tal-korpi responsabbli għar-riżoluzzjoni ta' rikorsi u rimedji extraġudizzjarji. F'dak il-kuntest il-korpi tal-Istati Membri responsabbli għar-rikorsi u rimedji extraġudizzjarji għandhom ikunu mħeġġa jipparteċipaw fil-FIN-NET, netwerk ta' skemi nazzjonali extraġudizzjarji għar-riżoluzzjoni ta’ kwistjonijiet finanzjarji li għandhom ir-responsabbiltà li jittrattaw kwistjonijiet bejn il-konsumaturi u l-fornituri ta' servizzi finanzjarji.

(78)  Sabiex tkun żgurata armonizzazzjoni konsistenti u sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi fis-swieq tal-kuntratti ta' kreditu jew fl-evoluzzjoni tal-prodotti ta' kreditu jew f'kundizzjonijiet ekonomiċi, u sabiex jiġu speċifikati aktar ċerti rekwiżiti f'din id-Direttiva, is-setgħa għall-adozzjoni ta' atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-kliem standard jew l-istruzzjonijiet għall-mili tal-FEIS u l-emendar tal-kummenti jew l-aġġornar tas-suppożizzjonijiet użati biex tiġi kkalkulata r- RPAI. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, fil-pront u adatta tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(79)  Sabiex tiġi ffaċilitata l-kapaċità tal-intermedjarji tal-kreditu li jipprovdu s-servizzi tagħhom fuq bażi transkonfinali, għall-finijiet ta' kooperazzjoni, l-iskambju tal-informazzjoni u r-riżoluzzjoni ta' kwsitjonijiet bejn awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet kompetenti responsibbli għall-ammissjoni tal-intermedjarji tal-kreditu għandhom ikunu dawk li jaġixxu taħt l-awspiċi tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (ABE), kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea)(17) jew awtoritajiet nazzjonali oħrajn sakemm dawn jikkooperaw mal-awtoritajiet li jaġixxu taħt l-awspiċi tal-ABE sabiex iwettqu dmirijiethom taħt din id-Direttiva.

(80)  L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti li jkollhom is-setgħa jiżguraw l-infurzar ta' din id-Direttiva u jiżguraw li jingħatawlhom setgħat ta' investigazzjoni u ta' infurzar u riżorsi adegwati neċessarji għat-twettiq ta' dmirijiethom. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaġixxu rigward ċerti aspetti ta' din id-Direttiva permezz ta' applikazzjoni lill-qrati kompetenti għal deċiżjoni legali, inkluż, fejn adatt, permezz ta' appell. Dan jista' jippermetti lil Stati Membri, partikolarment dawk fejn id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ġew trasposti fil-liġi ċivili, li jħallu l-infurzar ta' dawn id-dispożizzjonijiet f'idejn il-korpi u l-qrati imsemmijin hawn fuq. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jinnominaw awtoritajiet kompetenti differenti għall-infurzar tal-firxa wiesgħa ta' obbligi stabbiliti f’din id-Direttiva. Pereżempju, għal xi dispożizzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-infurzar tal-protezzjoni tal-konsumatur, filwaqt li għal oħrajn, jistgħu jiddeċiedu li jinnominaw superviżuri prudenzjali. L-għażla li jiġu nominati awtoritajiet kompetenti differenti m'għandhiex taffettwa l-obbligi għal sorveljanza kontinwa u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, kif stipulat f'din id-Direttiva.

(81)  Il-funzjonament effiċjenti ta' din id-Direttiva ser jeħtieġ li jiġi rivedut, kif ukoll il-progress dwar l-istabbiliment ta' suq intern b'livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur għall-kuntratti ta' kreditu marbut ma' proprjetà immobbli residenzjali. Ir-reviżjoni għandha tinkludi, fost l-oħrajn, valutazzjoni tal-konformità ma' din id-Direttiva u l-impatt tagħha, valutazzjoni dwar jekk l-ambitu ta' din id-Direttiva jibqax xieraq, analiżi tal-provvediment ta' kuntratti ta' kreditu minn istituzzjonijiet mhux tal-kreditu, valutazzjoni tal-ħtieġa għal aktar miżuri, fosthom passaport għal istituzzjonijiet mhux tal-kreditu u eżami tan-neċessità li jiġu introdotti drittijiet u obbligi ulterjuri fir-rigward tal-istadju postkuntrattwali tal-kuntratti ta' kreditu ▌.

(82)  Azzjoni mill-Istati Membri biss x’aktarx li twassal għal settijiet ta’ regoli differenti, li jista’ jdgħajjef jew joħloq ostakli ġodda għall-funzjonament tas-suq intern. Peress li l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-ħolqien ta' suq intern effikaċi u kompetittiv tal-kuntratti ta' kreditu marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk, abbażi tal-effikaċja tal-azzjoni, jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan.

(83)  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jittrasponu ċerti aspetti koperti b'din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali permezz tal-liġi prudenzjali, pereżempju l-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur, filwaqt li oħrajn jiġu trasposti permezz tal-liġi ċivili jew kriminali, pereżempju l-obbligi rigward il-mutwatarji responsabbli.

(84)  F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni tat- 28 ta’ Settembru 2011(18), l-Istati Membri ntrabtu sabiex jakkumpanjaw, f’każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti ta’ strumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġislatur iqis it-trażmissjoni ta’ tali dokumenti bħala waħda ġustifikata.

(85)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ta opinjoni fil-25 ta' Lulju 2011(19) imsejjsa fuq l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data(20),

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Kapitolu 1

Suġġett, kamp ta' applikazzjoni, definizzjonijiet u awtoritajiet kompetenti

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistipula qafas komuni għal ċerti aspetti ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar ▌kuntratti li jkopru l-kreditu għal konsumaturi ggarantit b'ipoteka jew b'mod ieħor rigward proprjetà immobbli residenzjali, inkluż obbligu li ssir valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur qabel ma jingħata kreditu, bħala bażi għall-iżvilupp ta' standards ta' sottoskrizzjoni effettivi b'rabta ma' proprjetà residenzjali immobbli fl-Istati Membri, u għal ċerti rekwiżiti prudenzjali u superviżorji, inkluż għall-istabbiliment u s-superviżjoni tal-intermedjarji tal-kreditu, rappreżentanti maħtura u istituzzjonijiet mhux tal-kreditu.

Artikolu 1a

Livell ta' Armonizzazzjoni

1.  Din id-Direttiva m'għandhiex tipprekludi lill-Istati Membri milli jżommu jew idaħħlu dispożizzjonijiet aktar rigorużi biex jipproteġu lill-konsumaturi, sakem dawn id-dispożizzjonijiet ikunu konsistenti mal-obbligi tagħhom taħt il-liġi tal-Unjoni.

2.  Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri m'għandhomx iżommu jew jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom dispożizzjonijiet diverġenti minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 14(2) u l-Anness II Parti A fir-rigward ta' informazzjoni prekuntrattwali standard permezz ta' Fuljett Ewropew ta' Informazzjoni Standardizzata ('FEIS') u l-Artikolu 17(1) sa (5), (7) u (8) u l-Anness I fir-rigward ta' standard komuni u konsistenti tal-Unjoni għall-kalkolu tar-rata perċentwali annwali tal-imposta (RPAI).

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għal ▌:

(a)  kuntratti ta' kreditu li huma ggarantiti b'ipoteka jew b'garanzija paragunabbli oħra normalment użata fi Stat Membru fuq proprjetà immobbli residenzjali jew iggarantiti bi dritt relatat ma' proprjetà immobbli residenzjali; u

(b)  kuntratti ta' kreditu li l-fini tagħhom huwa l-akkwist jew iż-żamma tad-drittijiet ta' proprjetà f'art jew f'bini ▌eżistenti jew ipproġettat.

2.  Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal:

(a)  Kuntratti ta' kreditu ta' rilaxx ta' kapital fejn il-kreditur:

i)  jikkontribwixxi somma f'daqqa, pagamenti perjodiċi jew forom oħra ta’ żborż ta’ kreditu bi skambju għal somma derivata mill-bejgħ futur ta’ proprjetà immobbli residenzjali jew dritt marbut ma’ proprjetà immobbli residenzjali; u

ii)  ma jippretendix il-ħlas lura tal-kreditu sakemm iseħħ avveniment speċifiku jew aktar rigward il-ħajja tal-konsumatur, kif iddefinit mill-Istati Membri (rilaxx ta’ kapital), ħlief jekk konsumatur jikser l-obbligi kuntrattwali li jippermettu lill-kreditur itemm il-kuntratt ta’ kreditu;

(b)  kuntratti ta' kreditu fejn il-kreditu jingħata minn min iħaddem lill-impjegati tiegħu bħala attività sekondarja fejn dan il-kuntratt ta' kreditu jingħata mingħajr imgħax jew b'RPAI aktar baxxi minn dawk prevalenti fis-suq u li mhumiex offruti lill-pubbliku ġenerali;

(c)  kuntratti ta’ kreditu fejn il-kreditu jingħata mingħajr imgħax u mingħajr xi imposti oħrajn ħlief dawk li jkopru l-ispejjeż relatati direttament mal-otteniment tal-kreditu.

(d)  kuntratti ta' kreditu fil-forma ta' faċilità ipotekarja u fejn il-kreditu jrid jitħallas lura fi żmien xahar;

(e)  kuntratti ta' kreditu li huma r-riżultat ta' ftehim milħuq quddiem il-qorti jew quddiem awtorità statutorja oħra;

(f)  kuntratti ta' kreditu relatati mal-pagament differit, mingħajr ħlas, ta' dejn eżistenti u li ma jidħlux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-punt (a) tal-paragrafu 1.

3.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx:

(a)  l-Artikoli 11 u 14 u l-Anness II għal kuntratti ta' kreditu għall-konsumaturi, iggarantiti b'ipoteka jew b'garanzija oħra paragunabbli normalment użata fi Stat Membru fuq proprjetà immobbli residenzjali jew iggarantiti bi dritt relatat ma' proprjetà immobbli residenzjali, li l-iskop tiegħu mhuwiex li jiġi akkwistat jew jinżamm id-dritt għal proprjetà immobbli residenzjali, dment li l-Istati Membri japplikaw għal tali kuntratti ta' kreditu skont l-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2008/48/KE u l-Annessi II u III tagħha;

(b)  din id-Direttiva għal kuntratti ta' kreditu marbutin ma' proprjetà immobbli fejn il-kuntratt ta' kreditu jipprevedi li l-proprjetà immobbli ma tista' fl-ebda żmien tkun okkupata bħala dar, appartament jew post ieħor ta' residenza mill-konsumatur jew membru tal-familja tal-konsumatur u li ser tkun okkupata bħala dar, appartament jew post ieħor ta' residenza abbażi ta' kuntratt ta' kiri;

(c)  din id-Direttiva għal kuntratti ta' kreditu li jirrigwardaw kreditu mogħti lil pubbliku ristrett taħt dispożizzjoni statutorja b'fini ta' interess ġenerali, mingħajr imgħax jew b'rati ta' self aktar baxxi minn dawk prevalenti fis-suq jew b'termini oħrajn li jkunu aktar favorevoli għall-konsumatur minn dawk prevalenti fis-suq u b'rati ta' self li mhumiex ogħla minn dawk prevalenti fis-suq;

(d)  din id-Direttiva għal self intermedjarju;

(e)  din id-Direttiva għal kuntratti ta' kreditu fejn il-kreditur hu organizzazzjoni fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2008/48/KE.

4.  L-Istati Membri li jużaw l-opzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2a għandhom jiżguraw l-applikazzjoni ta' qafas xieraq f'livell nazzjonali għal dan it-tip ta' kreditu.

5.  L-Istati Membri li jagħmlu użu mill-opzjoni msemmija fil-punt (c) jew (e) tal-paragrafu 2a għandhom jiżguraw l-applikazzjoni ta' arranġamenti alternattivi adegwati sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi jirċievu informazzjoni fil-ħin dwar il-karatteristiċi prinċipali, ir-riskji u l-ispejjeż rigward tali kuntratti ta' kreditu fl-istadju prekuntrattwali u li r-reklamar ta' tali kuntratti ta' kreditu jkun ġust, ċar u mhux qarrieqi.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  'Konsumatur' tfisser konsumatur kif iddefinit fil-punt (a) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/48/KE.

(2)  'Kreditur' tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tagħti jew twiegħed li tagħti kreditu li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 2 fl-eżerċizzju tal-attività kummerċjali, imprenditorjali jew professjonali tagħha.

(3)  'Kuntratt ta' kreditu' tfisser kuntratt li bih kreditur ▌jagħti jew iwiegħed li jagħti, lill- konsumatur, kreditu li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 3 fil-forma ta' pagament differit, self jew faċilità finanzjarja simili oħra.

(4)  'Servizz anċillari' tfisser ▌servizz offrut lill-konsumatur ▌b'rabta ma' kuntratt ta' kreditu.

(5)  'Intermedjarju tal-kreditu' tfisser persuna fiżika jew ġuridika li ma tkunx qed taġixxi bħala kreditur jew nutar u li ma tkunx sempliċement tintroduċi, direttament jew indirettament, konsumatur lill-kreditur jew lil intermedjarju tal-kreditu, u li fl-eżerċizzju tal-attività kummerċjali, imprenditorjali jew professjonali tagħha, għal rimunerazzjoni li tista’ tkun ta' forma pekunarja jew fi kwalunkwe forma oħra miftiehma ta' ħlas finanzjarju:

(a)  tippreżenta jew toffri kuntratti ta' kreditu ▌lill-konsumaturi;

(b)  tassisti lill-konsumaturi billi tagħmel ħidma preparatorja jew amministrazzjoni prekuntrattwali oħra fir-rigward tal-kuntratti ta' kreditu ▌minbarra kif imsemmi fil-punt (a); jew

(c)  tikkonkludi kuntratti ta' kreditu ▌mal-konsumaturi f'isem il-kreditur.

(6)  'Grupp' tfisser grupp ta' kredituri li ser ikunu konsolidati għall-finijiet tat-tfassil ta' kontijiet konsolidati, kif iddefinit fid-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi(21).

(7)  'Intermedjarju tal-kreditu vinkolat' tfisser kwalunkwe intermedjarju tal-kreditu li jaġixxi f'isem u taħt ir-responsabbiltà sħiħa u mingħajr kundizzjonijiet ta'

(a)  kreditur wieħed biss;

(b)  grupp wieħed biss; jew

(c)  numru ta' kredituri jew gruppi li ma jirrappreżentawx il-maġġoranza tas-suq.

(8)  'Rappreżentant maħtur' tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tiżvolġi attivitajiet imsemmijin fil-punt 5 li qed taġixxi f'isem u taħt ir-responsabbiltà sħiħa u mingħajr kundizzjonijiet ta' intermedjarju tal-kreditu wieħed biss.

(9)  'Istituzzjoni tal-kreditu' tfisser istituzzjoni kif iddefinit fil-punt 1 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(10)  ‘Istituzzjoni mhux tal-kreditu’ tfisser kwalunkwe kreditur li mhuwiex istituzzjoni tal-kreditu.

(11)  'Persunal' tfisser :

(a)  kwalunkwe persuna fiżika li taħdem għall-kreditur, jew l-intermedjarju tal-kreditu li tkun direttament involuta fl-attivitajiet koperti minn din id-Direttiva jew li għandha kuntatti mal-konsumaturi matul l-attivitajiet koperti minn din id-Direttiva;

(b)  kwalunkwe persuna fiżika li taħdem għal rappreżentant maħtur li għandha kuntatti ma' konsumaturi matul l-attivitajiet koperti minn din id-Direttiva;

(c)  kwalunkwe persuna fiżika li b’mod dirett tiġġestixxi jew timmonitorja l-persuni fiżiċi li hemm referenza għalihom fil-punti (a) u (b).

(12)  'Ammont totali ta' kreditu' tfisser l-ammont totali ta' kreditu kif iddefinit fil-punt (l) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/48/KE.

(13)  'Kost totali tal-kreditu għall-konsumatur' tfisser il-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur kif iddefinit f'punt (g) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/48/KE inkluż il-kost tal-evalwazzjoni tal-proprjetà fejn din l-evalwazzjoni hija meħtieġa biex jinkiseb il-kreditu iżda esklużi t-tariffi ta' reġistrazzjoni għat-trasferiment tas-sjieda tal-proprjetà immobbli. Dan jeskludi kwalunwe imposta pagabbli mill-konsumatur għan-nuqqas ta' konformità mal-impenji stabbiliti fil-kuntratt tal-kreditu.

(14)  'Ammont totali pagabbli mill-konsumatur' tfisser l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur kif iddefinit f'punt (h) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/48/KE.

(15)  'Rata perċentwali annwali tal-imposti' (RPAI) tfisser il-kost totali tal-kreditu lill-konsumatur, indikata bħala perċentwal annwali tal-kost totali tal-kreditu, fejn applikabbli, inkluż l-ispejjes imsemmijin fl-Artikolu 12(2) u li, fuq bażi annwali, hija ekwivalenti għall-valur preżenti tal-impenji kollha futuri u eżistenti (prelevamenti, ħlas lura u imposti) miftehmin bejn il-kreditur u l-konsumatur.

(16)  'Rata tal-imgħax tas-self' tfisser ir-rata tal-imgħax tas-self kif iddefinit f'punt (j) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/48/KE.

(17)  ‘Valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja’ tfisser l-evalwazzjoni tal-prospetti li l-obbligu tad-dejn li jirriżulta mill-kuntratt ta’ kreditu jiġi ssodisfat.

(18)  'Mezz durabbli' tfisser mezz durabbli kif iddefinit f'punt (m) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/48/KE.

(19)  'Stat Membru tad-domiċilju' tfisser:

(a)  fejn il-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu huwa persuna fiżika, l-Istat Membru li fih ikun jinsab l-uffiċċju prinċipali tiegħu ;

(b)  fejn il-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu jkun persuna ġuridika, l-Istat Membru li fih ikun jinsab l-uffiċċju reġistrat tiegħu jew, jekk taħt il-liġi nazzjonali tiegħu ma jkollux uffiċċju reġistrat, l-Istat Membru li fih ikun jinsab l-uffiċċju prinċipali tiegħu.

(20)  'Stat Membru ospitanti' tfisser l-Istat Membru, li ma jkunx l-Istat Membru tad-domiċilju, li fih il-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu jkollu fergħa jew jipprovdi servizzi.

(21)  'Servizzi ta' konsulenza' tfisser il-forniment ta' rakkomandazzjonijiet personali lil konsumatur rigward tranżazzjoni waħda jew aktar relatati ma' kuntratti ta' kreditu u tikkostittwixxi attività separata mill-għoti ta' kreditu u mill-attivitajiet ta' intermedjazzjoni ta' kreditu stipulati fil-punt 5.

(22)  'Awtorità kompetenti' tfisser awtorità nnominata bħala kompetenti minn Stat Membru skont l-Artikolu 4.

(23)  'Self intermedjarju' tfisser kuntratt ta' kreditu li m'għandux tul ta' żmien fiss jew li għandu jitħallas lura fi żmien 12-il xahar, li huwa użat mill-konsumatur bħala soluzzjoni ta' finanzjament temporanju waqt it-transizzjoni għal arranġament finanzjarju ieħor fir-rigward tal-proprjetà immobbli.

(24)  'Responsabbiltà jew garanzija kontinġenti' tfisser kuntratt ta' kreditu li jaġixxi ta' garanzija għal tranżazzjoni oħra separata iżda anċillari, u fejn il-kapital iggarantit permezz ta' proprjetà immobbli jinġibed biss jekk iseħħ avveniment jew avvenimenti speċifikati fil-kuntratt.

(25)  'Kuntratt ta' kreditu b'ekwità kondiviża' tfisser kuntratt ta' kreditu fejn il-kapital ripagabbli jkun ibbażat fuq perċentwal iffissat kuntrattwalment tal-valur tal-proprjetà immobbli fil-mument tal-ħlas lura tal-kapital.

(26)  ‘Prattika ta’ rbit’ tfisser l-offerta jew il-bejgħ ta’ kuntratt ta' kreditu f’pakkett ma' prodotti jew servizzi distinti finanzjarji oħra fejn il-kuntratt ta' kreditu ma jkunx disponibbli għall-konsumatur b’mod separat.

(27)  'Prattika ta’ abbinar (bundling)’ tfisser l-offerta jew il-bejgħ ta’ kuntratt ta' kreditu f’pakkett ma' prodotti jew servizzi finanzjarji distinti oħrajn fejn il-kuntratt ta' kreditu ikun disponibbli għall-konsumatur b’mod separat ukoll, iżda mhux neċessarjament bl-istess termini jew kundizzjonijiet bħal dawk ta’ meta jiġi offrut flimkien mas-servizzi anċillari.

(28)  ‘Self f’munita barranija’ tfisser kuntratt ta' kreditu fejn il-kreditu huwa:

(a)  denominat f’munita li mhux dik li fiha l-konsumatur jirċievi d-dħul jew li fiha għandu l-assi li minnhom ser jitħallas il-kreditu; jew

(b)  denominat f’munita li mhux dik tal-Istat Membru ta’ residenza tal-konsumatur.

Artikolu 4

Awtoritajiet kompetenti

1.  L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jkollhom is-setgħa jiżguraw l-applikazzjoni u l-infurzar ta' din id-Direttiva u għandhom jiżguraw li jingħatawlhom setgħat ta' investigazzjoni u ta' infurzar u riżorsi adegwati neċessarji għat-twettiq effiċjenti u effettiv ta' dmirijiethom.

L-awtoritajiet imsemmijin fl-ewwel paragrafu għandhom ikunu jew awtoritajiet pubbliċi jew korpi rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali jew minn awtoritajiet pubbliċi espressament mogħtija s-setgħa għal dak il-għan bil-liġi nazzjonali. Dawn ma jistgħux ikunu kredituri, intermedjarji tal-kreditu jew rappreżentanti maħturin.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, il-persuni kollha li jaħdmu jew li kienu ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll l-awdituri u l-esperti li jirċievu istruzzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti, ikunu marbutin bl-obbligu tas-segretezza professjonali. L-ebda informazzjoni kunfidenzjali li jafu jirċievu waqt il-qadi ta' dmirijiethom ma tista' tiġi żvelata lil kwalunkwe persuna jew awtorità jiġri x'jiġri, ħlief f'forma ta' taqsira jew ġabra, mingħajr ma jiġu preġudikati każijiet koperti mil-liġi kriminali jew minn din id-Direttiva. Madankollu, dan m'għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw jew jittrażmettu informazzjoni kunfidenzjali skont il-liġi nazzjonali u tal-Unjoni.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet innominati bħala kompetenti biex jiżguraw l-applikazzjoni u l-infurzar tal-Artikoli 9, 29, 32, 33, 34 u 35 ta' din id-Direttiva huma wieħed mis-segwenti jew is-segwenti kollha:

(a)  awtoritajiet kompetenti kif definiti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010;

(b)  awtoritajiet għajr dawk l-awtoritajiet kompetenti msemmija f'punt (a) sakemm il-liġi, r-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali jirrikjedu li dawk l-awtoritajiet jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti msemmijin f'punt (a) fejn neċessarju sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom taħt din id-Direttiva, inkluż għall-finijiet ta' kooperazzjoni mal- Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (ABE) kif meħtieġ skont din id-Direttiva.

4.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-ABE bil-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti u kwalunkwe bidliet għalihom, u jindikaw kwalunkwe diviżjoni tad-dmirijiet rispettivi bejn awtoritajiet kompetenti differenti. L-ewwel notifika ta' dan it-tip għandha ssir malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn ...(22).

5.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom f'konformità mal-liġi nazzjonali jew:

(a)  b’mod dirett taħt l-awtorità tagħhom jew taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet ġudizzjarji; jew

(b)  b'applikazzjoni lill-qrati li huma kompetenti biex jagħtu d-deċiżjoni meħtieġa, inkluż, fejn xieraq, b'appell, jekk l-applikazzjoni biex tingħata d-deċiżjoni neċessarja ma tintlaqax, ħlief għall-Artikoli 9, 29, 32, 33, 34 u 35.

6.  Fejn ikun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda fit-territorju tagħhom, Stat Membru għandu jiżgura li d-dmirijiet rispettivi tagħhom ikunu ddefiniti b'mod ċar u li dawk l-awtoritajiet jikkollaboraw mill-qrib sabiex ikunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet rispettivi tagħhom b'mod effikaċi.

7.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista tal-awtoritajiet kompetenti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mill-inqas darba fis-sena u taġġornaha b’mod kontinwu fuq il-website tagħha.

Kapitolu 2

Edukazzjoni finanzjarja

Artikolu 6

Edukazzjoni finanzjarja tal-konsumaturi

1.  L-Istati Membri għandhom jippromwovu miżuri li jappoġġjaw l-edukazzjoni tal-konsumaturi b'rabta ma' self u ġestjoni tad-dejn responsabbli, b'mod partikolari b'rabta ma' kuntratti ta' kreditu ipotekarju. Hija meħtieġa informazzjoni ċara u ġenerali dwar il-proċess tal-għoti ta' kreditu sabiex tiggwida lill-konsumaturi speċjalment dawk li jieħdu kreditu ipotekarju għall-ewwel darba. Hija wkoll neċessarja informazzjoni dwar il-gwida li l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jagħtu lill-konsumaturi.

2.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika valutazzjoni tal-edukazzjoni finanzjarja disponibbli għall-konsumaturi fl-Istati Membri u tidentifika eżempji tal-aħjar prattika li jistgħu jiġu żviluppati aktar sabiex jiżdied l-għarfien finanzjarju tal-konsumaturi.

Kapitolu 3

Kundizzjonijiet applikabbli għal kredituri, intermedjarji tal-kreditu u rappreżentanti maħturin

Artikolu 7

Obbligi tal-kondotta ta' negozju meta jiġi pprovdut kreditu lill-konsumaturi

1.  L-Istati Membri għandhom jesiġu li meta jiġu manifatturati prodotti ta' kreditu jew meta jingħataw, jiġu intermedjati jew jiġu provduti servizzi konsultattivi dwar il-kreditu u, fejn ikun il-każ, servizzi anċillari lill-konsumaturi jew meta jiġi implimentat kuntratt ta' kreditu, il-kreditur, l-intermedjarju tal-kreditu jew ir-rappreżentant maħtur jaġixxu onestament, b'ġustizzja, bi trasparenza u professjonalment, filwaqt li jqisu d-drittijiet u l-interessi tal-konsumaturi. B'rabta mal-għoti, l-intermedjar jew l-għoti ta' servizzi konsultattivi dwar il-kreditu u fejn opportun, ta' servizzi anċillari, l-attivitajiet għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi tal-konsumatur u kwalunkwe ħtieġa speċifika li jsemmi konsumatur u fuq suppożizzjonijiet raġonevoli dwar ir-riskji għas-sitwazzjoni tal-konsumatur minħabba t-terminu tal-kuntratt ta' kreditu. B'rabta ma' dan l-għoti ta' servizzi konsultattivi, l-attività għandha barra minn hekk tkun ibbażata fuq l-informazzjoni meħtieġa skont punt (a) tal-Artikolu 22(3).

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mod li bih il-kredituri jirremuneraw lill-persunal tagħhom u intermedjarji tal-kreditu u l-mod li bih l-intermedjarji tal-kreditu jirremuneraw lill-persunal u lir-rappreżentanti maħturin tagħhom ma jfixkilx il-konformità mal-obbligu stipulat fil-paragrafu 1.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jistabbilixxu u japplikaw politika ta' remunerazzjoni għal persunal responsabbli mill-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja, il-kredituri jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin b'mod u safejn huwa xieraq għad-daqs tagħhom, l-organizzazzjoni interna u n-natura, l-għanu l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom:

(a)  il-politika dwar ir-rimunerazzjoni tkun konsistenti ma’ u tippromwovi ġestjoni tajba u effettiva tar-riskji u ma tinkoraġġix teħid ta' riskju li jaqbeż il-livell ta’ riskju ttollerat tal-kreditur;

(b)  il-politika ta' rimunerazzjoni hija konformi mal-istrateġija ta' negozju, l-objettivi, il-valuri u l-interessi dejjiema tal-kreditur, u tinkorpora miżuri biex jiġu evitati kunflitti ta' interess, b'mod partikolari billi tipprevedi li r-rimunerazzjoni mhijiex kontinġenti fuq l-għadd u l-proporzjoni tal-applikazzjonijiet aċċettati.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn il-kredituri, l-intermedjarji tal-kreditu jew rappreżentanti maħtura jagħtu servizzi konsultattivi l-istruttura tar-rimunerazzjoni tal-persunal involut ma tippreġudikax il-kapaċità tagħhom li jieħdu azzjoni fl-aħjar interess tal-konsumatur u b'mod partikolari mhix kontinġenti fuq l-objettivi ta' bejgħ. Sabiex tinkiseb dik il-mira, l-Istati Membri jistgħu addizzjonalment jipprojbixxu kummissjonijiet imħallsa mill-kreditur lill-intermedjarju tal-kreditu.

5.  L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu jew jimponu restrizzjonijiet fuq pagamenti minn konsumatur lil kreditur jew intermedjarju tal-kreditu qabel il-konklużjoni ta' kuntratt ta' kreditu.

Artikolu 8

Obbligu li tingħata informazzjoni mingħajr ħlas lill-konsumaturi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta informazzjoni tingħata lill-konsumaturi f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva, din l-informazzjoni tingħata mingħajr ħlas għall-konsumatur.

Artikolu 9

Rekwiżiti ta' għarfien u ta' kompetenza għall-persunal

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri, l-intermedjarji tal-kreditu u r-rappreżentanti maħturin jitolbu l-persunal tagħhom ikollhom u jżommu aġġornat livell xieraq ta' għarfien u kompetenza b'rabta mat-tfassil, l-offerta u l-għoti ta' ftehimiet ta' kreditu, it-twettiq ta' attivitajiet ta' intermedjazzjoni ta' kreditu stipulati fil-punt 5 tal-Artikolu 4 jew l-għoti ta' servizzi konsultattivi. Fejn il-konklużjoni ta' kuntratt ta' kreditu tinkludi servizz anċillari marbut miegħu, għandhom ikunu meħtieġa għarfien u kompetenza adatta b'rabta ma' dak is-servizz anċillari.

2.  Minbarra fiċ-ċirkostanzi msemmijin fil-paragrafu 3, l-Istati Membri tad-domiċilju għandhom jistabbilixxu rekwiżiti minimi ta' għarfien u kompetenza għall-persunal tal-kredituri, tal-intermedjarji tal-kreditu u tar-rappreżentanti maħturin skont il-prinċipji stipulati f'Anness III.

3.  Fejn kreditur jew intermedjarju tal-kreditu jipprovdi s-servizzi tiegħu fi ħdan it-territorju ta’ Stat Membru wieħed jew aktar:

(i)  permezz ta' fergħa, l-Istat Membru ospitanti għandu jkun responsabbli li jistabbilixxi rekwiżiti minimi ta' konoxxenza u kompetenza applikabbli għall-persunal ta' fergħa;

(ii)  skont il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, l-Istat Membru tad-domiċilju għandu jkun responsabbli li jistabbilixxi rekwiżiti minimi ta' konoxxenza u kompetenza applikabbli għall-persunal skont l-Anness IIa, madankollu, l-Istat Membru ospitanti jista' jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi ta' konoxxenza u kompetenza għall dawk ir-rekwiżiti msemmijin fil-punti (b), (c), (e) u (f) tal-paragrafu 1 tal-Anness IIa.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konformità mar-rekwiżiti ta' paragrafu 1 tiġi sorveljata mill-awtoritajiet kompetenti, u li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat li jitolbu lill-kredituri, l-intermedjarji tal-kreditu u rappreżentanti maħturin jipprovdu dik l-evidenza li l-awtorità kompetenti tqis meħtieġa biex tkun tista' ssir din is-superviżjoni.

5.  Sabiex issir sorveljanza effettiva tal-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu li jipprovdu s-servizzi tagħhom fit-territorji ta' Stati Membri oħrajn skont il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitani u tad-domiċiliju għandhom jikkooperaw mill-qrib għas-superviżjoni u infurzar effikaċi tar-rekwiżiti minimi ta' konoxxenza u kompetenza tal-Istat Membru ospitanti. Għal dak l-iskop, huma jistgħu jiddelegaw il-kompiti u r-responsabbiltajiet lil xulxin.

Kapitolu 4

Informazzjoni u prattiki qabel il-konklużjonijiet tal-kuntratt ta' kreditu

Artikolu 10

Dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għar-reklamar u l-kummerċjalizzazzjoni

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2005/29/KE, l-Istati Membri għandhom jesiġu li kwalunkwe komunikazzjijiet ta' reklamar u kummerċjalizzazzjoni rigward kuntratti ta' kreditu jkunu ekwi, ċari u mhux qarrieqa . B'mod partikolari, għandha tkun ipprojbita kitba li tista' toħloq aspettativi żbaljati fil-konsumaturi dwar id-disponibbiltà jew il-kost ta' kreditu.

Artikolu 11

Informazzjoni standard li għandha tiġi inkluża fir-reklamar

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe reklamar dwar il-kuntratti ta' kreditu li jindika rata ta’ imgħax jew kwalunkwe ċifra relatata mal-kost ta' kreditu għall-konsumatur jinkludi informazzjoni standard konformi ma’ dan l-Artikolu.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-ewwel subparagrafu m'għandux japplika fejn il-liġi nazzjonali tirrikjedi l-indikazzjoni tar-RPAI fir-reklamar ta’ kuntratt ta' kreditu li ma jindikax rata ta’ imgħax jew kwalunkwe ċifra relatata ma’ kwalunkwe spiża tal-kreditu għall-konsumatur fi ħdan it-tifsira tal-ewwel subparagrafu.

2.  L-informazzjoni standard għandha tispeċifika b'mod ċar, konċiż u prominenti :

(a)  l-identità tal-kreditur jew, fejn applikabbli, tal-intermedjarju tal-kreditu jew tar-rappreżentant maħtur;

(b)  fejn applikabbli, li l- kuntratt ta' kreditu jkun ggarantit b'ipoteka jew b'garanzija paragunabbli oħra komunament użata fi Stat Membru fuq il-proprjetà immobbli reżidenzjali jew bi dritt relatat ma' proprjetà immobbli reżidenzjali;

(c)  ir-rata tal-imgħax tas-self, b'indikazzjoni jekk hijiex fissa jew varjabbli jew kombinazzjoni tat-tnejn, flimkien mad-dettalji ta' kwalunkwe imposta inkluża fil-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur;

(d)  l-ammont totali tal-kreditu;

(e)  ir-RPAI li għandha tiġi inkluża fir-reklam tal-anqas bl-istess prominenza daqs kwalunkwe rata ta' imgħax;

(f)  fejn applikabbli, it-tul ta' żmien tal-kuntratt ta' kreditu;

(g)  fejn applikabbli, l-ammont tal-pagamenti rateali;

(h)  fejn applikabbli, l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur;

(i)  fejn applikabbli, in-numru tal-pagamenti rateali;

(j)  fejn applikabbli, twissija dwar il-fatt li ċaqliq possibbli fir-rata tal-imgħax jista' jaffettwa l-ammont pagabbli mill-konsumatur.

3.  L-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 2, minbarra dik elenkata fil-punti (a) , (b) jew (hb) tiegħu, għandha tiġi speċifikata permezz ta' eżempju rappreżentattiv u għandha timxi ma' dak l-eżempju rappreżentattiv dejjem. L-Istati Membri għandhom jadottaw kriterji biex jiġi determinat eżempju rappreżentattiv.

4.  Meta il-konklużjoni ta' kuntratt dwar servizz anċillari , b'mod partikolari l-assigurazzjoni, tkun obbligatorja sabiex jinkiseb il-kreditu jew biex jinkiseb il-kreditu bit-termini u l-kundizzjonijiet irreklamati, u l-ispiża ta' dak is-servizz ma jkunx jista' jiġi ddeterminata minn qabel, l-obbligu li wieħed jidħol għal dak il-kuntratt għandu wkoll ikun indikat b'mod ċar, konċiż u prominenti, flimkien mar-RPAI.

5.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandha tkun tista' tinqara b'mod faċli jew tista' tinstema ċar skont il-każ, skont il-mezz użat għar-reklamar.

6.  L-Istati Membri jistgħu jitolbu l-inklużjoni ta' twissija konċiża u proprzjonata dwar ir-riskji speċifiċi assoċjati mal-kuntratti ta' kreditu. Huma għandhom jinnotifikaw dawk ir-rekwiżiti lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

7.  Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2005/29/KE.

Artikolu 12

Prattiki ta' rbit u abbinament

1.  L-Istati Membri għandhom jippermettu prattiki ta’ abbinament (bundling) iżda għandhom jipprojbixxu prattiki ta’ rbit.

2.  Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-kredituri jistgħu jitolbu lill-konsumatur jew membru tal-familja jew qarib viċin tal-konsumatur:

(a)  jiftaħ jew iżomm kont ta' pagament jew ta' tfaddil, fejn l-unika raġuni ta' kont bħal dan hija li jiġi akkumulat il-kapital biex jitħallas lura l-kreditu, jew issir manutenzjoni tal-kreditu, biex jinġabru riżorsi biex jinkiseb il-kreditu, jew biex tingħata garanzija addizzjonali għall-kreditur f'każ ta' inadempjenza;

(b)  jixtri jew iżomm prodott ta' investiment jew prodott ta' pensjoni privata, fejn tali prodott primarjament joffri lill-investitur dħul matul l-irtirar iservi wkoll biex jipprovdi garanzija addizzjonali għall-kreditur f'każ ta' inadempjenza jew biex jiġi akkumulat il-kapital biex jitħallas lura il-kreditu, issir manutenzjoni tal-kreditu, jew biex jinġabru riżorsi biex jinkiseb il-kreditu

(c)  jikkonkludi kuntratt ta' kreditu separat flimkien ma' kuntratt ta' kreditu ta' ekwità kondiviża biex jinkiseb il-kreditu.

3.  Minkejja paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jħallu li jsiru prattiki ta' rbit meta l-kreditur jista' juri lill-awtorità kompetenti tiegħu li l-prodotti jew il-kategoriji ta' prodotti marbuta offruti, fuq termini u kundizzjonijiet simili għal xulxin, li ma jsirux disponibbli separatament iwasslu għal benefiċċju ċar għall-konsumaturi meta jitqiesu kif xieraq id-disponibbiltà u l-prezzijiet tal-prodotti rilevanti offruti fis-suq. Dan il-paragrafu għandu japplika biss għal prodotti li jitqiegħdu fis-suq wara ...(23).

4.  L-Istati Membri jistgħu jħallu lill-kredituri jitolbu lill-konsumatur ikollu polza ta' assigurazzjoni rilevanti relatata mal-kuntratt ta' kreditu. F'każijiet bħal dawn l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur jaċċetta l-polza ta' assigurazzjoni minn fornitur differenti mill-fornitur preferut tiegħu fejn polza bħal din ikollha livell ta' garanzija ekwivalenti għal dik li jkun ippropona l-kreditur.

Artikolu 13

Informazzjoni ġenerali

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni ġenerali ċara u li tinftiehem dwar kuntratti ta' kreditu tiġi pprovduta mill-kredituri jew, fejn applikabbli, minn intermedjarji tal-kreditu marbuta jew ir-rappreżentanti maħturin tagħhom il-ħin kollu bil-miktub jew f'mezz dejjiemi ieħor jew f'forma elettronika. Minbarra dan l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li informazzjoni ġenerali għandha tiġi pprovduta minn intermedjarji tal-kreditu mhux vinkolat.

Din l-informazzjoni ġenerali għandha tinkludi mill-inqas dan li ġej:

(a)  l-identità u l-indirizz ġeografiku tal-emittent tal-informazzjoni;

(b)  l-iskopijiet li għalihom il-kreditu jista’ jintuża;

(c)  il-forom ta' garanzija, inkluża fejn applikabbli, il-possibilità li tkun tinsab fi Stat Membru differenti;

(d)   it-tul ta' żmien possibbli tal-kuntratti ta' kreditu;

(e)  rata tal-imgħax tas-self disponibbli, b'indikazzjoni jekk tkunx fissa jew varajabbli jew it-tnejn, b'deskrizzjoni fil-qosor tal-karatteristiċi ta' rata fissa u varjabbli , inkluż implikazzjonijiet relatati għall-konsumatur;

(f)  fejn ikunu disponibbli self f'munità barranija, indikazzjoni tal-munita jew muniti barranija, inkluża spjegazzjoni tal-implikazzjonijiet għall-konsumatur fejn il-kreditu jkun denominat f'munita barranija;

(g)   eżempju rappreżentattiv tal-ammont totali ta' kreditu, l-ispiża totali tal-kreditu għall-konsumatur, l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur u r-RPAI;

(h)  indikazzjoni ta' aktar spejjeż possibbli, mhux inklużi fl-ispiża totali tal-kreditu għall-konsumatur, li għandhom jitħallsu b'rabta ma' kuntratt ta' kreditu;

(i)  il-firxa ta' għażliet differenti disponibbli għar-rimborż tal-kreditu lill-kreditur, inklużi l-għadd, il-frekwenza u l-ammont ta' pagamenti ta' ħlas lura regolari;

(j)  fejn applikabbli, stqarrija ċara u konċiża li l-osservanza mat-termini u l-kondizzjonijiet tal-kuntratt ta' kreditu ma jagħtux garanzija ta' ħlas lura tal-ammont totali ta' kreditu fil-kuntratt ta' kreditu;

(k)  deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet direttament marbuta mall-ħlas lura antiċipat;

(l)  jekk evalwazzjoni tal-proprjetà hijiex meħtieġa u, fejn applikabbli, min huwa responsabbli milli jiżgura li l-evalwazzjoni titwettaq, u jekk tinħoloqx kwalunkwe spiża relatata oħra għall-konsumatur;

(m)  indikazzjoni tas-servizzi anċillari li l-konsumatur huwa obbligat li jixtri biex jinkiseb il-kreditu jew biex jinkiseb bit-termini u l-kundizzjonijiet irreklamati, u, fejn applikabbli, kjarifika li s-servizzi anċillari jistgħu jinxtraw minn fornitur li mhuwiex il-kreditur; u

(n)  twissija ġenerali dwar konsegwenzji possibbli ta' nuqqas ta' konformità mal-impenji marbutin mal-kuntratt ta' kreditu.

2.  L-Istati Membri jistgħu jobbligaw lill-kredituri biex jinkludu tipi oħrajn ta' avviżi li huma rilevanti fi Stat Membru. Huma għandhom jinnotifikaw dawk ir-rekwiżiti lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

Artikolu 14

Informazzjoni prekuntrattwali

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu jew rappreżentanti maħturin, iforni lill-konsumatur l-informazzjoni personalizzata meħtieġa sabiex ikun jista' jqabbel il-krediti disponibbli fuq is-suq, jivvaluta l-implikazzjonijet tagħhom u jieħu deċiżjoni infurmata dwar jekk jikkonkludix kuntratt ta' kreditu:

(a)  mingħajr dewmien żejjed wara li l-konsumatur ikun ta l-informazzjoni neċessarja dwar il-ħtiġijiet, is-sitwazzjoni finanzjarja u l-preferenzi tiegħu, skont l-Artikolu 20; u

(b)  kmieni biżżejjed qabel ma l-konsumatur ikun vinkolat b'xi kuntratt jew offerta ta' kreditu.

2.  L-informazzjoni personalizzata msemmija fil-paragrafu 1, bil-miktub jew b'mezz durabbli ieħor, għandha tingħata permezz tal- FEIS kif stipulat fl-Anness II.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta offerta li torbot lill-kreditur tingħata lill-konsumatur, din għandha tiġi pprovduta bil-miktub jew b'mezz dejjiemi ieħor u tkun akkumpanjata minn FEIS fejn:

(a)  l-ebda FEIS ma jkun ingħata lill-konsumatur qabel, jew

(b)  il-karatteristiċi tal-offerta huma differenti mill-informazzjoni li tinsab fil-FEIS mogħti qabel.

4.  L-Istati Membri jistgħu jistipulaw l-għoti obbligatorju tal-FEIS qabel l-għoti ta' offerta li torbot lill-kreditur. Fejn Stat Membru jistipula dan għandu jitlob li l-FEIS ikun jeħtieġ li jerġa' jingħata biss fejn jiġi sodisfatt il-punt (b) ta' paragrafu 3.

5.  L-Istati Membri li qabel ...(24). ikunu implimentaw fuljett ta’ informazzjoni li jissodisfa rekwiżiti ta’ informazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fl-Anness II jistgħu jkomplu jużawh għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu sa ...(25)*.

6.  L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw perijodu ta' żmien ta' mill-inqas sebat ijiem li matulhom il-konsumatur ikollu biżżejjed żmien biex iqabbel l-offerti, jevalwa l-implikazzjonijiet tagħhom u jieħu deċiżjoni infurmata .

L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw li l-perijodu ta' żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun perijodu ta' riflessjoni qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ta' kreditu jew perijodu għall-eżerċizzju ta' dritt ta' rexissjoni wara l-konklużjoni tal-kuntratt ta' kreditu jew kombinazzjoni tat-tnejn.

Fejn Stat Membru jispeċifika perijodu ta' riflessjoni qabel il-konklużjoni ta' kuntratt ta' kreditu:

(a)  l-offerta għandha tkun torbot lill-kreditur għat-tul tal-perijodu ta' riflessjoni; u

(b)  il-konsumatur jista' jaċċetta l-offertà fi kwalunkwe ħin matul il-perijodu ta' riflessjoni.

L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-konsumaturi ma jistgħux jaċċettaw l-offerta għal perijodu li ma jaqbiżx l-ewwel għaxart ijiem tal-perijodu ta' riflessjoni.

Fejn ir-rata tal-imgħax tas-self jew spejjeż oħra applikabbli għall-offerta jiġu determinati fuq il-bażi tal-bejgħ ta' bonds sottostantijew strumenti oħrajn ta' finanzjament fit-tul, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li r-rata tal-imgħax tas-self jew spejjeż oħra jistgħu jvarjaw minn dak iddikjarat fl-offerta skont il-valur tal-bond sottostanti jew strumenti oħrajn ta' finanzjament fit-tul.

Fejn il-konsumatur għandu dritt ta' rexissjoni skont it-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/65/KE m'għandux japplika.

7.  Il-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu jew ir-rappreżentant maħtur li jkun ta l-FEIS lill-konsumatur għandu jiġi kkunsidrat li ssodisfa r-rekwiżiti rigward l-għoti ta' informazzjoni lill-konsumatur qabel il-konklużjoni ta' kuntratt b'distanza kif stipulat fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2002/65/KE u għandu jitqies li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 5(1) ta' dik id-Direttiva biss fejn ikunu mill-inqas fornew il-FEIS qabel il-konklużjoni tal-kuntratt.

8.  L-Istati Membri m'għandhomx jimmodifikaw il-mudell tal-FEIS minbarra kif stipulat fl-Anness II. Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-kreditur jew, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu jew rappreżentant maħtur, jista' jagħti lill-konsumatur jew li huwa obbligat li jagħti lill-konsumatur skont il-liġi nazzjonali għandha tingħata f'dokument separat li jista' jiġi anness mal-FEIS.

9.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 40 biex temenda l-formulazzjoni standard fil-Parti A tal-Anness II jew l-istruzzjonijiet fil-Parti B tiegħu biex tindirizza l-ħtieġa għal informazzjoni jew twissijiet dwar prodotti ġodda li ma ġewx ikkummerċjalizzati qabel ...(26). Atti delegati bħal dawn madankollu m'għandhomx ibiddlu l-istruttura jew il-format tal-FEIS.

10.  Fil-każ ta' komunikazzjonijiet telefoniċi bil-vuċi, kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2002/65/KE, id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali tas-servizz finanzjarju li ser jingħata skont it-tieni inċiż ta' punt (b) tal-Artikolu 3(3) ta' dik id-Direttiva għandha tinkludi mill-inqas l-oġġetti msemmijin fit-taqsimiet 2 sa 5 tal-Parti A tal-Anness II ta' din id-Direttiva.

11.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-inqas fejn ma jeżistix dritt tar-rexissjoni l-kreditur jew, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu jew rappreżentant maħtur għandu jipprovdi lill-konsumatur kopja tal-abbozz tal-kuntratt ta' kreditu, fil-ħin li tingħata l-offerta li torbot lill-kreditur. Fejn jeżisti dritt ta' rexissjoni l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur jew, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu jew rappreżentant maħtur joffri li jipprovdi lill-konsumatur kopja tal-abbozz tal-kuntratt ta' kreditu fil-ħin li tingħata offerta li torbot lill-kreditur.

Artikolu 10

Rekwiżiti ta' informazzjoni fir-rigward ta' intermedjarji tal-kreditu u rappreżentant maħturin

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f'biżżejjed żmien qabel it-twettiq ta' kwalunkwe attività ta' intermedjazzjoni tal-kreditu stipulat f'punt 5 tal-Artikolu 4, l-intermedjarju tal-kreditu jew ir-rappreżentant maħtur għandu jipprovdi lill-konsumatur b’tal-anqas l-informazzjoni li ġejja bil-miktub jew b’mezz dejjiemi ieħor:

(a)  l-identità u l-indirizz ġeografiku tal-intermedjarju tal-kreditu;

(b)  ir-reġistru li jkun ġie inkluż fih, in-numru ta’ reġistrazzjoni, fejn applikabbli, u l-mezz biex jivverifika din ir-reġistrazzjoni;

(c)   fejn l-intermedjarju tal-kreditu huwa vinkolat jew jaħdem esklużivament għal kreditur wieħed jew aktar. Fejn l-intermedjarju tal-kreditu huwa vinkolat jew jaħdem esklużivament għal kreditur wieħed jew aktar, huwa għandu jagħti l-ismijiet tal-kredituri li f'isimhom qed jaġixxi. L-intermedjarju tal-kreditu jista' jiddivulga li huwa indipendenti fejn jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati skont l-Artikolu 22(4);

(d)  fejn l-intermedjarju tal-kreditu joffri servizzi konsultattivi;

(e)  fejn applikabbli, it-tariffa pagabbli mill-konsumatur lill-intermedjarju tal-kreditu għas-servizzi tiegħu jew fejn dan mhux possibbli, il-metodu għal kif tiġi kkalkulata t-tariffa;

(f)  il-proċeduri li jippermettu lill-konsumaturi jew lil partijiet interessati oħrajn jirreġistraw ilmenti internament dwar intermedjarji tal-kreditu u, fejn adatt, il-mezzi li bihom tista' ssir talba għal proċeduri ta' rikorsi u rimedji extraġudizzjarji;

(g)   fejn applikabbli, l-eżistenza u fejn magħruf l-ammont ta' kummissjonijiet jew inċentivi oħra, pagabbli mill-kreditur jew partijiet terzi lill-intermedjarju tal-kreditu għas-servizzi tagħhom b'rabta mal-kuntratt ta' kreditu. Fejn l-ammont mhux magħruf fiż-żmien tad-divulgazzjoni l-intermedjarju tal-kreditu għandu jgħarraf lill-konsumatur li l-ammont attwali jiġi ddivulgat fi stadju aktar tard fil-FEIS.

