Il-promozzjoni tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej bħala sorsi ta' tkabbir ekonomiku u impjiegi
356k
42k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta` Settembru 2013 dwar “Il-promozzjoni tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej bħala sorsi ta’ tkabbir ekonomiku u ta’ impjiegi” Ir-Rapport dwar l-impatt tal-urbanizzazzjoni estensiva fi Spanja fuq id-drittijiet individwali taċ-ċittadini Ewropej, fuq l-ambjent u fuq l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE, fuq il-bażi tal-petizzjonijiet li rċieva (2012/2302(INI)).
– wara li kkunsidra l-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) tal-20 ta’ Ottubru 2005 dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-diversità tal-espressjonijiet kulturali, (il-Konvenzjoni UNESCO dwar il-Protezzjoni tad-Diversità Kulturali),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2006/515/KE tal-Kunsill tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali(1),
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-13 u l-14 ta’ Novembru 2006 u tal-24 u l-25 ta’ Mejju 2007(2), b’mod partikolari dwar il-kontribut tas-setturi kulturali u kreattivi għall-kisba tal-objettivi ta’ Lisbona, kif ukoll ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2007 dwar Aġenda Ewropea għall-Kultura(3),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-Programm Kultura (2007-2013)(4),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007)(5),
– wara li kkunsdra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ April 2008 dwar aġenda Ewropea għall-kultura fl-era tal-globalizzazzjoni(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istatus soċjali tal-artisti(7),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ April 2008 dwar l-industriji kulturali fl-Ewropa(8),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Mejju 2009 dwar il-Kultura bħala katalista għall-Kreattività u l-Innovazzjoni(9),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-19 ta’ Ottubru 2009 bl-isem “Id-Dritt tal-Awtur fl-Ekonomija tal-Għarfien” (COM(2009)0532),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 bl-isem “EWROPA 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),
– wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2010 bl-isem “L-esplojtazzjoni tal-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi” (COM(2010)0183),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-30 ta’ Ġunju 2010, bl-isem “L-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja – qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew” (COM(2010)0352),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2011 dwar id-dimensjonijiet kulturali tal-azzjonijiet esterni tal-UE(10),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Mejju 2011 bl-isem “L-isfruttar tal-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi”(11),
– wara li kkunsidra il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Diċembru 2012 dwar “aġġornament tal-Komunikazzjoni dwar il-Politika Industrijali: Industrija Ewropea Aktar b’Saħħitha għat-Tkabbir u l-Irkupru Ekonomiku”(12),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2012 dwar il-kontenut fis-Suq Uniku Diġitali (COM(2012)0789),
– wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tas-Servizzi tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Settembru 2012 bl-isem “Competitiveness of the European High-end industries” (Il-Kompetittività tal-Industriji Ewropej ta’ Kwalità Superjuri) (SWD(2012)0286),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tas-26 ta’ Settembru 2012 bl-isem “Il-promozzjoni tas-setturi kulturali u kreattivi għal tkabbir u l-impjiegi fl-UE” (COM(2012)0537),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-30 ta' Mejju 2013(13),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0248/2013),
A. billi s-setturi kulturali u kreattivi (CCS), filwaqt li jiffavorixxu d-disseminazzjoni tal-innovazzjoni fis-setturi oħra, għandhom rwol importanti fl-iżvilupp ekonomiku (b’rigward speċjali għall-SMEs) u soċjali tal-Unjoni u huma parti integrali mill-Istrateġija Ewropa 2020 għal ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklussiva;
B. billi s-CCS jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali, il-kreattività kif ukoll għad-diversità kulturali u lingwistika fl-Unjoni;
C. filwaqt li s-settur kulturali hu dak li ħassu l-anqas l-impatt tal-kriżi ekonomika, billi wera li hu qasam strateġiku għall-iżvilupp tas-soċjetà;
D. billi s-CCS għandhom jiġu rikonoxxuti kemm għall-valur kulturali intrinsiku tagħhom u kemm għall-kontribut importanti tagħhom għall-benessri pubbliku, għall-integrazzjoni soċjali u għall-koeżjoni u fl-ekonomija tal-Unjoni f’termini ta’ tkabbir u ta’ impjiegi, u għall-effett benefiku tagħhom fit-turiżmu;
E. billi l-produzzjoni kulturali u kreattiva Ewropea għandha impatt ekonomiku maġġuri f’bosta setturi bħalma huma t-turiżmu, il-bejgħ, it-teknoloġiji diġitali, eċċ;
F. billi s-CCS jinkludu varjetà wiesgħa ta’ attivitajiet u servizzi kreattivi, bil-karatteristiċi partikolari tagħhom f’termini ta’ mudelli ta’ finanzjament u żvilupp; billi hu għaldaqstant importanti li titqies din id-diversità fl-iżvilupp tal-istrateġiji għall-appoġġ jew koordinament inkluża l-kooperazzjoni internazzjonali;
G. billi l-festivals fl-Ewropa jagħtu opportunità għall-promozzjoni tal-produzzjoni kulturali Ewropea u joħolqu valur kulturali, soċjali ekonomiku u turistiku fil-livell territorjali;
H. billi s-setturi tal-kultura u tal-kreattività huma magħmulin l-aktar mill-SMEs, li jifformaw ix-xewka tad-dahar tal-ekonomija tal-Unjoni;
I. billi fid-dokument ta’ ħidma tas-26 ta’ Settembru 2012(14), il-Kummissjoni rrikonoxxiet l-importanza tas-settur kulturali u kreattiv li jittratta prodotti bi prezz għoli (il-moda, l-arloġġi prezzjużi, il-fwejjaħ u l-kosmetiċi, l-aċċessorji, l-oġġetti tal-ġilda, l-għamara u t-tagħmir, apparat domestiku, gastronomija, inbejjed u xorb irqiq, karozzi, dgħajjes, lukandi u esperjenzi ta’ divertiment, bejgħ bl-imnut u rkantijiet u pubblikazzjoni), u billi l-kumpaniji li jbigħu prodotti bi prezz għoli jistgħu jiswew ta’ mutur għas-CCS kollha;
J. billi l-konsolidazzjoni tal-istejtus tal-ħaddiema fis-CCS tikkontribwixxi għall-istrutturar, il-fattibilità u l-kredibilità tal-attività ekonomika u l-konsolidazzjoni tal-impjiegi;
K. billi l-mobilità hija karatteristika importanti tas-CCS, imma billi għad hemm ħafna ostakli għaliha, li jvarjaw bejn il-pajjiżi u r-reġjuni u li huma marbutin mad-diffikultajiet fl-otteniment tal-viżi, nuqqas ta’ status għall-artisti u l-kondizzjonijiet speċifiċi u żvarjati tal-produzzjoni artistika;
L. billi l-proġett pilota ta’ bħalissa dwar ‘Ekonomija ta’ diversità kulturali’ għandu jagħti prospettiva tal-isfidi u s-soluzzjoni għas-CCS;
M. billi huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-edukazzjoni kulturali u artistika taċ-ċittadini tal-Unjoni mill-iktar età żgħira biex jiżviluppaw il-komprensjoni tal-arti, il-kultura, isemmgħu leħinhom u jiżviluppaw il-kuxjenza tagħhom dwar id-diversità kbira ta’ kulturi li hawn fl-Ewropew u b’hekk titħeġġeġ il-kreattività tagħhom flimkien mal-espressjoni;
N. billi hemm il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazjoni bejn il-korpi ta’ taħriġ u l-intrapriżi tas-CCS sabiex dawn iqisu l-bidliet fl-impjiegi u hemm il-ħtieġa għal kompetenzi speċifiċi u li jiġi promoss l-iskambju ta’ informazzjoni;
O. Billi d-diversità u l-għana tas-setturi tal-kultura u tal-kreattività fl-Ewropa huma ferm ogħla milli f'żoni oħra fid-dinja, u billi għandu jittieħed benefiċċju minn dan biex jiżdied it-tkabbir;
P. billi l-mixja lejn l-era diġitali tikkostitwixxi opportunità għas-CCS billi r-rekwiżiti u s-servizzi l-ġodda se jidhru, li se jwasslu li jiġu żviluppati mudelli ekonomiċi ġodda;
Q. billi l-iżvilupp ta’ mudelli ekonomiċi ġodda għall-aċċess onlajn għax-xogħlijiet kulturali qed jikber bil-kbir u għandu jiġi inkoraġġit b’qafas legali stabbli li jkun jippromwovi l-investiment fis-CCS;
R. billi huwa essenzjali li s-CCS jiġu żgurati l-aċċess għall-mezzi ta’ finanzjament stabbli u adattati għall-ħtiġijiet tagħhom sabiex jiżguraw l-iżvilupp futur tagħhom;
S. billi s-CCS jikkostitwixxu element importanti għall-istrateġiji ta’ żvilupp territorjali fil-livell lokali u reġjonali biex jintlaħqu objettivi ta’ koeżjoni soċjali u tkabbir ekonomiku;
Il-kondizzjonijiet meħtieġa għat-tkabbir tas-setturi kulturali u kreattivi
1. Ifakkar li s-CCS għandhom rendimenti ekonomiċi tajba, u jagħtu kontribuzzjoni maġġuri għall-koeżjoni soċjali u jibqgħu joħolqu l-impjiegi, partikolarment għaż-żgħażagħ, kif ukoll għandhom potenzjal qawwi għall-innovazzjoni, minkejja d-diffikultajiet li qegħdin jiffaċċjaw bħalissa l-ekonomiji b'rabta mar-rekwiżiti ta' dixxiplina baġitarja tal-Unjoni;
2. Jinsisti fuq il-ħtieġa li jkun hemm statistika aġġornata u affidabbli dwar is-CCS, b’mod partikolari dwar is-sitwazzjoni reali tagħhom, il-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, inkluż f’termini ta’ status, il-potenzjal tagħhom f’termini ta’ impjiegi u tkabbir u l-impatt ekonomiku tagħhom fuq setturi oħra, sabiex ikunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-iktar azzjoni politika adegwata għall-promozzjoni effikaċi ta' dawn is-setturi; jirrakkomanda t-twaqqif ta’ osservatorju jew ta’ database fuq is-CCS;
3. Jitlob lill-Kummissjoni tissokta tiżviluppa l-istudji u tiġbor id-data dwar ir-rwol ekonomiku u soċjali tas-CCS, b’mod partikolari billi l-element li jirbaħ fuq l-oħrajn fost il-varji setturi ekonomiċi;
4. Jiddispjaċih li l-azzjonijiet proposti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha dedikata għas-CCS (15) m’għandhiex ħlief orizzont u impatt limitati; jenfasizza l-ħtieġa li jitqiesu l-perspettivi f’dawn is-setturi fuq terminu itwal u li jiġi stabbilit programm ta’ miżuri strutturati u konkreti sabiex dawn jiġu allinjati mal-Istrateġija Ewropea 2020; ifakkar li l-appoġġ għall-ħolqien mill-Unjoni, mill-Istati Membri u mill-awtoritajiet lokali hu vitali;
5. Jistieden lill-Kummissjoni torganizza, abbażi tal-pjattaforma eżistenti dwar il-potenzjali tal-industriji kulturali u kreattivi, forum estiż li jiġbor flimkien lill-atturi ta’ dawn is-setturi sabiex iqisu soluzzjonijiet konkreti u b’dan il-mod jipparteċipaw b’mod attiv fl-istabbiliment ta’ programm politiku strutturat fuq terminu medju u twil;
6. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinsistu fuq ir-rwol ta’ pern tas-CCS fl-innovazzjoni, bil-għan li jinħoloq irbit trasversali, li joħloq effetti ta’ agglomerazzjoni u ta’ cluster u jagħti opportunitajiet ġodda għall-investiment u għall-impjiegi;
7. Jinnota li r-riċerka mmexxija mir-riċerka għandha tkun sostnuta minn objettiv favur it-tkkabir fi swieq ġodda bl-offerta ta’ prodotti kreattivi innovattivi;
8. Iqis li l-appoġġ u t-trawwim tal-iżvilupp ta’ sinerġiji ma’ setturi oħrajn ma’ setturi oħrajn huma kruċjali għalbiex tingħata spinta lit-tkabbir ekonomiku; jissottolinja f’dan is-sens ir-rwol tat-turiżmu kulturali fil-ħolqien tal-ġid, fil-forma ta’ familjarizzazzjoni mal-patrimonju kulturali tagħna u tal-attendenza fl-eventi kulturali bħalma huma l-festivals u l-vjaġġi marbutin mat-tagħlim tal-lingwi;
9. Jenfasizza n-natura fern varjata tal-ekosistemi kulturali u kreattivi u jinsisti fuq il-ħtieġa li tiġi indirizzata din il-kwistjoni billi tiġi promossa l-introduzzjoni ta’ identità komuni permezz tat-tħeġġiġ ta' produzzjonijiet konġunti kif ukoll bil-ħolqien ta’ spazji għad-djalogu komuni u l-iskambju bejn il-bosta protagonisti fi ħdan is-CCS, ħalli jinħolqu r-rabtiet ġodda bejn l-atturi u l-ħiliet u l-għarfien ikunu jistgħu jiġu ttrasferiti lejn u mill-fergħat l-oħrajn tal-ekonomija; jenfasizza l-fatt li dawn l-inizjattivi għandhom jippermettu li joħorġu l-interessi komuni tagħhom filwaqt li jqisu d-diversità kulturali, li għandha tiġi rikonoxxuta għall-għana tagħha, is-saħħa u l-potenzjal għall-iżvilupp tagħha li, flimkien, jgħinu biex tinħoloq identità komuni Ewropea;
10. Jissottolinja l-promozzjoni tal-għarfien u t-trasferiment reċiproku tal-ħiliet u l-għarfien essenzjali għall-kollaborazzjoni bejn l-impriżi kreattivi permezz tal-clusters tal-kompetittività, l-inizjattivi tal-eċċellenza u n-netwerking, u b’hekk joħolqu kultura komuni għas-CCS, u jinkoraġġixxu lis-setturi varji jaħdmu flimkien ħalli jlaħħqu mal-isfidi ekonomiċi u soċjetali ġodda b’mod aktar effikaċi;
11. Jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ bażi territorjali, ħalli l-ħiliet ikunu kondiviżi bejn is-setturi bil-ħolqien ta' clusters u t-titjib tal-iskambji sabiex jiġu attirati l-investituri li jippermettu lid-diversi intrapriżi kulturali u kreattivi (VSBs, SMEs, NGOs u istituzzjonijiet kulturali) jkomplu jiffavorixxu t-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi;
12. Ifakkar li l-maġġoranza tal-kumpaniji fis-CCS huma impriżi żgħar jew ta’ daqs medju, u jissottolinja, għaldaqstant, il-ħtieġa li jingħataw appoġġ partikolari f’dan il-kuntest;
13. Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jippromwovu u jirrikonoxxu l-viżibilità tas-CCSs, li huma l-‘eċċezzjoni kulturali’ tal-Ewropa;
14. Jiġbed l-attenzjoni għad-diversità tar-regoli dwar is-CCS u jirrakkomanda li jkunu implementati l-miżuri għall-armonizzazzjoni tar-regoli u l-prattiki fl-Unjoni;
Il-kundizzjonijiet tax-xogħol għal professjonisti fis-setturi kulturali u kreattivi
15. Ifakkar li l-professjonisti fis-CCS irid jiġu ggarantit lilhom status soċjali ħalli jkunu jistgħu jgawdu kundizzjonijiet ta’ xogħol sodisfaċenti u miżuri adegwati fir-rigward tas-sistemi fiskali, jeddhom għax-xogħol, jeddijiethom għas-sigurtà soċjali u l-jeddijiet tal-awtur biex titjieb il-mobilità fl-UE;
16. Jistieden li tingħata kunsiderazzjoni lill-miżuri għall-finanzjament ġust u għar-remunerazzjoni tal-artisti indipendenti; jisħaq, barra minn hekk, dwar il-ħtieġa li tittejjeb il-koordinazzjoni bejn il-bosta sistemi Ewropej tas-sigurtà soċjali għal tali artisti fid-dawl tan-natura altament mobbli tagħhom;
17. Jistieden lill-Istati Membri jadattaw skemi ta’ sigurtà soċjali għad-dinjiet tax-xogħol kreattiv, l-aktar fis-settur diġitali, billi jqisu l-fatt li n-nies fl-impjiegi kreattivi ta’ sikwit iridu jalternaw bejn l-istatus ta’ impjegat u l-istatus ta’ min jaħdem għal rasu jew jagħmlu ż-żewġ tipi ta’ xogħol simultanjament;
18. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippermettu lill-ħaddiema fis-CCS ikollhom aċċess għall-assikurazzjoni fuq is-saħħa u għall-assikurazzjoni (volontarja) għall-qgħad kif ukoll skemi ta’ pensjoni okkupazzjonali u personali b’kondizzjonijiet li jifilħu jħallsu għalihom;
19. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu standards minimi ta’ sigurtà soċjali u ftehimiet kollettivi fis-CCS, inter alia, billi jorbtu l-appoġġ pubbliku mal-ottemperanza ma’ tali standards;
L-edukazzjoni u t-taħriġ
20. Jenfasizza l-bżonn li l-Istati Membri jtejbu s-sistemi ta’ taħriġ, ta’ apprendistat u ta’ kwalifiki, b’mod partikolari billi l-istudenti tad-dixxiplini kulturali u artistiċi jkunu jistgħu jiksbu taħriġ adattat għall-ħtiġijiet tad-dinja professjonali attwali, biex in-negozju u t-tagħlim jitqarrbu lejn xulxin u tiġi żgurata implementazzjoni effikaċi fl-Istati Membri kollha; iqis li fil-korsijiet tal-IT għandha tingħata biżżejjed attenzjoni lill-opportunitajiet fis-settur tal-kontenut onlajn (eż. l-imħatri fuq il-logħob);
21. Huwa tal-fehma li hu neċessarju, bħala parti mit-taħriġ fid-dixxiplini kulturali, artistiċi u kreattivi, ukoll li jkunu mgħallmin il-ħiliet li huma prerekwiżit għalbiex jingħata bidu għal impriża CCS;
22. Iqis li hu essenzjali li jitjiebu l-attrazzjoni u x-xbiha tat-taħriġ manwali, artistiku u kulturali fost l-allievi, il-ġenituri tat-tfal tal-iskola u l-istituzzjonijiet, u li tinġieb lura l-verità f'dak li għandu x'jaqsam mal-opportunitajiet u l-ħolqien tal-ġid, inkluż bit-twaqqif ta' osservatorju jew ta' database;
23. Jissottolinja l-importanza tal-preservazzjoni u l-promozzjoni tar-rabtiet tas-snajja’ mas-setturi tas-CCS;
24. Jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi n-natura speċifika tas-snajja’ ewlenin, li huma għejun ġenwini ta’ impjiegi Ewropej li huma msejsin fuq kriterji komuni għas-CCS ta’ valur għoli; innovazzjoni u kreatività; eċċellenza u estetiżmu; know-how u teknoloġija; u tagħlim għal matul il-karriera u promozzjoni tal-għarfien;
25. Iqis li jeħtieġ li jissaħħu r-rabtiet bejn is-sistema tal-edukazzjoni, iċ-ċentri ta’ riċerka, l-organizzazzjonijiet ta' taħriġ u l-intrapriżi tas-CCS sabiex jinħolqu sinerġiji trasversali u interdixxiplinarji aktar inklussivi, b'mod partikolari permezz tal-ħolqien ta’ pjattaforma ta’ skambji u ta’ alleanzi u ta’ partenarjati li jgħinu lill-parteċipanti jaħsbu u jaġixxu b’mod li għandu mnejn jwassal għal suċċess kollettiv, billi jiżdied iktar il-valur tal-kapital uman tal-Unjoni, jiġi żgurat għarfien imtejjeb fost il-protagonisti, jiġu identifikati ħiliet speċifiċi, jittejjeb il-fehim tal-iżviluppi fl-impjiegi u l-ħiliet u jitħeġġeġ spirtu intraprenditorjali;
26. Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni twaqqaf alleanzi tal-għarfien bejn l-edukazzjoni ogħla u n-negozji fil-qasam tas-CCS;
27. Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni twaqqaf alleanzi fis-settur tal-ħiliet bejn l-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ u n-negozji fil-qasam tas-CCS;
28. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri javvanzaw fit-triq tar-rikonoxximent reċiproku tas-suġġetti akkademiċi, tal-kwalifiki professjonali u tad-diplomi relatati mal-istudji kulturali u artistiċi;
29. Ifakkar fl-importanza ta’ appoġġ għall-aċċess għall-kultura u l-għarfien letterarju u l-edukazzjoni dwarhom mill-iktar età żgħira u matul il-ħajja kollha sabiex jiġi promoss l-iżvilupp tal-kreattività u jiġu żviluppati t-talenti u jgħaddi l-għoġba għall-kultura;
31. Jikkunsidra li l-edukazzjoni artistika u kulturali hija meħtieġa għall-opportunitajiet indaqs, id-demokratizzazzjoni tal-aċċess għall-kultura u l-koeżjoni soċjali, bħala mezz ta’ espressjoni u djalogu individwali u kollettivi u mezz ta’ promozzjoni tal-komprensjoni reċiproka; jenfasizza barra minn hekk li tgħin lit-tfal tal-iskola jikkultivaw lilhom infushom billi jiżviluppaw l-abilitajiet artistiċi, jiltaqgħu mal-artisti, jaraw xogħlijiet tal-arti u jżuru postijiet ta’ valur kulturali;
32. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jikkonsidraw it-twaqqif ta’ direttorju Ewropew tal-għarfien espert bil-għan li jkun preservat u promoss il-għarfien espert Ewropew; jistieden lill-Istati Membri u lill-istakeholders tas-CCS jiżviluppaw korsijiet ta’ taħriġ dwar tali għarfien espert;
Il-finanzjament tas-setturi kreattivi u kulturali
33. Jikkunsidra bħala indispensabbli li jiġu permessi u żgurati skemi ta' finanzjament adegwati, u li ssir implimentazzjoni effettiva tal-istrumenti għas-CCS, b’mod partikolari għall-SMEs; jissottolinja l-ħtieġa li jinżammu u jissaħħu l-politiki governattivi b’appoġġ għas-CCS, u b’hekk jiżguraw il-fattibilità futura tax-xogħol kreattiv indipendenti ta’ kwalità għolja; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżviluppaw mezzi ta’ valutazzjoni ta’ xogħlijiet intanġibbli, b'mod partikolari billi jwaqqfu osservatorju jew banka data, u jikkunsidraw it-twaqqif ta’ bank tal-investiment kulturali;
34. Jaċċentwa wkoll, f’dan is-sens, l-opzjonijiet il-ġodda bħalma huma l-finanzjament mill-kotra u l-investiment mill-kotra;
35. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jqisu l-appoġġ u l-finanzjament xierqa għas-CCS fil-politiki soċjali u ekonomiċi tagħhom;
36. Jissottolinja l-ħtieġa li jkun hemm appoġġ għall-finanzjament Ewropew tas-CCS, inkluż fi żminijiet ta’ kriżi ekonomika; espressament jitlob lill-Parlament imexxi ’l quddiem baġit ambizzjuż u sostanzjali għall-kultura; jistieden, għaldaqstant, lill-Kunsill ma jnaqqasx il-baġit allokat mill-Kummissjoni għall-programm ‘Ewropa Kreattiva’;
37. Jissottolinja l-importanza tal-iżvilupp ta’ servizzi ta’ konsulenza u ta’ għoti ta’ pariri f’dak li għandu x’jaqsam mal-finanzjament tan-negozju u mal-ġestjoni ħalli jkunu megħjuna l-SMEs u l-VSBs huma u jaħkmu l-għodod meħtieġa għal governanza tajba tal-kumpaniji, bil-għan li jitjiebu l-ħolqien, il-produzzjoni, il-promozzjoni u d-distribuzzjoni tal-prodotti u s-servizzi kulturali;
38. Huwa tal-fehma li l-Istati Membri u l-professjonisti rilevanti kollha għandhom itejbu l-kapaċitajiet ta’ inġinerija tal-proġetti tal-istakeholders tas-CCS billi jagħtu taħriġ vokazzjonali jew billi jwaqqfu korpi li jassistu fir-redazzjoni tal-pjanijiet finanzjarji;
39. Jilqa’ l-faċilitajiet proposti ta’ self ikkontemplati skont il-programmi Ewropa Kreattiva, COSME u Orizzont 2020, billi dawn l-istrumenti joffru aktar opportunitajiet diversifikati ta’ finanzjament lis-CCS;
41. Jitlob lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa filwaqt li jirrakkomanda tipi mħallta ta’ finanzjament, bħal sħubiji publiċi-privati, li jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta' trasparenza u li ma jipperikolawx il-finanzjament pubbliku meħtieġ, billi jitwaqqfu sistemi ta’ garanziji għas-self għall-organizzazzjonijiet iż-żgħar u billi jesplora mezza alternattivi ta’ finanzjament bħalma huwa l-finanzjament mill-kotra;
42. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jfittxu mezzi alternattivi ta' finanzjament għas-CCS, l-aktar fi żminijiet ta' kriżi; iqis, f’dan is-sens, li l-isponsorizzazzjoni tista' tkun opzjoni alternattiva fattibbli;
43. Hu tal-fehma li, fis-settur awdjoviżiv, il-kontribut tas-servizzi awdjoviżivi għall-finanzjament tax-xogħlijiet Ewropej awdjoviżivi hu essenzjali għall-appoġġ tal-isforzi kreattivi u għandu jissaħħaħ bi traspożizzjoni ċara u kwantifikata tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżivi (16);
44. Iħeġġeġ lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw qafas regolatorju favorevoli, b’mod partikolari bil-ħolqien ta’ ambjent favorevoli tan-negozju għall-SMEs fis-setturi tas-CCS billi jnaqqsulhom il-piżijiet amministrattivi u regolatorji;
45. Iħeġġeġ lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu aktar progress lejn l-armonizzazzjoni tat-taxxa u, b'mod partikolari, itemmu d-diverġenzi bejn l-Istati Membri fit-tassazzjoni tal-prodotti kulturali;
46. Ifakkar li f'dawn is-setturi hemm kwantità kbira ta' SMEs u jqis li jeħtieġ li tiġi stabbilita fiskalità adegwata għalihom biex jiżdied it-tkabbir u jiġi evitat li jisparixxu;
47. Ifakkar li l-fondi strutturali joffru perspettivi importanti f’termini ta’ finanzjament għall-kultura, il-kreattività u l-innovazzjoni fl-Unjoni, billi l-investimenti msejsin fuq il-kultura jistgħu jirċievu finanzjament skont it-tlitt objettivi li huma tal-politika ta’ koeżjoni, jiġifieri l-konverġenza, il-kompetittività reġjonali u l-impjiegi;
48. Jiddeplora l-proposta ta’ xi Stati Membri li jirriduċu l-fondi għall-Faċilità Nikkonnettjaw l-Ewropa b’EUR 8.2 biljun fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li ġej, li se jkollha effett ħażin fuq l-appoġġ li jingħata lit-tkabbir tal-infrastruttura tal-broadband u b’hekk fuq l-iżvilupp tal-mudelli tan-negozju onlajn għas-CCS;
49. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni għall-użu tal-għodod u l-programmi eżistenti u futuri, bħalma huma l-MEDIA jew il-mekkaniżmu ta’ garanzija tal-programm Ewropa Kreattiva, u biex isiru miżuri speċifiċi li jiffaċilitaw konsegwentement l-aċċess tal-atturi tas-CCS għall-finanzjamenti permezz tal-istrumenti tagħhom, b'enfasi partikolari fuq l-użu massimu effettiv tad-diġitizzazzjoni ta' pjattaformi għas-semplifikazzjoni tal-proċessi tat-tressiq, l-evalwazzjoni u l-ġestjoni u l-minimizzazzjoni tal-piżijiet amministrattivi;
50. Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE jiżguraw livell ambizjuzz għall-istrand MEDIA l-ġdida fl-QFP (2014-2020);
L-opportunitajiet u l-isfidi tad-diġitalizzazzjoni, il-globalizzazzjoni u l-aċċess għas-swieq internazzjonali
51. Jemmen li l-għodod u l-pjattaformi diġitali u onlajn joffru opportunitajiet mingħajr preċedenti għalbiex is-CCS jiżviluppaw mudelli ġodda ta' negozju, jiġbdu udjenzi ġodda u jespandu s-swieq tagħhom kemm fl-Unjoni kemm fil-pajjiżi terzi;
52. Jissottolinja li l-eżistenza ta’ 27 sistema differenti ta’ ġestjoni tal-jeddijiet tal-proprjetà intellettwali hi ta’ piż partikolari għas-CCS Ewropej, u li r-reġim frammentat ta’ bħalissa jeħtieġ li jiġi riformat ħalli jkun iffaċilitat l-aċess għaċ-ċirkolazzjoni (globali) tal-kontenut, li għandha wkoll tikber, u b'mod tali li jkun permess lill-artisti, lill-kreaturi, lill-konsumaturi, lin-negozji u lill-udjenzi li jibbenefikaw mill-iżviluppi diġitali, mill-kanali l-ġodda ta' distribuzzjoni, mill-mudelli l-ġodda tan-negozju u minn opportunitajiet oħrajn;
53. Jikkunsidra li fl-era diġitali, sistema moderna u bilanċjata ta’ protezzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (DPI) li fl-istess ħin tippermetti li jiġi żgurat ħlas xieraq lill-kategoriji kollha ta’ detenturi tad-drittijiet u jiġi żgurat lill-konsumaturi l-aċċess ħafif għal kontenut u għażla reali fir-rigward tad-diversità lingwistika u kulturali, hija kundizzjoni essenzjali għalbiex ikun żgurat li s-CCS ikunu komepetittivi;
54. Jaċċentwa li l-protezzjoni tad-DPI ma għandhiex thedded in-newtralità tal-Internet;
55. Jaċċentwa t-tkabbir esponenzjali fl-użu tas-servizzi diġitali innovattivi għall-aċċess għax-xogħlijiet kulturali, u jissottolinja l-ħtieġa li tkun żgurata ekosistema stabbli li tinkoraġġixxi l-investiment fis-CCS, il-ħolqien tal-impjiegi fl-Ewropa u l-promozzjoni tal-mudelli innovattivi tan-negozju;
56. Jitlob konsegwentement lill-Kummissjoni tiżviluppa qafas regolatorju li jkun adattat fuq il-karatteristiċi ta’ dawn is-setturi, u li jarmonizza u jirriforma l-qafas tal-jeddijiet tal-awtur ħalli jtejjeb l-aċċess għall-kontenut u ħalli jsaħħaħ il-pożizzjoni u l-għażla tal-kreaturi, u jipproponi kondiviżjoni aħjar tar-responsabilitajiet fil-katin tal-valur diġitali, billi jagħti l-attenzjoni dovuta lill-kompetittività tas-CCS;
57. Jissottolinja f’dan is-sens ir-rwol importanti tas-soċjetajiet ta’ ġbir fil-għoti ta’ aċċess għall-wirt kulturali billi jeżegwixxu b’mod effikaċi l-DPI u jissemplifikaw il-formalitajiet għall-utenti;
58. Ifakkar fil-kooperazzjoni internazzjonali u fil-potenzjal tas-CCS fir-rigward tal-esportazzjoni u fil-fatt li hu fl-interess tal-Unjoni li tippromwovi l-iskambji fost il-professjonijiet fis-settur, inkluż f’pajjiżi terzi, u li tattira u tiżviluppa t-talenti kreattivi; jissottolinja r-rwol importanti tal-industriji tal-kultura u tal-kreattività fit-tixrid, l-attrazzjoni u l-promozzjoni tal-kultura Ewropea;
59. Jissottolinja l-ħtieġa ta’ ħidma favur ir-rikonoxximent reċiproku tal-istatus tal-artisti, ħalli jinsabu mezzi kif jingħataw opportunitajiet għall-mobilità u kif l-aħjar li jsir użu mill-programmi ta’ taħriġ, netwerking u moviment liberu tal-professjonisti tas-CCS, l-aktar l-istakeholders kulturali, kif ukoll l-artisti u x-xogħlijiet;
60. Iqis li hu essenzjali li l-UE u l-Istati Membri tagħha jżommu l-possibbiltà li jippreservaw u jiżviluppaw il-politiki kulturali u awdjoviżivi tagħhom, u li jagħmlu dan fil-kuntest tal-liġijiet, tal-istandards u tal-ftehimiet eżistenti tagħhom, inkluża l-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali; jitlob, għaldaqstant, li l-esklużjoni tas-servizzi kulturali u awdjoviżivi, inklużi dawk mogħtijin onlajn, tkun kjarament dikjarata fil-ftehimiet bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi; jagħmel enfasi f’dan is-sens fuq il-ħtieġa li l-kultura u l-awdjoviżiv jinżammu ’l barra mill-ambitu tal-mandat ta’ negozjar għall-ftehima ta’ kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerika, filwaqt li jfakkar li x-xogħlijiet kulturali u kreattivi ma humiex prodotti bħall-oħrajn;
61. Jisħaq dwar il-ħtieġa li l-UE u l-Istati Membri tagħha jfasslu u jirrediġu, skont it-termini tal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2005, politiki li jkunu favur id-diversità kulturali u li jkunu joqogħdu għall-era diġitali;
62. Jissottolinja l-ħtieġa li jissaħħew il-politiki dwar id-diġitalizzazzjoni tax-xogħlijiet għall-promozzjoni tal-aċċess għal kemm jista' jkun wirt kulturali Ewropew;
63. Jissottolinja l-importanza tad-diplomazija kulturali kif ukoll il-ħtieġa li l-UE taġixxi ta’ attur globali ħalli tkattar il-kompetittività global tas-CCS tagħha;
64. Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi strumenti xierqa li jippermettu lis-CCS jesportaw lejn is-swieq internazzjonali bil-kondizzjonijiet it-tajbin;
65. Jistieden li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jintuża għall-promozzjoni tas-CCS;
66. Ifakkar li dik il-kultura għandha effetti indiretti fuq setturi oħrajn tal-ekonomija; jitlob, għaldaqstant, lis-CCS itejbu l-kooperazzjoni mas-setturi l-oħrajn bħalma huma t-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) u t-turiżmu bil-għan li jissodisfaw l-isfidi tat-teknoloġija diġitali, tal-globalizzazzjoni u tal-aċċess għas-swieq internazzjonali;
L-iżvilupp lokali u reġjonali
67. Jinsisti fuq l-importanza tal-politiki territorjali tal-kultura u l-kreattività, u għalhekk fuq ir-rwol ċentrali tal-awtoritajiet lokali, reġjonali u makroreġjonali fil-promozzjoni u l-appoġġ tas-CCS, filwaqt li titqies ukoll il-kultura popolari, billi jsir użu mill-istrumenti u l-arranġamenti finanzjarji t-tajbin; jilqa’ l-inizjattivi meħudin mill-amministrazzjonijiet pubbliċi għall-iżvilupp tal-istrutturi ta’ sostenn ta’ negozju reġjonali għall-industriji kreattivi, inkluż permezz ta’ proġetti finanzjarji mill-UE;
68. Jissottolinja li l-industriji kulturali u kreattivi għandhom ikunu parti mill-istrateġiji soċjoekonomiċi tal-UE u nazzjonali; jissottolinja l-ħtieġa għal aktar koordinament ta' diversi politiki, inklużi l-politiki industrijali, edukattivi u ta' innovazzjoni, il-politiki tat-turiżmu, reġjonali, urbani, lokali u tal-iżvilupp tal-ispazju; iħeġġeġ ukoll lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex, b’konformità mal-prinċipju tas-solidarjetà, jinkludu s-CCS fl-istrateġiji ekonomiċi tagħhom fuq perjodu medju u fit-tul;
69. Jindika n-natura trasversali tal-industriji kulturali u kreattivi bħala għodda ta’ komunikazzjoni attraenti u l-importanza globali ta’ dawn l-industriji mhux biss għall-ekonomija dinjija, iżda wkoll għat-tkabbir sostenibbli, intelliġenti u inklużiv, l-innovazzjoni, l-intraprenditorija, il-koeżjoni soċjali u l-iżvilupp tas-soċjetà; jisħaq fuq il-fatt li dawn is-setturi għandhom potenzjal lokali u reġjonali rikk ta’ tkabbir li jirrappreżenta opportunitajiet tas-suq ġodda għall-imprendituri ta’ industriji kulturali u kreattivi u b'hekk għall-impjieg fis-settur kulturali;
70. Jemmen li l-kompetenzi differenti koperti minn dawn l-industriji, kif ukoll l-interazzjoni bejn il-ħallieqa u t-teknoloġiji, spiss huma bbażati lokalment u għalhekk għandhom jiġu appoġġjati bit-twaqqif ta' pjattaformi, netwerks, raggruppamenti, inkubaturi tan-negozju u sħubiji lokali u reġjonali li jrawmu sinerġiji, jgħinu biex jinstabu mekkaniżmi għall-finanzjament tal-kreattività u l-innovazzjoni, u jappoġġjaw il-ġestjoni ta' postijiet tax-xogħol battala u l-opportunitajiet ta' finanzjament;
71. Jissottolinja l-importanza tal-kultura fir-revitalizzazzjoni ekonomika tal-ibliet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja t-tagħlim fost l-ugwali qalb l-amministrazzjonijiet urbani ħalli dawk fil-gvernijiet lokali li jieħdu d-deċiżjonijiet jikkondividu l-prattiki tajbin;
72. Jemmen li l-modernizzazzjoni tal-infrastruttura kulturali tista’ tgħin għar-rivitalizzazzjoni taz-zoni urbani, billi jiżguraw il-benefiċċji soċjali u ekonomiċi;
73. Jirrakkomanda li jkun sfruttat il-potenzjal ekonomiku moħbi fis-setturi kreattivi ħalli titjieb il-kwalità tal-ħajja fl-ibliet u fir-reġjuni;
74. Jipproponi approċċ imsejjes fuq id-dinamika territorjali bil-għan li jiddaħħlu l-istakeholders kollha (l-artisti, l-awtoritajiet lokali, ir-rappreżentanti tal-professjonijiet, eċċ) fil-governanza kulturali fil-livell lokali u reġjonali;
75. Jindika li l-industriji kulturali u kreattivi, bħala għajn ta’ potenzjal f’termini ta’ impjiegi fi kwantità u ta’ kwalità akbar fir-reġjuni, jistgħu jikkontribwixxu għal integrazzjoni soċjali u territorjali; hu mħasseb li dawn l-aspetti tal-industriji kulturali u kreattivi mhumiex analizzati u appoġġati biżżejjed; jisħaq li l-ġbir tad-data statistika f’dawn is-setturi hu inadegwat fil-livelli kollha, u li l-agħar sitwazzjoni tinsab fil-livell reġjonali u lokali; jenfasizza li l-impatt tal-ICT dwar is-setturi kulturali u kreattivi għandu jiġi analizzat, sabiex dawn jiġu adattati għall-ambjent teknoloġiku ġdid u marbuta ma’ żviluppi teknoloġiċi;
76. Jenfasizza li s-CCS, b'mod partikolari s-SMEs, jikkostitwixxu ingranaġġ importanti għat-tkabbir u l-iżvilupp fil-livell lokali, reġjonali u transkonfinali (Stat Membru), b’mod partikolari billi jkunu promossi l-wirt, it-turiżmu u ċentri ta’ eċċellenza kulturali, biex jippromwovu l-faxxinu tat-territorji, billi tingħata attenzjoni partikolari lir-reġjuni b'wirt kulturali kbir, ir-ristrutturazzjoni tan-nisġiet soċjoekonomiċi, il-ħolqien ta’ attivitajiet ġodda u l-ħolqien ta’ impjiegi stabbli u sostenibbli; ifakkar li dan japplika b’mod partikolari għat-turiżmu, billi l-ibliet u r-reġjuni b’settur f’saħħtu tal-kultura huma partikolarment attraenti għat-turisti;
77. Jevidenzja l-importanza tal-iskemi edukattivi għall-promozzjoni tal-kreattività miż-żgħożija ’l quddiem, u għat-trawwim tal-edukazzjoni artistika u kulturali permezz tal-promozzjoni tal-interess fix-xogħol u l-prodotti tal-industrija kreattiva matul l-edukazzjoni primarja u sekondarja; jisħaq fuq il-fatt li billi l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma ta' sikwit responsabbli mill-edukazzjoni ta' qabel l-iskola u dik primarja, għandu jkollhom rwol edukattiv u kulturali importanti f'dan il-proċess tal-indirizzar tal-kultura u l-kreattività bħala parti integrali mill-iżvilupp reġjonali u urban; jissottolinja l-importanza tat-taħriġ mhux formali għall-adulti biex jiżviluppaw kapaċitajiet ta' adattament għal suq tax-xogħol li qed jinbidel kostantement.
78. Jenfasizza li l-fondi disponibbli skont il-QFP futur, speċjalment taħt il-FSE u l-FEŻR, għandhom jintużaw biex isaħħu l-industriji kulturali u kreattivi kif ukoll il-kapaċità amministrattiva u istituzzjonali nazzjonali, reġjonali u lokali biex jaħdmu flimkien, biex jiżdied il-qligħ ekonomiku, soċjali, edukattiv u kulturali minn dawn l-industriji; jiġbed l-attenzjoni għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, fejn huwa aktar ikkumplikat biex jitwaqqfu u jiġu żviluppati l-industriji kulturali u kreattivi;
79. Hu tal-fehma, għaldaqstant, li r-rekwiżiti tat-territorjalizzazzjoni li ġew b'riħet ċerti miżuri reġjonali jew nazzjonali ta' għajnuna għaċ-ċinema għenu li tinżamm din ir-rabta bejn il-kultura u l-ġeografija u għandhom jinżammu, skont il-kondizzjonijiet misjubin fil-komunikazzjoni tal-2001 dwar iċ-Ċinema(17);
80. Jinnota li s-CCS huma soġġetti għal trasformazzjoni dinamika u jippermettu l-ħolqien ta’ clusters li jmexxu l-progress u l-iżvilupp tal-ibliet u tar-reġjuni;
81. Jirrimarka l-fatt li l-industriji kulturali u kreattivi jikkontribwixxu għaż-żamma u t-titjib tal-wirt kulturali, storiku u arkitettoniku kbir tal-Ewropa; jisħaq fuq l-importanza tal-wirt kulturali mobbli, jiġifieri artefatti bħala prodott tal-kreattività tal-bniedem mill-antikità sal-lum; jenfasizza li s-CCS huma importanti għall-iżvilupp tal-industrija tat-turiżmu tal-UE, u huma ta’ interess kbir għat-turisti mill-pajjiżi kemm tal-UE kemm mhux tal-UE; jemmen li, fid-dawl ta’ dan il-valur miżjud, is-CCS għandhom ikunu appoġġjati b'mod b'saħħtu mill-baġit futur tal-UE u permezz ta' dokumenti ta' ipproggrammar nazzjonali u reġjonali imfassla għall-perjodu 2014-2020, billi jġibu magħhom opportunitajiet ekonomiċi importanti;
82. Jissottolinja l-ħtieġa tal-preservazzjoni tal-wirt nazzjonali u l-promozzjoni tal-kontenut kulturali ta' reġjun partikolari kemm lokalment kemm barra mill-pajjiż;
83. Iqis li n-nies, prodotti u servizzi kreattivi, bħala parti mid-diversità kulturali tal-UE, għandhom ikunu l-bażi ta' suq uniku Ewropew b'saħħtu u reġjuni żviluppati sew, kif ukoll dawk tal-ekonomiji lokali fejn jistgħu jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' attivitajiet ekonomiċi ġodda u impjiegi ġodda; jitlob li jkun hemm użu aħjar tal-industriji kulturali u kreattivi fl-attrazzjoni tal-investiment u t-talent varjat lejn l-Ewropa; jenfasizza li l-intraprendituri fis-CCS m'għandhomx aċċess faċli għal finanzjament; jitlob lill-Istati Membri jadottaw miżuri soċjali u fiskali adegwati u jappoġġjaw l-ekonomija kreattiva kif ukoll mudelli ta’ negozju ġodda għall-industriji kulturali u kreattivi adattati għas-suq Ewropew, li jkun jippermetti l-mobilità tal-artisti u n-nies li jaħdmu fl-industriji kulturali u kreattivi u jgħinuhom jegħlbu l-ostakli marbutin mas-sistemi fiskali jew soċjali differenti jew l-ostakli lingwistiċi, u jippromwovu fehim aħjar fost il-pajjiżi u l-kulturi;
o o o
84. Jagħti istruzzjoni lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta` Settembru 2013 dwar ir-Rapport Annwali dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fl-2012 (2013/2051(INI))
– wara li kkunsidra r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fis-sena 2012,
– wara li kkunsidra tal-Artikolu 24, it-tielet paragrafu, l-Artikolu 228 u l-Artikolu 298 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 41 u 43 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Ġunju 2008(1) dwar l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li temenda d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 1994 dwar ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman(2),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas dwar il-Kooperazzjoni li ġie konkluż bejn il-Parlament Ewropew u l-Ombudsman Ewropew fil-15 ta' Marzu 2006, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2006,
– wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Ombudsman tal-1 ta' Jannar 2009(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 205(2), it-tieni u t-tielet sentenzi, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A7-0257/2013),
A. billi r-Rapport Annwali dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fis-sena 2012 ntbagħat uffiċjalment lill-President tal-Parlament fl-21 ta' Mejju 2013, u billi l-Ombudsman, is-Sur Nikiforos Diamandouros, ippreżenta r-rapport lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fi Brussell fit-28 ta' Mejju 2013;
B. billi r-rapport annwali tal-2012 huwa l-aħħar rapport annwali tas-Sur Diamandouros bħala Ombudsman Ewropew, peress li fl-14 ta' Marzu 2013 hu informa lill-President tal-Parlament Ewropew bl-intenzjoni tiegħu li jirtira fl-1 ta' Ottubru 2013; billi s-Sur Diamandouros ġie elett l-ewwel darba Ombudsman Ewropew fl-2003 u ġie sussegwentement elett mill-ġdid fl-2005 u fl-2010;
C. billi s-Sur Diamandouros spiċċa għaxar snin fil-kariga ta' Ombudsman Ewropew; billi s-suċċessur tiegħu se jiġi elett għall-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2013 sal-elezzjonijiet Ewropew fl-2014, u wara se jkollha tibda proċedura ġdida ta' elezzjoni mill-Parlament il-ġdid;
D. billi l-Artikolu 24 tat-TFUE jistipula li "kull ċittadin tal-Unjoni jista' jressaq rikors quddiem l-Ombudsman stabbilit skont l-Artikolu 228";
E. billi l-Artikolu 228 tat-TFUE jagħti s-setgħa lill-Ombudsman Ewropew li jilqa' lmenti li jikkonċernaw każijiet ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha;
F. billi skont l-Artikolu 298 tat-TFUE "l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni għandu jkollhom l-appoġġ ta' amministrazzjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti", u billi l-istess Artikolu joffri jipprovdi dwar l-adozzjoni, għal dak il-għan, ta’ leġiżlazzjoni sekondarja speċifika, fil-forma ta’ regolamenti, applikabbli għall-amministrazzjoni kollha tal-UE;
G. billi l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jiddikjara li "Kull persuna għandha d-dritt li dak kollu li jirrigwardaha jiġi ttrattat b'mod imparzjali u ġust u fi żmien raġonevoli mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni";
H. billi l-UE għażlet l-2013 bħala 's-Sena Ewropea taċ-Ċittadini' biex tiċċelebra l-20 anniversarju taċ-ċittadinanza tal-UE;
I. billi l-Artikolu 43 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jistipula li ‘Kull ċittadin tal-Unjoni, u kull persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru għandu d-dritt li jirrikorri għand l-Ombudsman Ewropew f'każijiet ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, tal-korpi jew tal-aġenziji tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea meta tkun qed taġixxi fir-rwol ġudizzjarju tagħha’,
J. billi l-Parlament approva l-Kodiċi ta' Kondotta Amministrattiva Tajba, abbozzat mill-Ombudsman, fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Settembru 2001;
K. billi l-amministrazzjoni ħażina sseħħ meta korp pubbliku ma jaġixxix skont regola jew prinċipju li jorbotha,
L. billi din id-definizzjoni ma tillmitax l-amministrazzjoni ħażina għal każijiet li fihom ir-regola jew il-prinċipju li qed jinkisru jkunu legalment vinkolanti; billi l-prinċipji tal-amministrazzjoni tajba jikkostitwixxu livell ogħla ta' impenn mil-liġi, jesiġu li l-istituzzjonijiet tal-UE mhux biss jirrispettaw l-obbligi legali tagħhom, iżda jinkorporaw l-ispirtu ta' servizz u jiżguraw li l-membri kollha tal-pubbliku jiġu ttrattati b'ġustizzja, imparzjalità u dinjità u jgawdu d-drittijiet tagħhom bis-sħiħ;
M. billi fl-2012 l-Ombudsman irreġistra 2 442 ilment (2 510 fl-2011) u pproċessa 2 460 ilment (2 544 fl-2011); billi 740 ilment (30 %) waqgħu taħt il-mandat tiegħu;
N. billi l-maġġoranza tal-ilmenti (56 %) jaslu f'format elettroniku għar-reġistrazzjoni permezz tal-websajt interattiva tal-Ombudsman Ewropew, li hija disponibbli bi 23 lingwa uffiċjali;
O. billi l-Ombudsman fetaħ 450 inkjesta (382 fl-2011) fuq il-bażi tal-ilmenti; billi dan jikkostitwixxi żieda ta' 18 % f'paragun mal-2011; billi hu fetaħ 15-il inkjesta fuq inizjattiva propja (14 fl-2011) u preżenta Rapport Speċjali lill-Parlament;
P. billi l-Ombudsman għalaq 390 inkjesta (inklużi 10 inkjesta fuq inizjattiva proprja), li minnhom 206 kienu tal-2012, 113 tal-2011 u 71 tas-snin preċedenti; billi 85.3 % (324) tal-inkjesti magħluqa kienu minn ċittadini individwali u 14.7 % (56) minn kumpaniji, assoċjazzjonijiet jew entitajiet legali oħra;
Q. billi 1 467 ilment li waslu kienu jaqgħu fl-ambitu tal-kompetenza ta' membru tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen; billi dan in-netwerk hu magħmul mill-ombudsmen nazzjonali u reġjonali u minn korpi simili fl-UE, iż-ŻEE, l-Isvizzera u l-pajjiżi kandidati; billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament huwa membru sħiħ tan-Netwerk; billi l-Ombudsman trasferixxa 63 ilment lil dan il-kumitat;
R. billi 52.7 % mill-inkjesti miftuħa fl-2012 kienu jikkonċernaw il-Kummissjoni Ewropea, 5.2 % lill-Parlament Ewropew, 3.0 % lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), 1.5 % lill-Bank Ewropew tal-Investiment u 20.9 % lil istituzzjonijet, aġenziji u korpi oħra tal-UE;
S. billi t-tipi prinċipali ta' amministrazzjoni ħażina allegata investigati fl-2012 kienu jikkonċernaw il-legalità (27.7 %), it-talbiet għal informazzjoni (12.5 %), il-ġustizzja (10.3 %), il-limitazzjonijiet ta' żmien għad-deċiżjonijiet (8 %) u t-talbiet għal aċċess għad-dokumenti (6.7 %);
T. billi l-Ombudsman ma sab ebda amministrazzjoni ħażina f'76 każ magħluq (19 %) u sab amministrazzjoni ħażina f'56 każ (14 %);
U. billi l-fatt li ma tinstabx amministrazzjoni ħażina mhuwiex neċessarjament eżitu negattiv għall-kwerelant, li jibbenefika minn spjegazzjoni sħiħa mill-istituzzjoni kkonċernata kif ukoll l-analiżi indipendenti dwar il-każ mill-Ombudsman , u għandu l-assikurazzjoni li l-istituzzjoni kkonċernata tkun aġixxiet f'konformità mal-prinċipji tal-amministrazzjoni tajba;
V. billi fi 80 każ fl-2012, instabet soluzzjoni amikevoli jew il-kwistjoni ġiet risolta mill-istituzzjoni kkonċernata; billi meta l-Ombudsman ma jsib ebda amministrazzjoni ħażina jew ma jkun hemm ebda raġuni biex tkompli l-inkjesta, dan jista' joħroġ rimarki addizzjonali; billi rimarka addizzjonali għandha l-għan li tagħti parir lil istituzzjoni dwar kif din tista' ttejjeb il-kwalità tas-servizz li tipprovdi liċ-ċittadini;
W. billi l-Ombudsman għalaq 74 każ li fihom sab amministrazzjoni ħażina billi għamel rimarka kritika lill-istituzzjoni; billi f'9 każijiet l-istituzzjoni kkonċernata aċċettat abbozz ta' rakkomandazzjoni;
X. billi l-Ombudsman jagħmel rimarka kritika jekk:
(i)
ma jkunx aktar possibbli għall-istituzzjoni involuta li telimina l-każ ta' amministrazzjoni ħażina,
(ii)
l-amministrazzjoni ħażina x'aktarx li ma jkollhiex implikazzjonijiet ġenerali, u
(iii)
x'aktarx li ma tkunx meħtieġa azzjoni ta' segwitu; billi l-Ombudsman jagħmel rimarka kritika ukoll jekk iqis li abbozz ta' rakkomandazzjoni ma jkollhiex skop utli u jipproċedi bl-istess mod jekk l-istituzzjoni ma taċċettax abbozz ta' rakkomandazzjoni, u ma jkunx meqjus xieraq li jiġi preżentat rapport speċjali;
Y.
billi l-Ombudsman joħroġ abbozz ta' rakkomandazzjoni meta jkun possibbli li l-istituzzjoni kkonċernata telimina l-amministrazzjoni ħażina, jew meta l-amministrazzjoni ħażina tkun partikolarment serja jew ikollha implikazzjonijiet ġenerali; billi fl-2012 l-Ombudsman ħareġ 17-il abbozz ta' rakkomandazzjoni;
Z.
billi fl-2012 l-Ombudsman bagħat rapport speċjali wieħed lill-Parlament Ewropew; billi dan ir-rapport speċjali kien jikkonċerna l-mod kif il-Kummissjoni ttrattat ilment imressaq lilha minn inizjattiva taċ-ċittadini li qed jiġġieldu kontra dawk li huma jqisu l-konsegwenzi negattivi tal-espansjoni tal-ajruport ta' Vjenna; billi rapport speċjali lill-Parlament huma l-għodda l-iktar qawwija tal-Ombudsman u jikkostitwixxi l-aħħar pass sostantiv li jista' jieħu l-Ombudsman meta jittratta każ;
AA.
billi r-rapport tal-Parlament dwar ir-Rapport Speċjali kkonkluda li t-tħassib tal-Ombudsman dwar amministrazzjoni ħażina possibbli kien ġustifikat;
AB.
billi l-Ombudsman kull sena jippubblika studju dwar s-segwitu li l-istituzzjonijiet jagħtu lir-rimarki kritiċi u addizzjonali tiegħu; billi l-istudju tal-2011 wera li r-rata segwitu sodisfaċenti tar-rimarki kritiki u addizzjonali kienet ta' 84 %;
AC.
billi fl-2012 l-Ombudsman iffoka b'mod partikolari fuq l-integrazzjoni tal-persuni bi gradi varji ta' diżabilità; billi l-Ombudsman, flimkien mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni Ewropea, l-Aġenzija Ewropea għad-Dirttijiet Fundamentali u l-Forum Ewropew dwar id-Diżabilità, jaħdem biex jipproteġi, jippromwovi u jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-qafas tal-UE taħt il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità; billi din il-konvenzjoni hija l-ewwel trattat dwar id-drittijiet tal-bniedem li l-UE qatt irratifikat;
AD.
billi l-Kunsill approva l-proposta għal qafas fil-livell tal-UE – li jkun jinkludi l-Ombudsman u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet – biex tiġi mmoniterjata l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilitajiet;
AE.
billi fl-2012 l-Ombudsman ġie uffiċjalment rikonoxxut bħala 'Kumitat għall-Eċċellenza' mill-Fondazzjoni Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kwalità;
1. Japprova r-rapport annwali għas-sena 2012 ippreżentat mill-Ombudsman Ewropew; jieħu nota tal-fatt li s-Sur Diamandouros se jirtira fl-1 ta' Ottubru 2013;
2. Jesprimi r-ringrazzjament tiegħu għas-Sur diamandouros għall-ħidma eżemplari tiegħu bħala Ombudsman Ewropew matul dawn l-aħħar għaxar snin u għar-riżultati li kiseb biex jagħmel l-UE iktar ġusta u iktar trasparenti; jispera li hu jgawdi mill-irtirar tiegħu b'saħħa tajba u jixtiequlu l-aħjar possibbli għall-attivitajiet ulterjuri tiegħu;
3. Jirrikonoxxi l-ħidma eċċellenti li għamel l-Ombudsman biex isaħħaħ kif ukoll japprofondixxi d-djalogu maċ-ċittadini, is-soċjetà ċivili, l-istituzzjonijiet u l-atturi l-oħra interessati fil-livelli kollha;
4. Filwaqt li jqis li nofs iċ-ċittadini tal-Ewropa jaqblu li t-tieni dritt l-iktar importanti taċ-ċittadini huwa d-dritt għal amministrazzjoni tajba, iqis li l-isforzi kontinwi tal-Ombudsman biex jippromwovi u jtejjeb il-ftuħ, it-trasparenza u r-responsabilizzazzjoni fil-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet u fl-amministrazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea taw kontribut deċiżiv lill-ħolqien ta' Unjoni "li fiha d-deċiżjonijiet jittieħdu kemm jista' jkun qrib iċ-ċittadin", kif previst fl-Artikolu 1 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Ombudsman Ewropew li jmiss biex tkompli l-ħidma tajba tal-predeċessur tagħha lejn dawn il-miri importanti;
5. Jirrikonoxxi b'rispett l-impenn bla waqfien li bih l-Ombudsman għamel kuntatt maċ-ċittadini biex jagħmilhom konxji tad-drittijiet tagħhom skont it-Trattati u ħeġġeġ lill-amministrazzjonijiet tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE biex isiru iktar trasparenti u orjentati lejn is-servizz;
6. Iqis li l-Ombudsman dejjem eżerċita l-poteri tiegħu b'mod attiv u bbilanċjat u jirringrazzjah għar-relazzjonijiet ta' ħidma u l-kooperazzjoni eċċellenti mal-Parlament, b'mod partikolari mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet;
7. Jinnota li 52 % taċ-ċittadini Ewropej iqisu li l-iktar funzjoni importanti tal-Ombudsman hija li jiżgura li ċ-ċittadini tal-UE jkunu jafu d-drittijiet tagħhom u kif jużawhom, u li għalhekk l-Ombudsman jeħtieġ itejjeb il-komunikazzjoni tiegħu maċ-ċittadini tal-Ewropa u jtejjeb il-kooperazzjoni man-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen;
8. Jitlob li jittieħdu l-passi neċessarji biex jitħaffu l-proċeduri għall-investigazzjoni tal-ilmenti, it-tmexxija tal-inkjesti u t-teħid tad-deċiżjonijiet;
9. Itenni l-fatt li 42 % taċ-ċittadini Ewropej mhumiex sodisfatti bil-livell ta' trasparenza fl-amministrazzjoni tal-UE, u jenfasizza l-ħtieġa li l-Ombudsman ikompli l-isforzi tiegħu biex jgħin lill-istituzzjonijiet tal-UE isiru iktar miftuħa, effettivi u aċċessibbli għaċ-ċittadini, filwaqt li jibni r-rabtiet bejn l-istituzzjonijiet u ċ-ċittadini;
10. Jinnota li l-ilmenti relatati mat-trasparenza dejjem kienu prijorità fil-lista ta' lmenti tal-Ombudsman; jinnota wkoll li tali lmenti qed jonqsu mis-sena 2008, li kienet is-sena meta l-iktar kien hemm ilmenti bħal dawn b'36 % tal-kwerelanti li allegaw nuqqas ta' trasparenza, għal 21.5 % fl-2012; iqis li dan hu sinjal li l-istituzzjonijiet tal-UE għamlu sforzi sinifikanti biex isiru iktar trasparenti; jitlob lill-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-UE biex jgħinu sabiex dan in-numru jonqos iktar billi jikkooperaw mal-Ombudsman Ewropew u jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu; għadu, madankollu, imħasseb dwar in-numru kbir ta' lmenti li għadhom jeżistu dwar il-ftuħ, l-aċċess pubbliku u d-data personali, peress li dawn il-kwistjonijiet ixekklu d-djalogu interistituzzjonali, id-dehra pubblika tal-UE u l-attitudni tal-pubbliku lejn l-UE;
11. Itenni li t-trasparenza, il-fruħ, l-aċċess għall-informazzjoni, ir-rispett għad-drittijiet taċ-ċittadini u standards etiċi għoljin huma essenzjali għaż-żamma tal-fiduċja bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet u li, partikolarment fis-sitwazzjoni ekonomika diffiċli attwali, din il-fiduċja hija estremament importanti għall-futur tal-integrazzjoni Ewropea;
12. Jistieden lill-isituzzjonijiet tal-UE, fid-dawl tad-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika, jirreaġixxu għall-ħtiġijiet speċjali tal-persuni ikbar fl-età, li ħafna minnhom ma jkunux familjari mat-teknoloġiji moderni tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u biex jikkumpensaw għal dan permezz ta' applikazzjonijiet faċli li l-utent jużahom, programmi ta' għajnuna prattika onlajn u opportunitajiet ta' kuntatt mhux diġitali aċċessibbli kull ħin;
13. Jinnota li fl-2012 l-Ombudsman irreġistra 2 442 iilment u li din kienet sena rekord f'termini kemm ta' inkjesti miftuħa (456 = +18 % f'paragun mal-2011) u ta' inkjesti magħluqa (390 = +23 %);
14. Jinnota b'sodisfazzjon l-għaxar 'każijiet stilla' preżentati mill-Ombudsman, li pprodew eżempji għall-prattika amministrattiva f'diversi istituzzjonijiet tal-UE f'varjetà ta' oqsma;
15. Iqis li t-tnaqqis fin-numru totali ta' lmenti preżentati lill-Ombudsman fl-2012 hija prova ulterjuri tas-suċċess tal-gwida interattiva fil-websajt tiegħu, li hija għodda b'saħħitha mfassla biex tgħin tiżgura li inqas ċittadini jilmentaw lill-Ombudsman għar-raġunijiet żbaljati u biex ittejjeb il-possibilitajiet ta' konsulenza għall-kwerelanti dwar għand min għandhom jirrikorru minflok; jinnota li t-tendenza tikkonferma li numru dejjem jiżdied ta' persuni li jirrikorru għand l-Ombudsman Ewropew jagħmlu dan għar-raġunijiet tajbin; jissuġġerixxi li l-Membri tal-Parlament Ewropew, tal-istituzzjonijiet, korpi u aġenziji tal-UE, kif ukoll il-membri tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen jinstallaw ħolqa diretta għall-gwida interattiva fil-websajts u l-kanali tal-media soċjali tagħhom,
16. Jenfasizza l-fatt li n-numru ta' lmenti barra l-mandat tal-Ombudsman (1 720) kien l-inqas f'għaxar snin; jitlob lill-Ombudsman ikompli l-isforzi tiegħu biex inaqqas iktar dawn il-każijiet;
17. Jirrikonoxxi l-kontribut importanti tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen u jenfasizza l-utilità ta' kooperazzjoni effiċjenti għall-benefiċċju taċ-ċittadini EWropej; jinnota li 60 % tal-ilmenti li l-Ombudsman ipproċessa fl-2012 kienu jaqgħu taħt il-kompetenza ta' membru tan-Netwerk; ifakkar li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet huwa membru sħiħ tan-Netwerk; jinnota li fl-2012 l-Ombudsman trasferixxa 63 ilment lil dan il-kumitat; jifraħ lill-Ombudsman Ewropew dwar is-suċċess fil-koordinazzjoni tan-Netwerk; iqis li din hi funzjoni vitali tal-attivitajiet tal-Ombudsman u li l-kooperazzjoni fin-Netwerk għandha tiżdied sabiex titjieb l-amministrazzjoni nazzjonali tal-leġiżlazzjoni tal-UE; jirrakkomanda li n-netwerk jiġi estiż biex jinkludi il-korpi nazzonali rilevanti; iqis li l-parteċipazzjoni tal-Ombudsman fl-assoċjazzjonijiet Ewropej u internazzjonali tal-Ombudsmen għandha tinżamm u tissaħħaħ;
18. Jinnota li, bħall-fis-snin preċedenti, il-parti l-kbira tal-inkjesti miftuħa mill-Ombudsman kienu jikkonċernaw il-Kummissjoni (52.7 %); jinnota li n-numru ta' inkjesti miftuħa fl-2012 li kienu jikkonċernaw il-Parlament Ewropew kważi rdoppjaw f'paragun mal-2011; jitlob lis-Segretarjat tiegħu jikkoopera bis-sħiħ mal-Ombudsman u jiżgura l-osservanza tar-rakkomandazzjonijiet u l-kummenti tiegħu dwar il-prattiki amministrattivi u l-konsistenza magħhom;
19. Jenfasizza l-fatt li kull inkjesta magħluqa tirrappreżenta pass fid-direzzjoni t-tajba u opportunità tajba biex jiddaħħal it-titjib li l-pubbliku identifika u talab, bħala mod kif il-kunċett taċ-ċittadinanza Ewropea bħala partiċipatorja kemm jista' jkun fir-rigward tal-proċess leġiżlattiv Ewropew;
20. Jifraħ lill-Ombudsman dwar l-inizjattiva tiegħu li jippubblika sett ta' prinċipji għas-servizzi pubbliċi li għandu jiggwida lill-uffiċjali ċivili tal-UE; ifakkar li l-ħames prinċipji tas-servizz pubbliku huma: mpenn għall-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha, l-integrità, l-oġġettività, ir-rispett għall-oħrajn u t-trasparenza; jitlob lill-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-UE biex jinternalizzaw dawn il-prinċipji fl-operazzjonijiet kollha tagħhom;
21. Jilqa' l-fatt li f'Ġunju tal-2013 l-Ombudsman ippubblika edizzjoni ġdida tal-Kodiċi ta' Kondotta Amministrattiva Tajba, b'kunsiderazzjoni tal-prinċipji tal-leġislazzjoni amministrattiva Ewrropea fil-ġurisprudenza tal-qrati Ewropej;
22. Jinsab sodisfatt bl-involviment tal-Ombudsman f'numru ta' konferenzi differenti li jiffokaw fuq amministrazzjoni pubblika aħjar, inkluża waħda li hu kkoorganizza man-Netwerk ta' Riċerka dwar il-Leġiżlazzjoni Amministrattiva tal-UE (ReNEUAL);
23. Itenni s-sejħa li għamel fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2013(4) li l-Kummissjoni tadotta regoli u prinċipji vinkolanti komuni dwar il-proċeduri amministrattivi tal-amministrazzjoni tal-UE u biex tippreżenta abbozz ta' regolament għal dan il-għan fuq il-bażi tal-Artikolu 298 tat-TFEU; iqis li l-esperjenzi tal-Ombudsman s'issa u l-pubblikazzjonijiet tiegħu li jirrappurtaw dwarhom jipprovdu gwida xierqa għas-sustanza ta' tali proposta leġiżlattiva; iqis li dan ikun l-aħjar mod biex tkun żgurata bida dewwiema fil-kultura amministrattiva tal-istituzzjonijiet tal-UE;
24. Jinsab sodisfatt bil-fatt li l-istituzzjonijiet provdew 98 risposta pożittiva għall-120 rimarka u rakkomandazzjoni li għamel l-Ombudsman fil-kuntest tal-inkjesti tiegħu fl-2012, li jfisser li fi 82 % tal-każijiet l-istituzzjonijiet tal-UE osservaw is-suġġerimenti tal-Ombudsman; Jistieden lill-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi kollha tal-UE jagħmlu l-almu tagħhom biex jiżguraw konformità sħiħa mar-rimarki u r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman u jassistu lill-Ombudsman iwieġeg malajr għall-inkjesti tiegħu billi, inter alia, jaħdmu flimkien mal-Ombudsman biex jitnaqqsu l-iskadenzi fil-proċess ta' inkjesta;
25. Ifakkar li fl-2012 l-Ombudsman issottometta rapport speċjali wieħed lill-Parlament, li kien jikkonċerna l-fatt li l-Kummissjoni ma indirizzatx kunflitt ta' interess fit-trattar tal-espansjoni tal-ajruport ta' Vjenna, in-nuqqas ta' valutazzjoni tal-impatt ambjentali dwar dik l-espansjoni, u n-nuqqas ta' proċeduri ta' reviżjoni disponibbli għal dawk li lmentaw dwar il-proġett ta' bini u n-nuqqas ta' valutazzjoni tal-impatt ambjentali; jirrikonoxxi l-okkażjoni ta' opportunità li joffri tali rapport fid-dawl tal-kwistjonijiet involuti; ifakkar li, bħala reazzjoni għal dan ir-rapport speċjali, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet għamel proposti progressivi għar-reviżjoni kurrenti tad-Direttiva dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u għal liġi amministrattiva tal-UE;
26. Iqis li, speċjalment meta jsir abbozz ta’ rakkomandazzjoni, il-fatt li wieħed ikun jaf li l-pass li jmiss jista’ jkun rapport speċjali lill-Parlament ta’ sikwit jgħin biex jipperswadi istituzzjoni jew korp ibiddlu l-pożizzjoni tagħhom;
27. Jinnota li l-Ombudsman preċedenti u dak attwali fi 17-il sena u nofs preżentaw biss 18-il rapport speċjali; iqis li dan huwa prova tal-approċċ kooperattiv adottat mill-istituzzjonijiet tal-UE fil-maġġoranza tal-każijiet; jirrikonoxxi l-importanza ta' dawn ir-rapporti speċjali u jinkoraġġixxi lill-Ombudsman ikompli tali każijiet fir-rigward ta' każijiet importanti ta' amministrazzjoni ħażina li jikkonċernaw l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE;
28. Jenfaizza li l-Jum Internazzjonali tad-Dritt għall-Informazzjoni fit-28 ta' Settembru huwa inizjattiva li jqajjem il-profil tal-Ombudsman fost il-pubbliku Ewropew u huwa eżempju ta' prattika tajba;
29. Jilqa' l-parteċipazzjoni tal-Ombudsman, flimkien mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament, il-Forum Ewropew dwar id-Diżabilità, il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għad-Dirttijiet Fundamentali fil-Qafas tal-Artikolu 33(2) fil-livell tal-UE, li huwa inkarigat biex jipproteġi, jippromwovi u jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità; jistieden lill-Ombudsman jagħmel enfażi speċjali fil-ħidma tiegħu fuq il-ħtiġijiet tal-gruppi soċjali vulnerabbli ħafna, inklużi dawk b'diżabilitajiet;
30. Jilqa' l-isforzi tal-Ombudsman biex jissalvagwardja l-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali mill-istituzzjonijiet tal-UE, anke permezz tal-inkjesti fuq inizjattiva proprja tiegħu; jipprevedi li se jingħata dover ieħor simili lill-Ombudsman bl-adeżjoni tal-Unjoni fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, kif mitlub mill-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;
31. Jenfasizza l-importanza tal-inkjesti fuq inizjattiva proprja tal-Ombudsman, li jippermettulu jindirizza kwistjonijiet li inkella ma jiġux għall-attenzjoni tiegħu minħabba l-fatt li l-pubbliku ma jkollux l-informazzjoni jew ir-riżorsi meħtieġa biex japplikaw għandu; iqis li hija ħaġa importanti li tiżdied il-viżibilità tal-Uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew;
32. Jilqa' l-adozzjoni fl-2012 ta' liġi li tistabbilixxi istituzzjoni tal-ombudsman fit-Turkija; jirrikonoxxi r-rwol tal-appoġġ u l-parir tal-Ombudsman Ewropew f'dan l-iżvilupp; jifraħ bil-fatt li l-pajjiżi kandidati kollha issa stabilixxew istituzzjoni tal-ombudsman fil-livell nazzjonali; iqis li l-esperjenza turi li l-Ombudsman huwa korp utli ħafna għat-titjib tal-amministrazzjoni tajba, l-istat tad-dritt u d-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u li l-Istati Membri li għadhom iridu jistabbilixxu istituzzjoni tal-ombudsman għandhom, għalhekk, jikkunsidraw attivament li jagħmlu dan; jistieden lill-Ombudsman Ewropew ikompli jassisti lill-pajjiżi kandidati futuri f'dan il-proċess;
33. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri kif ukoll lill-ombudsmen tagħhom jew lill-korpi kompetenti simili.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (COM(2011)0290 – C7-0135/2011 – 2011/0138(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0290),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewreopa, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0135/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-18 ta' Lulju 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
– wara li kkonsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0139/2013),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Settembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1289/2013.)
L-Awtorità Bankarja Ewropea u s-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) fir-rigward tal-interazzjoni tiegħu mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru…/… li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (COM(2012)0512 – C7-0289/2012 – 2012/0244(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0512),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0289/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta' Novembru 2012(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta’ Novembru 2012(2),
– wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tat-18 ta' April 2013 biex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294 (4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0393/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(3);
2. Jieħu nota tad-dikjarazzjoni konġunta mill-President tal-Parlament Ewropew u mill-President tal-Bank Ċentrali Ewropew mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni,
3. Jisħaq fuq il-fatt li l-punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba għandu japplika għall-estensjoni tal-mandat tal-Awtorità Bankarja Ewropea; jenfasizza li kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità leġiżlattiva favur tali estensjoni għandha tkun bla ħsara għad-deċiżjonijiet tal-awtorità baġitarja fil-kuntest tal-proċedura baġitarja annwali;
4. Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta dikjarazzjoni finanzjarja li tqis kompletament ir-riżultat tal-ftehim leġiżlattiv bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti f'termini ta' baġits u persunal tal-Awtorità Bankarja Ewropea, tas-servizzi tal-Kummissjoni u possibilment tal-Bank Ċentrali Ewropew;
5. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Settembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru ... / 2013 tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) fir-rigward tal-konferiment ta' kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1022/2013.)
Anness għar-riżoluzzjoni leġiżlattiva
Dikjarazzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew u tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew fl-okkażjoni tal-votazzjoni tal-PE għall-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu
B'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 tal-Kunsill, u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu, aħna, il-Presidenti tal-Parlament Ewropew u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b'dan jiddikjaraw l-appoġġ sħiħ tagħna għall-abbozz ta' test tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-kooperazzjoni rigward proċeduri relatati mal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) li ntlaħaq ftehim dwaru bejn it-timijiet ta' negozjar rispettivi tagħna. Għaldaqstant, nistiednu liż-żewġ istituzzjonijiet tagħna jadottaw formalment il-Ftehim Interistituzzjonali mill-aktar fis possibbli.
Huwa jipprevedi livell għoli ta' responsabbiltà tal-BĊE fit-twettiq tal-kompiti tiegħu skont il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) vis-à-vis l-Parlament Ewropew kif ukoll salvagwardji adegwati għall-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali. L-abbozz ta' Ftehim Interistituzzjonali jipprevedi, b'mod partikolari, sorveljanza parlamentari b'saħħitha tal-kompiti superviżorji tal-BĊE permezz ta' skambji ta' fehmiet regolari mal-kumitat responsabbli tal-Parlament, diskussjonijiet orali kunfidenzjali mal-Bureau ta' dak il-kumitat, u aċċess addizzjonali għall-informazzjoni fosthom għal reġistru tal-proċedimenti tal-Bord Superviżorju. Il-kooperazzjoni tal-BĊE mal-Parlament Ewropew fil-qafas tal-investigazzjonijiet tiegħu hija żgurata wkoll.
Barra minn hekk, l-abbozz tal-FII jispeċifika l-involviment parlamentari fil-proċedura ta' għażla tal-President tal-Bord Superviżorju. Fid-dawl tal-objettiv komuni tagħna li navvanzaw malajr kemm jista' jkun bl-istabbiliment tal-MSU bħala pass importanti lejn unjoni bankarja sħiħa, iż-żewġ istituzzjonijiet tagħna biħsiebhom imexxu malajr bl-ewwel proċedura ta' għażla għall-ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju.
Strasburgu/Frankfurt nhar it-12 ta' Settembru 2013
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (COM(2012)0511 – C7-0314/2012 – 2012/0242(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2012)0511),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 127(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0314/2012),
– wara li kkunsidra Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew ,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mressqa, skont il-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, mill-Parlament Svediż, li jiddikjaraw li l-abbozz tal-att leġislattiv mhuwiex konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0392/2012),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata(1);
2. Jieħu nota tad-dikjarazzjoni konġunta mill-President tal-Parlament Ewropew u mill-President tal-Bank Ċentrali Ewropew mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni,
3. Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
4. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
5. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-12 ta' Settembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru ... / 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu
P7_TC1-CNS(2012)0242
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1024/2013.)
Anness għar-riżoluzzjoni leġiżlattiva
Dikjarazzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew u tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew fl-okkażjoni tal-votazzjoni tal-PE għall-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu
B'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 tal-Kunsill, u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu, aħna, il-Presidenti tal-Parlament Ewropew u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b'dan jiddikjaraw l-appoġġ sħiħ tagħna għall-abbozz ta' test tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-kooperazzjoni rigward proċeduri relatati mal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) li ntlaħaq ftehim dwaru bejn it-timijiet ta' negozjar rispettivi tagħna. Għaldaqstant, nistiednu liż-żewġ istituzzjonijiet tagħna jadottaw formalment il-Ftehim Interistituzzjonali mill-aktar fis possibbli.
Huwa jipprevedi livell għoli ta' responsabbiltà tal-BĊE fit-twettiq tal-kompiti tiegħu skont il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) vis-à-vis l-Parlament Ewropew kif ukoll salvagwardji adegwati għall-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali. L-abbozz ta' Ftehim Interistituzzjonali jipprevedi, b'mod partikolari, sorveljanza parlamentari b'saħħitha tal-kompiti superviżorji tal-BĊE permezz ta' skambji ta' fehmiet regolari mal-kumitat responsabbli tal-Parlament, diskussjonijiet orali kunfidenzjali mal-Bureau ta' dak il-kumitat, u aċċess addizzjonali għall-informazzjoni fosthom għal reġistru tal-proċedimenti tal-Bord Superviżorju. Il-kooperazzjoni tal-BĊE mal-Parlament Ewropew fil-qafas tal-investigazzjonijiet tiegħu hija żgurata wkoll.
Barra minn hekk, l-abbozz tal-FII jispeċifika l-involviment parlamentari fil-proċedura ta' għażla tal-President tal-Bord Superviżorju. Fid-dawl tal-objettiv komuni tagħna li navvanzaw malajr kemm jista' jkun bl-istabbiliment tal-MSU bħala pass importanti lejn unjoni bankarja sħiħa, iż-żewġ istituzzjonijiet tagħna biħsiebhom imexxu malajr bl-ewwel proċedura ta' għażla għall-ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju.
Strasburgu/Frankfurt nhar it-12 ta' Settembru 2013
Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-22 ta' Mejju, 2013 (Testi adottati P7_TA (2013)0213).
Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta' Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom fl-Unjoni ***I
636k
67k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta' Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom fl-Unjoni (COM(2012)0576 – C7-0322/2012 – 2012/0278(COD))(1)
Emenda 1 Proposta għal regolament Kunsiderazzjoni -1 (ġdida)
Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u l-Protokoll ta' Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta' Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom,
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa -1 (ġdida)
(-1) L-Unjoni ħolqot ‘Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020’, b’impenn li żżid il-kontribut tagħha biex jonqos it-telf tal-bijodiversità dinjija sal-2020.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 1
(1) Firxa wiesgħa ta' parteċipanti fl-Unjoni, inklużi riċerkaturi akkademiċi u l-kumpaniji minn setturi differenti tal-industrija, jużaw riżorsi ġenetiċi għal finijiet ta' riċerka, żvilupp u kummerċjalizzazzjoni; xi wħud jużaw ukoll għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi.
(1) Firxa wiesgħa ta' utenti u fornituri fl-Unjoni, inklużi riċerkaturi akkademiċi u l-kumpaniji minn setturi differenti tal-industrija, jużaw riżorsi ġenetiċi għal finijiet ta' riċerka, żvilupp u kummerċjalizzazzjoni; xi wħud jużaw ukoll għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi. L-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp jimplikaw mhux biss l-istudju u l-analiżi tal-kompożizzjoni ġenetika jew bijokimika tar-riżorsi ġenetiċi imma wkoll miżuri biex jiġu ġġenerati l-innovazzjoni u l-applikazzjonijiet prattiċi. Li l-Protokoll ta’ Nagoya jiġi implimentat b’suċċess jiddependi wkoll mill-mod li bih l-utenti u l-fornituri tar-riżorsi ġenetiċi jew tal-għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi jkunu kapaċi jinnegozjaw kundizzjonijiet miftiehma għall-promozzjoni tal-konservazzjoni tal-bijodiversità skont l-‘istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020’.
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 2
(2) Ir-riżorsi ġenetiċi jirrappreżentaw il-pula tal-ġeni fl-istokkijiet kemm naturali kif ukoll kultivati jew domestikati u qed jaqdu rwol sinifikanti u dejjem jikber f’bosta setturi ekonomiċi inkluż il-produzzjoni tal-ikel, il-forestrija, l-iżvilupp tal-mediċini, jew l-iżvilupp ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli b'bażi bioloġika.
(2) Ir-riżorsi ġenetiċi jirrappreżentaw il-pul tal-ġeni fl-istokkijiet kemm naturali kif ukoll kultivati jew domestikati u qed jaqdu rwol sinifikanti u dejjem jikber f’bosta setturi ekonomiċi inkluż il-produzzjoni tal-ikel, il-forestrija, il-bijoteknoloġija, l-iżvilupp u l-produzzjoni tal-mediċini, il-kożmetiċi jew l-iżvilupp ta’ sorsi ta’ enerġija b'bażi bioloġika. Ir-riżorsi ġenetiċi jwettqu parti sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji ddisinjati biex jerġgħu jġibu għal li kienu l-ekosistemi li jkunu ġarrbu ħsara u jissalvagwardjaw l-ispeċijiet li jinsabu f’periklu.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 2a (ġdida)
(2a) L-Unjoni tirrikonoxxi l-interdipendenza tal-pajjiżi kollha fir-rigward tar-riżorsi ġenetiċi għall-ikel u l-agrikoltura, kif ukoll in-natura u l-importanza partikolari ta' dawk ir-riżorsi biex is-sikurezza tal-ikel tinkiseb mad-dinja kollha u għall-iżvilupp sostenibbli tal-agrikoltura fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-faqar u tat-tibdil fil-klima, u jirrikonoxxu r-rwol fundamentali tat-Trattat Internazzjonali dwar ir-Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura u l-Kummissjoni tal-FAO dwar ir-Riżorsi Ġenetiċi għall-Ikel u l-Agrikoltura f’dan ir-rigward,
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 2b (ġdida)
(2b) Ir-riċerka dwar ir-riżorsi ġenetiċi qed tiġi estiża bil-mod il-mod f'oqsma ġodda, l-aktar dak tal-oċeani, li għadhom l-ambjenti tal-pjaneta li huma l-anqas esplorati u l-anqas magħrufa. Il-profonditajiet tal-oċeani jikkostitwixxu b’mod partikolari l-aħħar fruntiera tal-pjaneta u jqajmu interess dejjem akbar fil-livell tar-riċerka, tat-tiftix u tal-esplorazzjoni tar-riżorsi. F’dan il-kuntest, l-istudju tal-bijodiversità immensa li tinsab fl-ekosistemi marini tal-profonditajiet kbar jikkostitwixxi qasam ġdid ta’ riċerka promettenti ħafna fil-livell tal-iskoperta ta’ riżorsi ġenetiċi li jista’ jkollhom l-applikazzjonijiet l-aktar diversi.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 2c (ġdida)
(2c) Hija prassi rikonoxxuta li jiġu skambjati r-riżorsi ġenetiċi kollha tal-pjanti għall-ikel u l-agrikoltura għal skopijiet ta' riċerka, tnissil u taħriġ skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-Ftehim Standard dwar it-Trasferiment ta' Materjal (SMTA) stabbilit fit-Trattat Internazzjonali dwar ir-Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura (ITPGRFA) kif determinat fil-Memorandum ta' Qbil għall-istabbiliment tas-Sistema Integrata Ewropea tal-Bank Ġenetiku (AEGIS); b'konformità mal-Artikolu 4.3 tal-Protokoll ta'Nagoya, huwa rikonoxxut li tali prassi tappoġġa, u mhijex kuntrarja għall-objettivi tal-Konvenzjoni u tal-Protokoll ta' Nagoya.
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 3
(3) L-għarfien tradizzjonali li għandhom il-komunitajiet indiġeni u lokali jista' jipprovdi informazzjoni importanti li twassal għall-iskoperti xjentifiċi ta' karatteristiċi interessanti ġenetiċi jew bijokimiċi tar-riżorsi ġenetiċi.