2.  L-intermedjarji tal-kreditu li mhumiex vinkolati iżda li jirċievu kummissjoni minn kreditur wieħed jew aktar għandhom, fuq talba tal-konsumatur, jipprovdu l-informazzjoni dwar il-varjazzjoni fil-livelli ta' kummissjoni pagabbli mill-kredituri differenti li jipprovdu l-kuntratti ta' kreditu li jkunu qed jiġu offruti lill-konsumatur. Il-konsumatur għandu jiġi infurmat li għandu d-dritt jitlob din l-informazzjoni.

3.  Fejn l-intermedjarju tal-kreditu jimponi tariffa fuq il-konsumatur u jirċievi wkoll kummissjoni mill-kreditur jew parti terza, l-intermedjarju tal-kreditu għandu jispjega lill-konsumatur jekk l-ammont tal-kummissjoni huwiex ser jitnaqqas mit-tariffa jew le, parzjalment jew inkella kompletament.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk ikun hemm tariffa pagabbli mill-konsumatur lill-intermedjarju tal-kreditu għas-servizzi tiegħu, din tiġi komunikata lill-kreditur mill-intermedjarju tal-kreditu, għall-fini tal-kalkolu tar-RPAI.

5.  L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-intermedjarji tal-kreditu jiżguraw li minbarra d-divulgazzjoniet rikjesti b'dan l-Artikolu, ir-rappreżentant maħtur tagħhom jiżvela lill-konsumatur f'liema kapaċità jkun qed jaġixxi u lil-liema intermedjarju tal-kreditu jkun qed jirrappreżenta meta jagħmel kuntatt ma' xi konsumatur jew qabel ma jinnegozja miegħu.

Artikolu 16

Spjegazzjonijiet adegwati

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri u, fejn applikabbli, l-intermedjarji tal-kreditu jew ir-rappreżentanti maħturin jagħtu spjegazzjonijiet adegwati lill-konsumatur dwar il-kuntratti ta' kreditu proposti u kwalunkwe servizzi anċillari, sabiex il-konsumatur ikun f'pożizzjoni li jista' jivvaluta jekk il-kuntratti ta' kreditu u servizzi anċillari humiex adatti għall-ħtiġijiet u s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu.

Fejn applikabbli, l-ispjegazzjonijiet għandhom jinkludu b'mod partikolari:

(a)   l-informazzjoni prekuntrattwali li għandha tingħata skont:

(i)  l-Artikolu 14 fil-każ ta' kredituri;

(ii)  l-Artikoli 14 u 15 fil-każ ta' intermedjarji tal-kreditu jew rappreżentanti maħturin;

(b)  il-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti proposti;

(c)  l-effetti speċifiċi li l-prodotti proposti jista' jkollhom fuq il-konsumatur, inkluż ▌il-konsegwenzi ta' inadempjenza fil-ħlas mill-kosumatur; u

(d)  fejn servizzi anċillari jiġu abbinati ma' kuntratt ta' kreditu, jekk kull komponent tal-grupp jistax jiġi terminat separatament u l-implikazzjonijiet għall-konsumatur jekk dan isir.

2.  L-Istati Membri jistgħu jadattaw il-mod li bih u sa fejn iridu jingħataw l-ispjegazzjonijiet imsemmija f'paragrafu 1, kif ukoll minn għandu jipprovdi tali assistenza, għaċ-ċirkostanzi tas-sitwazzjoni li fiha jiġi offrut il-kuntratt ta' kreditu, il-persuna li lilha qed jiġi offrut u t-tip ta' kreditu offrut.

Kapitolu 45

Rata perċentwali annwali tal-imposti

Artikolu 17

Kalkolu tar-RPAI

1.  Ir-RPAIgħandha tiġi kkalkolata skont il-formola matematika stipulata fl-Anness I.

2.   L-ispejjeż biex jinfetaħ u jinżamm kont speċifiku, biex jintuża mezz ta’ pagament kemm għal tranżazzjonijiet kif ukoll għal prelevamenti minn dak il-kont u ta' spejjeż oħrajn relatati ma’ transazzjonijiet ta’ pagamenti għandhom jiġu inklużi fil-kost totali tal-kreditu lill-konsumatur kull meta jkun obbligatorju li jinfetaħ jew jinżamm kont biex jinkiseb il-kreditu jew biex jinkiseb bit-termini u l-kundizzjonijiet irreklamati.

3.  Il-kalkolu tar-RPAIgħandha tkun ibbażata fuq il-preżunzjoni li l-kuntratt ta' kreditu ser jibqa' validu għall-perjodu miftiehem u l-kreditur u l-konsumatur ser jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt it-termini u sad-dati speċifikati fil-kuntratt ta' kreditu.

4.  Fil-każ ta' kuntratti ta' kreditu li jkollhom klawżoli li jippermettu varjazzjonijiet fir-rata tal-imgħax tas-self u, fejn applikabbli, fl-imposti inklużi fir-RPAI iżda li ma jistgħux jiġu kkwantifikati fil-mument tal-kalkolu, ir-RPAI għandha tiġi kkalkolata fuq il-preżunzjoni li r-rata tal-imgħax tas-self u imposti oħrajn ser jibqgħu fissi b'rabta mal-livell stabbilit mal-konklużjoni tal-kuntratt.

5.  Għal kuntratti ta' kreditu li għalihom jintlaħaq qbil dwar rata tal-imgħax ta' self fissa b'rabta mal-perijodu inizjali ta' mill-inqas ħames snin, li fi tmiemhom isiru negozjati dwar ir-rata tal-imgħax ta' self biex tiġi maqbula rata tal-imgħax fissa ġdida għal perijodu materjali ieħor, il-kalkolu tar-RPAI addizzjonali illustrattiva żvelata fil-FEIS għandu jkopri biss il-perijodu inizjali ta' rata fissa u għandu jkun ibbażat fuq is-suppożizzjoni li, fi tmiem il-perijodu ta' rata tal-imgħax tas-self fissa, il-kapital pendenti jitħallas lura.

6.  Fejn il-kuntratt ta' kreditu jippermetti varjazzjonijiet fir-rata tal-imgħax ta' self, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur ikun mgħarraf dwar l-impatti possibbli tal-varjazzjonijiet fuq l-ammonti pagabbli u dwar ir-RPAI għall-inqas permezz tal-FEIS. Dan għandu jsir billi l-konsumatur jiġi pprovdut b'RPAI addizzjonali li jispjega r-riskji possibbli marbuta ma' żieda sinifikanti fir-rata tal-imgħax ta' self. Fejn ma jkunx hemm limitu fuq ir-rata ta' self, din l-informazzjoni għandha tiġi akkumpanjata minn twissija li tenfasizza l-fatt li l-ispiża totali tal-kreditu għall-konsumatur, muri mir-RPAI, jista' jinbidel. Din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika għal kuntratti ta' kreditu fejn ir-rata ta' self hija ffissata għal perijodu inizjali ta' mill-inqas ħames snin, li fi tmiemhom isiru negozjati dwar ir-rata ta' self biex tinqabel rata fissa ġdida għal perijodu materjali ieħor, li għalija hija prevista RPAI addizzjonali illustrattiva fil-FEIS.

7.  Fejn applikabbli, is-suppożizzjonijiet addizzjonali stipulati fl-Anness I għandhom jintużaw fil-kalkolu tar-RPAI.

8.  Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 40 sabiex temenda r-rimarki jew taġġorna s-suppożizzjonijiet użati biex tiġi kkalkulata r-RPAI kif stipulata fl-Anness I, partikolament jekk ir-rimarki jew is-suppożizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu u fl-Anness I ma jkunux biżżejjed biex tiġi kkalkolata r-RPAI b'mod uniformi jew ma jkunux għadhom adatti għas-sitwazzjoni kummerċjali fis-suq.

Kapitolu 6

Valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja

Artikolu 18

Obbligu li tiġi vvalutata l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur

1.  L-Istati Membru għandhom jiżguraw li, qabel ma jiġi konkluż kuntratt ta' kreditu, il-kreditur jagħmel valutazzjoni bir-reqqa tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur. Dik il-valutazzjoni għandha tqis kif xieraq il-fatturi rilevanit għall-verifika tal-prospett tal-konsumatur li jissodisfa l-obbligi tiegħu fil-kuntrat ta' kreditu.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri u l-informazzjoni li fuqhom tiġi bbażata l-valutazzjoni ikunu stabbiliti, dokumentati u aġġornati.

3.  Il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja m'għandhiex tiddependi b'mod predominanti fuq il-fatt li l-proprjetà immobbli residenzjali taqbeż l-ammont tal-kreditu jew il-preżunzjoni li l-valur tal-proprjetà immobbli residenzjali ser jogħla, sakemm l-iskop tal-kuntratt ta' kreditu mhuwiex li proprjetà immobbli residenjali tinbena jew tiġi rinnovata

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn kreditur jikkonkludi kuntratt ta' kreditu ma' konsumatur il-kreditur m'għandux wara jħassar jew jibdel il-kuntratt ta' kreditu bi ħsara għall-konsumatur għar-raġuni li l-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ma tkunx saret b'mod korrett. Dan il-paragrafu m'għandux japplika fejn jintwera li l-konsumatur konxjament żamm jew iffalsifika l-informazzjoni fis-sens tal-Artikolu 20.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)  il-kreditur joffri l-kreditu lill-konsumatur biss meta r-riżultat tal-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja jindika li l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt ta' kreditu x'aktarx li jiġu mħarsa skont kif meħtieġ skont dak il-kuntratt;

(b)  skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 95/46/KE, il-kreditur jinforma minn qabel lill-konsumatur li ser tiġi kkonsultata bażi ta' data;

(c)  fejn l-applikazzjoni għal kreditu tiġi miċħuda ▌l-kreditur jinforma lill-konsumatur dwar iċ-ċaħda mingħajr dewmien u, fejn applikabbli, li d-deċiżjoni hija bbażata fuq ipproċessar awtomatizzat ta' data. Fejn iċ-ċaħda hija bbażata fuq ir-riżultat tal-konsultazzjoni tal-bażi ta' data, il-kreditur għandu jgħarraf lill-konsumatur dwar ir-riżultat ta' din il-konsultazzjoni u tad-dettalji tal-bażi ta' data kkonsultata.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur tiġi valutata mill-ġdid abbażi ta' informazzjoni aġġornata qabel tingħata kwalunkwe żieda sinifikanti fl-ammont totali ta' kreditu wara l-konklużjoni tal-kuntratt ta' kreditu sakemm tali kreditu addizzjonali ma jkunx ġie previst u inkluż fil-valutazzjoni oriġinali tal-affidabbiltà kreditizja.

7.  Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/46/KE.

Artikolu 19

Evalwazzjoni tal-proprjetà

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu żviluppati standards affidabbli għall-evalwazzjoni ta' proprjetà immobbli residenzjali għall-finijiet tas-self ipotekarju fi ħdan it-territorju tagħhom. L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-kredituri jiżguraw li dawk l-istandards jintużaw fejn jagħmlu evalwazzjoni ta' proprjetà jew jieħdu passi raġonevoli biex jiżguraw li dawk l-istandards jiġu applikati fejn issir evalwazzjoni minn parti terza. Fejn l-awtoritajiet nazzjonali huma responsabbli mir-regolamentazzjoni ta' evalwaturi indipendenti li jagħmlu evalwazzjonijiet tal-proprjetà huma għandhom jiżguraw li dawn jikkonformaw mar-regoli nazzjonali li qegħdin fis-seħħ.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-evalwaturi interni u esterni li jagħmlu evalwazzjonijiet tal-proprjetà jkunu kompetenti professjonalment u indipendenti biżżejjed mill-proċess tas-sottoskrizzjoni tal-kreditu sabiex ikunu jistgħu joffru evalwazzjoni imparzjali u oġġettiva, li għandha tiġi dokumentata f''mezz dejjiemi u li tagħha jinżamm rekord mill-kreditur.

Artikolu 20

Żvelar u verifika tal-informazzjoni dwar il-konsumatur

1.  Il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja msemmija fl-Artikolu 18 għandha ssir abbażi ta' informazzjoni dwar id-dħul u l-ispejjeż tal-konsumatur u ċirkostanzi finanzjarji u ekonomiċi oħra li hija meħtieġa, suffiċjenti u proporzjonata. L-informazzjoni għandha tinkiseb mill-kreditur minn sorsi rilevanti interni u esterni, fosthom il-konsumatur, u inkluża informazzjoni mogħtija lill-intermedjarju tal-kreditu jew rappreżentat maħtur matul il-proċess tal-applikazzjoni tal-kreditu. L-informazzjoni għandha tiġi verifikata kif xieraq, fost l-oħrajn permezz ta' referenza għal dokumentazzjoni verifikabbli independentement meta meħtieġ.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-kreditu jew ir-rappreżentanti maħturin jippreżentaw b'mod preċiż l-informazzjoni neċessarja miksuba mill-konsumatur lill-kreditur rilevanti sabiex il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tkun tista' titwettaq.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri jispeċifikaw b’mod ċar u dirett fil-fażi prekuntrattwali l-informazzjoni meħtieġa u evidenza indipendentement verifikabbli li l-konsumatur jeħtieġlu jipprovdi u ż-żmien li fih il-konsumatur jeħtieġ li jipprovdi l-informazzjoni. Din it-talba għall-informazzjoni għandha tkun proporzjonata u limitata għal dak li huwa neċessarju għat-twettiq ta' valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tajba. L-Istati Membri għandhom jippermettu l-kredituri jfittxu kjarifika tal-informazzjoni rċevuta bi tweġiba għal dik it-talba fejn meħtieġ biex tkun tista’ ssir il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja.

L-Istati Membri m'għandhomx iħallu kreditur jittermina l-kuntratt ta' kreditu għar-raġuni li l-informazzjoni mogħtija mill-konsumatur qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ta' kreditu ma kinitx kompluta.

It-tieni subparagrafu m'għandux iwaqqaf lill-Istati Membri milli jippermetti li jiġi terminat kuntratt ta' kreditu mill-kreditur fejn jintwera li l-konsumatur konxjament żamm jew iffalsifika l-informazzjoni.

4.  L-Istati Membri għandu jkollhom miżuri fis-seħħ biex jiżguraw li l-konsumaturi huma konxji mill-ħtieġa li tingħata informazzjoni korretta bi tweġiba għat-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 u li tali informazzjoni tkun kompluta kemm meħtieġ biex issir valutazzjoni xierqa tal-affidabbiltà kreditizja. Il-kreditut, l-intermedjarju tal-kreditu jew rappreżentant maħtur għandu jwissi lill-konsumatur li fejn il-kreditur ma jkunx jista' jwettaq valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja għax il-konsumatur jagħżel li ma jagħtix l-informazzjoni jew il-verifika meħtieġa għal valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja l-kreditu ma jistax jingħata. Dik it-twissija tista’ tingħata f’format standardizzat.

5.  Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/46/KE, b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha.

Kapitolu 7

Aċċess għal bażijiet ta' data

Artikolu 21

Aċċess għal bażijiet ta' data

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura aċċess għall-kredituri kollha mill-Istati Membri kollha għal bażijiet ta' data użati f'dak l-Istat Membru biex jivvalutaw l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumaturi u għar-raġuni waħdanija tal-monitoraġġ tal-konformità tal-konsumaturi mal-obbligi ta' kreditu matul il-ħajja tal-kuntratt ta' kreditu. Il-kundizzjonijiet għal aċċess bħal dan m'għandhomx ikunu diskriminatorji.

2.  Paragrafu 1a għandu japplika kemm għal bażijiet ta' data li jitħaddmu minn uffiċċji privati tal-kreditu jew aġenziji ta' referenza tal-kreditu u għal reġistri pubbliċi tal-kreditu.

3.  Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/46/KE.

Kapitolu 8

Servizzi ta' konsulenza

Artikolu 22

Standards għal servizzi ta' konsulenza

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur, l-intermedjarju tal-kreditu jew ir-rappreżentant maħtur jinforma lill-konsumatur, fil-kuntest ta' transazzjoni partikolari, jekk humiex qed jingħataw jew jistgħux jingħataw servizzi ta' konsulenza lill-konsumatur.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li qabel ma jingħataw servizzi ta' konsulenza jew, fejn applikabbli, il-konklużjoni ta' kuntratt għall-għoti ta' servizzi ta' konsulenza, il-kreditur, l-intermedjarju tal-kreditu jew ir-rappreżentant maħtur jagħti lill-konsumatur l-informazzjoni li ġejja bil-miktub jew b'mezz dejjiemi ieħor:

(a)  jekk ir-rakkomandazzjoni hijiex ser tkun ibbażata fuq konsiderazzjoni tal-firxa ta’ prodotti tagħhom biss skont punt (b) ta’ paragrafu 2b jew firxa wiesgħa ta' prodotti mis-suq kollu skont punt (c) ta' paragrafu 2b sabiex il-konsumatur ikun jista' jifhem il-bażi li fuqha ssir ir-rakkomandazzjoni;

(b)  fejn applikabbli, it-tariffa pagabbli mill-konsumatur għas-servizzi ta' konsulenza jew, fejn l-ammont ma jistax jiġi aċċertat fil-mument tad-divulgazzjoni, il-metodu użat għall-kalkolu tiegħu.

L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tista' tingħata lill-konsumatur f'għamla ta' informazzjoni prekuntrattwali addizzjonali.

3.  Meta jingħataw servizzi ta' konsulenza lill-konsumaturi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, minbarra r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 7 u 9, li:

(a)  il-kredituri, l-intermedjarji tal-kreditu jew ir-rappreżentanti maħturin jiksbu l-informazzjoni neċessarja dwar is-sitwazzjoni personali u finanzjarja tal-konsumatur, il-preferenzi u l-objettivi tiegħu sabiex tkun tista' ssir rakkomandazzjoni dwar kuntratti ta' kreditu adatti. Din il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni li tkun aġġornata f'dak il-mument u għandha tqis suppożizzjonijiet raġonevoli dwar ir-riskji għas-sitwazzjoni tal-konsumatur matul it-terminu tal-kuntratt ta' kreditu propost ;

(b)  il-kredituri, l-intermedjarji tal-kreditu vinkolati jew ir-rappreżentanti maħturin ta' intermedjarji tal-kreditu vinkolati jikkunsidraw numru biżżejjed kbir ta' kuntratti ta' kreditu fis-sett ta' prodotti tagħhom u jirrakkomandaw kuntratt ta' kreditu adatt jew diversi kuntratti ta' kreditu minn fost il-firxa ta' prodotti tagħhom adatti għall-ħtiġijiet, is-sitwazzjoni finanzjarja u ċ-ċirkostanzi personali tal-konsumatur,

(c)  l-intermedjarji tal-kreditu mhux vinkolati jew ir-rappreżentanti maħturin ta' intermedjarji tal-kreditu mhux vinkolati jikkunsidraw numru biżżejjed kbir ta' kuntratti ta' kreditu disponibbli fis-suq u jirrakkomandaw kuntratt ta' kreditu adatt jew diversi kuntratti ta' kreditu disponibbli fis-suq adatti għall-ħtiġijiet, is-sitwazzjoni finanzjarja u ċ-ċirkostanzi personali tal-konsumatur;

(d)  il-kredituri, l-intermedjarji tal-kreditu jew ir-rappreżentanti maħturin jaġixxu fl-aħjar interessi tal-konsumatur billi:

(i)  jinfurmaw ruħhom dwar il-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi tal-konsumatur; u

(ii)  jirrakkomandaw kuntratti ta' kreditu adatti skont punti (a), (b) u (c); u

(e)  il-kredituri, l-intermedjarji tal-kreditu jew ir-rappreżentanti maħturin jagħtu lill-konsumatur dokumentazzjoni fuq karta jew b’mezz ieħor dejjiemi tar-rakkomandazzjoni pprovduta.

4.  L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu l-użu tat-terminu "konsulenza" u "konsulent" jew termini simili meta s-servizzi ta' konsulenza jingħataw lill-konsumaturi minn kredituri, intermedjarji tal-kreditu vinkolati jew rappreżentanti maħturin tal-intermedjarji tal-kreditu vinkolat.

Fejn l-Istati Membri ma jipprojbixxux l-użu tat-terminu 'konsulenza' u 'konsulent', huma għandhom jimponu l-kundizzjonijiet li ġejjin dwar l-użu tat-terminu "konsulenza indipendenti" jew "konsulent indipendenti" minn kredituri, intermedjarji tal-kreditu jew rappreżentanti maħturin li jagħtu servizzi ta' konsulenza:

(a)  kredituri, intermedjarji tal-kreditu jew rappreżentanti maħturin għandhom iqisu għadd kbir biżżejjed ta’ kuntratti ta' kreditu disponibbli fis-suq; u

(b)  kredituri, intermedjarji tal-kreditu jew rappreżentanti maħturin m'għandhomx jiġu rinumerati għal dawk is-servizzi ta' konsulenza minn kreditur wieħed jew aktar.

Il-punt (b) tat-tieni subparagrafu għandu japplika biss meta l-għadd ta' kredituri meqjusa jkun inqas minn maġġoranza tas-suq,

L-Istati Membri jistgħu jimponu rekwiżiti aktar strinġenti b'rabta mal-użu tat-termini "konsulenza indipendenti" jew "konsulent indipendenti" minn kredituri, intermedjarji tal-kreditu jew rappreżentanti maħturin, inkluża projbizzjoni li tiġi rċevuta rimunerazzjoni minn kreditur.

5.  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu obbligu għall-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu u r-rappreżentanti maħturin li javżaw lill-konsumatur meta, fil-konsiderazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-konsumatur, kuntratt ta' kreditu jista' jirriżulta f'riskju partikolari għall-konsumatur.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzi ta' konsulenza jingħataw biss minn kredituri, intermedjarji tal-kreditu jew rappreżentanti maħturin.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-ewwel subparagrafu għal persuni li:

(a)  jiżvolġu l-attivitajiet ta' intermedjazzjoni ta' kreditu stipulati f'punti 5 tal-Artikolu 4 jew li jipprovdu servizzi ta' konsulenza fejn dawk l-attivitajiet jitwettqu jew servizzi jingħataw b'mod inċidentali waqt attività professjonali u dik l-attività tkun irregolata minn dispożizzjonijiet legali jew regolatorji jew kodiċi tal-etika li jirregola l-professjoni li ma jeskludux it-twettiq ta' dawk l-attivitajiet jew il-forniment ta' dawk is-servizzi;

(b)  jipprovdu servizzi ta' konsulenza fil-kuntest tal-ġestjoni ta' dejn eżistenti li huma prattikanti tal-insolvenza fejn dik l-attività hija regolata minn dispożizzjonijiet legali jew regolatorji jew servizzi pubbliċi jew volontarji ta' konsulenza dwar dejn li ma joperawx fuq bażi kummerċjali; jew

(c)  jipprovdu servizzi ta' konsulenza li mhumiex kredituri, intermedjarji tal-kreditu jew rappreżentattivi maħturin fejn persuni bħal dawn huma ammessi u sorveljati minn awtoritajiet kompetenti f'konformità mar-rekwiżiti għal intermedjarji tal-kreditu skont din id-Direttiva.

Persuni li jgawdu mill-eżenzjoni fit-tieni subparagrafu m'għandhomx igawdu mid-dritt imsemmi fl-Artikolu 32(1) li jipprovdu servizzi għat-territorju sħiħ tal-Unjoni.

7.  Dan l-Artikolu m'għandux jippreġudika l-Artikolu 16 u l-kompetenza tal-Istati Membri li jiżguraw li jingħataw servizzi lill-konsumaturi biex jgħinuhom jifhmu l-ħtiġijiet finanzjarji tagħhom u liema tipi ta’ prodotti x'aktarx jissodisfaw dawk il-ħtiġijiet.

Kapitolu 9

Self f'munita barranija u self b'rata varjabbli

Artikolu 23

Self f’munita barranija

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn kuntratt ta' kreditu jirrigwarda self f'munita barranija, ikun hemm fis-seħħ qafas regolatorju xieraq fiż-żmien li fih jiġi konkluż il-kuntratt ta' kreditu biex għall-inqas jiġi żgurat li:

(a)  il-konsumatur ikollu dritt jikkonverti l-kuntratt ta' kreditu għal munita alternattiva f'kundizzjonijiet speċifikati; jew

(b)  jkun hemm kuntratti oħra fis-seħħ biex jillimitaw ir-riskju tar-rata tal-kambju li l-konsumatur huwa espost għalih fil-kuntratt ta' kreditu.

2.  Il-munita alternattiva msemmija f'punt (a) ta' paragrafu 1 għandha tkun:

(a)  il-munita li fiha l-konsumatur primarjament jirċievi d-dħul jew li fiha għandu l-assi li minnhom ser jitħallas lura l-kreditu, kif indikat fil-punt meta saret l-aktar valutazzjoni riċenti tal-affidabbiltà kreditizja relatata mal-kuntratt ta’ kreditu; jew

(b)  il-munita tal-Istat Membru li fih il-konsumatur jew kien residenti fiż-żmien meta l-kuntratt ta' kreditu ġie konkluż jew huwa residenti bħalissa.

L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw jekk l-għażliet imsemmijiet fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu humiex it-tnejn disponibbli għall-konsumatur jew waħda minnhom biss jew jistgħu jħallu lill-kredituri jispeċifikaw jekk l-għażliet imsemmijiet fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu humiex it-tnejn disponibbli għall-konsumatur jew waħda minnhom biss.

3.  Fejn konsumatur għandu dritt li jikkonverti kuntratt ta' kreditu f'munita alternattiva skont punt (a) ta' paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rata tal-kambju li fiha ssir il-konverżjoni tkun ir-rata tal-kambju tas-suq applikabbli fil-jum tal-applikazzjoni għall-konverżjoni sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-kuntratt ta' kreditu.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn konsumatur għandu self f'munita barranija, il-kreditur iwissi lill-konsumatur fuq bażi regolari fuq karta jew b'mezz ieħor dejjiemi għall-inqas fejn il-valur tal-ammont totali pagabbli mill-konsumatur li jibqa' pendenti jew tal-pagamenti regolari jvarja b'aktar minn 20% minn dak li jkun kieku ġiet applikata r-rata tal-kambju bejn il-munita tal-kuntratt ta' kreditu u l-munita tal-Istat Membru applikabbli fiż-żmien tal-konklużjoni tal-kuntratt ta' kreditu. It-twissija għandha tgħarraf lill-konsumatur dwar żieda fl-ammont totali pagabbli mill-konsumatur, tistipula fejn applikabbli d-dritt li ssir konverżjoni għal munita alternattiva u l-kundizzjonijiet biex isir dan u tfisser kull mekkaniżmu applikabbli ieħor biex jiġi limitat ir-riskju tar-rata tal-kambju li għalih huwa espost il-konsumatur.

5.  L-Istati Membri jistgħu jirregolaw aktar is-self f'munita barranija sakemm regolament bħal dan ma jiġix applikat b'effett retrospettiv.

6.  L-arranġamenti applikabbli skont dan l-Artikolu għandhom jiġu ddivilgati lill-konsumatur fil-FEIS u fil-kuntratt ta' kreditu. Fejn m'hemm l-ebda dispożizzjoni fil-kuntratt ta' kreditu biex jiġi limitat ir-riskju tar-rata tal-kambju li għalih huwa espost il-konsumatur għal ċaqliq fir-rata tal-kambju ta' inqas minn 20%, il-FEIS għandu jinkludi eżempju illustrattiv tal-impatt ta' ċaqliq ta' 20% fir-rata tal-kambju.

Artikolu 24

Krediti b’rata tal-imgħax varjabbli

Fejn il-kuntratt ta' kreditu huwa kreditu b’rata tal-imgħax varjabbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)  kwalunkwe indiċi jew rati ta' referenza użati biex tiġi kkalkulata r-rata tal-imgħax tas-self ikunu ċari, aċċessibbli, oġġettivi u verifikabbli mill-partijiet tal-kuntratt ta’ kreditu u l-awtoritajiet kompetenti; u

(b)  id-dokumentazzjoni storika tal-indiċijiet għall-kalkolu tar-rati tal-imgħax ta' self tinżamm mill-fornituri ta' dawn l-indiċijiet jew inkella mill-kredituri.

Kapitolu 10

Eżekuzzjoni tajba ta' kuntratti ta' kreditu u d-drittijiet marbuta

Artikolu 25

Ħlas lura antiċipat

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur ikollu dritt li jeħles kompletament jew parzjalment mill-obbligi tiegħu skont kuntratt ta' kreditu qabel ma jiskadi dak il-kuntratt. F'tali każijiet, il-konsumatur għandu jkun intitolat għal tnaqqis fl-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur,b'tali tnaqqis ikun jikkonsisti fl-imgħax u l-ispejjeż għat-tul ta' żmien li jkun baqa' tal-kuntratt.

2.  L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li t-tħaddim tad-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 ikun soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. Dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jinkludu limitazzjonijiet ta' żmien għall-eżerċizzju tad-dritt, trattament differenti skont it-tip tar-rata tal-imgħax tas-self jew skont il-mument li fih il-konsumatur iħaddem id-dritt, jew restrizzjonijiet fir-rigward taċ-ċirkostanzi li fihom jista' jiġi jitħaddem id-dritt.

3.  L-Istati Membri jistgħu ▌jipprovdu li l-kreditur ikun intitolat għal kumpens ġust u oġġettiv, fejn ġustifikat, għall-ispejjeż possibbli marbuta direttament mar-ripagament antiċipat tal-kreditu iżda m'għandhomx jimponu penali fuq il-konsumatur. F'dak ir-rigward, il-kumpens m'għandux jaqbeż it-telf finanzjarju tal-kreditur. Filwaqt li jitħarsu dawk il-kundizzjonijiet l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-kumpens ma jistax jaqbeż ċertu livell jew ikun permess biss għal ċertu perijodu ta' żmien.

4.  Fejn konsumatur ifittex li jeħles mill-obbligi tiegħu skont kuntratt ta' kreditu qabel ma jiskadi l-kuntratt, il-kreditur għandu jagħti lill-konsumatur mingħajr dewmien wara li jkun irċieva t-talba, bil-miktub jew b'mezz dejjiemi ieħor, l-informazzjoni meħtieġa biex jikkunsidra din l-alternattiva. Dik l-informazzjoni għandha mill-inqas tikkwantifika l-implikazzjonijiet għall-konsumatur tal-ħelsien mill-obbligi tiegħu qabel l-iskadenza tal-kuntratt ta' kreditu u tistipula b'mod ċar kwalunkwe preżunzjoni użata. Kwalunkwe preżunzjoni użata għandha tkun raġonevoli u ġustifikabbli.

5.  Fejn il-ħlas lura antiċipat isir f'perjodu meta r-rata tal-imgħax tas-self tkun fissa l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-eżerċizzju tad-dritt imsemmi f'paragrafu 1 jiġi soġġett għall-eżistenza ta' interess leġittimu min-naħa tal-konsumatur.

Artikolu 26

Swieq flessibbli u affidabbli

1.  L-Istati Membri għandu jkollhom mekkaniżmi xierqa fis-seħħ biex jiġi żgurat li l-pretensjoni kontra l-garanzija tkun tista' tiġi nfurzata minn jew f'isem il-kredituri. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-kredituri jżommu dokumentazzjoni xierqa dwar it-tipi ta' proprjetà immobbli aċċettati bħala garanzija kif ukoll il-politika ta' sottoskrizzjoni ipotekarja użata.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jsir monitoraġġ statistiku xieraq tas-suq tal-proprjetà residenzjali, inkluż għal finijiet ta' sorveljanza tas-suq, fejn xieraq billi jiġi nkoraġġut l-iżvilupp u l-użu ta' indiċijiet speċifiċi tal-prezzijiet li jistgħu jkunu pubbliċi jew privati jew it-tnejn.

Artikolu 27

Informazzjoni rigward tibdil fir-rata tal-imgħax tas-self

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur jinforma lill-konsumatur dwar kwalunkwe bidla fir-rata tal-imgħax tas-self, bil-miktub jew b'mezz durabbli ieħor, qabel ma l-bidla tieħu effett. L-informazzjoni għandha mill-inqas tinkludi l-ammont tal-pagamenti li għandhom isiru wara li r-rata tal-imgħax tas-self il-ġdida tieħu effett u, f'każijiet fejn jinbidlu in-numru jew il-frekwenza tal-pagamenti, id-dettajli tagħhom.

2.  Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-partijiet jiftiehmu fil-kuntratt ta' kreditu li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata lill-konsumatur perjodikament fejn il-bidla fir-rata tal-imgħax tas-self tkun korrelatata ma' bidla f'rata ta' referenza, u r-rata ta' referenza l-ġdida tkun disponibbli pubblikament b'mezzi adatti, u l-informazzjoni dwar ir-rata ta' referenza l-ġdida tinżamm disponibbli fl-uffiċċji tal-kreditur u kkomunikata personalment lill-konsumatur flimkien mal-ammont ta' pagamenti perijodiċi ġodda.

3.  Il-kredituri jistgħu jkomplu jgħarrfu lill-konsumaturi perijodikament fejn il-bidla fir-rata tal-imgħax tas-self ma tkunx korrelatata ma' bidla f'rata ta' referenza fejn dan kien ikun permess skonti il-liġi nazzjonali qabel...(27)

4.  Fejn bidliet fir-rata tal-imgħax tas-self ikunu determinati permezz ta' rkant fis-swieq kapitali u għalhekk ikun impossibbli li l-kreditur jinforma lill-konsumatur dwar xi bidla qabel ma l-bidla tieħu effett, il-kreditur għandu, kmieni biżżejjed qabel l-irkant, jinforma lill-konsumatur fuq karta jew b'mezz ieħor dejjiemi dwar il-proċedura li tkun ser issir u jagħti indikazzjoni ta' kif ser tintlaqat ir-rata tal-imgħax tas-self.

Artikolu 28

Arretrati u bejgħ furzat

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri biex jinkoraġġixxu lill-kredituri jkunu raġonevolment tolleranti qabel ma jinbdew il-proċeduri ta' bejgħ furzat.

2.  L-Istati Membri jistgħu jesiġu li, fejn il-kreditur jiġi permess jiddefinixxi u jimponi tariffi fuq il-konsumatur minħabba l-inadempjenza, dawk it-tariffi ma jkunux akbar milli meħtieġ biex jikkumpensaw lill-kreditur għall-ispejjeż li jkun ġarrab minħabba l-adempjenza.

3.  L-Istati Membri jistgħu jħallu lill-kredituri jimponu tariffi addizzjonali fuq il-konsumatur fil-każ ta' inadempjenza. F'dak il-każ l-Istati Membri għandhom jagħmlu limitu fuq dawk it-tariffi.

4.  L-Istati Membri m'għandhomx iwaqqfu lill-partijiet għal kuntratt ta' kreditu milli jaqblu b'mod espress li l-għoti lura jew it-trasferiment lill-kreditur tal-garanzija jew id-dħul mill-bejgħ tal-garanzija ikun biżżejjed biex jitħallas lura l-kreditu.

5.  Fejn il-prezz miksub għall-proprjetà immobbli jolqot l-ammont dovut mill-konsumatur l-Istati Membri għandu jkollhom proċeduri u miżuri biex jippermettu li jinkiseb l-aħjar prezz possibbli għall-proprjetà immobbli soġġetta għall-bejgħ furzat.

Fejn wara l-proċedimenti ta' bejgħ furzat jifdal dejn pendenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu stabbiliti miżuri biex jiffaċilitaw il-ħlas lura sabiex jiġu protetti l-konsumaturi.

Kapitolu 11

Rekwiżiti għall-istabbiliment u s-superviżjoni ta' intermedjarji tal-kreditu u rappreżentanti maħturin

Artikolu 29

Ammissjoni ta' intermedjarji tal-kreditu

1.  Intermedjarji tal-kreditu għandhom ikunu debitament ammessi biex iwettqu parti minn jew l-attivitajiet kollha ta' intermedjazzjoni tal-kreditu stipulati fil-punt 5 tal-Artikolu 4 jew biex jipprovdu servizzi ta' konsulenza minn awtorità kompetenti fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom. Fejn Stat Membru jippermetti rappreżentanti maħturin skont l-Artikolu 31, m'għandux ikun meħtieġ li tali rappreżentant maħtur m'għandux ikollu jiġi ammess bħala intermedjarju tal-kreditu skont dan l-Artikolu.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ammissjoni ta' intermedjarji tal-kreditu tkun soġġetta għall-issodisfar mill-inqas tar-rekwiżiti professjonali li ġejjin flimkien mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 9:

(a)  intermedjarji tal-kreditu għandhom ikollhom assigurazzjoni għall-indennizz professjonali li tkopri t-territorji fejn joffru s-servizzi, jew xi garanzija oħra paragunabbli għar-responsabbiltà li tirriżulta min-negliġenza professjonali. Madankollu, għall-intermedjarji ta' kreditu vinkolati, l-Istat Membru tad-domiċilju jista' jistipula li tali assigurazzjoni jew garanzija paragunabbli tista' tingħata minn kreditur li f'ismu l-intermedjarju tal-kreditu għandu s-setgħa jaġixxi.

Jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta u, fejn neċessarju, temenda standards regolatorji tekniċi biex tistipula l-ammont monetarju minimu tal-assigurazzjoni għall-indennizz professjonali jew tal-garanzija paragunabbli msemmija fl-ewwel paragrafu ta' dan il-punt. Dawn l-istandards regolatorji tekniċi għandhom jiġu adottati skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards regolatorji tekniċi biex tistipula l-ammont monetarju minimu tal-assigurazzjoni għall-indennizz professjonali jew tal-garanzija paragunabbli msemmija fl-ewwel paragrafu ta' dan il-punt biex jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni sa...(28). L-ABE għandha tirrevedi, u jekk meħtieġ, tiżviluppa abbozz ta' standards regolatorji tekniċi biex temenda l-ammont monetarju minimu tal-assigurazzjoni għall-indennizz professjonali jew tal-garanzija paragunabbli msemmija fl-ewwel paragrafu ta' dan il-punt biex jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni għall-ewwel darba sa...(29)* u kull sentejn minn dakinhar 'il quddiem.

(b)  persuna fiżika stabbilita bħala intermedjarju tal-kreditu, il-membri tal-bord ta' intermedjarju tal-kreditu stabbilit bħala persuna ġuridika u persuni fiżiċi li jiżvolġu kompiti ekwivalenti fi ħdan intermedjarju tal-kreditu li jkun persuna ġuridika iżda li m'għandux bord, għandhom ikunu ta' reputazzjoni tajba. Bħala minimu, għandu jkollhom kondotta tal-pulizija nadifa jew kwalunkwe ekwivalenti nazzjonali ieħor fir-rigward ta' reati kriminali serji marbutin ma' reati kontra l-proprjetà jew reati oħra relatati ma' attivitajiet finanzjarji u ma jistgħux ikunu ġew dikjarati falluti fil-passat, sakemm ma jkunux ġew riabilitati skont il-liġi nazzjonali.

(c)  persuna fiżika stabbilita bħala intermedjarju tal-kreditu, il-membri tal-bord ta' intermedjarju tal-kreditu stabbilit bħala persuna ġuridika u persuni fiżiċi li jiżvolġu kompiti ekwivalenti fi ħdan intermedjarju tal-kreditu li jkun persuna ġuridika iżda li m'għandux bord, għandu jkollhom livell adatt ta' konoxxenza u kompetenza rigward kuntratti ta' kreditu. L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jistabbilixxi l-livell adatt ta' għarfien u kompetenza skont il-prinċipji stabbiliti fl-Anness IIa.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji stabbiliti sabiex il-persunal tal-intermedjarji tal-kreditu jew tal-kredituri jilħqu r-rekwiżiti professjonali tagħhom ikunu pubbliċi.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-kreditu ammessi kollha, kemm jekk stabbiliti bħala persuni fiżiċi kif ukoll ġuridiċi, jiddaħħlu f'reġistru ta' awtorità kompetenti fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistru tal-intermedjarji tal-kreditu jinżamm aġġornat u jkun pubblikament disponibbli elettronikament.

Ir-reġistru tal-intermedjarji tal-kreditu għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)  l-ismijiet tal-persuni fid-direzzjoni li huma responsabbli għall-operazzjonijiet ta' intermedjazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jesiġu r-reġistrazzjoni tal-persuni fiżiċi kollha li jaqdu funzjoni ta' kuntatt dirett mal-klijenti f'impriża li twettaq attività ta' intermedjazzjoni tal-kreditu;

(b)  l-Istati Membri li fihom l-intermedjarju tal-kreditu jiżvolġi n-negozju skont ir-regoli dwar il-libertà tal-istabbiliment jew dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li dwaru l-intermedjarju tal-kreditu jkun informa l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju skont l-Artikolu 22(2);

(c)  jekk l-intermedjarju tal-kreditu huwiex vinkolat jew le;

L-Istati Membri li jiddeċiedu li jagħżlu l-alternattiva msemmija fl-Artikolu 30 għandhom jiżguraw li r-reġistru jindika l-kreditur li f'ismu l-intermedjarju tal-kreditu qed jaġixxi.

L-Istati Membri li jiddeċiedu li jagħżlu l-alternattiva msemmija fl-Artikolu 31 għandhom jiżguraw li r-reġistru jindika l-intermedjarju tal-kreditu jew fil-każ ta' rappreżentant maħtur ta' intermedjarju tal-kreditu vinkolat, il-kreditur li f'ismu r-rappreżentant maħtur jaġixxi.

5.  L-Istati Membri tad-domiċilju għandhom jiżguraw li:

(a)  kwalunkwe intermedjarju tal-kreditu li jkun persuna ġuridika ikollu l-uffiċċju prinċipali tiegħu fl-istess Stat Membru tal-uffiċċju reġistrat tiegħu jekk ikollu uffiċċju reġistrat skont il-liġi nazzjonali tiegħu;

(b)  kwalunkwe intermedjarju tal-kreditu li ma jkunx persuna ġuridika, jew kwalunkwe intermedjarju tal-kreditu li jkun persuna ġuridika iżda li skont il-liġi nazzjonali tiegħu ma jkollux uffiċċju reġistrat, ikollu l-uffiċċju prinċipali tiegħu fl-Istat Membru li fih effettivament iwettaq in-negozju prinċipali tiegħu.

6.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi punt uniku ta' informazzjoni li jippermetti aċċess pubbliku malajr u faċli għall-informazzjoni mir-reġistru nazzjonali, li għandu jkun kompilat elettronikament u aġġornat kontinwament. Dawn il-punti ta' informazzjoni għandhom jipprovdu d-dettalji ta' identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru.

L-ABE għandha tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha referenzi jew hyperlinks għal dak il-punt ta' informazzjoni.

7.  L-Istati Membri tad-domiċilju għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-kreditu u r-rappreżentanti maħturin ammessi kollha jkunu konformi mar-rekwiżiti ddefiniti fil-paragrafu 2 fuq bażi kontinwata. Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 30 u 31.

8.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan l-Artikolu għall-persuni li jiżvolġu l-attivitajiet ta' intermedjazzjoni tal-kreditu tagħhom stipulati fil-punt 5 tal-Artikolu 3 fejn dawk l-attivitajiet jitwettqu b'mod inċidentali fil-kors ta' attività professjonali u dik l-attività tkun irregolata minn dispożizzjonijiet legali jew regolatorji jew minn kodiċi tal-etika li jirregola l-professjoni li ma jeskludux it-twettiq ta' dawk l-attivitajiet.

9.  Dan l-Artikolu m'għandux japplika għall-istituzzjonijiet tal-kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2013/36/UE jew għal istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn li taħt il-liġi nazzjonali huma soġġetti għal reġim ekwivalenti ta' awtorizzazzjoni u sorveljanza.

Artikolu 30

Intermedjarji tal-kreditu vinkolati ma' kreditur wieħed biss

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 31(1), l-Istati Membri jistgħu jippermettu lil l-intermedjarji tal-kreditu vinkolanti speċifikati fil-punt (a) tal-punt 7 tal-Artikolu 4 li jkunu ammessi mill-awtoritajiet kompetenti permezz tal-kreditur li f'ismu l-intermedjarju tal-kreditu vinkolat ikun jaġixxi esklużivament.

F'każijiet bħal dawn, il-kreditur għandu jibqa' responsabbli bis-sħiħ u mingħajr kundizzjonijiet għal kwalunkwe azzjoni jew ommissjoni mill-parti tal-intermedjarju tal-kreditu vinkolat li qed jaġixxi f'isem il-kreditur f'oqsma regolati minn din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-kreditur jiżgura li dawk l-intermedjarji tal-kreditu vinkolati jikkonformaw mill-inqas mar-rekwiżiti professjonali stabbiliti fl-Artikolu 29(2).

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34, il-kredituri għandhom jissorveljaw l-attivitajiet tal-intermedjarji tal-kreditu vinkolati speċifikati fil-punt (a) tal-punt 7 tal-Artikolu 4 sabiex jiżguraw li huma jibqgħu konformi ma' din id-Direttiva. B'mod partikolari, il-kreditur għandu jkun responsabbli għas-sorveljanza tal-konformità mar-rekwiżiti ta' konoxxenza u ta' kompetenza tal-intermedjarju tal-kreditu vinkolat u tal-persunal tiegħu

Artikolu 31

Rappreżentanti maħturin

1.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu lil intermedjarju tal-kreditu li jaħtar rappreżentanti maħturin.

Fejn ir- rappreżentant maħtur ikun maħtur minn intermedjarju tal-kreditu vinkonalti speċifikat fil-punt (a) tal-punt 7 tal-Artikolu 4, il-kreditur għandu jibqa' responsabbli b'mod sħiħ u mingħajr kundizzjonijiet għal kull azzjoni jew ommissjoni min-naħa tar-rappreżentant maħtur li jkun qed jaġixxi f'isem dak l-intermedjarju tal-kreditu vinkolat f'oqsma regolati minn din id-Direttiva. F'każijiet oħra l-intermedjarju tal-kreditur għandu jibqa' responsabbli bis-sħiħ u mingħajr kundizzjonijiet għal kwalunkwe azzjoni jew ommissjoni min-naħa tar-rappreżentant maħtur li qed jaġixxi f'isem l-intermedjarju tal-kreditu f'oqsma regolati minn din id-Direttiva.

2.  L-intermedjarji tal-kreditu għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti maħturi tagħhom jikkonformaw mill-inqas mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 29(2). Madankollu, l-Istat Membru tad-domiċilju jista' jistipula li l-assigurazzjoni għall-indennizz professjonali jew garanzija paragunabbli tista' tingħata minn intermedjarju tal-kreditu li f'ismu r-rappreżentant maħtur għandu s-setgħa li jaġixxi.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34 ta' din id-Direttiva, l-intermedjarji tal-kreditu għandhom jissorveljaw l-attivitajiet tar-rappreżentanti maħturin tagħhom sabiex jiżguraw il-konformità sħiħa ma' din id-Direttiva. B'mod partikolari, l-intermedjarji tal-kreditu għandhom ikunu responsabbli għas-sorveljanza tal-konformità mar-rekwiżiti ta' konoxxenza u ta' kompetenza tar-rappreżentanti maħturin u tal-persunal tagħhom.

4.  L-Istati Membri li jiddeċiedu li jippermettu lil intermedjarju tal-kreditu li jaħtar rappreżentanti maħturin għandhom jistabbilixxu reġistru pubbliku li fih mill-inqas l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 29(4). Ir-rappreżentanti maħtura għandhom ikunu rreġistrati fir-reġistru pubbliku fl-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti. Ir-reġistru għandu jiġi aġġornat fuq bażi regolari. Għandu jkun disponibbli pubblikament għall-konsultazzjoni online.

Artikolu 32

Libertà tal-istabbiliment ▌u ▌ libertà li jiġu pprovduti ▌servizzi minn intermedjarji tal-kreditu

1.  L-ammissjoni ta' intermedjarju tal-kreditu mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu kif stipulat fl-Artikolu 29(1) għandha tkun effettiva għat-territorju kollu tal-Unjoni mingħajr ▌ammissjoni ulterjuri mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i ospitanti għat-twettiq tal-attivitajiet u l-għoti ta' servizzi koperti mill-ammissjoni, sakemm l-attivitajiet li intermedjarju tal-kreditu bi ħsiebu jiżvolġi fl-Istati Membri ospitanti jkunu koperti bl-ammissjoni. Madankollu, intermedjarji tal-kreditu m'għandhomx ikunu permessi jipprovdu s-servizzi tagħhom fir-rigward ta' kuntratti ta' kreditu offruti minn istituzzjonijiet mhux tal-kreditu lill-konsumaturi fi Stat Membru fejn tali istituzzjonijiet mhux tal-kreditu ma jkollhomx permess joperaw.

2.  Rappreżentanti maħturin li nħatru fi Stati Membri li jagħżlu l-alternattiva taħt l-Artikolu 31 ma jkunux jistgħu jiżvolġu parti mill-attivitajiet jew l-attivitajiet kollha ta' intermedjazzjoni tal-kreditu stipulati fil-punt 5 tal-Artikolu 4 jew jipprovdu servizzi ta' konsulenza fi Stati Membri fejn tali rappreżentanti maħturin m'għandhomx il-permess biex joperaw.

3.  Kwalunkwe intermedjarju tal-kreditu ammess li jkollu l-ħsieb iwettaq negozju għall-ewwel darba fi Stat Membru wieħed jew aktar skont il-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew meta jistabbilixxi fergħa għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu.

Fi żmien xahar wara li jiġu infurmati, dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i kkonċernat bl-intenzjoni tal-intermedjarju tal-kreditu u għandhom fl-istess żmien jinformaw lill-intermedjarju tal-kreditu kkonċernat b'dik in-notifika. Huma għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti kkonċernati dwar il-kredituri li l-intermedjarju tal-kreditu jkun vinkolat magħhom u jekk il-kredituri jassumux responsabbiltà sħiħa u mingħajr kundizzjonijiet għall-attivitajiet tal-intermedjarju tal-kreditu. L-Istat Membru ospitanti għandu juża l-informazzjoni li jkun irċieva mill-Istat Membru tad-domiċilju biex idaħħal l-informazzjoni neċessarja fir-reġistru tiegħu.