(3) L-għarfien tradizzjonali li għandhom il-komunitajiet indiġeni u lokali jista' jipprovdi informazzjoni importanti li twassal għall-iskoperti xjentifiċi ta' karatteristiċi ġenetiċi jew bijokimiċi tar-riżorsi ġenetiċi li potenzjalment ikunu ta' valur, inklużi l-għarfien, l-innovazzjoni u l-prattiki tal-komunitajiet indiġeni u lokali li jinkorporaw l-istili ta' ħajja tradizzjonali li huma relevanti għall-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bijoloġika. Id-drittijiet ta' dawn il-komunitajiet, kif stipulati fil-Konvenzjoni Nru 169 tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol dwar il-Popli Indiġeni u Tribali u stipulati wkoll fid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fl-2007, għandhom jiġu rrispettati u l-miżuri implimentattivi tal-Unjoni għandhom jiffaċilitaw dan l-objettiv.
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 3a (ġdida)
(3a) Huwa importanti li jiġi mfakkar li skont il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Privattivi il-varjetajiet tal-pjanti u l-annimali kif ukoll il-proċessi bijoloġiċi għall-produzzjoni tal-pjanti u l-annimali ma jistgħux jingħataw privattiva. Meta l-invenzjonijiet ikunu bbażati fuq riżorsi ġenetiċi jew fuq komponenti ta' riżorsi ġenetiċi, l-applikazzjonijiet għal privattiva li tkopri, fost l-oħrajn, dawk ir-riżorsi, prodotti, inklużi derivattivi, u proċessi derivati mill-użu tal-bijoteknoloġija, jew għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi, għandhom jindikaw ir-riżorsi u l-oriġini tagħhom għandha tingħata lill-awtoritajiet relevanti u trażmessa lill-awtorità kompetenti. L-istess obbligu għandu japplika għad-drittijiet fuq varjetajiet ġodda ta' pjanti.
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 3b (ġdida)
(3b) Il-kompetenza u r-responsabbiltà għall-implimentazzjoni prattika ta' miżuri biex jiġu salvgwardjati l-komunitajiet indiġeni u lokali fi ħdan l-Unjoni f'arranġamenti ta' aċċess u qsim tal-benefiċċji jibqgħu tal-Istati Membri u l-qrati tagħhom.
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 4a (ġdida)
(4a) Ir-riżorsi ġenetiċi għandhom jitħarsu fuq il-post u jiġu użati b'modi sostenibbli u l-benefiċċji li joħorġu mill-użu tagħhom għandhom jinqasmu b'mod ġust u ekwu. Dan jikkontribwixxi għall-qirda tal-faqar u, għaldaqstant, għall-ilħuq tal-Għanijiet ta' Żvilupp għall-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti, kif rikonoxxut mill-preambolu tal-Protokoll ta' Nagoya dwar l-Aċċess għar-Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta' Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika ("il-Protokoll ta' Nagoya"), adottat fid-29 ta' Ottubru 2010 mill-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni. Bħala partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni, l-Unjoni u ħafna mill-Istati Membri tagħha ffirmaw il-Protokoll ta' Nagoya. Għandha tiġi appoġġjata l-kapaċità li b'mod effettiv jiġi implimentat dak il-Protokoll.
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 4b (ġdida)
(4b) Il-qsim tal-benefiċċji għandu jiġi kkunsidrat f'kuntest fejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw b'mod rikk fil-bijodiversità huma l-akbar fornituri ta' riżorsi ġenetiċi, filwaqt li l-utenti fil-biċċa l-kbira tagħhom jinsabu fil-pajjiżi żviluppati. Barra l-potenzjal li jikkontribwixxu lejn il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-bijodiversità, l-aċċess u l-qsim tal-benefiċċji jistgħu jkunu ta' kontribut għall-qerda tal-faqar u s-sostenibilità ambjentali u b'hekk għall-progress lejn l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju, kif rikonoxxut fil-preambolu tal-Protokoll ta' Nagoya. L-implimentazzjoni tal-Protokoll ta' Nagoya għandu jkollu l-għan ukoll li jiġi kkonkretizzat dan il-potenzjal.
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 4c (ġdida)
(4c) Id-dritt għall-ikel, stabbilit fl-Artikolu 25 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Artikolu 11 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, kif ukoll id-dritt ta' kull individwu li jgawdi mill-ogħla standard li jista' jinkiseb fis-saħħa rikonoxxut fl-Artikolu 12 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, huma ta' importanza kbira u għandhom jitħarsu dejjem.
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 4d (ġdida)
(4d) Kif inhu l-każ għar-riżorsi ġenetiċi, l-għarfien tradizzjonali assoċjat ma' tali riżorsi huwa kkonċentrat l-aktar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, partikolarment fil-komunitajiet indiġeni u lokali. Id-drittijiet ta' komunitajiet bħal dawn stabbiliti fil-Konvenzjoni Nru 169 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar il-Popli Indiġeni u t-Tribujiet kif ukoll fid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Popli Indiġeni adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fl-2007, għandhom jiġu rispettati u l-miżuri ta' implimentazzjoni tal-Unjoni għandhom jiffaċilitaw dan.
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 5
(5) Il-Konvenzjoni tirrikonoxxi li l-istati għandhom drittijiet sovrani u l-awtorità li jiddeterminaw l-aċċess għar-riżorsi ġenetiċi li jinsabu fil-ġurisdizzjoni tagħhom. Il-Konvenzjoni timponi obbligu fuq il-Partijiet kollha li jiffaċilitaw l-aċċess għar-riżorsi ġenetiċi li fuqhom għandhom drittijiet sovrani. Tagħmel ukoll mandatorju għall-Partijiet kollha li jieħdu miżuri biex jaqsmu b'mod ġust u ekwu r-riżultati tar-riċerka u l-iżvilupp u l-benefiċċji li joħorġu mill-użu kummerċjali u użu ieħor ta' riżorsi ġenetiċi mal-Parti li tipprovdi dawn ir-riżorsi. Dan il-qsim għandu jkun fuq termini miftiehma b'mod reċiproku. Il-Konvenzjoni tindirizza wkoll l-aċċess u l-qsim tal-benefiċċji fir-rigward tal-għarfien, l-innovazzjonijiet u l-prassi rilevanti tal-komunitajiet indiġeni u lokali rilevanti għall-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bijoloġika.
(5) Il-Konvenzjoni tirrikonoxxi li l-istati għandhom drittijiet sovrani u l-awtorità li jiddeterminaw l-aċċess għar-riżorsi ġenetiċi li jinsabu fil-ġurisdizzjoni tagħhom. Il-Konvenzjoni timponi obbligu fuq il-Partijiet kollha li jiffaċilitaw l-aċċess għar-riżorsi ġenetiċi, għall-użu li jirrispetta l-ambjent ta' Partijiet oħrajn, li fuqhom għandhom drittijiet sovrani. Tagħmel ukoll mandatorju għall-Partijiet kollha li jieħdu miżuri biex jaqsmu b'mod ġust u ekwu r-riżultati tar-riċerka u l-iżvilupp u l-benefiċċji li joħorġu mill-użu kummerċjali u użu ieħor ta' riżorsi ġenetiċi mal-Parti li tipprovdi dawn ir-riżorsi. Dan il-qsim għandu jsir wara li jiġi sodisfatt ir-rekwiżit dwar il-kunsens infurmat minn qabel tal-pajjiż tal-oriġini ta' dan ir-riżors u l-benefiċċji għandhom ikunu bbażati fuq termini miftiehma b'mod reċiproku. Il-Konvenzjoni tindirizza wkoll l-aċċess u l-qsim tal-benefiċċji fir-rigward tal-għarfien, l-innovazzjonijiet u l-prassi rilevanti tal-komunitajiet indiġeni u lokali rilevanti għall-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bijoloġika. Ir-riżorsi ġenetiċi għandhom, tabilħaqq, jintużaw b'mod bilanċjat u sostenibbli, filwaqt li l-komunitajiet lokali jkunu involuti b'mod leġittimu, minħabba li b'dan il-mod biss li l-opportunitajiet, l-iżviluppi u l-benefiċċji li joħorġu minn dan l-użu jistgħu jiġu kondiviżi b'mod ġust u ekwu bejn il-Partijiet kollha.
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 6
(6) Il-Protokoll ta' Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta' Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (il-Protokoll ta' Nagoya) huwa trattat internazzjonali adottat fid-29 ta' Ottubru 2010 mill-Partijiet għall-Konvenzjoni. Il-Protokoll ta' Nagoya jespandi b'mod sinifikanti r-regoli ġenerali tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess u l-qsim tal-benefiċċji għall-użu tar-riżorsi ġenetiċi u l-għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi.
(6) Il-Protokoll ta' Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta' Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (il-Protokoll ta' Nagoya) huwa trattat internazzjonali adottat fid-29 ta' Ottubru 2010 mill-Partijiet għall-Konvenzjoni. Il-Protokoll ta' Nagoya jagħti dettalji ulterjuri tar-regoli ġenerali tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess u l-qsim tal-benefiċċji monetarji u mhux monetarji għall-użu u l-kummerċjalizzazzjoni sussegwenti tar-riżorsi ġenetiċi u l-għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi.
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 7a (ġdida)
(7a) Il-Protokoll ta’ Nagoya japplika għar-riżorsi ġenetiċi li jidħlu fil-kamp tal-applikazzjoni tal-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni, għall-kuntrarju tal-kamp ta’ applikazzjoni usa’ tal-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni. Dan jimplika li l-Protokoll ta' Nagoya ma jwassalx sal-kamp ta’ applikazzjoni ġurisdizzjonali sħiħ tal-Artikolu 4, bħalma huma l-attivitajiet li jseħħu fl-inħawi tal-baħar ’il barra mill-ġurisdizzjoni nazzjonali. B’danakollu, xejn fil-Protokoll ta' Nagoya ma jżomm lill-Partijiet għall-istess Protokoll milli jwessgħu l-prinċipji tiegħu ħalli jkunu japplikaw għal attivitajiet ukoll li jseħħu f’dawn l-inħawi tal-baħar.
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 8
(8) Huwa importanti li jiġi stabbilit qafas ċar u sod għall-implimentazzjoni tal-Protokoll ta' Nagoya li għandu jtejjeb l-opportunitajiet disponibbli għall-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp ibbażati fuq in-natura fl-Unjoni. Huwa essenzjali wkoll biex ma jitħalliex użu ta' riżorsi ġenetiċi jew għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċiakkwistat illegalment fl-Unjoni, u li tiġi sostnuta l-implimentazzjoni effettiva tal-impenji tal-qsim tal-benefiċċji stabbiliti f'patti bi qbil reċiproku bejn il-fornituri u l-utenti.
(8) Huwa importanti li jiġi stabbilit qafas ċar u sod għall-implimentazzjoni tal-Protokoll ta' Nagoya u d-dispożizzjonijiet relevanti tal-Konvenzjoni li għandhom jappoġġaw l-objettiv ewlieni tiegħu, b'mod partikolari l-konservazzjoni tad-diversità bijoloġika, l-użu sostenibbli tal-komponenti tagħha u l-qsim ġust u ekwu tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-użu tar-riżorsi ġenetiċi. Dan jinkludi li ma jitħalliex isir użu ta' riżorsi ġenetiċi jew għarfien tradizzjonali assoċjat ma' tali riżorsiakkwistati illegalment fl-Unjoni. Huwa essenzjali wkoll li jissaħħu l-opportuntajiet disponibbli għal attivitajiet ta' riċerka u ta' żvilupp ibbażati fuq in-natura fl-Unjoni, b'mod partikolari billi jittejbu l-kundizzjonijiet għaċ-ċertezza ġuridika b'rabta mal-użu ta' riżorsi ġenetiċi u l-għarfien tradizzjonali.
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 8a (ġdida)
(8a) L-użu ta' riżorsi ġenetiċi miksuba illegalment, jew il-kummerċjalizzazzjoni sussegwenti ta' prodotti bbażati fuq dawn ir-riżorsi jew għarfien tradizzjonali assoċjat għandhom ikunu pprojbiti.
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 8b (ġdida)
(8b) Il-qafas maħluq b'dan ir-Regolament huwa meħtieġ ukoll sabiex tinżamm u tissaħħaħ il-fiduċja fost il-Partijiet, il-komunitajiet indiġeni u lokali, u l-gruppi ta' partijiet interessati involuti fl-aċċess u fil-qsim tal-benefiċċji tar-riżorsi ġenetiċi.
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 9
(9) Sabiex tiġi żgurata ċertezza ġuridika, huwa importanti li r-regoli li jimplimentaw il-Protokoll ta' Nagoya jkunu japplikaw biss għar-riżorsi ġenetiċi u l-għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi li jkunu aċċessibbli wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ta' Nagoya fl-Unjoni.
(9) Sabiex tiġi żgurata ċertezza ġuridika, huwa importanti li r-regoli li jimplimentaw il-Protokoll ta' Nagoya jkunu japplikaw biss għall-kisbiet ġodda u l-użu ġdid ta' riżorsi ġenetiċi u l-għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi li jitwettqu jew jibdew wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ta' Nagoya fl-Unjoni.
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 11
(11) Huwa importanti li jiġi ddefinit, skont il-Protokoll ta' Nagoya, li l-użu ta' riżorsi ġenetiċi jirreferi għar-riċerka u l-iżvilupp tal-kompożizzjoni ġenetika jew bijokimika ta' kampjuni ta' materjal ġenetiku, li jinkludu riċerka u żvilupp dwar komposti estratti minn materjal ġenetiku li ġie aċċessat f'Parti għall-Protokoll ta' Nagoya.
(11) Huwa importanti li jiġi ddefinit, skont il-Protokoll ta' Nagoya, li l-użu ta' riżorsi ġenetiċi jirreferi għar-riċerka u l-iżvilupp tal-kompożizzjoni ġenetika jew bijokimika ta’ riżorsi ġenetiċi. Għandu jiġi mifhum li r-riċerka u l-iżvilupp ifissru l-investigazzjoni u l-istudju tal-għamla ġenetika jew bijokimika tar-riżorsi ġenetiċi sabiex jiġu stabbiliti l-fatti u jintlaħqu konklużjonijiet, inkluż il-ħolqien ta' innovazzjonijiet u applikazzjonijiet prattiċi.
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 14
(14) Bil-ħsieb li tiġi żgurat implimentazzjoni effettiva tal-Protokoll ta' Nagoya, l-utenti kollha ta' riżorsi ġenetiċi u għarfien tradizzjonali assoċjat ma’ dawn ir-riżorsi għandhom jeżerċitaw id-diliġenza dovuta biex jiżguraw li r-riżorsi ġenetiċi u l-għarfien tradizzjonali assoċjat użati ġew aċċessati f'konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli u biex jiżguraw li, fejn rilevanti, il-benefiċċji jiġu kondiviżi. Madankollu, minħabba d-diversità tal-utenti fl-Unjoni mhuwiex xieraq li l-utenti kollha jiġu obbligati jieħdu l-istess miżuri biex jeżerċitaw id-diliġenza dovuta. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti biss elementi minimi tad-diliġenza dovuta. L-għażliet speċifiċi dwar l-għodod u l-miżuri applikati li jagħmlu l-utenti biex jeżerċitaw id-diliġenza dovuta għandhom ikunu sostnuti bir-rikonoxximent tal-aħjar prassi kif ukoll minn miżuri komplimentari b’sostenn għall-kodiċijiet ta’ kondotta settorjali, mudelli ta' klawżoli kuntrattwali, u linji gwida bil-ħsieb li tiżdied iċ-ċertezza ġuridika u jitnaqqsu l-ispejjeż. L-obbligu fuq l-utenti li tinżamm l-informazzjoni rilevanti għall-aċċess u l-qsim tal-benefiċċji għandu jkun limitata fiż-żmien, konsistenti mat-tul ta' żmien meħtieġ għal innovazzjoni eventwali.
(14) Bil-ħsieb li tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-Protokoll ta' Nagoya, l-utenti kollha ta' riżorsi ġenetiċi u għarfien tradizzjonali assoċjat ma’ dawn ir-riżorsi għandhom jeżerċitaw id-diliġenza dovuta biex jiżguraw li r-riżorsi ġenetiċi u l-għarfien tradizzjonali assoċjat użati jkunu ġew aċċessati f'konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli u biex jiżguraw li l-benefiċċji jiġu kondiviżi. Madankollu, minħabba d-diversità tal-utenti fl-Unjoni mhuwiex xieraq li l-utenti kollha jiġu obbligati jieħdu l-istess miżuri biex jeżerċitaw id-diliġenza dovuta. L-għażliet speċifiċi dwar l-għodod u l-miżuri applikati li jagħmlu l-utenti biex jeżerċitaw id-diliġenza dovuta għandhom ikunu sostnuti bir-rikonoxximent tal-aħjar prassi kif ukoll minn kodiċijiet ta’ kondotta settorjali, mudelli ta' klawżoli kuntrattwali, u linji gwida bil-ħsieb li tiżdied iċ-ċertezza ġuridika u jitnaqqsu l-ispejjeż. L-obbligu fuq l-utenti li tinżamm l-informazzjoni rilevanti għall-aċċess u l-qsim tal-benefiċċji għandu jkun limitata fiż-żmien, konsistenti mat-tul ta' żmien meħtieġ għal innovazzjoni eventwali.
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 14a (ġdida)
(14a) L-implimentazzjoni b’suċċess tal-Protokoll ta’ Nagoya tiddependi fuq l-innegozjar, min-naħa tal-utenti u tal-fornituri tar-riżorsi ġenetiċi jew tal-għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi, ta’ termini miftiehma b’mod reċiproku li jwasslu għal qsim ġust tal-benefiċċji filwaqt li jikkontribwixxu għall-objettiv usa’ tal-Protokoll ta' Nagoya li jikkontribwixxi għall-konservazzjoni tad-diversità bijoloġika.
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 16
(16) L-aħjar prassi żviluppati mill-utenti għandhom ikollhom rwol importanti fl-identifikazzjoni tal-miżuri tad-diliġenza dovuta li huma partikolarment adattati biex tintlaħaq konformità mas-sistema tal-implimentazzjoni tal-Protokoll ta' Nagoya b’livell għoli ta’ ċertezza ġuridika u bi spejjeż baxxi. L-utenti għandhom ikunu jistgħu jibnu fuq il-kodiċijiet ta’ kondotta għall-aċċess u l-qsim tal-benefiċċji eżistenti u żviluppati għas-settur akkademiku u industriji differenti. L-assoċjazzjonijiet tal-utenti għandhom ikunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni tiddetermina jekk taħlita speċifika ta' proċeduri, għodod jew mekkaniżmi ssorveljati minn assoċjazzjoni jistgħux jiġu rikonoxxuti bħala prassi tajba. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li l-implimentazzjoni, minn utent, ta' prassi tajba rikonoxxuta tnaqqas ir-riskju tan-nonkonformità tal-utent u tiġġustifika tnaqqis fl-ispezzjonijiet tal-konformità. L-istess għandu japplika għall-aħjar prassi adottati mill-grupp tal-Partijiet tal-Protokoll ta' Nagoya.
imħassar
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 17
(17) L-utenti għandhom jiddikjaraw li eżerċitaw id-diliġenza dovuta f’punti identifikati fil-katina tal-attivitajiet li jikkostitwixxu l-użu. Punti xierqa għal dawn id-dikjarazzjonijiet huma l-għoti ta' fondi pubbliċi għar-riċerka, meta tintalab l-approvazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodott żviluppat abbażi ta' riżorsi ġenetiċi jew waqt il-kummerċjalizzazzjoni meta ma tkunx meħtieġa approvazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. Ta' min jinnota li dikjarazzjoni magħmula meta tintalab approvazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni ma tikkostitwixxix parti mill-proċedura tal-approvazzjoni minnha nfisha u tkun indirizzata lill-awtoritajiet kompetenti stabbiliti skont dan ir-Regolament.
(17) tenti għandhom jiddikjaraw li eżerċitaw id-diliġenza dovuta f’punti identifikati fil-katina tal-attivitajiet u jipprovdu evidenza ta' dan. Punti xierqa għal dawn id-dikjarazzjonijiet huma l-istabbiliment ta' kunsens infurmat minn qabel u termini miftiehma b'mod reċiproku, it-teħid ta' fondi għar-riċerka, meta ssir applikazzjoni għal drittijiet ta' proprjetà intellettwali għand l-istituzzjonijiet nazzjonali, reġjonali jew internazzjonali relevanti, meta tintalab l-approvazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodott żviluppat abbażi ta' riżorsi ġenetiċi jew waqt il-kummerċjalizzazzjoni meta ma tkunx meħtieġa approvazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. B'mod partikolari d-dikjarazzjoni magħmula fl-applikazzjoni għal drittijiet tal-proprjetà intelletwalijew meta tintalab approvazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni ma tikkostitwixxix parti mill-proċedura tal-approvazzjoni minnha nfisha u tkun indirizzata lill-awtoritajiet kompetenti stabbiliti skont dan ir-Regolament.
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 18
(18) Il-ġbir ta' riżorsi ġenetiċi mis-selvaġġ fil-biċċa l-kbira jitwettaq għal skopijiet mhux kummerċjali minn riċerkaturi jew kolletturi universitarji. Fil-maġġoranza assoluta tal-każijiet u fi kważi s-setturi kollha, l-aċċess għal riżorsi ġenetiċi miġbura ġodda jinkiseb permezz ta' intermedjarji, kollezzjonijiet, jew aġenti li jakkwistaw riżorsi ġenetiċi minn pajjiżi terzi.
(18) Il-ġbir ta' riżorsi ġenetiċi mis-selvaġġ fil-biċċa l-kbira jitwettaq minn kolletturi u kumpaniji privati, li spiss iservu għal skopijiet kummerċjali, u minn riċerkaturi akkademiċi jew istituzzjonijiet xjentifiċi għal skopijiet mhux kummerċjali . Fil-maġġoranza assoluta tal-każijiet u fi kważi s-setturi kollha, l-aċċess għal riżorsi ġenetiċi miġbura ġodda jinkiseb permezz ta' intermedjarji, kollezzjonijiet, jew aġenti li jakkwistaw riżorsi ġenetiċi minn pajjiżi terzi, kemm kummerċjalment kif ukoll mhux kummerċjalment. Dan ir-Regolament għandu jiżgura li d-dispożizzjonijiet tat-termini miftiehma b'mod reċiproku għall-aċċess inizjali relevanti għat-trasferiment lil partijiet terzi jkunu rispettati mill-partijiet kollha involuti. F'ħafna każijiet l-użu jew il-kummerċjalizzazzjoni sussegwenti jistgħu jirrikjedu termini ġodda li jkunu miftiehma b'mod reċiproku minn qabel.
Emenda 28 Proposta għal regolament Premessa 19
(19) Il-kollezzjonijiet huma fornituri ewlenin ta' riżorsi ġenetiċi u għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi użati fl-Unjoni. Għandha tiġi stabbilita sistema ta' kollezzjonijiet ta' fiduċja tal-Unjoni. Dan ikun jiżgura li l-kollezzjonijiet inklużi fir-reġistru tal-kollezzjonijiet ta' fiduċja tal-Unjoni effettivament japplikaw miżuri biex ifornu biss kampjuni ta' riżorsi ġenetiċi lil persuni terzi flimkien ma' dokumentazzjoni li tipprovdi evidenza ġuridika tal-akkwist legali u l-istabbiliment ta' patti bi qbil reċiproku, fejn meħtieġ. Sistema ta' kollezzjonijiet ta' fiduċja tal-Unjoni għandha tnaqqas b'mod sostanzjali r-riskju li fl-Unjoni jintużaw riżorsi ġenetiċi miksuba illegalment. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jivverifikaw jekk kollezzjoni tissodisfax ir-rekwiżiti għar-rikonoxximent bħala kollezzjoni ta' fiduċja tal-Unjoni. L-utenti li jakkwistaw riżors ġenetiku minn kollezzjoni elenkata fir-reġistru tal-Unjoni għandhom jitqiesu li eżerċitaw id-diliġenza dovuta fir-rigward tat-tfittix tal-informazzjoni kollha meħtieġa. Dan ikun ta' benefiċċju b’mod partikulari għar-riċerkaturi akkademiċi kif ukoll għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.
(19) Il-biċċa l-kbira tal-kollezzjonijiet huma l-aktar fornituri aċċessibbli ta' riżorsi ġenetiċi u għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi użati fl-Unjoni. Bħala fornituri dawn jista' jkollhom rwol importanti fl-għoti ta' għajnuna lil utenti oħra fil-katina tal-kustodja sabiex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom. Sabiex dan iseħħ għandha tiġi stabbilita sistema ta' kollezzjonijiet reġistrati tal-Unjoni. Dan jiżgura li l-kollezzjonijiet reġistrati fil-livell tal-Unjoni effettivament japplikaw miżuri biex ifornu biss kampjuni ta' riżorsi ġenetiċi lil persuni terzi flimkien ma' dokumentazzjoni li tipprovdi evidenza ġuridika tal-akkwist legali u l-istabbiliment ta' patti bi qbil reċiproku, fejn meħtieġ. Sistema ta' kollezzjonijiet reġistrati tal-Unjoni għandha tnaqqas b'mod sostanzjali r-riskju li fl-Unjoni jintużaw riżorsi ġenetiċi miksuba illegalment. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jivverifikaw jekk kollezzjoni tissodisfax ir-rekwiżiti għal rikonoxximent bħala kollezzjoni reġistrata tal-Unjoni, fosthom li turi l-ħila li tirrispetta l-objettivi ġenerali tal-Protokoll ta’ Nagoya f’termini tal-kisba ta’ qsim ġust u ekwu tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-użu tar-riżorsi ġenetiċi u ta’ kontribut għall-konservazzjoni tal-bijodiversità. L-utenti li jakkwistaw riżors ġenetiku minn kollezzjoni elenkata fir-reġistru tal-Unjoni għandhom jitqiesu li eżerċitaw id-diliġenza dovuta fir-rigward tat-tfittix tal-informazzjoni kollha meħtieġa. Dan ikun ta' benefiċċju b’mod partikulari għar-riċerkaturi akkademiċi kif ukoll għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.
Emenda 29 Proposta għal regolament Premessa 19a (ġdida)
(19a) Il-kollezzjonijiet reġistrati tal-Unjoni għandhom josservaw l-objettiv tal-Protokoll ta' Nagoya. Dawn għandhom jikkontribwixxu għall-bini tal-kapaċità u s-sensibilizzazzjoni, f'konformità mal-Artikoli 21 u 22 tal-Protokoll sal-punt safejn jippermettu r-riżorsi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw jipprovdu finanzjament lil kollezzjonijiet għal tali attivitajiet. Kull kollezzjoni reġistrata tal-Unjoni għandha tfittex li tikkontribwixxi lejn l-isforzi sabiex jiġi dokumentat l-għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi, f'kooperazzjoni mal-komunitajiet indiġeni u lokali, l-awtoritajiet, l-antropoloġisti jew atturi oħra, kif xieraq. Tali għarfien għandu jiġi ttrattat b'rispett sħiħ għad-drittijiet relevanti. L-informazzjoni dwar dan l-għarfien għandha ssir pubblika meta din isservi għall-ħarsien tad-drittijiet relevanti u bl-ebda mod ma tmur kontrieh jew tostakolah.
Emenda 30 Proposta għal regolament Premessa 20
(20) L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw jekk l-utenti jikkonformawx mal-obbligi tagħhom. F’dak il-kuntest, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaċċettaw ċertifikati tal-konformità rikonoxxuti internazzjonalment bħala evidenza li r-riżorsi ġenetiċi koperti ġew akkwistati legalment u li kienu stabbiliti patti bi qbil reċiproku. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu wkoll reġistri tal-ispezzjonijiet imwettqa u l-informazzjoni rilevanti għandha ssir disponibbli f'konformità mad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali.
(20) L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw jekk l-utenti jikkonformawx mal-obbligi tagħhom. F’dak il-kuntest, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaċċettaw ċertifikati tal-konformità rikonoxxuti internazzjonalment bħala evidenza li r-riżorsi ġenetiċi koperti ġew akkwistati legalment u li kienu stabbiliti patti bi qbil reċiproku. Meta ċertifikat internazzjonali ma jkunx disponibbli, forom oħra legalment aċċettabbli ta' konformità għandhom jitqiesu bħala evidenza li r-riżorsi ġenetiċi koperti jkunu ġew akkwistati legalment u li jkunu ġew stabbiliti termini miftiehma b'mod reċiproku. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu wkoll reġistri tal-ispezzjonijiet imwettqa u l-informazzjoni rilevanti għandha ssir disponibbli f'konformità mad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali.
Emenda 31 Proposta għal regolament Premessa 22a (ġdida)
(22a) L-Unjoni għandha taġixxi b'mod proattiv sabiex tiżgura li jintlaħqu l-objettivi tal-Protokoll ta' Nagoya dwar mekkaniżmi multilaterali globali għall-qsim tal-benefiċċji sabiex jiżdiedu r-riżorsi biex jiġi appoġġjat il-ħarsien tad-diversità bijoloġika u l-użu sostenibbli tal-komponenti tagħha fuq livell globali.
Emenda 33 Proposta għal regolament Premessa 23
(23) Pjattaforma tal-Unjoni dwar l-aċċess għandha tippermetti diskussjonijiet dwar u tikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-aċċess fl-Istati Membri, it-tfassil u l-prestazzjonijiet tar-reġimi tal-aċċess, l-aċċess simplifikat għal riċerka mhux kummerċjali, prassi tal-aċċess ta' kollezzjonijiet fl-Unjoni, l-aċċess ta' partijiet interessati tal-Unjoni f'pajjiżi terzi u l-qsim tal-aħjar prassi.
(23) Pjattaforma tal-Unjoni dwar l-aċċess u l-qsim ġust u ekwu tal-benefiċċji għandha tippermetti diskussjonijiet dwar u tikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-aċċess fl-Istati Membri, it-tfassil u l-prestazzjonijiet tar-reġimi tal-aċċess u tal-qism tal-benefiċċji, l-aċċess simplifikat u l-qism tal-benefiċċji għal riċerka mhux kummerċjali, prassi tal-aċċess u tal-qsim tal-benefiċċji ta' kollezzjonijiet fl-Unjoni, l-aċċess u l-qsim tal-benefiċċji ta' partijiet interessati tal-Unjoni f'pajjiżi terzi u l-qsim tal-aħjar prassi. Il-pjattaforma tal-Unjoni għandha tirrispetta bis-sħiħ il-kompetenzi tal-Istat Membru u jkollha bħala objettiv li tiżgura, kif ikun xieraq, l-involviment tal-komunitajiet indiġeni u lokali skont il-Protokoll ta' Nagoya.
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jirregolaw l-aċċess u l-qsim tal-benefiċċji minn riżorsi ġenetiċi u għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi, skont id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll ta' Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta' Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (il-Protokoll ta' Nagoya).
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jirregolaw il-konformità mal-aċċess u l-qsim tal-benefiċċji minn riżorsi ġenetiċi u għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi, skont id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll ta' Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta' Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (il-Protokoll ta' Nagoya).
L-objettiv ta' dan ir-Regolament huwa l-qsim ġust u ekwu tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-użu tar-riżorsi ġenetiċi, bħala kontribut għall-konservazzjoni tad-diversità bijoloġika u għall-użu sostenibbli tal-komponenti tagħha, f'konformità mal-objettivi tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika ("il-Konvenzjoni").
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-obbligi għall-utenti ta' riżorsi ġenetiċi u ta' għarfien tradizzjonali assoċjat ma' riżorsi ġenetiċi. Is-sistema għall-implimentazzjoni tal-Protokoll ta' Nagoya stabbilita b'dan ir-Regolament tinkludi wkoll arranġamenti sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità min-naħa tal-utent mal-obbligi tagħhom u qafas għall-arranġamenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll li jridu jiġu mfassla u stabbiliti mill-Istati Membri tal-Unjoni. Dan ir-Regolament jinkludi wkoll dispożizzjonijiet li jħeġġeġ attivitajiet min-naħa ta' atturi relevanti għas-sensibilizzazzjoni tal-importanza tar-riżorsi ġenetiċi u l-għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi u kwistjonijiet relatati dwar l-aċċess u l-qsim ta' benefiċċji, kif ukoll attivitajiet li jikkontribwixxu lejn il-bini tal-kapaċità fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll ta' Nagoya.
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 2
Dan ir-Regolament japplika għal riżorsi ġenetiċi li fuqhom l-istati jeżerċitaw drittijiet sovrani u għall-għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi li jiġu aċċessati wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ta' Nagoya fl-Unjoni. Japplika wkoll għall-benefiċċji li joħorġu mill-użu ta' dawn ir-riżorsi ġenetiċi u għal għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi.
Dan ir-Regolament japplika għal riżorsi ġenetiċi li fuqhom l-istati jeżerċitaw drittijiet sovrani u għall-għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi li jiġu aċċessati wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ta' Nagoya fl-Unjoni. Japplika wkoll għall-benefiċċji li joħorġu mill-użu ta' dawn ir-riżorsi ġenetiċi u għal għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi,
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal riżorsi ġenetiċi li l-aċċess u l-qsim tal-benefiċċji tagħhom huwa rregolat minn xi strument internazzjonali speċjalizzat li l-Unjoni hija Parti fih.
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal riżorsi ġenetiċi li l-aċċess u l-qsim tal-benefiċċji tagħhom huwa rregolat minn xi strument internazzjonali speċjalizzat li l-Unjoni hija Parti fih.
Dan ir-Regolament ma japplikax għal riżorsi ġenetiċi minn pajjiż ta' oriġini li ddeċieda li ma jadottax regoli domestiċi ta' aċċess f'konformità mar-rekwiżiti tal-Protokoll ta' Nagoya fis-seħħ jew għall-kummerċ fil-komoditajiet b'mod ġenerali. Għandhom jitqiesu kif xieraq il-ħidma jew il-prattiki utli u relevanti adottati minn organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn.
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt 3
(3) "riżorsi ġenetiċi" tfisser materjal ġenetiku ta' valur attwali jew potenzjali;
(3) "riżorsi ġenetiċi" tfisser materjal ġenetiku ta' valur attwali jew potenzjali, jew derivattivi tiegħu;
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt 3a (ġdid)
(3a) “derivattiv” tfisser kompost bijokemikali li jiġi b’mod naturali u li jkun ir-riżultat tal-espressjoni ġenetika jew il-metaboliżmu ta' riżorsi bijoloġiċi jew ġenetiċi, anke jekk ma jkollux unitajiet funzjonali tal-eredità;
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt 5
(5) "utent" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tuża riżorsi ġenetiċi jew għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi;
(5) "utent" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tuża riżorsi ġenetiċi jew għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi jew li sussegwentement tikkummerċjalizza riżorsi ġenetiċi jew prodotti bbażati fuq riżorsi ġenetiċi jew għarfien tradizzjonali assoċjat ma' riżorsi ġenetiċi;
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt 6
(6) "użu ta' riżorsi ġenetiċi" tfisser it-twettiq ta' riċerka u żvilupp fuq il-kompożizzjoni ġenetika jew bijokimika ta' riżorsi ġenetiċi;
(6) "użu ta' riżorsi ġenetiċi" tfisser it-twettiq ta' riċerka u żvilupp fuq il-kompożizzjoni ġenetika jew bijokimika ta' riżorsi ġenetiċi inkluż permezz tal-applikazzjoni tal-bijoteknoloġija;
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt 6a (ġdid)
(6a) "kummerċjalizzazzjoni", għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, tfisser li prodott isir disponibbli fis-suq tal-Unjoni.
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt 6b (ġdid)
(6b) "bioteknoloġija" tfisser kull applikazzjoni tekonoloġika li tuża sistemi bijoloġiċi, ħlejjaq ħajjin, jew derivattivi minnhom, biex tagħmel jew tibdel prodotti jew proċessi għal użu speċifiku;
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt 8a (ġdid)
(8 a) "riżorsi ġenetiċi miksuba illegalment" tfisser riżorsi ġenetiċi u għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi miksuba bi ksur tal-liġi nazzjonali jew internazzjonali applikabbli dwar l-aċċess u l-qsim tal-benefiċċji fil-pajjiż tal-oriġini;
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt 11
(11) "ċertifikat tal-konformità rikonoxxut internazzjonalment" tfisser permess ta' aċċess jew l-ekwivalenti tiegħu maħruġ minn awtorità nazzjonali kompetenti skont l-Artikolu 6(3)(e) tal-Protokoll ta' Nagoya, li jitqiegħed għad-dispożizzjoni taċ-Ċentru ta' Skambju tal-Aċċess u l-Qsim tal-Benefiċċji;
Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt 12
(12) "Ċentru ta' Skambju tal-Aċċess u l-Qsim tal-Benefiċċji" tfisser il-portal globali għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 14(1) tal-Protokoll ta' Nagoya.
-1. L-użu ta' riżorsi ġenetiċi miksuba illegalment għandu jiġi pprojbit fl-Unjoni.
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1
1. L-utenti għandhom jeżerċitaw id-diliġenza dovuta biex jiżguraw li r-riżorsi ġenetiċi u l-għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi użati ġew aċċessati skont il-leġiżlazzjoni jew ir-rekwiżiti regolatorji applikabbli għall-aċċess u l-qsim tal-benefiċċji u li, meta jkun rilevanti, il-benefiċċji jinqasmu b'mod ġust u ekwu skont termini miftiehma b'mod reċiproku. L-utenti għandhom ifittxu, iżommu, u jittrasferixxu lill-utenti sussegwenti l-informazzjoni rilevanti għall-aċċess u l-qsim tal-benefiċċji.
1. L-utenti għandhom jeżerċitaw id-diliġenza dovuta biex jiżguraw li r-riżorsi ġenetiċi u l-għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi użati ġew aċċessati b'kunsens infurmat minn qabel u bbażati fuq termini miftiehma b'mod reċiproku kif definiti mil-leġiżlazzjoni jew ir-rekwiżiti regolatorji applikabbli għall-aċċess u l-qsim tal-benefiċċji u li l-benefiċċji jinqasmu b'mod ġust u ekwu skont it-termini miftiehma. L-utenti għandhom ifittxu, iżommu, u jittrasferixxu lill-utenti sussegwenti l-informazzjoni u d-dokumenti kollha rilevanti għall-aċċess u l-qsim tal-benefiċċji u għall-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
1a. Ir-riżorsi ġenetiċi u l-għarfien tradizzjonali assoċjat magħhom għandhom biss ikunu ttrasferiti lil utenti oħrajn f'konformità maċ-ċertifikat tal-konformità rikonoxxut internazzjonalment u skont termini miftiehma b'mod reċiproku, jew kunsens infurmat minn qabel u termini miftiehma b'mod reċiproku. Fin-nuqqas ta' termini miftiehma b'mod reċiproku jew jekk utenti sussegwenti jbassru li jużaw dawn ir-riżorsi ġenetiċi jew għarfien tradizzjonali taħt kundizzjonijiet li mhumiex inklużi fit-termini miftiehma minn qabel, dawk l-utenti jkunu rikjesti li jfittxu termini miftiehma b'mod reċiproku mill-pajjiż tal-oriġini.
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2
2. L-utenti għandhom:
2. L-utenti għandhom:
(a) ifittxu, iżommu u jittrasferixxu lill-utenti sussegwenti informazzjoni dwar:
(a) ifittxu, iżommu u jittrasferixxu lill-utenti sussegwenti informazzjoni dwar iċ-ċertifikat tal-konformità rikonoxxut internazzjonalment, fil-każ tar-riżorsi ġenetiċi miksuba minn Partijiet għall-Protokoll ta' Nagoya li għandhom aċċess regolat għar-riżorsi ġenetiċi tagħhom b'konformità mal-Artikolu 6 tal-Protokoll ta' Nagoya, kif ukoll dwar il-kontenut tat-termini miftiehma b'mod reċiproku, u informazzjoni dwar:
(1) id-data u l-post tal-aċċess tar-riżorsi ġenetiċi u l-għarfien tradizzjonali assoċjat ma' dawn ir-riżorsi;
(1) id-data u l-post tal-aċċess tar-riżorsi ġenetiċi u l-għarfien tradizzjonali assoċjat ma' dawn ir-riżorsi;
(2) id-deskrizzjoni tar-riżorsi ġenetiċi jew l-għarfien tradizzjonali assoċjat ma' dawn ir-riżorsi użati, inkluż identifikaturi uniċi disponibbli;
(2) id-deskrizzjoni tar-riżorsi ġenetiċi jew l-għarfien tradizzjonali assoċjat ma' dawn ir-riżorsi użati, inkluż identifikaturi uniċi disponibbli;
(3) is-sors minn fejn ir-riżorsi jew l-għarfien kienu direttament miksuba kif ukoll l-utenti sussegwenti tar-riżorsi ġenetiċi jew l-għarfien tradizzjonali assoċjat ma' dawn ir-riżorsi;
(3) is-sors minn fejn ir-riżorsi jew l-għarfien kienu direttament miksuba kif ukoll l-utenti sussegwenti tar-riżorsi ġenetiċi jew l-għarfien tradizzjonali assoċjat ma' dawn ir-riżorsi;
(4) il-preżenza jew l-assenza ta' drittijiet u obbligi relatati mal-aċċess u l-qsim tal-benefiċċji;
(4) il-preżenza jew l-assenza ta' drittijiet u obbligi relatati mal-aċċess u l-qsim tal-benefiċċji;
(5) deċiżjonijiettal-aċċess u patti bi qbil reċiproku, fejn applikabbli;
(5) permessi għall-aċċess u patti bi qbil reċiproku, inklużi arranġamenti għall-qsim tal-benefiċċji, fejn applikabbli;
(6) l-applikazzjoni ta' rekwiżiti għall-aċċess u l-qsim tal-benefiċċji ta' strumenti internazzjonali speċjalizzati fis-sens tal-Artikolu 2, li jistgħu jillimitaw jew inaqqsu l-obbligi tal-utent skont dan ir-Regolament. F'dan il-każ l-informazzjoni għandha tindika wkoll li l-użu jkun kopert mill-istrumenti speċjalizzati;
(b) kif tinkiseb informazzjoni jew evidenza addizzjonali fejn jippersistu inċertezzi dwar il-legalità tal-aċċess u l-użu; kif ukoll
(b) kif tinkiseb informazzjoni jew evidenza addizzjonali fejn jippersistu inċertezzi dwar il-legalità tal-aċċess u l-użu; kif ukoll
(c) kif jinkiseb permess ta' aċċess xieraq, jiġu stabbiliti patti bi qbil reċiproku, jew jiġi tterminat l-użu fejn ikun jidher li l-aċċess ma kienx skont il-leġiżlazzjoni jew ir-rekwiżiti regolatorji applikabbli għall-aċċess u l-qsim tal-benefiċċji.
(c) kif jinkiseb permess ta' aċċess xieraq, jiġu stabbiliti patti bi qbil reċiproku, jew jiġi tterminat l-użu fejn ikun jidher li l-aċċess ma kienx skont il-leġiżlazzjoni jew ir-rekwiżiti regolatorji applikabbli għall-aċċess u l-qsim tal-benefiċċji.
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3
3. L-utenti għandhom iżommu l-informazzjoni rilevanti għall-aċċess u l-qsim tal-benefiċċji għal għoxrin sena wara t-tmiem tal-perjodu tal-użu.
3. L-utenti għandhom iżommu l-informazzjoni rilevanti għall-aċċess u l-qsim tal-benefiċċji għal għoxrin sena wara t-tmiem tal-perjodu tal-użu jew il-kummerċjalizzazzjoni sussegwenti.
4a. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 14a sabiex tistabbilixxi r-regoli għall-qsim tal-benefiċċji skont il-paragrafu 4a sa ...1. Dawk ir-regoli għandhom jirrikjedu li jkun hemm qsim tal-benefiċċji tal-anqas fil-livell tal-aħjar prassi fis-settur ikkonċernat u jistabbilixxu kundizzjonijiet għall-qsim ta' benefiċċji mhux monetarji.
____________________
1 Sitt xhur wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament..
4b. L-utenti, meta jinnegozjaw termini miftiehma b’mod reċiproku mal-fornituri ta’ riżorsi ġenetiċi jew ta’ għarfien tradizzjonali assoċjat ma’ riżorsi ġenetiċi, għandhom ifittxu li jiżguraw li tali termini jikkontribwixxu għall-konservazzjoni tad-diversità bijoloġika u l-użu sostenibbli tal-komponenti tagħha u għat-trasferiment tat-teknoloġija għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw.
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 5
Artikolu 5
imħassar
Kollezzjonijiet ta' fiduċja tal-Unjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru tal-Unjoni għall-kollezzjonijiet ta' fiduċja. Dak ir-reġistru għandu jkun fuq l-Internet, aċċessibbli faċilment għall-utenti, u għandu jinkludi kollezzjonijiet ta' riżorsi ġenetiċi identifikati bħala li jissodisfaw il-kriterji tal-kollezzjonijiet ta' fiduċja tal-Unjoni.
2. Kull Stat Membru għandu, fuq talba minn kollezzjoni fil-ġuriżdizzjoni tiegħu, jikkunsidra l-inklużjoni ta' din il-kollezzjoni fir-reġistru tal-Unjoni ta' kollezzjonijiet ta' fiduċja. Wara li jivverifika li l-kollezzjoni tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3, l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bl-isem, id-dettalji ta' kuntatt, u t-tip ta’ dik il-kollezzjoni. Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tinkludi l-informazzjoni li tirċievi fir-reġistru ta' kollezzjonijiet ta' fiduċja tal-Unjoni.
3. Sabiex kollezzjoni tiġi inkluża fir-reġistru ta' kollezzjonijiet ta' fiduċja tal-Unjoni, sid il-kollezzjoni għandu juri l-kapaċità tiegħu li:
(a) japplika proċeduri standard għall-iskambju ta' kampjuni ta' riżorsi ġenetiċi u informazzjoni relatata ma' kollezzjonijiet oħra, u li jforni kampjuni ta' riżorsi ġenetiċi u informazzjoni relatata lil persuni terzi għall-użu tagħhom;
(b) iforni kampjuni ta' riżorsi ġenetiċi u informazzjoni relatata lil terzi persuni għall-użu tagħhom biss b'dokumentazzjoni li tipprovdi evidenza li r-riżorsi u l-informazzjoni ġew aċċessati f'konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli u, fejn rilevanti, skont patti bi qbil reċiproku għall-qsim ġust u ekwu tal-benefiċċji;
(c) iżomm rekords tal-kampjuni kollha ta' riżorsi ġenetiċi u informazzjoni relatata fornuti lil terzi persuni għall-użu tagħhom;
(d) jistabbilixxi jew juża identifikaturi uniċi għall-kampjuni ta' riżorsi ġenetiċi fornuti lil terzi persuni;
(e) juża għodod ta' traċċar u monitoraġġ xierqa għall-iskambju, ma' kollezzjonijiet oħra, ta’ kampjuni ta' riżorsi ġenetiċi u informazzjoni relatata.
4. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw regolarment li kull kollezzjoni taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom inkluża fir-reġistru tal-Unjoni ta' kollezzjonijiet ta' fiduċja effettivament tapplika l-miżuri stabbiliti fil-paragrafu 3.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien jekk xi kollezzjoni taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom inkluża fir-reġistru tal-Unjoni ma tibqax tikkonforma mal-paragrafu 3.
5. Fejn ikun hemm evidenza li kollezzjoni inkluża fir-reġistru ta' kollezzjonijiet ta' fiduċja tal-Unjoni mhix qed tapplika l-miżuri stabbiliti fil-paragrafu 3, l-Istat Membru konċernat għandu mingħajr dewmien jidentifika azzjonijiet ta’ rimedju fi djalogu ma' sid il-kollezzjoni konċernata.
Il-Kummissjoni għandha tneħħi kollezzjoni mir-reġistru ta' kollezzjonijiet ta' fiduċja tal-Unjoni meta, b’mod partikolari abbażi tal-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 4, tkun iddeterminat li kollezzjoni inkluża fir-reġistru ta' kollezzjonijiet ta' fiduċja tal-Unjoni jkollha diffikultajiet importanti jew persistenti biex tikkonforma mal-paragrafu 3.
6. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu. L-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(2).
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2
2. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-disponibbiltà tal-pubbliku, inkluż fuq l-internet, lista tal-awtoritajiet kompetenti. Il-Kummissjoni għandha żżomm il-lista aġġornata.
2. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-disponibbiltà tal-pubbliku, inkluż fuq l-internet, lista tal-awtoritajiet kompetenti. Il-Kummissjoni għandha żżomm il-lista aġġornata; għandha tingħata attenzjoni partikolari lir-reġjuni l-aktar imbiegħda, filwaqt li jitqiesu l-importanza u l-fraġilità tar-riżorsi ġenetiċi preżenti fuq it-territorji tagħhom, u bil-għan li jiġi evitat kull sfruttament abbużiv tagħhom.
(3a) Il-punt ta' kuntatt innominat mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3 għandu jiżgura konsultazzjoni mal-korpi relevanti tal-Unjoni stabbiliti skont, u mal-awtoritajiet nazzjonali li jimplimentaw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/971.
3b. L-awtoritajiet kompetenti u l-punt ta' kuntatt dwar l-aċċess u l-qsim tal-benefiċċji għandhom jipprovdu pariri lill-pubbliku u lill-utenti potenzjali li jfittxu l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tad-dispożizzjonijiet relevanti tal-Konvenzjoni u tal-Protokoll ta' Nagoya fl-Unjoni.
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jitolbu lir-riċevituri kollha ta' fondi pubbliċi għar-riċerka li tinvolvi l-użu ta' riżorsi ġenetiċi u għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi li jiddikjaraw li se jeżerċitaw id-diliġenza dovuta skont l-Artikolu 4.
imħassar
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2
2. L-utenti għandhom jiddikjaraw mal-awtoritajiet kompetenti stabbiliti skont l-Artikolu 6(1) li huma eżerċitaw id-diliġenza dovuta skont l-Artikolu 4 fl-okkażjoni meta talbu l-approvazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodott żviluppat fuq il-bażi ta' riżorsi ġenetiċi jew għarfien tradizzjonali assoċjat ma' dawn ir-riżorsi, jew fil-waqt tal-kummerċjalizzazzjoni meta ma tkunx meħtieġa approvazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni.
2. L-utenti għandhom jiddikjaraw mal-awtoritajiet kompetenti stabbiliti skont l-Artikolu 6(1) li huma jkunu ssodisfaw l-obbligi skont l-Artikolu 4 u li għandhom jippreżentaw l-informazzjoni relatatameta:
(a) jistabbilixxu kunsens infurmat minn qabel u patti bi qbil reċiproku;
(b) jirċievu fondi ta' riċerka li jinvolvu l-użu ta' riżorsi ġenetiċi u għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi;
(c) japplikaw, għand l-istituzzjonijiet nazzjonali, reġjonali jew internazzjonali relevanti, għal privattivi jew għal drittijiet dwar varjetajiet ta' pjanti ġodda li jkopru, fost l-oħrajn, ir-riżorsi ġenetiċi, il-prodotti, inklużi d-derivattivi, u l-proċessi derivattivi mil-użu tal-bijoteknoloġija li għandhom aċċess għalihom, jew l-għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi;
(d) jitolbu l-approvazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodott żviluppat fuq il-bażi ta' riżorsi ġenetiċi jew għarfien tradizzjonali assoċjat ma' dawn ir-riżorsi, jew
(e) fil-mument tal-kummerċjalizzazzjoni meta ma tkunx meħtieġa approvazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni.
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 3
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni kull sentejn l-informazzjoni li taslilhom abbażi tal-paragrafi 1 u 2. Il-Kummissjoni għandha tqassar l-informazzjoni li tirċievi u tagħmilha disponibbli għaċ-Ċentru ta' Skambju tal-Aċċess u l-Qsim tal-Benefiċċji.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw l-informazzjoni provduta skont il-punti (b) sa (e) tal-paragrafu 2 u jittrażmettu lill-Mekkaniżmu taċ-Ċentru ta' Skmabju tal-Aċċess u l-Qsim tal-Benefiċċji, lill-Kummissjoni u, jekk ikun il-każ, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat konċernat fi żmien tliet xhur l-informazzjoni li taslilhom skont dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien tliet xhur, tqassar l-informazzjoni li tirċievi u tagħmilha disponibbli għall-pubbliku f'format faċilment aċċessibbli, miftuħ u bbażat fuq l-internet.
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 8
L-aħjar prassi
imħassar
Kull assoċjazzjoni tal-utenti tista' tippreżenta applikazzjoni lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent bħala l-aħjar prassi ta' taħlita ta' proċeduri, għodod jew mekkaniżmi żviluppati u ssorveljati minnha. L-applikazzjoni għandha tkun sostnuta b'evidenza u informazzjoni.
Fejn, abbażi tal-informazzjoni u l-evidenza pprovduta lilha minn assoċjazzjoni tal-utenti, il-Kummissjoni tiddetermina li taħlita speċifika ta' proċeduri, għodod jew mekkaniżmi, meta implimentata b’mod effettiv minn utent, tippermetti lill-utent jikkonforma mal-obbligi tagħha stabbiliti fl-Artikoli 4 u 7, il-Kummissjoni għandha tagħti rikonoxximent bħala l-aħjar prassi.
Assoċjazzjoni tal-utenti għandha tinforma lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tibdil jew aġġornament li jsir fl-aħjar prassi rikonoxxut li għalih kienet ingħatat rikonoxximent skont il-paragrafu 2.
Jekk evidenza minn awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew sorsi oħra tindika każi ripetuti fejn utenti li jimplimentaw l-aħjar prassi ma jikkonformawx mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha teżamina fi djalogu mal-assoċjazzjoni tal-utenti rilevanti jekk il-każijiet ripetuti ta' nuqqas ta' konformità jindikawx defiċjenzi possibbli fl-aħjar prassi.
Il-Kummissjoni għandha tirtira r-rikonoxximent tal-aħjar prassi, meta tkun iddeterminat li bidliet fl-aħjar prassi jikkompromettu l-ħila tal-utent li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4 u 7, jew meta każijiet ripetuti ta' nuqqas ta' konformità mill-utenti jirrelataw ma’ defiċenzi fil-prattika.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornat reġistru bbażat fuq l-internet tal-aħjar prassi rikonoxxuti. Dak ir-reġistru għandu jelenka f'taqsima waħda l-aħjar prassi rikonoxxuti mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u juri f'taqsima oħra l-aħjar prassi adottati abbażi tal-Artikolu 20(2) tal-Protokoll ta' Nagoya.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu. L-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(2).
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 9
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu spezzjonijiet biex jivverifikaw jekk l-utenti humiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 u 7.
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu spezzjonijiet biex jivverifikaw jekk l-utenti humiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 u 7.
2. L-ispezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jitwettqu skont pjan rivedut perjodikament skont approċċ bbażat fuq ir-riskju. Meta jiżviluppaw l-approċċ ibbażat fuq riskju, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li l-implimentazzjoni minn utent tal-aħjar prassi rikonoxxuta skont l-Artikolu 8(2) ta' dan ir-Regolament jew skont l-Artikolu 20(2) tal-Protokoll ta' Nagoya tnaqqas ir-riskju tan-nuqqas ta’ konformità ta' dak l-utent.
2. L-ispezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jitwettqu skont pjan rieżaminat perjodikament skont approċċ ibbażat fuq ir-riskju, li l-prinċipji ewlenin tiegħu għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2).
3. Jistgħu jitwettqu spezzjonijiet meta awtorità kompetenti jkollha f’idejha informazzjoni rilevanti, inkluż abbażi ta’ tħassib sostenut mogħti minn partijiet terzi, rigward in-nuqqas ta' konformità tal-utenti ma' dan ir-Regolament.
3. Għandhom jitwettqu spezzjonijiet ulterjuri meta awtorità kompetenti jkollha f’idejha informazzjoni rilevanti, inkluż abbażi ta’ tħassib sostanzjat mogħti minn partijiet terzi, rigward in-nuqqas ta' konformità tal-utenti ma' dan ir-Regolament.
4. L-ispezzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas:
4. L-ispezzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas:
(a) eżami tal-miżuri meħuda minn utent li jeżerċita d-diliġenza dovuta skont l-Artikolu 4;
(a) eżami tal-miżuri meħuda minn utent li jeżerċita d-diliġenza dovuta skont l-Artikolu 4;
(b) eżami tad-dokumentazzjoni u r-rekords li juru l-eżerċizzju tad-diliġenza dovuta skont l-Artikolu 4 b’rabta mal-attivitajiet ta’ użu speċifiku;
(b) eżami tad-dokumentazzjoni u r-rekords li juru l-eżerċizzju tad-diliġenza dovuta skont l-Artikolu 4 b’rabta mal-attivitajiet ta’ użu speċifiku;
(c) spezzjonijiet fuq il-post, inklużi awditi fuq il-post;
(c) spezzjonijiet fuq il-post, inklużi awditi fuq il-post;
(d) eżami tal-okkazzjonijiet meta utent kien obbligat jagħmel dikjarazzjonijiet skont l-Artikolu 7.
(d) eżami tal-okkazzjonijiet meta utent kien obbligat jagħmel dikjarazzjonijiet skont l-Artikolu 7.
5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaċċettaw ċertifikat tal-konformità rikonoxxut internazzjonalment bħala evidenza li r-riżors ġenetiku li jkopri kien aċċessat b'kunsens infurmat minn qabel u li jkunu ġew stabbiliti patti bi qbil reċiproku, kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni jew mir-rekwiżiti regolatorji interni dwar l-aċċess u l-qsim tal-benefiċċji tal-Parti għall-Protokoll ta' Nagoya li jipprevedu kunsens infurmat minn qabel.
5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaċċettaw ċertifikat tal-konformità rikonoxxut internazzjonalment bħala evidenza li r-riżors ġenetiku li jkopri kien aċċessat b'kunsens infurmat minn qabel u li jkunu ġew stabbiliti patti bi qbil reċiproku, kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni jew mir-rekwiżiti regolatorji interni dwar l-aċċess u l-qsim tal-benefiċċji tal-Parti għall-Protokoll ta' Nagoya li jipprevedu kunsens infurmat minn qabel. F'każ li ċertifikat rikonoxxut internazzjonalment ma jkunx disponibbli, forom oħra legalment aċċettabbli ta' konformità għandhom jitqiesu bħala evidenza biżżejjed li r-riżorsi ġenetiċi koperti ġew akkwistati legalment u li ġew stabbiliti termini miftiehma b'mod reċiproku.
6. L-utenti għandhom joffru kull għajnuna meħtieġa biex jiffaċilitaw it-twettiq tal-ispezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-binjiet u l-preżentazzjoni ta' dokumenti jew rekords.
6. L-utenti għandhom joffru kull għajnuna meħtieġa biex jiffaċilitaw it-twettiq tal-ispezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-binjiet u l-preżentazzjoni ta' dokumenti jew rekords.
7. Bla ħsara għall-Artikolu 11, meta, wara l-ispezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jinstabu xi nuqqasijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu avviż ta' azzjonijiet ta' rimedju li jridu jittieħdu mill-utent.
7. Bla ħsara għall-Artikolu 11, meta, wara l-ispezzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 3 ta' dan l-Artikolu, jew wara verifika skont l-Artikolu 7(2), jinstabu xi nuqqasijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu avviż ta' azzjonijiet ta' rimedju li jridu jittieħdu mill-utent.
Barra minn hekk, skont il-gravità tan-nuqqasijiet misjuba, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri interim immedjati, inkluż fost l-oħrajn il-konfiska ta' riżorsi ġenetiċi akkwistati illegalment u sospensjoni ta' attivitajiet speċifiċi ta' użu.
Jekk ma tingħata l-ebda risposta pożittiva jew sodisfaċenti mill-utent, u skont il-gravità tan-nuqqasijiet misjuba, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri interim immedjati, inkluż fost l-oħrajn il-konfiska ta' riżorsi ġenetiċi akkwistati illegalment u sospensjoni ta' attivitajiet speċifiċi ta' użu, fosthom il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti bbażati fuq riżorsi ġenetiċi u għarfien tradizzjonali assoċjat. Tali miżuri interim għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.
8. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 sa 7 ta' dan l-Artikolu. L-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(2).
8. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 14a biex tistabbilixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 sa 7 ta' dan l-Artikolu u tiddefinixxi salvagwardji proċedurali, bħad-dritt tal-appell, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet skont l-Artikou 7 u l-Artikoli 9 sa 11.
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2
2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli f’konformità mad-Direttiva 2003/4/KE.
2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli f'konformità mad-Direttiva 2003/4/KE f'format faċilment aċċessibbli, miftuħ u bbażat fuq l-internet.
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2
2. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dawn il-penali jistgħu jinkludu:
2. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dawn il-penali jistgħu jinkludu:
(a) multi;
(a) multi proporzjonati għall-valur tal-attivitajiet ta' użu relatati mar-riżorsi ġenetiċi kkonċernati u li tal-anqas iċaħħdu lil dawk responsabbli mill-benefiċċji ekonomiċi derivati mill-ksur;
(b) sospensjoni immedjata ta' attivitajiet ta' użu speċifiku;
(b) sospensjoni immedjata ta' attivitajiet ta' użu speċifiku, fosthom il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti bbażati fuq riżorsi ġenetiċi u l-għarfien tradizzjonali assoċjat;
(c) konfiska ta' riżorsi ġenetiċi akkwistati illegalment.
(c) konfiska ta' riżorsi ġenetiċi akkwistati illegalment.
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoperaw ma' xulxin, mal-awtoritajiet amministrattivi ta' pajjiżi terzi u mal-Kummissjoni sabiex jiżguraw konformità tal-utenti ma' dan ir-Regolament.
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoperaw ma' xulxin, mal-awtoritajiet amministrattivi ta' pajjiżi terzi u mal-Kummissjoni sabiex isaħħu l-koordinazzjoni effettiva u jiżguraw konformità tal-utenti ma' dan ir-Regolament. Għandh a sseħħ ukoll kooperazzjoni ma' atturi relevanti oħra, inklużi kollezzjonijiet, organizzazzjonijiet nongovernattivi u rappreżentanti tal-komunitajiet indiġeni u lokali meta dan ikun ta' importanza għall-implimentazzjoni korretta tal-Protokoll ta' Nagoya u dan ir-Regolament.
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 2
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw informazzjoni, dwar nuqqasijiet serji li jinstabu permezz tal-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9(1) u dwar it-tipi ta' penali imposti f'konformità mal-Artikolu 11, mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra u mal-Kummissjoni.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tas-sistema ta’ spezzjonar tagħhom għall-monitoraġġ tal-konformità tal-utenti ma’ dan ir-Regolament, dwar nuqqasijiet serji li jinstabu permezz tal-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9(4) u fl-Artikolu 10(1) u dwar it-tipi ta' penali imposti f'konformità mal-Artikolu 11, mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra u mal-Kummissjoni.
2a. Il-Kummissjoni għandha tfittex li tagħmel arranġamenti mal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi u mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali biex tiżgura li r-referenzi għal riżorsi ġenetiċi u l-oriġini tagħhom jiġu inklużi fir-reġistrazzjonijiet tal-privattivi.
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 13 – titolu
Pjattaforma tal-Unjoni dwar l-aċċess
Pjattaforma tal-Unjoni dwar l-aċċess u l-qsim tal-benefiċċji
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1
1. B'dan qiegħda tiġi stabbilita Pjattaforma tal-Unjoni dwar l-aċċess għal riżorsi ġenetiċi u għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi.
1. B'dan qiegħda tiġi stabbilita Pjattaforma tal-Unjoni dwar l-aċċess għal riżorsi ġenetiċi u għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi u dwar il-qsim ġust u ekwu tal-benefiċċji. L-Istati Membri li jikkontemplaw li jadottaw regoli dwar l-aċċess fir-rigward tar-riżorsi ġenetiċi tagħhom għandhom l-ewwel iwettqu valutazzjoni tal-impatt ta’ dawn ir-regoli u jressqu r-riżultat ta’ din il-valutazzjoni lill-pjattaforma tal-Unjoni biex jiġi kkunsidrat skont il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 2
2. Il-pjattaforma tal-Unjoni għandha tikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-aċċess fil-livell tal-Unjoni billi tiddiskuti kwistjonijiet relatati, inklużi d-disinn u l-prestazzjonijiet tar-reġimi tal-aċċess stabbiliti fl-Istati Membri, l-aċċess issimplifikat għal riċerka mhux kummerċjali, l-aħjar prassi tal-kollezzjonijiet fl-Unjoni, l-aċċess ta' partijiet interessati tal-Unjoni f'pajjiżi terzi u l-qsim tal-aħjar prassi.
2. Il-pjattaforma tal-Unjoni għandha tikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-aċċess fil-livell tal-Unjoni billi tiddiskuti kwistjonijiet relatati, inklużi d-disinn u l-prestazzjonijiet tar-reġimi tal-aċċess stabbiliti fl-Istati Membri, il-promozzjoni tar-riċerka li tikkontribwixxi lejn il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bijoloġika, partikolarment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, inkluż l-aċċess issimplifikat għal riċerka mhux kummerċjali, il-prassi ta' aċċess tal-kollezzjonijiet fl-Unjoni, l-aċċess ta' partijiet interessati tal-Unjoni f'pajjiżi terzi skont patti bi qbil reċiproku wara li jkun inkiseb kunsens infurmat minn qabel, il-prassi tal-qsim tal-benefiċċji, l-implimentazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-aħjar prassi u l-funzjonament ta' arranġamenti għas-soluzzjoni tat-tilwim.
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 3
3. Il-pjattaforma tal-Unjoni tista' tipprovdi pariri, gwida jew opinjonijiet mhux vinkolanti dwar il-kwistjonijiet taħt il-mandat tagħha.
3. Il-pjattaforma tal-Unjoni tista' tipprovdi pariri, gwida jew opinjonijiet mhux vinkolanti dwar il-kwistjonijiet taħt il-mandat tagħha. Kull parir, gwida jew opinjoni ta' dan it-tip hekk mogħtija għandhom iqisu b'mod xieraq ir-rekwiżit li jinvolvu l-komunitajiet indiġeni u lokali relevanti kkonċernati.
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 14 – punti da, db, dc,dd, de u df (ġodda)
(da) jieħdu miżuri biex jappoġġjaw, anki permezz ta' programmi ta' riċerka eżistenti, il-kollezzjonijiet li jikkontribwixxu għall-konservazzjoni tad-diversità bijoloġika u d-diversità kulturali iżda li ma jkollhomx biżżejjed mezzi, sabiex il-kollezzjonijiet tagħhom jiġu rreġistrati fir-reġistru tal-Unjoni;
(db) jiżguraw li, f'sitwazzjonijiet fejn ir-riżorsi ġenetiċi u l-għarfien tradizzjonali assoċjat jintużaw b'mod illegali, jew mhux f'konformità mal-kunsens infurmat minn qabel jew termini bi qbil reċiproku, il-fornituri li għandhom il-kompetenza li jagħtu aċċess għar-riżorsi ġenetiċi u jiffirmaw termini bi qbil reċiproku, ikunu intitolati li jwettqu azzjoni biex jipprevjenu jew iwaqqfu dan l-użu, inkluż permezz ta' inġunzjonijiet, u li jfittxu kumpens għal kull dannu li jirriżulta minnhom, kif ukoll, jekk ikun il-każ, għall-konfiska tar-riżorsi ġenetiċi kkonċernati.
(dc) jinkoraġġixxu lill-utenti u lill-fornituri biex jużaw il-benefiċċji li jirriżultaw mill-użu jew il-kummerċjalizzazzjoni sussegwenti tar-riżorsi ġenetiċi għall-konservazzjoni tad-diversità bijoloġika u għall-użu sostenibbli tal-komponenti tagħha;
(dd) jappoġġjaw, ukoll permezz tal-bini tal-kapaċità, fuq talba, il-kooperazzjoni reġjonali dwar il-qsim tal-benefiċċji fir-rigward tar-riżorsi ġenetiċi transkonfinali u l-għarfien tradizzjonali assoċjat;
(de) iqisu l-ħtieġa li joħolqu katalogi tar-riżorsi ġenetiċi disponibbli li joriġinaw minn kull Stat Membru skont l-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni, sabiex ikun hemm għarfien aħjar tal-bijodiversità;
(df) jappoġġjaw ir-riċerka u l-iżvilupp ta' katalogi ġenetiċi kemm fl-Unjoni kif ukoll f'pajjiżi terzi.
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 14a (ġdid)
Artikolu 14a
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa sabiex jiġu adottati atti delegati tingħata lill-Kummissjoni skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(4b) u l-Artikolu 9(8) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn ...1. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodu ta' żmien identiku, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux għal tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(4a) u fl-Artikolu 9(8) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija m'għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 4(4a) u 9(8) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu ta' żmien jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
___________
1Id-data msemmija fl-Artikolu 17(1)
Emenda 75 Proposta għal regolament Artikolu 15a (ġdid)
Artikolu 15a
Forum Konsultattiv
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, ikun hemm parteċipazzjoni bbilanċjata tar-rappreżentanti tal-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet relevanti tal-fornituri, l-organizzazzjonijiet intergovernattivi u nongovernattivi, kif ukoll rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet tal-komunitajiet indiġenti u lokali. Dawk il-partijiet għandhom jikkontribwixxu, b'mod partikulari, għad-definizzjoni u r-rieżami tal-atti delegati skont l-Artikoli 4(4a) u l-Artikolu 9(8), u għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 5, 7 u 8, u kwalunkwe linji gwida għall-istabbiliment ta' termini miftiehma b'mod reċiproku. Il-partijiet għandhom jiltaqgħu f’forum konsultattiv. Ir-regoli tal-proċedura ta' dak il-forum għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni.
Emenda 76 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 3
3. Kull għaxar snin wara l-ewwel rapport tagħha l-Kummissjoni għandha, abbażi tar-rappurtar u l-esperjenza fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, teżamina l-funzjonament u l-effikaċja ta' dan ir-Regolament. Fir-rappurtar tagħha l-Kummissjoni għandha partikolarment tqis il-konsegwenzi amministrattivi għal istituzzjonijiet pubbliċi tar-riċerka, intrapriżi żgħar jew medji u mikrointrapriżi. Għandu wkoll tikkunsidra l-ħtieġa għal aktar azzjoni tal-Unjoni dwar l-aċċess għal riżorsi ġenetiċi u għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi.
3. Kull ħames snin wara l-ewwel rapport tagħha l-Kummissjoni għandha, abbażi tar-rappurtar u l-esperjenza fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, teżamina l-funzjonament u l-effikaċja ta' dan ir-Regolament. Fir-rappurtar tagħha l-Kummissjoni għandha partikolarment tqis il-konsegwenzi amministrattivi għal setturi speċifiċi, istituzzjonijiet pubbliċi tar-riċerka, intrapriżi żgħar jew medji u mikrointrapriżi. Hija għandha wkoll tikkunsidra l-ħtieġa li tiġi rieżaminata l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jikkonċerna l-għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi fid-dawl tal-iżviluppi f'organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti u l-ħtieġa għal aktar azzjoni tal-Unjoni dwar l-aċċess għal riżorsi ġenetiċi u għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi bil-ħsieb li jiġu implimentati l-Artikolu 5.2, l-Artikolu 6.2, l-Artikolu 7 u l-Artikolu 12 tal-Protokoll ta' Nagoya u fir-rispett tad-drittijiet tal-komunitajiet indiġeni u lokali.
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 16a (ġdid)
Artikolu 16a
Emenda għad-Direttiva 2008/99/KE
Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali1 għandha tiġi emendata, b'effett minn ...*, kif ġej:
(1) fl-Artikolu 3 jiżdied il-punt li ġej:
"(j) Il-kisba illegali ta' riżorsi ġenetiċi"
(2) Fl-Anness A, jiżdied l-inċiż li ġej:
"– Ir-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-... dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta' Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom fl-Unjoni."
__________________
1ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28.
*Sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 2
2. L-Artikoli 4, 7, u 9 għandhom japplikaw sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. L-Artikolu 4(1) sa (4), l-Artikolu 7, u l-Artikolu 9 għandhom japplikaw sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli għal rikonsiderazzjoni skont ir-Regola 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0263/2013).
Mikroġenerazzjoni
311k
31k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2013 dwar il-mikroġenerazzjoni – il-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana fuq skala żgħira (2012/2930(RSP))
– wara li kkunsidra l-Artikoli 192(2) u 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE(1),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-użu effiċjenti tal-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tirrevoka d-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE(2) u l-implikazzjonijiet tagħha għall-ġenerazzjoni tat-tisħin u l-enerġija,
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija(3), id-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta' ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija(4) u r-regolamenti ta' implimentazzjoni rispettivi tagħhom,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Lejn suq intern tal-enerġija effiċjenti" (COM(2012)0663) u d-dokumenti ta' ħidma li jakkumpanjawha (SWD(2012)0367 u SWD(2012)0368),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem "L-Enerġija Rinnovabbli: attur ewlieni fis-suq Ewropew tal-enerġija" (COM(2012)0271),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar ir-Reviżjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Effiċjenza Enerġetika(5),
– wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar il-mikroġenerazzjoni (E‑010355/2011),
– wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar proġetti ta' investiment ta' sħubiji ċiviċi għal impjanti tal-enerġija solari (E-011185/2012),
– wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar il-mikroġenerazzjoni (O-000074/2013 – B7-0217/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
A. billi l-aċċess għal enerġija biżżejjed għal standard tal-għajxien deċenti huwa dritt bażiku għal kulħadd u billi l-prezzijiet tal-enerġija għolew b'mod sinifikanti f'dawn l-aħħar snin;
B. billi l-Unjoni Ewropea qiegħda ssir dejjem aktar dipendenti fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi għall-provvista tal-enerġija tagħha u għalhekk hemm bżonn bidla sabiex tassigura l-miri tagħha dwar il-klima, l-enerġija u t-tkabbir;
C. billi l-użu tal-fjuwils fossili bħala sors ta' enerġija żied il-livelli ta' CO2 fl-atmosfera tagħna u b'hekk ikkontribwixxa għat-tibdil fil-klima globali; billi l-UE stabbiliet miri għall-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli għall-2020 u fil-preżent qed taħdem fuq qafas ta' politiki dwar il-klima u l-enerġija għall-2030; billi dispożizzjonijiet dwar il-ġenerazzjoni tal-enerġija fuq skala żgħira (mikroġenerazzjoni) jeżistu iżda huma mferrxin f’inizjattivi leġiżlattivi u non-leġiżlattivi bħad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli u d-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija;
D. billi l-mexxejja tal-UE għandhom jagħtu eżempju ta' kif għandha tiġi indirizzata t-tranżizzjoni tal-enerġija, filwaqt li jqisu l-ħtieġa li jiġu involuti ċ-ċittadini tal-UE kollha, indipendentement mid-dħul finanzjarju u l-ġid tagħhom; billi l-enerġija fuq skala żgħira tista' tgħin fit-tisħiħ tal-koeżjoni komunitarja, fil-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku, toħloq impjiegi ġodda u tkabbir ekonomiku u tirriżulta f'approċċ ġdid ta' kif tiġi affrontata l-kriżi ekonomika attwali;
E. billi l-ġenerazzjoni fuq skala żgħira u deċentralizzata tal-enerġija tirrappreżenta opportunità għad-djar u għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, kif ukoll għal komunitajiet f'żoni kemm urbani kif ukoll rurali, biex dawn jaħdmu id f'id biex jegħlbu t-tibdil fil-klima billi jsiru produtturi tal-enerġija; billi l-konsumaturi għandhom jiksbu għarfien dwar modi effiċjenti ta' produzzjoni u konsum tal-enerġija; billi l-għoti ta' setgħa lill-konsumaturi biex jiġġeneraw l-elettriku u s-sħana tagħhom stess jista' jwassal għal soċjetà aktar sostenibbli u parteċipattiva; billi l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar is-suq intern tal-enerġija tindirizza l-kwistjoni tal-għoti ta' setgħa lill-produtturi-konsumaturi; billi diġà hemm bosta opportunitajiet għall-konsumaturi biex jieħdu impenn attiv fil-produzzjoni u l-konsum tal-enerġija effiċjenti, iżda għad hemm sfidi li għandhom jiġu indirizzati;
F. billi l-mikroġenerazzjoni tal-enerġija tista' wkoll tiżvolġi rwol f'livell globali;
G. billi l-inċentivi għall-ġenerazzjoni tal-enerġija u tas-sħana fuq skala żgħira jvarjaw ħafna bejn Stat Membru u ieħor; billi l-politiki tal-UE għandhom jiġu implimentati aħjar biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-ġenerazzjoni tal-enerġija fuq skala żgħira fl-UE;
Definizzjoni
1. Jiddefinixxi, għall-finijiet ta' din ir-riżoluzzjoni, it-terminu mikroġenerazzjoni bħala: 1) ġenerazzjoni fuq skala żgħira ta' tisħin/tiksiħ u enerġija li tipprovdi l-elettriku minn individwi u SMEs sabiex jiġu ssodisfati l-bżonnijiet tagħhom stess; u 2) forom differenti ta' produzzjoni fuq skala żgħira fi gruppi jew kooperattivi fil-livell Komunitarju eżistenti biex jiġu ssodisfati l-bżonnijiet lokali; jinnota li l-mikroġenerazzjoni tinkludi varjetà ta' teknoloġiji (l-idroelettriku, ġeotermali, l-enerġija solari, tal-baħar, tar-riħ, il-pompa tas-sħana, il-bijomassa) li għandhom fokus speċifiku fuq dimensjonijiet rinnovabbli u sostenibbli;
Introduzzjoni
2. Isostni li l-mikroġenerazzjoni jeħtieġ li għandha tkun element fundamentali fil-ġenerazzjoni futura tal-enerġija jekk l-UE trid tilħaq il-miri tagħha dwar l-enerġija rinnovabbli fit-tul; ifakkar li l-mikroġenerazzjoni qed tikkontribwixxi għaż-żieda fis-seħem globali tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija fl-UE u tiffaċilita l-konsum tal-elettriku effiċjenti qrib il-punt tal-ġenerazzjoni, billi jiġi evitat telf ta' trasmissjoni;
3. Ifakkar li l-impenn b'suċċess lejn il-mikroġenerazzjoni jiddependi minn bosta fatturi diversi, inkluż: suq intern Ewropew tal-enerġija li jaħdem sew; żvilupp tekniku ta' unitajiet tal-mikroġenerazzjoni; l-użu ta' infrastruttura tal-enerġija intelliġenti, speċjalment fil-livell tad-distribuzzjoni; u politiki effettivi fuq medda qasira, medja u twila u skemi ta' appoġġ li jkunu ta' inċentiv għall-mikroġenerazzjoni fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali;
4. Jagħraf ir-rwol tar-riċerka u t-teknoloġija għat-titjib tal-effiċjenza u t-tnaqqis tal-ispejjeż tal-mikroġenerazzjoni;
5. Jirrimarka li ostakli speċifiċi qed jillimitaw l-użu fuq skala ikbar ta' teknoloġiji ta' mikroġenerazzjoni, u fosthom: l-isfida dovuta għall-ispejjeż diretti tal-investiment; il-kumplessità amministrattiva ta’ livell għoli assoċjata b’rabta ma’ u l-aċċess għall-grilja tal-elettriku; in-nuqqas ta’ għarfien dwar l-iffrankar tal-enerġija u tal-ispejjeż offrut minn teknoloġiji ta’ mikroġenerazzjoni differenti tul il-ħajja kollha tagħhom;
6. Jirrimarka li l-faqar enerġetiku huwa problema li qed tikber; jenfasizza li l-iffaċilitar tal-mikroġenerazzjoni fil-livell individwali u Komunitarju jista' jagħti s-setgħa lill-konsumaturi biex isiru aġenti effettivi fis-settur tal-enerġija filwaqt li jkollhom iktar kontroll fuq l-użu tal-enerġija u jnaqqsu l-ammont ta' enerġija li jkollhom jixtru, u b'hekk jipprevjenu l-faqar tal-enerġija; jenfasizza li l-mikroġenerazzjoni tagħti l-opportunità li tifforma lis-soċjetà mill-ġdid b'mod iktar sostenibbli, kooperattiv u ġust; jitlob li tingħata attenzjoni speċjali lill-inkwilini, li sikwit jiġu skoraġġati milli jagħmlu titjib relatat mal-effiċjenza jew milli jiġġeneraw l-enerġija tagħhom stess;
7. Jenfasizza li t-teknoloġiji tal-mikroġenerazzjoni bħal stallazzjonijiet ta' sħana u enerġija kombinati (CHPs) mikro u enerġiji rinnovabbli fuq skala żgħira jagħmluha possibbli li jeżisti bini b’enerġija żero u enerġija pożittiva li jipprovdu l-enerġija għall-grilja elettriku żejjed fil-bini;
8. Jinnota l-importanza tal-promozzjoni ta' kooperattivi lokali tal-enerġija rinnovabbli kemm fiż-żoni rurali kif ukoll urbani sabiex jiżdied l-appoġġ pubbliku għall-enerġija rinnovabbli u s-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-produzzjoni tal-enerġija fuq skala żgħira, jittejjeb l-aċċess għall-enerġija rinnovabbli u jiġi ġenerat l-investiment; jinnota l-importanza tal-promozzjoni ta’ aggregaturi lokali u reġjonali li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni sikuri u effiċjenti taċ-ċittadini fis-suq tal-elettriku, bil-garanzija ta’ prezzijiet ġusti għall-produttur-konsumatur għas-servizzi pprovduti lis-sistema tal-enerġija; jinnota li l-awtoritajiet lokali għandhom rwol importanti biex jippromwovu u jinċentivaw il-mikroġenerazzjoni fost iċ-ċittadini, l-SMEs u l-partijiet interessati;
9. Hu tal-fehma li hemm biss ftit ċittadini tal-UE li jafu dwar il-benefiċċji tal-mikroġenerazzjoni, u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu passi biex jippubbliċizzaw is-soluzzjonijiet tal-mikroġenerazzjoni u l-aqwa prattiki f’dan il-qasam;
10. Jinnota li ftit hemm informazzjoni disponibbli dwar il-kapaċità u l-potenzjal futur tal-mikroġenerazzjoni fl-UE; jemmen li b'għarfien aħjar tagħha tkun tista' tiżvolġi rwol kruċjali fil-politika dwar il-klima, l-enerġija u l-industrija;
11. Josserva li, sabiex tiġi promossa l-mikroġenerazzjoni tal-elettriku, huma meħtieġa arloġġi tal-elettriku intelliġenti li jistgħu jikkalkulaw l-elettriku użat għall-finijiet tal-produttur stess u s-sehem li se jidħol fil-grilja, u arloġġi tal-enerġija termika biex jimmonitorjaw is-sħana li tidħol u toħroġ minn proprjetà li hija parti minn netwerk tat-tisħin, sabiex l-enerġija termika prodotta tista’ tiġi kreditata;
12. Josserva li ta’ spiss hu vjabbli li s-sħana u l-enerġija kombinati prodotti minn impjanti jiddaħħlu wkoll fil-kuntest tal-mikroġenerazzjoni, peress li dan ta’ spiss itejjeb l-effiċjenza enerġetika b’mod sustanzjali;
13. Jinnota li l-adozzjoni tal-mikroġenerazzjoni fuq skala kbira tirrappreżenta pass importanti fit-tranżizzjoni mis-sistema tal-enerġija ċentralizzata storika għal sistema flessibbli u deċentralizzata meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi tal-klima u l-enerġija tal-UE; jnfasizza l-importanza tal-promozzjoni tal-mikroġenerazzjoni issa, filwaqt li jiġu indirizzati b'mod ġust kwistjonijiet b'rabta mad-distribuzzjoni ta' operaturi tan-netwerk, inkluż il-qsim tal-ispejjeż u l-bżonn għal investiment f'teknoloġiji intelliġenti; jenfasizza li l-impatt pożittiv ta' servizzi anċillari pprovduti minn mikroġeneraturi u li jikkontribwixxu għall-iżgurar tal-operazzjoni tas-sistema għandhom jiġu definiti sew u trattati b'mod ġust; jenfasizza għalhekk il-bżonn li jittieħdu d-deċiżjonijiet ġusti u jiġu adottati l-objettivi ġusti issa u li ma jibqgħux jiġu posposti l-investiment adegwat u r-regolamentazzjoni ambizzjuża;
14. Jirrimarka li jista' jkollu spejjeż kbar il-fatt li tiżdied il-kapaċità għall-mikroġenerazzjoni fl-UE, u li żieda fl-investiment fil-mikroġenerazzjoni minn produtturi/konsumaturi individwali tfisser li jkun neċessarju wkoll investiment ieħor f'livelli differenti tas-sistema tal-enerġija, pereżempju fis-sistemi ta' distribuzzjoni u trażmissjoni li jiffaċilitaw l-użu tal-mikroġenerazzjoni; jenfasizza li jista’ jkun li dan ma jipperikolax is-sigurtà sħiħa tal-provvista jew iżid b’mod artifiċjali l-prezzijiet tal-enerġija; jaqbel mal-Kunsill Ewropew li l-politika tal-enerġija tal-UE għandha tiżgura s-sigurtà fil-provvista għall-familji u l-kumpaniji bi prezzijiet u spejjeż raġonevoli;
Il-qafas regolatorju
15. Jistieden lill-Kummissjoni tfassal rakkomandazzjonijiet, abbażi tal-aħjar prattiki għal regolaturi u operaturi tas-sistema, dwar kif iqassru u jissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi involuti fl-operazzjoni u l-kollegament tal-unitajiet ta' mikroġenerazzjoni mal-grilja, b’fokus partikolari fuq l-istabbiliment ta’ proċeduri one-stop-shop; jenfasizza l-bżonn li tiġi promossa l-implimentazzjoni ambizzjuża ta’ linji gwida eżistenti, bħad-dispożizzjonijiet dwar l-unitajiet tal-mikroġenerazzjoni fid-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika;
16. Jinnota li l-enerġija prodotta mill-mikroġeneraturi, meta tiġi kkonsmata mill-ewwewl u lokalment, tgħin biex jiġu pprevenuti l-flussi ta' enerġija u telf relatat fis-sistema u żżid is-sens ta’ sjieda fost il-“produtturi-konsumaturi”; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw mekkaniżmi speċifiċi biex titħeġġeġ l-awtosuffiċjenza flimkien ma' tnaqqis globali tal-konsum;
17. Jistieden lill-Kummissjoni u lir-regolaturi nazzjonali jiżviluppaw oqfsa regolatorji li jiddefinixxu rwoli u responsabbiltajiet tal-atturi kollha b'rabta mal-grilji ta’ distribuzzjoni, b’fokus partikolari fuq il-kundizzjonijiet li jippermettu l-adozzjoni ta’ aggregazzjoni, minħabba r-rwol kruċjali futur tagħha għall-parteċipazzjoni attiva tal-mikroġenerazzjoni fis-sistema;
18. Jinnota r-rwol dejjem iktar importanti tal-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni (DSOs) f'netwerk tal-enerġija iktar deċentralizzat, fil-provvista tas-sikurezza tal-provvista u operazzjoni tan-netwerk stabbli u affidabbli filwaqt li tiġi żgurata l-privatezza tad-data għall-konsumaturi; jistieden lill-Kummissjoni u lir-regolaturi nazzjonali jirrikonoxxu dan ir-rwol u jiffaċilitaw l-investiment tad-DSOs jinvestu fis-sistema ta' distribuzzjoni, bil-għan li jtejbu l-effiċjenza globali tas-sistema tal-enerġija; jitlob barra minn hekk li jkun hemm rwol definit b'mod iktar ċar għad-DSOs fl-organizzazzjoni tal-bilanċ u servizzi anċillari oħrajn;
19. Jemmen li hemm bżonn ta' azzjoni koordinata effikaċi fuq il-ġenerazzjoni tal-enerġija fuq skala żgħira fl-UE bħala parti mill-ħolqien tas-suq intern tal-enerġija Ewropew;
20. Jinnota li bosta Stati Membru għandhom objettivi u strutturi differenti għad-dispożizzjonijiet fiskali u legali tagħhom dwar il-mikroġenerazzjoni, u li dan jista' jikkostitwixxi ostaklu għall-impenn wiesa' lejn il-mikroġenerazzjoni; jitlob lill-Kummissjoni tidentifika l-linji baġitarji taħt il-programm Enerġija Intelliġenti - Ewropa (IEE) u taħdem flimkien mal-Istati Membri biex tneħħi l-ostakli eżistenti fil-liġijiet nazzjonali dwar l-aċċess għall-finanzi għal proġetti ta' mikroġenerazzjoni individwali u tl-kooperattivi, toħloq strumenti finanzjarji mmirati (peż. mikrokrediti), u xxerred l-aħjar prattiki fir-rigward ta' dawn l-attivitajiet;
21. Jistieden lill-Istati Membri jqisu l-ispeċifiċitajiet tal-mikroġenerazzjoni meta jfasslu u jirrieżaminaw inċentivi nazzjonali u skemi ta' appoġġ biex jiżguraw li jkunu xierqa għall-ġenerazzjoni tal-enerġija fuq skala żgħira;
Infrastruttura, prodotti u standards
22. Jitlob biex mingħajr dewmien jiġi implimentat bis-sħiħ it-tielet pakkett tal-enerġija, u b'mod partikolari l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-miters, sabiex jiġu faċilitati l-attivitajiet tal-konsumaturi produtturi fil-grilja, kif ukoll ġestjoni effettiva tad-distribuzzjoni; jitlob li jkun possibbli li l-enerġija tiġi ttrasferita bejn produttur u konsumatur fuq skala żgħira wkoll, pereżempju f'viċinat jew kooperattiva; jitlob lill-Istati Membri biex, fejn jidher fl-analiżi tal-kosteffikaċja li jkun fl-interess tal-konsumatur, jħaffu l-ħruġ ta' miters intelliġenti sabiex id-djar ikunu jistgħu jakkwistaw data preċiża u valur sħiħ għall-enerġija prodotta fil-post tagħhom;
23. Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tinvestiga l-possibbiltà li jiġu introdotti sistemi ta’ mikroġenerazjoni fil-proġetti tal-ippjanar urban; jemmen li dan jista’ jwassal għal żieda fl-effiċjenza u tnaqqis fl-ispejjeż għall-iżvilupp ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni fuq skala żgħira tal-enerġiji rinnovabbli;
24. Jinnota li l-istandardizzazzjoni hija ewlenija f'introduzzjoni ulterjuri ta’ tagħmir prodott f’ammonti kbar użat għall-mikroġenerazzjoni b’mod simplifikat u kosteffikaċi; jistieden lill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej jaċċelleraw l-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni tagħhom;
25. Ifakkar li ġeneraturi fuq skala żgħira jinteraġixxu man-netwerk tad-distribuzzjoni b'modi differenti mill-kontropartijiet tagħhom fuq skala kbira u għalhekk għandhom jiġu ttrattati b'mod differenti fil-leġiżlazzjoni futura;