L-intermedjarju tal-kreditu jkun jista' jibda n-negozju xahar wara d-data li fiha jkun ġie infurmat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju bin-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu.

4.   Qabel ma l-fergħa ta' intermedjarju tal-kreditu tibda l-attivitajiet tagħha jew fi żmien xahrejn minn meta jirċievu n-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom iħejju għas-superviżjoni tal-intermedjarju tal-kreditu skont l-Artikolu 34 u, jekk neċessarju, jindikaw lill-intermedjarju tal-kreditu l-kundizzjonijiet taħt liema, fl-oqsma li mhumiex armonizzati fil-liġi tal-Unjoni, dawk l-attivitajiet li għandhom jitwettqu fl-Istat Membru ospitanti.

Artikolu 33

Irtirar ta' ammissjoni ta' intermedjarji tal-kreditu

1.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista' tirtira l-ammissjoni mogħtija lil intermedjarju tal-kreditu skont l-Artikolu 29 meta dan l-intermedjarju tal-kreditu:

(a)  jirrinunzja espressament għall-ammissjoni jew ma jkunx wettaq la l-attivitajiet tal-intermedjazzjoni tal-kreditu stipulati fil-punt 5 tal-Artikolu 4 u lanqas ipprovda s-servizzi ta' konsulenza matul is-sitt xhur preċedenti, sakemm l-Istat Membru ma jkunx ippreveda l-iskadenza tal-ammissjoni f'tali każijiet;

(b)  ikun kiseb l-ammissjoni permezz ta' dikjarazzjonijiet foloz jew qarrieqa jew mezzi oħrajn irregolari

(c)  ma għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom tkun ingħatat l-ammissjoni;

(d)  jaqa’ taħt xi wieħed mill-każijiet fejn il-liġi nazzjonali, rigward materji barra mill-ambitu ta’ din id-Direttiva, jipprevedi l-irtirar.

(e)  ikun kiser serjament u sistematikament id-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva li jirregolaw il-kundizzjonijiet operattivi tal-intermedjarji tal-kreditu.

2.  Fejn l-ammissjoni ta' intermedjarju tal-kreditu tiġi rtirata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, dan tal-aħħar għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri b'dan l-irtirar kemm jista' jkun malajr u mhux aktar tard minn 14-il jum, bi kwalunkwe mezz adatt.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-kreditu li kellhom l-ammissjoni tagħhom irtirata jitħassru mir-reġistru mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 34

Superviżjoni ta' intermedjarji tal-kreditu u rappreżentanti maħturin

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-kreditu jkunu soġġetti għas-superviżjoni tal-attivitajiet kurrenti tagħhom mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.

L-Istati Membri ta' domiċilju għandhom jipprevedu li l-intermedjarji tal-kreditu vinkolati jkunu soġġetti għas-superviżjoni direttament jew bħala parti mis-superviżjoni tal-kreditur li jkunu jaġixxu f'ismu jekk il-kreditur ikun istituzzjoni tal-kreditu awtorizzata f'konformità mad-Direttiva 2013/36/UE jew istituzzjoni finanzjarja oħra li taħt il-liġi nazzjonali hija soġġetta għal reġim ekwivalenti ta' awtorizzazzjoni u ta' superviżjoni. Madankollu, jekk l-intermedjarju tal-kreditu vinkolat jipprovdi servizzi fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru tad-domiċilju, l-intermedjarju tal-kreditu vinkolat għandu jkun soġġett għas-superviżjoni diretta.

L-Istati Membri ta' domiċilju li jippermettu lil intermedjarji tal-kreditu li jaħtru rappreżentanti f'konformità mal-Artikolu 31 għandhom jiżguraw li tali rappreżentanti maħtura jkunu soġġetti għal superviżjoni diretta jew bħala parti mis-superviżjoni tal-intermedjarju tal-kreditu li jaġixxi f'ismu.

2.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom l-intermedjarju tal-kreditu jkollu fergħa għandhom ikollhom r-responsabbiltà li jiżguraw li s-servizzi pprovduti mill-intermedjarju tal-kreditu fit-territorju tiegħu jkunu konformi mal-obbligi stipulati fl-Artikolu 7(1) u l-Artikoli 8, 9, 10, 11, 13, 14, 15, 16, 17, 20, 22 u 39 u fil-miżuri adottati bis-saħħa tagħhom.

Fejn l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti jaċċertaw ruħhom li intermedjarju tal-kreditu li għandu fergħa fit-territorju tiegħu huwa fi ksur tal-miżuri adottati f'dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 7(1) u l-Artikoli 8, 9, 10, 11, 13, 14, 15, 16, 17, 20, 22 u 39 ta' din id-Direttiva, dawk l-awtoritajiet għandhom jesiġu li l-intermedjarju tal-kreditu kkonċernat iġib fi tmiem is-sitwazzjoni irregolari tiegħu.

Jekk l-intermedjarju tal-kreditu kkonċernat jonqos milli jieħu l-passi neċessarji, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jieħdu l-azzjoni adatta kollha sabiex jiżguraw li l-intermedjarju tal-kreditu kkonċernat iġib fi tmiem is-sitwazzjoni irregolari tiegħu. In-natura ta’ dik l-azzjoni għandha tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.

Jekk, minkejja l-azzjoni meħuda mill-Istat Membru ospitanti, l-intermedjarju tal-kreditu jippersisti fil-ksur tal-miżuri msemmijin fl-ewwel subparagrafu fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti, l-Istat Membru ospitanti jista’, wara li jgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, jieħu l-azzjoni approprjata sabiex jipprevjieni jew jippenalizza aktar irregolaritajiet u, sa fejn ikun neċessarju, iżomm lill-intermedjarju tal-kreditu milli jibda aktar tranżazzjonijiet bħal dawn fit-territorju tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata bi kwalunkwe tali azzjoni mingħajr dewmien żejjed.

Fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ma jaqbilx ma' tali azzjoni meħuda mill-Istat Membru ospitanti, hija tista' tirreferi l-kwistjoni lill-ABE u titlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. F'dak il-każ, l-ABE tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha b'dak l-Artikolu.

3.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn tinsab il-fergħa għandu jkollhom id-dritt li jeżaminaw l-arranġamenti tal-fergħa u li jitolbu li jsiru dawk il-bidliet li jkunu strettament meħtieġa biex jiġu soddisfati r-responsabbiltajiet tagħha skont il-paragrafu 2 u sabiex l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jkunu jistgħu jinfurzaw l-obbligi skont l-Artikolu 7(2), (3) u (4) u l-miżuri adottati b'riżultat ta' dawn rigward is-servizzi pprovduti mill-fergħa.

4.  Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti ikollha raġunijiet ċari u konkreti sabiex tikkonkludi li intermedjarju tal-kreditu li jaġixxi fit-territorju tiegħu taħt il-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi tkun bi ksur tal-obbligi li joħorġu mill-miżuri adottati skont din id-Direttiva jew li intermedjarju tal-kreditu li għandu fergħa fit-territorju tiegħu jkun fi ksur tal-obbliġi li joħorġu mill-miżuri adottati skont din id-Direttiva għajr dawk speċifikati fil-paragrafu 2, hija għandha tirreferi dawn ir-riżultati lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju li għandha tieħu l-azzjoni xierqa.

Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tonqos milli tieħu kwalunkwe azzjoni fi żmien xahar minn meta tikseb dawk ir-riżultati jew fejn, minkejja l-azzjoni meħuda awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, intermedjarju tal-kreditu jibqa' jaġixxi b'mod li huwa manifestament ta' preġudizzju għall-interessi tal-Istat Membru ospitanti jew għall-funzjonament bl-ordni tas-swieq, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti:

(a)  għandha, wara li tkun infurmat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, tieħu l-azzjoni kollha xierqa meħtieġa sabiex il-konsumaturi jkunu protetti u tiżgura l-funzjonament tajjeb tas-swieq, inkluż billi żżomm lill-intermedjarju tal-kreditu inadempjenti milli jibda kwalunkwe transizzjoni oħra fit-territorji tagħha. Il-Kummissjoni u l-ABE għandha tiġi infurmata b'tali azzjoni mingħajr dewmien żejjed;

(b)  tista' tirreferi l-kwistjoni lill-ABE u titlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. F'dak il-każ, l-ABE tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha b'dak l-Artikolu.

5.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li, meta intermedjarju tal-kreditu ammessa fi Stat Membru ieħor ikun stabbilixxa fergħa fit-territorju tiegħu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, fl-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet tagħhom u wara li jkunu għarrfu lill-awtoritjiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, jistgħu jagħmlu spezzjonijiet fuq il-post f’dik il-fergħa.

6.  L-allokazzjoni tal-kompiti bejn l-Istati Membri speċifikata f'dan l-Artikolu għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri fir-rigward tal-oqsma mhux koperti minn din id-Direttiva f'konformità mal-obbligi tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni.

Kapitolu 12

Ammissjoni u superviżjoni tal-istituzzjonijiet mhux tal-kreditu

Artikolu 35

Ammissjoni u superviżjoni tal-istituzzjonijiet mhux tal-kreditu

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li istituzzjonijiet mhux tal-kreditu ikunu soġġetti għal proċess ta' ammissjoni adegwat, li jinkludi l-entrata tal-istituzzjonijiet mhux tal-kreditu f'reġistru u l-arranġamenti għas-superviżjoni minn awtorità kompetenti.

Kapitolu 13

Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri differenti

Artikolu 36

Obbligu ta’ kooperazzjoni

1.  L-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri differenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin kull meta neċessarju għall-fini li jwettqu d-dmirijiet tagħhom skont din id-Direttiva, billi jagħmlu użu mis-setgħat tagħhom kemm jekk stipulati f’din id-Direttiva kemm jekk fil-liġi nazzjonali.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu assistenza lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra. B’mod partikolari, għandhom jiskambjaw informazzjoni u jikkooperaw fi kwalunkwe investigazzjoni jew attivitajiet ta' superviżjoni.

Sabiex jiffaċilitaw u jaċċelleraw il-kooperazzjoni, u b’mod iktar partikolari l-iskambju ta' informazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti unika bħala punt ta' kuntatt għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-ismijiet tal-awtoritajiet li jiġu nnominati sabiex jirċievu talbiet għal skambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni skont dan il-paragrafu.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri amministrattivi u organizzattivi neċessarji sabiex jiffaċilitaw l-assistenza prevista fil-paragrafu 1.

3.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jkunu ġew nominati bħala punti ta’ kuntatt għall-finijiet ta’ din id-Direttiva skont il-paragrafu 1 għandhom ifornu minnufih lil xulxin l-informazzjoni meħtieġa biex  jitwettqu d-dmirijiet tal-awtoritajiet kompetenti, nominati  skont l-Artikolu 4, stipulati  fil-miżuri adottati skont din id-Direttiva.

L-awtoritajiet kompetenti li jiskambjaw informazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti oħra skont din id-Direttiva jistgħu jindikaw fil-mument tal-komunikazzjoni li din l-informazzjoni m'għandhiex tiġi ddivulgata mingħajr il-qbil espliċitu tagħhom, f’liema każ din l-informazzjoni tista' tiġi skambjata biss għall-finijiet li għalihom dawn l-awtoritajiet ikunu taw il-qbil tagħhom.

L-awtorità kompetenti li tkun ġiet nominata bħala l-punt ta’ kuntatt tista' tittrażmetti l-informazzjoni riċevuta lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn madankollu, m'għandhiex tittrażmetti l-informazzjoni lil korpi oħrajn jew lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi mingħajr il-qbil espliċitu tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u biss għall-finijiet li għalihom l-awtoritajiet ikunu taw il-qbil tagħhom, ħlief f'ċirkustanzi debitament ġustifikati, f'liema każ hija għandha tinforma minnufih lill-punt ta’ kuntatt li jkun ta l-informazzjoni.

4.  Awtorità kompetenti tista' tirrifjuta li taġixxi fuq talba għall-kooperazzjoni fit-twettiq ta' investigazzjoni jew attività superviżorja jew fl-iskambju ta' informazzjoni kif previst fil-paragrafu 3 biss fejn:

(a)  din l-investigazzjoni, verifika fuq il-post, attività superviżorja jew skambju ta' informazzjoni jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv is-sovranità, is-sigurtà jew l-ordni pubbliku tal-Istat Membru indirizzat;

(b)  diġà jkunu nbdew proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tal-istess azzjonijiet u l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru indirizzat;

(c)  diġà tkun ingħatat sentenza finali fl-Istat Membru indirizzat fir-rigward tal-istess persuni u l-istess azzjonijiet.

Fil-każ ta’ tali rifjut, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika b'dan lill-awtorità kompetenti li tkun għamlet it-talba, billi tipprovdi informazzjoni ddettaljata kemm jista’ jkun.

Artikolu 27

Riżoluzzjoni ta' kunflitti bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri differenti

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu s-sitwazzjoni lill-ABE meta talba għal kooperazzjoni, partikolarment għal skambju ta' informazzjoni, tkun ġiet irrifjutata jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi żmien raġonevoli, u jistgħu jitolbu l-għajnuna tal-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. F'dawn il-każijiet, l-ABE tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu u kwalunkwe deċiżjoni vinkolanti li tittieħed mill-ABE f'konformità ma' dak l-Artikolu għandha tkun vinkolanti għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati irrispettivament minn jekk dawk l-awtoritajiet kompetenti humiex membri tal-ABE jew le.

Kapitolu 14

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 38

Sanzjonijiet

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati abbażi ta' din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawk is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  L-Istati Membri għandhom jistipulaw li l-awtorità kompetenti tista' tiddivulga mal-pubbliku kwalunkwe sanzjoni amministrattiva li tkun ser tiġi imposta għal ksur tal-miżuri adottati fit-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva, sakemm tali divulgazzjoni ma tippreġudikax serjament is-swieq finanzjarji jew tikkawża dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti.

Artikolu 39▌

Mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguaraw li jiġu stabbiliti proċeduri ta' rikorsi u rimedji adatti u effikaċi għar-riżoluzzjoni extraġudizzjarja ta’ tilwim tal-konsumaturi mal-kredituri, intermedjarji tal-kreditu u rappreżentanti maħtura fir-rigward ta' kuntratti ta' kreditu, bl-użu ta' korpi eżistenti fejn adatt. L-Istati Membri għandhom ▌jiżguraw li tali proċeduri jkunu applikabbli għal kredituri u intermedjarji tal-kreditu u jkopru l-attivitajiet ta' rappreżentanti maħtura.

2.  L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-korpi responsabbli għar-riżoluzzjoni barra l-qorti ta' tilwim tal-konsumaturi jikkoperaw b'mod li jkunu jistgħu jirriżolvu tilwimiet transkonfinali rigward kuntratti ta’ kreditu.

Artikolu 40▌

Eżerċizzju tad-delega

1.  Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli ▌14(9) u 17(8) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' żmien indeterminat minn ... (30).

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 14(9) u 17(8) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada li tiġi ppubblikata d-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data speċifikata aktar tard fih. M'għandhiex taffetwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 14(9) u 17(8) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx ġiet espressa oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perijodu ta' tliet xhur ▌min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill ▌.

Artikolu 41

Natura imperattiva ta' din id-Direttiva

L-Istati Membri ta' oriġini għandhom jiżguraw li:

(a)  il-konsumaturi ma jkunux jistgħu jirrinunzjaw għad-drittijiet mogħtija lilhom mil-liġi nazzjonali li tittrasponi din id-Direttiva.

(b)  il-miżuri li jadottaw fit-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva ma jkunux jistgħu jiġu evitati b'tali mod li jista' jwassal biex il-konsumaturi jitilfu l-protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva b'riżultat tal-mod li bih jiġu fformulati l-kuntratti, partikolarment billi jiġu integrati kuntratti ta' kreditu li jaqgħu fl-ambitu ta' din id-Direttiva f'kuntratti ta' kreditu li n-natura jew l-iskop tagħhom jagħmluha possibbli li tiġi evitata l-applikazzjoni ta' dawk il-miżuri.

Artikolu 42

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa...(31), il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk il-miżuri.

Meta d-dokumenti li jakkumpanjaw in-notifika ta' miżuri ta' traspożizzjoni li jingħataw mill-Istati Membri ma jkunux biżżejjed biex tiġi valutata bis-sħiħ il-konformità ta' dawk il-miżuri ma' ċerti dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista', fuq talba tal-ABE bil-ħsieb li jitwettqu l-kompiti tagħha taħt ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010, jew fuq inizjattiva tagħha stess, tirrikjedi lill-Istati Membri li jipprovdu informazzjoni aktar dettaljata dwar it-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva u l-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri.

2.  L-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 minn*.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fil-mument tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-dritt nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 43

Dispożizzjonijiet transitorji

1.  Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal kuntratti ta' kreditu eżistenti qabel ...(32).

2.  Intermedjarji tal-kreditu li diġà jwettqu attivitajiet ta' intermedjazzjoni ta' kreditu stipulati fil-punt 5 tal-Artikolu 4 qabel ...(33) u li għadhom ma ġewx ammessi f'konformità mal-kundizzjonijiet previsti fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju li fit-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva jistgħu jkomplu jwettqu dawk l-attivitajiet f'konformità mal-liġi nazzjonali sa ...(34)* .Meta intermedjarju tal-kreditu jibbaża ruħu fuq din id-deroga hu jista' jwettaq l-attivitajiet fl-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu biss sakemm dan ma jissodisfax ukoll ir-rekwiżiti legali neċessarji tal-Istati Membri ospitanti.

3.  Kredituri, intermedjarji tal-kreditu jew rappreżentanti maħtura li jwettqu attivitajiet irregolati minn din id-Direttiva qabel ...(35)** għandhom ikunu konformi mal-liġi nazzjonali li tittrasponi l-Artikolu 9 sa ...**

Artikolu 44

Klawsola ta’ reviżjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha twettaq reviżjoni ta' din id-Direttiva sa ...(36) . L-eżami għandu jqis l-effikaċja u adegwatezza tad-dispożizzjonijiet dwar il-konsumaturi u s-suq intern.

L-eżami għandu jinkludi dan li ġej:

(a)  valutazzjoni tal-użu u l-fehim tal-konsumaturi ta' u s-sodisfazzjon rigward l-FEIS;

(b)  analiżi ta' divulgazzjonijiet oħra prekuntrattwali;

(c)  analiżi tal-negozju transkonfinali minn intermedjarji tal-kreditu u kredituri;

(d)  analiżi tal-evoluzzjoni tas-suq għall-istituzzjonijiet mhux tal-kreditu li jipprovdu kuntratti ta' kreditu marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali;

(e)  valutazzjoni dwar il-ħtieġa għal aktar miżuri, fosthom passaport għall-istituzzjonijiet mhux tal-kreditu li jipprovdu kuntratti ta' kreditu marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali;

(f)  eżami tal-ħtieġa li jiġu introdotti drittijiet u obbligi addizzjonali fir-rigward tal-istadju postkuntrattwali tal-kuntratti ta' kreditu;

(g)  valutazzjoni dwar jekk l-ambitu ta' din id-Direttiva jibqax adatt, b'kont meħud tal-impatt tiegħu fuq forom oħra sostitwibbli ta' kreditu;

(h)  valutazzjoni ta’ jekk humiex meħtieġa miżuri addizzjonali biex tkun żgurata t-traċċabbiltà tal-kuntratti ta’ kreditu garantiti permezz ta’ proprjetà immobbli residenzjali;

(i)  valutazzjoni tad-disponibbiltà tad-data dwar tendenzi fil-prezzijiet ta' proprjetà immobbli residenzjali u dwar il-limitu sa fejn id-data hija komparabbli;

(j)  valutazzjoni dwar jekk jibqax adatt il-fatt li tiġi applikata d-Direttiva 2008/48/KE għal krediti mhux iggarantiti li l-iskop tagħhom hu r-rinovazzjoni ta' proprjetà immobbli residenzjali li tinvolvi ammont totali ta' kreditu ’l fuq mill-ammont massimu speċifikat fil-punt (c) tal-Artikolu 2(2) ta' dik id-Direttiva;

(k)  valutazzjoni dwar jekk l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni ta' sanzjonijiet skont l-Artikolu 38(2) jipprovdux biżżejjed trasparenza;

(l)  valutazzjoni tal-proporzjonalità ta' twissijiet imsemmija fl-Artikolu 11(6) u fl-Artikolu 13(2) u l-potenzjal għal aktar armonizzazzjoni ta' twissijiet ta' riskju.

Artikolu 45

Iktar inizjattivi dwar għoti u teħid b'self responsabbli

Sa …(37), il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport komprensiv li jivvaluta l-isfidi usa' ta' dejn żejjed privat marbut direttament mal-attività ta' kreditu. Dan jeżamina wkoll il-ħtieġa għas-superviżjoni ta' reġistri tal-kreditu u l-possibbiltà għall-iżvilupp ta' swieq aktar flessibbli u affidabbli. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, meta xieraq, bi proposti leġislattivi.

Artikolu 46

Emenda għad-Direttiva 2008/48/KE

Fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2008/48/KE, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

"2a. Minkejja l-punt (c) tal-paragrafu 2, din id-Direttiva għandha tapplika għall kuntratti ta' kreditu mhux garantiti li l-għan tagħhom huwa r-rinovazzjoni ta' proprjetà immobbli residenzjali li tinvolvi ammont totali ta' kreditu ’l fuq minn EUR 75 000." "

"

Artikolu 47

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 48

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

...

PARLAMENT EWROPEW KUNSILL

Il-President Il-President

ANNESS I

KALKOLU TAR-RATA PERĊENTWALI ANNWALI TA' IMPOSTA (RPAI)

I.   L-ekwazzjoni bażika li tesprimi l-ekwivalenza tal-prelevamenti minn naħa u l-ħlas lura u l-imposti min-naħa l-oħra.

L-ekwazzjoni bażika, li tistabbilixxi r-rata perċentwali annwali tal-imposti (RPAI), taħdem, fuq bażi annwali, il-valur preżenti totali tal-prelevamenti ta' kreditu minn naħa u l-valur preżenti totali tal-ħlas lura u l-ħlas tal-imposti min-naħa l-oħra, jiġifieri:20130910-P7_TA(2013)0341_MT-p0000001.png

fejn:

—  X huwa l-RPAI

 m huwa n-numru tal-aħħar prelevament

—  k huwa n-numru ta’ prelevament ta’ kreditu, għalhekk 1 ≤ k ≤ m

 Ck huwa l-ammont ta’ prelevament k,

—  tk huwa l-intervall, indikat fi snin u frazzjonijiet ta’ sena, bejn id-data tal-ewwel prelevament u d-data ta’ kull prelevament sussegwenti, għalhekk t1 = 0

—  m' huwa n-numru tal-aħħar ħlas lura jew ħlas ta’ imposti

—  l huwa n-numru ta’ ħlas lura jew ħlas ta’ imposti

 Dl huwa l-ammont ta’ ħlas lura jew ħlas ta’ imposti

—  sl huwa l-intervall, indikat fi snin u frazzjonijiet ta’ sena, bejn id-data tal-ewwel prelevament u d-data ta’ kull ħlas lura jew ħlas ta’ imposti.

Rimarki:

(a)  L-ammonti mħallsin miż-żewġ partijiet fi żminijiet differenti mhux neċessarjament ikunu ndaqs u mhux neċessarjament jitħallsu f'intervalli ndaqs.

(b)  Id-data tal-bidu għandha tkun dik tal-ewwel prelevament.

(c)  Intervalli bejn id-dati wżati fil-kalkoli għandhom ikunu indikati fi snin jew fi frazzjonijiet ta' sena. Sena hija preżunta li fiha 365 jum (jew 366 jum fi snin biżestili), 52 ġimgħa jew 12-il xahar indaqs. Xahar indaqs huwa preżunt li fih 30,41666 jum (jiġifieri 365/12) irrispettivament minn jekk hix sena biżestili jew le.

Fejn l-intervalli bejn id-dati wżati fil-kalkoli ma jistgħux jiġu indikati f'numru sħiħ ta' ġimgħat, xhur jew snin, l-intervalli għandhom ikunu espressi bħala numru sħiħ ta' wieħed minn dawk il-perijodi flimkien ma' numru ta' ġranet. Meta jintużaw il-ġranet:

(i)  kull jum għandu jingħadd, inkluż tmiem il-ġimgħa u l-btajjel;

(ii)  perjodi ndaqs u imbagħad ġranet għandhom jingħaddu b'lura għad-data tal-prelevament inizjali;

(iii)  it-tul tal-perijodu ta' ġranet għandu jinkiseb billi l-ewwel data tiġi eskluża u l-aħħar data tiġi inkluża u għandha tiġi indikata fi snin billi dan il-perijodu jiġi diviż bin-numru ta' ġranet (365 jew 366 jum) tas-sena sħiħa u jingħadd b'lura mill-aħħar jum għall-istess jum tas-sena preċedenti.

(d)  Ir-riżultat tal-kalkolu għandu jiġi indikat bi preċiżjoni ta' mill-inqas punt deċimali wieħed. Jekk iċ-ċifra fil-post deċimali li jsegwi tkun akbar minn jew ugwali għal 5, iċ-ċifra fil-post deċimali preċedenti għandha tiżdied b'wieħed.

(e)  L-ekwazzjoni tista' tinkiteb mill-ġdid bl-użu ta' somma waħda u l-kunċett ta' flussi (Ak), li jkun pożittiv jew negattiv, fi kliem ieħor imħallas jew riċevut matul il-perjodi 1 sa n, indikati fi snin, jiġifieri:20130910-P7_TA(2013)0341_MT-p0000002.png

S huwa l-bilanċ preżenti tal-flussi. Jekk l-għan hu li tinzamm l-ekwivalenza tal-flussi, il-valur ikun żero.

II.  Preżunzjonijiet addizzjonali għall-kalkolu tar-RPAI

(a)  Jekk kuntratt ta' kreditu jagħti lill-konsumatur libertà fil-prelevamenti, l-ammont totali tal-kreditu għandu jitqies li jkun prelevat immedjatament u kollu kemm hu.

(b)  Jekk kuntratt ta' kreditu jipprevedi modi differenti għall-prelevamenti b'imposti jew rati tal-imgħax tas-self differenti, l-ammont totali tal-kreditu għandu jitqies bħala li jkun ġie prelevat bl-ogħla imposta u rata tal-imgħax tas-self applikata għall-mekkaniżmu ta' prelevament l-aktar komuni għal dan it-tip ta' kuntratt ta' kreditu.

(c)  Jekk kuntratt ta' kreditu jagħti lill-konsumatur libertà fil-prelevamenti b'mod ġenerali iżda jimponi, fost il-modi differenti ta' prelevament, limitu fir-rigward tal-ammont ta' kreditu u l-perijodu ta' żmien, l-ammont ta' kreditu għandu jitqies bħala li ġie prelevat fl-aktar data bikrija prevista fil-kuntratt ta' kreditu u skont dawk il-limiti ta' prelevament. ▌

(d)  Jekk jiġu offruti rati tal-imgħax tas-self u imposti differenti għal perijodu jew ammont limitat, l-għola rata tal-imgħax tas-self u imposti għandhom jitqiesu li huma r-rata tal-imgħax tas-self u l-imposti għat-tul ta' żmien kollu tal-kuntratt ta' kreditu. ▌

(e)  Għal kuntratti ta' kreditu li għalihom tkun miftiehma rata tal-imgħax tas-self fissa fir-rigward tal-perijodu inizjali, li fit-tmiem tagħhom tiġi ddeterminata rata tal-imgħax tas-self ġdida u sussegwentement perjodikament aġġustata skont indikatur jew rata ta' referenza interna miftehmin, il-kalkolu tar-RPAI għandha tkun ibbażata fuq il-preżunzjoni li, fi tmiem il-perijodu ta' rata tal-imgħax tas-self fissa, ir-rata tal-imgħax tas-self tkun l-istess bħal dik fil-mument tal-kalkolu tar-RPAI, abbażi tal-valur tal-indikatur jew ir-rata ta' referenza interna miftehmin f'dak iż-żmien, iżda ma tkunx inqas mir-rata tal-imgħax tas-self fissa.

(f)  Jekk il-limitu massimu applikabbli għall-kreditu jkun għadu ma ġiex miftiehem, dak il-limitu massimu jitqies li hu EUR 170 000. Fil-każ ta' kuntratti ta' kreditu, għajr responsabbiltajiet kontinġenti jew garanziji, li l-iskop tagħhom ma jkunx li jinxtara jew jinżamm dritt fi proprjetà immobbli jew art, overdrafts, karti ta' debitu differit u karti ta' kreditu, dan il-limitu massimu jitqies li hu EUR 1 500.

(g)  Fil-każ ta' kuntratti ta' kreditu, għajr kuntratti ta' overdrafts, self intermedjarju, kuntratti ta' kreditu b'ekwità kondiviża, responsabbiltajiet kontinġenti jew garanziji u kuntratti ta' kreditu għal żmien indefinit kif imsemmijin fil-preżunzjonijiet stabbiliti fil-punti (i), (j), (k), (l) u (m):

(i)  jekk id-data jew l-ammont tal-ħlas lura tal-kapital, li għandu jsir mill-konsumatur ma jistgħux jiġu aċċertati, għandu jitqies li l-ħlas lura isir fid-data l-aktar kmieni prevista fil-kuntratt ta' kreditu u huwa għall-inqas ammont li l-kuntratt ta' kreditu jipprevedi;

(ii)  jekk l-intervall bejn id-data ta' prelevament inizjali u d-data tal-ewwel ħlas li għandu jsir mill-konsumatur ma jistax jiġi aċċertat, għandu jitqies li jkun l-intervall l-iktar qasir.

(h)  Fejn id-data jew l-ammont ta' ħlas li għandu jsir mill-konsumatur ma jistgħux jiġu aċċertati abbażi tal-kuntratt ta' kreditu jew il-preżunzjonijiet stabbiliti fil-punti (g), (i), (j), (k), (l) u (m), għandu jitqies li l-ħlas isir skont id-dati u l-kundizzjonijiet rikjesti mill-kreditur u, meta dawn ma jkunux magħrufa:

(i)  imposti tal-imgħax jitħallsu flimkien mal-ħlas lura tal-kapital;

(ii)  imposti mhux tal-imgħax indikati bħala somma waħda jitħallsu fid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt ta' kreditu;

(iii)  imposti mhux tal-imgħax indikati f'diversi pagamenti jitħallsu f'intervalli regolari, li jibdew mad-data tal-ewwel ħlas lura tal-kapital, u jekk l-ammont ta' tali pagamenti mhuwiex magħruf għandhom jitqiesu bħala ammonti ndaqs;

(iv)  il-ħlas finali jħassar il-bilanċ tal-kapital, l-imgħax u imposti oħrajn, jekk ikun hemm.

(i)  Fil-każ ta' faċilità ta' overdraft, l-ammont totali tal-kreditu għandu jitqies prelevat kompletament u għat-tul ta' żmien kollu tal-kuntratt ta' kreditu. Jekk it-tul ta' żmien tal-kuntratt ta' kreditu mhux magħruf, ir-RPAI għandha tiġi kkalkolata fuq il-preżunzjoni li ż-żmien tal-kreditu huwa ta' tliet xhur.

(j)  Fil-każ ta' self transitorju l-ammont totali tal-kreditu għandu jitqies li jiġi prelevat kompletament u għat-tul ta' żmien kollu tal-kuntratt ta' kreditu. Jekk it-tul ta' żmien tal-kuntratt ta' kreditu mhux magħruf, ir-RPAI għandha tiġi kkalkolata fuq il-preżunzjoni li ż-żmien tal-kreditu huwa ta' tnax-il xahar.

(k)  Fil-każ ta' kuntratt ta' kreditu għal żmien indefinit, għajr faċilità ta' overdraft u self transitorju, għandu jitqies li:

(i)  għal kuntratti ta' kreditu, li l-iskop tagħhom huwa li jinxtraw jew jinżammu drittijiet fi proprjetà immobbli, il-kreditu jingħata għal perijodu ta' għoxrin sena li jibda fid-data tal-prelevament inizjali, u li l-ħlas finali mill-konsumatur jaqta' l-bilanċ tal-kapital, l-imgħax u imposti oħrajn, jekk ikun hemm; fil-każ ta' kuntratti ta' kreditu li l-iskop tagħhom mhuwiex li jinxtraw jew jinżammu drittijiet fi proprjetà immobbli jew fejn il-kreditu jiġi prelevat permezz ta' karti ta' debitu differit jew karti ta' kreditu, dan il-perijodu għandu jkun ta' sena;

(ii)  il-kapital jiħallas lura mill-konsumatur fi pagamenti ndaqs kull xahar, li jibdew xahar wara d-data tal-prelevament inizjali. Madankollu, f'każi fejn il-kapital għandu biss jitħallas lura bis-sħiħ, f'pagament wieħed, f'kull perijodu ta' ħlas, prelevamenti suċċessivi u ħlas lura tal-kapital kollu mill-konsumatur għandhom jitqiesu li jsiru matul il-perijodu ta' sena. L-imgħax u imposti oħrajn għandhom jiġu applikati skont dawn il-prelevamenti u l-ħlasijiet lura tal-kapital u kif previst fil-kuntratt ta' kreditu.

Għall-finijiet ta' dan il-punt, kuntratt ta' kreditu għal żmien indefinit huwa kuntratt ta' kreditu mingħajr żmien fiss u jinkludi krediti li għandhom jitħallsu lura kompletament fi żmien perijodu jew wara perijodu, iżda, la darba jitħallsu lura, jsiru disponibbli mill-ġdid għal prelevament.

(l)  Fil-każ ta' responsabbiltajiet kontinġenti jew garanziji:

(i)  l-ammont totali tal-kreditu jitqies li jiġi prelevat kollu f'ammont wieħed fl-aktar kmieni minn:

(a)  id-data tal-aħħar prelevament permessa taħt il-kuntratt tal-kreditu li huwa s-sors potenzjali tar-responsabbiltà jew il-garanzija kontinġenti; jew

(b)  fil-każ ta' kuntratt ta' kreditu miftuħ, fit-tmiem tal-perijodu inizjali qabel it-tiġdid tal-kuntratt.

(m)  Fil-każ ta' kuntratti ta' kreditu b'ekwità kondiviża:

(i)  il-pagamenti mill-konsumaturi għandhom jitqiesu li jsiru fl-aħħar data jew dati permessi taħt il-kuntratt ta' kreditu;

(ii)  żidiet perċentwali fil-valur ta' proprjetà immobbli li tiggarantixxi l-kuntratt ta' kreditu b'ekwità kondiviża, u r-rata ta' kwalunkwe indiċi tal-inflazzjoni msemmi fil-kuntratt, għandhom jitqiesu li huma perċentwali ugwali għall-ogħla mill-objettiv attwali għar-rata tal-inflazzjoni tal-bank ċentrali jew il-livell ta' inflazzjoni fl-Istat Membru fejn tinsab il-proprjetà immobbli, fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt ta' kreditu, jew 0 % jekk dawk il-perċentwali jkunu negattivi.

ANNESS II

Fuljett Ewropew ta' Informazzjoni Standardizzata (FEIS)

PARTI A

It-test f'dan il-mudell għandu jkun riprodott kif inhu fil-FEIS. Indikazzjonijiet bejn il-parenteżi kwadri għandhom jiġu ssostitwiti bl-informazzjoni korrispondenti. Fil-Part B hemm l-istruzzjonijiet għall-kreditur jew, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu, dwar kif għandha timtela l-FEIS.

Kull fejn hemm indikat il-kliem 'fejn applikabbli', il-kreditur għandu jagħti l-informazzjoni rikjesta jekk din tkun rilevanti għall-kuntratt ta' kreditu. Fejn l-informazzjoni ma tkunx rilevanti, il-kreditur għandu jħassar l-informazzjoni kkonċernata jew it-taqsima kollha (pereżempju, f'każijiet fejn it-taqsima ma tkunx applikabbli). Fejn it-taqsima kollha titħassar, in-numerazzjoni tat-taqsimiet tal-FEIS għandha tiġu aġġustata kif xieraq.

L-informazzjoni ta' hawn taħt ▌għandha tingħata f'dokument wieħed. It-tipa użata għandha tkun faċilment leġibbli. Għandha tintuża tipa grassa, bl-isfumatura jew tipa ta' daqs akbar għall-elementi tal-informazzjoni li għandhom ikunu enfasizzati. It-twissijiet ta' riskju applikabbli kollha għandhom jiġu enfasizzati.

Mudell tal-FEIS

(Test introduttorju)

Dan id-dokument sar għal [isem tal-konsumatur] fi [data attwali].

Dan id-dokument sar abbażi tal-informazzjoni mogħtija minnek sa issa u abbażi il-kundizzjonijiet attwali tas-swieq finanzjarji.

L-informazzjoni hawn taħt tibqa' valida sa [data ta' validità], (meta applikabbli) apparti mir-rata tal-imgħax u spejjeż oħra. Wara dik id-data, tista' tinbidel f'konformità mal-kundizzjonijiet tas-suq.

(Fejn applikabbli) Dan id-dokument ma jikkostitwix obbligu għal [isem tal-kreditur] biex jagħtik self.

1.  Mutwanti

[Isem]

[Numru tat-telefon]

[Indirizz ġeografiku]

(Fakultattiv)  [Indirizz elettroniku]

(Fakultattiv)  [Numru tal-fax]

(Fakultattiv)  [Indirizz web]

(Fakultattiv)  [Punt/persuna ta’ kuntatt]

(Meta applikabbli informazzjoni dwar jekk humiex qed jiġu pprovduti servizzi ta' konsulenza:) [(Nirrakkomandaw, wara li vvalutajna l-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi tiegħek, li inti tieħu dan il-kreditu/Aħna mhux qed nirrakkomandaw kreditu partikolari għalik. Madankollu, abbażi tat-tweġibiet tiegħek għal xi mistoqsijiet, qed nagħtuk informazzjoni dwar dan il-kreditu sabiex tkun tista’ tagħmel l-għażla tiegħek stess)]

2.  (Fejn applikabbli) Intermedjarju tal-kreditu

[Isem]

[Numru tat-telefon]

[Indirizz ġeografiku]

(Fakultattiv)  [Indirizz elettroniku]

(Fakultattiv)  [Numru tal-fax]

(Fakultattiv)  [Indirizz web]

(Fakultattiv)  [Punt/persuna ta’ kuntatt]

(Fejn applikabbli [informazzjoni dwar jekk humiex qed jiġu pprovduti servizzi ta' konsulenza (Nirrakkomandaw, wara li vvalutajna l-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi tiegħek, li inti tieħu dan il-kreditu/Aħna mhux qed nirrakkomandaw kreditu partikolari għalik. Madankollu, abbażi tat-tweġibiet tiegħek għal xi mistoqsijiet, qed nagħtuk informazzjoni dwar dan il-kreditu sabiex tkun tista’ tagħmel l-għażla tiegħek stess)]

[Rimunerazzjoni]

3.  Karatteristiċi prinċipali tas-self

Ammont u l-munita tas-self li ser jingħata: [valur][munita]

(Fejn applikabbli) Dan is-self mhuwiex fi [munita nazzjonali tal-mutwatarju]

(Fejn applikabbli) Il-valur tas-self tiegħek fi [munita nazzjonali tal-mutwatarju] tista' tinbidel.

(Fejn applikabbli) Pereżempju, jekk il-valur ta' [munita nazzjonali tal-mutwatarju] waqa' b'20% fil-konfront ta' [munita tal-kreditu], il-valur tas-self tiegħek jiżdied għal [daħħal l-ammont fil-munita nazzjonali tal-mutwatarju]. Madankollu, jista' jkun iktar minn dan jekk il-valur ta' [munita nazzjonali tal-mutwatarju] jaqa' b'iktar minn 20%.

(Fejn applikabbli) Il-valur massimu tas-self ser ikun [daħħal l-ammont fil-munita nazzjonali tal-mutwatarju].] (Fejn applikabbli) Tirċievi twissija jekk l-ammont ta' kreditu jilħaq [daħħal ammont fil-munita nazzjonali tal-mutwatarju. (Fejn applikabbli) Għandek l-opportunità li [daħħal id-dritt li tinnegozja mill-ġdid self f'munita barranija jew id-dritt li tbiddel is-self fi [munita rilevanti] u kundizzjonijiet].

It-tul ta' żmien tas-self: [tul ta' żmien]

[Tip ta' self]

[Tip ta' rata tal-imgħax applikabbli]

Ammont totali li għandu jiġi rimborżat:

Dan ifisser li inti ser tħallas lura [ammont] għal kull [unità tal-munita] mislufa

(Fejn applikabbli) [Dan/Parti minnu] huwa self abbażi tal-imgħax biss. Inti xorta jkun baqagħlek tħallas [daħħal l-ammont tas-self abbażi tal-imgħax biss] fl-aħħar tat-terminu tal-kreditu.

(Fejn applikabbli) Valur preżunt tal-proprjetà biex iħejji dan il-fuljett ta' informazzjoni: [daħħal l-ammont]

(Fejn applikabbli) Ammont massimu ta' self disponibbli b'rabta mal-valur tal-proprjetà [daħħal proporzjon] jew Valur minimu tal-proprjetà rikjest biex jiġi missellef l-ammont illustrat [daħħal ammont]

(Fejn applikabbli) [Garanzija]

4.  Rata tal-imgħax u spejjeż oħra

Ir-rata perċentwali annwali tal-imposti (RPAI) hija l-kost totali tas-self indikat bħala perċentwali annwali. L-RPAI qed tingħata biex tgħinek tqabbel offerti differenti.

Ir-RPAI applikabbli għas-self tiegħek hija [RPAI].

Hija magħmula minn:

Rata tal-imgħax [valur f'perċentwali jew, fejn applikabbli, indikazzjoni ta' rata ta' referenza u l-valur perċentwali tal-firxa tal-keditur]

[Komponenti oħrajn tar-RPAI]

Spejjeż li jridu jitħallsu għal darba biss

(Fejn applikabbli) Jeħtieġ li tħallas tariffa biex tirreġistra l-ipoteka. [Daħħal ammont tat-tariffa meta jkun magħruf jew bażi għal kalkolu.]

Spejjeż li jitħallsu regolarment

(Fejn applikabbli) Din ir-RPAI hija kkalkulata bl-użu ta' suppożizzjonijiet rigward ir-rata tal-imgħax.

(Fejn applikabbli) Minħabba li [parti mis-] self tiegħek huwa self b'rata tal-imgħax varjabbli, ir-RPAI tista' tkun differenti minn din ir-RPAI jekk tinbidel ir-rata tal-imgħax tas-self tiegħek. Pereżempju, jekk ir-rata tal-imgħax żdiedet għal [sitwazzjoni kif deskritta fil-Parti B], ir-RPAI tista' tiżdied għal [daħħal RPAI illustrattiva li tikkorrispondi mas-sitwazzjoni],

(Fejn applikabbli) Jekk jogħġbok innota li din ir-RPAI hija kkalkulata fuq il-bażi li r-rata tal-imgħax tibqa' fil-livell iffissat għall-perijodu inizjali matul id-durata tal-kuntratt.

(Fejn applikabbli) L-ispejjeż li ġejjin mhumiex magħrufin lill-mutwanti u għaldaqstant mhumiex inklużi fir-RPAI. [Spejjeż]

(Fejn applikabbli) Jeħtieġ li tħallas tariffa biex tirreġistra l-ipoteka.

Jekk jogħġbok kun ċert li tkun konxju mit-taxxi u l-ispejjeż l-oħrajn kollha assoċjati mas-self tiegħek.

5.  Frekwenza u numru ta' pagamenti

Frekwenza tal-ħlas lura: [frekwenza]

Numru ta' pagamenti: [numru]

6.  Ammont ta' kull pagament akkont

[Ammont][munita]

Id-dħul tiegħek jista' jinbidel. Jekk jogħġbok ikkunsidra jekk tkunx tista' taffordja l-ħlas lura akkont [frekwenza] fil-każ li d-dħul tiegħek jonqos.

(Fejn applikabbli) Minħabba li [dan/parti minn dan] huwa self abbażi tal-imgħax biss jeħtieġlek tagħmel arranġamenti separati biex terġa' tħallas lura [daħħal ammont tas-self abbażi ta' imgħax biss] li jkollok tagħti fl-aħħar tal-perijodu tas-self. Ftakar biex iżżid kwalunkwe pagament ieħor li jkollok tagħmel għall-ammont ta' pagament akkont li jidher hawn.

(Fejn applikabbli) Ir-rata tal-imgħax fuq [parti minnu] dan is-self tista' tinbidel. Dan ifisser li l-ammont tal-pagamenti akkont tiegħek jistgħu jiżdiedu jew jonqsu. Pereżempju, jekk ir-rata tal-imgħax żdiedet għal [sitwazzjoni kif deskritta fil-Parti B], il-pagamenti tiegħek jistgħu jiżdiedu għal [daħħal l-ammont tal-pagament akkont li jikkorrispondi mas-sitwazzjoni].

(Fejn applikabbli) Il-valur tal-ammont li għandek tħallas f'[munita nazzjonali tal-mutwatarju] kull [frekwenza tal-pagament akkont] tista' tinbidel. (Fejn applikabbli) Il-pagamenti tiegħek jistgħu jiżdiedu għal [daħħal ammont massimu fil-munita nazzjonali tal-mutwatarju] kull [daħħal perijodu] (Fejn applikabbli). Pereżempju, jekk il-valur ta' [munita nazzjonali tal-mutwatarju] waqa' b'20% marbut ma' [munita tal-kreditu] ikollok tħallas [daħħal ammont f'munita nazzjonali tal-mutwatarju] żejda kull [daħħal perijodu]. Il-pagamenti tiegħek jistgħu jiżdiedu b’aktar minn hekk.

(Fejn applikabbli) Ir-rata tal-kambju użata għall-konversjoni tal-ħlas lura tiegħek fi [munita tal-kreditu] għal [munita nazzjonali tal-mutwatarju] ser tkun ir-rata ppubblikata minn [isem tal-istituzzjoni li tippubblika r-rata tal-kambju] fi [data] jew ser tiġi kkalkulata fi [data] bl-użu ta' [daħħal isem tal-punt ta' riferiment jew il-metodu ta' kalkolu].

(Fejn applikabbli) [Dettalji dwar prodotti tat-tfaddil marbuta, self b'imgħax differit]

7.  (Fejn applikabbli) Tabella bl-eżempji tal-ħlas lura

Din it-tabella turi l-ammont li għandu jitħallas kull [frekwenza].

Il-pagamenti akkont (kolonna [nru rilevanti]) huma s-somma tal-imgħax li għandu jitħallas (kolonna [nru rilevanti]), fejn applikabbli, il-kapital imħallas (kolonna [nru rilevanti]) u fejn applikabbli spejjeż oħra (kolonna [nru rilevanti]). (Fejn applikabbli) L-ispejjeż fil-kolonna ta' spejjeż oħrajn jirreferu għal [lista ta' spejjeż]. Kapital dovut (kolonna [nru rilevanti]) huwa l-ammont tas-self li għad jrid jiġi rimborżat wara kull pagament akkont.

[Tabella]

8.  Obbligi addizzjonali

Il-mutwatarju għandu jikkonforma mal-obbligi li ġejjin sabiex ikun jista' jibbenefika mill-kundizzjonijiet tas-self deskritti f'dan id-dokument.

[Obbligi]

(Fejn applikabbli) Jekk jogħġbok innota li l-kundizzjonijiet tas-self deskritti f'dan id-dokument (inkluża r-rata tal-imgħax) jistgħu jinbidlu jekk dawn l-obbligi ma jiġux rispettati.

(Fejn applikabbli) Jekk jogħġbok innota l-konsegwenzi possibbli tat-terminazzjoni fi stadju aktar tard ta' kwalunkwe servizz anċillari relatat mas-self:

[Konsegwenzi]

9.  Ħlas lura antiċipat

Għandek il-possibbiltà li tħallas lura dan is-self, kollu jew parzjalment, b'mod antiċipat

(Fejn applikabbli) [Kundizzjonijiet]

(Fejn applikabbli) Imposta f'każ ta' terminazzjoni: [daħħal ammont jew, fejn mhux possibbli, il-metodu tal-kalkolu]

(Fejn applikabbli) Jekk tiddeċiedi li tħallas lura dan is-self b'mod antiċipat, jekk jogħġbok ikkuntattjana biex taċċerta l-livell eżatt tal-imposta f'każ ta' terminazzjoni f'dak il-mument.

10.  Karatteristiċi flessibbli

(Fejn applikabbli) [Informazzjoni dwar portabbiltà/surroga] Inti għandek il-possibbiltà li tittrasferixxi dan is-self lil [mutwanti] [jew] [proprjetà] oħra. [Daħħal il-kundizzjonijiet]

(Fejn applikabbli) Inti m’għandekx il-possibbiltà li tittrasferixxi dan is-self lil [muwanti] [jew] [proprjetà] oħra.

(Fejn applikabbli) Karatteristiċi addizzjonali: [daħal spjegazzjoni tal-karatteristiċi addizzjonali elenkati fil-Parti B, u, jekk tixtieq, kwalunkwe karatteristika oħra offruta mill-mutwanti bħala parti mill-kuntratt tal-kreditu li mhijiex imsemmija fit-taqsimiet preċedenti].

11.  Drittijiet oħrajn tal-mutwatarju

(Fejn applikabbli) Għandek [tul ta' perijodu ta' riflessjoni] wara [punt fejn jibda l-perijodu ta' riflessjoni] biex tirrifletti qabel ma tikkommetti ruħek biex tissellef. (Fejn applikabbli) Ladarba tkun irċevejt il-kuntratt ta' kreditu mingħand il-mutwanti, tista' ma taċċettahx qabel it-tmiem ta' [tul tal-perijodu ta' riflessjoni].

(Fejn applikabbli) Għal perijodu ta' [tul tal-perijodu tar-rexissjoni] wara [meta jibda l-perijodu tar-rexissjoni], tista' teżerċita d-dritt tiegħek li tħassar il-kuntratt. [Kundizzjonijiet][Daħħal il-proċedura]

(Fejn applikabbli) Tista' titlef id-dritt tiegħek li tikkanċella l-kuntratt jekk, matul dak il-perijodu, tixtri jew tbigħ proprjetà marbuta ma' dan il-kuntratt ta' kreditu.

(Fejn applikabbli) Jekk tiddeċiedi li teżerċita id-dritt tiegħek ta' rexissjoni [mill-kuntratt tal-kreditu], jekk jogħġbok ivverifika jekk ser tibqax vinkolat bl-obbligi l-oħrajn tiegħek relatati mas-self [inkluż is-servizzi anċillari relatati mas-self, [imsemmijin fit-Taqsima 7].

12.  Ilmenti

Jekk għandek ilment jekk jogħġbok ikkuntattja [daħħal punt ta’ kuntatt intern u sors ta’ informazzjoni dwar il-proċedura].

(Fejn applikabbli) Żmien massimu li fih għandu jiġi ttrattat l-ilment [perijodu ta' żmien]

(Fejn applikabbli) [Jekk ma nsibux soluzzjoni interna li tissodisfak għal dan l-ilment,] inti tista' tikkuntattja wkoll: [daħħal isem ta' korp estern għal ilmenti u rimedji extraġudizzjarji] (Fejn applikabbli) jew tista' tikkuntattja FIN-NET għad-dettalji tal-korp ekwivalenti f'pajjiżek.

13.  Nuqqas ta' konformità mal-impenji marbutin mas-self: konsegwenzi għall-mutwatarju

[Tipi ta' nuqqas ta' konformità]

[Konsegwenzi finanzjarji u/jew legali]

Jekk tiltaqa' ma' xi diffikultà biex tagħmel il-pagamenti tiegħek [frekwenza], jekk jogħġbok ikkuntattjana minnufih biex nesploraw soluzzjonijiet possibbli.

(Fejn applikabbli) Bħala soluzzjoni estrema, id-dar tiegħek tista' tiġi maqbuda jekk ma tlaħħaqx mal-pagamenti.

(Fejn applikabbli) 14. Informazzjoni addizzjonali ▌

(Fejn applikabbli) [Indikazzjoni tal-liġi applikabbli għall-kuntratt ta' kreditu].

(Fejn il-mutwanti għandu l-intenzjoni li juża lingwa differenti mil-lingwa tal-FEIS) Informazzjoni u termini kuntrattwali ser jingħataw bi [lingwa]. Bil-kunsens tiegħek, beħsiebna nikkomunikaw bi [lingwa/i] matul id-durata kollha tal-kuntratt ta' kreditu.

[Daħħal dikjarazzjoni dwar id-dritt li għandu jiġi pprovdut ma' jew offrut, kif applikabbli, abbozz ta' kuntratt ta' kreditu]

15.  Superviżur

Il-mutwanti huwa ssorveljat minn [Isem/ismijiet u indirizz(i) web tal-awtorità/awtoritajiet superviżorja/i]

(Fejn applikabbli) L-intermedjarju tal-kreditu huwa ssorveljat minn [Isem u indirizz web tal-awtorità superviżorja].

PARTI B

Istruzzjonijiet għall-mili tal-FEIS

Meta jimtela l-FEIS, għandhom jiġi segwiti mill-inqas dawn l-istruzzjonijiet. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jelaboraw jew jispeċifikaw aktar l-istruzzjonijiet għall-mili tal-FEIS.

Taqsima 'Test introduttorju'

(1)  Id-data tal-validità għandha tiġi enfasizzata sew. Għall-finijiet ta' din it-taqsima, id-'data tal-validità' tfisser il-perijodu ta' żmien li matulu l-informazzjoni, eż, ir-rata tal-imgħax tas-self, li tinsab fl-FEIS ma tinbidilx u li tapplika kemm-il darba l-kreditur jiddeċiedi li jagħti l-kreditu matul dan il-perijodu ta' żmien. Fejn id-determinazzjoni tar-rata tal-imgħax tas-self applikabbli u spejjeż oħrajn tiddependi mir-riżultati tal-bejgħ tal-bonds sottostanti, ir-rata ta' self u spejjeż oħrajn eventwali jistgħu jkunu differenti minn dawk indikati. F'dawk iċ-ċirkustanzi biss, għandu jkun stipulat li d-data ta' validità ma tapplikax għar-rata ta' self u spejjeż oħrajn billi jiżdiedu l-kliem:: "apparti mir-rata tal-imgħax u spejjeż oħrajn".

Taqsima '1. Mutwanti'

(1)  L-isem, in-numru tat-telefon, u l-indirizz ġeografiku ▌tal-kreditur għandhom jirreferu għall-informazzjoni dwar il-kuntatt li l-konsumatur jista' juża għal korrispondenza futura.

(2)  L-infomazzjoni dwar l-indirizz elettroniku, in-numru tal-fax u l-persuna/punt tal-kuntatt hija fakultattiva.

(3)  F'konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/65/KE, fejn it-transizzjoni tiġi offruta b'distanza, il-kreditur għandu jindika, fejn applikabbli, l-isem u l-indirizz ġeografiku tar-repreżentant tiegħu fl-Istat Membru ta' residenza tal-konsumatur. L-indikazzjoni tan-numru tat-telefon, l-indirizz elettroniku u l-indirizz web tar-repreżentant tal-fornitur tal-kreditu hija fakultattiva.

(4)  Fejn Taqsima 2 mhix applikabbli, il-kreditur għandu jinforma lill-konsumatur jekk humiex qed jiġu pprovduti s-servizzi ta' konsulenza u fuq liema bażi bl-użu tal-formulazzjoni fil-Parti A.

(Fejn applikabbli) Taqsima '2. Intermedjarju tal-kreditu'

Meta l-informazzjoni dwar il-prodott qed tiġi pprovduta lill-konsumatur minn intermedjarju tal-kreditu, dak l-intermedjarju għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(1)  L-isem, in-numru tat-telefon, u l-indirizz ġeografiku tal-intermedjarju tal-kreditu għandhom jirreferu għall-informazzjoni dwar il-kuntatt li l-konsumatur jista' juża għal korrispondenza futura.

(2)  L-informazzjoni dwar l-indirizz elettroniku, in-numru tal-fax, l-indirizz web u l-persuna/punt tal-kuntatt hija fakultattiva.

(3)  L-intermedjarju tal-kreditu għandu jinforma lill-konsumatur jekk humiex qed jiġu pprovduti servizzi ta' konsulenza u fuq liema bażi bl-użu tal-formulazzjoni fil-Parti A.

(4)  Spjegazzjoni dwar kif qed jiġi rimunerat l-intermedjarju tal-kreditu. Meta jkun qed jirċievi kummissjoni minn kreditur, l-ammont u, fejn ikun differenti mill-isem fit-Taqsima 1, għandu jiġi pprovdut l-isem tal-kreditur.

Taqsima '2. Karatteristiċi ewlenin tas-self'

(1)  Din it-taqsima għandha tispjega b'mod ċar il-karatteristiċi ewlenin tal-kreditu, inkluż il-valur u l-munita u r-riskji potenzjali assoċjati mar-rata tal-imgħax tas-self, inklużi dawk imsemmija fil-punt (3), u l-istruttura ta' amortizzament.

(2)  Meta l-munita tal-kreditu hija differenti mill-munita nazzjonali tal-konsumatur, il-kreditur għandu jindika li l-konsumatur ser jirċievi twissija regolari tal-inqas kull meta r-rata tal-kambju tvarja b'aktar minn 20%, fejn applikabbli d-dritt tal-konverżjoni tal-munita tal-kuntratt ta' kreditu jew il-possibbiltà li jiġu nnegozjati mill-ġdid il-kundizzjonijiet u kwalunkwe arranġament ieħor disponibbli għall-konsumatur biex jiġi limitat l-esponiment tagħhom għar-riskju tar-rata tal-kambju. Fejn hemm dispożizzjoni fil-kuntratt ta' kreditu li jiġi limitat ir-riskju tar-rata tal-kambju, il-kreditur għandu jindika l-ammont massimu li l-konsumatur jista' jkollu biex iħallas lura. Fejn ma hemmx dispożizzjoni fil-kuntratt ta' kreditu li jiġi limitat ir-riskju tar-rata tal-kambju li għalih huwa espost il-konsumatur għal ċaqliq fir-rata tal-kambju ta' inqas minn 20%, il-kreditur għandu jindika eżempju tal-effett ta' waqgħa ta' 20 % fil-valur tal-munita nazzjonali tal-konsumatur fil-konfront tal-munita tal-kreditu fuq il-valur tal-kreditu.

(3)   It-tul ta' żmien tal-kreditu għandu jkun indikat fi snin jew xhur, liema minnhom ikun l-aktar rilevanti. Fejn it-tul ta' żmien tal-kreditu jista' jvarja matul il-ħajja tal-kuntratt, il-kreditur għandu jispjega meta u taħt liema kundizzjonijiet dan jista' jseħħ. Meta l-kreditu jkun għal żmien indefinit, pereżempju għal karta ta' kreditur koperta b'garanzija, il-kreditur għandu jiddikjara dak il-fatt b'mod ċar.

(4)  It-tip tal-kreditu għandu jiġi indikat b'mod ċar (eż. kreditu ipotekarju, self residenzjali, karta ta' kreditu koperta b'garanzija). Id-deskrizzjoni tat-tip ta’ kreditu għandha tindika b’mod ċar kif il-kapital u l-imgħax għandhom jiġu rimborżati matul il-ħajja tal-kreditu (jiġifieri l-istruttura ta' amortizzament), u tispeċifika b'mod ċar jekk il-kuntratt ta’ kreditu huwiex fuq il-bażi ta' ħlas lura tal-kapital jew tal-imgħax biss, jew taħlita tat-tnejn.

(5)  Meta l-kreditu kollu jew parti minnu huwa kreditu abbażi tal-imgħax biss, għandha tiddaħħal fi tmiem din it-taqsima b'mod prominenti dikjarazzjoni li tindika b'mod ċar dak il-fatt bl-użu tal-formulazzjoni fil-Parti A.

(6)  Din it-taqsima għandha tispjega jekk ir-rata tal-imgħax tas-self hijiex fissa jew varjabbli u, fejn applikabbli, il-perijodi li matulhom ser tibqa' fissa; il-frekwenza tar-reviżjonijiet sussegwenti u l-eżistenza ta' limiti għall-varjabbiltà tar-rata tal-imgħax tas-self, bħal limiti massimi jew limiti minimi.

Il-formula użata għar-reviżjoni tar-rata tal-imgħax tas-self u l-kompenenti differenti tagħha (eż. ir-rata ta' referenza, il-firxa tar-rata tal-imgħax) għandha tiġi spjegata. Il-kreditur għandu jindika, eż. permezz ta' indirizz web, jekk tistax tinsab aktar informazzjoni dwar l-indiċijiet jew ir-rati użati fil-formula, eż. il-Euribor jew ir-rata ta' referenza tal-bank ċentrali.

(7)  Jekk japplikaw rati tal-imgħax tas-self differenti f'ċirkostanzi differenti, għandha tingħata l-informazzjoni dwar ir-rati kollha applikabbli.

(8)  L-'ammont totali li għandu jiġi rimborżat' jikkorrispondi għall-ammont totali pagabbli mill-konsumatur. Għandu jintwera bħala s-somma tal-ammont tal-kreditu u l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur. Fejn ir-rata tal-imgħax tas-self ma tkunx iffissata għat-tul ta' żmien tal-kuntratt, għandu jkun enfasizzat li dan l-ammont huwa illustattiv li jista' jvarja partikolarment fir-rigward tal-varjazzjoni tar-rata tal-imgħax tas-self.

(9)  Fejn il-kreditu ser ikun iggarantit b'ipoteka fuq il-proprjetà immobbli jew garanzija oħra paragunabbli jew bi dritt relatat ma' proprjetà immobbli, il-kreditur għandu jiġbed l-attenzjoni tal-konsumatur dwar dan. Fejn applikabbli l-kreditur għandu jindika l-valur preżunt tal-proprjetà immobbli jew ta' garanzija oħra użata biex jitħejja dan il-fuljett ta' informazzjoni.

(10)  Il-kreditur għandu jindika, fejn applikabbli, jew:

a)  'ammont massimu ta' self disponibbli b'rabta mal-valur tal-proprjetà', li jindika r-relazzjoni bejn is-self u l-valur. Din ir-relazzjoni għandha tkun akkumpanjata b'eżempju f'termini assoluti tal-ammont massimu li jista' jittieħed b'self għal valur speċifiku ta' proprjetà; jew

b)  il-'valur minimu tal-proprjetà rikjest mill-kreditur biex isellef l-ammont muri'.

(11)  Meta l-krediti huma krediti b'iktar minn parti waħda (eż. b'mod konkorrenti parti b'rata fissa, parti b'rata varjabbli), dan għandu jiġi rifless fl-indikazzjoni tat-tip ta' kreditu u l-informazzjoni mitluba għandha tingħata għal kull parti mill-kreditu.

Taqsima '3. Rata tal-imgħax' u spejjeż oħra

(1)  Ir-referenza għal 'rata tal-imgħax' tikkorrispondi għar-rata jew rati tal-imgħax tas-self.

(2)  Ir-rata tal-imgħax tas-self għandha tiġi espressa bħala valur perċentwali. Fejn ir-rata tal-imgħax tas-self tkun varjabbli u bbażata fuq rata ta' referenza, il-kreditur jista' jindika r-rata tal-imgħax tas-self billi jiddikjara rata ta' referenza u valur perċentwali tal-firxa tal-kreditur. Madankollu, il-kreditur għandu jindika l-valur tar-rata ta' referenza li tkun valida fil-jum tal-ħruġ tal-FEIS.

Fejn ir-rata tal-imgħax tas-self hija varjabbli l-informazzjoni għandha tinkludi: (a) is-suppożizzjonijiet użati biex tiġi kkalkulata r-RPAI; (b) fejn rilevanti, il-limiti massimi u l-limiti minimi applikabbli u (c) twissija li l-varjabbiltà tista' taffettwa l-livell effettiv tar-RPAI. Sabiex tinġibed l-attenzjoni tal-konsumatur id-daqs tat-tipa użata għat-twissija għandu jkun ikbar u għandu jidher b'mod prominenti fit-test tal-FEIS. It-twissija għandha tkun akkumpanjata minn eżempju illustrattiv dwar ir-RPAI. Fejn hemm limitu massimu fuq ir-rata tal-imgħax tas-self, l-eżempju għandu jassumi li r-rata tal-imgħax tas-self togħla mill-aktar fis possibbli għall-ogħla livell previst fil-kuntratt ta' kreditu. Fejn m'hemm l-ebda limitu massimu l-eżempju għandu juri r-RPAI bl-ogħla rata tal-imgħax tas-self f'tal-inqas fl-aħħar 20 sena, jew fejn id-data sottostanti għall-kalkolu tar-rata tal-imgħax tas-self hija disponibbli għal perijodu ta' inqas minn 20 sena, l-itwal perijodu li għalih tkun disponibbli tali data, ibbażata fuq l-ogħla valur ta' kwalunkwe rata ta' referenza esterna użata fil-kalkolu tar-rata tal-imgħax tas-self fejn applikabbli jew l-ogħla valur ta' rata ta' punt ta' riferiment speċifikat minn awtorità kompetenti jew l-ABE fejn il-kreditur ma jużax rata ta' referenza esterna. Tali rekwiżit m'għandux japplika għall-kuntratti ta' kreditu fejn ir-rata tal-imgħax tas-self hija ffissata għal perijodu inizjali materjali ta' diversi snin u mbagħad tista' tiġi ffissata għal perijodu ulterjuri wara negozjati bejn il-kreditur u l-konsumatur. Għal kuntratti ta' kreditu fejn ir-rata tal-imgħax tas-self hija ffissata għal perijodu inizjali materjali ta' diversi snin u mbagħad tista' tiġi ffissata għal perijodu ulterjuri wara negozjati bejn il-kreditur u l-konsumatur, l-informazzjoni għandha tinkludi twissija li r-RPAI hija kkalkulata fuq il-bażi tar-rata tal-imgħax tas-self għall-perijodu inizjali. It-twissija għandha tkun akkumpanjata minn RPAI illustrattiva addizzjonali, ikkalkulata f'konformità mal-Artikolu 17(4). Fejn il-krediti huma krediti b’iktar minn parti waħda (eż. b'mod konkorrenti parti b’rata fissa, parti b’rata varjabbli), l-informazzjoni għandha tingħata għal kull parti tal-kreditu.

(3)  Fit-taqsima dwar 'komponenti oħrajn tar-RPAI' għandhom jiġu elenkati l-ispejjeż l-oħrajn kollha li qiegħdin fir-RPAI, inklużi spejjeż ta' darba bħal tariffi amministrattivi, u spejjeż regolari bħal tariffi ammininistrattivi annwali. Il-kreditur għandu jelenka kull waħda mill-ispejjeż skont il-kategorija (spejjeż li jitħallsu darba biss, spejjeż li jitħallsu regolarment u inklużi fil-pagamenti akkont, spejjeż li jitħallsu regolarment iżda mhux inklużi fil-pagamenti akkont), b'indikazzjoni tal-ammont tagħhom, lil min ser jitħallsu u meta. Mhux meħtieġ li dan jinkludi l-ispejjeż imġarrba f’każ ta’ ksur tal-obbligi tal-kuntratt. Fejn l-ammont ma jkunx magħruf, il-kreditur għandu jagħti indikazzjoni tal-ammont jekk possibbli, u jekk mhux possibbli, ta' kif l-ammont ser jiġi kkalkulat u għandu jispeċifika li l-ammont mogħti huwa biss indikattiv. Fejn ċerti spejjeż ma jkunux inklużi fir-RPAI minħabba l-fatt li ma jkunux magħrufin lill-kreditur, dan għandu jiġi enfasizzat.

Fejn il-konsumatur ikun informa lill-kreditur dwar komponent wieħed jew aktar tal-kreditu preferut tiegħu, bħat-tul ta' żmien tal-kuntratt ta' kreditu u l-ammont totali tal-kreditu, il-kreditur għandu, fejn possibbli, juża dawn il-komponenti; jekk kuntratt ta' kreditu jipprevedi modi differenti ta' prelevament b'imposti jew rati tal-imgħax tas-self differenti u l-kreditur juża l-preżunzjonijiet stabbiliti fil-Parti II tal-Anness I, huwa għandu jindika li l-mekkaniżmi ta' prelevament oħrajn għal dan it-tip ta' kuntratt ta' kreditu jistgħu jirriżultaw f'RPAI ogħla. Fejn il-kundizzjonijiet għall-prelevamenti jkunu użati għall-kalkolu tar-RPAI, il-kreditur għandu jenfasizza l-imposti relatati ma' mekkaniżmi ta' prelevament oħrajn li mhux neċessarjament ikunu dawk użati fil-kalkolu tar-RPAI.

(4)  Fejn tariffa hija pagabbli għal reġistrazzjoni tal-ipoteka jew sigurtà komparabbli, dan għandu jiġi ddivulgat f'din it-taqsima mal-ammont, fejn ikun magħruf, jew fejn dan mhux possibbli l-bażi biex jiġi determinat l-ammont. Fejn it-tariffi huma magħrufa u inklużi fir-RPAI, l-eżistenza u l-ammont tat-tariffa għandhom jiġu elenkati taħt "Spejjeż li għandhom jitħallsu darba biss". Fejn it-tariffi ma jkunux magħrufin mill-kreditur u għalhekk ma jkunux inklużi fir-RPAI l-eżistenza tat-tariffa għandha tissemma b'mod ċar fil-lista tal-ispejjeż li mhumiex magħrufin mill-kreditur. Fiż-żewġ każijiet il-formulazzjoni standardizzata f'Parti A għandha tintuża taħt l-intestatura adatta.

Taqsima '4. Frekwenza u numru ta' pagamenti'

(1)  Fejn il-pagamenti ser isiru fuq bażi regolari, il-frekwenza tal-pagamenti għandha tkun indikata (eż. kull xahar). Fejn il-frekwenza tal-pagamenti ser tkun irregolari, dan għandu jkun spjegat lill-konsumatur b'mod ċar.

(2)  In-numru ta' pagamenti indikati għandhom ikopru t-tul ta' żmien kollha tal-kreditu.

Taqsima '5. Ammont ta' kull pagament akkont'

(1)  Il-munita tal-kreditu u l-munita tal-pagamenti akkont għandhom ikunu indikati b'mod ċar.

(2)  Fejn l-ammont tal-pagamenti akkont jista' jinbidel matul il-ħajja tal-kreditu, il-kreditur għandu jispeċifika l-perijodu li matulu dak l-ammont tal-pagament akkont inizjali ser jibqa' kif inhu u meta u b'liema frekwenza ser jinbidel wara.

(3)  Meta l-kreditu kollu jew parti minnu huwa kreditu abbażi tal-imgħax biss, għandha tiddaħħal fi tmiem din it-taqsima b'mod prominenti dikjarazzjoni li tindika b'mod ċar dak il-fatt bl-użu tal-formulazzjoni fil-Parti A.

Jekk hemm rekwiżit għall-konsumatur li jieħu prodott tat-tfaddil vinkolat bħala kundizzjoni għall-għoti ta’ kreditu abbażi tal-imgħax biss garantit b’ipoteka jew garanzija oħra kumparabbli, l-ammont u l-frekwenza ta’ kwalunkwe pagament għal dan il-prodott għandhom jiġu pprovduti.

(4)  Fejn ir-rata tal-imgħax tas-self tkun varjabbli, l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll dikjarazzjoni li tindika dak il-fatt, bl-użu tal-formulazzjoni fil-Parti A u eżempju tal-ammont massimu ta' pagament akkont. Fejn hemm limitu massimu, l-eżempju għandu juri l-ammont tal-pagamenti akkont jekk ir-rata tal-imgħax tas-self tiżdied għal-livell tal-limitu massimu. Fejn m'hemm l-ebda limitu massimu, l-agħar sitwazzjoni possibbli għandha turi l-livell tal-pagamenti akkont bl-ogħla rata tal-imgħax tas-self fl-aħħar 20 sena jew fejn id-data sottostanti għall-kalkolu tar-rata tal-imgħax tas-self hija disponibbli għal perijodu ta' inqas minn 20 sena, l-itwal perijodu li għalih tkun disponibbli tali data, ibbażata fuq l-ogħla valur ta' kwalunkwe rata ta' referenza esterna użata fil-kalkolu tar-rata tal-imgħax tas-self fejn applikabbli jew l-ogħla valur ta' rata ta' punt ta' riferiment speċifikat minn awtorità kompetenti jew l-ABE fejn il-kreditur ma jużax rata ta' referenza esterna. Ir-rekwiżit li wieħed jipprovdi eżempju illustrattiv m'għandux japplika għall-kuntratti ta' kreditu fejn ir-rata tal-imgħax tas-self hija ffissata għal perijodu inizjali materjali ta' diversi snin u mbagħad tista' tiġi ffissata għal perijodu ulterjuri wara negozjati bejn il-kreditur u l-konsumatur. Fejn il-krediti huma krediti b’iktar minn parti waħda (eż. b'mod konkorrenti parti b’rata fissa, parti b’rata varjabbli), l-informazzjoni għandha tingħata għal kull parti tal-kreditu, u bħala total.

(5)  (Fejn applikabbli) Fejn il-munita tal-kreditu tkun differenti mill-munita nazzjonali tal-konsumatur jew fejn il-kreditu jkun indiċizzat ma' munita li tkun differenti mill-munita nazzjonali tal-konsumatur, il-kreditur għandu jinkludi eżempju numeriku li juru b'mod ċar kif bidliet fir-rata tal-kambju rilevanti tista' taffettwa l-ammont ta' pagamenti akkont bl-użu tal-formulazzjoni fil-Parti A. Dak l-eżempju għandu jkun ibbażat fuq tnaqqis ta' 20% fil-valur tal-munita nazzjonali tal-konsumatur flimkien ma' dikjarazzjoni prominenti li l-pagamenti akkont jistgħu jiżdiedu b'aktar minn dak l-ammont preżunt f'dak l-eżempju. Fejn ikun hemm limitu massimu li jillimita dik iż-żieda għal inqas minn 20%, għandu jingħata, minflok, il-valur massimu tal-pagamenti fil-munita tal-konsumatur, u d-dikjarazzjoni dwar il-possibbiltà ta' aktar żidiet għandha titħalla barra.

(6)  Fejn il-kreditu kollu kemm hu jew parzjalment kreditu b'rata varjabbli u l-punt 3 japplika, l-eżempju fil-punt 5 għandu jingħata fuq il-bażi tal-ammont tal-pagament akkont imsemmi fil-punt 1.

(7)  Fejn il-munita użata għall-pagament tal-pagamenti akkont tkun differenti mill-munita tal-kreditu jew fejn l-ammont ta' kull pagament akkont imsarraf f'munita nazzjonali tal-konsumatur jiddependi fuq l-ammont li jikkorrispondi f'munita differenti, din it-taqsima għandha tindika d-data li fiha tiġi kkalkulata r-rata tal-kambju applikabbli u jew ir-rata tal-kambju jew il-bażi li tiġi kkalkulata fuqha u l-frekwenza tal-aġġustament tagħhom. Fejn applikabbli tali indikazzjoni għandha tinkludi l-isem tal-istituzzjoni li tippubblika r-rata tal-kambju.

(8)  Fejn il-kreditu huwa kreditu b'imgħax differit li bih l-imgħax dovut ma jitħallasx totalment lura bil-pagamenti akkont u jiżdied mal-ammont totali tal-kreditu pendenti, għandu jkun hemm spjegazzjoni dwar: kif u meta l-imgħax differit ser jiżdied mal-kreditu bħala ammont fi flus; u x’inhuma l-implikazzjonijiet għall-konsumatur fir-rigward tad-dejn li jkun fadlilhom.

Taqsima '7. Tabella tal-ħlas lura indikattiva'

(1)  Din it-taqsima għandha tiġi inkluża fejn il-kreditu huwa kreditu b'imgħax differit li bih l-imgħax dovut ma jitħallasx totalment bil-pagamenti akkont u jiżdied mal-ammont totali tal-kreditu pendenti jew fejn ir-rata tal-imgħax tas-self hija ffissata għad-durata tal-kuntratt ta' kreditu. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li t-tabella ta' amortizzament indikattiva tkun obbligatorja f'każijiet oħra.

Fejn il-konsumatur għandu d-dritt li jirċievi tabella ta' amortizzament riveduta, dan għandu jkun indikat mal-kundizzjonijiet li skonthom il-konsumatur għandu dak id-dritt.

(2)  L-Istati Membri jistgħu jesiġu li fejn ir-rata tal-imgħax tas-self tista' tvarja matul il-ħajja tal-kreditu, il-kreditur għandu jindika, il-perijodu li matulu dik ir-rata tal-imgħax tas-self inizjali ser tibqa' kif inhi.

(3)  It-tabella li għandha tkun inkluża f'din it-taqsima għandu jkun fiha l-kolonni li ġejjin: 'skeda ta' ħlas lura' (eż. xahar 1, xahar 2, xahar 3), 'ammont tal-pagament akkont', 'imgħax li għandu jitħallas f'kull pagament akkont', 'spejjeż oħrajn inklużi fil-pagament akkont' (fejn rilevanti), 'kapital imħallas f'kull pagament akkont' u 'kapital dovut wara kull pagament akkont'.

(4)  Għall-ewwel sena tal-ħlas lura l-informazzjoni għandha tingħata għal kull pagament akkont u għandu jkun indikat subtotal għal kull kolonna fl-aħħar ta' dik l-ewwel sena. Għas-snin ta' wara, l-informazzjoni tista' tingħata fuq bażi annwali. Fl-aħħar tat-tabella għandha tiżdied ringiela tat-total globali li għandha tagħti l-ammonti totali għal kull kolonna. L-ispiża totali tal-kreditu mħallsa mill-konsumatur (jiġifieri s-somma globali tal-kolonna tal-'ammont tal-pagament akkont') għandu jkun enfasizzat b'mod ċar u ppreżentat bħala tali.

(5)  Fejn ir-rata tal-imgħax tas-self tkun soġġetta għal reviżjoni u l-ammont tal-pagament akkont wara kull reviżjoni ma jkunx magħruf, il-kreditur jista' jindika fit-tabella ta' amortizzament l-istess ammont ta' pagament akkont għat-tul ta' żmien kollha tal-kreditu. F'dan il-każ, il-kreditur għandu jiġbed l-attenzjoni tal-konsumatur għal dan il-fatt billi jagħmel differenzjazzjoni viżiva bejn l-ammonti li huma magħrufin u dawk li huma ipotetiċi (eż. billi juża tipa differenti, borduri jew sfumaturi). Barra minn dan, test leġibbli b'mod ċar għandu jispjega għal liema perjodi l-ammonti rappreżentati fit-tabella jistgħu jvarjaw u għalfejn.

Taqsima '8. Obbligi addizzjonali'

(1)  F'din it-taqsima l-kreditur għandu jirreferi għall-obbligi bħal l-obbligu li l-proprjetà immobbli tkun assigurata, li assigurazzjoni tal-ħajja tinxtara, li jkun hemm salarju li jitħallas f'kont mal-kreditur jew li jinxtara kwalunkwe prodott jew servizz ieħor. Għal kull obbligu, il-kreditu għandu jispeċifika lejn min u sa meta jrid ikun issodisfat l-obbligu.

(2)  Il-kreditur għandu jispeċifika t-tul ta' żmien tal-obbligu, eż. sa tmiem il-kuntratt ta' kreditu. Il-kreditur għandu jispeċifika għal kull obbligu kwalunkwe spiża li għandha titħallas mill-konsumatur, li mhijiex inkluża fir-RPAI.

(3)  Il-kreditur għandu jiddikjara jekk hux obbligatorju li l-konsumatur jieħu xi servizz anċillari biex jikseb il-kreditu bit-termini ddikjarati, u jekk ikun il-każ, jekk il-konsumatur hux obbligat li jixtrihom mill-fornitur preferut tal-kreditur jew jekk ikunux jistgħu jinxtraw minn fornitur tal-għażla tal-konsumatur. Fejn din il-possibbiltà tkun bil-kundizzjoni li s-servizzi anċillari jissodisfaw ċerti karatteristiċi minimi, dawn il-karatteristiċi għandhom jiġu diskritti f'din it-taqsima.

Fejn il-kuntratt ta' kreditu ikun abbinat (bundled) ma’ prodotti oħra l-kreditur għandu jiddikjara l-karatteristiċi ewlenin ta’ dawk il-prodotti l-oħra u jiddikjara b’mod ċar jekk il-konsumatur għandux dritt jittermina l-ftehim tal-kreditu jew il-prodotti abbinati separatament, il-kundizzjonijiet biex jagħmel dan, u, f’każ li jieħu din l-azzjoni, l-implikazzjonijiet tagħha, u, fejn applikabbli, il-konsegwenzi possibbli għat-terminazzjoni tas-servizzi anċillari meħtieġa fir-rigward tal-kuntratt ta' kreditu.

Taqsima '9. Ħlas lura antiċipat'

(1)  Il-kreditur għandu jindika taħt liema kundizzjonijiet, jekk ikun hemm, il-konsumatur jista’ jħallas lura l-kreditu kmieni, kollu kemm hu jew parzjalment.

(2)  Fit-taqsima dwar imposti f'każ ta' terminazzjoni l-kreditur għandu jiġbed l-attenzjoni tal-kreditur għal kwalunkwe imposta f'każ ta' terminazzjoni jew spejjeż oħra pagabbli fuq ħlas lura antiċipat sabiex il-kreditur jiġi kkumpensat u fejn possibbli jiġi indikat l-ammont tagħhom. Fil-każijiet fejn l-ammont tal-kumpens ikun jiddependi fuq fatturi differenti, bħall-ammont imħallas lura jew ir-rata tal-imgħax prevalenti li tapplika fil-mument tal-ħlas lura antiċipat, il-kreditur għandu jindika kif il-kumpens ser jiġi kkalkolat u jiġi pprovdut l-ammont massimu potenzjali tal-imposta, jew fejn mhux possibbli, eżempju illustrattiv juri lill-konsumatur l-livell tal-imposta tal-kumpens skont xenarji possibbli differenti.

Taqsima '10. Karatteristiċi flessibbli

(1)  Fejn applikabbli, il-kreditur għandu jispjega l-possibbiltà ta' trasferiment u l-kundizzjonijiet għat-trasferiment tal-kreditu lil kreditur jew proprjetà immobbli oħra.

(2)  (Fejn adatt) Karatteristiċi addizzjonali: Fejn il-prodott ikun fih xi karatteristika minn dawk elenkati fil-punt 5, din it-taqsima għandha telenka dawn il-karatteristiċi u tipprovdi spjegazzjoni qasira ta’: iċ-ċirkostanzi li fihom il-konsumatur jista’ juża dik il-karatteristika; kwalunkwe kundizzjoni marbuta mal-karatteristika; jekk il-fatt li l-karatteristika tkun parti mill-kreditu garantit permezz ta’ ipoteka jew garanzija kumparabbli jfissirx li l-konsumatur jitlef kwalunkwe protezzjoni statutorja jew ta’ xi tip ieħor normalment assoċjata mal-karatteristika; u l-intrapriża li tipprovdi l-karatteristika (jekk mhix il-kreditur).

(3)  Jekk il-karatteristika jkun fiha kwalunkwe kreditu addizzjonali, allura din it-taqsima għandha tispjega lill-konsumatur: l-ammont totali tal-kreditu (inkluż il-kreditu garantit permezz tal-ipoteka jew garanzija komparabbli); jekk il-kreditu addizzjonali huwiex iggarantit jew le; ir-rati tal-imgħax tas-self rilevanti; u jekk il-karatteristika hix regolata jew le. Tali ammont ta' kreditu addizzjonali għandu jew jiġi inkluż fil-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja oriġinali jew, jekk le, din it-taqsima għandha tagħmilha ċara li d-disponibbiltà tal-ammont addizzjonali huwa dipendenti fuq valutazzjoni ulterjuri tal-kapaċità tal-konsumatur li jħallas lura.

(4)  Jekk il-karatteristika tinvolvi strument tat-tfaddil, ir-rata tal-imgħax rilevanti għandha tiġi spjegata.

(5)  Il-karatteristiċi addizzjonali possibbli huma: 'Pagamenti żejda/Pagamenti nieqsa' [meta l-pagament akkont ikun aktar jew inqas milli jkun rikjest bħala regola bl-istruttura tal-amortizzament]; 'Pagamenti differiti' [perijodi fejn il-konsumatur mhux meħtieġ jagħmel pagamenti]; 'Self mill-ġdid' [possibbiltà għall-konsumatur li jerġa' jissellef fondi diġà prelevati u mħallsa lura]; 'Self addizzjonali disponibbli mingħajr approvazzjoni ulterjuri'; 'Self addizzjonali ggarantit jew mhux iggarantit' [f'konformità mal-punt 3 hawn fuq]; 'Karta tal-kreditu'; 'Kont kurrenti marbut'; u ‘Kont tat-tfaddil marbut’.

(6)  Il-kreditur jista’ jinkludi kwalunkwe karatteristika oħra offruta mill-kreditur bħala parti mill-kuntratt tal-kreditu li mhux imsemmi fit-taqsimiet preċedenti.

Taqsima '11. Drittijiet oħrajn tal-mutwatarju

(1)  Il-kreditur għandu jiċċara d-dritt(ijiet) ta' eż. rexissjoni jew riflessjoni u fejn applikabbli drittijiet oħra bħal, portabbiltà (inkluż surroga) li jeżistu, jispeċifika l-kundizzjonijiet li għalihom dan/dawn id-dritt(ijiet) huma soġġetti, il-proċedura li l-konsumatur jeħtieġ li jsegwi għall-eżerċizzju ta' dan/dawn id-dritt(ijiet), fost l-oħrajn, l-indirizz fejn għandha tintbagħat in-notifika ta' rexissjoni, u t-tariffi korrispondenti (fejn applikabbli).

(2)  Fejn japplika perijodu ta' riflessjoni jew dritt ta' rexissjoni għall-konsumatur dan għandu jissemma b'mod ċar.

(3)  Konformement mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/65/KE, fejn it-tranżazzjoni tiġi offruta b'distanza, il-konsumatur għandu jiġi infurmat bl-eżistenza jew in-nuqqas tad-dritt ta' rexissjoni.

Taqsima '12. Ilmenti

(1)  Din it-Taqsima għandha tindika l-punt ta' kuntatt intern [isem tad-dipartiment rilevanti] u mezz biex tikkuntattjahom biex tilmenta [Indirizz ġeografiku] jew [Numru tat-telefon] jew [Persuna ta' kuntatt]: [dettalji ta' kuntatt] u link għall-proċedura tal-ilmenti fil-paġna rilevanti tas-sit web jew sors ta' informazzjoni simili.

(2)  Għandha tindika l-isem tal-korp estern rilevanti għal ilmenti u rimedji extraġudizzjarji u fejn l-użu tal-proċedura interna tal-ilment hija prekundizzjoni għall-aċċess għal dak il-korp, tindika dak il-fatt billi tuża l-formulazzjoni fil-Parti A.

(3)  Fil-każ ta' kuntratti ta' kreditu b'konsumatur li huwa residenti fi Stat Membru ieħor, il-kreditur għandu jirreferi għall-eżistenza ta' FIN-NET (http://ec.europa.eu/internal_market/fin-net/).

Taqsima '13.

Nuqqas ta' konformità mal-impenji marbutin mal-kreditu:

konsegwenzi għall-mutwatarju'

(1)  Fejn in-nuqqas ta' osservanza ta' xi obbligu tal-konsumatur marbut mal-kreditu jista' jkollu konsegwenzi finanzjarji jew legali għall-konsumatur, f'din it-taqsima l-kreditur għandu jiddeskrivi l-każijiet prinċipali differenti (eż. pagamenti tard/inadempjenza, nuqqas li jiġu rispettati l-obbligi stipulati fit-Taqsima 7 'Obbligi addizzjonali') u għandu jindika fejn tista' tinkiseb aktar informazzjoni.

(2)  Għal kull wieħed minn dawn il-każijiet, il-kreditur għandu jispeċifika, f'termini komprensibbli faċilment, il-penalitajiet jew il-konsegwenzi li jistgħu joħolqu. Għandha tiġi enfasizzata r-referenza għall-konsegwenzi serji.

(3)  Fejn il-proprjetà immobbli użata biex tiggarantixxi tal-kreditu tista' tingħata lura jew tiġi trasferita lill-kreditur, jekk il-konsumatur ma jikkonformax mal-obbligi, din it-taqsima għandha tinkludi dikjarazzjoni li tindika dak il-fatt, bl-użu tal-formulazzjoni fil-Parti A.

Taqsima '14. Informazzjoni addizzjonali

(1)  Fil-każ ta' kummerċjalizzazzjoni b'distanza, din it-taqsima ser tinkludi kwalunkwe klawżola li tistipula l-liġi applikabbli għall-kuntratt ta' kreditu jew il-qorti kompetenti.

(2)  Fejn il-kreditur ikollu l-intenzjoni jikkomunika mal-konsumatur matul it-terminu tal-kuntratt b’lingwa differenti mil-lingwa tal-FEIS, dan il-fatt għandu jkun inkluż u l-lingwa ta’ komunikazzjoni msemmija. Dan hu mingħajr preġudizzju għall-punt (g) tal-punt 3 tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/65/KE.

(3)  Il-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu għandu jiddikjara d-dritt tal-konsumatur li jiġi pprovdut jew offrut, kif applikabbli, kopja tal-abbozz ta' kuntratt ta' kreditu tal-inqas ladarba li tkun saret offerta li torbot lill-kreditur.

Taqsima '15. Superviżur

(1)  L-awtorità jew awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tal-istadju prekuntrattwali tas-self għandhom jiġu indikati.

ANNESS III

Rekwiżiti minimi ta' konoxxenza u kompetenza

1.  Ir-rekwiżiti minimi ta' konoxxenza u kompetenza għall-kredituri, l-intermedjarji tal-kreditu u persunal tar-rappreżentanti maħturin imsemmija fl-Artikolu 6 u għall-persuni involuti fil-ġestjoni tal-intermedjarji tal-kreditu jew ir-rappreżentanti maħturin imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 19(1a) u l-Artikolu 19b(2) jeħtieġ li mill-inqas jinkludu:

(a)  konoxxenza adatta tal-prodotti tal-kreditu fl-ambitu tal-Artikolu 2 u s-servizzi anċillari offruti tipikament magħhom;

(b)  konoxxenza xierqa tal-liġijiet relatati mal-kuntratti tal-kreditu għall-konsumaturi, b'mod partikolari l-protezzjoni tal-konsumatur;

(c)  konoxxenza u għarfien adatti tal-proċess tax-xiri ta' proprjetà immobbli;

(d)  konoxxenza adatta tal-valutazzjoni ta' garanziji;

(e)  konoxxenza adatta tal-organizzazzjoni u l-funzjonament ta' reġistri tal-artijiet;

(f)  konoxxenza adatta tas-suq fl-Istat Membru rilevanti;

(g)  konoxxenza adatta tal-istandards tal-etika kummerċjali;

(h)  konoxxenza adatta tal-proċess ta' valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja jew fejn applikabbli, kompetenza fil-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumaturi;

(i)  livell adatt ta' kompetenza finanzjarja u ekonomika.

2.  Meta jistabbilixxu rekwiżiti minimi ta' konoxxenza u kompetenza, l-Istati Membri jistgħu jiddifferenzjaw bejn livelli u tipi ta' rekwiżiti applikabbli għall-persunal tal-kredituri, il-persunal tal-intermedjarji tal-kreditu jew rappreżentanti maħturin u l-ġestjoni tal-intermedjarji tal-kreditu jew rappreżentanti maħturin.

3.  L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw li l-livell xieraq ta' konoxxenza u kompetenza fuq il-bażi ta':

(a)  kwalifiki professjonali, eż. diplomi, lawrji, taħriġ, testijiet ta' kompetenza; jew

(b)  esperjenza professjonali, li tista' tiġi ddefinita bħala numru minimu ta' snin ta' xogħol f'oqsma relatati mal-oriġinazzjoni, id-distribuzzjoni u l-intermedjazzjoni ta' prodotti ta' kreditu.

Wara ...(38),

id-determinazzjoni tal-livell xieraq ta' konoxxenza u kompetenza m'għandhomx ikunu bbażati biss fuq il-metodi elenkati fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa' jiġi eżaminat skont l-Artikolu 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0202/2012).
(2) Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
(3) ĠU C 240, 18.8.2011, p. 3.
(4) ĠU C 318, 29.10.2011, p. 133.
(5) ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66.
(6)ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16.
(7) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.
(8)ĠU L 9, 15.1.2003, p. 3.
(9)ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.
(10)ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.
(11)ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.
(12)ĠU L 69, 10.3.2001, p. 25.
(13)ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29.
(14)ĠU L 296, 15.11.2011, p. 35.
(15)ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(16) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1..
(17)ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.
(18) ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
(19)ĠU C 377, 23.12.2011, p. 5.
(20) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.
(21)ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19.
(22) Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(23) Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(24)Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(25)* Ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(26) Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(27)Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(28)Sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(29)* Erba' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(30)Id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
(31)Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(32) Sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(33)Sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(34)* Tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(35)** Id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
(36)Ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(37)Ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(38)Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.


L-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq (l-abbuż tas-suq) ***I
PDF 290kWORD 28k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Settembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq (l-abbuż tas-suq) (COM(2011)0651 – C7-0360/2011 – 2011/0295(COD))
P7_TA(2013)0342A7-0347/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0651) u l-proposta emendata tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0421),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0360/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Marzu 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tas-26 ta' Ġunju 2013 biex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294 (4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0347/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Settembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-abbuż tas-suq (regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li tħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u u tal-Kunsill tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE

P7_TC1-COD(2011)0295


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 596/2014.)

(1) ĠU C 161, 7.6.2012, p. 3.
(2) ĠU C 181, 21.6.2012, p. 64.


Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound ***I
PDF 453kWORD 25k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Settembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound. (COM(2012)0591 – C7-0332/2012 – 2012/0285(COD))
P7_TA(2013)0343A7-0259/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0591),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0332/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7‑0259/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Settembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound

P7_TC1-COD(2012)0285


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005(4) jagħti setgħat lill-Kummissjoni sabiex timplimenta wħud mid-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament.

(2)  B'konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, jeħtieġ li s-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 2187/2005 jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(3)  Is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2187/2005 fir-rigward ta’ miżuri meħuda mill-Istati Membri li japplikaw biss għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom.

(4)  Is-setgħat għall-adozzjoni ta’ regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2187/2005 ma għadhomx meħtieġa. Għalhekk id-dispożizzjonijiet li jagħtu dawk is-setgħat għandhom jitħassru.

(5)  Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu ddelegati lill-Kummissjoni biex temenda regoli dwar il-kostruzzjoni ta' ċerti rkapti. Emendi bħal dawn għandhom jirriflettu t-tibdil li qed iseħħ fil-mudelli ta’ selettività tas-sajd, għarfien teknoloġiku ġdid dwar materjali għall-kostruzzjoni jew tibdil fl-immuntar tal-irkaptu li jista’ jtejjeb is-selettività tal-irkaptu.

(6)  Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha għall-adozzjoni tal-atti ddelegati, inkluż fil-livell ta' esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(7)  Ir-Regolment (KE) Nru 2187/2005 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2187/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)  Fl-Artikolu 26, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"5. Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, hija għandha tadotta deċiżjoni att ta’ implimentazzjoni li jirrikjedi li l-Istat Membru jirtira jew jimmodifika l-miżuri.” [Em. 1]

"

(2)  L-Artikolu 28 huwa mħassar.

(3)  L-Artikolu 29 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

"Artikolu 29

Emendi għall-Appendiċi 1 u 2 tal-Anness II

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 29a biex temenda jew tissupplimenta l-Appendiċi 1 u 2 tal-Anness II billi tadatta l-ispeċifikazzjonijiet tal-irkaptu għal:

   (a) tibdil fis-selettività;
   (b) titjieb fl-għarfien tekniku dwar materjali ġodda għall-kostruzzjoni tal-irkaptu;
   (c) tibdil fl-immuntar li jtejjeb is-selettività tal-irkaptu."

"

(4)  Għandu jiddaħħal l-Artikolu 29a li ġej:"

"Artikolu 29a

Eżerċitar tad-delega

1.  Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Id-delega tas-setgħat Is-setgħa li tadotta atti delegati imsemmija fl-Artikolu 29 għandha tingħata għal perjodu ta' indeterminat ta’ żmien. tliet snin minn ...(5). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega ta' setgħa sa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta' tliet snin. Id-delega tas-setgħa għandha tkun estiża taċitament għal perjodi ta’ tul ta’ żmien identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu. [Em. 2]

3.  Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 29 tista’ tiġi rrevokata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill f’kull ħin. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Din tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fid-Deċiżjoni msemmija. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif il-Kummissjoni tadotta att iddelegat, għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att iddelegat addottat skont l-Artikolu 29 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn minn mindu tkun saret in-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."

"

(4a)  Jiżdied l-Artikolu li ġej:"

"Artikolu 31a

Valutazzjoni u rieżami ġenerali

Sa ...(6), il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami tal-effettività tal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament, u fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex dan ir-Regolament jiġi emendat biex tkun żgurata kompatibilità mar-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1.

______________________

1 Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- ... dwar il-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU L ...).(7)"

"

[Em. 3]

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C, 44, 15.2.2013, p. 157.
(2)1 ĠU C 44, 15.2.2013, p. 157.
(3)2 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Settembru 2013.
(4)Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis- Sound, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1434/98 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 88/98 (ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1).
(5)* Data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
(6)* Sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ Regolament (UE) Nru .../2013 [dwar il-Politika Komuni dwar is-Sajd] (ara d-dokument 2011/0195(COD)).
(7)** Referenza għad-dokument fi 2011/0195(COD).