26. Huwa konxju li adozzjoni sinifikanti tal-mikroġenerazzjoni ser twassal għal sfidi fil-ġestjoni tan-netwerks tad-distribuzzjoni marbutin mat-tlaqqigħ tad-domanda mal-provvista tal-enerġija, bil-ħtieġa ta’ investimenti innovattivi f'netwerk ta’ distribuzzjoni avvanzat; jinnota l-importanza ta' teknoloġiji intelliġenti biex jinkiseb dan; jistieden lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-aċċess għall-grilja għall-mikroġeneraturi filwaqt li jindirizzaw il-kwistjoni tal-ispejjeż tan-netwerk relatati mal-produzzjoni tal-enerġija fuq skala żgħira u jżommu ġestjoni effiċjenti tan-netwerk; jistieden lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jinċentivaw l-innovazzjoni u l-investimenti fil-grilji ta’ distribuzzjoni lokali;
27. Jinnota li intwera li l-proġetti ta' sjieda għandhom livelli ogħla ta' aċċettazzjoni u għandhom għalhekk jiġu faċilitati; ifakkar li, filwaqt li l-aggregaturi jista' jkollhom rwol importanti fl-iffaċilitar ta' proġetti bħal dawn, ir-rwol tagħhom s'issa ma kienx ċar fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE; jitlob għalhekk li jkun hemm implimentazzjoni mħaffa u ambizzjuża tal-provvisti ta' rispons għad-domanda li jinsabu fid-Direttiva dwar l-Effiċjenza tal-Enerġija;
28. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tesplora l-possibbiltajiet li tappoġġa mudelli ta’ crowdfunding, li huma sistemi ta’ investiment fit-tul li fihom investituri u imprendituri huma f’kutnatt dirett permezz ta’ pjattaforma, biex jagħtu l-possibbiltajiet u jħeġġu lin-nies joħolqu kooperattivi tal-mikroġenerazzjoni;
29. Jinnota li l-attenzjoni pubblika qed tiffoka iktar u iktar fuq il-possibbiltà ta’ finanzjament ta’ proġetti permezz ta’ appelli miftuħin indirizzati għall-pubbliku usa’ (crowdfunding); jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-possibbiltà ta’ ko-sjieda ta’ proġetti lokali u b’hekk titjib tal-mobilizzazzjoni ta’ appoġġ lokali;
30. Jitlob ukoll li l-Kummissjoni tistudja sa fejn ir-regoli tal-UE bħad-Direttiva dwar il-Prospett (Direttiva 2003/71/KE), id-Direttiva MiFID (Direttiva 2004/39/KE) u d-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi (Direttiva 2009/110/KE) diġà jippermettu li ċerti proġetti jiġu implimentati abbażi tal-ko-sjieda tal-istrutturi lokali;
31. Jirrimarka li kwalunkwe inizjattiva fil-qasam tal-mikroġenerazzjoni għandha tkun konformi mal-kodiċi tan-netwerk; jinnota li l-objettivi tal-leġiżlazzjoni sekondarji dwar l-elettriku, bħall-kodiċi tan-netwerks, jistgħu jittejbu u jinkisbu b’mod iktar kost-effikaċi permezz tal-istabbiliment ta’ standards fil-livell tal-UE għall-biċċa l-kbira tat-tipi tat-teknoloġija ta’ mikroġenerazzjoni; jitlob li jkun hemm forma attiva ta' ġestjoni ta' sistema ta' distribuzzjoni abbażi ta' kooperazzjoni mill-qrib bejn id-DSOs u l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni (TSOs) u elementi oħra (unitajiet ta' ġenerazzjoni, konsum u ħżin) fl-awtoritajiet tal-grilji sabiex jiġu inċentivati l-innovazzjoni u l-investiment fil-grilji ta' distribuzzjoni lokali;
32. Jitlob lill-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), in-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku (ENTSO-E), il-Kummissjoni u l-gvernijiet nazzjonali biex tingħata attenzjoni partikolari lir-rinnovabbli deċentralizzati fit-tfassil attwali u l-proċess ta' negozjati fir-rigward tal-kodiċijiet tan-netwerk;
33. Jinnota li forom ġodda ta’ produzzjoni, sjieda u konsum bħas-soċjetà ta’ kiri jista’ jkollhom rwol kruċjali fl-adozzjoni tal-mikroġenerazzjoni peress li bosta elementi ffaċilitati minn dan l-approċċ huma pożittivi f'dan il-qasam, eż inqas spjejjeż li jitħallsu minn qabel, trasparenza fl-ispejjeż fissi għal prodotti-servizzi, is-sejba ta' soluzzjoni għall-problema finanzjarja kbira għal produtturi-konsumaturi bi dħul iktar baxx, kwalità ottimali tal-istallazzjoni, u manutenzjoni mtejba, u b’hekk ċiklu tal-ħajja itwal fuq in-naħa tal-fornitur;
Azzjonijiet speċifiċi
34. Jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni komprensiva tal-kapaċità potenzjali għall-mikroġenerazzjoni u tħares lejn l-aqwa prattiki fl-UE u l-impatt potenzjali ta' adozzjoni tal-mikroġenerazzjoni fuq skala kbira fuq is-suq intern tal-enerġija Ewropew u l-infrastruttura;
35. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżuraw li l-mikroġenerazzjoni hija eliġibbli għall-finanzjament mill-fondi tal-UE, inklużi l-Fondi Strutturali, mill-perjodu 2014-2020 ’l hemm;
36. Jitlob li l-finanzjament tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni jiġi investit fil-mikroġenerazzjoni sabiex jiġu żviluppati soluzzjonijiet u installazzjonijiet tekniċi xierqa;
37. Jirrikonoxxi l-importanza tat-tmexxija tal-UE fil-qasam tal-politika dwar il-klima u l-enerġija, u jiddikjara li l-mikroġenerazzjoni għandha tikkontribwixxi biex jiġu ssodisfati l-objettivi fuq medda twila ta' żmien; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu l-implimentazzjoni tal-istrateġiji għal ġenerazzjoni fuq skala żgħira tal-elettriku u t-tisħin, li jinsabu fil-qafas politiku tal-UE, u b'hekk tiġi rikonoxxuta l-importanza tal-mikroġenerazzjoni u jiġi ffaċilitat l-impenn lejha fl-Istati Membri;
38. Jistieden lill-Kummissjoni tqis ir-rwol tal-mikroġenerazzjoni fil-leġiżlazzjoni futura tal-UE dwar l-enerġija, b’mod partikolari fil-kuntest tal-pakkett futur tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija għall-2030;
39. Jistieden lill-Kummissjoni biex, flimkien mal-Istati Membri, teżamina bir-reqqa l-istrutturi tal-kostijiet eżistenti fin-netwerk tal-enerġija u tagħti gwida dwar modi kif jiġu ffaċilitati l-permessi, l-aċċess għall-grilja u l-operazzjoni tal-unitajiet ta' mikroġenerazzjoni;
o o o
40. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta Settembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ugwali jew għal xogħol ta' valur ugwali (2013/2678(RSP))
– wara li kkunsidra l-Artikoli 8, 157 u 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 11(1)(d) tal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fir-Riżoluzzjoni 34/180 tagħha tat-18 ta’ Diċembru 1979,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Settembru 2010 bit-titolu ‘Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015’ (COM(2010)0491),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2010 bit-titolu ‘Impenn Imsaħħaħ għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel – Karta f’Isem il-Mara’ (COM(2010)0078),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Mejju 2012 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ugwali jew għal xogħol ta' valur ugwali(2),
– wara li kkunsidra l-Valutazzjoni tal-Valur Miżjud Ewropew dwar ‘L-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ugwali ta' valur ugwali(3),
– wara li kkunsidra l-istudju dwar ‘Id-Disparità bejn is-Sessi fil-Pensjonijiet fl-UE’(4)
– wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar paga ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ugwali jew għal xogħol ta' valur ugwali (O-000078/2013 – B7-0218/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
A. billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Mejju 2012 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ugwali jew għal xogħol ta' valur ugwali, il-Parlament talab lill-Kummissjoni tagħmel rieżami tad-Direttiva 2006/54/KE sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Frar 2013 filwaqt li tinkorpora r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament, inkluża r-reviżjoni ta’ leġiżlazzjoni eżistenti;
B. billi minħabba politiki tas-suq tax-xogħol li qed jippruvaw jwarrbu l-prinċipju u l-prattika tan-negozjar kollettiv, is-salarji qegħdin kulma jmur aktar jiġu negozjati fuq bażi individwali, u dan iwassal għal nuqqas ta’ informazzjoni u nuqqas ta’ trasparenza tas-sistema tal-pagi individwalizzati, li jġib miegħu differenzi fil-pagi fost impjegati f’livelli simili u jista’ jwassal biex tikber id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa;
C. billi l-progress biex tonqos id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa huwa estrament żgħir, u f’xi Stati Membri id-differenza saħansitra kompliet tikber; billi, minkejja l-korp ta’ leġiżlazzjoni sinifikanti li ilha fis-seħħ kważi 40 sena, l-azzjonijiet meħuda u r-riżorsi li ntefqu (id-differenza fil-livell tal-UE kienet 17,7 % fl-2006, 17,6 % fl-2007, 17,4 % fl-2008, 16,9 % fl-2009 u 16,4 % fl-2010), differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa għadha problema persistenti u attwalment hi 16,2% fl-UE; billi l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew għal xogħol ta' valur ugwali hi kruċjali għall-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi; billi l-effetti negattivi tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa fuq in-nisa testendi għall-età tal-irtirar tagħhom u n-nisa jirċievu pensjonijiet li huma, bħala medja, 39 % inqas minn dawk tal-irġiel;
D. billi, skont ir-riċerka akkademika dwar l-eliminazzjoni tad-differenzi bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, jeżistu diversi fatturi li jeħtieġ jiġu kkunsidrati u indirizzati kif jixraq, bħal differenzi fir-rati ta’ attività u ta’ impjegar, fl-istrutturi tal-pagi, fil-kompożizzjoni tal-forza tax-xogħol u fir-remunerazzjoni, kif ukoll fatturi makroekonomiċi u istituzzjonali oħra;
E. billi l-esperjenza wriet li l-prattiki tajba u l-miżuri legali nonvinkolanti weħidhom rarament iservu ta’ inċentivi, u li l-effett mistenni ta’ tagħlim bejn il-pari ma jimmaterjalizzax;
F. billi skont il-konklużjonijiet tal-Valutazzjoni tal-Valur Miżjud Ewropew, tnaqqis ta’ punt perċentwali wieħed fid-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa jżid it-tkabbir ekonomiku b’0,1 %, u l-eliminazzjoni tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa huwa kruċjali fis-sitwazzjoni ekonomika negattiva attwali;
G. billi r-rata baxxa ta’ progress fl-eliminazzjoni tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa għandu konsegwenzi demografiċi, soċjali, legali u ekonomiċi sinifikanti;
1. Jiddispjaċih dwar ir-rata baxxa ta’ progress fit-tnaqqis tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa fl-Unjoni Ewropea;
2. Jenfasizza li t-tnaqqis tal-inugwaljanzi bejn is-sessi bl-eliminazzjoni tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa se jġib miegħu benefiċċji mhux biss għan-nisa iżda wkoll għas-soċjetà kollha kemm hi, u li l-eliminazzjoni tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa m’għandhiex titqies bħala kost iżda bħala investiment;
3. Itenni li d-Direttiva 2006/54/KE fil-forma attwali mhix effettiva biżżejjed biex tiġi indirizzata d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u jinkiseb l-objettiv tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-impjegar u l-okkupazzjoni;
4. Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri fit-tnaqqis tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa b’mill-inqas ħames punti perċentwali kull sena bl-għan li d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa tiġi eliminata sal-2020;
5. Jirrikonoxxi li approċċ fuq diversi livelli u b’diversi forom jitlob lill-Kummissjoni tappoġġa l-Istati Membri fil-promozzjoni tal-prattiki tajba u l-politiki ta’ implimentazzjoni biex tiġi indirizzata d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa;
6. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrevedi d-Direttiva 2006/54/KE bla dewmien u tipproponi emendi għaliha skont l-Artikolu 32 tad-Direttiva u fuq il-bażi tal-Artikolu 157 tat-TFUE, skont ir-rakkomandazzjonijiet dettaljati stipulati fl-anness għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-24 ta’ Mejju 2012;
7. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.
Strateġija tal-UE għaċ-ċibersigurtà: ċiberspazju miftuħ u sikur
338k
36k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2013 dwar Strateġija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà: Ċiberspazju Miftuħ u Sikur (2013/2606(RSP))
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tas-7 ta’ Frar 2013 tal-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà bit-titolu ta’ “Strateġija ta' Sigurtà Ċibernetika tal-Unjoni Ewropea: Ċiberspazju miftuħ mogħni b’sigurtà u sikurezza” (JOIN(2013)0001),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Frar 2013 għal direttiva dwar miżuri li jiżguraw livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (COM(2013)0048,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Mejju 2010 bit-titolu “Aġenda Diġitali għall-Ewropa” (COM(2010)0245) u tat-18 ta’ Diċembru 2012 bit-titolu “L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa – Nixprunaw it-tkabbir Ewropew b’mod diġitali” (COM (2012)0784),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Settembru 2012 bit-titolu “L-isfruttar tal-potenzjal tal-Cloud Computing fl-Ewropa” (COM (2012)0529),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Marzu 2012 bit-titolu “Il-Ġlieda kontra l-Kriminalità f’din l-Era Diġitali: Il-Ħolqien ta’ Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità” (COM(2012)0140) u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta’ Ġunju 2012 dwarha,
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Awwissu 2013 dwar l-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u li tieħu post id-Deċiżjoni ta’ Qafas tal-Kunsill 2005/222/ĠAI(1),
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni ta’ l-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom(2),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI(3),
– wara li kkunsidra l-Programm ta’ Stokkolma(4) fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni bit-titoli “Il-kisba ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għaċ-ċittadini tal-Ewropa – Pjan ta' Azzjoni li Jimplimenta l-Programm ta' Stokkolma” (COM(2010)0171) u “L-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE fl-Azzjoni: Ħames passi lejn Ewropa aktar sikura” (COM(2010)0673), u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar l-Istrateġija ta’ Sigurtà Interna tal-Unjoni Ewropea(5),
– wara li kkunsidra l-Proposta Konġunta tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni mill-Unjoni tal-Klawżola ta’ Solidarjetà (JOIN(2012)0039),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/413/ĠAI tat-28 ta’ Mejju 2001 li tiġġieled frodi u ffalsifikar ta’ mezzi ta’ ħlas bi flus mhux kontanti(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni(7) tiegħu tat-12 ta’ Ġunju 2012 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta’ Mejju 2011 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ħarsien tal-infrastruttura kritika ta’ informazzjoni bit-titolu ‘Kisbiet u l-passi li jmiss: lejn ċibersigurtà dinjija” (COM(2011)0163),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Diċembru 2012 dwar it-twettiq tas-Suq Uniku Diġitali(8),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2012 dwar iċ-Ċibersigurtà u ċ-Ċiberdifiża(9),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-16 ta’ April 2013 fl-ewwel qari dwar il-proposta għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) (COM(2010)0521(10),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Diċembru 2012 dwar strateġija dwar il-libertà diġitali fil-politika barranija tal-UE(11),
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iċ-Ċiberkriminalità tat-23 ta’ Novembru 2001,
– wara li kkunsidra l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, b’mod partikolari taħt il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 6, 8 u 11 tagħha,
– wara li kkunsidra n-negozjati li għaddejjin dwar is-Sħubija Trans-Atlantika ta’ Kummerċ u ta’ Investiment (TTIP) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-isfidi ċibernetiċi li qiegħdin jikbru, fis-sura ta’ theddid u attakki li kulma jmur qed isiru aktar sofistikati, jikkostitwixxu theddida maġġuri għas-sigurtà, għall-istabilità u għall-prosperità ekonomika tal-Istati Membri kif ukoll tas-settur privat u tal-komunità aktar wiesa’; billi l-protezzjoni tas-soċjetà u l-ekonomija tagħna se jkunu għalhekk sfida li tevolvi kostantement;
B. billi ċ-ċiberspazju u ċ-ċibersikurezza għandhom ikunu waħda mill-pilastri strateġiċi tal-politiki tas-sigurtà u tad-difiża tal-UE u ta’ kull Stat Membru; billi huwa kruċjali li jiġi żgurat li ċ-ċiberspazju jibqa’ miftuħ biex jilqa’ l-fluss ħieles ta’ ideat u informazzjoni u l-espressjoni ħielsa;
C. billi l-kummerċ elettroniku u s-servizzi online huma forza vitali tal-internet u huma kruċjali għall-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020, billi huma ta’ benefiċċju kemm għaċ-ċittadini u kemm għas-settur privat; billi l-Unjoni għandha tirrealizza għalkollox il-potenzjal u l-opportunitajiet li l-internet jippreżenta fl-iżvilupp ulterjuri tas-suq uniku, inkluż is-suq uniku diġitali;
D. billi l-prijoritajiet strateġiċi deskritti fil-qosor fil-Komunikazzjoni Konġunta dwar l-istrateġija taċ-ċibersigurtà għall-Unjoni Ewropea jinkludu l-ilħuq ta’ ċiberreżiljenza, it-tnaqqis taċ-ċiberkriminalità, l-iżvilupp ta’ politika taċ-ċiberdifiża u ċiberkapabilitajiet relatati mal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK), u l-istabbiliment ta’ politika taċ-ċiberspazju internazzjonali għall-UE;
E. billi sistemi ta’ netwerks u ta’ informazzjoni madwar l-Unjoni huma interkonnessi ħafna; billi, minħabba n-natura globali tal-internet, ħafna inċidenti li jinvolvu s-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni jittraxxendu l-konfini nazzjonali, u għandhom il-potenzjal li jdgħajfu l-funzjonament tas-suq intern u l-kunfidenza tal-konsumaturi fis-suq uniku diġitali;
F. billi ċ-ċibersigurtà madwar l-Unjoni, l-istess bħal fil-bqija tad-dinja, hija b’saħħitha biss daqs il-konnessjoni l-aktar dgħajfa tagħha, u t-tħarbit f’settur jew Stat Membru wieħed ikollu impatt fuq settur jew Stat Membru ieħor, billi joħloq effetti konsekwenjali b’implikazzjonijiet għall-ekonomija tal-Unjoni fit-totalità tagħha;
G. billi, minn April 2013, huma biss 13-il Stat Membru li uffiċjalment adottaw strateġiji ta’ ċibersigurtà nazzjonali; billi għad fadal differenzi fundamentali bejn l-Istati Membri f’dawk li huma l-istat ta’ tħejjija tagħhom, is-sigurtà tagħhom, il-kultura strateġika tagħhom u l-kapaċità tagħhom li jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji ta’ ċibersigurtà nazzjonali, u billi għandha ssir valutazzjoni ta’ dawn id-differenzi;
H. billi kulturi differenti ta’ sigurtà u n-nuqqas ta’ qafas ġuridiku jwasslu għall-frammentazzjoni, u huma ta’ tħassib ewlieni, fis-suq uniku diġitali; billi n-nuqqas ta’ approċċ armonizzat għaċ-ċibersigurtà jinvolvi riskji serji għall-prosperità ekonomika u għas-sigurtà tat-tranżazzjonijiet, u billi għalhekk huma meħtieġa sforzi flimkien bi ftehim u kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-gvernijiet, is-settur privat, u l-infurzar tal-liġijiet u l-aġenziji tal-intelliġenza;
I. billi ċ-ċiberkriminalità hija problema internazzjonali li kulma jmur qed tiġi tiswa spejjeż ogħla, fejn bħalissa qed tiswa – skont l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità – lill-ekonomija globali kważi EUR 295 biljun kull sena;
J. billi l-kriminalità organizzata internazzjonali, filwaqt li qed tieħu vantaġġ mill-avvanzi teknoloġiċi, qed tkompli ċċaqlaq it-terren operazzjonali tagħha għal ġoċ-ċiberspazju, fejn iċ-ċiberkriminalità qed tbiddel b’mod radikali l-istruttura tradizzjonali tal-gruppi tal-kriminalità organizzata; billi dan wassal biex il-kriminalità organizzata tkun inqas lokalizzata u biex ikun aktar probabbli li tisfrutta t-territorjalità u l-ġurisdizzjonijiet ġuridiċi nazzjonali li differenti fuq livell globali;
K. billi l-investigazzjoni taċ-ċiberkriminalità minn awtoritajiet kompetenti għadha mxekkla minn għadd ta’ ostakli, fosthom l-użu, fit-transazzjonijiet ċiberspazjali, ta' "muniti virtwali" li jistgħu jintużaw għall-ħasil tal-flus, il-kwistjonijiet tat-territorjalità u l-konfini ġurisdizzjonali, il-kapabilitajiet insuffiċjenti ta’ skambju ta’ intelliġenza, in-nuqqas ta’ persunal imħarreġ, u l-kooperazzjoni inkonsistenti ma’ partijiet oħra interessati;
L. billi t-teknoloġija hija l-pedament għall-iżvilupp taċ-ċiberspazju, u l-adattament kontinwu għat-tibdiliet teknoloġiċi huwa essenzjali jekk għandhom jittejbu r-reżiljenza u s-sikurezza taċ-ċiberspazju tal-UE; billi għandhom jittieħdu miżuri biex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni tinżamm aġġornata bl-iżviluppi teknoloġiċi ġodda, u b'hekk ikunu jistgħu jsiru l-identifikazzjoni u l-prosekuzzjoni taċ-ċiberkriminali u l-protezzjoni tal-vittmi taċ-ċiberkriminalità; billi l-Istrateġija tal-UE għaċ-Ċiberkriminalità għandha tinkludi miżuri ffukati fuq is-sensibilizzazzjoni, l-edukazzjoni u l-iżvilupp ta’ Skwadri ta’ Rispons f’Emerġenzi Relatata mal-Kompjuters (CERTs), l-iżvilupp ta’ suq intern għall-prodotti u s-servizzi ta’ ċibersigurtà, u l-promozzjoni ta’ investiment fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni;
1. Jilqa’ l-Komunikazzjoni Konġunta għal strateġija għaċ-ċibersigurtà tal-Unjoni Ewropea u l-proposta għal direttiva rigward miżuri biex jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni madwar l-Unjoni;
2. Jenfasizza l-importanza suprema u dejjem tikber li l-internet, u ċ-ċiberspazju, għandu għat-transazzjonijiet politiċi, ekonomiċi, u tas-soċjetà, mhux biss fi ħdan l-Unjoni iżda wkoll fir-rigward ta' atturi oħra madwar id-dinja;
3. Jenfasizza li jeħtieġ li tiġi żviluppata politika strateġika ta’ komunikazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà tal-UE, is-sitwazzjonijiet ta’ ċiberkriżijiet, ir-rieżamijiet tal-istrateġiji, il-kollaborazzjoni u t-twissijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat, u r-rakkomandazzjonijiet lill-pubbliku;
4. Ifakkar li jinħtieġ livell għoli ta’ sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni mhux biss bil-għan li s-servizzi li huma essenzjali għall-funzjonament bla xkiel tas-soċjetà u tal-ekonomija jinżammu kif inhuma, iżda wkoll biex tiġi salvagwardjata l-integrità fiżika taċ-ċittadini billi jiġu msaħħa l-effiċjenza, l-effikaċja u l-funzjonament sigur tal-infrastrutturi kritiċi; jenfasizza li, filwaqt li s-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni għandhom jiġu indirizzati, it-titjib tas-sigurtà fiżika huwa wkoll kwistjoni importanti; jenfasizza li l-infrastruttura għandha tkun reżiljenti kemm għad-diżordni intenzjonata u kemm għad-diżordni mhux intenzjonata; jenfasizza li, f’dan ir-rigward, l-istrateġija taċ-ċibersigurtà għandha tqiegħed enfasi akbar fuq il-kawżi komuni tal-ħsarat mhux intenzjonati tas-sistemi;
5. Itenni l-istedina tiegħu lill-Istati Membri biex jadottaw strateġiji ta’ ċibersigurtà nazzjonali li jkopru l-aspetti tekniċi, ta’ koordinazzjoni, ta’ riżorsi umani u ta’ allokazzjonijiet finanzjarji, u li jinkludu regoli distinti dwar il-benefiċċji għas-settur privat u dwar ir-responsabilitajiet tiegħu, bil-għan li tiġi ggarantita l-parteċipazzjoni tagħhom, mingħajr dewmien żejjed, u biex jipprovdu għal proċeduri komprensivi ta' mmaniġġjar tar-riskji kif ukoll biex isalvagwardjaw l-ambjent regolatorju;
6. Jinnota li huma biss it-tmexxija kkombinata u s-sjieda politika min-naħa tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri li se jippermettu livell għoli ta’ sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni madwar l-Unjoni, u li b’hekk jikkontribwixxu għall-funzjonament sigur u mingħajr xkiel tas-suq uniku;
7. Jenfasizza li l-politika taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni għandha tipprovdi ambjent diġitali sigur u affidabbli bbażat fuq il-protezzjoni u l-preservazzjoni tal-libertajiet u r-rispett għad-drittijiet fundamentali online u ddisinjat biex lil dawn jiggarantihom, kif stabbilit fil-Karta tal-UE u fl-Artikolu 16 TFUE, b’mod partikolari d-dritt għall-privatezza u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta; jemmen li għandha tingħata attenzjoni speċifika lill-protezzjoni tat-tfal online;
8. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jieħdu l-azzjoni kollha meħtieġa biex joħorġu bi programmi ta’ taħriġ immirati biex jippromwovu u jtejbu l-għarfien, il-ħiliet u l-edukazzjoni fost iċ-ċittadini Ewropej, b’mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà personali, bħala parti minn kurrikulu ta’ litteriżmu diġitali minn età bikrija; jilqa’ l-inizjattiva biex jiġi organizzat Xahar Ewropew taċ-Ċibersigurtà, bl-appoġġ tal-ENISA u f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi u mas-settur privat, bil-għan li titqajjem kuxjenza tal-isfidi involuti fil-protezzjoni tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni;
9. Iqis li l-edukazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà żżid l-għarfien tas-soċjetà Ewropea dwar iċ-ċibertheddid, u b’hekk tinkoraġġixxi l-użu responsabbli taċ-ċiberspazju, u tgħin biex tingħata spinta lill-ġabra tal-fornitura ta' ċiberħiliet; jagħraf ir-rwol ewlieni tal-Europol u ċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità (EC3) il-ġdid tiegħu, u tal-ENISA u tal-Eurojust, filli jipprovdu attivitajiet ta' taħriġ fil-livell tal-UE fl-użu tal-għodod tal-kooperazzjoni judizzjarja internazzjonali u fl-infurzar tal-liġi fir-rigward ta’ aspetti differenti taċ-ċiberkriminalità;
10. Itenni l-ħtieġa li jiġu pprovduti parir tekniku u informazzjoni ġuridika, kif ukoll li jiġu stabbiliti programmi dwar il-prevenzjoni taċ-ċiberkriminalità u dwar kif tiġi miġġielda; jinkoraġġixxi t-taħriġ taċ-ċiberinġiniera speċjalizzati fil-protezzjoni tal-infrastruttura kritika u tas-sistemi tal-informazzjoni, kif ukoll it-taħriġ tal-operaturi tas-sistemi ta’ kontroll tat-traffiku u taċ-ċentri ta' ġestjoni tat-traffiku; jenfasizza l-ħtieġa serja li jiddaħħlu skemi ta’ taħriġ regolari taċ-ċibersigurtà għall-persunal tas-settur pubbliku fil-livelli kollha;
11. Itenni t-talba tiegħu għall-kawtela fl-applikazzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq l-abilità li għandhom iċ-ċittadini biex jagħmlu użu mill-għodod tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni u tal-informazzjoni, u jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jimmiraw li qatt ma jipperikolaw id-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini meta jkunu qed jiżviluppaw reazzjonijiet għaċ-ċibertheddidiet u għaċ-ċiberattakki, u għandu jkollhom mezzi leġiżlattivi adegwati biex jiddistingwu bejn ċiberinċidenti ta’ livell ċivili u dawk ta' livell militari;
12. Iqis li l-involviment regolatorju fil-qasam taċ-ċibersigurtà għandu jkun orjentat lejn ir-riskji, iffukat fuq l-infrastruttura kritika li l-funzjonament tajjeb tagħha huwa ta’ interess pubbliku maġġuri, u għandu jibni fuq l-isforzi eżistenti tal-industrija bbażati fuq is-suq biex tiġi żgurata r-reżiljenza tan-netwerks; jenfasizza r-rwol kruċjali li għandha l-kooperazzjoni fil-livell operazzjonali fit-trawwim ta’ skambju aktar effiċjenti ta’ informazzjoni dwar ċibertheddidiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi u s-settur privat – kemm fil-livell ta’ Unjoni u kemm f’dak nazzjonali, kif ukoll mas-sħab strateġiċi tal-Unjoni – bil-għan li tiġi żgurata s-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni, billi jiġu ġġenerati l-fiduċja, il-valur u l-impenn reċiproċi, u tiġi skambjata l-perizja; iqis li s-sħubijiet pubbliċi-privati għandhom ikunu bbażati fuq in-newtralità tan-netwerks u n-newtralità teknoloġika, u għandhom jiffukaw fuq sforzi biex jiġu indirizzati l-problemi li għandhom impatt pubbliku għoli; jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-operaturi tas-suq involuti kollha joqogħdu għassa aktar, u jkunu aktar kooperattivi, bil-għan li jipproteġu lill-operaturi l-oħra milli ssir ħsara lis-servizzi tagħhom;
13. Jagħraf il-fatt li l-iskoperta u n-notifika tal-inċidenti ta’ ċibersigurtà huma vitali fil-promozzjoni taċ-ċiberreżiljenza fl-Unjoni; jemmem li għandhom ikunu fis-seħħ rekwiżiti proporzjonati u meħtieġa ta’ żvelar biex ikun hemm provvediment għan-notifika ta’ inċidenti li jinvolvu ksur sinifikanti tas-sigurtà lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u b'hekk ikun jista' jsir monitoraġġ imtejjeb tal-inċidenti taċ-ċiberkriminalità u jiġu ffaċilitati l-isforzi biex titqajjem kuxjenza fil-livelli kollha;
14. Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lil atturi oħra jdaħħlu politiki ta’ ċibersigurtà u ta’ ċiberreżiljenza li jinkludu inċentivi ekonomiċi għall-promozzjoni ta’ livelli għolja ta’ ċibersigurtà u ċiberreżiljenza;
Ċiberreżiljenza
15. Jinnota li s-setturi differenti u l-Istati Membri għandhom livelli differenti ta’ kapabilitajiet u ħiliet u li dan ixekkel l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni ta’ fiduċja u jdgħajjef il-funzjonament tas-suq uniku;
16. Iqis li r-rekwiżiti għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju għandhom isegwu approċċ proporzjonat u bbażat fuq ir-riskji;
17. Jinsisti fuq l-iżvilupp taċ-ċiberreżiljenza għall-infrastrutturi kritiċi, u jfakkar li l-arranġamenti li se jsiru dalwaqt għall-implimentazzjoni tal-Klawżola ta’ Solidarjetà (Artikolu 222 TFUE) għandhom iqisu r-riskju ta’ ċiberattakk kontra Stat Membru; jistieden lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli jieħdu dan ir-riskju in konsiderazzjoni fir-rapporti integrati konġunti tagħhom ta’ valutazzjoni tat-theddidiet u r-riskji li għandhom jinħarġu mill-2015 ’il quddiem;
18. Jenfasizza li bil-għan li jiġu ggarantiti l-integrità, id-disponibilità u l-kunfidenzjalità tas-servizzi kritiċi b’mod partikolari, l-identifikazzjoni u l-kategorizzazzjoni tal-infrastruttura kritika għandhom ikunu aġġornati, u r-rekwiżiti tas-sigurtà minimi meħtieġa għas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni tagħhom għandhom jiġu stabbiliti;
19. Jagħraf il-fatt li l-proposta għal direttiva dwar miżuri biex jiġi żgurat livell komuni għoli ta’ sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni madwar l-Unjoni kollha tipprovdi għal tali rekwiżiti tas-sigurtà minimi għall-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni u għall-operaturi tal-infrastrutturi kritiċi;
20. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Unjoni jistabbilixxu oqfsa adegwati għal sistemi ta’ skambju ta’ informazzjoni rapidi u li jmorru fiż-żewġ direzzjonijiet li se jiżguraw l-anonimità għas-settur privat u jżommu s-settur pubbliku aġġornat b'mod kostanti, u, fejn ikun meħtieġ, jagħtu għajnuna lis-settur privat;
21. Jilqa’ n-nozzjoni tal-Kummissjoni li tinħoloq kultura ta’ ġestjoni tar-riskji fir-rigward taċ-ċibersigurtà, u jħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jinkludu b’mod rapidu l-ġestjoni taċ-ċiberkriżijiet fil-pjanijiet tagħhom ta’ ġestjoni tal-kriżijiet u fl-analiżijiet tagħhom tar-riskji; jisieden, barra minn hekk, lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni jinkoraġġixxu lill-atturi tas-settur privat jinkludu l-ġestjoni taċ-ċiberkriżijiet fil-pjanijiet tagħhom ta’ ġestjoni u fl-analiżijiet tagħhom tar-riskji, u jħarrġu l-persunal tagħhom fiċ-ċibersigurtà;
22. Jistieden lill-Istati Membri kollha u lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jistabbilixxu netwerk ta’ skwadri ta’ rispons f’emerġenza relatata mal-kompjuters (CERTs) li jiffunzjonaw tajjeb li tkun operazzjonali fuq bażi ta’ 24/7; jirrimarka li s-CERTs nazzjonali għandhom ikunu parti min-netwerk effettiv li fih tiġi skambjata informazzjoni rilevanti skont l-istandards rekwiżiti tal-fiduċja u l-kunfidenzjalità; jinnota li inizjattivi li jiġbru flimkien taħt umbrella waħda CERTs u korpi oħra rilevanti ta’ sigurtà jistgħu jservu bħala għodod utli fl-iżvilupp tal-fiduċja f’kuntest transkonfinali u trans-settorjali; jagħraf l-importanza ta' kooperazzjoni effiċjenti u effettiva bejn is-CERTs u l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità;
23. Jappoġġja lill-ENISA fl-eżerċitar tad-dmirijiet tagħha fir-rigward tas-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni, b’mod partikolari billi tipprovdi gwida u billi tagħti pariri lill-Istati Membri, kif ukoll billi tappoġġja l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-iżvilupp ta’ ambjent ta’ fiduċja;
24. Jenfasizza l-ħtieġa li l-industrija timplimenta rekwiżiti xierqa ta’ prestazzjoni taċ-ċibersigurtà tul il-katina tal-valur kollha kemm hi għall-prodotti tal-ICT użati fin-netwerks tat-trasport u fis-sistemi tal-informazzjoni, twettaq ġestjoni xierqa tar-riskji, tadotta standards tas-sigurtà u soluzzjonijiet, u tiżviluppa l-aħjar prattiki u l-qsim tal-informazzjoni bil-ħsieb li jiġu żgurati sistemi ċibersiguri ta’ trasportazzjoni;
Riżorsi industrijali u teknoloġiċi
25. Hu tal-fehma li l-iżgurar ta’ livell għoli ta’ sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni jwettaq rwol ċentrali fiż-żieda tal-kompetittività kemm tal-fornituri u kemm tal-utenti tas-soluzzjonijiet tas-sigurtà fl-Unjoni; iqis li filwaqt li l-industrija tas-sigurtà tal-IT fl-Unjoni għandha potenzjal importanti li mhux qed jiġi sfruttat, l-utenti privati, pubbliċi u dawk fin-negozji spiss mhumiex infurmati dwar il-kosti u l-benefiċċji ta’ investiment fiċ-ċibersigurtà u, hekk, jibqgħu vulnerabbli għal ċibertheddidiet li jagħmlu l-ħsara; jenfasizza li l-implimentazzjoni tas-CERTs hija fattur rilevanti f’dan ir-rigward;
26. Jemmen li provvista b'saħħitha ta’ soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà, u d-domanda għalihom, tirrikjedi investiment adegwat f’riżorsi akkademiċi, fir-riċerka u l-iżviluppu (R&Ż), u l-bini tal-għarfien u tal-kapaċità min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali involuti f’materji tal-ICT, bil-għan li jitrawmu l-innovazzjonijiet u tinħoloq kuxjenza suffiċjenti dwar ir-riskji tas-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni, li jwasslu għal industrija Ewropea tas-sigurtà li ssir flimkien bi ftehim;
27. Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxu “suq uniku għaċ-ċibersigurtà” li fih l-utenti u l-fornituri jistgħu jagħmlu l-aħjar użu tal-innovazzjonijiet, is-sinerġiji u l-perizja kkombinata li hemm disponibbli, u li tippermetti li jidħlu l-SMEs;
28. Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jikkunsidraw li jagħmlu investimenti konġunti fl-industrija Ewropea taċ-ċibersigurtà, tista' tgħid bl-istess mod kif sar f'industriji oħra, bħalma hu s-settur tal-avjazzjoni;
Ċiberkriminalità
29. Iqis li l-attivitajiet kriminali fiċ-ċiberspazju jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-benesseri tas-soċjetajiet daqs offiżi fid-dinja fiżika, u li dawn is-suriet ta’ kriminalità spiss isaħħu waħda lill-oħra, kif jista' jiġi osservat, pereżempju, fl-isfruttament sesswali tat-tfal u fil-kriminalità organizzata u fil-ħasil tal-flus;
30. Jinnota li f’xi każijiet hemm konnessjoni bejn l-attivitajiet ta’ negozju leġittimi u dawk illeċiti; jenfasizza l-importanza tal-konnessjoni, li hija ffaċilitata mill-internet, bejn il-finanzjament tat-terroriżmu u l-kriminalità organizzata serja; jenfasizza li l-pubbliku għandu jintgħamel konxju tas-serjetà tal-fatt li dak li jkun jiġi involut fiċ-ċiberkriminalità, u tal-possibilità li dak li mal-ewwel daqqa t’għajn jista’ jidher li huwa att kriminali “soċjalment aċċettabbli” – bħalma hu t-tniżżil illegali ta’ films – spiss jiġġenera somom kbar ta’ flus għas-sindakati internazzjonali tal-kriminalità;
31. Jaqbel mal-Kummissjoni li l-istess normi u prinċipji li japplikaw offline japplikaw ukoll online u, għalhekk, li l-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità jeħtieġ li tiġi intensifikata b’leġiżlazzjoni aġġornata u kapabilitajiet operazzjonali;
32. Hu tal-fehma li, minħabba n-natura mingħajr fruntieri taċ-ċiberkriminalità, l-isforzi li jsiru, u l-perizja offruta, fil-livell ta’ Unjoni, ’il fuq mill-livell tal-Istati Membri individwali, huma partikolarment importanti, u li l-Eurojust, l-EC3 tal-Europol, is-CERTs, u l-universitajiet u ċ-ċentri tar-riċerka għandhom għalhekk jingħataw riżorsi u kapabilitajiet adegwati biex jiffunzjonaw kif jixraq bħala ċentri għall-perizja, il-kooperazzjoni u l-qsim tal-informazzjoni;
33. Jilqa’ bil-kbir l-istabbiliment tal-EC3, u jinkoraġġixxi l-iżvilupp futur ta’ din l-aġenzija u tar-rwol vitali tagħha fil-koordinament tal-iskambju transkonfinali f’waqtu u effiċjenti ta’ informazzjoni u perizja b’appoġġ għal sforzi biex tiġi pprevenuta, skoperta u investigata ċ-ċiberkriminalità;
34. Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li ċ-ċittadini jkunu jistgħu faċilment jaċċessaw l-informazzjoni dwar iċ-ċibertheddidiet u dwar kif għandhom jikkumbattuhom; jemmen li gwida bħal din għandha tinkludi tagħrif fuq kif l-utenti jistgħu jipproteġu l-privatezza tagħhom fuq l-internet, kif jiskopru u jirrappurtaw każijiet ta’ “grooming”, kif jinstallaw software u firewalls, kif jimmaniġġjaw passwords u kif jiskopru identifikazzjoni falza (phishing), it-taħjir (pharming) u attakki oħra;
35. Jinsisti li l-Istati Membri li għadhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni ta’ Budapest tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iċ-ċiberkriminalità għandhom jagħmlu dan mingħajr dewmien żejjed; jilqa’ r-riflessjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-ħtieġa li l-Konvenzjoni tiġi aġġornata fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi biex tiġi żgurata l-effikaċja kontinwata tagħha fl-indirizzar taċ-ċiberkriminalità, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipparteċipaw f’dan id-dibattitu; jinkoraġġixxi sforzi biex tiġi promossa r-ratifika tal-Konvenzjoni fost pajjiżi oħra, u jistieden lill-Kummissjoni tippromwoviha b’mod attiv barra mill-Unjoni;
Ċiberdifiża
36. Jenfasizza li ċ-ċibersfidi, iċ-ċibertheddidiet u ċ-ċiberattakki iqiegħdu f’riskju l-interessi tad-difiża u tas-sigurtà nazzjonali tal-Istati Membri, u li l-approċċi ċivili u militari għall-kompitu tal-protezzjoni tal-infrastruttura kritika għandhom jimmassimizzaw il-benefiċċju għat-tnejn li huma permezz ta’ sforzi biex jintlaħqu sinerġiji;
37. Jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jintensifikaw il-kooperazzjoni tagħhom mal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) bil-ħsieb li jiġu żviluppati proposti u inizjattivi għal kapabilitajiet ta’ ċiberdifiża, filwaqt li jibnu fuq inizjattivi u proġetti riċenti; jenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu r-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż), inkluż billi jinġabru flimkien u jiġu kondiviżi r-riżorsi;
38. Itenni li strateġija komprensiva tal-UE għaċ-ċibersigurtà għandha tqis il-valur miżjud tal-aġenziji u l-korpi eżistenti, kif ukoll il-prattiki t-tajba miġbura minn dawk l-Istati Membri li jkunu diġà daħħlu strateġiji ta’ ċibersigurtà tagħhom stess;
39. Jistieden li VP/RGħ tinkludi l-ġestjoni taċ-ċiberkriżijiet fl-ippjanar tal-ġestjoni tal-kriżijiet, u jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri, f’kooperazzjoni mal-EDA, jiżviluppaw pjanijiet biex jipproteġu l-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK kontra ċ-ċiberattakki; jistedinhom jgħaqqdu flimkien forza Ewropea ta’ ċiberdifiża;
40. Jenfasizza l-kooperazzjoni prattika tajba man-NATO fil-qasam taċ-ċibersigurtà, u l-ħtieġa li din il-kooperazzjoni tissaħħaħ, b’mod partikolari permezz ta’ koordinazzjoni aktar mill-qrib fl-oqsma tal-ippjanar, tat-teknoloġija, tat-taħriġ u tat-tagħmir;
41. Jitlob li jsiru sforzi min-naħa tal-Unjoni biex tidħol fi skambju ma' sħab internazzjonali, inkluża n-NATO, tidentifika oqsma ta' kooperazzjoni, tevita d-duplikazzjoni u tikkumplementa l-attivitajiet, kulfejn ikun possibbli;
Politika internazzjonali
42. Jemmen li l-kooperazzjoni u d-djalogu internazzjonali jwettqu rwol essenzjali fil-ħolqien tal-fiduċja u t-trasparenza, u fil-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ netwerking u ta’ skambju ta’ informazzjoni fil-livell globali; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jistabbilixxu skwadra taċ-ċiberdiplomazija, li r-responsabilitajiet tiegħu jkunu jinkludu l-promozzjoni tad-djalogu ma’ pajjiżi u organizzazzjonijiet li jkollhom l-istess mentalità; jitlob għal aktar parteċipazzjoni attiva min-naħa tal-UE fil-firxa wiesgħa ta’ konferenzi internazzjonali ta’ livell għoli dwar iċ-ċibersigurtà;
43. Iqis li jeħtieġ li jinstab bilanċ bejn l-għanijiet li jinsabu f’kompetizzjoni bejniethom tat-trasferiment transkonfinali tad-dejta, tal-protezzjoni tad-dejta u taċ-ċibersigurtà, skont l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, notevolment skont il-GATS;
44. Jistieden lill-VP/RGħ tintegra b'mod ġenerali d-dimensjoni taċ-ċibersigurtà fl-azzjonijiet esterni tal-UE, b'mod speċjali fir-rigward tal-pajjiżi terzi, bil-għan li tiġi intensifikata l-kooperazzjoni, u l-iskambju tal-esperjenzi u tal-informazzjoni, dwar kif wieħed għandu jittratta ċ-ċibersigurtà;
45. Jitlob li jsiru sforzi mill-Unjoni biex tidħol fi skambju ma' sħab internazzjonali bil-għan li tidentifika oqsma ta' kooperazzjoni, tevita d-duplikazzjoni u tikkumplementa l-attivitajiet, kulfejn ikun possibbli; jistieden lill-VP/RGħ u lill-Kummissjoni jkunu proattivi fl-organizzazzjonijiet internazzjonali u jikkoordinaw il-pożizzjonijiet tal-Istati Membri dwar kif għandhom jiġu promossi s-soluzzjonijiet u l-politiki fil-qasam ċibernetiku b’mod effikaċi;
46. Huwa tal-fehma li għandhom isiru sforzi biex jiġi żgurat li l-istrumenti ġuridiċi internazzjonali eżistenti, b’mod partikolari l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iċ-Ċiberkriminalità, jiġu infurzati fiċ-ċiberspazju; iqis, għalhekk, li ma hemm l-ebda ħtieġa fil-preżent li jinħolqu strumenti ġuridiċi ġodda fil-livell internazzjonali; jilqa’, madankollu, il-kooperazzjoni internazzjonali biex jiġu żviluppati normi tal-imġiba għaċ-ċiberspazju, li jappoġġja l-istat tad-dritt fiċ-ċiberspazju; iqis li għandu jiġi kkunsidrat l-aġġornament tal-istrumenti ġuridiċi eżistenti biex jirriflettu l-avvanzi li jsiru fit-teknoloġija; hu tal-fehma li l-kwistjonijiet ta’ ġurisdizzjoni jeħtieġu diskussjoni bir-reqqa dwar is-suġġett tal-kooperazzjoni u l-prosekuzzjoni ġudizzjarji f’każijiet kriminali transnazzjonali;
47. Iqis li, b’mod partikolari, il-Grupp ta’ Ħidma bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar iċ-Ċibersigurtà u ċ-Ċiberkriminalità għandu jservi bħala strument għall-UE u l-Istati Uniti biex jiskambjaw, kulfejn ikun possibbli, l-aħjar prattiki dwar politiki ta’ ċibersigurtà; jinnota, f’dan il-kuntest, li l-oqsma marbuta maċ-ċibersigurtà, bħalma huma s-servizzi li jiddependu mill-funzjonament sigur tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni, se jiġu inklużi fin-negozjati li se jsiru dalwaqt tas-Sħubija Trans-Atlantika ta’ Kummerċ u ta’ Investiment (TTIP); ), li għandhom jiġu konklużi b’tali mod li jsalvagwardja s-sovranità tal-UE u l-indipendenza tal-istituzzjonijiet tagħha;
48. Jinnota li l-ħiliet fiċ-ċibersigurtà, u l-kapaċità biex jiġu pprevenuti, skoperti, u miġġielda b'mod effikaċi t-theddidiet u l-attakki malizjużi, mhumiex żviluppati bl-istess mod madwar id-dinja; jenfasizza li l-isforzi li jsiru biex tiżdied iċ-ċiberreżiljenza u jiġu miġġielda ċ-ċibertheddidiet m’għandhomx ikunu limitati għas-sħab tal-istess mentalità, iżda għandhom jiġu indirizzati wkoll reġjuni li għandhom kapaċitajiet, infrastruttura teknika u oqfsa ġuridiċi anqas żviluppati; jemmen li l-koordinazzjoni tas-CERTs hija kruċjali f’din il-materja; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita – u, jekk ikun meħtieġ, tagħti għajnuna lil – l-isforzi li jsiru min-naħa ta’ pajjiżi terzi biex jibnu kapaċitajiet ta’ ċibersigurtà tagħhom proprji, bl-użu ta’ mezzi xierqa;
Implimentazzjoni
49. Jitlob li jsiru valutazzjonijiet regolari tal-effikaċja tal-istrateġiji nazzjonali taċ-ċibersigurtà fil-livell politiku l-aktar għoli, bil-għan li jiġi żgurat l-adattament għat-theddidiet globali ġodda u biex jiġi ggarantit l-istess livell ta' ċibersigurtà fi Stati Membri differenti;
50. Jistieden lill-Kummissjoni tfassal pjan direzzjonali ċar li jiddetermina l-iskedi ta’ żmien għall-objettivi li għandhom jitwettqu fil-livell ta' Unjoni taħt l-istrateġija taċ-ċibersigurtà, u għall-valutazzjonijiet tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jiftiehmu dwar pjan simili ta' twettiq għall-attivitajiet nazzjonali taħt din l-istrateġija;
51. Jitlob li jsiru rapporti regolari – mill-Kummissjoni, l-Istati Membri, il-Europol u l-EC3 li għadu kif ġie stabbilit, il-Eurojust u l-ENISA – li jivvalutaw il-progress li jsir fuq l-objettivi spjegati fl-istrateġia taċ-ċibersigurtà, inklużi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li jkejlu l-progress tal-implimentazzjoni;
o o o
52. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Europol, lill-Eurojust u lill-Kunsill tal-Ewropa.