Lejn suq intern tal-enerġija effiċjenti
PDF 465kWORD 47k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Settembru 2013 dwar lejn suq intern tal-enerġija effiċjenti (2013/2005(INI))
P7_TA(2013)0344A7-0262/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Lejn Suq Intern tal-Enerġija Effiċjenti" u d-dokumenti ta' ħidma li jakkumpanjawha (COM(2012)0663),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar miżuri li jissalvagwardaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2004/67/KE(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru.1227/2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa(3),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali(4),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku(5) u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija(6),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta’ Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari(7),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 bit-titolu: ‘Europa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv’ (COM(2010)2020),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 994/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija(8),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 2011 bit-titolu ‘Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050’ (COM(2011)0885),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2012 bit-titolu ‘Att dwar is-Suq Uniku II Flimkien għal Tkabbir Ġdid’ (COM(2012)0573),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ġunju 2012 bit-titolu "L-Enerġija Rinnovabbli: attur ewlieni fis-suq Ewropew tal-enerġija" (COM(2012)0271),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Novembru 2010 intitolata "Lejn Strateġija ġdida dwar l-Enerġija għall-Ewropa 2011-2020"(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Ġunju 2012 dwar il-Kooperazzjoni fil-qasam tal-politika dwar l-enerġija ma' pajjiżi lil hinn mill-fruntieri tagħna. Approċċ strateġiku għal provvista sikura, sostenibbli u kompetittiva tal-enerġija(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2012 dwar l-industrija tal-azzar tal-UE(11),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet maħruġa fit-12 ta' Frar 2013 mir-Round Table ta' Livell Għoli dwar il-futur tal-industrija tal-azzar Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Marzu 2012 dwar Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fl-2050(12),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2013 dwar il-pjan direzzjonali għall-Enerġija 2050, futur b'enerġija(13),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-aspetti industrijali, tal-enerġija u aspetti oħra tal-gass u ż-żejt tax-shale(14) u r-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-impatti ambjentali tal-attivitajiet ta' estrazzjoni ta' gass tax-shale u żejt tax-shale(15), it-tnejn adottati fil-21 ta' Novembru 2012,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0262/2013),

A.  billi l-Istati Membri impenjaw ruħhom għal skadenzi ċari għat-tlestija tas-suq intern tal-enerġija sal-2014 u għall-eliminazzjoni tal-'gżejjer ta' enerġija' tal-UE sal-2015;

B.  billi suq intern tal-enerġija komplut huwa indispensabbli għas-sigurtà u s-sostenibilità tal-enerġija globali tal-Unjoni, u huwa ta' valur essenzjali għall-kompetittività globali, it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien ta' impjiegi ġodda tal-Unjoni kif rikonoxxut fis-Suq Uniku Att II u l-istrateġija Ewropa 2020;

C.  billi l-istrateġija Enerġija 2020 tal-Kummissjoni tibni fuq il-kalkoli li l-bżonnijiet ta' investiment meħtieġa fis-settur tal-enerġija li jammontaw għal EUR 1 triljun sal-2020, li minnu EUR 540 biljun huma għall-ġenerazzjoni tal-enerġija u EUR 210 biljun huma għal netwerks tal-elettriku u tal-gass ta' importanza Ewropea;

D.  billi l-Pjan Direzzjonali tal-Enerġija 2050 jenfasizza li l-integrazzjoni sħiħa tan-netwerks tal-enerġija Ewropej u l-ftuħ tas-swieq huma kritiċi biex jinżamm bilanċ bejn is-sigurtà tal-enerġija, il-kompetittività, il-kosteffiċjenza, ekonomija sostenibbli u l-interessi tal-konsumaturi; billi l-Pjan Direzzjonali tal-Enerġija 2050 isostni li l-effiċjenza enerġetika, l-enerġija rinnovabbli u l-infrastrutturi tal-enerġija huma l-għażliet "mingħajr dispjaċir";

E.  billi s-sehem tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli (SER) fit-taħlita enerġetika tal-Ewropa qed jikber fiż-żmien qasir, medju u fit-tul; billi l-integrazzjoni fuq skala kbira tas-SER tipprevedi adattament tal-grilja u flessibilità akbar;

F.  billi suq tal-enerġija uniku jagħti s-setgħa lill-Unjoni li titkellem b'vuċi waħda fir-rigward tas-sħab esterni u jiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji kollha tal-UE u mhux tal-UE, filwaqt li jiggarantixxi wkoll standards soċjali u ambjentali u jaħdem lejn reċiproċità f'pajjiżi terzi;

G.  billi hemm bżonn li tiġi stabbilita sistema li tippermetti lill-Istati Membri li joffru skambju tal-informazzjoni dwar ftehimiet fuq il-provvista tal-enerġija ma' pajjiżi terzi;

H.  billi suq intern tal-enerġija Ewropew u s-swieq tal-enerġija nazzjonali rispettivi tiegħu jridu jkunu kompetittivi u joffru għażla reali u informazzjoni trasparenti lill-konsumaturi kollha, li għandhom rwol ċentrali fis-suq tal-enerġija; billi t-tlestija tas-suq intern tal-enerġija hija essenzjali biex twaqqa' l-ispejjeż u l-prezzijiet tal-enerġija għal livelli kompetittivi u li wieħed jista' jaffordja fi żmien qasir, medju u twil; billi prezzijiet imnaqqsa fuq is-swieq tal-enerġija sikwit ma jiġux mgħoddija lill-konsumaturi;

I.  billi l-Komunità tal-Enerġija Ewropea, li tapplika l-metodu tal-Komunità, trid tkun ibbażata fuq suq tal-enerġija komuni b'saħħtu, il-koordinazzjoni tax-xiri tal-enerġija barra mill-UE u l-finanzjament Ewropew komuni ta' teknoloġiji tal-enerġija sostenibbli ġodda, b'mod partikolari fl-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni;

J.  billi sar ċertu progress lejn il-kooperazzjoni transkonfinali miżjuda, l-eliminazzjoni parzjali tal-gżejjer ta' enerġija u l-prevenzjoni tan-nuqqasijiet fil-provvisti;

1.  Jilqa', b'mod ġenerali, il-Komunikazzjoni u l-Pjan ta' Azzjoni li takkumpanjaha, li jagħmlu sommarju tal-progress li ntlaħaq s'issa u l-isfidi futuri għat-tlestija tas-suq intern tal-enerġija;

2.  Jirrikonoxxi li t-tendenza li jiżdiedu l-prezzijiet tal-enerġija se tkompli, minħabba l-fatt li dawn il-prezzijiet jinsabu attwalment marbutin – fil-każ tal-gass – mal-prezzijiet taż-żejt għal kull barmil, u – fil-każ tal-elettriku – mal-prezzijiet volatili tal-fjuwil, u huma affettwati aktar mid-dipendenza tal-Ewropa fuq l-importazzjonijiet taż-żejt u tal-gass, minħabba l-impatt tal-miżuri li jintervjenu, l-azzjonijiet insuffiċjenti biex titħeġġeġ l-effiċjenza tal-enerġija, u minħabba n-nuqqas ta' investimenti meħtieġa biex is-sistemi tal-enerġija jkunu mantnuti u modernizzati (inklużi l-flussi inversi u interkonnetturi) bil-għan li jiġu ggarantiti livelli għoljin ta' sigurtà tal-provvista u tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tas-SER; Għalhekk huwa favur is-separazzjoni tal-mekkaniżmu tal-ipprezzar tal-gass mill-indiċizzazzjoni tal-prezzijiet taż-żejt għal alternattivi iktar flessibbli filwaqt li tiġi rrispettata l-libertà tal-iskambju kummerċjali;

3.  Jenfasizza li l-iżvilupp ta' riżorsi indiġeni jwassal għall-bidu ta' ċentri ta' kummerċ ġodda fl-UE u ta' swieq immedjati ġodda għall-gass u l-elettriku, u b'hekk jippreżenta opportunità reali għall-UE u l-Istati Membri biex jiddeterminaw il-prezzijiet tal-enerġija tagħhom stess, inkluż f'livell reġjonali u lokali;

4.  Jirrikonoxxi l-valur miżjud Ewropew li jkun hemm koordinazzjoni u kooperazzjoni aħjar tal-politiki tal-enerġija fost l-Istati Membri, fi spirtu ta' solidarjetà, u li jinħolqu sistemi tal-enerġija transkonfinali effiċjenti u sikuri, b'hekk jinħolqu s-sinerġiji permezz ta' mmaniġġjar aħjar tal-provvista u d-domanda tal-enerġija, iffaċilitati permezz ta' teknoloġiji intelliġenti fil-livell tas-sistema ta' distribuzzjoni;

5.  Jinnota l-importanza ta’ swieq reġjonali u ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward tat-tneħħija tal-ostakli, it-tħaffif tal-proċess ta’ integrazzjoni u t-titjib tal-effiċjenza tan-netwerk;

6.  Ifakkar l-appoġġ tiegħu għall-ħolqien ta' Komunità tal-Enerġija Ewropea bejn l-Istati Membri u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill Ewropew jirrapportaw dwar il-progress lejn il-ħolqien tagħha;

Suq orjentat lejn il-konsumatur

7.  Jenfasizza li konsumaturi tal-enerġija aħħarin – kemm l-individwi, l-SMEs kif ukoll l-industrija – huma fil-qalba tas-suq intern tal-enerġija trasparenti u li huwa faċli għall-utenti; jinnota li, bħala tali, huma jridu jiġu protetti kif suppost, u infurmati b'mod preċiż b'aċċess faċli għall-informazzjoni, sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw għal kollox id-drittijiet tagħhom, filwaqt li jiġu mħeġġa jieħdu rwol aktar attiv biex jistimulaw il-kompetizzjoni tas-suq, billi jersqu minn reċipjenti tas-servizzi passivi għal konsumaturi u "prosumers" informati u attivi;

8.  Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat suq tal-enerġija kompetittiv, faċilment immaniġġjat u trasparenti li joffri għażla reali u prezzijiet kompetittivi lill-konsumaturi kif ukoll li jipprovdi lill-konsumaturi tal-enerġija kollha tal-UE b'enerġija sikura, affidabbli u li wieħed ikun jista' jaffordja;

9.  Huwa tal-opinjoni li parteċipazzjoni akbar min-naħa tal-konsumaturi tiġi ffaċilitata mill-kooperattivi lokali għall-enerġija rinnovabbli, inizjattivi ta' qlib kollettiv u aggregaturi, jew faċilitaturi oħra, bħall-ħżin deċentralizzat u apparat elettrodomestiku; jemmen li tali faċilitaturi għandhom jgħinu lill-konsumaturi jifhmu u jimmaniġġjaw aħjar il-konsum tal-enerġija tagħhom u għalhekk jistgħu jsiru aktar flessibbli u reattivi (kemm mil-lat ta' domanda kif ukoll mil-lat ta' provvista), u li jistgħu jsaħħu l-aċċess għall-enerġija rinnovabbli u jiġġeneraw l-investimenti finanzjarji neċessarji;

10.  Jiġbed l-attenzjoni għall-vantaġġ tal-applikazzjoni ta’ tariffi għall-użu ta’ netwerk varjabbli sabiex il-konsumaturi jitħeġġu jikkunsmaw enerġija barra mill-perjodi intensi, fl-interess tat-tħeġġiġ tal-użu sostenibbli tal-enerġija;

11.  Jemmen li t-teknoloġiji intelliġenti jridu jipprovdu informazzjoni preċiża, li tinftiehem u faċli għall-konsumaturi, u jridu jingħataw is-setgħa biex jimmaniġġjaw il-konsum u l-produzzjoni tal-enerġija tagħhom; għalhekk jemmen li t-teknoloġiji intelliġenti jridu jiġu kompluti b'immaniġġjar tal-grilja tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni dinamiku u onlajn li jinkorporaw servizzi bħal servizzi tal-appoġġ tal-grilja, rispons volontarju mil-lat ta' domanda, servizzi ta' effiċjenza enerġetika, mikroġenerazzjoni u soluzzjonijiet ta' ħżin, u intermedjarji lokali jew tad-domiċilju; jirrimarka, madankollu, li l-livelli tal-konsum tal-enerġija meħtieġa biex l-arloġġi intelliġenti jipprovdu vantaġġi ekonomiċi jridu jiġu analizzati bir-reqqa u li l-konsumaturi ta' volumi tal-enerġija taħt dawk il-livelli m'għandhomx jiġu obbligati li jinvestu fihom;

12.  Jesprimi tħassib dwar żviluppi li jħeġġu kumpaniji tat-telekomunikazzjoni biex jimmaniġġjaw id-data tal-grilja tad-distribuzzjoni, billi tali responsabilità mill-parti tagħhom tqajjem mistoqsijiet serji dwar il-protezzjoni tad-data kif ukoll ir-riskju li l-operaturi jkollhom biex jixtru d-data teknika li għandhom bżonn biex jissodisfaw il-funzjonijiet tagħhom bħala operaturi tan-netwerk ta’ distribuzzjoni;

13.  Jirrikonoxxi li l-faqar enerġetiku jippreżenta sfidi konsiderevoli fl-Istati Membri; jinnota li l-approċċ universali ma jqisx id-diversità tar-realtajiet nazzjonali; għalhekk iqis li l-konsumaturi vulnerabbli jeħtieġu protezzjoni speċjali u effettiva, u li, għal dak il-għan, iridu jitwaqqfu mekkaniżmi xierqa, filwaqt li jiġu evitati d-distorsjonijiet tas-suq; jenfasizza li diġà jeżistu miżuri speċifiċi kif inhu meħtieġ mit-Tielet Pakkett tal-Enerġija;

14.  Jieħu nota tal-fatt li r-rivoluzzjoni tal-gass tax-shale fl-Istati Uniti naqqset l-emissjonijiet tas-CO2 filwaqt li ħolqot vantaġġ kompetittiv sinifikanti għall-industrija tal-Istati Uniti;

Sfidi attwali fit-tlestija tas-suq intern tal-enerġija

15.  Jenfasizza li s-suq intern tal-enerġija għadu ma tlestiex u li s-swieq nazzjonali tal-enerġija ma jirnexxilhomx jissodisfaw għal kollox il-bżonnijiet u l-aspettattivi tal-konsumaturi għax f'ċerti Stati Membri jkomplu jaffaċċjaw prezzijiet għoljin, għażla limitata ta' fornituri, produtturi u tariffi; kwalità globalment baxxa tas-servizzi; ħarsien tal-konsumatur li ta' spiss mhux b’saħħtu u diffikultajiet biex ibiddlu l-fornitur; għalhekk jisħaq fuq il-bżonn li jinbena suq aktar faċli għall-utenti fejn il-konsumaturi jista’ jkollhom rwol attiv u jsiru “prosumers” f'suq mal-UE kollha li fih ikunu infurmati dwar it-termini offruti minn fornituri individwali b'tali mod li jiffaċilita t-tqabbil; Jinnota, f’dan ir-rigward, tar-rwol ta’ qlib kollettiv fl-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi u għal kontijiet tal-enerġija iktar baxxi;

16.  Jemmen li n-nuqqas ta' implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni tas-suq intern tal-enerġija jibqa' wieħed mill-ostakli ewlenin għat-tlestija ta' dan is-suq; jemmen li l-konsolidazzjoni neċessarja tas-suq intern tinkludi t-tkabbir tal-infrastruttura tagħha filwaqt li tiġi implimentata l-liġi dwar is-suq intern u jiġu infurzati r-regoli dwar il-kompetizzjoni;

17.  Jenfasizza li l-modernizzazzjoni tal-infrastruttura tal-enerġija eżistenti, u l-bini ta' infrastruttura ġdida għall-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni (speċjalment interkonnetturi tal-gass u l-elettriku), il-ħżin u d-distribuzzjoni huwa essenzjali għal suq tal-enerġija stabbli, integrat sew u konness sew, fejn jiġi evitat kwalunkwe effett negattiv, bħall-flussi tal-enerġija mhux ippjanati, fejn tkun żgurata l-provvista bi prezzijiet kompetittivi u li wieħed jaffordja, fejn ikunu għal kollox sfruttati l-potenzjal sħiħ tas-sorsi tal-enerġija sostenibbli kollha, u tal-mikroġenerazzjoni, tal-koġenerazzjoni u l-effiċjenza, l-immaniġġjar u l-ħżin mil-lat ta’ domanda, u fejn, sal-2015, l-ebda Stat Membru ma jibqa' iżolat minn netwerks tal-gass u tal-elettriku Ewropej, li jrid jintlaħaq, jiġifieri, permezz tal-integrazzjoni sinkronika tas-sistemi tal-enerġija iżolati fin-netwerks kontinentali Ewropej; jenfasizza li l-investimenti fuq skala kbira għandhom isiru b’mod parallel b'investimenti fin-netwerks reġjonali jew saħansitra lokali, peress li l-ġenerazzjoni tal-enerġija dejjem qed issir iktar fil-livell reġjonali/lokali;

18.  Jinnota, f’dan ir-rigward, li provvista tal-enerġija rinnovabbli diċentralizzata tnaqqas il-ħtieġa li jinbndew linji ta’ trażmissjoni ġodda – u b’hekk l-ispejjeż assoċjati – bħal teknoloġiji diċentralizzati – li jistgħu jiġu integrati direttament fid-djar, il-bliet u ż-żoni remoti – huma ħafna eqreb il-konsumatur finali;

19.  Jirrikonoxxi li l-fatt li l-produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli titħalla tikber mingħajr żvilupp proporzjonali tal-infrastruttura meħtieġa tista’ twassal għal flussi (loop-flows) transkonfinali mhux ikkoordinati u konsegwentement prezzijiet tal-enerġija subottimi;

20.  Ifakkar li l-mira tal-Istati Membri biex jilħqu livell ta' interkonnessjonijiet tal-elettriku u tal-gass ekwivalenti ma' tal-inqas 10 % tal-kapaċità tal-produzzjoni installata, kif kien hemm qbil dwarha waqt is-samits tal-Kunsill Ewropew fl-2002 u l-2007, għadha ma ntlaħqitx;

21.  Jilqa’ l-enfasi tal-Kummissjoni fuq il-fatt li s-sistemi tal-enerġija futuri tal-Ewropa se jkunu karatterizzati mill-flessibbiltà; jinnota li, fl-iskedi taż-żmien kollha, swieq bl-ingrossa transkonfinali li jaħdmu sew ikunu sorsi aċċessibbli faċilment ta' flessibbiltà; jitlob għal iktar sforzi biex jiġi stimulat l-użu futur tat-teknoloġiji ta’ ħżin tal-enerġija u r-reazzjoni min-naħa tad-domanda, li kollha huma sorsi addizzjonali ta’ flessibbiltà;

22.  Jemmen li l-effiċjenza enerġetika hija waħda mill-metodi l-iktar sostenibbli u kosteffikaċi għat-tnaqqis tal-kontijiet tal-enerġija, għat-titjib tas-sigurtà tal-provvista, għat-tnaqqis tal-bżonn ta’ importazzjoni tal-fjuwils fossili u għall-evitar tal-emissjonijiet tal-karbonju; Jagħraf li kwalunkwe miżura li tippromwovi l-effiċjenza enerġetika għandha tkun xierqa għall-bżonnijiet tal-konsumaturi, tkun kosteffikaċi u appoġġata mill-inċentivi t-tajbin;

23.  Jenfasizza li skont is-sejbiet tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, azzjoni iktar b'saħħitha dwar l-effiċjenza enerġetika tista’ tnaqqas l-importazzjonijiet tal-gass tal-UE b’terz fl-2035 li jikkorrispondi għal 100bmk ta’ gass;

24.  Ifakkar li s-sinerġiji bejn l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija għandu jkollhom rwol ewlieni xi jwettqu fl-objettivi tal-Unjoni Ewropea għall-effiċjenza enerġetika;

25.  Jenfasizza l-ħtieġa li titkompla s-separazzjoni tas-swieq Ewropej tal-enerġija sabiex tiġi assigurata l-kompetizzjoni u tiġi żgurata l-provvista tal-elettriku bl-irħas prezz possibbli;

26.  Jemmen li l-investiment fl-infrastruttura għandu bżonn jitħeġġeġ permezz ta' oqfsa regolatorji stabbli, prevedibbli u favur l-innovazzjoni li ma jfixkilx il-funzjonament tas-suq intern, u li l-fondi tal-pensjonijiet u l-investituri istituzzjonali għandhom ikunu permessi jinvestu fit-trażmissjoni, billi jiġi rikonoxxut li dan ma jistax jintlaħaq sakemm ma jkunx immexxi mis-suq; fl-istess ħin jirrikonoxxi, madankollu, li f'ċerti każijiet speċifiċi, it-transformazzjonijiet tal-infrastruttura ma tantx jistgħu jintlaħqu jekk ma jkunx provdut l-iffinanzjar biex jappoġġja proġetti ewlenin tal-infrastruttura li jafu ma jkunux vijabbli f'termini kummerċjali; jenfasizza f’dan ir-rigward, l-importanza tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, u jiddispjaċih li s-sehem li għandu dan il-mekkaniżmu fil-baġit tal-enerġija huwa inqas mill-ammont propost mill-Kummissjoni;

27.  Jitlob biex isiru studji li jesploraw il-possibilità li jitwaqqaf fond Ewropew għall-investiment fin-netwerks tal-enerġija;

28.  Jenfasizza li l-integrazzjoni ta’ proċeduri ta’ awtorizzazzjoni fl-Istati Membri se tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ netwerks tal-infrastruttura u tagħti lok għal investimenti; jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandu jkollhom rwol importanti f’dan ir-rigward billi jissimplifikaw il-proċeduri tal-ippjanar u jintegraw l-infrastruttura tal-enerġija fl-iskemi tal-ippjanar lokali u reġjonali tagħhom;

29.  Jinnota li n-nuqqas ta' aċċess miftuħ u mhux diskriminatorju għall-infrastruttura tat-trażmissjoni jkompli, f'ċerti każijiet, ifixkel lil dawk li jidħlu ġodda milli jingħaqdu ma' netwerk, jew anki, jikkompetu fis-suq b'mod ġust kontra l-kumpaniji stabbiliti; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati d-distorsjonijiet tas-suq li jwasslu għal-livell għoli ta' konċentrazzjoni eżistenti f'ħafna Stati Membri;

30.  Jenfasizza, f’dan ir-rigward, li r-regoli dwar it-tielet pakkett tal-enerġija għandhom jiġu applikati b’mod sħiħ kemm għall-kumpaniji Ewropej kif ukoll għal dawk barranin; jemmen li kwalunkwe eżenzjoni minn dawn ir-regoli li tingħata mill-Kummissjoni għandha tkun limitata fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha u fit-tul ta’ żmien tal-applikazzjoni u tkun soġġetta għal rieżami mill-Parlament u l-Kunsill;

31.  Jenfasizza li n-nuqqas ta’ trasparenza u l-eżistenza ta’ prattiki kontra l-kompetizzjoni fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa jipperikolaw il-fiduċja tal-konsumatur; jemmen li hemm ħtieġa urġenti li tiġi mifhuma l-formazzjoni tal-ispejjeż fis-swieq bl-ingrossa kif ukoll l-impatt fuq il-kontijiet tal-konsumaturi;

32.  Jappoġġa bis-sħiħ miżuri meħuda biex jintroduċu kundizzjonijiet ekwi billi joħolqu mudelli tas-suq iktar deċentralizzati u kompetittivi, peress li joħolqu iktar opportunitajiet għall-produtturi tal-enerġija lokali u għal atturi industrijali ġodda;

33.  Ifakkar li sabiex fornituri stabbiliti u dominanti ma jitħallewx jostakolaw il-ftuħ tas-suq, huwa importanti li jkunu jistgħu jiġu żviluppati mudelli ta' negozji ġodda, bħall-possibilità li jsiru kuntratti simultanjament ma' diversi fornituri;

34.  Jinnota li qafas regolatorju stabbli – għal produtturi, regolaturi, operaturi tan-netwerks, fornituri tal-enerġija, fornituri tas-servizzi relatati mad-domanda u, l-aktar importanti, konsumaturi u "prosumers" aħħarin – huwa essenzjali għal suq intern li jiffunzjona sew u biex jiġbed investiment fuq tul ta' żmien twil fl-iżvilupp tal-infrastruttura; jenfasizza li l-iżvilupp ta' kodiċi tan-netwerks li jkopru regoli sodi, non-diskriminatorji u bbilanċjati sew, għandu jwassal għall-armonizzazzjoni tal-ġestjoni tal-grilji, id-disinn tas-suq u l-interoperabilità; jenfasizza li hu kruċjali li l-ftehimiet dwar is-separazzjoni ta’ netwerks ta’ trażmissjoni u l-produzzjoni u l-kunsinna jiġu rrispettati madwar l-UE, inklużi l-ftehimiet dwar il-pożizzjoni indipendenti tar-regolaturi tal-enerġija u dwar ir-rekwiżiti għall-ħarsien tal-konsumatur; jenfasizza għalhekk il-bżonn li jiġi appoġġat u żviluppat iktar ir-rwol tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) tal-UE, b’mod partikolari l-kapaċità tagħha biex tiskrutinizza deċiżjonijiet regolatorji nazzjonali u ssolvi t-tilwim;

35.  Jinnota li jeżisti tħassib dwar il-fatt li ċerti Stati Membri diġà implimentaw jew ippjanaw li jimplimentaw mekkaniżmi nazzjonali ta’ remunerazzjoni skont il-kapaċità (CRMs) sabiex jiżguraw il-provvista tal-elettriku mingħajr ma jesploraw kif suppost is-soluzzjonijiet alternattivi potenzjali kollha, b'mod partikolari f'termini ta' soluzzjonijiet transkonfinali u riżorsi ta' flessibilità; jirrikonoxxi li għalkemm f'ċerti ċirkustanzi dawn il-mekkaniżmi huma neċessarji, jistgħu joħolqu interferenza u distorsjoni tad-disinn tas-suq bl-ingrossa u, jekk ikun iddisinjat ħażin, potenzjalment jistgħu joħolqu effetti “lock-in”; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura approċċ aktar ikkoordinat fil-livell tal-UE biex tiggarantixxi li kwalunkwe CRMs bħal dawn ikunu bżonnjużi, effiċjenti, trasparenti, teknoloġikament newtrali u mhux diskriminatorji;

36.  Jiddispjaċih li, sa issa, il-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni introdotti mid-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli għadhom ma ġewx utilizzati; jirrimarka li l-Kummissjoni rriżultalha li utilizzazzjoni aħjar tal-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni eżistenti tista’ tħalli benefiċċji konsiderevoli, bħal pereżempju tagħti spinta lill-kummerċ; għalhekk jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu użu aħjar mill-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni, fejn dan ikun f’loku, u biex iżidu l-komunikazzjoni bejniethom;

37.  Jirrikonoxxi li, mingħajr ħsara la għad-dritt tal-Istati Membri li jagħżlu t-taħlita tal-enerġija tagħhom u lanqas għall-bżonn ta’ koordinazzjoni aħjar mal-UE kollha, l-UE fis-sħuħija tagħha trid tagħmel użu sħiħ tal-potenzjal tas-sorsi tal-enerġija sostenibbli kollha li huma għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, b'rispett sħiħ tal-objettivi maqsuma fi tlieta tal-politika tal-enerġija tal-UE fis-sħuħija tagħha, b'mod partikolari l-kompetittività, is-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-provvista;

38.  Jinnota li xi Stati Membri, billi huma ‘gżejjer ta’ enerġija’, għadhom totalment iżolati min-netwerks Ewropej tal-gass u tal-elettriku u jkomplu jħallsu prezz ogħla għar-riżorsi tal-enerġija, li jbiddel il-kompetittività tagħhom; jinnota li mingħajr investiment sostanzjali fl-infrastruttura, dawk l-Istati Membri mhux se jkunu kapaċi jilħqu l-impenn imtenni mill-Kunsill Ewropew li sal-2015 l-ebda Stat Membru ma għandu jibqa' iżolat min-netwerks tal-UE; jemmen li l-Kummissjoni għandha, fuq talba ta' dawk l-Istati Membri, tieħu sehem fin-negozjati ma' fornituri tal-enerġija mhux tal-UE dwar is-suġġett tal-prezzijiet tal-enerġija, per eżempju fejn ikun ikkonċernat ix-xiri tal-gass;

39.  Jisħaq fuq il-fatt li s-solidarjetà bejn l-Istati Membri, mitluba mit-Trattat dwar l-UE, għandha tapplika kemm għall-attivitajiet ta' kuljum, kif ukoll għall-ġestjoni tal-kriżijiet tal-politika interna u esterna dwar l-enerġija; jistieden lill-Kummissjoni tagħti definizzjoni ċara ta’ “solidarjetà tal-enerġija” sabiex tiżgura li din tiġi rispettata mill-Istati Membri kollha;

40.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi indirizzat it-tkabbir antiċipat tal-importazzjonijiet tal-gass u l-elettriku minn pajjiżi terzi lejn l-UE fit-terminu qasir u medju bil-għan tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, il-qsim tal-piżijiet u l-funzjonament ġust tas-suq intern; itenni li, għal xi Stati Membri, din l-isfida hija marbuta mill-qrib ma’ dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-gass u taż-żejt minn pajjiż terz wieħed u li biex tintlaħaq jeħtieġ li jsiru azzjonijiet orjentati lejn id-diversifikazzjoni tal-portafoll tal-fornituri, ir-rotot u s-sorsi tal-enerġija; jirrikonoxxi li, objettivi strateġiċi f’dan ir-rigward, huma r-realizzazzjoni ta’ Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar, inkluż il-pipeline Nabucco u l-linja potenzjali tiegħu lejn pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, u l-kisba tar-rotta ta’ provvista lejn l-UE, li kapaċi tipprovdi madwar 10-20 % tad-domanda għall-gass tal-UE sal-2020, bil-għan li kull reġjun Ewropew ikollu aċċess fiżiku għal tal-inqas żewġ sorsi ta’ gass differenti;

41.  Jemmen li suq intern miftuħ u trasparenti, fejn il-kumpaniji kollha tal-UE u ta’ pajjiżi terzi jirrispettaw l-acquis communautaire fil-qasam tal-enerġija, jista’ jgħin biex isaħħaħ il-pożizzjoni ta’ negozjar tal-fornituri tal-enerġija tal-UE fir-rigward tal-kompetituri esterni, li hija partikolarment importanti għall-potenzjal li jiġi kkoordinat aktar ix-xiri tal-enerġija esterna fil-livell tal-UE; jistieden lill-UE biex tikkunsidra l-istabbiliment ta’ aġenzija għax-xiri konġunt tal-gass, u l-mekkaniżmi meħtieġa għal dan, sabiex tikkontrobilanċja l-pożizzjoni monopolistika tal-fornituri esterni dominanti; jinnota li l-prinċipju tar-reċiproċità jrid jintuża biex jiggwida r-relazzjonijiet mal-fornituri tal-enerġija tal-UE u tal-pajjiżi terzi; jinsisti fuq il-ħtieġa li l-Kummissjoni, fir-relazzjonijiet tagħha mal-fornituri tal-enerġija ta’ pajjiżi terzi, tieħu inkunsiderazzjoni u titkellem dwar il-konsegwenzi tad-deċiżjonijiet tagħhom fuq il-prezz għall-konsumaturi;

42.  Huwa konvint li l-Kummissjoni għandha tingħata mandati biex twettaq negozjati dwar proġetti tal-infrastruttura ta’ importanza strateġika li jaffettwaw is-sigurtà tal-provvista għall-UE fis-sħuħija tagħha, u li dawk il-mandati għandhom jiġu kkunsidrati wkoll fil-każijiet ta’ ftehimiet intergovernattivi oħrajn meqjusa li jkollhom impatt sinifikanti fuq l-għanijiet fit-tul tal-politika tal-enerġija tal-UE, b’mod partikolari l-indipendenza enerġetika tagħha; jilqa' f'dan ir-rigward il-progress miksub fin-negozjati mmexxija mill-Kummissjoni dwar it-trattat bejn l-UE, l-Ażerbajġan u t-Turkmenistan biex tinbena Sistema ta' Pajpijiet Trans-Kaspika;

43.  Jenfasizza li l-konverġenza progressiva tal-inċentivi relatati mal-fjuwils rinnovabbli u mal-effiċjenza, u tal-ispejjeż tal-enerġija awżiljarja mal-Istati Membri kollha ta' wara l-2020, hija essenzjali għal suq intern tal-enerġija effiċjenti u li jiffunzjona sew, kemm fil-livell ta’ ingrossa kif ukoll ta’ imnut, u biex jinħolqu kundizzjonijiet favorevoli għall-iżvilupp fuq tul ta’ żmien twil, u għall-użu fuq skala kbira, tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli;

44.  Jemmen li, fi żmien qasir, raggruppamenti reġjonali ta’ Stati Membri ġirien għandhom jiġu inkoraġġuti biex jimxu lil hinn minn pjanijiet nazzjonali u lejn skema ta’ appoġġ reġjonali armonizzata jew unika għall-enerġija rinnovabbli;

45.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jirrevedu regolarment it-tariffi feed-in jew ta’ appoġġ oħra tagħhom b’mod trasparenti li jippermetti l-aġġustament tagħhom skont it-tnaqqis fl-ispejjeż teknoloġiċi u ta’ provvista;

46.  Jirrikonoxxi li l-proġetti tar-riċerka konġunti tal-UE appoġġjati mill-programmi ta’ qafas u inizjattivi bħall-Pjan SET ma ntużawx biżżejjed fl-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda li jippermettu t-titjib fl-effiċjenza, l-enerġija rinnovabbli, is-sikurezza u s-sigurtà tal-impjanti tal-enerġija nukleari, l-użu b’emissjonijiet baxxi tal-fjuwils fossili, u netwerks intelliġenti, li huma kollha oqsma importanti għas-suq tal-enerġija;

47.  Jemmen li huwa importanti li jsir aktar progress fuq l-awtostradi tal-elettriku tal-futur u b’mod partikolari s-"South Eastern - North Electricity Highway" (SENEH) li tgħin ukoll fl-akkomodazzjoni tat-trasferiment tal-enerġija prodotta minn parks fotovoltajċi, bħall-proġett Helios, mix-Xlokk tal-Ewropa sat-Tramuntana u l-Punent;

Hemm bżonn ta’ azzjonijiet urġenti

Suq intern tal-enerġija kompetittiv, integrat sew, miftuħ u regolat sew

48.  Jistieden lill-Istati Membri biex jittrasponu u jimplimentaw għal kollox il-leġiżlazzjoni relevanti kollha tal-UE, partikolarment it-tielet pakkett tal-enerġija, b’mod urġenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni kontra dawk l-Istati Membri li fihom l-implimentazzjoni kienet imdewma bla bżonn; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni diġà bdiet proċeduri formali biex tinvestiga l-ksur tar-regoli tal-UE;

49.  Jenfasizza l-bżonn li jiġu ttrattati d-distorsjonijiet tas-suq strutturali, u n-nuqqas ta' trasparenza fis-swieq; jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha biex tinforza l-implimentazzjoni tat-tielet pakkett tal-enerġija;

50.  Jitlob lill-Kummissjoni biex timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni tal-enerġija tal-UE, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li joħolqu drittijiet tal-konsumaturi essenzjali, kif ukoll dawk li jirrigwardaw l-operaturi tas-sistemi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u r-regoli tal-kompetizzjoni u tal-għajnuna statali, u dawk li jfittxu li jnaqqsu l-fenomenu tal-flussi (loop flows) fis-suq intern tal-elettriku, b’dan tal-aħħar li jikkostitwixxi sfida sinifikanti, għalkemm tista' tiġi mmaniġġjata, għas-suq intern tal-enerġija għax idgħajjef is-sigurtà tas-sistema tal-enerġija billi jnaqqas l-għażliet tal-ħżin u l-kapaċità tan-netwerk; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tuża l-mezzi l-aktar xierqa għad-dispożizzjoni tagħha biex tindirizza kwalunkwe nuqqas ta’ konformità kontinwu mal-leġiżlazzjoni relevanti tal-UE;

51.  Jinnota li kwalunkwe qtugħ fl-elettriku s’issa kien riżultat tan-nuqqasijiet operattivi, mhux tan-nuqqas tal-kapaċità; jirrikonoxxi li bħala riżultat tar-riċessjoni ekonomika, il-prezzijiet għoljin tal-gass naturali u s-sehem li dejjem jikber tal-produzzjoni intermittenti tal-elettriku rinnovabbli, l-investituri fl-UE jaffaċċjaw inċertezza konsiderevoli meta jiżviluppaw kapaċitajiet flessibbli ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku; jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq valutazzjoni komprensiva dwar l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni ibbażata fuq metodoloġija armonizzata u biex tipprovdi gwida dwar kif tiġi msaħħa l-flessibilità u tinżamm il-provvista;

52.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jikkoordinaw proġetti tal-infrastruttura b’mod aħjar u biex jippjanaw b'mod konġunt l-iżvilupp, b’hekk jiġu żgurati l-konnettività u l-kosteffettività sħaħ tas-sistema mal-UE kollha billi jittieħed vantaġġ mis-sinerġiji transkonfinali u netwerk tal-infrastruttura tal-enerġija aktar effiċjenti; jinnota li għandu jitħeġġeġ approċċ integrat li jinkludi l-operaturi tad-distribuzzjoni; iħeġġeġ, għal dak il-għan, lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jiżguraw il-valutazzjoni rapida, l-għażla, il-permess u l-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ interess Ewropew komuni, speċjalment fir-rigward tal-interkonnetturi transkonfinali tal-elettriku u tal-gass, inklużi l-mekkaniżmi ta’ inverżjoni tal-fluss, il-gass naturali likwifikat, l-infrastruttura għall-ħżin tal-enerġija u netwerks intelliġenti ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni, li huma vitali għal suq tal-enerġija integrat sew u li jiffunzjona sew;

53.  Jirrakkomanda li, fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-enerġija tal-Faċilità "Nikkollegaw l-Ewropa", il-Kummissjoni tagħti prijorità lil proġetti li għandhom l-akbar impatt fuq il-funzjonament tas-suq intern, biex b'hekk tingħata spinta lill-kompetizzjoni, titħaffef il-penetrazzjoni fis-suq tas-sorsi tal-enerġija rinovabbli, jinħolqu l-interkonnessjonijiet transfruntieri neċessarji, u tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista;

54.  Jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq reviżjoni ġdida ta’ pjanijiet eżistenti għall-proġetti tal-enerġija, speċjalment għall-bini ta’ stazzjonijiet ta’ gass naturali likwifikat ġodda skedati li jieħdu aktar minn 10 snin biex jitlestew, biex jiġi vvalutat il-benefiċċju ekonomiku – b’kunsiderazzjoni tal-istazzjonijiet ta’ gass naturali likwifikat li diġa’ qed jinbnew jew qegħdin fl-istadju ta’ ppjanar fi Stati Membri individwali u li, fil-futur qrib, se jikkontribwixxu għas-sikurezza tal-provvista tal-enerġija fi Stati Membri klassifikati bħala ‘gżejjer ta’ enerġija’ – u biex jikkontribwixxu għall-iffinanzjar ta’ proġetti bħal dawn;

55.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iwaqqfu sistema effiċjenti ta’ mmaniġġjar tal-konġestjoni sabiex irawmu l-użu effiċjenti tal-kapaċità eżistenti tat-trażmissjoni tal-gass u tal-elettriku, filwaqt li titnaqqas l-ispiża tal-estensjoni tal-kapaċitajiet tan-netwerk, u jiffaċilitaw il-konnessjoni akbar ta’ sorsi ta’ ġenerazzjoni rinnovabbli man-netwerk tal-elettriku;

56.  Jistieden lill-Istati Membri biex jieqfu, kemm jista' jkun malajr, milli jużaw limiti fuq il-prezzijiet jew prezzijiet tal-enerġija bl-imnut irregolati stabbiliti, fil-livell nazzjonali, b'mod aktar baxx mill-ispiża li tkun saret, billi tali miżuri jistgħu joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni u jheddu serjament l-investimenti futuri fil-kapaċità u l-infrastruttura fis-settur tal-enerġija; madankollu jenfasizza li politiki f'dan ir-rigward għandhom iqisu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi vulnerabbli li mhux dejjem ikunu jistgħu jibbenefikaw minn kompetizzjoni reali fis-swieq tal-enerġija;

57.  Jilqa’ d-determinazzjoni tal-Kummissjoni biex tinfurza r-regoli tal-antitrust u tal-għajnuna statali vis-à-vis l-impriżi kollha tas-settur tal-enerġija u s-sussidjarji tagħhom li joperaw fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, li jiżguraw li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwi b’kundizzjonijiet ugwali ta’ aċċess għall-parteċipanti kollha tas-suq; jistieden lill-Kummissjoni biex toħroġ linji gwida dwar kif tivvaluta l-abbuż ta' pożizzjoni dominanti minn kwalunkwe kumpanija fis-swieq tal-gass u l-elettriku, kif ukoll biex tipprovdi gwida dwar l-aħjar prattiki u dwar l-esperjenzi akkwistati mill-iskemi ta' appoġġ tal-enerġija rinnovabbli;

58.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi r-regoli tal-għajnuna statali fir-rigward ta’ miżuri nazzjonali għall-effiċjenza tal-enerġija, kif ukoll proġetti ta’ enerġija kofinanzjati taħt il-politika ta’ koeżjoni, sabiex jiġi żgurat li aktar minn dawn l-azzjonijiet ikunu eliġibbli għal finanzjament mill-istat, li jwassal għal aktar proġetti kompluti;

59.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tuża s-setgħat ta’ skrutinju tal-għajnuna mill-istat tagħha biex tħeġġeġ l-iżvilupp ta’ infrastruttura transkonfinali; jemmen li dawn l-interkonnetturi għandhom rwol vitali meta jiġu għaż-żieda fil-kapaċità li jintużaw il-provvisti tal-viċinat f’każ ta’ emerġenza jew żbilanċ ta’ enerġija u għat-tnaqqis tas-sussidji tul iż-żmien;

60.  Jappoġġja bis-sħiħ l-isforzi tal-Kummissjoni, abbażi tal-ħidma kkoordinata żviluppata mill-ENTSOs, biex tintroduċi l-kodiċi tan-netwerks armonizzati sal-2014 u r-regoli bi qbil mal-pjan, u biex tiżgura l-istabilità u f’kemm dan ikun favur l-innovazzjoni b'mod miżjud tal-qafas regolatorju tas-suq intern tal-enerġija;

61.  Jappoġġja bis-sħiħ il-miżuri regolatorji mwettqa mill-ACER u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex jitħeġġeġ, jitjieb u jiġi ssimplifikat il-kummerċ tal-enerġija transkonfinali, inklużi fi swieq ta’ bbilanċjar fl-istess jum u ta’ jum bil-quddiem, u biex jitnaqqas id-distakk bejn is-sistemi tal-enerġija fi Stati Membri differenti billi jitħeġġeġ l-użu trasparenti tal-interkonnetturi; jenfasizza l-bżonn ta' numri xierqa ta' staff – bi kwalifiki, esperjenza u kompetenza neċessarji – fl-ACER u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex iwettqu l-ħidmiet relatati mal-monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet bl-ingrossa u l-identifikazzjoni ta’ prattiki ta’ abbuż fil-kummerċ minn informazzjoni privileġġata u tentattivi ta’ manipulazzjoni tas-suq;

62.  Fir-rigward tas-suq tal-elettriku intern, jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi b'mod urġenti analiżi dettaljata tal-adegwatezza tas-sistema u l-flessibilità tal-kapaċitajiet tal-ġenerazzjoni nazzjonali fuq tul ta’ żmien qasir u twil, filwaqt li jitqies b’mod sħiħ il-kontribut potenzjali tal-miżuri flessibbli kollha, bħal rispons għad-domanda, ħżin tal-enerġija u interkonnessjoni, u biex tirrapporta fuq l-impatt tal-miżuri nazzjonali applikati relatati mal-valutazzjoni tal-kapaċità u l-ippjanar tal-iżvilupp għas-suq intern tal-enerġija u r-regoli tal-kompetizzjoni, filwaqt li jitqiesu l-konsegwenzi f'termini kemm ta' sigurtà tal-provvista kif ukoll ta' aspetti transkonfinali ta’ din il-politika kumplimentarja tad-disinn tas-suq; jitlob, f’dan ir-rigward, biex isiru aktar sforzi fuq l-użu futur ta’ teknoloġiji ta’ ħżin tal-enerġija u rispons mil-lat ta’ domanda, li huma kollha sorsi addizzjonali ta’ flessibilità;

63.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprepara gwida dwar l-użu u l-varar ta’ riżorsi ta’ flessibilità – bħall-immaniġġjar mil-lat ta’ domanda, il-ħżin u l-infrastrutturi fiżiċi, inklużi dawk transkonfinali – sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jippreparaw u jimplimentaw strateġiji nazzjonali biex ivaraw riżorsi ta’ flessibilità fit-territorji tagħhom;

64.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-ENTSO-E biex jiżviluppaw metodoloġija koerenti u allinjata li tiżgura l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni fl-Ewropa, inkluż il-kontribut pożittiv ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli u b’mod partikolari enerġija rinnovabbli varjabbli;

65.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tesplora forom futuri ta’ swieq tal-enerġija li, għall-kuntrarju tal-mekkaniżmi nazzjonali preżenti tal-kapaċità, jistgħu jipprovdu flussi ta’ dħul nondiskriminatorji addizzjonali għall-investituri fil-forom kollha ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija u tiżgura l-provvista kosteffettiva ta’ servizzi ta’ flessibilità fis-settur tal-enerġija;

66.  Jistieden lill-Kummissjoni biex twaqqaf regoli li jippromwovu l-iżvilupp ulterjuri ta’ suq għas-servizzi anċillari miftuħ għall-parteċipazzjoni tas-sorsi kollha tal-enerġija, inkluża l-enerġija rinnovabbli;

67.  Jistieden lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-partijiet interessati relevanti biex jipprovdu inċentivi u biex jappoġġjaw inizjattivi u sħubijiet reġjonali, bil-għan li jkun hemm integrazzjoni tas-suq aktar mill-qrib, permezz tat-twaqqif ta' skambji tal-enerġija reġjonali u ċentri ta’ kummerċ tal-gass, u permezz ta' regoli aktar armonizzati għall-kummerċ tal-gass u mekkaniżmi tal-akkoppjament tas-swieq fil-limiti taż-żmien kollha u permezz tal-użu ta’ livell adegwat ta’ likwidità u trasparenza tas-suq;

68.  Jenfasizza li l-miżuri tas-suq intern għandhom jippromwovu d-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija, kemm indiġeni kif ukoll esterni, u m’għandhomx jiffokaw primarjament fuq l-iżvilupp jew it-tkabbir ulterjuri ta’ rotot u provvisti attwali;

69.  Jiġbed l-attenzjoni lejn id-dimensjoni esterna tas-suq tal-enerġija, li hu maħsub biex jiffaċilita lill-Istati Membri kollha biex jaċċessaw is-sorsi differenti tal-enerġija; Jistieden lill-Kummissjoni biex, f'koordinazzjoni mas-SEAE, tuża l-istrumenti tal-politika barranija tagħha ħalli tħeġġeġ ir-regoli u l-istandards tas-suq intern tal-enerġija fir-rigward ta’ pajjiżi terzi u, speċjalment, fil-viċinat tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex issolvi, fi djalogi bilaterali mal-pajjiżi terzi relevanti, il-kwistjoni tar-regoli ċari tal-immaniġġjar tal-konġestjoni f’konnessjonijiet tal-elettriku u tal-gass transkonfinali u aċċess minn partijiet terzi għan-netwerks ta’ trażmissjoni; iħeġġeġ bis-sħiħ lill-Kummissjoni biex tieħu miżuri biex tipprevjeni prattiki antikompetittivi min-naħa ta’ kumpaniji ta’ pajjiżi terzi li jistgħu jwasslu għal restrizzjoni tal-kompetizzjoni, prezzijiet aktar għoljin jew tnaqqis fis-sigurtà tal-provvista tal-enerġija; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura, fir-relazzjonijiet tagħha mas-sħab esterni, li l-kumpaniji tal-UE jkunu kapaċi jikkompetu fuq l-istess livell b’mod globali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex issaħħaħ il-kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-viċinat tal-UE dwar is-sikurezza nukleari; jistieden lill-Kummissjoni biex tkun trasparenti dwar il-fatturi kollha li għadhom qed jikkawżaw il-problemi fir-rigward tal-implimentazzjoni tat-tielet pakkett dwar l-enerġija, u biex tippreżenta ċifri ċari dwar l-impatt tagħhom fuq il-prezzijiet għall-konsumaturi;

70.  Jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex iżidu l-appoġġ politiku u finanzjarju lill-Komunità tal-Enerġija u biex iwettqu aktar miżuri biex jappoġġjaw l-estensjoni ta' regoli tas-suq intern għall-Ewropa tax-Xlokk u tal-Lvant;

71.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri, fid-dawl tal-ħolqien ta’ mekkaniżmu ta’ skambju ta’ informazzjoni għall-ftehimiet intergovernattivi bejn l-Istati Membri tal-UE u pajjiżi terzi dwar politika tal-enerġija, biex juru aktar ambizzjoni fl-iżgurar li l-ftehimiet li jmorru kontra l-leġiżlazzjoni tas-suq intern ma jidħlux fis-seħħ; huwa tal-opinjoni li l-Kummissjoni għandha tkun tista’ teżamina abbozzi ta’ ftehimiet għall-kompatibbiltà tagħhom mal-acquis communautaire u tipparteċipa fin-negozjati kull meta jkun rilevanti;

72.  Ifakkar lill-Kummissjoni li s-suq intern mhuwiex indipendenti mis-suq globali; jitlob lill-Kummissjoni biex tqis b’mod sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament dwar id-dimensjoni esterna tal-politika tal-enerġija(16) meta tippjana l-azzjonijiet tas-suq intern tagħha; jikkonferma l-appoġġ tiegħu għall-idea li huwa biss suq intern li jiffunzjona bis-sħiħ li jippermetti lill-UE titkellem b’vuċi waħda globalment; jitlob lill-Kummissjoni biex tiżviluppa aktar azzjonijiet addizzjonali fil-qasam tal-politika esterna tal-enerġija;

73.  Jemmen li l-Ftehim futur tal-Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Istati Uniti għandu jinkludi kapitolu li jiffoka biss fuq kwistjonijiet tal-enerġija bħal dawn li jistgħu jaffettwaw is-suq intern, inkluż, fost l-oħrajn: kummerċ tal-enerġija bl-ingrossa, kummerċ tal-komoditajiet, regoli marittimi tat-trasport tal-enerġija, skemi kummerċjali tal-emissjonijiet, standards ta’ sikurezza tal-fjuwil, prattiki tal-kontabilità, sussidji ta’ enerġija mill-Istat u t-trasferiment tal-proprjetà intellettwali fir-rigward tal-esplorazzjoni, il-produzzjoni u t-trasformazzjoni tal-energija u t-tmiem ta’ ċiklu tal-ħajja tal-prodotti;

74.  Jappoġġja l-mandat mogħti mill-Kunsill Ewropew lill-Kummissjoni biex tippreżenta analiżi tal-kompożizzjoni u l-fatturi tal-prezzijiet tal-enerġija u l-ispejjeż fl-Istati Membri individwali qabel tmiem l-2013, b'fokus partikolari fuq l-impatt fuq id-djar, l-SMEs u l-industriji intensivi f'termini ta' enerġija, u b'mod aktar wiesa' fuq il-kompetittività tal-UE fir-rigward tal-kontropartijiet ekonomiċi globali; Jistieden ukoll lill-Kummissjoni timmonitorja kontinwament il-prezzijiet u l-ispejjeż tal-enerġija fl-Istati Membri;

75.  Fir-rigward tas-suq intern tal-gass, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jirrevedu l-kuntratti kollha tal-gass ibbażati fuq mekkaniżmi tal-ipprezzar skaduti – partikolarment fuq il-prinċipju tal-indiċjar taż-żejt – li jimponu prezzijiet għoljin fuq il-konsumaturi u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tassisti fl-esplorazzjoni tal-possibbiltajiet tan-negozjar mill-ġdid ta’ dawn il-kuntratti, mhux biss fil-kuntest tat-tiġdid tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa li l-prodotti u l-mekkaniżmi kollha mmirati lejn it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-kummerċ tal-gass għal żmien qasir jiġu żviluppati u appoġġjati; jenfasizza li l-miżuri msemmija qabel huma kruċjali biex tiġi żgurata l-kompetittività reali fir-rigward tal-prezz tal-provvisti tal-gass lill-konsumaturi kollha fis-suq intern tal-gass.

Protezzjoni u appoġġ effettiv għall-konsumaturi

76.  Jistieden lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-partijiet interessati relevanti biex itejbu l-kwalità u d-disponibilità tal-informazzjoni offruta lill-konsumaturi, biex jiġu pprovduti b’metodi ta’ ffatturar ċari u trasparenti, biex jistabbilixxu għodod għat-tqabbil tal-prezzijiet li jippermettuhom jagħmlu l-aktar għażliet infurmati, u li jagħmluhom konxji dwar modi ta’ kif jikkontrollaw il-konsum tal-possibilitajiet għall-iffrankar tal-enerġija, l-effiċjenza enerġetika u l-produzzjoni fuq skala żgħira; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimplimentaw id-Direttiva dwar is-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim u r-Regolament dwar is-Soluzzjoni Onlajn għat-Tilwim tal-Konsumaturi; jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex tiġi stabbilita pjattaforma tal-informazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumaturi; jirrakkomanda li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jwettqu kampanji ta’ informazzjoni adattati għall-konsumaturi fejn il-gvernijiet u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom jieħdu sehem attiv;

77.  Jirrimarka li għalkemm il-prezzijiet tal-enerġija fuq swieq tal-enerġija bl-ingrossa niżlu globalment, il-konsumaturi għadhom iħallsu prezzijiet għoljin; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri, u lir-regolaturi tal-Istati Membri, biex jiżguraw li l-konsumaturi jibbenefikaw b'mod dirett u adegwat mill-iżviluppi fil-prezzijiet fis-suq bl-ingrossa;

78.  Jistieden lill-Istati Membri u l-Kummissjoni biex jiżviluppaw strateġija komprensiva li tfittex li tħeġġeġ lill-konsumaturi u l-"prosumers" biex jipparteċipaw attivament fis-suq tal-enerġija, fost l-oħrajn bl-inklużjoni permezz tal-leġiżlazzjoni eżistenti kif ukoll permezz tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija; iħeġġeġ li jiġi aġġustat b’mod regolari s-sinjal tal-prezz tal-użu tan-netwerks biex l-utenti eżistenti iżda wkoll dawk futuri jiġu ggwidati kif suppost u b’hekk tiġi żgurata l-koerenza tan-netwerks u d-deċiżjonijiet individwali.