L-aġenda diġitali għat-tkabbir, il-mobbiltà u l-impjieg
321k
30k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2013 dwar l-Aġenda Diġitali għat-Tkabbir, il-Mobbiltà u l-Impjieg: Wasal iż-żmien li nħaffu l-ħidma tagħna (2013/2593(RSP))
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2012 bit-titolu "L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa - Nixprunaw it-tkabbir Ewropew b’mod diġitali" COM(2012)784 final,
– wara li kkunsidra l-mistoqsiji lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar “L-Aġenda Diġitali għat-Tkabbir, il-Mobbiltà u l-Impjieg: Wasal iż-żmien li nħaffu l-ħidma tagħna” (O-000085 – B7-0219/2013 and O-000086 – B7-0220/2013),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet mobbli fi ħdan l-Unjoni(1),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju(2).
– wara li kkunsidra n-negozjati li għaddejjin dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u b'mod partikolari l-proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għan-networks tat-telekomunikazzjoniet trans-Ewropej u li jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE (COM(2013)0329),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal- 5 ta' Mejju 2010 dwar “Aġenda Diġitali ġdida għall-Ewropa: 2015.eu”(3)
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Settembru 2012 bit-titolu “L-isfruttar tal-potenzjal tal-Cloud Computing fl-Ewropa” (COM(2012)0529),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-25 ta' Jannar 2012 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (Regolament dwar il-Protezzjoni ta' Dejta Ġenerali) (COM (2012) 0011),
– wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Ottubru 2011 li tistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (COM(2011)0665),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Mejju 2010 bit-titolu "Aġenda Diġitali għall-Ewropa" (COM(2010)0245),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 bit-titolu 'Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-Kunsill Ewropew qed jippjana li jadotta l-konklużjonijiet dwar l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa fil-laqgħa tiegħu tal-24-25 ta’ Ottubru 2013;
B. billi l-għan ewlieni tal-istrateġija diġitali għall-Ewropa adottata fl-2010 jeħtieġ li jkun li jitnaqqsu l-inugwaljanzi bejn l-Istati Membri b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għal infrastruttura broadband fissa u mobbli veloċi u ultraveloċi;
C. billi t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICTs) jinsabu fil-qalba tas-soċjetà diġitali u llum jammontaw għal madwar 20 % tat-tkabbir fil-produttività annwali tal-Ewropa u 4.5 % tal-PGD tagħha u jiġġeneraw 25 % tal-investiment privat fir-Riċerka u l-Iżvilupp fl-UE, u jikkostitwixxu potenzjalment kontributur straordinarju għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi.
D. billi l-isfruttar tal-potenzjal tal-ekonomija diġitali fl-UE jkollha effett multiplikatur għoli fl-ekonomija u dan iwassal għal aktar tkabbir u għal aktar impjiegi. billi l-isfruttar tal-potenzjal huwa wieħed mill-aktar riformi importanti għat-tkabbir u l-kompetittività, sabiex l-UE tiġi megħjuna toħroġ mill-kriżi attwali.
E. billi huwa stmat li 50 biljun mezz ser jiġu konnessi mal-Internet sal-2020 u t-traffiku tad-dejta globali huwa mistenni li jikber 15-il darba sa tmiem l-2017; billi dan it-tkabbir esponenzjonali fit-traffiku tal-broadband jesiġi politiki ambizzjużi fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri sabiex tiżdied il-kapaċità tan-netwerks tal-broadband fissi u mobbli, jekk l-Ewropa tixtieq tikseb tkabbir, kompetittività u produttività akbar;
F. billi l-miri attwali tal-aġenda diġitali ġew issuperati mill-ħeffa tal-iżviluppi f'kontinenti oħra u għalhekk mhumiex ambizzjużi biżżejjed biex jiġi żgurat li sal-2020, l-UE tkun minn ta' quddiem fix-xena internazzjonali fir-rigward tat-telekomunikazzjoni;
G. billi l-Parlament u l-Kunsill għadhom jistennew proposti mill-Kummissjoni dwar in-newtralità netta u s-servizz universali;
1. Jenfasizza li l-aġenda diġitali u t-tlestija ta' suq uniku diġitali għandhom ikunu fil-qalba tal-isforzi tal-UE biex tiġġenera t-tkabbir u toħroġ mill-kriżi; jemmen li t-tmexxija politika tinħtieġ kemm fl-livell tal-UE u kemm fl-livell nazzjonali biex jiġu indirizzati ostakoli eżistenti għas-suq uniku diġitali u sabiex jinħolqu l-impjiegi u t-tkabbir fl-UE; ifakkar li l-ekonomija diġitali qiegħda tikber seba' darbiet aktar mir-rata tal-bqija tal-ekonomija u josserva li t-tlestija tas-suq uniku diġitali tal-UE tista' tagħti spinta ta' EUR 110 biljun fis-sena
2. Jirrimarka li l-UE qed tiffaċċja pressjonijiet multipli u simultanji fuq it-tkabbir tal-PGD fi żmien meta l-possibbiltà li jiġi stimulat it-tkabbir bil-fondi pubbliċi hija limitata minn livelli għolja ta’ dejn u ta’ defiċit, u jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri biex jimmobilizzaw kull lieva ta’ tkabbir possibbli; Jinnota li l-ICTs huma teknoloġija trasformattiva essenzjali fis-setturi kollha tal-ekonomija b'rilevanza speċjali f'oqsma bħas-saħħa, l-enerġija, is-servizzi pubbliċi u l-edukazzjoni;
Ewropa b’roaming mingħajr ħlas fl-2015
3. Jiddispjaċih mill-fatt li s-suq tat-telekomunikazzjonijiet għadu fframmentat fis-swieq nazzjonali minn konfini artifiċjali u ma jistax jitqies bħala suq ekonomiku wieħed li fih tkun inkoraġġita l-kompetizzjoni;
4. Jenfasizza li l-analisti industrijali indikaw li d-dħul tal-operaturi Ewropej mir-roaming f’bosta każijiet jammontaw għal madwar 10 % tal-introjtu tal-operaturi tal-UE, u josserva li l-aktar analiżijiet riċenti mill-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi urew li, fuq medja, l-industrija u l-konsumaturi jħallsu d-doppju tal-prezz għat-telefonati roaming li l-operaturi jħallsu fis-suq bl-imnut;
5. Jiddispjaċih mill-fatt li dawn il-marġini ta’ profitt żbilanċjati fuq ir-roaming ikattru l-kostijiet tal-mobilità fl-EU. josserva li dan qed ixekkel it-tkabbir u l-prosperità, billi l-mobilità hija waħda mill-fatturi l-aktar importanti għat-tkabbir tal-UE;
6. Jenfasizza li l-eliminazzjoni tal-ispejjeż tar-roaming hija essenzjali biex tiġi stimulata l-innovazzjoni permezz tal-ħolqien ta' suq domestiku akbar għal prodotti u servizzi innovattivi;
7. Jemmen li suq tat-telekomunikazzjonijiet uniku bħalissa ma jeżistix, inter alia minħabba d-differenzi sinifikanti bejn il-prezzijiet nazzjonali u dawk għar-roaming; jemmen, għalhekk, li dawn il-miżuri strutturali għandhom jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ suq diġitali intern ġenwin li fih tiġi inkoraġġita l-kompetizzjoni u ma jkunx hemm differenza bejn it-tariffi nazzjonali u dawk għar-roaming, biex b’hekk jiġi stabbilit jitwaqqaf suq pan-Ewropew tal-komunikazzjonijiet mobbli;
8. Ifakkar il-Kunsill u l-Kummissjoni li skont l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa d-differenza bejn it-tariffi nazzjonali u dawk għar-roaming għandha toqrob lejn iż-żero sal-2015, u li l-objettiv tar-Regolament (UE) Nru 531/2012 huwa li jinkiseb suq intern għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet bil-mowjal u fl-aħħar mill-aħħar li ma jkunx hemm differenza bejn it-tariffi nazzjonali u dawk għar-roaming;
9. Jemmen li l-miżurili jikkompletaw is-suq uniku diġitali għandhom għalhekk ineħħu d-differenza bejn it-tariffi għar-roaming u dawk nazzjonali sal-2015, u dan iwassal għal UE ħielsa mir-roaming (għal telefonati, messaġġi bil-mitlub (SMS) u dejta);
10. Iffakkar li offerti ġodda minn operaturi tat-telekomunikazzjoni għandhom ikunu faċli li jintużaw u trasparenti biex b'hekk jiġi evitat il-ħolqien ta’ ostakli moħbija ġodda fis-settur tat-telekomunikazzjoni;
11. Ifakkar li l-Kummissjoni biħsiebha tirrevedi l-funzjonament tar-Regolament (UE) Nru 531/2012 u tevalwa l-kompetittività tas-suq tar-roaming, kif ukoll sa liema punt il-konsumaturi bbenefikaw mit-tnaqqis reali fil-prezzijiet tas-servizzi roaming, u d-differenza bejn tariffi għar-roaming u dawk nazzjonali, inkluża d-disponibbiltà ta' offerti li jipprovdu tariffa waħda għal servizzi roaming u dawk nazzjonali.
12. Jinnota li suq uniku diġitali ġenwin mhux se jinħoloq sempliċiment billi jiġu eliminati t-tariffi għar-roaming; jenfasizza li din il-miżura għandha titqies bħala parti minn strateġija diġitali Ewropea komprensiva mmirata b'mod partikolari lejn l-iżvilupp tal-infrastruttura u l-aċċessibbiltà, sabiex jiġu promossi ż-żamma u l-ħolqien tal-impjiegi f’ dan is-settur;
13. Jilqa' t-tħabbira tal-Kummissjoni li se tipproponi pakkett leġiżlattiv sabiex jiġu indirizzati l-ostakoli li fadal għall-funzjonament tas-suq uniku diġitali tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt tal-potenzjal tat-tkabbir tas-settur tat-telekomunikazzjoni permezz tal-ħolqien ta’ suq uniku diġitali fl-UE;
Infrastruttura u mobbiltà
14. Jenfasizza l-bżonn li l-adozzjoni tal-broadband u l-aċċess għalih, il-kummerċ elettroniku, l-inklużjoni diġitali, servizzi pubbliċi transkonfinali u l-miri tar-riċerka u l-innovazzjoni stabbiliti fl-Aġenda Diġitali tal-Ewropa jibqgħu jikkostitwixxu prijorità ewlenija sabiex l-UE tkun tista' tgawdi bis-sħiħ il-benefiċċji tas-soċjetà diġitali;
15. Ifakkar li, b’mod parallel mal-ħtieġa li jitneħħew l-ostakoli għas-suq uniku diġitali tal-UE, hija prijorità assoluta għall-UE li tinvesti f'infrastruttura tal-internet broadband ottimali, ta' veloċità kbira, sabiex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tal-ekonomija diġitali;
16. Jenfasizza li jekk l-UE tixtieq toħloq il-kundizzjonijiet għar-revoluzzjoni diġitali u terġa' tkun minn ta' quddiem fix-xena internazzjonali, hija teħtieġ miri ambizzjużi u għat-tul għall-2020; jemmen li mira rieżaminata u diretta lejn il-futur tal-aġenda diġitali għall-2020 għandha tkun il-konnessjoni tal-familji tal-UE kollha permezz ta' konnessjonijiet broadband ta' veloċità ta' 100 megabit kull sekonda, u li 50% tal-familji jkunu abbonnati għal servizz ta' gigabit kull sekonda u aktar; jieħu nota li l-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija diġà indika l-appoġġ tiegħu għal tali miri ambizzjużi fir-rapport tiegħu dwar linji gwida għal networks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej u għar-revoka tad-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE;
17. Jiddispjaċih ħafna dwar il-fatt li bosta Stati Membri ma rrispettawx l-iskadenza tal-1 ta' Jannar 2013 biex jallokaw id-'dividend diġitali' fil-medda ta' 800MHz lis-servizzi broadband mobbli, kif stipulat fil-programm tal-politika tal-ispettru tar-radju; jenfasizza li dan id-dewmien fixkel il-ħruġ ta' netwerks 4G fl-UE u għalhekk jistieden lill-Istati Membri jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-medda 800 MHz issir disponibbli għas-servizzi tal-broadband mobbli, u jistieden lill-Kummissjoni tuża s-setgħat kollha tagħha biex tiżgura l-implimentazzjoni rapida tagħha;
18. Jinnota li l-fornitura tal-broadband mistennija li se tonqos milli tlaħħaq il-miri stabbiliti fl-Aġenda Diġitali; jinsab konvint, għalhekk, li mingħajr livelli akbar ta' investiment f'netwerks futuri, l-UE se ssir saħansitra anqas kompetittiva fix-xena globali. iqis li l-Kummissjoni, fil-kuntest tal-Att tas-Suq Uniku, għandha wkoll tippreżenta rieżami wiesa’ tal-qafas legali għas-suq tat-telekomunikazzjonijiet, sabiex tagħti spinta lill-investiment fin-netwerks fissi u mobbli;
19. Iqis li l-irwol tal-kompetizzjoni fl-ixprunar tal-investiment f'infrastruttura diġitali ġodda sabiex jiġi promoss it-tkabbir ekonomiku ma għandux jiġi preġudikat. jemmen li huwa kruċjali li l-Kummissjoni tiggarantixxi qafas regolatorju li permezz tiegħu l-atturi kollha tas-suq ikunu jistgħu jinvestu f'infrastruttura diġitali innovattivi. iqis li, għal dan il-fini, regoli ġodda li jistabbilixxu prezzijiet ta' aċċess effiċjenti għan-netwerks ta’ Aċċess għall-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGA) għandhom jirriflettu l-proċess kompetittiv fundamentali f'kull Stat Membru billi jirrispettaw il-prerogattivi tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ regolamentazzjoni (NRAs). jemmen li, għal dan il-fini, netwerks NRA għandhom jaħdmu biex isegwu objettivi komuni, eż dawk tal-Aġenda Diġitali, u jużaw l-għarfien aqwa u l-għarfien speċifiku tagħhom tas-swieq nazzjonali rispettivi tagħhom.
21. Jenfasizza l-importanza tat-tlestija ta’ azzjonijiet fundamentali ddikjarati fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, b’enfażi partikolari dwar l-infrastruttura u s-servizzi reżiljenti u affidabbli, u r-reġim tal-protezzjoni tad-dejta;
22. Ifakkar lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni u reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Soċjetà ta’ Informazzjoni (2001/29/KE(4)) sabiex jiġu żgurati l-prevedibbiltà, il-mobbiltà u l-flessibbiltà fis-suq uniku diġitali tal-UE, hekk kif mitlub fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-11 ta’ Diċembru 2012 dwar Strateġija dwar il-libertà diġitali fil-politika barranija tal-UE(5);
ICTs għall-impjieg taż-zgħażagħ
23. Jenfasizza li l-kisba ta' suq uniku diġitali kompletament operattiv jeħtieġ sforz ikkoordinat biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha, irrispettivament mil-lokalità tagħhom, ikollhom aċċess għall-internet u l-ħiliet meħtieġa biex jużawh;
24. Jilqa’ it-tnedija f’Marzu 2013 tal-Gran Koalizzjoni għal Impjiegi Diġitali, miftuħa għall-partijiet interessati kollha; jistieden lill-Kummissjoni trendi l-Gran Koalizzjoni operattiva b’urġenza, b’mod li din l-inizjattiva tiġi rreplikata fil-livell tal-Istati Membri u tagħti aċċess preferenzjali lill-parteċipanti għall-fondi tal-UE għall-appoġġ tal-azzjonijiet tagħhom.
25. Jenfasizza li l-qgħad, inkluż taż-żgħażagħ u l-qgħad fit-tul, laħaq livelli għoljin iżżejjed fl-UE u li x'aktarx dawn se jibqgħu għoljin fil-futur qrib, u li azzjoni determinata u urġenti hija meħtieġa fil-livelli politiċi kollha.
26. Jinnota li attwalment, jeżistu aktar minn 4 miljun ħaddiem ICT fl-UE, numru qed jikber bi 3% fis-sena, u li sas-sena 2015, skont il-Kummissjoni Ewropea, 700,000 sa miljun impjieg ICT ta' kwalità għolja se jibqgħu vakanti, u dan minkejja l-kriżi; jenfasizza li l-ħiliet elettroniċi u l-edukazzjoni diġitali jistgħu konsegwentement ikunu ta' importanza straordinarja sabiex jiġi indirizzat l-qgħad dejjem jikber, speċjalment fost iż-żgħażagħ;
27. Jilqa' l-adozzjoni fil-livell tal-Unjoni Ewropea tal-iskemi "Garanzija għaż-Żgħażagħ" sabiex jiġi żgurat li ż-żgħażagħ Ewropej kollha jirċievu offerti ta' impjieg ta' kwalità tajba, edukazzjoni jew taħriġ ulterjuri, apprendistat fi żmien erba' xhur minn meta jitilqu mill-iskola jew jispiċċaw qiegħda; jinnota madanakollu li huwa ċar li s-somma ta' EUR 6 biljun allokata għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss mhijiex biżejjed biex tindirizza l-iskala tal-problema; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jimmassimizzaw l-effikaċa ta' tali azzjoni billi jipprijoritizzaw l-akkwist ta' ħiliet diġitali; jenfasizza li ħiliet diġitali għandhom ikunu l-komponent essenzjali ta' kull taħriġ professjonali, biex jiġi żgurat li ġenerazzjonijiet ġodda u dawk attwali fil-post tax-xogħol huma kapaċi jiksbu il-ħiliet li jinħtieġu;
L-ICTs għall-SMEs
28. Ifakkar li r-rwol tal-internet bħala pjattaforma li tippermetti kwalunkwe ċittadin jniedi servizz jew prodott innovattiv immirat lejn kwalunkew ċittadin ieħor, biex b’hekk jinħolqu impjiegi u SMEs, flimkien mar-rwol tiegħu bħala pjattaforma għall-komunikazzjoni soċjali huwa prinċipju fundamentali tas-suq uniku diġitali;
29. Jenfasizza li l-SMEs huma l-qalba tal-ekonomija tal-UE u li hemm bżonn ta’ aktar azzjoni sabiex tiġi promossa l-kompetittività globali tal-SMEs tal-UE u biex jiġi stabbilit l-aħjar ambjent possibbli għall-użu ta’ żviluppi teknoloġiċi ġodda promettenti b’impatt qawwi fuq il-kompetittività tal-UE, bħall-cloud computing;
30. Jinnota li bħala għażla ta' karriera alternattiva għal impjieg regolari, aktar Ewropej, speċjalment iż-żgħażagħ, issa qegħdin jagħżlu l-intraprenditorija, xprunati mill-opportunitajiet mingħajr preċedent maħluqa mill-internet, il-cloud, pjattaformi mobbli, netwerks soċjali u l-flussi enormi ta' dejta; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri joħolqu ambjent aktar favur in-negozju b’aċċess aktar faċli għall-finanzjament (“il-liċenzja li tfalli”), swieq, netwerks u ħiliet, li għandhom jiġu inkoraġġuti permezz ta’ skemi tal-kondiviżjoni tar-riskji, il-kapital ta’ riskju, trattament fiskali favorevoli u avvenimenti ta’ netwerking;
Id-diġitizzazzjoni tas-settur pubbliku
31. Jenfasizza li d-diġitizzazzjoni tas-settur pubbliku għandha titpoġġa fuq quddiem fil-passi li jmiss tal-Aġenda Diġitali peress li, flimkien mat-tnaqqis fl-ispejjeż għall-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-provvediment ta’ servizzi aktar effiċjenti għaċ-ċittadini, l-effett ta' lieva diġitali għas-setturi kollha tal-ekonomija ikun ta' benefiċċju kbir ħafna;
32. Jiddispjaċih li strateġiji nazzjonali tal-cloud computing qegħdin jiġu segwiti a skapitu ta' strateġija Ewropea ambizzjuża u effikaċi; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-proposti tagħha u tidentifika riżorsi li jkunu effikaċi biżżejjed biex ipoġġu lill-UE f'pożizzjoni fuq quddiem fir-rigward tal-istandardizzazzjoni;
33. Jenfasizza li amministrazzjoni pubblika moderna hija fattur essenzjali li jsostni t-tfassil u l-applikazzjoni ta' politiki li jippromwovu l-impjiegi, it-tkabbir u l-kompetittività; jenfasizza li l-potenzjal tal-ICTs għandu jiġi sfruttat sabiex jinkiseb settur pubbliku bi prestazzjoni aħjar u aktar effiċjenti filwaqt li jitnaqqas il-piż amministrattiv; jinnota li l-ICTs jistgħu jixprunaw r-riforma ta' sistemi għall-ġbir tat-taxxa u tal-kura tas-saħħa, inaqqsu d-dewmien fil-pagamenti lill-fornituri, u jtejbu l-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji; iqis, b'mod partikolari, li l-għoti tal-kura tas-saħħa wasslet biex tiġi revoluzzjonata, bl-għoti ta' servizz aktar effiċjenti u personalizzat lill-pazjenti u lill-professjonisti.
34. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iħaffu l-ħidma tas-Sħubija Ewropea tal-Cloud;
Il-finanzjament tal-ICTs: il-QFP
35. Jiddispjaċih li s-somma ta' EUR 9.2 biljun proposta mill-Kummissjoni għall-Investimenti ICT fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) għall-perjodu 2014-2020 se titnaqqas drastikament. jenfasizza li minħabba ċ-ċirkostanzi finanzjarji l-ġodda, investimenti f'netwerks tal-broadband taħt il-Fondi Strutturali u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali huma aktar sinifikanti minn qatt qabel u għandhom jiżdiedu b'mod sostanzjali fir-rigward tal-perjodu ta' programmar 2007-2013;
36. Jenfasizza li mmirar aħjar tal-fondi tal-UE għal-investimenti fl-ICT huwa meħtieġ u li l-finanzjament għall-ICT fil-QFP li jmiss għandu jikkorrispondi mal-piż u l-impatt ekonomiku ta’ dan is-settur. jitlob li s-sehem tal-infiq relatat mal-ICT fil-QFP kollu għandu jingħata prijorità akbar, meta mqabbel mal-perjodu 2007-2013;
o o o
37. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sirja,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar is-Sirja tat-23 ta’ Jannar, tat-18 ta’ Frar, tal-11 ta’ Marzu, tat-2 ta’ April, tas-27 ta’ Mejju, tal-24 ta’ Ġunju, u tad-9 u tat-22 ta’ Lulju 2013; wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar is-Sirja tat-8 ta’ Frar 2013,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ) Catherine Ashton tal-21 ta’ Awissu 2013 rigward l-aħħar rapporti dwar l-użu ta’ armi kimiċi f’Damasku, tat-23 ta’ Awissu 2013 dwar l-urġenza kbira ta’ soluzzjoni politika għall-kunflitt Sirjan (li tirrifletti l-pożizzjoni maqbula tal-UE tas-7 ta’ Settembru 2013 dwar is-Sirja), u tal-10 ta’ Settembru 2013 dwar il-proposta li l-armi kimiċi tas-Sirja jitqiegħdu taħt kontroll internazzjonali;
– wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra tal-1949 u l-protokolli addizzjonali għalihom, il-Protokoll ta’ Ġinevra (għall-Konvenzjoni tal-Aja) dwar il-Projbizzjoni tal-Użu fil-Gwerra ta’ Gassijiet Asfissjanti, Velenużi jew Gassijiet Oħra, u ta’ Mezzi Batterjoloġiċi, iffirmat f’Ġinevra fis-17 ta’ Ġunju 1925, u l-istandards imniżżla fil-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
A. billi, skont in-Nazzjonijiet Uniti, mindu bdiet ir-repressjoni vjolenti kontra dimostranti paċifiċi fis-Sirja f’Marzu 2011 inqatlu aktar minn 100 000 ruħ, li l-biċċa l-kbira minnhom kienu ċivili; billi, skont l-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA), 4,25 miljun ruħ sfaw spustati internament u hemm aktar minn 2 miljun rifuġjat Sirjan, l-aktar fit-Turkija, il-Ġordan, il-Libanu, l-Eġittu u l-Iraq;
B. billi fil-21 ta’ Awwissu 2013 twettaq attakk kimiku fuq skala kbira fis-subborgi ta’ Damasku, li qatel mijiet ta’ persuni, inklużi bosta nisa u tfal; billi dan l-attakk ikkostitwixxa vjolazzjoni sfaċċata tad-dritt internazzjonali, delitt tal-gwerra u delitt kontra l-umanità; billi tagħrif minn varjetà wiesgħa ta’ sorsi tikkonferma l-eżistenza ta’ tali attakk, u jidher li tindika evidenza qawwija li r-reġim Sirjan huwa responsabbli għal dawn l-attakki;
C. billi l-gvern tas-Sirja qabel fil-25 ta’ Awwissu 2013, erbat ijiem wara l-attakk kimiku, li l-ispetturi tan-NU jżuru l-post; billi s-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki-moon ħeġġeġ lit-tim ta’ spezzjoni sabiex joħroġ ir-riżultati tiegħu mill-aktar fis possibbli; billi l-missjoni ta’ spezzjoni tan-NU għandha mandat limitat li tiddetermina jekk intużawx jew le armi kimiċi, mingħajr ma tindirizza l-mistoqsija ta’ min kien responsabbli għal din l-azzjoni;
D. billi fid-9 ta’ Settembru 2013 is-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki-moon, u fl-10 ta’ Settembru 2013 il-VP/RGħ Catherine Ashton, laqgħu l-proposta li l-armi kimiċi tar-reġim Sirjan jiġu ttrasferiti lill-komunità internazzjonali għall-qerda, liema proposta ntlaqgħet fil-pront mir-Russja, l-Iran u r-reġim Sirjan; billi s-Sur Ban Ki-moon qal li kien qed jikkunsidra li jħeġġeġ lill-Kunsill tas-Sigurtà biex jitlob it-trasferiment immedjat ta’ dawn l-armi u ħażniet ta’ prekursuri kimiċi lejn postijiet fis-Sirja fejn jistgħu jinħażnu u jinqerdu b’mod sikur;
1. Jikkundanna bil-qawwa l-qtil tal-massa ta’ nies ċivili b’armi kimiċi fil-21 ta’ Awissu 2013 li, skont l-intelligence tal-Punent, wassal għall-mewt ta’ mill-anqas 1 400 ruħ, fosthom 400 tifel u tifla, filwaqt li jinnota li sorsi differenti jidher li jindikaw li r-reġim Sirjan huwa responsabbli għal dan l-attakk;
2. Jirrimarka li, quddiem dan l-użu terribbli ta’ armi kimiċi, il-komunità internazzjonali ma tistax tibqa’ inattiva; jenfasizza li l-użu ppruvat ta’ armi kimiċi, b’mod partikolari kontra ċ-ċivili, huwa ksur sfaċċat tad-dritt internazzjonali, delitt tal-gwerra u delitt kontra l-umanità, li jirrikjedi risposta ċara, qawwija, immirata u magħquda, bla esklużjoni ta’ miżuri ta’ deterrent eventwali, biex isir ċar li delitti bħal dawn huma inaċċettabbli u biex jiġi evitat kull użu ulterjuri ta’ armi kimiċi fis-Sirja, jew xi mkien ieħor;
3. Jilqa’ l-pożizzjoni tal-UE dwar is-Sirja, maqbula fil-laqgħa informali tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE tas-7 ta’ Settembru 2013; jenfasizza li s-sitwazzjoni fis-Sirja tirrikjedi approċċ komuni u koerenti mill-Istati Membri; jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jkomplu jiddiskutu s-sitwazzjoni fis-Sirja fil-qafas tal-Kunsill Affarijiet Barranin u jivvalutaw x’miżuri l-UE tista’ tadotta biex tappoġġa lill-forzi demokratiċi fl-oppożizzjoni Sirjana, tiffaċilita d-djalogu u approċċ komuni ma’ membri oħra tal-komunità internazzjonali u tagħti aktar għajnuna umanitarja lill-popolazzjoni fis-Sirja u fil-pajjiżi ġirien; jenfasizza li l-UE għandha toqgħod partikolarment attenta li tavviċina lill-atturi rilevanti kollha u tippromwovi proċess li jreġġa’ lura l-eskalazzjoni fir-reġjun kollu;
4. Jistieden lin-NU biex jikkompletaw bil-ħeffa l-investigazzjoni eżawrjenti tagħhom dwar l-użu tal-armi kimiċi fis-Sirja; jitlob li r-rapport tat-tim ta’ spezzjoni jintbagħat mill-aktar fis possibbli lill-Kunsill tas-Sigurtà biex dan ikun jista’ jiddiskuti l-qtil tal-massa fis-Sirja fuq il-bażi tal-konklużjonijiet milħuqa mit-tim ta’ investigazzjoni tan-NU u jivvaluta l-miżuri li jeħtieġ li jiġu adottati bħala konsegwenza b’risposta għall-użu tal-armi kimiċi fis-Sirja u biex dawk responsabbli jagħtu kont ta’ għemilhom;
5. Jilqa’ l-proposta li l-ħażna ta’ armi kimiċi tas-Sirja titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-komunità internazzjonali biex tinqered mill-aktar fis, wara l-ultimatum mogħti mill-komunità internazzjonali, flimkien ma’ riżoluzzjoni vinkolanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li, jekk ma tiġix rispettata, tkun tista’ tiġi imposta fuq il-bażi tal-istrumenti kollha provduti fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti;
6. Jemmen li l-komunità internazzjonali għandha tipproduċi soluzzjoni politika għas-Sirja li tkun kapaċi ttemm il-vjolenza, tipprevjeni l-użu ulterjuri ta’ armi kimiċi u tippromwovi tranżizzjoni demokratika; jistieden, b’mod partikolari, lir-Russja u liċ-Ċina, bħala membri permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà, biex jassumu r-responsabbiltajiet tagħhom u jiffaċilitaw l-ilħiq ta’ pożizzjoni komuni u soluzzjoni diplomatika għall-kriżi Sirjana, bla ma jeskludu rwol għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti biex tieħu l-materja f’idejha fil-każ ta’ mblukkar persistenti fil-Kunsill tas-Sigurtà; huwa konvint li soluzzjoni dejjiema għall-kriżi attwali fis-Sirja tista’ tintlaħaq biss permezz ta’ proċess politiku inklussiv immexxi mis-Sirjani u mirfud mill-komunità internazzjonali; ikompli jappoġġa, f’dan l-ispirtu, l-isforzi tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u tar-Rappreżentant Speċjali Konġunt tan-NU u l-Lega Għarbija Lakhdar Brahimi biex isir progress fil-proċess ta’ Ġinevra II u fil-Kunsill tas-Sigurtà; itenni t-talbiet tiegħu biex il-Kunsill tas-Sigurtà jirreferi s-sitwazzjoni fis-Sirja lill-Qorti Kriminali Internazzjonali għal investigazzjoni formali; itenni t-talba tiegħu biex il-President Assad u r-reġim tiegħu jwarrbu u jwittu t-triq għal tranżizzjoni demokratika;
7. Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-kriżi umanitarja li għaddejja fis-Sirja u l-implikazzjonijiet tagħha għall-pajjiżi ġirien; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jerfgħu r-responsabbiltajiet umanitarji tagħhom u jkattru l-għajnuna tagħhom lir-refuġjati Sirjani; itenni l-appell tiegħu biex il-pajjiżi kollha jwettqu l-wegħdiet li għamlu fil-konferenza tad-donaturi fil-Kuwajt tat-30 ta’ Jannar 2013; jistieden lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt biex jiffaċilitaw l-għoti ta’ għajnuna u assistenza umanitarja bil-mezzi kollha possibbli, inkluż minn naħa għall-oħra tal-fruntieri u l-linji tal-ġlied, u jiżguraw is-sikurezza tal-persunal mediku kollu u tal-ħaddiema umanitarji kollha;
8. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt fis-Sirja.