79.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ aktar kooperazzjoni bejn is-setturi tal-enerġija u tal-informazzjoni u tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni (ICT), u biex tagħmel rieżami tal-oqfsa regolatorji eżistenti biex ikunu mħeġġa l-innovazzjonijiet relatati mal-enerġija, li jkunu ta’ benefiċċju għall-konsumaturi kollha, u li jiffaċilitaw il-varar ta’ grids intelliġenti b’mod li jkunu faċli biex jintużaw, sikuri u affidabbli, b'mod li ma jitfgħux piż finanzjarju fuq il-konsumaturi u li jqisu l-privatezza tad-dejta tagħhom; jitlob kooperazzjoni fl-iżvilupp ta’ grids intelliġenti fil-livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali u fl-iżvilupp ta’ standards Ewropej għall-grids intelliġenti;

80.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri, u l-awtoritajiet reġjonali u lokali, biex jinkorporaw u joħolqu inċentivi finanzjarji għall-investimenti f'soluzzjonijiet tal-ICTs fi grids intelliġenti, u biex jimmiraw lejn suq ta’ prosumers, li jwasslu għal aktar flessibilità, l-effiċjenza/frankar tal-enerġija u l-parteċipazzjoni mil-lat ta’ domanda;

81.  Jinsab ħerqan dwar il-linji gwida tal-Kummissjoni li jgħinu biex jitwaqqfu objettivi ta’ politika ambizzjużi fir-rigward ta’ konsumaturi vulnerabbli, li se jgħinu lill-Istati Membri biex jiddefinixxu aħjar l-approċċ tagħhom għal din il-kategorija ta’ konsumaturi; jistieden lill-Kummissjoni biex tipprepara dawn il-linji gwida, filwaqt li tqis il-mekkaniżmi u l-istrumenti nazzjonali eżistenti għall-protezzjoni ta’ tali konsumaturi, bil-għan li jinkiseb approċċ aktar koerenti u komprensiv fil-livell tal-UE, filwaqt li l-Istati Membri jitħallew fil-libertà li jagħżlu l-istrumenti l-aktar xierqa biex jipprovdu tali appoġġ; iżid li servizzi konsultattivi komprensivi għal din il-kategorija ta' konsumaturi, u l-iskambju tal-aħjar prattiki, jista' jkollhom rwol importanti;

82.  Jilqa’ l-analiżi imminenti tal-Kummissjoni dwar il-faqar enerġetiku fl-UE; jemmen li, bħala parti mill-analiżi tagħha, il-Kummissjoni għandha tagħmel sforzi biex tiżgura li l-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku ssir parti mill-basket tas-servizzi soċjali għall-Ewropa, eż. permezz tal-fondi soċjali u ta’ koeżjoni; jistipula li l-programmi eżistenti u ġodda tal-effiċjenza enerġetika għandhom dejjem jinkludu enfasi mmirata fuq il-gruppi bi dħul baxx;

83.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa u tirrakkomanda disinn xieraq tas-suq bl-imnut li jiffoka fuq il-fornituri biex jiġu armonizzati s-swieq bl-imnut Ewropej u b’hekk itaffu l-piż amministrattiv fuq il-konsumaturi billi l-fornituri jitħallew jimponu t-taxxi kollha direttament fuq il-kont tad-dawl.

Għajnuna għall-isfidi futuri tal-enerġija u tal-klima

84.  Jistieden lill-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-partijiet interessati relevanti biex jaqilbu l-iskemi ta' appoġġ neċessarji għall-ġeneraturi kollha tal-enerġija f'mekkaniżmi trasparenti, prevedibbli, konverġenti u mmexxija mis-suq, hekk kif ikun fattibbli, sabiex jinħoloq suq komuni għal fatturi ta' appoġġ rikjesti – bħall-effiċjenza fl-enerġija, il-prosumers, il-koġenerazzjoni, il-flessibilità, l-enerġija rinnovabbli u s-servizzi tal-appoġġ tal-grilja – b'mod li jiżgura l-kompatibilità tagħhom u li jevita kwalunkwe rduppjar; jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta gwida dwar l-iskemi ta' appoġġ effiċjenti u kosteffettivi għall-enerġija rinnovabbli;

85.  Jistieden lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex jirrevedu l-indikaturi użati biex ikejlu l-grad ta’ kompetizzjoni fis-swieq tal-enerġija u jinkludu indikaturi bħall-proporzjon tal-konsumaturi fuq l-irħas tariffi, il-kapaċità li għandhom il-kumpaniji ġodda biex jidħlu fis-suq u l-livelli ta’ servizz tal-klijent u innovazzjoni, li kollha se jgħinu sabiex tkun ipprovduta stampa reali dwar il-livell tal-kompetizzjoni fis-suq;

86.  Fir-rigward tas-suq intern tal-elettriku, jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina fid-dettall l-implikazzjonijiet li jiġu integrati s-sehem dejjem jikber tal-enerġija rinnovabbli, fi grilji tal-enerġija fir-rigward tal-appoġġ finanzjarju, ir-rekwiżiti tekniċi mas-sistema kollha u d-disinn tas-suq; tenfasizza li n-nuqqas ta’ approċċ ikkoordinat favur dawn is-sorsi, s’issa kkomplika l-integrazzjoni tagħhom fis-sistemi tal-enerġija Ewropej; jenfasizza l-fatt li l-grilja tal-enerġija Ewropea attwali u l-infrastrutturi tal-ħżin għandhom jiġu adattati għall-kontribut tal-ġenerazzjoni distribwita mill-enerġija rinnovabbli; jisħaq fuq l-importanza tal-gass bħala fjuwil alternattiv biex ikampa bil-varjabilità tal-produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli, u jitlob lill-Kummissjoni biex tivvaluta l-livell neċessarju ta' flessibilità fis-sistema tal-enerġija (grilja intelliġenti, l-immaniġġjar u l-ħżin mil-lat ta’ domanda u l-kapaċità alternattiva flessibbli); jemmen li ħżin ippumpjat għandu rwol kbir fil-ħżin tal-elettriku;

87.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tkompli tuża l-fond għall-iżvilupp reġjonali, il-fond ta’ koeżjoni u fondi strutturali oħra tal-UE biex tappoġġja l-ħolqien ta’ grilji intelliġenti tal-gass u tal-enerġija fil-perjodu li jmiss sabiex jiġu assorbiti aħjar tipi u sorsi ġodda ta’ enerġija u għall-modernizzazzjoni tar-reġjuni kollha tal-Ewropa; jemmen li l-operaturi tan-netwerk ta’ distribuzzjoni għandhom jiġu mħeġġa wkoll biex jaċċettaw adattamenti għan-netwerks tagħhom;

88.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jippromwovu inċentivi li jiftħu l-possibilitajiet mhux sfruttati tal-mikroġenerazzjoni u biex joqogħdu attenti għall-bżonn li jiżviluppaw aktar il-koġenerazzjoni billi hija waħda mill-aktar mezzi effiċjenti ta’ produzzjoni tal-enerġija elettrika u tas-sħana, u biex din l-għażla tkun ibbażata fuq l-implimentazzjoni wiesgħa tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali effiċjenti;

89.  Jenfasizza l-potenzjal ta’ sħana u elettriku kkombinati/tisħin u tkessiħ distrettwali biex jiġi akkomodat is-sehem li dejjem jikber tal-enerġija intermittenti billi tiżdied il-flessibilità u r-reżistenza għas-suq tal-enerġija u jiġi pprovdut ħżin ekonomiku tal-enerġija għall-elettriku żejjed. jistieden lill-Kummissjoni biex tindirizza u tippremja din il-kapaċità fl-inizjattiva li jmiss tagħha dwar is-CRMs u biex tappoġġja dan it-tip ta’ integrazzjoni transettorjali u bbilanċjar taħt l-“Orizzont 2020”.

90.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tvara studju li janalizza disinni ta’ swieq ġodda u kosteffiċjenti għas-suq Ewropew tal-elettriku bil-għan li jiġi żgurat li l-konsumaturi jirċievu elettriku bi prezz raġjonevoli, u biex tiġi evitata t-tnixxija tal-karbonju;

91.  Jilqa’ l-ħidma li saret biex tagħmel din ir-riċerka fil-qasam tal-enerġija prijorità tal-programm Orizzont 2020 u jistieden lill-Istati Membri biex japprofittaw bis-sħiħ minn dan il-qasam ta’ programmazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jappoġġjaw ir-riċerka dwar it-teknoloġiji tal-enerġija innovattivi, u l-iżvilupp tagħhom, u biex itejbu t-teknoloġiji eżistenti li jaqgħu barra mill-qafas tal-proġetti Orizzont 2020 u Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT); iħeġġeġ lill-Istati Membri biex joħolqu sinerġiji bejn programmi ta' riċerka tal-UE u dawk nazzjonali, bħala rikonoxximent tal-fatt li r-riċerka hija l-unika mod progressiv biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, titjieb is-sigurtà tal-enerġija, tikber il-pożizzjoni kompetittiva tal-industrija tal-UE fis-suq globali, tinżamm it-tmexxija teknoloġika tal-UE, u jingħata kontribut għall-aġenda Ewropew għat-tkabbir u l-impjiegi; jenfasizza fuq il-bżonn li tkun offruta ċertezza leġiżlattiva tal-industrija tul medda ta’ żmien li testendi wara l-2020;

92.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħmel biżżejjed fondi disponibbli għall-iżvilupp ta’ grids ta’ distribuzzjoni intelliġenti, li huma l-aktar mod kosteffiċjenti għall-penetrazzjoni fuq skala kbira ta’ ġenerazzjoni distribwita minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli filwaqt li jiżguraw is-sigurtà tal-provvista u jisfruttaw bl-aħjar mod mill-potenzjali għall-iffrankar tal-enerġija;

93.  Jinnota li s-sistema attwali, ikkaratterizzata mis-suq intern frammentat, toħloq sfidi għall-istabilità fit-tul tal-kumpaniji u l-investituri, li tista’ twassal għall-għeluq ta’ impjanti u inċertezzi fir-rigward tal-impjieg u l-kapaċità; jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel evalwazzjoni indipendenti tal-futur tas-suq intern għall-elettriku u l-gass li fiha, il-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-investimenti, l-impjiegi fis-settur, l-ambjent u l-protezzjoni tal-konsumaturi, ikollhom rwol ċentrali; jitlob biex din l-evalwazzjoni tkun lesta sa Marzu 2014, u li tkun inklużiva billi tqis l-opinjonijiet ta’ partijiet interessati bħas-sħab soċjali, ir-rappreżentanti ta’ familji bi dħul baxx, l-organizzazzjonijiet ambjentali u l-SMEs;

o
o   o

94.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P7_TA(2013)0061.
(2) ĠU L 295, 12.11.2010, p. 1.
(3) ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1.
(4) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94.
(5) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55.
(6) ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1.
(7) ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18.
(8) ĠU L 299, 27.10.2012, p. 13
(9) ĠU C 99E, 3.4.2012, p. 64.
(10) Testi adottati, P7_TA(2012)0238.
(11) Testi adottati, P7_TA(2012)0509.
(12) Testi adottati, P7_TA(2012)0086.
(13) Testi adottati, P7_TA(2013)0088.
(14) Testi adottati, P7_TA(2012)0444.
(15) Testi adottati, P7_TA(2012)0443.
(16) Testi adottati P7_TA(2012)0238.


L-implimentazzjoni u l-impatt tal-miżuri għall-effiċjenza enerġetika fil-qafas tal-Politika ta' Koeżjoni
PDF 451kWORD 38k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Settembru 2013 dwar l-implimentazzjoni u l-impatt tal-miżuri għall-effiċjenza enerġetika fil-qafas tal-Politika ta' Koeżjoni (2013/2038(INI))
P7_TA(2013)0345A7-0271/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 194 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-TUE,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1783/1999,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1164/94,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 bit-titolu: ‘Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv’ (COM(2010)2020),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-18 ta' April 2013 bl-isem 'L-appoġġ finanzjarju għall-effiċjenza enerġetika fil-bini' (COM(2013)0225),

–  wara li kkunsidra l-kapitolu 5 (‘The European divide in clean energy and fuel poverty’) tar-rapport tal-Istitut Trejdjunjonistiku Ewropew (ETUI) ‘Benchmarking Working Europe 2013’, Brussell 2013,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta' enerġija u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE,

–  wara li kkunsidra r-rapport tiegħu tat-11 ta' Ġunju 2013 dwar l-akkomodazzjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kunsill tal-4 ta' Marzu 2013, Implimentazzjoni tas-Semestru Ewropew - Rapport ta' Sinteżi (6754/13),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2011 bl-isem ‘Politika reġjonali li tikkontribwixxi għat-tkabbir sostenibbli fl-Ewropa 2020’ (COM(2011)0017),

–  wara li kkunsidra il-manwal statistiku tal-Kummissjoni tal-2012 bl-isem ‘EU energy in figures’(2),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2008 bl-isem 'Il-Politika ta' Koeżjoni: ninvestu fl-ekonomija reali' (COM(2008)0876),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ottubru 2006 dwar pjan ta' azzjoni għall-effiċjenza fl-enerġija: twettiq tal-potenzjal (COM(2006)0545),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 21/2012 tal-Qorti tal-Awdituri bl-isem 'Il-kosteffettività tal-Investimenti tal-Politika ta' Koeżjoni fl-Effiċjenza Enerġetika',

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2009 dwar Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-KfW Research bl-isem ‘Impact on public budgets of KfW promotional programmes in the field of Energy-efficient building and rehabilitation’(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2013 dwar ir-rwol tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE u tal-atturi tagħha fl-implimentazzjoni tal-politika Ewropea l-ġdida dwar l-enerġija(5),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Marzu 2011 bl-isem ‘Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050’ (COM(2011)0112),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Mejju 2012 dwar Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza(6),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-18 ta' April 2013 bl-isem ‘Il-politika ta' koeżjoni: Rapport strateġiku tal-2013 dwar l-implimentazzjoni tal-programm għal bejn l-2007 u l-2013’ (COM(2013)0210),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-4 ta' Mejju 2012 bl-isem 'Effiċjenza fl-enerġija fil-bliet u r-reġjuni – enfasi fuq id-differenzi bejn id-distretti rurali u l-bliet'(7),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-14 ta' Diċembru 2011 bl-isem 'L-effiċjenza enerġetika'(8),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) dwar ‘Il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza enerġetika’(9),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' politika MARIE/ELIH-MED bl-isem ‘Improving MED transnational cooperation answers to energy efficiency challenges in buildings’,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-8 ta’ Marzu 2011 bl-isem ‘Pjan Ewropew għall-Effiċjenza Enerġetika 2011’ (COM(2011)0109),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni għall-Investimenti f'Enerġija Sostenibbli (SF Energy Invest) bl-isem ‘Practical recommendations to increase the share of sustainable energy investments in the upcoming SCF programming period 2014-2020’(10),

–  wara li kkunsidra r-rapport imressaq minn Ismeri Europa lill-Kummissjoni bl-isem ‘Expert evaluation network delivering policy analysis on the performance of Cohesion policy 2007-2013 – Synthesis of national reports 2011 – renewable energy and energy efficiency of housing’,

–  wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tas-27 ta' Marzu 2013 bl-isem 'Qafas għall-politiki dwar il-klima u l-enerġija sal-2030' (COM(2013)0169),

–  wara li kkunsidra l-istudju ta' Copenhagen Economics bl-isem ‘Multiple benefits of investing in energy efficient renovation of buildings’(11),

–  wara li kkunsidra l-kontribut tal-Kummissjoni lill-Kunsill tal-Ewropa tat-22 ta’ Mejju 2013 dwar l-isfidi u l-politika dwar l-enerġija,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0271/2013),

A.  billi effiċjenza enerġetika mtejba tfisser l-użu ta' inqas input enerġetiku għal livell ekwivalenti ta' attività ekonomika jew servizz(12);

B.  billi l-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika hija stabbilita mill-Artikolu 194(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fil-kuntest tal-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u l-ħtieġa għall-konservazzjoni u t-titjib tal-ambjent;

C.  billi l-kisba tal-effiċjenza enerġetika hija prijorità ewlenija għall-Kummissjoni u l-Istati Membri, kif jidher minn wieħed mill-objettivi tal-UE 2020 sabiex l-effiċjenza enerġetika tiżdied b'20 %;

D.  billi t-tnaqqis fil-konsum permezz tal-effiċjenza enerġetika hu l-iktar mod sostenibbli kif titnaqqas id-dipendenza fuq il-karburanti fossili, li jwassal għal tnaqqis ta’ madwar 25% fl-importazzjonijiet;

E.  billi parti kbira mill-enerġija għadha tiġi mill-idrokarburi li, matul il-kombustjoni, jirrilaxxaw gassijiet b’effett serra;

F.  billi l-investiment fl-effiċjenza enerġetika jista’ jġib miegħu benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ambjentali għar-reġjuni Ewropej;

G.  billi implimentazzjoni f’waqtha u kosteffikaċi tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika għandha l-potenzjal li tnaqqas b’mod sinifikanti l-konsum tal-enerġija, tnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet ta’ karburanti fossili, toħloq impjiegi ġodda, tipprovdi l-ħarsien soċjali u teqred il-faqar fl-enerġija;

H.  billi fil-perjodu ta’ programmazzjoni attwali 2007-2013, ġew allokati EUR 5,5 biljun għall-effiċjenza enerġetika, il-koġenerazzjoni u l-ġestjoni tal-enerġija fi ħdan il-baġit tal-Politika ta’ Koeżjoni;

I.  billi l-aktar rapport reċenti tal-Kummissjoni(13) jikkonkludi li sal-aħħar tal-2011, kważi EUR 3,8 biljun ġew allokati għal proġetti speċifiċi fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, inklużi fondi li jistgħu jerġgħu jintużaw (revolving funds) li jirrappreżentaw rata ta' implimentazzjoni ta' 68 %; billi r-rapport innota wkoll li din ir-rata ta’ implimentazzjoni ma kinitx uniformi madwar l-Unjoni;

J.  billi l-Kunsill, fir-Rapport ta' Sinteżi tiegħu ta' Marzu 2013(14), identifika fost il-fatturi li qed jaffettwaw ħażin l-iżvilupp fl-effiċjenza enerġetika, in-nuqqas ta' informazzjoni adegwata u inċentivi finanzjarji, il-profil baxx tal-miżuri ta' effiċjenza enerġetika u l-implimentazzjoni inadegwata tal-leġiżlazzjoni eżistenti, filwaqt li nnota li dawn il-fatturi huma aktar prattiċi milli regolatorji;

K.  billi l-ammont minimu ta’ finanzjament għall-proġetti disponibbli mill-faċilità Assistenza Ewropea għall-Enerġija Lokali (ELENA) huwa ta’ EUR 50 miljun, u mill-Programm Enerġija Intelliġenti l-minimu jaqbeż EUR 6 miljun, li huwa aktar minn dak għal ħafna proġetti f'komunitajiet żgħar u rurali;

Kummenti ġenerali

1.  Jenfasizza li fil-perjodu attwali ta’ kriżi u filwaqt li l-Unjoni timporta aktar minn 50 % tal-ħtiġijiet tal-enerġija tagħha, it-titjib fl-effiċjenza enerġetika b’mod kosteffiċjenti jista’ jirrappreżenta mezz importanti għall-istimolu tal-kompetittività tal-UE, il-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir fil-livell lokali u reġjonali, u jirrappreżenta għażla favorevoli fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-ispejjeż għoljin fl-enerġija;

2.  Jappoġġa l-impenn tal-UE li tikseb l-objettiv li żżid l-effiċjenza enerġetika b’20 % sal-2020; jenfasizza, li implimentazzjoni f’waqtha u adegwata tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika u l-istrumenti tagħha, f’konformità maċ-ċirkostanzi nazzjonali individwali ġġib lura lill-Istati Membri fi triqithom lejn l-ilħuq tal-mira ta’ 20 %; iħeġġeġ lill-Istati Membri f’dan ir-rigward, jagħmlu sforzi ulterjuri għall-ilħuq tal-objettiv UE2020, u jwittu t-triq għal aktar iffrankar lil hinn minn din id-data;

3.  Jinnota li l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej jistgħu jgħinu biex jipprovdu inċentivi għall-investiment privat fi prodotti, mezzi ta’ trasport, bini, industrija, xogħlijiet u servizzi li huma effiċjenti fl-enerġija, inklużi servizzi effiċjenti fl-enerġija, u jistgħu jgħinu jnaqqsu n-nefqa pubblika fuq il-kontijiet tal-enerġija, u b’hekk jingħata valur imtejjeb għall-flejjes pubbliċi; jilqa’ l-prijoritizzazzjoni ssuġġerita tal-effiċjenza enerġetika fi ħdan il-kapitolu tar-riċerka dwar l-enerġija ta’ Orizzont 2020;

4.  Jenfasizza l-esperjenza tal-perjodu ta’ finanzjament attwali li turi li l-fondi mwarrba mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej għall-effiċjenza enerġetika ma jistgħux jiġu sfruttati bis-sħiħ; jenfasizza għalhekk, li fil-qafas finanzjarju għall-2014-2020, fejn il-parti ta' finanzjament li twarrbet għall-effiċjenza enerġetika hija ikbar minn qabel, għandha tingħata attenzjoni sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għal dawn il-fondi;

5.  Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jużaw il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej għall-effiċjenza enerġetika bħala opportunità ta’ investiment b’effett ta’ ingranaġġ għoli u mhux bħala nefqa; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi aktar ir-regoli dwar l-Għajnuniet Statali sabiex jiġi permess finanzjament nazzjonali akbar għall-effiċjenza enerġetika flimkien mal-investimenti Ewropej;

6.  Jenfasizza l-importanza tal-Politika ta’ Koeżjoni, u tar-riżorsi finanzjarji allokati għaliha, għall-iżvilupp sħiħ ta’ grids u netwerks intelliġenti li jirriżultaw f’sistemi ta’ enerġija aktar effiċjenti madwar ir-reġjuni, u b’hekk jitnaqqsu l-konsum tal-enerġija u t-telf tal-enerġija;

7.  Jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jrid ikollhom kompetenzi u responsabbiltajiet adegwati mhux biss fir-rigward tal-provvista u l-użu tal-enerġija iżda wkoll għall-ilħuq tal-objettivi tal-effiċjenza enerġetika;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb iċ-ċertezza ġuridika fir-rigward tar-regoli għall-għajnuna reġjonali mill-istat (RSA) għall-kostruzzjoni ta’ akkomodazzjoni soċjali li tikkonforma mal-istandards tal-effiċjenza enerġetika u l-investiment f’bini u f’enerġija sostenibbli;

9.  Ifakkar li, skont xi riċerka akkademika, madwar 9 % taċ-ċittadini mill-UE, in-Norveġja u l-Isvizzera (52.08 miljun persuna) fl-2010 ma setgħux isaħħnu darhom b’mod adegwat; jinnota li l-faqar fil-fjuwil huwa partikolarment intens fl-Istati Membri ġodda u li dan fil-maġġorparti tal-każijiet huwa riżultat ta’ djar b’iżolament minimu; jistieden lill-Kummissjoni teżamina fid-dettall ir-rabta bejn il-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika, il-faqar fil-fjuwil u l-konsumaturi vulnerabbli; jenfasizza li l-iffrankar li jkun sar permezz ta’ miżuri fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika jrid jiġi mgħoddi lill-konsumaturi bit-tnaqqis fil-kontijiet tagħhom;

10.  Jenfasizza li l-potenzjal tal-effiċjenza enerġetika għadu ma ntlaħaqx b’mod effettiv f’ċerti setturi ekonomiċi bħal dak tal-bini u tat-trasport u li l-allokazzjonijiet mill-Fond Strutturali jew il-Fond ta’ Koeżjoni, jew forom oħra ta’ investiment biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika għandhom jgħinu sabiex jiżdiedu l-opportunitajiet tax-xogħol f’dan is-settur;

11.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-kostruzzjoni u r-restawr tal-akkomodazzjoni soċjali jitwettqu bil-ħsieb li jinkisbu objettivi u standards tal-effiċjenza enerġetika; filwaqt li jiġi rispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà, jitlob lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati kollha jikkunsidraw l-akkomodazzjoni soċjali fil-programmi nazzjonali ta’ riforma tagħhom u fit-tiswir ta’ prijoritajiet strateġiċi taħt il-ftehimiet ta’ sħubija fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 li jmiss; ifakkar lill-Istati Membri f’dan il-kuntest, fid-dispożizzjoniiet stabbiliti fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2012/27/UE dwar l-Effiċjenza Enerġetika;

12.  Jirrikonoxxi li wieħed mill-akbar ostakli biex jinkiseb iffrankar tal-enerġija fil-livell lokali u reġjonali huwa l-ħtieġa ta’ investimenti bil-quddiem; jinsab konvint li kull miżura meħuda fil-livell tal-UE għandha tqis l-implikazzjonijiet għall-muniċipalitajiet u r-reġjuni, kif ukoll ir-restrizzjonijiet baġitarji tagħhom; jirrakkomanda, għalhekk, li r-rappreżentanti lokali u reġjonali jiġu kkonsultati meta jkunu qed jiġu stabbiliti linji gwida ta’ żvilupp fil-qasam tal-enerġija, u li l-appoġġ finanzjarju jiġi pprovdut għal programmi fil-livell lokali u reġjonali għall-użu tar-riżorsi tal-enerġija eżistenti;

13.  Ifakkar li l-Parlament diġà adotta r-rapport dwar ir-rwol tal-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE u l-atturi tagħha fl-implimentazzjoni tal-politika Ewropea l-ġdida dwar l-enerġija, u li dan ir-rapport ikopri wkoll kwistjonijiet dwar l-effiċjenza enerġetika;

Il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 u t-tibdil leġiżlattiv

14.  Jinnota li l-objettiv primarju tal-Politika ta’ Koeżjoni jibqa’ t-tnaqqis fid-diskrepanzi ekonomiċi, soċjali u territorjali bejn ir-reġjuni, u jikkunsidra li l-politiki dwar l-effiċjenza enerġetika m’għandhomx jinterferixxu ma’ dan l-objettiv; jenfasizza li wħud mill-iktar reġjuni fqar tal-UE jaf ikollhom prijoritajiet differenti u l-ewwel nett ikunu jirrikjedu investiment f’oqsma oħrajn; jenfasizza li l-qawwa tal-Politika ta’ Koeżjoni tinsab fil-flessibbiltà tagħha u l-amministrazzjoni deċentralizzata ta’ fondi fil-livell lokali;

15.  Ifakkar fl-emenda għar-regolament fl-2009 tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) b’rabta mal-effiċjenza enerġetika, biex b’hekk l-akkomodazzjoni fil-partijiet kollha tal-UE saret eliġibbli, b’limitu massimu ta’ 4 %; jinnota li, b’riżultat ta’ bidla tardiva fid-dispożizzjonijiet, jiġifieri modifika tal-programmi operazzjonali magħmula matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, din l-azzjoni politika f’bosta Stati Membri ma rriżultatx f’żieda sostanzjali ta’ fondi diretti lejn dan l-objettiv; jinnota li minħabba li din il-bidla ma ġietx akkumpanjata minn finanzjament addizzjonali ġdid tal-UE, uħud mill-Istati Membri rrifjutaw din l-opportunità filwaqt li f’oħrajn instabet korrelazzjoni sinifikanti bejn l-assorbiment baxx tal-fondi u funzjonijiet amministrattivi dgħajfin; jindika l-importanza taċ-ċarezza ġuridika b’rabta mal-miżuri ta’ effiċjenza enerġetika qabel u matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020;

16.  Jilqa’ l-fatt li fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni joffru opportunitajiet ġodda u ngħatalhom rwol aktar importanti fil-kisba tal-objettivi b’rabta mal-effiċjenza enerġetika; jappoġġa b’mod partikolari r-rwol futur tal-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni fis-settur kollu tal-bini, inkluż tal-akkomodazzjoni;

17.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jintroduċu fi ħdan il-programmi operazzjonali tagħhom, proċeduri sempliċi u mhux burokratiċi għall-użu ta’ fondi allokati għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika fid-djar;

18.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-arranġamenti ta’ deċentralizzazzjoni jagħtu lill-awtoritajiet muniċipali aċċess dirett għall-finanzjament tal-effiċjenza enerġetika fid-djar;

19.  Jilqa’ r-riżultat tan-negozjati dwar ir-regolament tal-FEŻR b’rabta mar-rati perċentwali minimi allokati sabiex jintużaw għall-objettivi tematiċi speċifiċi għal kull kategorija ta’ reġjuni, li jippermettu żieda fl-allokazzjonijiet għall-effiċjenza enerġetika u r-riżorsi tal-enerġija rinnovabbli; ifakkar li ishma minimi ambizzjużi huma kruċjali sabiex ikun hemm mobilizzazzjoni aktar faċli tal-atturi lokali u jgħinu fil-ħolqien ta’ programmi stabbli u fit-tul;

20.  Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li għall-objettivi tematiċi kollha, inkluża l-effiċjenza enerġetika jiġi estiż l-użu ta’ strumenti finanzjarji innovattivi fi ħdan il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020;

21.  Japprova l-proposti tal-Kummissjoni għas-simplifikazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020; jemmen li l-konklużjoni tan-negozjati b’rabta mar-Regolament dwar id-dispożizzjonijiet komuni (CPR) għandu jwassal għal implimentazzjoni b’suċċess tal-użu ta’ fondi multipli, b’benefiċċju kbir għal proġetti fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika;

22.  Jilqa’ l-progress li nkiseb fin-negozjati CPR fir-rigward tal-ftehimiet ta’ sħubija; jistieden f’dan ir-rigward lill-Istati Membri u lill-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni jaħdmu ma’ esperti mill-qasam tal-effiċjenza enerġetika sabiex jagħmlu użu tajjeb minn dan il-mekkaniżmu waqt it-tħejjija għall-programmi operazzjonali (OPs);

23.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu r-relazzjonijiet bejn il-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika rispettivi tagħhom u l-OPs bil-ħsieb li jkun żgurat li l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej se jkunu parti mill-istrateġija koerenti filwaqt li jiġu indirizzati fl-istess waqt il-ħtiġijiet territorjali; jenfasizza li l-objettiv prinċipali tal-effiċjenza enerġetika għandu jkun l-awtonomija tal-enerġija fil-livell reġjonali u lokali;

24.  Jemmen li l-miżuri tal-UE għandhom jappoġġaw l-effiċjenza enerġetika fil-fażijiet ta’ produzzjoni, distribuzzjoni u konsum tal-enerġija; jinnota li filwaqt li l-finanzjament għall-enerġija mill-Politika ta’ Koeżjoni bħalissa qed jintefaq l-aktar fuq sorsi rinnovabbli(15), għandu jintlaħaq bilanċ aħjar billi perċentwal ogħla ta’ finanzjament ikun immirat lejn proġetti fl-effiċjenza enerġetika;

25.  Jenfasizza li speċifikazzjoni u miri vinkolanti eċċessivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-objettivi tal-effiċjenza enerġetika jistgħu jżidu n-nefqa tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fuq l-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri u jimponu spejjeż addizzjonali għall-klijenti;

26.  Jenfasizza l-importanza li tiġi integrata dimensjoni tal-effiċjenza enerġetika fl-istrateġiji ta’ riċerka u innovazzjoni għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti li l-Istati Membri u r-reġjuni se jkollhom ifasslu sabiex ikollhom aċċess għall-finanzjament tal-innovazzjoni skont il-Politika ta’ Koeżjoni futura;

27.  Ifakkar lill-Istati Membri għal darb’oħra fl-importanza ta’ baġit iffinanzjat tajjeb għall-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020, fejn il-Politika ta’ Koeżjoni tista’ u għandha taġixxi bħala xprun tal-irkupru;

Is-sensibilizzazzjoni u l-importanza tat-tixrid tal-informazzjoni

28.  Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb il-kwalità u t-tixrid ta’ informazzjoni prattika dwar kwistjonijiet b’rabta mal-effiċjenza enerġetika disponibbli lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-benefiċċji li għandhom jinkisbu mill-investiment fl-effiċjenza enerġetika, l-aħjar metodoloġiji, standards u inċentivi finanzjarji, u l-fornituri ta’ servizzi relevanti, inkluż l-ikkuntrattar għall-prestazzjoni tal-enerġija; jinnota li n-nuqqas ta’ kumpaniji fis-servizz tal-enerġija f’bosta reġjuni u bosta Stati Membri, jista’ jaffettwa l-adozzjoni tal-finanzjament tal-effiċjenza enerġetika;

29.  Jenfasizza li n-nuqqas ta' informazzjoni dettaljata dwar il-karatteristiċi tal-istokk tal-bini fil-livell reġjonali jippreżenta ostaklu ewlieni għall-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali meta jifformulaw strateġiji u pjanijiet; jinnota r-rekwiżiti għall-elenkar ta’ tali informazzjoni kif previst fid-Direttiva 2012/27/UE u jitlob li din titlesta fil-livell reġjonali wkoll u ssir disponibbli għall-pubbliku;

30.  Jinkoraġġixxi lill-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni jtejbu l-viżibilità tal-OPs u l-opportunitajiet għal benefiċjarji potenzjali ta’ proġetti tal-enerġija sostenibbli offruti; jissuġġerixxi li dan isir bil-ħolqien ta' websajts, pjattaformi jew bażijiet ta' data nazzjonali għal benefiċjarji u partijiet interessati potenzjali, l-organizzazzjoni ta' workshops u avvenimenti sabiex jiġu infurmati gruppi mmirati, u miżuri sabiex tittejjeb il-viżibilità u l-aċċessibilità tar-riżorsi onlajn eżistenti (bħall-portal onlajn Build Up u l-Manwal SF Energy Invest);

31.  Iħeġġeġ lill-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni sabiex fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, jippromwovu proġetti integrati billi jadottaw approċċ olistiku għall-effiċjenza enerġetika fil-livell territorjali, b’mod partikolari billi jagħmlu użu mill-istrumenti ġodda ta’ programmar strateġiku, bħall-Investiment Territorjali Integrat, u billi jinvolvu inizjattivi eżistenti, bħall-Patt tas-Sindki, bħala għajnuna fl-iżvilupp ta’ pjanijiet integrati; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri japplikaw approċċ ‘rapidu’ biex jiġu ffinanzjati applikazzjonijiet minn awtoritajiet li huma firmatarji fil-Patt tas-Sindki u li qed jimplimentaw għalkollox ir-rekwiżiti tiegħu;

32.  Jilqa’ l-konferenza annwali tal-‘Open Days’ u n-numru ta’ bordijiet iddedikati għal proġetti fl-effiċjenza enerġetika lokali u reġjonali; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni jibnu fuq dan l-avveniment bil-ħsieb li titwaqqaf pjattaforma ta’ skambju ta’ informazzjoni, bil-ħsieb li jiġi promoss id-djalogu tant meħtieġ u skambju tal-aħjar prattiki għall-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-proġetti fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika ffinanzjati mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej;

Il-bini tal-kapaċità u l-assistenza teknika

33.  Jistieden lill-Istati Membri jagħtu segwitu lir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni(16) u jżidu l-bini tal-kapaċità, bl-użu ta’ baġits għall-għajnuna teknika, bil-ħsieb li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni effettiva tal-atturi lokali, reġjonali u tas-soċjetà ċivili fit-tfassil ta' strateġiji reġjonali u lokali tal-enerġija;

34.  Jirrikonoxxi li t-tranżizzjoni għal teknoloġiji effiċjenti fl-enerġija tirrikjedi ħiliet ġodda, edukazzjoni vokazzjonali li tqis l-ambjent u taħriġ speċifiku fis-settur tal-kostruzzjoni u f’setturi oħra; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri f’dan ir-rigward ikomplu jużaw il-fondi biex jipprovdu għajnuna teknika fil-livelli kollha (pereżempju permezz tal-faċilità ELENA); jistieden barra minn hekk lill-Istati Membri jagħmlu użu mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej biex iħarrġu mill-ġdid u jtejbu l-ħiliet tal-ħaddiema għal impjiegi emerġenti ġodda fl-ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju, u jevitaw in-nuqqas ta’ riżorsi umani kwalifikati f’dan is-settur;

35.  Jenfasizza l-benefiċċji potenzjali disponibbli skont l-inizjattivi JESSICA (Appoġġ Konġunt Ewropew għall-Investiment Sostenibbli fiż-Żoni tal-Ibliet) u ELENA għall-investiment fl-enerġija sostenibbli fil-livell lokali, bil-għan li tingħata għajnuna lil bliet u reġjuni sabiex iniedu proġetti ta’ investiment vijabbli fl-oqsma tal-effiċjenza enerġetika, u jitlob il-promozzjoni ta’ dawn l-inizjattivi;

36.  Iħeġġeġ ulterjorment l-appoġġ amministrattiv lill-awtoritajiet lokali u reġjonali bil-ħsieb li jiġu megħjuna joħolqu gruppi ta' proġetti żgħar u ta' daqs medju għall-effiċjenza enerġetika li waħedhom ikunu aktar baxxi mil-livell limitu finanzjarju minimu għall-aċċess għal ELENA, JESSICA u l-finanzjament għall-Enerġija Intelliġenti; jiġbed l-attenzjoni tal-Istati Membri u l-Kummissjoni għall-fatt li bliet u komunitajiet rurali żgħar u ta’ daqs medju ħafna drabi ma jkollhomx il-kapaċità amministrattiva meħtieġa biex jużaw b’mod sħiħ strumenti finanzjarji ġodda;

37.  Jenfasizza li l-burokrazija u n-nuqqas ta’ ċarezza proċedurali għamlu l-aċċess għall-Fondi Strutturali u għall-Fond ta’ Koeżjoni diffiċli u qatgħu qalb dawk l-atturi li għandhom l-aktar bżonn tali finanzjament milli japplikaw; jappoġġa, għalhekk, is-simplifikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri, it-tneħħija tal-burokrazija, u ż-żieda fil-flessibbiltà fl-allokazzjoni ta’ dawn il-fondi kemm fil-livell tal-UE u kemm dak nazzjonali; jemmen li s-simplifikazzjoni se tikkontribwixxi għall-allokazzjoni effiċjenti tal-fondi, rati ogħla ta’ assorbiment, anqas żbalji u perjodi aktar qosra ta’ ħlas, u se tippermetti lill-ifqar Stati Membri u reġjuni jieħdu vantaġġ sħiħ mill-istrumenti finanzjarji maħsuba biex jitnaqqsu d-diskrepanzi reġjonali u interstatali; iqis li jrid jinstab bilanċ bejn is-simplifikazzjoni u l-istabilità tar-regoli u l-proċeduri;

Ir-rwol tal-istrumenti finanzjarji

38.  Jenfasizza li taħlita ta’ għotjiet u strumenti finanzjarji tista’ sservi bħala approċċ ta’ suċċess u innovattiv għall-ingranaġġ ta’ fondi privati, il-ħolqien ta’ mudelli ġodda ta’ sħubijiet privati pubbliċi u t-tisħiħ tal-innovazzjoni; jenfasizza l-importanza li jiġi attirat investiment privat fl-effiċjenza enerġetika kemm mill-UE u kemm minn pajjiżi terzi;

39.  Jindika li l-isforzi sabiex jinkiseb finanzjament għall-investiment fi proġetti effiċjenti fl-enerġija spiss huma mfixkla minn ostakli fis-suq, ostakli regolatorji u tal-fiduċja, bħal spejjeż inizjali għoljin għall-investituri u diffikultajiet fil-previżjoni tal-potenzjal eżatt ta’ ffrankar fl-enerġija; iħeġġeġ lill-Istati Membri jsibu mezzi xierqa biex jinkoraġġixxu l-investiment fl-effiċjenza enerġetika fid-djar;

40.  Jenfasizza bi tħassib li l-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali għamlitha aktar diffiċli għall-Istati Membri sabiex isibu l-fondi meħtieġa sabiex jikkofinanzjaw il-programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni relatati mal-effiċjenza enerġetika; huwa tal-fehma f’dan ir-rigward, li hu essenzjali li jinstabu modi innovattivi ġodda ta’ finanzjament, anke mis-settur privat, tal-proġetti fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika;

41.  Jirrikonoxxi l-appoġġ tal-Kummissjoni għar-rwol imsaħħaħ tal-istrumenti finanzjarji ġodda u innovattivi fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020; jenfasizza li n-nuqqas ta' implimentazzjoni f'waqtha u ta' ċarezza ġuridika tirrappreżenta diffikultà sinifikanti kemm għall-Istati Membri u kemm għal partijiet interessati oħrajn inklużi fil-ġestjoni ta' tali strumenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta mingħajr dewmien proposti għal strumenti finanzjarji direttament disponibbli għall-appoġġ tal-miżuri b'rabta mal-effiċjenza enerġetika;

42.  Jistieden lill-Istati Membri jikkondividu l-aħjar prattiki fit-tfassil ta’ fondi nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika, fejn Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej jistgħu jintużaw bħala kontribuzzjonijiet tal-ekwità, jew simili, u jistgħu jiġu allinjati ma’ sorsi ta’ finanzjament addizzjonali mis-settur privat;

43.  Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb aktar l-appoġġ finanzjarju immirat tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ), il-Bank ta’ Żvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa (CEB) u l-Fond Ewropew għall-Effiċjenza Enerġetika (EEEF) għall-proġetti fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika; jistieden lill-BEI, lis-CEB u lill-BERŻ jiffurmaw grupp ta' ħidma konġunt biex jiġu eżaminati l-alternattivi għal strument finanzjarju ġdid, li jista' jsir disponibbli lill-Istati Membri flimkien ma' jew permezz tal-Fondi Nazzjonali tagħhom għall-Effiċjenza Enerġetika biex jiġi stimolat investiment addizzjonali fis-settur privat;

44.  Jenfasizza li l-allokazzjoni ta’ fondi għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta’ proporzjonalità, kosteffettività u effettività ekonomika u li m’għandhiex iżżid piżijiet amministrattivi;

Ir-realtajiet klimatiċi, ġeografiċi u tal-kompetittività

45.  Jenfasizza l-importanza li jiġi vvalutat b’mod regolari jekk il-miżuri u r-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika għadhomx adegwati fir-rigward kemm tar-realtajiet klimatiċi, l-impatti tal-kompetittività fuq l-industrija u l-SMEs kif ukoll l-implikazzjonijiet tal-prezz tal-enerġija fl-Istati Membri u r-reġjuni differenti; jistieden lill-Kummissjoni tqis dan bir-reqqa fit-tħejjija ta’ sett ta’ indikaturi tal-prestazzjoni;

46.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitqiesu wkoll il-karatteristiċi ġeografiċi speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi fir-rigward tal-effiċjenza enerġetika, bil-ħsieb li jsir użu aħjar tal-vantaġġi naturali marbuta mal-istatus tagħhom ta’ gżira (enerġija ġeotermali, solari, mir-riħ u mill-baħar);

47.  Jappoġġa l-progress tal-programm MARIE fl-istabbiliment ta’ Strateġija għat-Titjib fl-Effiċjenza Enerġetika tal-Bini fil-Mediterran; jistieden f’dan ir-rigward lill-Istati Membri fiż-żona tal-Mediterran jaqsmu l-aħjar prattiki bil-ħsieb li jinħoloq mudell ottimali fir-rigward tal-ispejjeż għan-Nofsinhar tal-Ewropa; jitlob il-ħolqien ta’ programmi simili f’reġjuni Ewropej oħra speċjalment fl-Ewropa Ċentrali; jemmen li strateġija simili tista’ tiġi implimentata fir-reġjuni ultraperiferiċi, b’mod partikolari billi l-maġġorparti tagħhom (għalkemm mhux kollha), jinsabu fit-tropiċi;

Indikaturi u kriterji

48.  Jistieden lill-Istati Membri jiffissaw objettivi impenjattivi sabiex ikun żgurat li l-bini pubbliku u l-bini li jservi għal skopijiet oħra, ikun jilħaq l-ogħla standards fejn tidħol l-effiċjenza enerġetika previsti fid-Direttiva 2010/31/UE, u li jkun suġġett għal ċertifikazzjoni tal-enerġija fuq bażi regolari;

49.  Jistieden lill-Kummissjoni tiċċara l-indikaturi komuni għall-effiċjenza enerġetika fil-Politika ta’ Koeżjoni li għandhom jiġu applikati u użati mill-Istati Membri fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020;

50.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis kif xieraq is-sitwazzjoni ekonomika, ġeografika u soċjali meta tiddetermina għal kull Stat Membru jew reġjun, l-ispejjeż tal-investiment b’rabta mal-kisba ta’ ffrankar ta’ kWh wieħed;

51.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa mingħajr dewmien u f'konsultazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u r-reġjuni, linji gwida għall-valutazzjoni tal-proġetti b’rabta mal-effiċjenza enerġetika, li jistgħu jservu bħala bażi sabiex jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni, monitoraġġ u verifika tal-proġetti u sabiex tiġi aċċertata l-kosteffettività;

52.  Jistieden lill-Istati Membri japplikaw indikaturi tar-riżultati kif definit fl-Anness għar-Regolament dwar il-FEŻR, u jużaw kriterji għall-għażla trasparenti tal-proġetti u spejjeż standard ta’ investimenti għal kull unità ta’ enerġija li tiġi ffrankata, filwaqt li jiġi speċifikat il-perjodu ta’ ħlas lura massimu sempliċi u aċċettabbli għall-proġetti fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika;

53.  Jieħu nota tal-aktar rapport reċenti tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kosteffettività tal-investimenti tal-Politika ta’ Koeżjoni fl-effiċjenza enerġetika; jenfasizza r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li jintużaw kriterji tal-għażla trasparenti u iżjed stretti għall-proġetti kemm fil-livell tal-UE u kemm fil-livell tal-Istati Membri; jaqbel mal-konklużjoni tal-Qorti li l-kriterji ta' valutazzjoni li jintużaw sabiex tittieħed deċiżjoni dwar l-investiment għandhom ikunu aktar ċari u preċiżi fir-rigward ta' kif għandhom jiġu kkunsidrati l-aspetti tal-effiċjenza enerġetika;

54.  Jinnota madankollu, li l-valutazzjoni tal-Qorti hija kemmxejn restrittiva f'dak li huwa perjodu ta' ttestjar u ħlas lura; jenfasizza li l-Politika ta’ Koeżjoni hija politika integrata u li għaldaqstant, għandu jiġi adottat approċċ komprensiv ibbażat fuq analiżi tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja meta jitwettqu l-valutazzjonijiet tal-proġetti;

L-importanza tas-settur tal-bini

55.  Jindika li fl-2010, il-konsum tal-enerġija fil-bini kkostitwixxa l-akbar parti, 40 %, mill-konsum totali finali tal-enerġija fl-UE u li 26.7 % minnu kien ġej minn unitajiet domestiċi, u li dan il-konsum kien jikkostitwixxi 36 % tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju fl-Unjoni; jiddispjaċih li l-maġġorparti tal-Istati Membri jonqsu milli jagħmlu użu sħiħ mill-potenzjal ta’ ffrankar fl-enerġija li għandu l-bini; jistieden lill-Kummissjoni ssib mezzi għat-tħeġġiġ ta’ sforzi sabiex l-akbar potenzjal ta’ ffrankar fl-enerġija ma jibqax mhux sfruttat, billi tippreżenta proposti għal objettivi ċari fir-rigward tal-konsum tal-enerġija tal-bini fl-Istati Membri;

56.  Ifakkar li l-bini għandu ċiklu ta’ rinnovazzjoni naturali ta’ 40 sena u li tteknoloġiji tal-iffrankar tal-enerġija f’dan is-settur huma żviluppati sew, u għalhekk il-maġġoranza tal-ostakli li jimpedixxu l-użu sħiħ tal-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija huma ta’ natura mhux teknika; jindika li minħabba n-natura tal-proġetti ta’ rinnovazzjoni fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, li spiss huma inqas viżibbli, iżgħar u aktar diffiċli biex jiġu aggregati, il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej għandhom ukoll rwol kruċjali fil-forniment tal-finanzjament meħtieġ biex jiġu megħluba dawn l-ostakli;

57.  Jinnota li l-potenzjal ta’ ffrankar fl-enerġija, li jiddependi l-aktar mill-kundizzjoni tal-istokk ta’ bini eżistenti, mhuwiex mifrux b’mod ugwali fost l-Istati Membri u r-reġjuni; jitlob lill-Istati Membri jirfinaw id-definizzjoni tagħhom ta’ ‘akkomodazzjoni deċenti’ biex tinkludi l-istandards dwar l-effiċjenza enerġetika;

58.  Jenfasizza li l-investiment pubbliku fl-effiċjenza enerġetika fil-bini huwa meħtieġ b’mod partikolari fir-reġjuni l-inqas żviluppati u fl-Istati Membri li jibbenefikaw mill-fond ta’ Politika ta’ Koeżjoni, fejn hemm potenzjal sinifikanti għat-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija permezz ta’ miżuri kosteffettivi;

59.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jimmassimizzaw l-użu ta’ programmi nazzjonali u reġjonali sabiex ikun żgurat li jkun imfassal grad ogħli ta' effiċjenza enerġetika fil-bini l-ġdid u li jiġi implimentat fl-istokk ta' bini eżistenti (retrofitting), inkluż fil-każ ta' bini residenzjali għal unitajiet domestiċi bi dħul baxx;

60.  Jinnota li żoni rurali u remoti għandhom kundizzjonijiet ideali għall-użu ta’ forom effiċjenti tal-produzzjoni tal-enerġija deċentralizzata li permezz tagħhom jitnaqqas it-telf fl-enerġija assoċjat ma’ trasportazzjoni tal-elettriku fuq distanza twila;

61.  Jistieden lill-awtoritajiet pubbliċi relevanti jħaffu r-rinnovazzjoni tal-bini li għandhom, bl-użu tal-fondi tal-Politika ta' Koeżjoni biex jiġi pprovdut l-ingranaġġ meħtieġ u tinħoloq eżemplarità;

62.  Jistieden lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni speċjali lid-diffikultajiet iffaċċjati mis-sjieda konġunta ta’ bini ta’ appartamenti b’ħafna familji, li jirrappreżentaw problema ta’ opportuniżmu (free-rider);

63.  Jistieden lill-Kummissjoni ssawwar is-sensibilizzazzjoni madwar il-potenzjal reali ta’ rinnovazzjoni profonda u rinnovazzjoni profonda fi stadji tal-istokk tal-bini, billi tappoġġa lill-Istati Membri u lir-reġjuni fit-tħejjija tal-istrateġiji tagħhom għar-rinnovazzjoni; jirrakkomanda li dawn l-istrateġiji jiġu żviluppati b’mod parallel mal-proposti għall-OPs, u li dawn jiffukaw fuq l-inkorporazzjoni tal-użu ta’ strumenti finanzjarji innovattivi u jinkludu stadji importanti indikattivi għall-bini tal-fiduċja tal-investituri;

o
o   o

64.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

(1) Testi adottati, P7_TA(2013)0246.
(2) http://ec.europa.eu/energy/publications/doc/2012_energy_figures.pdf.
(3) ĠU C 87 E, 1.4.2010, p. 98.
(4) https://www.kfw.de/migration/Weiterleitung-zur-Startseite/Homepage/KfW-Group/Research/PDF-Files/Energy-efficient-building-and-rehabilitation.pdf.
(5) Testi adottati, P7_TA(2013)0017.
(6) Testi adottati, P7_TA(2012)0223.
(7) ĠU C 225, 27.7.2012, p. 52.
(8) ĠU C 54, 23.2.2012, p. 49.
(9) ĠU C 24, 28.1.2012, p. 134.
(10) http://www.sf-energyinvest.eu/fileadmin/Dateien/Downloads/May2012-Recommendations.pdf.
(11) http://www.renovate-europe.eu/uploads/Multiple%20Benefits%20Study_Key%20Messages%20Brochure.pdf.
(12) Communication from the Commission – Action Plan for Energy Efficiency: Inwettqu l-Potenzjal (COM(2006)0545).
(13) Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-appoġġ finanzjarju għall-effiċjenza enerġetika fil-bini (COM(2013)0225), 18 ta' April 2013.
(14) 6754/13 Rapport ta’ Sinte¿i tal-Kunsill: Implimentazzjoni tas-Semestru Ewropew, 4 ta’ Marzu 2013.
(15) Rapport imressaq minn Ismeri Europa lill-Kummissjoni bl-isem ‘Expert evaluation network delivering policy analysis on the performance of Cohesion policy 2007-2013 – Synthesis of national reports 2011 – renewable energy and energy efficiency of housing’, http://ec.europa.eu/regional_policy/sources/docgener/evaluation/pdf/eval2007/expert_innovation/2011_synt_rep_en.pdf)
(16) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2011 bl-isem ‘Politika reġjonali li tikkontribwixxi għat-tkabbir sostenibbli fl-Ewropa 2020’ (COM(2011)0017),


Strateġija għas-sajd fil-Baħar Adrijatiku u fil-Baħar Jonju
PDF 322kWORD 34k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Settembru 2013 dwar strateġija tas-sajd fil-Baħar Adrijatiku u fil-Baħar Jonju (2012/2261(INI))
P7_TA(2013)0346A7-0234/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Strateġija marittima għall-Baħar Adrijatiku u l-Baħar Jonju" (COM(2012)0713),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94(1), kif sussegwentement emendat (ir-Regolament dwar il-Mediterran),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Frar 2013 dwar il-politika komuni tas-sajd(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-22 ta' Novembru 2012 dwar id-dimensjoni esterna tal-Politika Komuni tas-Sajd(3),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/56/KE u l-obbligu tal-Istati Membri li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jinkiseb jew jinżamm status ambjentali tajjeb fl-ambjent marin sa mhux aktar tard mis-sena 2020,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Lulju 2012 dwar l-evoluzzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE: prassi attwali u prospettivi futuri, b’mod partikolari fil-Mediterran(4),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-Żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran)(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-Politika Marittima Integrata (IMP) – Evalwazzjoni tal-progress li sar u sfidi ġodda(6),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva li tistabbilixxi qafas għall-ippjanar spazjali marittimu u għall-ġestjoni integrata tal-kosta (COM(2013)0133 finali),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar spinta ġdida għall-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Akkwakultura Ewropea(7),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva dwar il-Ħabitats(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-7 ta' Ottubru 2012 tal-Ministri Ewropej responsabbli mill-politika marittima integrata, u tal-Kummissjoni, dwar Aġenda dwar il-Baħar u Marittima għat-tkabbir u l-impjiegi (id-Dikjarazzjoni ta' Limassol),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu ‘It-Tkabbir Blu: opportunitajiet għal tkabbir sostenibbli fis-settur tal-baħar u dak marittimu’ (COM(2012)0494),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Ġunju 2011,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Baħar Mediterran mit-Tniġġis u l-protokolli tagħha(9),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv" (COM(2010)2020),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-12 ta' Ottubru 2011 b'appoġġ għall-iżvilupp ta' makroreġjun Adrijatiku-Jonju ġdid(10),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Ancona, adottata fil-5 ta' Mejju 2010 waqt it-12-il laqgħa tal-Kunsill Jonju,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS) tal-10 ta' Diċembru 1982,

–  wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Kondotta għas-Sajd Responsabbli tal-FAO, adottat fil-31 ta’ Ottubru 1995,

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 199 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar ix-xogħol fis-settur tas-sajd,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0234/2013),

A.  billi seba' pajjiżi jiżbukkaw fuq il-Baħar Adrijatiku u fuq il-Baħar Jonju(11), li erbgħa minnhom huma Stati Membri (l-Italja, il-Greċja u s-Slovenja), wieħed huwa Stat Membru futur (il-Kroazja), wieħed huwa pajjiż kandidat (il-Montenegro) u żewġ pajjiżi huma kandidati potenzjali (l-Albanija u l-Bosnja u Ħerzegovina);

B.  billi l-kooperazzjoni transkonfinali hija essenzjali bil-għan li jiġu stabbiliti arranġamenti għall-ġestjoni konġunta tal-attivitajiet tas-sajd u jiġi żgurat sfruttament sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut;

C.  billi, minkejja li ċerti pajjiżi Adrijatiċi stabbilixxew żoni speċjali, proporzjon sostanzjali tal-ilmijiet tal-Baħar Adrijatiku u tal-Baħar Jonju għadu tikkostitwixxi ilmijiet internazzjonali;

D.  billi, fir-riżoluzzjoni reċenti tiegħu dwar l-evoluzzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE, il-Parlament enfasizza li l-istrateġija makroreġjonali Adrijatiku-Jonju tikkostitwixxi fattur sinifikanti fl-isforzi biex tintlaħaq ir-rikonċiljazzjoni bejn il-pajjiżi fil-Balkani tal-Punent, u tista' tgħin l-isforzi li jagħmlu dawk il-pajjiżi biex jingħaqdu fl-UE, u b'hekk tkun tippermetti li titwettaq politika globali għall-baċir kollu tal-Mediterran;

E.  billi l-istati firmatarji tad-Dikjarazzjoni ta' Ancona stiednu lill-Kummissjoni tistabbilixxi strateġija makroreġjonali għar-reġjun Adrijatiku-Jonju, fuq il-linji tal-istrateġiji makroreġjonali li diġa’ pproponiet għall-Baltiku (2009), għad-Danubju (2010) u għall-Oċean Atlantiku (2011)(12);

F.  billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23-24 ta' Ġunju 2011 il-Kunsill Ewropew stieden lill-Istati Membri "[j]komplu x-xogħlijiet, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, dwar strateġiji makroreġjonali futuri possibbli, b'mod partikolari f'dak li jikkonċerna r-reġjun tal-Adrijatiku u l-Jonju";

G.  billi, f'opinjoni reċenti tiegħu, il-Kumitat tar-Reġjuni stieden lill-Parlament isostni l-ħolqien ta' strateġija tal-UE għal makroreġjun Adrijatiku-Jonju li tqis l-isfidi maġġuri li dan il-baċir qiegħed iħabbat wiċċu magħhom, u partikolarment fir-rigward tas-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura;

H.  billi s-sajd tradizzjonalment kien industrija importanti fil-parti l-kbira tar-reġjuni li jħarsu fuq il-Baħar Adrijatiku u fuq il-Baħar Jonju, u billi l-attivitajiet tas-sajd ta' din iż-żona attwalment huma ġestiti mill-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM) u l-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT);

I.  billi l-konformazzjoni ġeofiżika tal-baċir tal-baħar Adrijatiku, b’mod speċjali fil-parti tat-Tramuntana, hija kkostitwita prinċipalment minn qiegħ tal-baħar baxx u bir-ramel, li jilħaq fond ogħla biss wara ħafna mili bogħod mill-kosta, billi l-karatteristiċi ġeofiżiċi tal-baċir Jonju huma simili għal dawk tal-bqija tal-Mediterran li hu ħafna aktar fond, b’mod partikolari fil-GSAs (Sotto-Żoni Ġeografiċi tal-GFCM) 18 u 19, li għandhom fond li jilħaq sal-2000 metru;

J.  billi s-sajd fil-baċir Adrijatiku-Jonju huwa sajd ta’ ħafna speċijiet ikkaratterizzat minn attivitajiet tas-sajd li jsiru bl-użu ta' diversi tipi ta' rkaptu, mis-sajd artiġjanali fuq skala żgħira sas-sajd bit-tkarkir demersali u mis-sajd pelaġiku bix-xibka tat-tkarkir sas-sajd rikreattiv;

K.  billi l-Adrijatiku huwa l-ħabitat fejn jgħixu għadd kbir ta’ speċijiet ta’ ħut endemiċi; billi, madankollu, żieda fl-isforz tas-sajd u/jew livelli ogħla ta' tniġġis wasslu għal problemi maġġuri għall-istokkijiet tal-ħut u għall-industrija tas-sajd inġenerali, speċjalment fuq in-naħa Taljana tal-Baħar Adrijatiku tan-Nofsinhar;

L.  billi, barra minn hekk, tul dawn l-aħħar snin kien hemm żieda konsiderevoli fl-akkwakultura fiż-żona Adrijatika-Jonja, minkejja li hemm restrizzjonijiet maġġuri mil-lat ta' ambjent u mil-lat ta’ spazju, u għalkemm mhux iż-żoni kollha huma adattati għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet tat-trobbija tal-ħut lil hinn mill-kosta u, fejn dawn iż-żoni huma adattati, tali faċilitajiet mhux dejjem huma kompatibbli ma’ attivitajiet oħra;

M.  billi diġà hemm għaddejjin għadd ta’ skemi reġjonali siewja għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni xjentifika immirati biex jiżguraw sajd responsabbli fil-Baħar Adrijatiku, bħal pereżempju ADRIAMED(13);

N.  billi ħafna Stati Membri m’għandhomx pjanijiet ta’ żvilupp nazzjonali jew reġjonali speċifiċi li jirregolaw l-installazzjonijiet f'żoni tal-kosta u marini u li jiddefinixxi b'mod ċar iż-żoni disponibbli għall-impjanti tal-akkwakultura, bil-għan li jiġu pprevenuti l-kunflitti ta' interess faċilment prevedibbli ma' setturi ekonomiċi oħra bħalma huma t-turiżmu, l-agrikoltura u s-sajd mal-kosta;

O.  b’kunsiderazzjoni tan-netwerk taż-żoni protetti kostali u marini tal-Baħar Adrijatiku (AdriaPAN), inizjattiva mmirata biex ittejjeb l-effikaċja tal-ġestjoni u l-kapaċità proġettwali ta’ dawk iż-żoni permezz tas-sħubija;

P.  billi l-iżvilupp ta’ approċċ integrat għall-politiki marittimi relatati mal-Baħar Adrijatiku u mal-Baħar Jonju jeħtieġ ikun akkumpanjat minn proċess ta' djalogu u sħubija mal-istati kollha tal-kosta, minħabba n-natura transkonfinali tal-attivitajiet tal-baħar u r-riżorsi kondiviżi;

Konsiderazzjonijiet ġenerali

1.  Jindika li, bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Parlament issa għandu setgħat koleġiżlattivi sħaħ fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura u bi ħsiebu għalhekk jiżvolġi r-rwol tiegħu totalment fit-tiswir tal-politika tas-sajd f'livell tal-UE, kif ukoll f'livell reġjonali u transreġjonali;

2.  Jemmen li strateġija għall-Baħar Adrijatiku u għall-Baħar Jonju għandha tagħmel referenza partikolari għall-iżvilupp u t-tkabbir sostenibbli tas-settur tas-sajd u l-akkwakultura, fosthom l-impjiegi;

3.  Jemmen li strateġija għall-Baħar Adrijatiku u għall-Baħar Jonju għandha tfittex li tiżgura l-preservazzjoni u l-protezzjoni tal-ambjent;

4.  Jifraħ lill-Kummissjoni talli adottat il-komunikazzjoni tat-3 ta' Diċembru 2012 bħala pass importanti għall-adozzjoni ta' qafas leġiżlattiv li jagħmilha ta' katalizzatur għal kooperazzjoni aktar intensa bejn il-pajjiżi u r-reġjuni li jħarsu fuq il-Baħar Adrijatiku u fuq il-Baħar Jonju bil-ħsieb li jiġ żgurat li s-sajd isir b’mod responsabbli u jkun ekonomikament vijabbli għall-komunitajiet ta' mal-kosta;

5.  Jemmen, f’dan il-kuntest, li l-Politika Marittima Integrata (MPI) għandha tiżvolġi rwol vitali fl-iżvilupp ta’ politika strateġika fit-tul fll-Baħar Adrijatiku u fil-Baħar Jonju, bil-għan ta’ tkabbir sostenibbli marin u marittimu u ta’ preservazzjoni tal-ekosistemi marini għall-ġenerazzjonijiet ġejjiena;

6.  Jemmen ukoll li l-ippjanar tal-ispazji marittimi bħal pereżempju l-proċess pubbliku għall-analizzar u l-ippjanar tat-tqassim spazjali u temporali tal-attivitajiet tal-bniedem fil-Baħar Adrijatiku u fil-Baħar Jonju – b'mod partikolari fit-Tramuntana tal-Baħar Adrijatiku – huwa vitali għall-ġejjieni sostenibbli tas-settur tas-sajd f’relazzjoni ma’ attivitajiet relatati oħra;

7.  Itenni l-impenn tiegħu favur l-introduzzjoni ta' strateġija makroreġjonali għal dan il-baċir marittimu importanti, bil-għan li jingħelbu l-isfidi u l-problemi komuni li jkollhom iħabbtu wiċċhom magħhom iċ-ċittadini fir-reġjuni tal-kosta kkonċernati u bil-għan li jiġu promossi l-iżvilupp ekonomiku u l-integrazzjoni Ewropea fiż-żona;

8.  Iqis li l-programmi u l-istrumenti kollha ta' finanzjament(14) tal-UE, kif ukoll l-istrumenti ta' assistenza ta' qabel l-adeżjoni (IPA), li jikkonċernaw ir-reġjuni tal-baċir Adrijatiku-Jonju għandhom ikunu kompatibbli u użati bil-mod l-aktar effikaċi possibbli, biex iġibu valur miżjud reali lill-operaturi u lill-impriżi tal-katina tas-sajd preżenti fit-territorju;

9.  Jesprimi l-konvinzjoni qawwija li full sforz favur sajd responsabbli u sostenibbli ġewwa l-baċir Adrijatiku-Jonju jista' jagħmilha ta' katalizzatur għall-iżvilupp taż-żoni tal-kosta u rurali tal-pajjiżi kkonċernati, u jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' attivitajiet produttivi integrattivi, bħal pereżempju t-turiżmu tas-sajd, imwettaq minn sajjieda professjonali, li jikkonsisti mill-imbark, fuq laneċ tas-sajd, ta' persuni għal skopijiet turistiċi u rikreattivi jew ta' studju, iżda jibqgħu dejjem f'sintonija sħiħa mal-prinċipji ta' sajd sostenibbli li jirrispetta bis-sħiħ l-ekoloġija u l-bijodiversità tal-baċir stess;

10.  Iqis li l-Konvenzjoni ta’ Barċellona dwar il-Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali u l-Protokoll tagħha, li daħlu fis-seħħ f’Marzu 2011, għandhom iservu ta’ mudell biex issir obbligatorja politika integrata għall-Istati Membri li jmissu mal-Baħar Adrijatiku u mal-Baħar Jonju;

11.  Iqis li l-informazzjoni disponibbli rigward l-istokkijiet tal-ħut fil-baċir Adrijatiku-Jonju, il-moviment u d-distribuzzjoni tagħha, kif ukoll dwar l-attività tas-sajd rikreattiv, mhijiex sodisfaċenti, u jistieden, għalhekk, lill-awtoritajiet u lill-istituti ta' riċerka kompetenti jattivaw ruħhom fil-pront biex jimlew il-lakuni eżistenti;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri ulterjuri biex tippromwovi programmi ta’ riċerka relatati mal-ambjent tal-baħar u mas-sajd, u biex tħeġġeġ l-użu u t-tixrid tas-sejbiet ta’ din ir-riċerka;

13.  Iqis li, fil-qasam kummerċjali, eżempji validi ta' kooperazzjoni bejn korpi amministrattivi ta' diversi reġjuni(15), jistgħu jassumu rwol ta' "prattika tajba" u jkunu estiżi għal kampijiet ta' applikazzjoni oħrajn biex jiġi garantiti traċċabilità, profittabilità u kummerċjalizzazzjoni aħjar tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, u partikolarment tal-prodott lokali;

14.  Japprova l-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati kollha għall-iżvilupp ta’ settur tas-sajd sostenibbli u produttiv f’dan ir-reġjun;

15.  Iqis li huwa indispensabbli, għal żvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura fil-baċir Adrijatiku-Jonju kollu, kif ukoll għal żieda fl-impjiegi fil-komunitajiet ta' mal-kosta, li jiġi valorizzat ix-xogħol importanti immens tan-nisa fil-katina tas-sajd, jiġuhom faċilitati l-kwalifika professjonali u l-inklużjoni fil-gruppi ta' azzjoni tal-kosta u fl-organizzazzjoni tal-produtturi;

16.  Jitlob li jiġu offruti inċentivi li jkunu kapaċi jattiraw liż-żgħażagħ lejn is-setturi tas-sajd u l-akkwakultura f'din iż-żona u jħeġġiġhom jinvolvu rwieħhom f'dawn l-attivitajiet;

17.  Josserva li l-Parlament diġà fil-passat ġibed l-attenzjoni għall-bżonn ta' leġiżlazzjoni dwar l-akkwakultura aktar sempliċi, koerenti u trasparenti, li tneħħi l-ostakli li xekklu s'issa l- iżvilupp tal-potenzjal sħiħ tas-settur tal-akkwakultura tal-UE, li għandha bżonn regoli tal-UE u nazzjonali ċari u mhux kontradittorji, kif ukoll pjanijiet ta’ żvilupp tal-baħar u tal-kosta definiti sew mill-Istati Membri, konformement mal-indikazzjonijiet adottati dan l-aħħar fi ħdan il-GFCM(16);

18.  Ifakkar li l-iżvilupp immirat tas-settur tal-akkwakultura jaf joffri lir-reġjuni tal-kosta tal-baċir Adrijatiku-Jonju, b'potenzjal turistiku sajfi qawwi, impjiegi mhux suġġetti għall-fluttwazzjonijiet staġjonali, u għalhekk kontribut sinifikanti għall-impjiegi;

19.  Jisħaq li l-espansjoni tal-attivitajiet tal-akkwakultura m’għandhiex tipperikola l-kisba ta’ status ambjentali tajjeb skont id-Direttiva 2008/56/KE, u għandha ssir b’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni ambjentali relevanti kollha tal-Unjoni;

20.  Ifakkar li l-protezzjoni tal-istokkijiet tal-ħut u tal-ambjent tal-baħar mit-tniġġis u mis-sajd eċċessiv u/jew illegali hija possibbli biss permezz tal-ħolqien ta' netwerk integrat ta' sistemi ta' informazzjoni u sorveljanza tal-attivitajiet marittimi, f'kollaborazzjoni stretta mal-istati u r-reġjuni tal-kosta kkonċernati;

Konsiderazzjonijiet speċifiċi

21.  Iħeġġeġ lill-pajjiżi tal-kosta tal-baċir tal-baħar Adrijatiku-Jonju biex jikkoperaw fit-tfassil ta’ ħarsa ġenerali globali tal-karatteristiċi ġeofiżiċi u batimetriċi speċifiċi taż-żona, il-preżenza u d-distribuzzjoni tad-diversi speċijiet tal-baħar u tat-tekniki ta' sajd differenti, biex tinkiseb perspettiva ġenerali li sservi ta’ bażi għal ġestjoni tas-sajd aħjar u tgħin biex tissaħħaħ l-attività tas-sajd fl-ambitu ta' kwalunkwe strateġija makroreġjonali ġejjiena;

22.  Iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni tadotta mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard sal-2013, il-pjan ta' azzjoni relatat għall-applikazzjoni konkreta tal-istrateġija marittima fuq bażi makroreġjonali għall-Baħar Adrijatiku u l-Baħar Jonju, billi tindika kif is-settur tas-sajd għandu jkun waħda mill-prijoritajiet fi ħdan din l-istrateġija, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi ġeofiżiċi speċifiċi u filwaqt li dan il-pjan ta’ azzjoni jintrabat mal-politika reġjonali, mal-politika marittima integrata tal-Unjoni u mal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, sabiex l-effett ta’ lieva tiegħu jiġi massimizzat;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta, mill-aktar fis possibbli, proposta għal regolament li jiddefinixxi miżuri tekniċi komuni fil-qasam tas-sajd fil-baċir Adrijatiku-Jonju, l-isforz tas-sajd, il-perjodi tas-sajd u l-irkaptu ammessi għall-attività tas-sajd fil-baċir Adrijatiku-Jonju u miżuri ta’ ġestjoni oħra relevanti.

24.  Jiddispjaċih għall-fatt li l-Istati Membri m’għamlux aktar użu minn dawn il-pjanijiet ta’ ġestjoni individwali, li jippermettu li ċerti regoli jiġu sospiżi biex ikunu jistgħu jitqiesu karatteristiċi speċifiċi; iqis li dan kien jiffaċilità b’mod konsiderevoli l-ġestjoni lokali u kien jipprovdi data siewja dwar is-sitwazzjoni taż-żoni differenti, filwaqt li jagħmilha possibbli li jsiru l-bidliet meħtieġa; jistieden, għaldaqstant, lill-Istati Membri kostali biex jikkollaboraw b’mod kostruttiv ma’ xulxin u mal-Kummissjoni fl-aġġornament u fl-adattament kontinwu tal-miżuri tal-ġestjoni tas-sajd;

25.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi djalogu permanenti mal-pajjiżi terzi tal-baċir Adrijatiku-Jonju, bil-ħsieb li tikkonkludi ftehimiet bilaterali jew multilaterali bil-għan li jsir progress lejn armonizzazzjoni u standardizzazzjoni tar-regoli għall-ġestjoni tas-sajd, ħalli jintlaħqu l-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) tal-UE fil-Mediterran filwaqt li jittieħed vantaġġ sħiħ tal-qafas għall-kollaborazzjoni li jipprovdu l-organizzazzjonijiet tas-sajd internazzjonali u reġjonali; jindika li strateġija għall-Baħar Adrijatiku u għall-Baħar Jonju tista’ tkun ta’ valur miżjud biss sakemm jitqiesu l-pajjiżi kollha li jmissu ma’ dawn l-ibħra, kemm dawk tal-UE kif ukoll dawk li mhumiex;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-objettivi tal-PKS, b’mod partikolari l-għan li jintlaħaq rendiment ’il fuq mir-rendiment massimu sostenibbli (MSY) għall-istokkijiet kollha tal-ħut sa mhux aktar tard mill-2020, u sabiex tħeġġeġ l-użu ta’ approċċ imsejjes fuq l-ekosistemi fir-rigward ta’ pajjiżi li ma jagħmlux parti mill-UE;

27.  Jistieden lill-Kummissjoni tintensifika, mal-Istati tal-kosta, l-iskambju ta' prattiki tajba ta' konservazzjoni u tippromwovi l-ħolqien ta' żoni tal-baħar protetti ("recovery areas") bil-għan ta' rkupru tal-ispeċijiet l-aktar mhedda;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-għanijiet tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (DKSM) fir-rigward ta’ pajjiżi li ma jagħmlux parti mill-UE li jmissu mal-Baħar Adrijatiku u mal-Baħar Jonju, jiġifieri biex jintlaħaq jew jinżamm status ambjentali tajjeb fl-ambjent tal-baħar sa mhux aktar tard mis-sena 2020;

29.  Jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni tħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri li jmissu mal-Baħar Adrijatiku u mal-Baħar Jonju jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji marini li jieħdu approċċ ibbażat fuq l-ekosistemi u li jiżguraw l-integrazzjoni tal-interessi ambjentali fil-politiki differenti li għandhom impatt fuq l-ambjent tal-baħar, filwaqt li jqisu l-effetti transkonfinali fuq il-kwalità tal-ilmijiet tal-baħar tal-pajjiżi terzi ġirien;

30.  Ifakkar li jeżisti finanzjament, kemm mill-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (FEMS) futur, permezz tal-programmi tiegħu ta’ ġbir ta’ data, kif ukoll fl-ambitu tad-diversi programmi ta’ riċerka tal-Unjoni, għal titjieb tal-għarfien tal-ambjent marittimu, fosthom l-ispeċijiet tal-ħut, u għall-introduzzjoni ta’ aktar innovazzjoni u prattiki aqwa fl-attivitajiet tas-sajd; jistieden, għaldaqstant, lill-Istati Membri jressqu proġetti f’dawn l-oqsma u jqisu li kooperazzjoni avvanzata fost id-diversi pajjiżi kostali, kemm dawk tal-UE kif ukoll dawk li mhumiex, tista’ twassal għal inizjattivi interessanti ħafna li jista' jgawdi minnhom il-baċir Adrijatiku-Jonju kollu kemm hu, permezz ta’ proġetti ppreżentati mill-Istati Membri;

31.  Jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta l-opportunità li toħloq, flimkien mal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u fuq l-esperjenza meħuda permezz tal-FEMIP(17), linja ta' finanzjament ad hoc għall-implimentazzjoni tal-miżuri u tal-objettivi ta' din l-istrateġija, biex ikunu evitati aktar kumplikazzjonijiet bl-adozzjoni ta’ strumenti baġitarji ġodda; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra wkoll il-possibilità li tuża bonds tal-proġetti u sħubiji pubbliċi-privati bħala strumenti ta’ finanzjament adattati ħafna;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi l-istabbiliment, fi ħdan il-Kunsill Konsultattiv Reġjonali li diġà huwa stabbilit għall-Mediterran, korpi konsultattivi speċifiċi, kemm għall-Baħar Adrijatiku kif ukoll għall-Baħar Jonju, abbażi tal-esperjenzi pożittivi tad-"distretti tal-baħar" stabbiliti fl-ilmijiet Taljani(18) (bħad-distrett tas-sajd tat-Tramuntana tal-Adrijatiku, stabbilit fl-2012 għall-ġestjoni komuni u flimkien tas-settur tas-sajd tat-Tramuntana tal-Adrijatiku mil-lat politiku, ekonomiku, soċjali u ambjentali);

33.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi, fil-proposta leġiżlattiva futura dwar l-ippjanar tal-ispazju marittimu, dispożizzjonijiet li jobbligaw lill-Istati Membri marittimi jagħmlu inventarji tar-regoli fis-seħħ dwar il-protezzjoni tal-ambjent u tat-turiżmu fit-territorji nazzjonali rispettivi tagħhom u – għaż-żoni mhux suġġetti għal restrizzjonijiet – tadotta pjanijiet ta’ żvilupp marin u kostali li jistabbilixxu l-ammissibilità u l-kompatibilità tal-użu u tal-okkupazzjoni ta’ dawn iż-żoni, bil-għan li jiġi ffaċilitat l-aċċess għal żoni xierqa għall-istabbiliment ta' impriżi tal-akkwakultura;

34.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi Pjan ta’ Ħidma speċifiku għall-Baħar Adrijatiku u għall-Baħar Jonju, li fih jiġu spjegati l-objettivi ġejjiena f’dak ir-reġjun bħalma qed isir attwalment fil-Baħar Mediterran (il-proġett IMP-MED); jenfasizza li dan il-Pjan ta’ Ħidma għandu jitqies bħala proġett eleġibbli għall-finanzjament taħt il-Fond Ewropew Marittimu u s-Sajd (FEMS);

35.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfassal sensiela ta’ miżuri ta’ sanzjoni biex ikun żgurat li Stat Membru li ma jissodisfax l-obbligi tiegħu ta’ ġbir u trażmissjoni ta’ dejta jew li ma jkunx kapaċi jindirizza b’mod determinat il-problemi bis-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (IUU) fl-ilmijiet tiegħu jew mill-flotta tas-sajd tiegħu, ikun jista’ jiġi sanzjonat.

o
o   o

36.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 409, 30.12.2006, p.11 ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6; ĠU L 196, 28.7.2011, p. 42.
(2) Testi adottati, P7_TA(2013)0040.
(3) Testi adottati, P7_TA(2012)0461.
(4) Testi adottati, P7_TA(2012)0269.
(5) ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 193.
(6) ĠU C 70E, 8.3.2012, p. 70.
(7) ĠU C 236E, 12.8.2011, p. 132.
(8) Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (ĠU L 206, 22.7.1992, p.7).
(9) Testi adottati, P7_TA(2010)0128.
(10) Opinjoni COTER-V-016, rapporteur Gian Mario Spacca (ALDE, IT), Ottubru 2011.
(11) Id-definizzjoni tal-Organizzazzjoni Idrografika Internazzjonali (IHO) tindika bħala limitu tan-Nofsinhar tal-Baħar Jonju l-linja bejn Capo Passero (Sqallija) u Ras Tainaron (Greċja).
(12) COM(2009)0248, COM(2012)0128, COM(2010)0715 u COM(2011)0782.
(13) ADRIAMED huwa proġett reġjonali tal-FAO iffinanzjat mill-Ministeru Taljan tal-Politiki Agrikoli, Alimentari u Forestali (MiPAAF) u l-Kummissjoni mmirat lejn il-promozzjoni tal-kooperazzjoni xjentifika fost il-pajjiżi Adrijatiċi (l-Albanija, il-Kroazja, l-Italja, il-Montenegro u s-Slovenja), konformement mal-Kodiċi ta' Kondotta għal Sajd Responsabbli tal-UN-FAO.
(14) Fondi Strutturali (FEŻR, FK, FSE, FES/FEMS), is-Seba' Programm Kwadru u LIFE+.
(15) Pereżempju l-Osservatorju Soċjoekonomiku għas-Sajd u l-Akkwakultura fl-Adrijatiku tat-Tramuntana.
(16) Riżoluzzjoni GFCM/36/2012/1 "Guidelines on Allocated Zones for Aquaculture (AZA)", adottata fl-ambitu tas-36 sessjoni tal-GFCM (Mejju 2012).
(17) Faċilità Ewro-Mediterranja ta' Investiment u Sħubija.
(18) Id-"distretti tal-baħar" ġew stabbiliti bl-iskop li jsaħħu l-kollaborazzjoni bejn il-gvern ċentrali u l-gvernijiet reġjunali fl-iżvilupp u s-sostenn għas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, u biex jippromwovu s-sħubija mas-sajjieda u mal-operaturi tas-settur tas-sajd.


Lejn interpretazzjoni aktar effiċjenti u kosteffikaċi fil-Parlament Ewropew
PDF 321kWORD 29k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Settembru 2013 dwar ‘Lejn interpretazzjoni aktar effiċjenti u kosteffikaċi fil-Parlament Ewropew’ (2011/2287(INI))
P7_TA(2013)0347A7-0233/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 286 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Settembru 2006 dwar ir-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 5/2005: L-infiq fuq l-interpretazzjoni magħmul mill-Parlament, il-Kummissjoni u l-Kunsill(1),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 5/2005 bit-titolu "L-infiq fuq l-interpretazzjoni magħmul mill-Parlament, il-Kummissjoni u l-Kunsill" flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(2),

–  wara li kkunsidra n-nota lill-membri tal-Bureau bit-titolu "Il-Multilingwiżmu komplet billi r-riżorsi jintużaw b’mod aktar effiċjenti fl-interpretazzjoni - implimentazzjoni tad-deċiżjoni dwar il-baġit tal-Parlament Ewropew għall-2012",

–  wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' April 2013 bit-titolu "Tħejjija għall-Kumplessità: Il-Parlament Ewropew fl-2025 – It-Tweġibiet",

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0233/2013),

A.  billi l-multilingwiżmu huwa wieħed mill-elementi ewlenin tal-Parlament Ewropew, u tal-Unjoni kollha kemm hi, u billi jiżgura r-rispett għad-diversità kulturali u lingwistika kif ukoll it-trattament ugwali ta’ ċittadini tal-UE b'oriġini u minn sfondi differenti;

B.  billi l-prinċipju tal-multilingwiżmu fil-Parlament Ewropew jikkostitwixxi l-pedament tal-ħidma politika, koleġiżlattiva u komunikattiva tal-istituzzjoni;

C.  billi l-prinċipju tal-multilingwiżmu fil-Parlament Ewropew jiddefendi kontra t-tfixkil mingħajr bżonn tad-dritt taċ-ċittadini Ewropej li joħorġu għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew;

D.  billi l-multilingwiżmu jiggarantixxi d-dritt taċ-ċittadini li jikkomunikaw mal-Parlament fi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE, u b’hekk jippermettilhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ skrutinju demokratiku;

E.  billi s-servizzi lingwistiċi tal-Parlament jiffaċilitaw il-komunikazzjoni u, b'dan il-mod, jiżguraw li l-Parlament jibqa' miftuħ għaċ-ċittadini kollha tal-Ewropa, billi jiżguraw it-trasparenza fl-istruttura multilingwa unika tal-Unjoni bbażata fuq 24 lingwa uffiċjali;

F.  billi r-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament jistipulaw li l-Membri jistgħu jitkellmu bil-lingwa uffiċjali tal-għażla tagħhom u li tkun provduta interpretazzjoni fil-lingwi uffiċjali l-oħra, biex b'hekk jiġi rispettat id-dritt demokratiku li dak li jkun jiġi elett fil-Parlament Ewropew irrispettivament mill-ħiliet lingwistiċi tiegħu;

G.  billi, b’konsegwenza ta' perjodi ta’ tkabbir suċċessivi, l-isfida tal-multilingwiżmu laħqet dimensjoni kompletament ġdida f'termini ta' daqs, kumplessità u rilevanza politika, u billi multilingwiżmu estensiv jissarraf, naturalment, fi spejjeż kbar u li qed jiżdiedu għall-Parlament u għalhekk għaċ-ċittadini tal-Unjoni;

H.  billi, fir-rigward tal-baġit tal-Parlament għall-2012, kien neċessarju li jsir iffrankar konsiderevoli, inkluż tnaqqis ta' EUR 10 miljun fis-sena fl-ispejjeż għas-servizzi ta' interpretazzjoni, biex jiġi limitat it-tkabbir tal-baġit għal 1,9 % meta mqabbel mas-sena ta’ qabel

Il-qafas tal-interpretazzjoni fil-Parlament Ewropew

1.  Jirrikonoxxi li l-Unjoni Ewropea hija l-unika entità fid-dinja li topera b'politika uffiċjali ta' multilingwiżmu bbażat fuq 24 lingwa uffiċjali, b'total ta' 552 kombinazzjoni lingwistika li jridu jiġu koperti; jilqa', b'rabta ma' dan, il-kwalità għolja ħafna tas-servizzi ta' interpretazzjoni tal-Parlament, iżda jemmen li wieħed għandu jfittex modi kif inaqqas il-piż li ġġib magħha l-istruttura kumplessa tal-multilingwiżmu u l-ispejjeż konsiderevoli u li qed jiżdiedu tagħha;

2.  Jinnota li, mil-lingwi kollha mitkellma fil-plenarja fi Strasburgu u fi Brussell minn Settembru 2009 sa Frar 2013, l-Ingliż intuża għal 26 979 minuta (29,1 %), il-Ġermaniż għal 12 556 minuta (13,6 %), il-Franċiż għal 8 841 minuta (9,5 %), l-Estonjan għal 109 minuti (0,1 %) u l-Malti għal 195 minuta (0,2 %);

3.  Jenfasizza li kemm is-seduti plenarji kif ukoll il-laqgħat tal-kumitati jistgħu jiġu aċċessati pubblikament minn kulħadd permezz tal-webstreaming u tal-video-on-demand – midja ġodda li qed iżidu t-trasparenza tal-attivitajiet tal-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-UE – u li d-disponibilità tagħhom fil-lingwi uffiċjali kollha tisħaq fuq in-natura demokratika u multikulturali tal-Parlament;

4.  Jinnota li xi entitajiet multinazzjonali, bħan-Nazzjonijiet Uniti u l-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana, joperaw biss fil-livell intergovernattiv bl-ebda funzjoni leġiżlattiva; jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li b'rabta ma' dan in-NU, b'192 membru, għandha sistema lingwistika b'sitt lingwi uffiċjali, u li n-NATO, bi 28 membru, tuża prinċipalment l-Ingliż, minkejja li għandha żewġ lingwi uffiċjali;

5.  Jenfasizza, madankollu, li l-Parlament huwa korp politiku elett demokratikament, li l-Membri tiegħu huma eletti irrispettivament mill-ħiliet lingwistiċi tagħhom; itenni, għalhekk, id-dritt ta' kull Membru li jitkellem bil-lingwa uffiċjali tal-għażla tiegħu, bħala prinċipju ewlieni tal-arranġamenti operattivi tal-Parlament;

6.  Jinnota li l-implikazzjonijiet prattiċi tal-użu tal-lingwi uffiċjali fil-Parlament Ewropew huma stipulati fil-Kodiċi ta' Kondotta dwar il-Multilingwiżmu tiegħu, li ġie aġġornat fl-2008; jinnota l-fatt li l-kunċett ta' "multilingwiżmu sħiħ ikkontrollat" stipulat f'dak il-Kodiċi jippreserva l-ugwaljanza fost il-Membri u ċ-ċittadini; jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-implimentazzjoni ta' multilingwiżmu sħiħ, filwaqt li hija bbażata fuq il-prinċipju ta' "interpretazzjoni fuq talba", fuq perjodu ta’ żmien twil se tkun tiddependi fuq l-iżgurar li l-utenti tas-servizzi lingwistiċi jkunu konxji għalkollox tal-ispejjeż tal-provvista ta' dawk is-servizzi u, b'hekk, tar-responsabbiltà tagħhom li jagħmlu l-aħjar użu possibbli minnhom;

7.  Jemmen li l-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jeħtieġ li jkun japplika għall-interpretazzjoni wkoll, u li bil-ħsieb li jiġi żgurat l-aħjar valur għall-flus għall-kontribwenti Ewropej, għandha titwettaq analiżi kritika kontinwament biex tevalwa fejn u kif tista' tittejjeb l-effiċjenza u kif jistgħu jiġu kkontrollati jew limitati l-ispejjeż;

L-użu effiċjenti tar-riżorsi tal-interpretazzjoni

8.  Jinnota d-deċiżjoni dwar "Multilingwiżmu komplet billi r-riżorsi jintużaw b’mod aktar effiċjenti fl-interpretazzjoni" meħuda mill-Bureau tal-Parlament fl-2011, li żżid l-effiċjenza tas-servizzi ta' interpretazzjoni u tnaqqas l-ispejjeż strutturali tagħhom b'dawn il-modi:

   (i) it-tqabbil tal-bżonnijiet li jirriżultaw mill-ivvjaġġar mid-delegazzjonijiet tal-Parlament mar-riżorsi finanzjarji u umani disponibbli,
   (ii) filwaqt li tingħata prijorità lill-interpretazzjoni għat-trilogi matul il-ġimgħat tal-kumitati,
   (iii) it-tqassim tal-laqgħat tal-kumitat b’mod aktar ibbilanċjat matul il-ġimgħa,
   (iv) l-applikazzjoni aktar stretta tar-regoli dwar id-dewmien tal-laqgħat ta’ filgħaxija;

9.  Jilqa' l-fatt li b’konsegwenza ta’ dan, ir-riżorsi baġitarji ddedikati għas-servizzi tal-interpretazzjoni fil-Parlament bdew jonqsu; jirrimarka li fl-2010 ċ-ċifra tal-eżitu tal-baġit kienet EUR 54 990 000, li fl-2011 kienet EUR 56 964 283 u li bħalissa tammonta għal EUR 47 000 000 għall-2012, għalkemm l-eżitu finali għall-2012 mhux se jkun magħruf qabel il-31 ta' Diċembru 2013 u jista' jkun ogħla;

10.  Jinnota li l-baġit stmat għall-2013 jammonta għal ċifra ta’ EUR 58 000 000 għad-DĠ Interpretazzjoni, li minnhom EUR 53 000 000 huma konnessi direttament mas-servizzi ta' interpretazzjoni; jitlob li jkun informat fid-dettall u fuq bażi regolari dwar ir-riżultati konkreti tal-inizjattiva "Multilingwiżmu komplet billi r-riżorsi jintużaw b’mod aktar effiċjenti" fir-rigward tal-baġit 2013, b'mod partikolari f'termini ta' tnaqqis jew żidiet mistennija fl-ispejjeż;

11.  Jinnota, barra minn hekk, li filwaqt li s-servizzi ta' interpretazzjoni tal-Parlament swew EUR 157 954 283 fil-perjodu ta' tliet snin sal-aħħar tal-2012, inkiseb tnaqqis ta' 17 % meta jitqabblu ċ-ċifri tal-eżitu tal-baġit għall-2010 u l-2012; jinnota li l-iffrankar intelliġenti miksub fis-servizzi ta' interpretazzjoni ma pperikolax il-prinċipju tal-multilingwiżmu u jinsisti li jeħtieġ li jiġi żgurat aċċess ugwali għas-servizzi lingwistiċi għall-Membri u li jeħtieġ li jinżammu kundizzjonijiet ta' xogħol xierqa għas-servizzi kkonċernati;

12.  Jilqa' l-fatt li l-istimi tal-Parlament tad-dħul u l-infiq għas-sena finanzjarja 2014 jipproponu li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-interpretazzjoni bi 23 % matul sena tal-elezzjonijiet, meta mqabbla maċ-ċifra tal-baġit tal-2013 ta’ EUR 58 000 000; jitlob informazzjoni dettaljata li tagħti prova li t-tnaqqis propost huwa fattibbli u li tista' tinżamm il-kwalità eċċellenti tal-interpretazzjoni;

13.  Jenfasizza l-fatt li l-implimentazzjoni ta' "multilingwiżmu komplet billi r-riżorsi jintużaw b’mod aktar effiċjenti" wasslet sabiex jinkisbu gwadanji konsiderevoli permezz ta' tqassim aktar ibbilanċjat tal-laqgħat tal-kumitati matul il-ġimgħa, mingħajr l-ebda tnaqqis fin-numru globali tal-laqgħat tal-kumitati; jinnota li, b’konsegwenza ta' dan, in-numru totali ta' ġranet ta' interpreti naqas minn 105 258 (EUR 107 047 386) fl-2011 għal 97 793 (EUR 100 237 825) fl-2012, u dan wassal għal iffrankar ta' EUR 6 809 561;

14.  Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapporti dwar il-Kodiċi ta' Kondotta dwar il-Multilingwiżmu, it-talbiet għal servizzi ta' interpretazzjoni li joriġinaw mill-kumitati, mid-delegazzjonijiet u mill-gruppi politiċi xorta kienu għadhom affettwati minn livell għoli u li qed jikber ta' kanċellazzjonijiet tard, kif muri minn dawn iċ-ċifri:

Kumitati

2009

2010

2011

2012

Talbiet

984

1712

2213

2448

Kanċellazzjonijiet tard

76

172

238

359

%

7,72 %

10,05 %

10,80 %

14,70 %

Delegazzjonijiet

2009

2010

2011

2012

Talbiet

624

813

836

832

Kanċellazzjonijiet tard

116

93

102

171

%

18,59 %

11,44 %

12,20 %

20,60 %

Gruppi politiċi

2009

2010

2011

2012

Talbiet

1922

2310

2297

2146

Kanċellazzjonijiet tard

285

378

266

292

%

14,83 %

16,36 %

11,60 %

13,60 %

15.  Jinnota bi tħassib li l-ispejjeż potenzjali b’konsegwenza ta’ dawn il-kanċellazzjonijiet tard jirrappreżentaw, mingħajr assenjazzjoni mill-ġdid tal-aħħar minuta ta' ċerti interpreti, proporzjon sostanzjali tal-baġit globali għall-interpretazzjoni; jinnota f’dan ir-rigward li fl-2011 EUR 4 350 000 (7,6 % tal-baġit għall-interpretazzjoni), u fl-2012 EUR 5 480 000 (11,9 % tal-baġit għall-interpretazzjoni), ikunu ntnefqu fuq is-servizzi tal-interpretazzjoni li kienu disponibbli u mbagħad ikkanċellati wara l-iskadenzi previsti fil-Kodiċi ta' Kondotta dwar il-Multilingwiżmu; jistieden lill-Bureau biex jipprovdi lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit analiżi dettaljata tat-tendenza li qed tikber fir-rigward tal-kanċellazzjonijiet tard u biex idaħħal mekkaniżmu biex tiżdied il-kuxjenza dwar ir-riżorsi mitlufa minħabba kanċellazzjonijiet tard u biex inaqqas b'mod sinifikanti n-numru u l-perċentwal ta' dawn il-kanċellazzjonijiet;

16.  Itenni li, filwaqt li jinżamm standard għoli ta' ħidma, huwa neċessarju wkoll li jsir użu aktar effiċjenti tar-riżorsi lingwistiċi u li jiġu kkontrollati l-ispejjeż tagħhom billi jitqies l-ammont ta' xogħol għal kull taqsima lingwistika u billi jiġi żgurat li jitnaqqsu l-ispejjeż iġġenerati bil-kanċellazzjoni tard ta' talbiet għal laqgħat u żjarat ta' delegazzjonijiet b'servizzi ta’ interpretazzjoni, bi ksur tal-iskadenzi stipulati fil-Kodiċi ta' Kondotta; jinsisti li l-kumitati, id-delegazzjonijiet u l-gruppi politiċi għandhom ikunu konxji mir-regoli stipulati fil-Kodiċi ta' Kondotta;

17.  Jistieden lill-Bureau biex jiżviluppa sistema b'miżuri ulterjuri sabiex ikunu jistgħu jiġu miġġielda l-kanċellazzjonijiet tard tal-prenotazzjonijiet tal-interpreti;

18.  Jistieden lill-amministrazzjoni tagħmel użu sħiħ u effiċjenti mill-profili lingwistiċi aġġornati tal-Membri meta tagħmel l-arranġamenti lingwistiċi għall-kumitati, għad-delegazzjonjiet u għall-gruppi politiċi kemm fil-postijiet tax-xogħol kif ukoll barra minnhom; jinsisti li l-profili lingwistiċi tal-Membri kollha għandhom jiġu aġġornati kull sena; jirrimarka, barra minn hekk, li kopja tal-profili aġġornati għandha tintbagħat lis-segretarjati tal-kumitati, tad-delegazzjonijiet, tal-gruppi politiċi u tal-gruppi ta' ħidma;

19.  Jinsisti li, b'kunsiderazzjoni xierqa tad-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament ta' Diċembru 2011 dwar "Multilingwiżmu komplet billi r-riżorsi jintużaw b’mod aktar effiċjenti”, l-interpretazzjoni f’lingwa uffiċjali waqt żjara ta’ delegazzjoni għandha tiġi pprovduta biss fuq it-talba bil-miktub espliċita ta’ Membru parteċipanti tal-Parlament Ewropew; jenfasizza li matul żjara ta' delegazzjoni, in-numru ta' interpreti għandu jinżamm għal minimu assolut f'konformità mar-regoli applikabbli;

20.  Ifakkar fil-proposta tas-Segretarju Ġenerali li jintroduċi miżuri li jqajmu l-kuxjenza fost l-utenti tas-servizzi ta' interpretazzjoni, inklużi l-kumitati, id-delegazzjonijiet u l-gruppi politiċi, u jistenna aktar proposti dettaljati biex titjieb il-kuxjenza dwar l-ispiża ta' kanċellazzjonijiet tard;

21.  Jistieden lill-amministrazzjoni biex tkompli bil-proċedura fejn il-kap tat-tim tal-interpreti jfassal lista ta' faċilitajiet ta' interpretazzjoni mitluba iżda mhux użati fi tmiem kull laqgħa u bi qbil mas-segretarjat ta' dik il-laqgħa; jinnota li kopja ta' dik il-lista għandha tiġi ppreżentata lis-segretarjat tal-laqgħa kkonċernata; iqis li l-lista għandha tqis ukoll l-utenti tal-webstreaming jew tal-vidjow fuq talba;

22.  Jieħu nota tas-servizz il-ġdid ta' Interpretazzjoni ad personam (IAP) offrut lill-Membri u stabbilit wara l-proġett pilota li beda fl-2010; jinnota li dan is-servizz ġdid involva spejjeż ta' EUR 157 000 fl-2011 u EUR 115 000 fl-2012; jemmen li s-servizz għandu jiġi rivedut biex jiġu esplorati modi kif jittejjeb;

L-interpretazzjoni fil-Parlament Ewropew: it-triq 'il quddiem

23.  Jilqa' l-fatt li s-servizzi tal-interpretazzjoni kisbu gwadanji fl-effiċjenza u tnaqqis fl-ispejjeż fi snin riċenti, filwaqt li żammu kwalità eċċellenti ta' xogħol; jenfasizza l-fatt li l-infiq fuq l-interpretazzjoni u t-traduzzjoni għadu jieħu proporzjon sinifikanti tal-baġit tal-Parlament u għalhekk jemmen li l-isfida tal-multilingwiżmu bi spejjeż raġonevoli tirrikjedi l-attenzjoni kontinwa tal-Parlament;

24.  Jemmen li l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit għandu jiġi infurmat regolarment dwar il-bidliet fl-ispiża tal-interpretazzjoni; jitlob li r-rapport annwali dwar il-Kodiċi ta' Kondotta mħejji mis-servizzi tal-interpretazzjoni u mibgħut lis-Segretarju Ġenerali jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-membri tal-kumitat;

25.  Huwa tal-fehma li sitwazzjonijiet li fihom l-interpretazzjoni f'ċerti lingwi tiġi offruta mingħajr ma tintuża għandhom jiġu evitati kemm jista' jkun; jenfasizza l-ħtieġa ta' miżuri biex jitnaqqsu l-ispejjeż ta' interpretazzjoni mhux meħtieġa fil-laqgħat, u għalhekk jitlob li tiġi żviluppata u implimentata b'mod urġenti sistema li tevita sitwazzjonijiet li fihom l-interpretazzjoni tkun disponibbli f'lingwi li ma jiġux mitkellma waqt laqgħa partikolari jew li ma jintalbux minn utenti tal-webstreaming;

26.  Jistenna li s-Segretarju Ġenerali jippreżenta, sal-aħħar tas-sena, analiżi dettaljata tal-lingwi ta' interpretazzjoni provduti fil-laqgħat kollha tal-gruppi (ta' ħidma), tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet u l-lingwi li fil-fatt jiġu mitkellma waqt dawn il-laqgħat, kif ukoll ħarsa ġenerali lejn id-derogi mir-regoli ġenerali tal-interpretazzjoni adottati mill-Bureau fit-12 ta' Marzu 2012(3) mitluba miż-żjarat tad-delegazzjonijiet u mogħtija lilhom;

27.  Jistieden lill-Bureau jadotta deċiżjoni oħra dwar il-multilingwiżmu sal-aħħar tas-sena, li tittratta speċifikatament xenarji possibbli għal ‘interpretazzjoni fuq talba' u l-gwadanji fl-effiċjenza li mistennija jintlaħqu bħala riżultat tagħha;

28.  Jitlob lill-Qorti tal-Awdituri, għalhekk, tipprovdi lill-Parlament, f'perjodu ta' żmien raġonevoli u mhux aktar tard minn Marzu 2014, b’rapport speċjali dwar in-nefqa fuq l-interpretazzjoni u t-traduzzjoni li għamlu l-Parlament, il-Kummissjoni u l-Kunsill, u li jivvaluta l-adegwatezza tal-ġestjoni finanzjarja involuta u jaġġorna s-sejbiet magħmula fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 5/2005; jinnota, barra minn hekk, li dan ir-rapport jista' jsir perjodikament u jintuża għall-proċedura tal-kwittanza; itenni li r-rapport għandu jipprovdi informazzjoni dwar jekk l-istituzzjonijiet involuti għandhomx għodod u proċeduri adegwati biex jiżguraw li:

   is-servizzi provduti ma jmorrux lil hinn mill-ħtiġijiet reali;
   is-servizzi kollha meħtieġa jistgħu jiġu provduti;
   is-servizzi jiġu provduti bl-iktar spiża baxxa possibbli;
   is-servizzi provduti jkunu ta' kwalità għolja;

29.  Jinnota wkoll li dan ir-rapport ta' segwitu għandu jqabbel b'attenzjoni l-kosteffettività tas-servizzi ta' interpretazzjoni tal-Parlament ma' dik tas-servizzi ta’ interpretazzjoni pprovduti mill-Kunsill u l-Kummissjoni, u jqabbel l-ispejjeż attwali tas-servizzi ta' interpretazzjoni tat-tliet istituzzjonijiet ma' dawk irreġistrati fil-perjodu ta' referenza tal-awditjar;

30.  Jinsisti, barra minn hekk, li l-Parlament għandu jindirizza, bħala prijorità, l-għadd konsiderevoli ta' kanċellazzjonijiet tard u jistieden lill-Bureau jippreżenta pjan ta' azzjoni dettaljat biex inaqqsu;

31.  Itenni li l-kooperazzjoni interistituzzjonali hija essenzjali biex jiġu skambjati l-aħjar prattiki li jippromwovu l-effikaċja u jagħmlu possibbli l-iffrankar; iqis li l-kooperazzjoni interistituzzjonali għandha tittejjeb fir-rigward tal-interpretazzjoni; jitlob li jitwettaq rieżami dettaljat, li jagħti prijorità lill-kondiviżjoni aktar effikaċi tar-riżorsi disponibbli fost l-istituzzjonijiet kollha u miżuri konkreti fil-qasam tal-interpretazzjoni freelance;

32.  Jenfasizza l-importanza tal-applikazzjonijiet tas-softwer bħala strumenti ta' ġestjoni u jinsisti li għandu jiġi allokat aktar finanzjament għal dan l-iskop fil-baġit tas-sena d-dieħla; jinnota li jista' jinkiseb livell ogħla ta' effiċjenza jekk is-servizzi amministrattivi tal-Parlament jingħataw informazzjoni adegwata dwar il-ġestjoni; iqis li huwa diżappuntanti li ċerti DĠ għadhom lura f'termini tal-applikazzjonijiet tas-softwer disponibbli minkejja t-titjib fis-settur tat-teknoloġija tal-informatika mill-2010 'l hawn;

33.  Jistieden lis-servizzi rilevanti tiegħu jivvalutaw jekk il-gwadanji konsiderevoli fl-effiċjenza li saru fil-qasam tal-interpretazzjoni jistgħux iservu bħala eżempju għal titjib f'DĠ oħra;

o
o   o

34.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 305 E, 14.12.2006, p. 67.
(2) ĠU C 291, 23.11.2005, p. 1.
(3) Kien ġie deċiż b'mod speċifiku li, filwaqt li d-delegazzjonijiet ikomplu jibbenefikaw minn intitolament sħiħ għal interpretazzjoni sa ħames lingwi, kif stipulat fil-Kodiċi ta' Kondotta dwar il-Multilingwiżmu, matul ġimgħat iddedikati għal attivitajiet parlamentari esterni (ġimgħat ħodor), id-delegazzjonijiet li jirrikjedu derogi għall-ivvjaġġar matul ġimgħat tal-kumitati jiġu provduti biss b'sistema lingwistika limitata li biha ma jkunx hemm iktar minn interpretazzjoni f'lingwa waħda.