Is-sitwazzjoni fl-Eġittu
232k
29k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2013 dwar is-sitwazzjoni fl-Eġittu (2013/2820(RSP))
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Eġittu,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2013 dwar l-irkupru tal-assi mill-pajjiżi tar-Rebbiegħa Għarbija fi tranżizzjoni(1),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar ir-Rebbiegħa Għarbija tat-8 ta’ Frar 2013,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta' Awwissu u tat-22 ta' Lulju 2013 dwar l-Eġittu,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tat-18 ta' Awwissu 2013 dwar l-Eġittu tal-President tal-Kunsill Ewropew, Herman Van Rompuy, u tal-President tal-Kummissjoni, José Manuel Barroso,
– wara li kkunsidra l-kummenti tar-Rappreżentant Għoli, Catherine Ashton, wara l-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar l-Eġittu tal-21 ta' Awwissu 2013, id-dikjarazzjonijiet tar-Rappreżentant Għoli dwar is-sitwazzjoni u l-iżviluppi fl-Eġittu ta' Awwissu u Lulju 2013, kif ukoll id-dikjarazzjoni konġunta tas-7 ta' Awwissu 2013 dwar l-Eġittu tar-Rappreżentant Għoli u tas-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti, John Kerry,
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Eġittu tal-2001, li daħal fis-seħħ fl-2004, imsaħħaħ mill-Pjan ta’ Azzjoni tal-2007, u r-rapport ta’ progress tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Marzu 2013 dwar l-implimentazzjoni tiegħu,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kopresidenti tal-laqgħa tat-Task Force UE-Eġittu tal-14 ta' Novembru 2012,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-kooperazzjoni tal-UE fl-Eġittu fil-qasam tal-governanza, ippubblikat fit-18 ta' Ġunju 2013,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,
– wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, li l-Eġittu huwa firmatarju tiegħu,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Kostituzzjonali maħruġa mill-Eġittu fit-8 ta' Lulju 2013, fejn ġie propost pjan direzzjonali għal emendi kostituzzjonali u elezzjonijiet ġodda,
– wara li kkunsidra l-"Programm ta' Appoġġ għat-Triq Lejn id-Demokrazija" tal-Gvern interim tal-Eġittu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-Eġittu huwa l-akbar pajjiż Għarbi, pajjiż ta’ importanza kbira fin-Nofsinhar tal-Mediterran, sieħeb kummerċjali importanti tal-UE u benefiċjarju kbir ta’ għajnuna mill-UE; billi l-iżviluppi politiċi, ekonomiċi u soċjali fl-Eġittu għandhom implikazzjonijiet kbar fir-reġjun kollu u lil hinn minnu;
B. billi n-nuqqas min-naħa tal-President Morsi u tal-gvern tiegħu li jwettqu l-wegħdiet ekonomiċi, biex iqis it-tħassib leġittimu tal-forzi demokratiċi kollha tas-soċjetà Eġizjana u biex jimplimenta trażizzjoni demokratika mitluba mill-popolazzjoni għal dawn l-aħħar sentejn wassal għal żieda fil-polarizzazzjoni politika, dimostrazzjonijiet tal-massa fejn il-President Morsi ntalab jirriżenja u kunflitti vjolenti;
C. billi fit-30 ta' Ġunju 2013, miljuni ta' avversarji tal-President Morsi nġabru fil-Kajr u fi bliet Eġizzjani oħrajn biex juruh li jriduh jirriżenja; billi, wara dawn il-protesti, fit-3 ta' Lulju 2013, il-kap tal-forzi armati, il-Ġeneral Abdul Fattah al-Sisi, mexxa kolp militari li ħeles mill-President Morsi u l-gvern tiegħu; billi fid-dikjarazzjoni tiegħu tal-4 ta’ Lulju 2013 il-Kunsill Suprem tal-Forzi Armati ħabbar is-sospensjoni tal-Kostituzzjoni, it-trasferiment tal-poter lill-kap tal-Qorti Kostituzzjonali sakemm isiru elezzjonijiet presidenzjali bikrin, segwiti minn elezzjonijiet parlamentari, u l-iffurmar ta’ gvern ta’ koalizzjoni nazzjonali u kumitat biex jistudja emendi għall-Kostituzzjoni; billi s-Sur Adly Mansour ħa l-ġurament bħala President interim;
D. billi l-President interim xolja l-kamra għolja tal-Parlament, ħabbar pjan direzzjonali fuq perjodu ta' tranżizzjoni ta' disa' xhur, li matulu l-Kostituzzjoni tal-2012 tiġi emendata u adottata b'referendum, segwita minn elezzjonijiet parlamentari u presidenzjali, u ħatar Prim Ministru interim; billi l-ogħla awtoritajiet Islamiċi u Kristjani Koptiċi tal-Eġittu, il-politiċi liberali prominenti, u l-Partit Nour Salafist laqgħu il-pjan direzzjonali ta' tranżizzjoni; billi kumitat kostituzzjonali ġdid magħmul minn 50 espert inħatar fl-1 ta’ Settembru 2013 biex ifassal emendi kostituzzjonali;
E. billi l-ex President Morsi ilu detenut mit-3 ta' Lulju 2013 f'post mhux magħruf u għandu jittella' l-qorti mill-prosekutur pubbliku tal-pajjiż, flimkien ma' 14-il persuna oħra, inklużi esponenti ewlenin tal-Fratellanza Musulmana, fuq akkużi ta' inċitament għall-qtil u l-vjolenza; billi ħafna membri tal-Fratellanza Musulmana ġew arrestati, fosthom il-biċċa l-kbira tal-mexxejja tagħha li qed jistennew li jibdew il-proċessi; billi l-ex dittatur Hosni Mubarak inħeles mill-ħabs fit-22 ta' Awwissu 2013 u ilu taħt arrest domiċiljari minn dakinhar 'l hawn;
F. billi mill-intervent militari ’l hawn is-sostenituri tal-Fratellanza Musulmana organizzaw dimostrazzjonijiet kbar madwar l-Eġittu, filwaqt li talbu li l-eks President Morsi jinħeles u jerġa’ jinħatar President; billi ħafna mill-protesti organizzati mill-Fratellanza Musulmana saru vjolenti u wasslu għal ġlied fatali bejn iċ-ċittadini, kif ukoll bejn sostenituri tal-Fratellanza Musulmana u l-forzi tal-armata u tas-sigurtà; billi fl-14 ta' Awwissu 2013 l-armata u l-pulizija Eġizzjani sfrattaw żewġ sit-ins ta' partitarji tal-ex President Morsi u tal-Fratellanza Musulmana fl-intersezzjoni ta' Rabaa u fi Pjazza Nahda fil-Kajr, u dan wassal għall-mewt ta' mijiet ta' dimostranti kif ukoll ta' għexieren ta' pulizija;
G. billi l-gvern interim iddikjara stat ta' emerġenza ta' xahar u ħabbar li kien se jitwaqqaf kumitat indipendenti magħmul minn figuri pubbliċi biex jinvestiga t-tixrid tas-sit-ins ta’ Rabaa u ta’ Misraħ Nahda; billi NGOs reġjonali u Eġizzjani talbu għal missjoni għas-sejba tal-fatti mil-Lega Għarbija ħalli jiġu investigati l-atti reċenti ta' vjolenza fil-pajjiż; billi l-medjazzjoni tal-UE u internazzjonali s'issa ma rnexxielhiex tistabbilixxi djalogu politiku inklużiv, u billi l-protesti, kunflitti u arresti komplew iseħħu;
H. billi t-tgerrix vjolenti tas-sit-ins ġie segwit minn vjolenza settarja traġika kontra l-Insara Eġizzjani, b'mod partikolari minn dawk li appoġġjaw il-Fratellanza Musulmana; billi l-forzi tas-sigurtà Eġizzjana ġew akkużati li ma pproteġewx il-knejjes u l-komunitajiet Koptiċi kontra attakki ta' tpattija prevedibbli;
I. billi l-atti ta' terroriżmu u l-attakki vjolenti kontra l-forzi tas-sigurtà fis-Sinai qegħdin jiżdiedu, fosthom il-qtil ta' 25 pulizija li ma kinux xogħol fit-Tramuntana tas-Sinai fid-19 ta' Awwissu 2013; billi l-Ministru tal-Intern Eġizzjan Mohammed Ibrahim kien il-mira ta' attakk ta' bomba fil-Kajr fil-5 ta' Settembru 2013;
J. billi l-gvern interim iddikjara li r-rikonċiljazzjoni nazzjonali u l-istat tad-dritt huma l-ogħla prijoritajiet tal-azzjoni tiegħu;
K. billi l-Eġittu qed jiffaċċja diffikultajiet ekonomiċi dejjem aktar serji; billi l-prosperità ekonomika fil-pajjiż teħtieġ stabbiltà politika, politiki ekonomiċi sodi, azzjoni biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni u appoġġ internazzjonali; billi l-ġustizzja soċjali u livell ta' għajxien ogħla għaċ-ċittadini huma dimensjonijiet kruċjali tat-tranżizzjoni lejn soċjetà Eġizzjana mifuħa, stabbli, demokratika, libera u prospera;
L. billi t-trade unions indipendenti u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom rwol kruċjali x'jiżvolġu f'dan il-perjodu kritiku ta' tranżizzjoni politika u soċjali fl-Eġittu; billi stampa u midja ħielsa u indipendenti jiffurmaw parti ewlenija ta’ soċjetà fi kwalunkwe demokrazija vera; billi l-vjolenza fiżika u l-atti ta’ fastidju fuq il-ġurnalisti żdiedu fl-Eġittu filwaqt li, fit-3 ta’ Settembru 2013 qorti fil-Kajr ordnat l-għeluq ta’ erba’ stazzjonijiet tat-televiżjoni mmexxija mill-Fratellanza Musulmana jew minn persuni li jżommu magħhom, billi qalet li kienu qed joperaw illegalment; billi l-uffiċċji ta' ħafna stazzjonijiet televiżivi ġew f'dawn l-aħħar sitt ġimgħat irrejdjati mill-forzi tas-sigurtà;
M. billi n-nisa Eġizzjani huma f'sitwazzjoni partikolarment vulnerabbli fil-perjodu attwali ta' kriżi politika mtawla; billi n-nisa li jipprotestaw huma soġġetti ta’ sikwit għall-vjolenza, attakki sesswali u forom oħra ta’ trattament degradanti, filwaqt li l-attivisti tad-drittijiet tan-nisa qed jaffaċċjaw theddid u fastidji;
N. billi bejn l-2007 u l-2012 l-Eġittu rċieva madwar EUR 1 biljun f’għajnuna mill-UE u billi l-UE impenjat EUR 5 biljuni oħra f’għajnuna, li jistgħu jsiru disponibbli kompletament biss ladarba jintlaħqu l-kundizzjonijiet marbutin magħhom stabbiliti mill-FMI;
O. billi fil-konklużjonijiet tiegħu dwar l-Eġittu tal-21 ta' Awwissu 2013 il-Kunsill Affarijiet Barranin inkariga lir-Rappreżentant Għoli, b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, bir-rieżami tal-kwistjoni tal-għajnuna tal-UE lill-Eġittu permezz tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, abbażi tal-impenn tal-Eġittu favur il-prinċipji li jsejsuhom; billi l-Istati Membri ddeċidew li jissospendu l-liċenzji ta' esportazzjoni lejn l-Eġittu għal kwalunkwe tagħmir li jista' jintuża għat-trażżin intern, li jirrivalutaw il-liċenzji ta' esportazzjoni għal tagħmir militari ieħor, u li jirrieżaminaw l-għajnuna tagħhom lill-Eġittu fil-qasam tas-sigurtà;
P. billi f'konformità mal-Politika Ewropea tal-Viċinat riveduta, u b'mod partikolari l-approċċ "aktar għal aktar", il-livell u l-iskop tal-involviment tal-UE mal-Eġittu huwa bbażat fuq l-inċentivi u għalhekk dipendenti fuq il-progress fir-rigward tal-pajjiż li jirrispetta l-impenji tiegħu, inkluż għad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza bejn is-sessi;
1. Jesprimi s-solidarjetà kbira tiegħu għall-poplu Eġizjan u l-kondoljanzi sinċieri tiegħu lill-familji tal-vittmi ta’ ġlied u vjolenza reċenti; jitlob lill-awtoritajiet Eġizzjani jistabbilixxu kumitat ġudizzjarju biex jinvestiga b’mod indipendenti d-delitti kollha, kif imwiegħed mill-presidenza Eġizzjana fit-8 ta’ Lulju 2013;
2. Jikkundanna l-użu tal-forza sproporzjonat b'mod esagerat mill-forzi tas-sigurtà Eġizzjana u t-telf ta’ ħajjiet traġiku waqt li kienu qed jiżżarmaw il-kampijiet ta’ Rabaa u Nahda; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Eġittu jiżgura li l-forzi tas-sigurtà jistabbilixxu proċeduri ta’ riezami intern adegwati, sabiex ir-responsabbiltajiet għall-użu eċċessiv tal-forza jistgħu jiġu żgurati u dawk responsabbli jinġiebu quddiem il-ġustizzja;
3. Jiddeplora fl-istess waqt il-fatt li t-tmexxija tal-Fratellanza Musulmana naqset milli tagħti istruzzjonijiet ċari lis-sostenituri tagħha biex iżommu lura minn kwalunkwe forma ta’ vjolenza kontra ċittadini bħalhom, l-armata u l-pulizija; jiddeplora l-fatt li t-tmexxija tal-Fratellanza Musulmana m’għamlet xejn biex tipprevjeni u twaqqaf dawk l-attakki u kkundannathom tard wisq; jitlob lill-Fratellanza Musulmana biex ma titlobx jew tigglorifika ebda forma ta' vjolenza u biex tappoġġa proċedimenti ġuridiċi kontra dawk tal-mexxejja tagħha li talbu li tintuża l-vjolenza;
4. Jikkundanna l-atti kollha ta' terroriżmu, inċitament, vjolenza u diskors ta' mibegħda; iħeġġeġ lill-atturi politiċi u l-forzi tas-sigurtà kollha biex jeżerċitaw l-akbar moderazzjoni u jevitaw il-provokazzjoni, bl-għan li tiġi evitata aktar vjolenza fl-aħjar interessi tal-pajjiż; ifakkar lill-President interim, lill-Gvern interim u lill-armata Eġizzjana fl-obbligu tagħhom li jiżguraw is-sigurtà taċ-ċittadini kollha fil-pajjiż irrispettivament mill-affiljazzjoni u l-fehmiet politiċi tagħhom; jesprimi t-tħassib kbir għall-arrest irrapportat ta' tużżani ta' tfal fir-rigward tar-ripressjoni fuq il-partiġjani tal-Fratellanza Musulmana, u jitlob għar-rilaxx immedjat tagħhom;
5. Jesprimi l-preokkupazzjonijiet tiegħu dwar l-iżviluppi politiċi fl-Eġittu; jitlob lill-awtoritajiet Eġizjani, sabiex joħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għal proċess politiku inklużiv, biex jintemm l-istat ta’ emerġenza mill-iktar fis possibbli, biex jinħelsu l-priġuniera politiċi kollha, inkluż l-eks President Morsi, u d-detenuti kollha jiġu ttrattati b’rispett sħiħ tal-obbligi internazzjonali tagħhom;
6. Jenfasizza li l-poter għandu jiġi trasferit lil awtoritajiet ċivili eletti demokratikament kemm jista’ jkun malajr; jesprimi s-solidarjetà fundamentali tiegħu ma’ dawk l-Eġizzjani kollha li jħaddnu aspirazzjonijiet u valuri demokratiċi għal pajjiżhom u jitlob ritorn rapidu għall-proċess demokratiku, inkluża l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari ħielsa u ġusti fi proċess inklużiv b’mod sħiħ, bil-parteċipazzjoni tal-atturi demokratiċi kollha, u biex jitwettqu ir-riformi ekonomiċi u ta' governanza meħtieġa; iħeġġeġ lill-Fratellanza Musulmana tikkontribwixxi għall-isforzi ta' rikonċiljazzjoni; jemmen li kwalunkwe projbizzjoni, esklużjoni jew prosekuzzjoni kontra forza politika demokratika jew attur politiku demokratiku fl-Eġittu tkun qed tirrepeti żbalji li saru fl-imgħoddi u twassal biss għal żieda tar-radikaliżmu;
7. Jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-proċess ta’ abbozzar u riforma kostituzzjonali, u jenfasizza li dan għandu jqiegħed il-pedamenti għal Eġittu ġdid verament demokratiku, filwaqt li jiggarantixxi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, inkluż il-libertà reliġjuża, għaċ-ċittadini kollha, nisa u rġiel, tal-Eġittu u jippromwovi t-tolleranza u l-koeżistenza interreliġjuża u jiggarantixxi l-protezzjoni tal-minoranzi kif ukoll il-libertà tal-assoċjazzjoni, tal-assemblea u tal-midja; jemmen bis-sħiħ li l-proċess ta’ konsultazzjoni dwar l-emendi kostituzzjonali għandu jinkludi l-komponenti kollha tal-ispettru politiku Eġizzjan, inklużi l-komponenti moderati tal-Fratellanza Musulmana, u rappreżentanza adegwata tan-nisa, u li għandu jiġi segwit minn referendum dwar kostituzzjoni ġdida u pluralistika u minn elezzjonijiet parlamentari ħielsa u ġusti;
8. Jitlob li jintemmu minnufih l-atti kollha ta' vjolenza, l-attakki sesswali u forom oħra ta' trattament degradanti kontra d-dimostranti nisa u l-attivisti għad-drittijiet tan-nisa, li jsiru investigazzjonijiet serji u imparzjali dwar il-każijiet kollha bħal dawn, u biex dawk responsabbli jiġu kkastigati;
9. Jikkundanna l-vjolenza reċenti kontra l-komunità Kopta, inkluża l-qerda ta’ għadd kbir ta’ knejjes, ċentri tal-komunità u negozji madwar il-pajjiż; jesprimi t-tħassib li l-awtoritajiet fallew milli jieħdu miżuri tas-sigurtà adegwati biex jipproteġu l-komunità Kopta minkejja l-ħafna twissijiet; jinnota l-pluraliżmu storiku tas-soċjetà Eġizzjana u t-tradizzjoni li ilha teżisti għal sekli sħaħ tal-komunità Kopta Eġizzjana; jitlob lill-Gvern Eġizzjan jappoġġa l-komunità Kopta b’kull mod possibbli, sabiex il-komunità Kopta Eġizzjana tista' tkompli tkun parti importanti importanti min-nisġa soċjali u ekonomika tal-Eġittu u li terġa' tiġi għal li kienet malajr il-koeżistenza paċifika mal-komunitajiet l-oħra tal-Eġittu;
10. Jisħaq darb'oħra fuq l-importanza tal-kontribut tas-soċjetà ċivili, tat-trade unions u tal-midja fil-bini ta' demokrazija profonda u sostenibbli fl-Eġittu; jistieden lill-Gvern interim jiggarantixxi li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili domestiċi u internazzjonali, it-trade unions u l-ġurnalisti indipendenti jistgħu joperaw liberament, mingħajr indħil mill-Gvern, fil-pajjiż; jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani biex jiżguraw li l-kumitat inkarigat biex jikteb liġi ġdida tal-NGOs jipproduċi abbozz li jkun konformi mal-istandards internazzjonali; jappoġġa d-deċiżjoni tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-21 ta' Awwissu 2003 li, fid-dawl tal-impatt negattiv tas-sitwazzjoni ekonomika fuq il-gruppi l-aktar vulnerabbli tas-soċjetà Eġizzjana, l-għajnuna tal-UE fis-settur soċjoekonomiku u lis-soċjetà ċivili se tkompli;
11. Jilqa' r-rakkomandazzjonijiet mill-Kunsill Nazzjonali Eġizzjan għad-Drittijiet tal-Bniedem lill-gvern biex jiftaħ uffiċċju reġjonali tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Kajr, u jħeġġeġ lill-Gvern eġizzjan japprova l-ftuħ ta' dan l-uffiċċju;
12. Iħeġġeġ lill-Unjoni tqis kemm il-prinċipju ta' kundizzjonalità ("aktar għal aktar") u l-isfidi ekonomiċi serji li l-Eġittu qed jaffaċċja fir-relazzjonijiet bilaterali tagħha mal-pajjiż u fl-appoġġ finanzjarju lill-pajjiż; jitlob li jkun hemm standards ċari u miftiehma b'mod konġunt f'dan ir-rigward; jilqa' d-deċiżjoni reċenti tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin li jissospendi l-liċenzji ta' esportazzjoni lejn l-Eġittu għal kwalunkwe tagħmir li jista' jintuża għat-trażżin intern, li jirrivalutaw il-liċenzji ta' esportazzjoni għal tagħmir militari ieħor, u li jirrieżaminaw l-għajnuna lill-Eġittu fil-qasam tas-sigurtà;
13. Jikkonferma mill-ġdid l-impenn tiegħu biex jgħin lill-poplu Eġizzjan fil-proċes lejn riforma demokratika u ekonomika; jilqa' u jappoġġa l-isforzi ta' medjazzjoni bejn il-partijiet tar-Rappreżentant Għoli / Viċi President, Catherine Ashton, u tar-Rappreżentant Speċjali, Bernardino León, bl-għan li tiġi nnegozjata soluzzjoni għall-kriżi politika attwali;
14. Jieħu nota tal-konklużjonijiet tar-rapport speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tat-18 ta' Ġunju 2013 dwar "Kooperazzjoni tal-UE mal-Eġittu fil-Qasam tal-Governanza", u jitlob li tittieħed azzjoni biex jiġu żgurati aktar trasparenza u responsabbiltà fir-rigward tal-mod li bih jintefqu l-fondi tal-UE fl-Eġittu, b'kunsiderazzjoni speċjali għal proġetti li jippromwovu s-soċjetà ċivili u li jipproteġu l-minoranzi u d-drittijiet tan-nisa;
15. Itenni t-talba tiegħu li jiġi stabbilit bla dewmien mekkaniżmu tal-UE biex tingħata għajnuna legali u teknika lill-pajjiżi tar-Rebbiegħa Għarbija fil-proċess ta' rkupru tal-assi, kif imsemmi fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2013 iżda li ġie pospost minħabba l-inkwiet fl-Eġittu; jenfasizza darb'oħra li l-faċilitazzjoni tar-radd tal-assi misruqa mill-ex dittaturi u r-reġimi tagħhom hija obbligu morali għall-UE; jemmen li l-irkupru tal-assi huwa kwistjoni politika ferm minħabba l-valur simboliku tiegħu u jista' jagħti kontribut kbir biex terġa' tiddaħħal ir-responsabbiltà, tinħoloq l-istabbiltà u jinbnew istituzzjonijiet sodi fl-ispirtu tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-pajjiżi sħab ikkonċernati;
16. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu.
Id-dimensjoni marittima tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni
470k
50k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta´ Settembru 2013 dwar id-Dimensjoni Marittima tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (2012/2318(INI))
– wara li kkunsidra t-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u b'mod partikolari l-Artikoli 42, 43 u 45 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 222 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 194 tat-TFUE,
– wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà intitolata 'Ewropa sikura f'dinja aħjar', adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2003, u r-rapport dwar l-implimentazzjoni tagħha intitolat 'Nipprovdu s-Sigurtà f’Dinja li qed Tinbidel’, approvat mill-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta' Diċembru 2008,
– wara li kkunsidra l-Politika Marittima Integrata tal-2007 (COM(2007)0575) u r-Rapport ta' Progress tal-2012 (COM(2012)0491),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Ministri Ewropej responsabbli għall-Politika Marittima Integrata u tal-Kummissjoni Ewropea tas-7 ta' Ottubru 2012, dwar Aġenda tal-Baħar u Marittima għat-tkabbir u l-impjiegi, id-"Dikjarazzjoni ta' Limassol",
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Istrateġija ta' Sigurtà Marittima tas-26 ta' April 2010,
– wara li kkunsidra ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Qarn tal-Afrika(1),
– wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS) tal-10 ta' Diċembru 1982,
– wara li kkunsidra l-Proposta Konġunta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni mill-Unjoni tal-Klawżola ta' Solidarjetà tal-21 ta' Diċembru 2012(2),
– wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2006 intitolata 'Lejn Politika Marittima tal-Unjoni għall-ġejjieni', Viżjoni Ewropea għall-Oċeani u l-Ibħra' (COM(2006)0275),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Jannar 2011 dwar il-politika sostenibbli tal-UE għat-Tramuntana Estrema(3) u l-Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2012 dwar l-Iżvilupp ta’ Politika tal-Unjoni Ewropea rigward ir-Reġjun Artiku: il-progress mill-2008 u l-passi li jmiss(4),
– wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Kondotta tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) dwar il-Ġbir flimkien u l-Qsim tal-2012,
– wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-Alleanza Marittima adottata minn NATO fit-18 ta' Marzu 2011,
– wara li kkunsdira l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija 'l barra mix-xtut tas-Somalja (ATLANTA) tal-2008(5),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-missjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) tal-2012(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2010 dwar il-Kooperazzjoni ċivili-militari u l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ċivili-militari(7),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Qarn tal-Afrika tal-14 ta' Novembru 2011, u, b’mod partikolari, il-Qafas Strateġiku stabbilit fl-anness tagħhom,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2012 dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni(8),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2013(9) dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar il-piraterija fuq il-baħar(10) u tal-10 ta' Mejju 2012 dwar il-piraterija marittima(11),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0220/2013),
A. billi l-Istati Membri tal-UE jikkostitwixxu kosta ta' 'l fuq minn 90 000 kilometru fit-tul fil-fruntiera bejn żewġ oċeani u erba' ibħra, apparti mit-territorji extra-Ewropej u l-installazzjonijiet ta' sigurtà nazzjonali f'oċeani oħra; billi l-Istati Membri tal-UE huma responsabbli għall-kontroll, is-sigurtà u s-sikurezza tal-ilmijiet kostali u territorjali Ewropej, iż-Żoni Ekonomiċi Esklussivi (EEZs), il-blata kontinentali, l-infrastruttura marittima u r-riżorsi marittimi; billi l-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà li jkunu l-fornituri prinċipali tas-sigurtà għall-baħħara abbord bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom u għaċ-ċittadini tagħhom; billi n-nuqqas ta' kapaċità tal-Istati li jikkontrollaw l-ispazju marittimu għandu konsegwenzi li jmorru lil hinn sew miż-żoni kostali u marittimi tagħhom;
B. billi l-limiti marittimi tal-Istati Membri jiffurmaw l-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea;
C. billi l-ispazji marittimi huma miftuħa, vasti u mingħajr limiti, u huma limitati biss mill-ġurisdizzjonijiet marittimi; billi l-ispazji marittimi huma diffiċli biex jiġu kkontrollati, speċjalment peress li d-dritt marittimu internazzjonali għandu l-għan prinċipali li jiffaċilità l-kummerċ u jiggarantixxi l-moviment liberu;
D. billi 90 % tal-kummerċ estern tal-UE u 40 % tal-kummerċ intern tagħha hu trasportat permezz tal-baħar; billi l-UE hi l-attur ewlieni fid-dinja tat-trasport marittimu, u sidien ta' vapuri Ewropej imexxu 30 % tal-bastimenti u 35 % tat-tunnellaġġ tat-trasport dinji - inter alia 55 % tal-bastimenti tal-kontejners u 35 % tat-tankers, u dan jirrappreżenta 42 % tal-valur tal-kummerċ globali bil-baħar; billi l-Istati Membri tal-UE flimkien jikkostitwixxu l-ikbar EEZ (ta' madwar 25 miljun kilometru kwadru);
E. billi kwalunkwe strateġija marittima tal-UE għandha l-ewwel u qabel kollox tippromwovi l-prinċipji bażiċi stabbiliti l-Artikolu 21 tat-TFUE bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u tas-solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-dritt internazzjonali; billi l-Istati għandhom l-obbligu li jippruvaw isaħħu u jinfurzaw mill-ġdid id-dritt internazzjonali, b'mod partikolari l-UNCLOS u li jiggarantixxu l-fluss tar-rotot marittimi u l-preservazzjoni tal-Beni Komuni Globali u tal-interessi kummerċjali u ambjentali;
F. billi l-importanza tal-flussi marittimi globali għall-Unjoni żdiedet b'mod esponenzjali bħala konsegwenza tat-tkabbir ekonomiku, il-globalizzazzjoni u l-interdipendenza globali li dejjem qed tikber; billi l-bilanċ marittimu ġeostrateġiku qed jinbidel malajr, u l-poteri emerġenti qed jadottaw strateġiji u tekonoloġiji ta' ċaħda għall-aċċess biex jistabbilixxu ruħhom fiż-żoni marittimi reġjonali u globali, filwaqt li jikkostrinġu l-aċċess tal-Istati Uniti u tal-Ewropea billi ambjent ta' sigurtà marittima aktar kumpless u vast b'applikazzjoni mhux stretta u varjata tat-trattati internazzjonali jagħmilha aktar diffiċli li jkun hemm multilateraliżmu u kooperazzjoni internazzjonali effettivi fir-regolamentazzjoni tal-affarijiet marittimi; billi huwa fl-interess tal-UE li tiżgura sigurtà marittima mhux biss fl-ilmijiet 'l barra mill-kosti iżda fl-oċeani u l-ibħra tad-dinja;
G. billi ħafna fatturi bħall-faqar, in-nuqqas ta' żvilupp, il-livelli baxxi tal-kontroll mill-istat u tal-infurzar tal-liġi u l-vulnerabbiltà tar-rotot jinkoraġġixxu l-proliferazzjoni ta' tipi differenti ta’ theddid għas-sigurtà marittima; billi dak it-theddid jista' jitnissel kemm mill-atteġġamenti tal-istati li jistgħu jkunu interessati fit-tfixkil tal-flussi marittimi internazzjonali u mill-attivitajiet illegali ta' atturi mhux statali, bħal reati transnazzjonali (pereżempju t-traffikar tal-armi jew tad-drogi), it-terroriżmu internazzjonali jew il-piraterija li jesplojtjaw id-dgħufijiet ta' sistema frammentata ta’ governanaza marittima lokali, reġjonali u globali ; billi l-attivitajiet legali u illegali fuq il-baħar qed jiżdiedu fin-numru u fil-kumplessità b'riżultat ta' din il-multiplikazzjoni tal-atturi preżenti fuq il-baħar li jagħmluha aktar u aktar diffiċli li jkun hemm distinzjoni bejn l-attivitajiet legali u dawk illegali; billi dan jitfa' pressjoni fuq l-UE biex tinvesti f'approċċ olistiku sabiex tindirizza l-kumplessità tal-isfidi transnazzjonali, li l-ebda Stat Membru ma jista' jaffronta waħdu;
H. billi l-perspettiva globali dwar il-kapaċitajiet navali u l-projezzjoni tal-poter qed tinbidel malajr, filwaqt li l-poteri emerġenti u stabbiliti qed jesprimu dubju dwar il-prinċipji tal-UNCLOS, l-arbitraġġ u r-regolamentazzjoni internazzjonali; billi, l-aktar sinifikanti, iċ-Ċina ssegwi l-politika ta' "String of Pearls", billi tipprova żżid u testendi l-preżenza tagħha fuq il-baħar għal għadd kbir ta' raġunijiet iddikjarati u mhux, mis-sigurtà tal-kummerċ u r-rotot tal-enerġija sal-kontroll tar-riżorsi marittimi u l-infrastruttura marittima kritika, b'hekk tmur kontra l-interessi marittimi tal-ġirien kważi kollha tagħha fl-Ibħra tan-Nofsinhar u tal-Lvant taċ-Ċina;
I. billi l-UE u l-Istati Membri kollha tagħha huma partijiet kontraenti għall-UNCLOS, għaldaqstant il-Konvenzjoni tikkostitwixxi parti mill-acquis communautaire;
J. billi, bħala attur globali, l-UE trid tikkunsidra l-isfidi ta' sigurtà u r-risposti awtonomi possibbli, b’mod partikolari fir-rigward taż-żoni viċini tal-Baħar Mediterran, il-Qarn tal-Afrika u l-Atlantiku tal-Punent, iżda wkoll il-Paċifiku, mil-Lvant sal-Punent, u mill-Artiku sal-Antartiku;
K. billi l-atturi mhux statali marittimi illegali jipproliferaw, filwaqt li jheddu r-rotot u l-infrastrutturi marittimi kritiċi u jesplojtaw id-dgħjufijiet tal-istati u l-ġurisdizzjonijiet tagħhom;
L. billi l-ġlieda kontra dan it-theddid mhux konvenzjonali ħafna drabi sseħħ f'ambjenti diffikultużi u perikolużi, u b'hekk tirrikjedi kemm mezzi ċivili kif ukoll militari; billi l-PSDK, b'dimensjoni kemm ċivili kif ukoll militari, hi qafas xieraq għall-ġlieda kontra t-theddid perikoluż fuq il-baħar u tul il-kosti;
M. billi l-UE waħida ma tistax tiżgura sigurtà marittima globali; billi għandha bżonn tikseb sħubiji b'saħħithom ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet reġjonali, speċjalment f'żoni remoti - pereżempju fl-Asja, fejn pereżempju hu aktar diffiċli li l-UE tuża r-riżorsi propji;
N. billi l-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà (ESS) ma tirreferix speċifikament għad-dimensjoni marittima, apparti billi tidentifika l-piraterija bħala theddida għall-UE; billi l-Politika Marittima Integrata Ewropea (PMI) tindirizza l-kwistjonjiet marittimi iżda bilkemm tmiss mad-dimensjoni tas-sigurtà u b'hekk tittraskura qasam li qed ikompli jħasseb l-UE; billi hemm ħtieġa imperattiva għal reviżjoni tal-approċċ tal-UE għas-sigurtà marittima, partikolarment bl-adozzjoni tal-Istrateġija ta' Sigurtà Marittima Ewropea (EMSS) li tikkjarifika kif il-PMI għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-ESS; billi din l-EMSS għandha tiddefinixxi l-interessi ta’ sigurtà u l-objettivi strateġiċi, u tidentifika l-objettivi, ir-riskji, il-mezzi disponibbli u neċessarji għal intervent, kif ukoll xenarji eventwali;
O. billi l-EMSS hi meħtieġa sabiex l-interessi, ir-riskji u l-opportunitajiet li l-Unjoni taffaċja fuq il-baħar jiġu integrati, inkluża l-protezzjoni għaċ-ċittadini Ewropej u l-assi tagħhom; billi dik l-istrateġija għandha tippromwovi l-valuri u l-prinċipji Ewropej, u jeħtieġ li jkollha miri fit-tul u tkun proattiva u timmobilizza l-instituzzjonijiet u l-atturi rilevanti kollha, kemm ċivili kif ukoll militari u tenfasizza, b'mod partikolari, li l-fatt li l-Istati Membri tal-UE ma jifilħux jiżviluppaw u jżommu l-kapaċitajiet navali bl-objettiv uniku li jużawhom esklussivament f'operazzjonijiet potenzjali ta' intensità għolja;
P. billi l-kunflitt u n-nuqqas ta' stabbiltà li jaffettwaw l-interess tal-UE fil-flussi marittimi miftuħin u l-aċċess sikur jirrikjedu eżami aktar profond tar-rabta bejn is-sigurtà tal-bniedem, il-governanza tal-istat u l-iżvilipp u billi l-istrateġija tal-UE għall-Qarn tal-Afrika għandha għalhekk tintuża bħala mudell għal approċċ komprensiv li jinvolvi l-istrumenti politiċi, diplomatiċi, soċjali, u ekonomiċi tal-UE; billi dan l-approċċ komprensiv għandu jkunfil-qalba tal-EMSS u għandu jinvolvi koordinazzjoni fost l-inizzjattivi, l-aġenziji u l-istrumenti differenti tal-UE, bl-għan li jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tan-nuqqas ta'stabbiltà u jingħata kontribut sabiex jiġi riżolt il-kunflitt, tiġi rinforzata l-paċi u tingħata assistenza fil-bini tal-istat, il-governanza u l-iżvilupp, bl-inklużjoni tar-riforma tas-settur tas-sigurtà, il-provvista tal-enerġija, is-sigurtà marittima u ta' kummerċ ieħor u tat-trasport, il-protezzjoni tas-sajd u l-ambjent u l-impatt tat-tibdil fil-klima;
Rimarki ġenerali dwar l-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà Marittima futura
1. Jemmen bis-sħiħ li l-UE għandha interess vitali f'ambjent marittimu sikur, miftuħ u nadif li jippermetti passaġġ liberu tal-kummerċ u tal-persuni u l-użu paċifiku, legali, ġust u sostenibbli tal-ġid tal-oċeani, li l-flussi marittimi jirrappreżentaw il-vitalità tal-kummerċ Ewropew u huma fil-bażi tal-prosperità u l-influwenza Ewropea; li s-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej u l-promozzjoni tal-prinċipji tal-Artikolu 21 tat-TFUE huma responsabbiltà tal-UE u tal-Istati Membri; u li l-qafas istituzzjonali tal-UE, kemm ċivili kif ukoll militari, għandu, għaldaqstant, jiġi żviluppat aktar sabiex jipprovdi għall-objettivi, il-mezzi u l-kapaċitajiet neċessarji biex jassumi dik ir-responsabbiltà;
2. Ifakkar lill-Istati Membri li permezz ta' spirtu ta' impenn, fehim mutwali u solidarjetà ġenwina biss l-Unjoni tista' twettaq ir-rwol tagħha kif stabbilit fit-Trattat ta' Lisbona u la-mbizzjoni dikjarata tagħha li tkun fornitur ta’ sigurtà fuq livell globali; ifakkar, b'rabta ma' dan, li l-Artikolu 42(7) tat-TUE ('il-klawżola ta' difiża reċiproka' jew 'il-klawżola ta' assistenza reċiproka’), l-Artikolu 222 tat-TFUE ('il-klawżola tas-solidarjetà'), u l-Artikolu 42(6)TUE (kooperazzjoni permanenti strutturata) introdotti mit-Trattat ta' Lisbona, jipprovdu l-qafas istituzzjonali għal solidarjetà effikaċi fost l-Istati Membri kollha fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża tal-Unjoni; ifakkar li dawk l-istrumenti għad għandhom jiġu implimetati; ifaħħar, b’mod partikolari, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għall-Proposta Konġunta dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni mill-Unjoni tal-klawżola tas-solidarjetà u jistedinhom jivvalutaw liema jkunu l-konsegwenzi kieku din il-klawżola tiġi attivata biex tindirizza kwalunkwe sfida fuq il-baħar jew li tinvolvu assi jew infrastrutturi marittimi; iħeġġeġ lill-Kunsill biex japprova din il-proposta malajr;
3. Jenfasizza l-fatt li l-UNCLOS tipprovdi l-qafas legali għat-tipi kollha ta' attivitajiet imwettqa fl-oċeani u l-ibħra u tista' sservi ta' gwida għar-riżoluzzjoni paċifika tat-tilwim marittimu; iħeġġeġ, għalhekk, lill-UE u l-Istati Membri tagħha jippromwovu l-universitalità tal-Konvenzjoni u jinsistu dwar il-bżonn ta’ implimentazzjoni uniformi u konsistenti tad-dispożizzjonijiet tagħha;
4. Jirrikonoxxi l-fatt li l-Unjoni Ewropea diġà tiddisponi minn ftit mill-mezzi u l-istrumenti neċessarji biex tilqa' l-isfidi globali ta' sigurtà marittima u l-bżonn ta' ambjent sikur u stabbli, permezz tas-SEAE u l-Kummissjoni Ewropea, l-istrumenti finanzjarji, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp, l-għajnuna umanitarja, il-ġestjoni tal-kriżi, il-kooperazzjoni kummerċjali, u għodda oħra rilevanti għal azzjoni; jinnota, madankollu, li l-biċċa l-kbira tal-assi tekniċi u dawk materjali huma responsabbiltà tal-Istati Membri ui r-rieda tagħhom li jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom hi ta' importanza kbira għall-futur tas-sigurtà marittima;