Il-logħob tal-azzard onlajn fis-suq intern
PDF 349kWORD 37k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Settembru 2013 dwar il-logħob tal-azzard onlajn fis-suq intern (2012/2322(INI))
P7_TA(2013)0348A7-0218/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-23 ta' Ottubru 2012 bit-titolu 'Lejn qafas Ewropew komprensiv għal-logħob tal-azzard online'', (COM(2012)0596),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Jannar 2011 bit-titolu ‘ L-Iżvilupp tad-Dimensjoni Ewropea fl-Isport’ (COM(2011)0012),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2013 dwar il-logħob mixtri u l-korruzzjoni fl-isport(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2012 dwar id-dimensjoni Ewropea fl-isport(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2011 dwar il-logħob tal-azzard onlajn fis-suq intern(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2009 dwar l-integrità tal-logħob tal-azzard fuq l-internet(4),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Nikosija dwar il-Ġlieda kontra x-Xiri tal-Logħob tal-20 ta’ Settembru 2012,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Diċembru 2010 u r-rapporti dwar il-progress tal-Presidenzi ta’ Franza, l-Isvezja, Spanja u l-Ungerija dwar il-qafas tal-logħob tal-azzard u l-imħatri fl-Istati Membri tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-azzjoni preparatorja dwar Sħubijiet Ewropej fl-Isport u b’mod partikolari, it-tlaqqigħ tal-proġetti ffukati fuq il-prevenzjoni tal-inċidenti tal-logħob mixtri billi tingħata edukazzjoni u informazzjoni lill-partijiet interessati rilevanti,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 52 u 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità mehmuża mat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-każistika żviluppata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fejn fil-qasam speċifiku tal-organizzazzjoni tal-logħob bix-xorti, il-Qorti tirrikonoxxi partikolarment il-protezzjoni tal-konsumatur, il-prevenzjoni kemm tal-frodi kif ukoll l-inċitament għall-infiq eċċessiv fuq il-logħob, kif ukoll il-ħtieġa ġenerali li tiġi mħarsa l-ordni pubblika bħala raġunijiet ta’ interess ġenerali prevalenti li jistgħu jiġġustifikaw ir-restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi(5),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta’ Mejju 2012,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0218/2013),

A.  billi l-logħob tal-azzard mhuwiex attività ekonomika ordinarja minħabba l-impatti soċjali u fuq is-saħħa potenzjalment negattivi tiegħu, li jinkludu; logħob tal-azzard koerċittiv, li l-konsegwenzi u l-ispejjeż li jġib miegħu huma diffiċli li jiġu stmati; il-kriminalità organizzata; il-ħasil tal-flus; u l-logħob mixtri; billi l-logħob tal-azzard onlajn jista' jinvolvi riskju akbar ta' dipendenza minn logħob tradizzjonali tal-azzard mhux onlajn, fost l-oħrajn minħabba l-faċilità akbar ta' aċċess u nuqqas ta' kontroll soċjali, iżda huma meħtieġa riċerka u data addizzjonali f'dan ir-rigward; jinnota li, abbażi ta' dan, ċerti regoli interni tas-suq – inkluża l-libertà ta' stabbiliment, il-libertà ta' forniment ta' servizzi u l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku – ma jwaqqfux lill-Istati Membri milli jiddeterminaw il-miżuri addizzjonali tagħhom stess għall-ħarsien tal-lagħba;

B.  billi l-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxi l-obbligu tal-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni;

C.  billi l-Artikolu 169 tat-TFUE jobbliga lill-UE tiżgura livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur;

D.  billi, fid-dawl tan-natura speċjali tas-settur tal-logħob tal-azzard onlajn, il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u tal-konsumaturi għandu jkun il-prinċipju ta’ gwida ewlieni meta jitfasslu r-rakkomandazzjonijiet fil-livell tal-UE u l-leġiżlazzjoni nazzjonali;

E.  billi, b’kunsiderazzjoni dovuta tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-Istati Membri għandhom id-dritt li jiddeterminaw kif l-offerta ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn tiġi organizzata u rregolata skont il-valuri tagħhom stess u l-objettivi segwiti ta’ interess ġenerali, filwaqt li tiġi rispettata l-liġi tal-Unjoni;

F.  billi, minħabba n-natura speċifika tagħha u bl-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-provvista ta' servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn mhijiex suġġetta għal regolamentazzjoni speċifika għas-settur fil-livell tal-UE u hija eżentata mid-direttivi dwar is-servizzi u d-drittijiet tal-konsumatur, filwaqt li tibqa' madankollu, suġġetta għal numru ta' atti leġiżlattivi sekondarji tal-UE, bħad-direttiva dwar il-ħarsien tad-data, id-direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika u d-direttiva dwar il-prattiki kummerċjali inġusti;

G.  billi s-settur tal-logħob tal-azzard onlajn huwa differenti minn swieq oħrajn minħabba r-riskji involuti f'dak li huma l-ħarsien tal-konsumatur u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, kif rikonoxxut ripetutament mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

H.  billi l-Qorti tal-Ġustizzja ikkonfermat li l-forniment ta' logħob bix-xorti jew logħob tal-azzard hu attività ekonomika ta’ natura speċjali, fejn ir-restrizzjonijiet jistgħu jiġu ġustifikati għal raġunijiet prevalenti ta’ interess pubbliku bħall-protezzjoni tal-konsumatur, il-prevenzjoni tal-frodi, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u ż-żamma tal-ordni pubblika u s-saħħa pubblika; billi r-restrizzjonijiet imposti fuqhom għandhom ikunu konformi ma' dawk previsti mit-TFUE, jiġifieri li dawn għandhom ikunu proporzjonati mal-objettivi segwiti u m'għandhomx ikunu diskriminatorji;

I.  billi, issa iktar minn qatt qabel, l-Istati Membri jikkondividu tħassib ġenerali komuni dwar l-impatt negattiv soċjali u ekonomiku tal-logħob tal-azzard onlajn illegali fil-livell nazzjonali, u l-objettivi prinċipali tagħhom huma li jħarsu lill-membri tas-soċjetà taħt l-età u dawk vulnerabbli u li jiġġieldu kontra d-dipendenza, il-kriminalità u l-evażjoni tat-taxxa;

J.  billi n-natura transkonfinali tal-logħob tal-azzard onlajn, kif ukoll ir-riskji involuti f'dak li huma l-protezzjoni tal-konsumatur, il-prevenzjoni tal-frodi u l-infurzar tal-liġi kontra attivitajiet illegali, bħall-ħasil tal-flus u l-logħob mixtri, kif ukoll il-ħtieġa li jiġu miġġielda l-attivitajiet illegali b'rabta mal-logħob tal-azzard, jitolbu azzjoni koordinata aħjar fost l-Istati Membri u fil-livell tal-UE;

K.  billi hu essenzjali li jiġu introdotti mekkaniżmi li jiskrutinizzaw il-kompetizzjonijiet sportivi u l-flussi finanzjarji, flimkien ma’ mekkaniżmi superviżorji;

L.  billi, attwalment hija meħtieġa viżjoni komprensiva tas-settur tal-logħob tal-azzard onlajn, f’dak li huma informazzjoni u data dwar l-offerta nazzjonali u transkonfinali, fi ħdan l-UE u globalment, awtorizzata u mhux awtorizzata;

M.  billi l-forma użata għar-reklamar tal-logħob tal-azzard onlajn tvarja bejn l-Istati Membri jew ma hija regolata xejn;

In-natura speċifika tas-settur tal-logħob tal-azzard onlajn u l-protezzjoni tal-konsumatur

1.  Iqis li, sabiex ikun żgurat livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur, b'mod partikolari għal dawk il-konsumaturi li huma l-aktar vulnerabbli, offerta ġusta u legali tas-servizzi tal-logħob tal-azzard definita minn kull Stat Membru f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, tista' tnaqqas l-ispejjeż soċjali u l-effetti dannużi tal-attivitajiet tal-logħob tal-azzard;

2.  Iwissi li l-logħob tal-azzard jista' jwassal għal dipendenza perikoluża, u li din hi kwistjoni li teħtieġ li tiġi indirizzata fi kwalunkwe proposta leġiżlattiva għall-benefiċċju tal-konsumaturi;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni kontra logħob tal-azzard illegali offrut fi ħdan it-territorji tal-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri ta' infurzar kontra offerti għal logħob tal-azzard illegali fir-rakkomandazzjonijiet ippjanati tagħha dwar il-ħarsien tal-konsumatur u r-reklamar;

4.  Jemmen li hemm rabta perikoluża bejn it-tbatija ekonomika ħarxa u livelli għoljin ta' logħob tal-azzard; jenfasizza li l-klima ekonomika u soċjali estremament ħarxa kienet strumentali għaż-żieda kbira fil-logħob tal-azzard, b'mod partikolari fost l-ifqar faxex tas-soċjetà, u li għaldaqstant hemm il-ħtieġa ta' livelli ta' monitoraġġ mill-qrib u kontinwi tad-dipendenza fuq il-logħob tal-azzard u l-logħob tal-azzard problematiku;

5.  Jafferma li l-logħob tal-azzard onlajn hu forma ta' użu kummerċjali tal-isport u li, għalkemm is-settur tal-logħob tal-azzard onlajn qed jikber b'mod kostanti billi jżomm aġġornat mal-innovazzjonijiet teknoloġiċi, l-Istati Membri qed jiffaċċjaw diffikultajiet biex jikkontrollawh minħabba n-natura speċifika tal-internet, li toħloq riskju ta' ksur tad-drittjiet tal-konsumaturi u li s-settur ikun suġġett għal investigazzjonijiet fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata;

6.  Jinsisti li, irrispettivament mill-mod kif l-Istati Membri jiddeċiedu li jorganizzaw u jirregolaw l-offerta ta' servizzi ta' logħob tal-azzard onlajn fil-livell nazzjonali, għandu jiġi żgurat livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u tal-konsumaturi; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tesplora miżuri fil-livell tal-UE biex tipproteġi konsumaturi vulnerabbli, inkluża kooperazzjoni formalizzata bejn l-awtoritajiet regolatorji fl-Istati Membri; jenfasizza li l-grupp ta' esperti għandu jiżgura li jkun impossibbli għall-minorenni jkollhom aċċess għas-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn; jistieden lill-Istati Membri jobbligaw lill-operaturi li jaħdmu b'liċenzja mill-Istati Membri, jesponu l-logo, marka ta' fiduċja tal-awtorità regolatorja f’pożizzjoni prominenti fuq il-websajt tagħhom;

7.  Jitlob lill-Kummissjoni tistudja x’jista’ jsir biex titwaqqaf il-prattika li xi kumpaniji bbażati fi Stat Membru wieħed jikkummerċjalizzaw servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn, pereżempju permezz tat-televiżjoni bis-satellita jew b’kampanji ta’ reklamar, fi Stat Membru ieħor fejn mhumiex liċenzjati biex joffru tali servizzi;

8.  Jitlob li l-operaturi jkunu obbligati juru twissijiet ċari, prominenti u espliċiti lill-minorenni, li jiddikjaraw li l-logħob tal-azzard onlajn huwa illegali għall-minorenni;

9.  Jemmen li għandhom jittieħdu miżuri biex jiġi żgurat li l-membri l-aktar vulnerabbli tas-soċjetà ma jipperikolawx aktar il-mezzi tal-għajxien tagħhom minħabba l-logħob tal-azzard;

10.  Jemmen li huma meħtieġa riċerka u data addizzjonali sabiex jiġi kwantifikat il-logħob tal-azzard koerċittiv u r-riskji assoċjati ma’ forom differenti ta’ logħob tal-azzard; jistieden lill-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni jwettqu studji ulterjuri b'mod koordinat sabiex jifhmu aħjar il-logħob tal-azzard problematiku; jinnota li l-operaturi tal-logħob tal-azzard għandhom responsabbiltà jikkontribwixxu lejn il-prevenzjoni tad-dipendenza fuq il-logħob tal-azzard;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fejn xieraq permezz tal-grupp ta' esperti, tesplora l-possibilità ta' interoperabbiltà madwar l-UE bejn ir-reġistri nazzjonali ta' awtoesklużjoni li jinkludu fost l-oħrajn, l-awtoesklużjoni, it-telf personali u limiti ta' żmien, u li huma aċċessibbli għall-awtoritajiet nazzjonali u operaturi tal-logħob tal-azzard liċenzjati, sabiex kull konsumatur li jeskludi awtomatikament lilu nnifsu jew li jisboq il-limiti tal-azzard tiegħu għand operatur tal-logħob tal-azzard wieħed, ikollu l-opportunità ta' awtoesklużjoni awtomatika mill-operaturi l-oħra kollha liċenzjati tal-logħob tal-azzard; jenfasizza l-fatt li kwalunkwe mekkaniżmu għall-iskambju tal-informazzjoni personali dwar il-lagħba tal-azzard problematiċi għandu jkun suġġett għal regoli stretti dwar il-ħarsien tad-data; jenfasizza l-importanza tal-grupp ta' esperti fil-ħidma lejn il-ħarsien taċ-ċittadini mid-dipendenza fuq il-logħob tal-azzard; jenfasizza li sabiex il-konsumaturi jkunu konxji dwar l-attività tal-logħob tal-azzard tagħhom stess, dan ir-reġistru għandu juri lill-konsumatur l-informazzjoni kollha relatata mal-istorja tiegħu tal-logħob tal-azzard fi kwalunkwe ħin li huwa jibda jilgħab;

12.  Jirrakkomanda li ssir distinzjoni ċara bejn l-attivitajiet tal-logħob tal-azzard u forom oħra ta’ divertiment onlajn; is-servizzi li jinvolvu karatteristiċi distintivi tas-settur tal-logħob tal-azzard għandhom jidħlu fl-ambitu ta’ leġiżlazzjoni xierqa dwar il-logħob tal-azzard u jirrispettaw bis-sħiħ il-mekkaniżmi li jivverifikaw l-età u l-identità;

13.  Jinnota li l-inizjattivi awtoregolatorji jistgħu jservu ta’ kontribut tajjeb biex jiġi identifikat il-kontenut tal-istandards komuni; jafferma mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu li, f’qasam daqstant sensittiv bħalma hu l-logħob tal-azzard, l-awtoregolamentazzjoni tista’ biss tikkomplimenta imma mhux tieħu post il-leġiżlazzjoni nazzjonali;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis l-implimentazzjoni ta’ kontroll ta’ identifikazzjoni obbligatorju minn parti terza biex teskludi minorenni jew persuni li jużaw identitajiet foloz mil-logħob; jissuġġerixxi li dan jista', fost l-oħrajn, ikun kontroll fuq in-numru tas-sigurtà soċjali, informazzjoni dwar il-kont tal-bank jew identifikatur uniku ieħor, filwaqt li jinnota li tali identifikazzjoni għandha titwettaq qabel kwalunkwe attività ta' logħob tal-azzard;

15.  Jemmen li s-softwer li jintuża għal-logħob tal-azzard onlajn għandu jkun iktar sikur u li għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi u komuni ta' ċertifikazzjoni sabiex ikun żgurat l-użu ta' parametri u standards uniformi;

16.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li jeħtieġ li jitfasslu metodi effiċjenti ta' sorveljanza tal-imħatri, filwaqt li jitqies l-iżvilupp mgħaġġel tal-ambjent onlajn, iżda jenfasizza wkoll l-importanza li d-data personali tal-utenti tiġi mħarsa mill-abbuż;

17.  Huwa tal-fehma li standards komuni għal-logħob tal-azzard onlajn għandhom jindirizzaw id-drittijiet u l-obbligi kemm tal-fornitur tas-servizz u kemm tal-konsumatur, biex b'hekk ikun żgurat livell għoli ta’ ħarsien għaċ-ċittadini u l-konsumaturi, partikolarment il-minorenni u persuni vulnerabbli oħra, u l-prevenzjoni ta’ reklamar qarrieqi u eċċessiv; iħeġġeġ lill-assoċjazzjonijiet tal-operaturi tal-logħob tal-azzard Ewropej jiżviluppaw u jadottaw kodiċi ta' kondotta awtoregolatorji;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fir-rakkomandazzjoni tagħha li l-operaturi tal-logħob tal-azzard għandhom ikunu obbligati jippromwovu b’mod attiv l-użu ta’ awtorestrizzjonijiet fil-ħin tar-reġistrazzjoni kif ukoll f'każijiet ta’ telf ripetut;

19.  Jirrakkomanda l-introduzzjoni ta’ standards ta' sigurtà komuni u uniformi pan Ewropej għall-identifikazzjoni elettronika u għal servizzi ta’ verifikazzjoni elettronika transkonfinali; jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva dwar l-identifikazzjoni elettronika u l-awtentikazzjoni, li se tippermetti l-interoperabbiltà tal-iskemi nazzjonali tal-identifikazzjoni elettronika fejn jeżistu; jitlob għaldaqstant, li l-proċeduri ta' reġistrazzjoni u identifikazzjoni jkunu semplifikati u li jsiru aktar effiċjenti, partikolarment sabiex ikunu żgurati mekkaniżmi ta' identifikazzjoni effiċjenti u jiġu evitati kontijiet multipli għal kull lagħab u aċċess min-naħa ta' minorenni għall-websajts tal-logħob tal-azzard onlajn; jirrakkomanda l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri dwar miżuri ta' infurzar, pereżempju l-istabbiliment ta' listi bojod u suwed ta' websajts tal-logħob tal-azzard illegali għal dawn il-websajts, id-definizzjoni konġunta ta' soluzzjonijiet ta' pagament sikuri u traċċabbli, u l-kunsiderazzjoni tal-fattibilità li jiġu bblokkati tranżazzjonijiet finanzjarji, sabiex il-konsumaturi jitħarsu minn operaturi illegali;

20.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-operaturi jippromwovu n-natura responsabbli tar-reklamar fir-rigward tal-logħob tal-azzard onlajn; jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tadotta Rakkomandazzjoni dwar ir-reklamar responsabbli tal-logħob tal-azzard; jitlob lill-Kummissjoni tinkludi standards komuni minimi li jipprovdu biżżejjed ħarsien lill-konsumaturi vulnerabbli; jirrakkomanda li r-reklamar għandu jkun responsabbli, jinkludi twissijiet ċari dwar ir-riskji ta' dipendenza fuq il-logħob tal-azzard u li la jkun eċċessiv u lanqas ma jintwera fuq kontenut li huwa speċifikament immirat lejn il-minorenni jew fejn hemm riskju ogħla li jkun immirat lejn il-minorenni, bħal partikolarment fil-każ tar-reklamar tal-midja soċjali;

21.  Jitlob li jiġu mfassla u implimentati miżuri li jippermettu lit-tfal u liż-żgħażagħ jiksbu u jiżviluppaw iktar kompetenza diġitali; jemmen li l-introduzzjoni ta' korsijiet skolastiċi maħsuba biex jgħallmu liż-żgħażagħ dwar l-aħjar użi tal-internet tista' tagħti aktar ħila lill-utenti biex jipproteġu lilhom infushom kontra d-dipendenza fuq il-logħob tal-azzard onlajn;

22.  Jenfasizza r-rwol importanti tal-edukazzjoni, is-servizzi tal-pariri u l-ġenituri biex titqajjem kuxjenza dwar is-suġġett tal-logħob tal-azzard onlajn u l-konsegwenzi tiegħu fuq il-minorenni;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintroduċu miżuri effikaċi li jżidu l-konoxxenza tar-riskji tad-dipendenza fuq il-logħob tal-azzard, immirati b’mod partikolari lejn iż-żgħażagħ;

24.  Jitlob li reklamar soċjalment responsabbli tal-logħob tal-azzard onlajn ikun permess biss għal prodotti tal-logħob tal-azzard li huma legali; jemmen li qatt m’għandu jkun permess li jsir reklamar għal servizzi ta’ logħob tal-azzard onlajn li jesaġera l-probabilità ta' rebħ, biex tingħata impressjoni falza li l-logħob tal-azzard hu strateġija raġonevoli biex wieħed itejjeb il-qagħda finanzjarja tiegħu; jemmen li r-reklamar għandu jinkludi informazzjoni ċara dwar il-konsegwenzi ta’ logħob tal-azzard koerċittiv;

25.  Jenfasizza li d-definizzjoni ta' format għar-reklamar li ma jagħmilx ħsara u r-regoli dwar it-tixrid tiegħu huma kruċjali biex iżommu lil persuni taħt it-18-il sena mil-logħob tal-azzard u għall-ġlieda kontra l-logħob tal-azzard problematiku u koerċittiv;

26.  Jenfasizza li l-miżuri ta' ħarsien tal-konsumatur għandhom ikunu akkumpanjati minn taħlita ta' miżuri ta' infurzar preventivi u ta' rispons biex jitnaqqas il-kuntatt taċ-ċittadini ma' operaturi mhux awtorizzati; jenfasizza l-importanza ta’ definizzjoni konġunta tal-kunċett ta’ operaturi legali tal-logħob tal-azzard sabiex l-Istati Membri, f'konformità mal-liġi tal-UE, jawtorizzaw biss lill-operaturi li jissodisfaw mill-inqas dawn ir-rekwiżiti li ġejjin u għalhekk jitqiesu li huma legali:

   (a) l-operatur għandu jkollu liċenzja li tagħtih id-dritt jopera fl-Istat Membru tal-lagħab,
   (b) l-operatur mhux meqjus illegali skont il-liġi applikabbli fi kwalunkwe Stat Membru ieħor;

27.  Huwa tal-fehma li l-proċess ta’ reġistrazzjoni għandu jinkludi, bħala karatteristika obbligatorja, il-limiti tat-telf massimu stabbiliti u definiti mil-lagħab għal ċertu perjodu ta’ żmien; bħala livell minimu, din il-karatteristika għandha tkun preżenti fil-logħob prattikat bi frekwenza għolja;

Konformità mal-liġi tal-UE

28.  Jenfasizza li, min-naħa, il-fornituri tal-logħob tal-azzard onlajn għandhom fil-każijiet kollha jirrispettaw il-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri li joperaw fihom u, min-naħa l-oħra, li l-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li jimponu restrizzjonijiet li jħossu li huma meħtieġa u ġustifikati biex jindirizzaw il-logħob tal-azzard onlajn illegali sabiex jimplimentaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali u jeskludu lill-fornituri illegali mill-aċċess għas-suq;

29.  Jirrikonoxxi li, fl-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-Istati Membri għandhom id-dritt li jiddeterminaw kif l-offerta tas-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn għandha tiġi organizzata u regolata fil-livell nazzjonali kif ukoll id-dritt li jinfurzaw il-miżuri kollha li jqisu li huma neċessarji kontra s-servizzi ta’ logħob tal-azzard illegali, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji bażiċi tat-Trattat tal-UE; jirrikonoxxi li tali leġiżlazzjoni għandha tkun proporzjonata, konsistenti, trasparenti u nondiskriminatorja; jieħu nota tal-ħtieġa għal aktar politiki koerenti tal-UE bil-ħsieb li tiġi indirizzata n-natura transkonfinali tal-logħob tal-azzard;

30.  Jinnota li l-Kummissjoni bagħtet ittri lil għadd ta’ Stati Membri biex titlobhom informazzjoni dettaljata dwar il-leġiżlazzjoni attwali tagħhom b'rabta mal-logħob tal-azzard; jistieden lill-Kummissjoni tkompli bid-djalogu mal-Istati Membri; jieħu nota tal-ħidma tal-Kummissjoni dwar il-każijiet ta' ksur u dwar l-ilmenti mressqa kontra ċerti Stati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tkompli timmonitorja u tinforza l-konformità ta’ liġijiet u prattiki nazzjonali mal-liġi tal-UE, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, u tniedi proċeduri ta' ksur kontra dawk l-Istati Membri li jidhru li qed jiksru l-liġi tal-UE; jirrispetta d-deċiżjoni meħuda mill-Istati Membri fir-rigward tal-istabbiliment ta' monopolji f'dan is-settur, bil-kundizzjoni li, f'konformità mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, dawn huma suġġetti għal kontroll statali strett u jiżguraw livell partikolarment għoli ta' ħarsien tal-konsumatur, li l-attivitajiet tagħhom huma koerenti mal-objettivi ta' interess ġenerali u li dawn inaqqsu l-opportunitajiet ta' logħob tal-azzard b'mod konsistenti;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-grupp ta’ esperti dwar is-servizzi ta’ logħob tal-azzard jiżviluppaw miżuri u strateġiji koordinati, inklużi skambji tal-aħjar prattika biex jistudjaw u jindirizzaw il-problema tal-evażjoni tat-taxxa min-naħa ta' operaturi awtorizzati li jipprovdu servizzi ta' logħob tal-azzard onlajn fis-suq tal-UE iżda għandhom l-uffiċċji rreġistrati tagħhom f’rifuġji fiskali ġewwa jew barra l-UE;

32.  Jieħu nota tar-riskji li jista' jippreżenta l-aċċess min-naħa tal-konsumaturi għal servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn illegali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiddiskutu, bħala parti mill-ħidma tal-grupp ta’ esperti dwar is-servizzi tal-logħob tal-azzard, il-piż finanzjarju soċjali li jġib miegħu l-permess għal attivitajiet ta’ logħob tal-azzard regolati fil-konfront tal-effetti dannużi fuq il-konsumaturi li jutilizzaw operaturi illegali;

33.  Jenfasizza li dawk l-Istati Membri li jagħżlu li jiftħu s-settur tagħhom tal-logħob tal-azzard onlajn għandhom jipprovdu proċedura għall-applikazzjoni ta' liċenzja trasparenti u b'ċertezza ġuridika bbażata fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, f’konformità sħiħa mal-liġi tal-UE u b'ħarsien suffiċjenti u strett taċ-ċittadini u tal-konsumaturi;

Kooperazzjoni amministrattiva

34.  Jistieden lill-grupp ta’ esperti dwar is-servizzi tal-logħob tal-azzard u lill-Kummissjoni jiffaċilitaw kemm jista’ jkun, il-fluss tad-data bejn ir-regolaturi fl-Istati Membri sabiex jaqsmu l-aħjar prattiki u l-informazzjoni biex jiġi ffaċilitat l-istabbiliment ta’ sistema komuni li tidentifika lil-lagħba, miżuri ta' infurzar kontra l-operaturi illegali, it-tisħiħ tal-ħarsien tal-konsumaturi, ir-reklamar responsabbli, l-istabbiliment ta’ listi bojod u suwed, il-prevenzjoni tal-logħob mixtri u mekkaniżmi ta' awtoesklużjoni li jinkludu fost l-oħrajn, il-limiti personali ta' ħin u ta' flus applikabbli madwar l-UE; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi sabiex il-grupp ta' esperti jibbenefika mill-għarfien espert l-aktar usa' possibbli fl-iżvilupp tax-xogħol tiegħu; iħeġġeġ lill-Istati Membri jniedu mill-ġdid id-djalogu dwar is-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn fil-forum tal-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar l-istabbiliment u s-servizzi;

35.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi dejjem esperti li huma speċjalizzati fil-logħob tal-azzard problematiku u patoloġiku fi gruppi ta’ esperti u konsultazzjonijiet;

36.  Huwa tal-opinjoni li l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-esperti nazzjonali mill-isferi soċjali u tas-saħħa li jispeċjalizzaw fil-logħob tal-azzard patoloġiku u problematiku għandhom jissaħħu fil-livell Ewropew;

37.  Jenfasizza li, filwaqt li l-iskambju effettiv ta' informazzjoni bejn l-entitajiet ta' investigazzjoni huwa importanti għall-infurzar b'suċċess tal-liġi, l-azzjoni sabiex jiġi miġġieled il-logħob mixtri trid tikkonforma mal-liġijiet u r-regolamenti tal-protezzjoni tad-data nazzjonali u dawk Ewropej;

38.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri, fil-kuntest tal-grupp ta’ esperti, jaħdmu f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u bejniethom biex jikkoordinaw passi mmirati kontra l-provvista mhux awtorizzata ta’ servizzi transkonfinali ta’ logħob tal-azzard u biex jimplimentaw il-pjan ta’ azzjoni inkluż fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-logħob tal-azzard onlajn;

39.  Jirrikonoxxi li l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri hi essenzjali imma jenfasizza li huwa importanti ħafna wkoll li l-grupp ta' esperti dwar il-logħob tal-azzard jaħdem f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati kollha, inklużi kemm l-industrija tal-logħob tal-azzard kif ukoll l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur;

40.  Jenfasizza l-importanza li l-grupp ta’ esperti jaħdmu għat-tfassil ta' proċeduri aktar trasparenti u semplifikati li jneħħu piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa fuq l-Istati Membri li jistgħu jżidu mingħajr ħtieġa l-ispejjeż għall-operaturi legali onlajn f'dawk il-pajjiżi li jagħżlu li jiftħu s-swieq tagħhom; jinnota li t-tneħħija ta' piżijiet amministrattivi m'għandhiex tikkomprometti l-ħarsien tal-konsumaturi;

41.  Jemmen li għandhom jittieħdu passi biex ir-reġimi nazzjonali tat-taxxa għas-servizzi tal-logħob tal-azzard ikunu allinjati ma' xulxin bil-ħsieb li jiġi evitat li l-konċessjonijiet fiskali sproporzjonati jiffavorixxu proliferazzjoni u konċentrazzjoni tas-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn;

42.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f'dawk l-Istati Membri li għażlu li jintroduċu sistemi ta' liċenzjar, jiskambjaw l-aħjar prattiki li jiffaċilitaw l-applikazzjoni ta’ liċenzji nazzjonali tal-logħob tal-azzard, inklużi standards tekniċi għall-apparat tal-logħob tal-azzard; iħeġġeġ lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kompetenti jippermettu l-operat ta' kumpanija tal-logħob tal-azzard fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom biss meta tali kumpanija ma toperax f'kontravenzjoni tal-liġi fi Stat Membru ieħor li l-leġiżlazzjoni tiegħu ma tkunx ġiet iddikjarata bħala mhux konformi mill-Qorti tal-Ġustizzja;

Ħasil tal-flus

43.  Jenfasizza l-fatt li l-logħob tal-azzard onlajn huwa ambjent mhux ibbażat fuq il-kontanti u li – minħabba d-dipendenza fuq fornituri ta' servizzi finanzjarji ta' partijiet terzi – jeħtieġu salvagwardji addizzjonali kontra l-ħasil tal-flus; jenfasizza l-ħtieġa għal kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-logħob tal-azzard, il-pulizija nazzjonali u l-awtoritajiet nazzjonali ta' infuzar għall-prevenzjoni ta' attività kriminali;

44.  Jistieden lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-grupp ta’ esperti jieħdu azzjoni effettiva kontra l-ħasil tal-flus; jilqa' f'dan ir-rigward, il-proposta li jiġu estiżi d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-Ħasil tal-Flus biex tinkludi l-forom kollha ta' logħob tal-azzard, u jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jiżguraw li kwalunkwe tranżazzjoni b’suspett li hija potenzjalment konnessa mal-ħasil tal-flus jew ma’ attività kriminali oħra tiġi rappurtata f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva;

45.  Jistieden lill-Kunsill jipproċedi b'ħeffa u b’ambizzjoni bin-negozjati dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-għanijiet ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu (COM(2013)0045), u jindirizza kull tip ta’ logħob tal-azzard, fosthom il-logħob tal-azzard onlajn, għall-prevenzjoni tal-isfruttament tal-attivitajiet ta' mħatri sportivi onlajn minn interessi kriminali għal skopijiet ta’ ħasil tal-flus;

46.  Jenfasizza li s-sistemi sodi ta’ reġistrazzjoni u verifikazzjoni mhux ambigwa huma għodod ewlenin għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe użu ħażin tal-logħob tal-azzard onlajn, bħall-ħasil tal-flus; jinnota li, għal raġunijiet ta' verifikazzjoni tal-identità bħal dawn, jista' jinsilet vantaġġ minn strutturi onlajn li diġà jeżistu u li qed jiżviluppaw, bħal sistemi ta’ verifikazzjoni onlajn tal-bank u tal-karti tal-kreditu;

47.  Huwa tal-fehma li l-kumpaniji kollha tal-logħob tal-azzard onlajn li joperaw fiż-żona tal-UE għandhom ikunu rreġistrati bħala entitajiet leġittimi fl-UE;

48.  Jenfasizza li l-Istati Membri kollha għandhom jidentifikaw u jinnominaw l-awtorità pubblika responsabbli bl-inkarigu li timmonitorja l-logħob tal-azzard onlajn; jenfasizza li l-awtorità għandha tkun awtorizzata wkoll tintervjeni jekk jidher xi logħob tal-azzard onlajn suspettuż; il-kumpaniji tal-logħob għandhom jintalbu wkoll jinfurmaw lill-awtorità dwar kwalunkwe attività suspettuża relatata mal-logħob;

L-integrità tal-isport

49.  Jenfasizza li, minħabba n-natura transnazzjonali tal-logħob mixtri, il-ġlieda kontrieh titlob kooperazzjoni aktar effettiva bejn il-partijiet interessati kollha, inklużi l-awtoritajiet pubbliċi, l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi, l-industrija tal-isport, l-operaturi tal-logħob tal-azzard u r-regolaturi tal-logħob tal-azzard, l-atleti u l-partitarji, filwaqt li għandha ssir enfasi fuq l-edukazzjoni u l-azzjonijiet preventivi f'dan ir-rigward; jilqa’ f’dan ir-rigward l-Azzjoni Preparatorja reċenti tal-Kummissjoni tal-2012, li tappoġġa l-proġetti transnazzjonali tal-edukazzjoni fil-ġlieda kontra l-logħob mixtri; jinnota li l-logħob mixtri jsir kemm fis-swieq tal-logħob tal-azzard onlajn u kemm dawk mhux onlajn u li, fil-maġġoranza tal-każijiet, il-logħob mixtri relatat mal-imħatri onlajn isir permezz ta' operaturi tal-logħob tal-azzard stabbiliti fi swieq mhux regolati barra l-UE;

50.  Jitlob li jkun hemm kodiċi ta' kondotta, bħala parti minn inizjattiva awtoregolatorja li tipprevedi projbizzjoni ġenerali fuq il-persuni kollha (b’mod partikolari l-players, il-coaches, ir-referees, il-persunal mediku u tekniku, is-sidien u d-diriġenti tal-clubs) involuti f’avvenimenti sportivi u li jista' jkollhom influwenza diretta fuq ir-riżultat, milli jagħmlu mħatri fuq il-logħbiet jew l-avvenimenti tagħhom stess; jenfasizza wkoll f'dan il-kuntest, il-ħtieġa ta' sistemi ta' verifika tal-età u tal-identità stretti u affidabbli fil-livell tal-Istati Membri; jitlob lill-organizzazzjonijiet sportivi jużaw il-kampanji edukattivi u l-kodiċijiet ta' kondotta biex jedukaw, sa minn età bikrija, lill-isportivi, lir-referees u lill-uffiċjali dwar l-illegalità tal-manipulazzjoni tar-riżultati sportivi;

51.  Jirrikonoxxi li l-isforzi fil-ġlieda kontra l-involviment tal-organizzazzjonijiet sportivi f’attivitajiet korrotti bħal-logħob mixtri jew il-ħasil tal-flus, bħall-kodiċijiet ta' kondotta, jeħtieġ li jindirizzaw lill-gruppi kollha ta' partijiet interessati (l-uffiċjali, is-sidien, id-diriġenti, l-aġenti, il-players, ir-referees u l-partitarji) u lill-organizzazzjonijiet kollha (il-klabbs, leagues, federazzjonijiet, eċċ.);

52.  Jistieden lill-Istati Membri jżidu l-prijorità li tingħata għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni fl-isport u jenfasizza l-ħtieġa ta' aktar enfasi fuq l-infurzar effiċjenti tal-liġi f'dan ir-rigward; jitlob l-adozzjoni fil-livell nazzjonali ta’ miżuri effettivi sabiex jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess, partikolarment billi jiġu evitati wagers tal-partijiet interessati kollha mid-dinja sportiva fuq imħatri organizzati fuq kompetizzjonijiet li huma jkunu involuti fihom; jistieden lill-korpi kollha li jirregolaw l-isport jikkommettu ruħhom għal prattiki ta’ governanza tajba sabiex jitnaqqas ir-riskju li jkunu vittmi tal-logħob mixtri; jistieden lill-Kummissjoni f'dan ir-rigward, tqis il-ħidma tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-valutazzjoni tar-riskji ta' ċerti tipi ta' mħatri u tivvaluta r-riskji possibbli tal-imħatri fuq partijiet mil-logħba, fejn huwa possibbli li jsiru mħatri fuq ċertu avvenimenti matul kompetizzjoni u biex tittieħed azzjoni adegwata kif xieraq;

53.  Jistieden lill-federazzjonijiet sportivi u lill-operaturi tal-logħob tal-azzard jinkludu, f'kodiċi ta' kondotta, il-projbizzjoni ta' mħatri fuq avvenimenti hekk imsejħa negattivi, bħall-karti sofor, penalty kicks jew free kicks, waqt logħba jew avveniment; jistieden lill-Istati Membri u lill-operaturi tal-logħob tal-azzard jipprojbixxu kull forma ta' mħatri fuq l-avvenimenti sportivi live, minħabba li deher li dawn huma vulnerabbli ħafna għal-logħob mixtri, u għaldaqstant huma ta' riskju għall-integrità tal-isport;

54.  Jitlob li jkun hemm obbligu ta' kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni dwar attivitajiet suspettużi fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew, bejn il-korpi sportivi, l-awtoritajiet pubbliċi, il-Europol u l-Eurojust, sabiex jiġu miġġielda attivitajiet kriminali transkonfinali fil-qasam tal-logħob tal-azzard onlajn;

55.  Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippromwovi skambju aħjar ta’ prattiki tajbin fil-ġlieda kontra l-logħob mixtri; jenfasizza l-importanza tal-appoġġ tal-Unjoni Ewropea għall-ħidma kontinwa fil-Kunsill tal-Ewropa lejn in-negozjati ta’ konvenzjoni internazzjonali dwar il-ħarsien u l-promozzjoni tal-integrità tal-isport; jenfasizza li l-logħob mixtri mhux dejjem ikun relatat mal-imħatri, u li dan l-aspett mhux relatat mal-imħatri tal-logħob mixtri, li wkoll huwa ta’ problema għall-integrità tal-isport, jeħtieġ li jiġi indirizzat ukoll; jenfasizza l-ħtieġa għal kooperazzjoni msaħħa fil-livell tal-UE u dak globali fil-ġlieda kontra l-logħob mixtri; jistieden lill-Kummissjoni tkun hi li tmexxi l-ħolqien ta’ pjattaforma globali għall-iskambju tal-informazzjoni u l-aħjar prattiki u l-koordinazzjoni tal-prevenzjoni konġunta u l-azzjonijiet ta' infurzar bejn ir-regolaturi, l-organizzazzjonijiet sportivi, il-pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-operaturi tal-logħob tal-azzard;

56.  Iqis li politika konsistenti dwar sanzjonijiet kriminali hi essenzjali għal approċċ pan Ewropew li jirregola s-settur tal-logħob tal-azzard onlajn u, għal dan il-għan, iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-manipulazzjoni frodulenti ta' riżultati biex jittieħed vantaġġ finanzjarju jew vantaġġ ieħor tiġi pprojbita billi kwalunkwe theddida għall-integrità ta' kompetizzjonijiet tiġi stabbilita bħala reat kriminali, inklużi dawk marbuta mal-operazzjonijiet tal-imħatri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu azzjoni fil-livell tal-UE kontra logħob tal-azzard onlajn mhux regolat u ssostni l-ġlieda kontra l-logħob mixtri;

57.  Jirrikonoxxi li f'uħud mill-Istati Membri, l-introjtu mil-logħob tal-azzard u l-lotteriji jirrappreżentaw sors ta' dħul konsiderevoli li jista' jiġi kanalizzat lejn skopijiet karitatevoli u ta' benefiċċju pubbliku, xogħlijiet kulturali, sport popolari, it-tiġrijiet taż-żwiemel u s-settur ekwin; jenfasizza barra dan, is-sinifikat ta’ dan il-kontribut sostenibbli u r-rwol speċifiku li għandu jiġi rikonoxxut fid-diskussjonijiet fil-livell Ewropew; itenni għal darb'oħra l-pożizzjoni tiegħu li l-imħatri tal-isport huma forma ta' użu kummerċjali tal-kompetizzjonijiet sportivi; jirrakkomanda, filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ il-kompetenza tal-Istati Membri f'din il-kwistjoni, li l-kompetizzjonijiet sportivi għandhom jitħarsu minn kull użu kummerċjali mhux awtorizzat, partikolarment billi jiġu rikonoxxuti d-drittijiet ta' proprjetà tal-organizzaturi tal-avveniment sportiv, mhux biss sabiex ikun żgurat dħul finanzjarju ġust għall-benefiċċju tal-livelli kollha ta' sport professjonali u dawk tad-dilettanti, iżda wkoll bħala mezz għat-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi fl-isport, partikolarment il-logħob mixtri;

58.  Jitlob iżjed kooperazzjoni fil-livell Ewropew, taħt il-koordinazzjoni tal-Kummissjoni, sabiex jiġu identifikati u pprojbiti l-operaturi tal-imħatri onlajn involuti f’attivitajiet illegali bħal, fost l-oħrajn, il-logħob mixtri jew l-imħatri fuq kompetizzjonijiet taż-żgħar li jinvolvu l-minorenni u jistenna li l-industrija tal-logħob tal-azzard tirrispetta din il-projbizzjoni permezz ta' awtoregolazzjoni;

59.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jqisu projbizzjoni tal-forom kollha ta' manipulazzjoni ta' parti mil-logħba, bħal-logħob tal-azzard fuq il-corner kicks, il-free kicks, it-throw-ins u l-karti sofor, peress li ntwera li dawn huma vulnerabbli ħafna għal-logħob mixtri;

60.  Jistieden lill-Kummissjoni tinstalla sistema Ewropea ta’ twissijiet għar-regolaturi tal-imħatri sabiex jiskambjaw l-informazzjoni malajr dwar l-avvenimenti sportivi mixtrijin;

61.  Jilqa’ l-proġetti edukattivi transnazzjonali sabiex jiġi miġġieled il-logħob mixtri fil-livell dinji;

62.  Jenfasizza l-fatt li l-atleti jeħtieġu mekkaniżmi ta' protezzjoni effettivi biex jopponu l-influwenzi li jikkorrompu, fosthom is-salvagwardja tal-integrità morali u fiżika tal-atleti, kundizzjonijiet tax-xogħol xierqa u s-salvagwardja tas-salarji jew ir-remunerazzjonijiet, inklużi projbizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni f'livelli differenti tal-kompetizzjoni għall-organizzazzjonijiet sportivi li b’mod regolari ma jwettqux dawn l-obbligi lejn l-atleti tagħhom;

63.  Jenfasizza li allegazzjonijiet ta' logħob mixtri spiss jitressqu quddiem qrati pubbliċi kif ukoll dawk sportivi u li, taħt iż-żewġ proċeduri, għandhom jiġu rispettati l-istandards proċedurali minimi internazzjonali, kif stabbiliti fl-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

64.  Jitlob għar-regolamentazzjoni stretta jew il-projbizzjoni, wara evalwazzjoni mwettqa fil-livell ta’ kull Stat Membru, ta’ forom perikolużi ta’ logħob tal-azzard;

o
o   o

65.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) Testi adottati, P7_TA(2013)0098.
(2) Testi adottati, P7_TA(2012)0025.
(3) ĠU C 153 E, 31.5.2013, p. 35.
(4) ĠU C 87 E, 1.4.2010, p. 30.
(5) ara, għal dan, Kawża C 275/92 Schindler, il-paragrafi 57 sa 60; Kawża C 124/97 Läärä u Oħrajn, il-paragrafi 32 u 33; Kawża C-67/98 Zenatti, il-paragrafi 30 u 31; Kawża C-243/01 Gambelli u Oħrajn, il-paragrafu 67; Kawża C-42/07 Liga Portuguesa, il-paragrafu 56; Kawżi Konġunti C 316/07, C 358/07 sa C 360/07, C 409/07 u C 410/07, Markus Stoß u Oħrajn, il-paragrafu 74; Kawża C 212/08, Zeturf Ltd, il-paragrafu 38; Kawża C-72/10 Costa, il-paragrafu 71; Kawża C 176/11 Hit Larix, il-paragrafu 15; Kawżi Konġunti C 186/11 u C 209/11 Stanleybet u oħrajn, il-paragrafu 44.


Ħatra ta' Luigi Berlinguer fil-panel imwaqqaf skont l-Artikolu 255 tat-TFUE
PDF 192kWORD 19k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Settembru 2013 dwar il-Ħatra ta' Luigi Berlinguer fil-panel imwaqqaf skont l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea 2013/2161(INS))
P7_TA(2013)0349B7-0384/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-tieni paragrafu tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 107a tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.  billi Luigi Berlinguer jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 255 TFUE;

1.  Jipproponi li Luigi Berlinguer jinħatar fil-panel;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Avviż legali - Politika tal-privatezza