5. Jinnota, madankollu, li l-Istrateġija ta' Sigurtà Marittima hi meħtieġa biex ikun żgurat approċċ integrat u komprensiv, li jiffoka speċifikament fuq it-theddid, ir-riskji, l-isfidi u l-opportunitajiet preżenti fuq il-baħar; li l-EMSS, filwaqt li hi msejsa fuq il-valuri u l-prinċipji Ewropej, trid tiżviluppa sinerġiji u risposti konġunti li jimmobilizzaw l-atturi u l-istituzzjonijiet rilevanti kollha, kemm ċivili kif ukoll militari; li l-EMSS għandha tidentifika t-theddid potenzjali kollu, minn theddid konvenzjonali ta' sigurtà għal dawk imposti minn diżastri naturali u mit-tibdil fil-klima, minn theddid li jaffettwa l-protezzjoni tar-riżorsi marittimi vitali għas-sigurtà tal-infrastruttura marittima u l-flussi kummerċjali; li trid tidentifika wkoll il-mezzi u l-kapaċitajiet speċifiċi meħtieġa biex tindirizza l-isfidi kollha, inklużi s-servizzi sigrieti, is-sorveljanza u l-pattulja, it-tfittix u s-salvataġġ, it-trasport bil-baħar, l-evakwazzjoni tal-UE u ċittadini oħrajn minn żoni ta' kriżi, l-infurzar tal-embargo, u l-assistenza għal kwalunkwe missjonijiet u interventi mmexxija mill-PSDK;
6. Jistieden lir-Rappreżentant Għoli, il-Kummissjoni, u l-Kunsill biex ifasslu EMSS iffukata fuq, l-artikulazzjoni u l-koordinazzjoni fost l-atturi Ewropej kollha u l-Istati Membri rilevanti għas-sigurtà marittima; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lir-RGħ/VP, kif xieraq, jindirizzaw in-nuqqasijiet tal-PMI tal-2007 li ma tinkludix id-dimensjoni tas-sigurtà kif ukoll il-limiti tal-ESS li naqset milli tindirizza t-theddid u r-riskji għas-sikurezza marittimi; hu tal-fehma li l-livell ta' ambizzjoni kif ukoll il-mezzi u l-kapaċitajiet tal-EMSS għandhom jiġu mħaddna fl-ESS u l-PMI u għandhom jiġu determinati permezz tal-bżonn li taġixxi bħala fornitur tas-sigurtà globali, biex b'hekk tiżgura flussi marittimi u l-aċċess liberi fl-ibħra miftuħa mad-dinja kollha; jenfasizza l-fatt li s-sigurtà marittima, se jaffettwa fi żmien qasir, medju u fit-tul, basikament il-komponenti l-oħra kollha tas-sigurtà u l-prosperità Ewropea;
7. Jistieden lill-Istati Membri jassistu mill-qrib u jkunu involuti b'mod attiv mas-SEAE u mal-Kummissjoni fit-tfassil ta' EMSS ġdid, bl-għan li jsir użu effikaċi tal-assi varjati kollha tagħhom, kif ukoll jikkunsidraw l-identifikazzjoni u l-ħolqien ta' kapaċitajiet ġodda permezz tal-akkomunament u l-kondiviżjoni, barra minn hekk, jikkunsidra li l-istrateġija l-ġdida għandha tintegra inizjattivi ta' ħolqien ta' forzi bilaterali jew multilaterali konġunti bħad-Dikjarazzjoni tat-2 ta’ Novembru 2010 bejn Franza u r-Renju Unit;
8. Jenfasizza l-fatt li approċċ integrat marittimu bħal dan, li jgħaqqad l-istrumenti ċivili u l-għodda militari u jinkludi kemm l-aspetti interni kif ukoll dawk esterni tas-sigurtà, diġa qed jifforma fil-livell nazzjonali f'xi Stati Membri filwaqt li qed tiġi applikata wkoll b'mod bilaterali bejn ċerti Stati Membri, u għaldaqstant għandu jiġi msaħħaħ fil-livell tal-Unjoni; jenfasizza r-rwol li jista' u li għandu jkollhom in-nazzjonijiet marittimi fit-trawwim pożittiv tal-integrazzjoni reġjonali marittima; jenfasizza li l-inizjattivi tal-integrazzjoni marittima reġjonali jistgħu u għandhom iwasslu għall-ġbir komuni u l-kondiviżjoni tal-assi navali kritiċi sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet tal-kapaċità tal-UE;
Riskji potenzjali
9. Jirrikonoxxi l-fatt li ż-żieda fit-traffiku fuq il-baħar u l-iżvilupp tal-attivitajiet off-shore u dawk kostali qed joħolqu sfidi għas-sigurtà marittima billi jagħmluha aktar u aktar diffiċli li ssir distinzjoni bejn l-attivitajiet legali u dawk illegali fuq il-baħar;
10. Jinnota li l-UE qed tħabbat wiċċha ma' theddid konvenzjonali għas-sigurtà u b'mod partikolari l-ħolqien tal-poteri marittimi ġodda wasslu għal rivalitajiet potenzjali interstatali dwar is-sjieda taż-żoni marittimi (tilwim dwar il-ġurisdizzjoni, il-pretensjonijiet territorjali, il-liċenzji għall-esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni fiż-Żoni tal-Baħar Fond); jinnota, barra minn hekk, li l-pajjiżi emerġenti żviluppaw il-kapaċitajiet marittimi tagħhom (tal-flotot navali, sottomarini) u, fl-istess ħin, għandhom tendenza jqiegħdu inkwistjoni l-prinċipji tal-dritt marittimu internazzjonali;
11. Iwissi kontra l-illeġittimà tar-riżorsi naturali u l-minerali importanti fl-ilmijiet tal-Istati Membri tal-UE jew fl-ibħra tal-viċinat; jinnota li t-tellieqa mhux ikkontrollata għar-riżorsi marittimi, naturali u minerali jkollha impatt dannuż fuq l-ekosistema marittima, u b'hekk jiżdied l-impatt ambjentali tal-attivitajiet fuq il-baħar; ifakkar li l-esplojtazzjoni tar-riżorsi marittimi tista' twassal ukoll għal militarizzazzjoni mhux mixtieqa taż-żoni marittimi; madankollu, jenfasizza d-dritt ta' kull Stat Membru li jipparteċipa fl-esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali tal-baħar, b'tali mod li jirrispetta d-dritt internazzjonali u r-regolamenti ambjentali;
12. Jinnota li l-UE għandha bżonn tibni sħubiji b'saħħithom ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet reġjonali sabiex tiżgura s-sigurtà u l-istabilità tal-esplojtazzjoni tal-kummerċ u tar-riżorsi; jenfasizza l-fatt li dimensjoni marittima b'saħħitha tal-PSDK tipprovdi lill-UE l-kapaċità li taġixxi ta' arbitru effikaċi internazzjonali meta jkun hemm bżonn;
13. Iwissi li l-istati li mhumiex lesti li jikkooperaw mal-komunità internazzjonali u li jħarsu t-trattati u l-istandards internazzjonali u li jiddisponu mill-pożizzjoni ġeografika biex jostakolaw ir-rotot kummerċjali, kif ukoll li għandhom il-kapaċitajiet teknoloġiċi u militari li jagħmlu dan, huma wieħed mit-tħassib ewlieni tas-sigurtà marittima fil-preżent; jikkunsidra li għandhom isiru l-isforzi diplomatiċi kollha mis-SEAE u r-RGħ/VP biex jingħaqdu magħhom fi djagolu u f'kooperazzjoni;
14. Jinnota li, filwaqt li l-konfrontazzjoni militari bejn stati ma jistgħux jiġu kompletament esklużi, ir-riskji diretti u indiretti għas-sigurtà tal-UE huma fil-biċċa l-kbira maħluqa minn theddid mhux konvenzjonali li japprofittaw mid-diffikultajiet fl-infurzar tal-liġi fiż-żoni marittimi, fiż-żoni kostali u b'mod ġenerali mid-diffikultajiet li jirriżultaw mill-falliment tal-istat, il-fraġilità tal-istat u n-nuqqas ta' kontroll tal-istat;
15. Jinnota li waħda mit-theddid ewlenin għas-sigurtà marittima tal-UE hi ż-żieda tal-attivitajiet terroristiċi marittimi fid-dinja li jheddu b'mod dirett il-bastimenti ċivili u militari tal-UE, il-faċilitajiet tal-portijiet u l-installazzjoni tal-enerġija u li jieħdu vantaġġ mill-baħar biex jattakkaw u jinfiltraw miri bbażati fuq l-art; jinnota li dawn l-atturi jinteraġixxu man-netwerks ta’ kriminalità transnazzjonali organizzata li huma involuti f'attivitajiet illegali fuq il-baħar, bħall-kuntrabandu, it-traffikar tal-bnedmin, l-immigrazzjoni illegali, it-traffikar tad-drogi u tal-armi, inkluż it-traffikar tal-armi żgħar u armi ta' kalibru żgħir u komponenti tal-AQM; jenfasizza l-fatt li tali attivitajiet illeċiti jaggravaw il-kriżi politika u umanitarja, jostakolaw l-iżvilupp soċjali u ekonomiku, id-demokrazija u l-istat ta’ dritt, id-depravazzjoni tal-fjuwil u joħolqu l-immigrazzjoni, l-ispustament intern tal-persuni u sofferenza umana kbir;
16. Jinsab allarmat bl-evidenza, li kulma tmur qed tiżdied, li n-netwerks terroristiċi u l-atturi mhux statali qed jiksbu kapaċitajiet marittimi sofistikati, inklużi kapaċitajiet sottomarini, teknoloġiji ta’ radar u ta' ditekters, filwaqt li għandhom aċċess ukoll għal data loġistika relatata mal-industrija internazzjonali tat-trasport marittimu, kapaċitajiet fil-qasam tat-tqegħid ta’ mini u Apparati Esplossivi Improvvisati Trażmessi mill-Ilma (WBIED), li b'hekk qed ikabbru l-potenzjal ta' theddid tagħhom u l-kapaċità li jaħarbu l-kontroll u li tindika espansjoni tal-attivitajiet tagħhom viċin tal-Ewropa, notevolment fiż-żewġ naħat tax-Xlokk tal-Oċean Atlantiku;
17. Jikkunsidra li l-kontinwazzjoni tal-kunflitti ffriżati viċin iż-żoni marittimi, bħalma huma l-Kawkasu tan-Nofsinhar, il-Mediterran tax-Xlokk jew il-Baħar tal-Ġappun, hija waħda mis-sorsi ewlenin tal-instabilità fid-dinja, u din tipperikola r-rotot ta' trasport u tal-enerġija, tippromwovi l-kummerċ tal-armi kif ukoll tiffaċilità l-attivitajiet ta' atturi mhux statali bħan-netwerks kriminali u ċ-ċelloli terroristiċi;
18. Għadu mħasseb dwar il-piraterija tul il-kosta Afrikana tal-Lvant u l-Punent Josserva li l-attakki mill-pirati (minn serq bl-użu tal-armi, ħtif ta' bastimenti u ekwipaġġi, u estorsjoni ta’ flus) qed jostakolaw serjament il-libertà għall-aċċess u l-fluss f'dawk l-ibħra u għaldaqstant jirrappreżentaw theddida konsiderevoli għall-kummerċ internazzjonali u s-sigurtà marittima; josserva li l-piraterija ġeneralment hi problema li tinbet minn nuqqas ta' governanza u mill-iżvilupp tal-istati kostali kkonċernati; jittama li l-UE tibni fuq il-kisbiet tal-operazzjoni EUNAVFOR Atalanta tal-PSDK biex tniedi l-operazzjonijiet tal-PSDK għall-ġlieda kontra l-piraterija x'imkien ieħor;
19. Iwissi kontra l-problemi kkawżati mill-piraterija, it-terroriżmu internazzjonali u l-kriminalità organizzata b'mod ġenerali għas-sigurtà ta' navigazzjoni f'punti vitali ta' konġestjoni ta' tranżitu marittimu; jenfasizza li wħud mill-aktar passaġġi fuq l-ilma importanti li jiżguraw provvisti ta' enerġija globali ġeografikament huma pożizzjonati tul l-aktar żoni marittimi instabbli, bħal fil-każ tal-Kanal ta' Suez, l-Istrett ta’ Hormuż u l-Istrett ta' Malacca;
20. Jinnota li l-ġlieda kontra l-attivitajiet mhux konvenzjonali hemm bżonn li tiddependi fuq il-firxa sħiħa tal-għodda tal-PSDK, inklużi l-militari, peress li l-interventi ħafna drabi jsiru f'pajsaġġi diffiċli ħafna, filwaqt li l-atturi jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom firxa wiesgħa ta' armi perikolużi; isostni li, skont il-mudell tal-azzjoni tal-UE fil-Qarn tal-Afrika fejn għaddejjin l-operazzjoni EUNAVFOR Atalanta u l-operazzjoni EUCAP NESTOR, l-operazzjonijiet tal-PSDK irid ikollhom l-għodda esterna l-oħra tal-UE bl-għan li jindirizzaw l-kawżi soċjali, ekonomiċi u politiċi fundamentali tal-kriżi u jiżguraw is-sigurtà sostenibbli tar-reġjuni kkonċernati;
21. Jinnota li l-migrazzjoni irregolari hemm mnejn li tkompli tqiegħed pressjoni fuq il-fruntieri marittimi tal-UE, speċjalment fid-dawl tal-evoluzzjoni politika u ekonomika fil-viċinat tan-nofsinhar u l-prospettiva tal-instabbiltà kontinwa fl-Afrika ta' Fuq, is-Saħel, il-Qarn tal-Afrika u fl-Afrika sub-Saħarjana; ifakkar, madankollu, li l-migrazzjoni ma għandhiex titqies bħala theddida għas-sigurtà, iżda aktar bħala fenomenu uman li jeħtieġ strateġija maniġerjali robusta li tgħaqqad il-kooperazzoni reġjonali, politika u diplomatika u l-politiki ta' żvilupp u l-investiment fi sħubiji reġjonali; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li dan l-isforz jirrikjedi l-iżvilupp ta' kapaċitajiet marittimi u ta' attivitajiet tal-għassiesa tal-kosta għall-pattulja u s-salvataġġ tal-migranti li jkunu qed jivvjaġġaw abbord bastimenti illegali;
22. Jirrikonoxxi l-fatt li ż-żieda fit-traffiku fuq il-baħar hemm mnejn li żżid il-potenzjal għal diżastri bħal tixrid ta' żejt u inċidenti ta' tniġġiż ambjentali oħrajn, ir-rimi ta' skart tossiku u l-bankering illegali taż-żejt; jisħaq li l-UE trid tiżviluppa ulterjorment strateġija li tibni fuq l-esperjenzi tal-passat ta' diżastri ambjentali serji fuq il-baħar billi tiżgura li l-atturi kollha, l-entitajiet u l-aġenziji tal-UE, flimkien mal-awtoritajiet tal-Istati Membri, jintervjenu b'mod ikkoordinat, bil-għan li joħolqu s-sinerġiji xierqa, bi spirtu ta' solidarjetà u azzjoni aktar effikaċi;
Żoni marittimi kritiċi
Il-Mediterran
23. Jenfasizza l-fatt li l-Baħar Mediterran jirrappreżenta firxa ta' sfidi li potenzjalment jistgħu jheddu l-istabbiltà tal-UE u l-interessi diretti tal-UE, partikolarment minħabba t-taqlib politiku u t-tbatiji soċjali u ekonomiċi li x'aktarx se jibqgħu jippersistu f'uħud mill-istati kostali; jinnota li l-attivitajiet illegali li trawwmu b'konsegwenza ta' dan, bħat-terroriżmu u t-tipi kollha ta' traffikar illeċitu, għandhom impatt fuq is-sigurtà marittima tal-UE, inkluża s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija lejn in-nofsinhar; jemmen li l-investiment fil-kooperazzjoni reġjonali marittima huwa meħtieġ b'mod urġenti, u jrid jinvolvi l-kooperazzjoni Ewropea u reġonali, l-attivitajiet tas-servizzi sigrieti tas-sorveljanza, tal-pattulja u tal-għassiesa tal-kosta, li dawn kollha jeħtieġu mezzi adegwati ta' projezzjoni ta' qawwa navali;
24. Jenfasizza li fil-Mediterran hemm għadd ta' kunflitti reġjonali li jinvolvu tilwim rigward il-fruntiera marittima u għalhekk iħeġġeġ lill-UE timpenja ruħha biex tiġi evitata żjieda ta' kunflitt madwar il-Mediterran, li tista' żżid it-theddid eżistenti, bħall-konsegwenzi tal-gwerra ċivili fis-Sirja u l-impatt fuq iż-żona marittima tagħha u fuq dik tal-pajjiżi ġirien, in-nuqqas ta' stabbiltà politika u n-nuqqas ta' kapaċitajiet ta' governanza fil-Libja, fl-Eġittu, u fit-Tunesija, l-effett domino fil-pajjiżi ġirien tal-Marokk u l-Alġerija, li għadhom s'issa jittlewmu dwar il-kunflitt tas-Sahara tal-Punent u li huma direttament affettwati miż-żieda fil-kunflitt f'Mali u fir-reġjun ta' Sahel; iwissi wkoll dwar il-periklu li jinbet mir-rabta interna tal-kriżijiet fil-Mediterran u n-nuqqas ta' stabbiltà u l-kunflitt fil-Lvant Nofsani, fis-Sahel, fil-Qarn tal-Afrika, fl-Afrika tal-Punent u fl-Afrika Sub-Saħarjana;
25. Jinnota li l-iskoperti reċenti tal-gass naturali fil-Mediterran tal-Lvant ħolqu ambjent ġoepolitiku ġdid u żiedu b'mod sinifikanti l-potenzjal għal tilwim, li affettwa b'mod dirett l-interessi leġittimi u d-drittijiet sovrani għall-Istati Membri tal-UE; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li t-Turkija, ir-Russja, l-Istati Uniti u l-Iżrael diġà kabbru l-forza navali tagħhom fil-Mediterran; jinnota wkoll l-implikazzjonijiet tat-tilwim mhux solvut mat-Turkija fl-Eġew u ż-żieda tat-tensjoni li tirriżulta mill-intenzjoni li jiġu esplojtati r-riżervi tal-idrokarburi 'l barra mill-kosta tal-Greċju u ta' Ċipru; iħeġġeġ, għalhekk, lill-UE biex taġixxi sabiex tasserixxi l-pożizzjoni tagħha biex tevita kunflitt dwar riżorsi naturali fil-Mediterran u theddid għas-sigurtà konsegwenzjali għall-Istati Membri tal-UE fiż-żona, li fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jaffettwaw lill-UE b'mod ġenerali;
Il-Baħar Baltiku
26. Jinnota li ħlief iż-żoni ta' baħar tar-Russja, il-Baħar Baltiku hu baħar intern tal-UE u hu rotta ta' traffiku ewlenija għal bosta stati tal-kosta; jinnota li l-istabilità tar-reġjun tal-Baħar Baltiku u t-tħaddim bla xkiel tat-trasport marittimu jiddependu fuq ir-rikonċiljazzjoni tal-interessi politiċi, kemm tal-Istati Membri individwali tal-UE u wkoll bejn l-UE u r-Russja; jinnota li l-istabilità politika tal-Baltiku hi marbuta ma' kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-pożizzjoni tal-minoranzi lingwistiċi fl-istati tal-kosta, l-attivatijiet ta' trasportazzjoni tal-enerġija, it-traffiku attiv ħafna ta' tbaħħir merkantili, il-possibilità ta' inċidenti li jinvolvu tankers taż-żejt, u l-kontaminazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut u tal-ambjent; jinnota li l-Baltiku qed jiffaċċja aktar sfidi għas-sigurtà u s-sikurezza marittima, minn armi kimiċi li jinsabu f'qiegħ il-baħar, mormija wara t-Tieni Gwerra Dinjija, l-impjanti ta' enerġija nukleari qodma li jinsabu mal-kosta, il-possibilità ta' attakki terroristiċi fuq it-trasport ta' tagħbija enerġetika, u l-possibilità ta' trasport ta' tagħbija ta' armi illegali mill-portijiet Baltiċi;
Il-Baħar l-Iswed
27. Jemmen li llum il-Baħar l-Iswed, f'termini ġeostarteġiċi, hu wieħed mir-reġjuni marittimi li jikkonfinaw mal-UE l-aktar importanti, b’mod partikolari fid-dawl tal-bżonn li jiġu żgurati s-sigurtà enerġetika tal-UE u d-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-enerġija tagħha; jinnota li r-reġjun għandu potenzjal għoli għal riskju fuq il-perjodu ta' żmien medju u twil, fid-dawl tal-pożizzjoni starteġika tiegħu bħala rotta importanti għat-trasport ta' merkanzija u tal-enerġija, il-viċinanza ma' żoni mhux stabbli b’kunflitti mtawla, bħal ma huma t-territorji kontestati tal-Abkażja u tal-Ossezja tan-Nofsinhar u l-kunflitt relatat bejn Moska u Tbilisi; jenfasizza l-fatt li, peress li s-sigurtà tal-enerġija ta’ diversi Stati Membri tal-UE tiddependi ħafna fuq is-sigurtà tar-rotot tal-gass u taż-żejt li jgħaddu minn u fil-qrib tal-Baħar l-Iswed, l-UE għandha interess strateġiku biex twaqqaf iż-żieda ta' kunflitti reġjonali mtawla u li tidentifika soluzzjonijiet dejjiema għalihom; josserva li, għal dak il-għan, l-UE tista' jkollha bżonn timmobilizza l-assi navali Ewropej;
28. Ifakkar li fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Jannar 2011 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Baħar l-Iswed(12), u jtenni l-bżonn li l-UE jkollha rwol aktar attiv fit-tiswir tas-sigurtà ambjentali għall-Baħar l-Iswed; jistieden għall-darb'oħra lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex ifasslu strateġija għar-reġjun tal-Baħar l-Iswed, li tindirizza b’moid effikaċi s-sigurtà marittima u l-isfidi tas-sikurezza;
29. Jenfasizza l-bżonn ta' djalogu msaħħaħ mas-sħab strateġiċi dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitt iżda jenfasizza wkoll l-importanza ta' parteċipazzjoni f’inizjattivi reġjonali multilaterali bħas-Sinerġija għall-Baħar l-Iswed, sabiex jiġi indirizzat theddid bħan-netwerks kriminali involuti fit-traffikar tal-bnedmin, tad-drogi u tal-armi jew problemi bħas-sajd illegali u d-degradazzjoni ambjentali;
L-Oċean Atlantiku u l-Afrika tal-Punent
30. Jinnota li l-Ewropa hi kummerċjalment dipendenti fuq l-Oċean Atlantiku; jinsab imħasseb li l-Atlantiku, u b'mod partikolari ż-żona tal-Karibew, huma rotta użata għat-transitu tad-drogi li jiġu mill-Amerika t'Isfel; hu inkwetat bil-fatt li l-iżvilupp ta' attivitajiet ekonomiċi fid-deċennji li ġejjin, b'mod partikolari bit-tkabbir tal-kanal ta' Panama, jista’ jippromwovi ż-żieda tal-attività kriminali fiż-żona;
31. Jemmen li l-kosta Afrikana tal-Punent, u speċifikament il-Golf tal-Ginea, illum għandha wħud mill-aktar theddid sostanzjali imminenti kontra l-Ewropa; huwa mħasseb ħafna li tul il-kosta Afrikana tal-Punent qegħdin jiżviluppaw sfidi serji fir-rigward ta'attivitajiet kriminali, it-traffikar tad-droga, tal-bniedem u tal-armi tan-nar; fl-istess ħin, il-pajjiżi tal-Golf tal-Ginea qed ikunu dejjem l-aktar inħawi fejn joperaw netwerks terroristiċi reġonali, bħal Boko Haram fin-Niġerja, li l-azzjonijiet tagħhom jaffettwaw lill-pajjiżi ġirien u li huma marbuta ma' netwerks fuq livell globali, bħal Al-Qaeda fil-Maghreb Iżlamiku, kif qed turi b'mod ċar il-kriżi f'Mali;
32. Jinnota bi tħassib li pajjiżi fil-Golf tal-Ginea huma soġġetti għal nuqqas ta' stabbiltà politika kontinwa, xi wħud qed jaffaċċjaw falliment tal-istat, bħalma huwa l-każ fil-Ginea-Bissau, li saret pjattaforma għat-traffikar tad-droga li toriġina mill-Amerika Latina u li għandha l-Ewropa fil-mira tagħha;
33. Jinnota li r-reġjun huwa wkoll fornitur importanti tal-enerġija, peress li l-pajjiżi tal-Golf tal-Ginea bħalissa jammontaw għal 13% tal-importazzjonijiet taż-żejt u 6% tal-importazzjoni tal-gass lejn l-UE, bin-Niġerja tkun responsabbli għal 5.8% tat-total tal-importazzjonijiet taż-żejt tal-UE; jistenna li l-importanza tar-reġjun tiżdied b'riżultat ta' skoperti reċenti ta' riżervi ta' żejt u gass 'il barra mill-kosta; jitħasseb, għalhekk, dwar il-fatt li l-kompetizzjoni għar-riżorsi naturali 'l barra mill-kosta tista' twassal għal aktar kunflitt u attività kriminali;
34. Jenfasizza li n-nuqqas ta' stabbiltà, it-terroriżmu u l-kriminalità 'l barra mill-kosta Afrikana tal-Punent hija marbuta sew man-nuqqas ta' stabbiltà fir-reġjun tas-Sahel kollu; iħeġġeġ lill-UE, għalhekk, fil-kuntest tal-missjoni ċivili tal-PSDK EUCAP Sahel Niger, biex jiġu integrati sforzi kontra t-terroriżmu fir-reġjun tas-Sahel fi strateġija reġonali u komprensiva għall-ġlieda kontra t-theddid fuq il-baħar 'il barra mill-kosta Afrikana tal-Punent, partikolarment fil-Golf tal-Ginea; f'dan ir-rigward, jitlob lill-UE biex tiżgura koordinazzjoni bejn iż-żewġ missjonijiet tal-PSDK fir-reġjun – l-EUCAP Sahel Niger u l-EUTM Mali –, flimkien mal-isforzi fuq l-art u fuq il-baħar, għall-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità organizzata oħra fir-reġjun;
35. Jilqa' t-tħabbir mill-Kummissjoni tar-Rotot Marittimi Kritiċi fil-Programm tal-Golf tal-Ginea (CRIMGO), li għandu l-għan li jtejjeb is-sigurtà tal-ilmijiet tal-Golf tal-Ginea billi jipprovdi taħriġ għall-għassiesa tal-kosta u jistabbilixxi netwerk ta' kondiviżjoni ta' informazzjoni fost l-awtoritajiet ta' seba' stati kostali tal-Afrika tal-Punent, li għandhom jiġu ffinanzjati mill-Istrument għall-Istabbiltà; jappella għall-implimentazzjoni rapida tal-CRIMGO 'l barra mill-kosta Afrikana tal-Punent; jappella ukoll għal mekkaniżmi speċifiċi għal kooperazzjoni li għandhom jiġu stabbiliti biex jorbtu dan il-programm iffinanzjat mill-Kummissjoni u l-missjonijiet tal-PSDK EUCAP Sahel Niger u l-EUTM Mali, li l-attivitajiet tagħhom huma marbuta intrisikament mal-kawżi ta' nuqqas ta' stabbiltà 'l barra mill-Golf tal-Ginea;
36. Jenfasizza li hemm ħtieġa li tissaħħaħ l-effikaċja tal-attivitajiet tal-UE fil-Golf tal-Ginea, jissuġġerixxi li jinħolqu sinerġiji speċifiċi sabiex jitnissel valur miżjud mill-artikolazzjoni tal-istrumenti u tal-istrutturi eżistenti tal-UE bħall-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA);
37. Jistieden lill-RGħ/VP biex tindika fuq mappa l-faċilitajiet li jinsabu f'postijiet strateġiċi, tal-Istati Membri tal-UE u tas-sħab tal-PKA – bħal Lajes Air Base fl-Azores, il-Portugall, u l-ġżejjer ta' Kap Verde – li jistgħu jintużaw biex jiġu żviluppati interventi navali u tal-ajru speċifiċi għal kontra l-proliferazzjoni, it-terroriżmu, il-piraterija u l-kriminalità organizzata fil-Golf tal-Ginea u fl-Oċean Atlantiku ta' Nofsinhar usa’, fi sħubija ta' bi tlieta li tinvolvi kooperazzjoni transatlantika mal-Istati Uniti, il-Kanada, il-Brażil u oħra bejn il-pajjiżi tal-Amerika Latina kif ukoll kooperazzjoni bejn l-UE u l-Unjoni Afrikana;
Il-Golf ta' Aden u l-Oċean Indjan tal-Punent
38. Jenfasizza li, minħabba l-piraterija, il-Golf ta' Aden illum huwa wieħed mill-aktar żoni marittimi perikolużi fid-dinja; ifakkar li l-piraterija hija forma speċjali ta' kriminalità organizzata li tirrikjedi approċċ speċjali, komprensiv u olistiku li jindirizza r-rabta kawżali bejn il-piraterija u l-governanza soċjali, politika u ekonomika, bħal ma juru b'mod partikolari l-kuntesti tal-Qarn tal-Afrika u s-Somalja; jinnota li l-intraċċar tal-fluss tal-flus minn pagamenti għal fidwa, it-tneħħija ta' netwerks kriminali u l-prosekuzzjoni tal-awturi tal-krimini huma wkoll komponenti kruċjali għall-ġlieda kontra l-piraterija u jistgħu jinkisbu biss permezz tat-tgawdija tal-benefiċċji tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istat Membtu u l-Europol u l-Interpol; jinnota li hawnhekk hawn rabta konkreta bejn il-politika ta' sigurtà esterna u l-infurzar intern tal-liġi;
39. Jilqa' l-ħolqien tal-missjoni ċivili EUCAP Nestor tal-PSDK, li hija mfassla biex issaħħaħ l-kapaċitajiet marittimi fil-Qarn tal-Afrika u fl-Oċean Indjan tal-Punent, u li għandha l-għan li tipprovdi kontribuzzjoni aktar sostenibbli u aktar lokali biex jinkisbu l-għanijiet tal-interventi tal-EUNAVFOR Atalanta;
40. Jenfasizza s-suċċess reċenti miksub mill-EUNAVFOR Atalanta – li għandha titkompla - fit-tnaqqis tal-okkorrenza tal-attakki mill-pirati fl-Oċean Indjan tal-Punent u fit-tisħiħ tal-kredibbiltà tal-PSDK; jinnota li l-Operazzjoni Atalanta hija l-ewwel missjoni navali tax-xorta tagħha tal-PSDK u li għandha tikkostitwixxi mudell għal aktar żvilupp u implimentazzjoni tad-dimensjoni marittima tal-PSDK, filwaqt li jqis is-suċċessi tagħha, in-nuqqasijiet tagħha u l-lezzjonijiet meħuda; jilqa' r-rwol pożittiv mwettaq mill-UE mal-EUNAVFOR Atalanta fil-mekkaniżmu SHADE (Għarfien Komuni u De-konfliġġenti) fil-promozzjoni tal-koordinament bejn il-forzi navali multinazzjonali, nazzjonali u reġjonali li joperaw fiż-żona u b'mod partikolari fl-operazzjoni Ocean Shield tan-NATO; jilqa’ wkoll il-kooperazzjoni tajba bejn l-aġenziji tal-UE (bħaċ-Ċentru Satellitari tal-UE SatCen u l-EMSA) u terzi, partikolarment fil-qasam tal-interpretazzjoni tal-immaġini ta' bastimenti permezz tas-satellita, anke meta ma jkunx hemm arranġamenti formali li jippermettu tali kooperazzjoni; jitlob lill-UE tifformalizza r-rabta bejn l-għodod u l-entitajiet eżistenti tal-UE, bħal dik żviluppata bejn l-Atalanta, l-EMSA u s-SatCen, sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-kompiti, tar-riżorsi u tal-kompetenza u biex jitgawdew il-benefiċċji operazzjonial ċari ta' tali sinerġiji;
41. Jenfasizza li l-kunċett ta' approċċ komprensiv, li f'dan il-każ partikolari jinbet mill-Qafas Strateġiku għall-Qarn tal-Afrika, huwa evidenti li fil-kombinazzjoni tat-tliet missjonijiet tal-PSDK li għaddejjin bħalissa fir-reġjun (l-EUNAVFOR Atalanta, il-Missjoni ta' Taħriġ tal-UE fis- Somalja u l-EUCAP Nestor), akkumpanjati minn impenn politiku u politiki ta' żvilupp; jilqa' l-attivazzjoni taċ-Ċentru ta' Operazzjonijiet tal-UE, bl-għan li tiġi faċilitata l-koordinazzjoni u jissaħħu s-sinerġiji fost dawn il-missjonijiet, li tirrappreżenta pass sinifikanti fl-iżvilupp tal-PSDK; jirrimarka li dan l-eżempju ta' komplimentarjetà u koordinazzjoni għandu jħeġġeġ tali azzjonijiet oħrajn fejn il-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK huma involuti b'reazzjoni għal problema b'diversi aspetti; jinnota li l-effett tal’ ippjanar militari u kapaċità ta' kondotta permanenti se jkun biss it-tistħiħ ta’ aktar l-integrazzjoni ta' kwalunkwe komponent navali fil-missjonijiet tal-operazzjonijiet tal-PSDK;
42. Jirrikonoxxi l-miżuri ta' protezzjoni abbord imfassla mill-kumpaniji ta' tbaħħir; jappoġġa t-talbiet reċenti mill-industrija marittima sabiex intrapriżi ta' sigurtà marittima privati jiġu regolati, u jtenni t-talba tiegħu, l-ewwel nett, fir-rigward tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, l-istati bandiera, u l-industrija marittima, sabiex dawn jaħdmu flimkien biex ifasslu kodiċi ta' kondotta li jistipula standards ċari, konsistenti u infurzabbli internazzjonalment li jirregolaw l-użu ta' gwardji ta' sigurtà armati li jingħataw kuntratt privat fuq il-vapuri, u t-tieni nett, dwar l-intrapriżi ta' sigurtà marittima privata biex dawn jaġixxu b'konformità ma' dawk l-istandards;
L-Artiklu
43. Jenfasizza li l-ftuħ tal-passaġġi tal-baħar Artiku huwa konsegwenza diretta tat-tibdil fil-klima, u jenfasizza l-fatt li, l-ewwel u qabel kollox, l-UE għandha tinvesti fil-preservazzjoni u l-konservazzjoni tar-reġjun u l-assi ambjentali kruċjali filwaqt li tiżgura li r-riżorsi Artiċi huma użati b’mod sostanibbli u b'rispett għall-popolazzjonijiet lokali; jenfasizza l-importanza tal-istabilità u l-paċi globali fir-reġjun; jenfasizza, għaldaqstant, il-ħtieġa ta’ politika tal-UE unita u koordinata għar-reġjun, fejn il-prijoritajiet tal-UE, l-isfidi potenzjali u l-istrateġija huma definiti b’mod ċar; jenfasizza l-fatt li, flimkien mal-interessi Daniżi, Finlandiżi u Żvediżi fl-Artiku, adeżjoni futura tal-Islanda mal-UE tapprofondixxi t-trasformazzjoni tal-Unjoni f'entità kostali tal-Artiku, filwaqt li tenfasizza l-ħtieġa għal politika tal-Artiku dejjem aktar ikkoordinata fil-livell tal-UE; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-imsemmija Komunikazzjoni Konġunta bit-titolu ‘L-Iżvilupp ta' Politika tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun Artiku: il-progress mwettaq sa mill-2008 u l-passi li jmiss", u jtenni l-ħtieġa ta’ djalogu politiku mas-sħab kollha fir-reġjun, inkluża r-Russja;
44. Jenfasizza l-importanza tar-rotot kummerċjali globali l-ġodda mill-passaġġi tal-baħar tal-Artiku, anki għall-ekonomiji tal-UE u tal-Istati Membri tagħha; jenfasizza l-fatt li l-UE u l-Istati Membri għandhom jappoġġaw b’mod attiv il-libertà tal-ibħra u tad-dritt ta' passaġġ mingħajr ħlas fuq l-ilma internazzjonali; jenfasizza li t-tilwim territorjali permanenti li ilu għaddej bejn l-istati tal-Artiku għandu jiġi riżolt b’mod paċifiku u jappella għal involviment akbar tal-UE fir-reġjun u valutazzjoni ta' liema għodda u kapaċitajiet jistgħu jkunu meħtieġa biex jiġi indirizzat il--kunflitt fiż-żona; jenfasizza, fi kwalunkwe każ, il-ħtieġa li tiġi evitata l-militarizzazzjoni tal-Artiku; isejjaħ lill-Kummissjoni tressaq proposti dwar kif il-Proġett Galileo jista' jkun ta’ benefiċċju għall-politika tal-UE għall-Artiku u kif jista' jiġi żviluppat biex jippermetti navigazzjoni aktar sikura fl-ilmijiet tal-Artiku, u b'hekk tinvesti fis-sikurezza u l-aċċessibbiltà partikolarment tal-Passaġġ tal-Grigal;
L-Oċean Paċifiku
45. Jenfasizza l-importanza globali tal-Oċean Paċifiku u b'mod partikolari tal-Baħar tan-Nofsinhar taċ-Ċina, li minnu jgħaddi terz tal-kummerċ dinji; jinsab allarmat fir-rigward tat-tensjoni li qed tiżdied, u jappella b’urġenza lill-partijiet involuti kollha biex jevitaw azzjonijiet militari u politiċi unilaterali, itaffu l-istqarrijiet u jsolvu t-tilwim territorjali tagħhom fir-rigward tal-Baħar tan-Nofsinhar taċ-Ċina permezz tal-arbitraġġ internazzjonali fis-sens tad-dritt internazzjonali, b’mod partikolari l-UNCLOS, sabiex tkun żgurata l-istabbiltà reġjonali u l-libertà u s-sikurezza tan-navigazzjoni fil-Baħar tan-Nofsinhar taċ-Ċina;
46. Iqis li n-negozjati u l-implimentazzjoni konġunta tal-kodiċi ta' kondotta għall-esplojtazzjoni paċifika taż-żoni marittimi inkwistjoni, inkluż l-istabbiliment ta' rotot kummerċjali sikuri u ta' kwoti għas-sajd jew l-allokazzjoni ta' żoni għall-esplorazzjoni tar-riżorsi, jirrappreżentaw it-triq 'il quddiem għall-possibilità ta' soluzzjoni paċifika għat-tensjoni fiż-żoni tal-Ibħra tan-Nofsinhar u tal-Lvant taċ-Ċina;
47. Jistieden lill-RGħ/VP tidentifika r-riskji għall-paċi u s-sigurtà kieku t-tensjoni u l-kunflitt bl-armi kellhom jiżdiedu fl-Ibħra tal-Lvant u tan-Nofsinhar taċ-Ċina;
48. Jinnota li ċerti stati, b'mod partikolari, l-Awstralja, diġà huma politikament attivi ħafna fil-Paċifiku u li l-UE għandha tibbaża ruħha fuq il-kooperazzjoni bilaterali u multilaterali sabiex tkun żgurata s-sigurtà u s-sikurezza fir-reġjun;
49. Jenfasizza l-importanza tat-tkabbir tal-Kanal ta' Panama, li għandu jitlesta fl-2014, għall-bidla tal-bilanċ marittimu ġeostrateġiku u l-opportunitajiet straordinarji li dan se joħloq għall-UE u lill-Istati Membri; iwissi li l-infrastrutturi tat-trasport marittimu u tal-portijiet tal-Istati Membri għandhom ikunu lesti biex jaffaċċjaw iż-żieda prevedibbli fil-flussi kummerċjali marittimi u r-riskji tas-sigurtà u s-sikurezza involuti, li jirriżulta inter alia minn stress ambjentali u attività kriminali addizzjonali; jenfasizza li din il-konnessjoni bejn l-Oċean Paċifiku u dak Atlantiku tista' ssir rotta alternattiva sinifikanti ta' trasport mill-Asja lejn l-Ewropa u vice-versa mill-Punent;
Għodda eżistenti u kapaċità ta' żvilupp
50. Jemmen bi sħiħ li l-kriżi finanzjarja u ekonomika għandha titqies bħala opportunità biex tiġi implimenta l-inizjattiva tal-'Ġbir u Qsim' fil-qasam tal-ġenerazzjoni tal-kapaċità marittima b'mod verament Ewropew, b'mod partikolari billi jittieħed vantaġġ tal-inizjattiva LeaderSHIP 2020 u billi jiġi promoss in-netwerking bejn l-operaturi fis settur tal-kostruzzjoni u tat-tiswija tal-vapuri u tal-industriji anċillari, li jista’ jikkontribwixxi għaż-żamma ta’ kapaċitajiet militari kredibbli u huwa l-unika mod li jiġi żgurat li l-Ewropa hi kapaċi li tilqa' l-isfidi ta' sigurtà globali li jaffettwaw kemm l-ibħra kif ukoll il-kapaċitajiet navali tagħha;
51. Jiddispjaċih għall-fatt, madankollu, li l-Istati Membri tal-UE qed jimponu tnaqqis kbir fil-baġits ta' difiża nazzjonali b'reazzjoni għall-kriżi finanzjarja u għat tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, u li tali tnaqqis, li ħafna minnhu mhuwiex ikkoordinat fil-livell tal-UE u ma jieħux inkunsiderazzjoni l-Istrateġija ta' Sigurtà Ewropea, jista' jinvolvi konsegwenzi serji għall-kapaċità u t-tħejjija tal-Unjoni biex tilqa' l-isfidi marittimi u sfidi ta' sigurtà oħrajn u biex tissodisfa l-obbligi internazzjonali, u jostakola r-rwol tagħha bħala fornitur ta' sigurtà globali;
52. Jisħaq fuq il-fatt li l-prijorità tal-'Ġbir u Qsim' imressqa mill-UE biex toħloq aktar koordinazzjoni, infiq aktar intelliġenti fuq id-difiża u fuq ekonomiji ta' skala akbar fost l-Istati Membri, għadha trid tagħti riżultati, inkluż fil-qasam tal-kapaċitajiet tas-sigurtà marittima;
53. Ifaħħar il-ħidma tal-EDA fit-twaqqif ta' bażi għall-kisba tal-'Ġbir u Qsim' permezz tal-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti u tal-proġetti rigward it-taħriġ u l-loġistika navali; jilqa' l-istudju tal-2012 tat-tim Wise Pen dwar ir-rekwiżiti u l-kapaċitajiet marittimi; fid-dawl tal-mandat u l-kompetenza tal-EDA, iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jirreferu għall-parir u l-assistenza teknika tagħha meta jaffaċċjaw il-ħtieġa li jnaqqsu l-baġits dwar id-difiża, sabiex jevitaw li jikkompromettu l-iżvilupp ta' kapaċità strateġika madwar l-UE, li hemm bżonn li tindirizza l-lakuni u n-nuqqasijiet b'mod ikkoordinat; jinkuraġġixxi lill-Istati Membri biex jaħdmu mal-EDA biex jidentifikaw il-ħtiġijiet ta' kapaċità, partikolarment il-kapaċitajiet ċivili, militari u l-użu doppju fid-dominju marittimu; iħeġġeġ lill-RGħ/VP, assistita mill-EDA u mid-DĠ għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, biex tidentifika l-assi navali u marittimi kollha li jissodisfaw il-kapaċitajiet u r-rekwiżiti marittimi tal-2012 u li huma f'riskju li jintilfu mill-Istati Membri tal-UE b'riżultat tal-limitazzjonijiet finanzjarji u ekonomiċi, u biex tfittex mezzi biex jiġu ppreservati u jsiru disponibbli għall-Politika Marittima Integrata tal-UE u l-EMSS futur;
54. Ifakkar li l-kapaċitajiet b'użu doppju huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-PSDK, fid-dawl tal-isfidi kumplessi ta' sigurtà fid-dinja tal-lum; jenfasizza li l-kriżijiet attwali fis-Sahel u fil-Qarn tal-Afrika enfasizzaw il-ħtieġa għal approċċ komprensiv li jisfrutta, min-naħa, il-firxa siħa tal-impenn ċivili militari u, min-naħa l-oħra, it-tagħmir u l-kapaċitajiet ta' użu doppju, inklużi l-kapaċitajiet navali Ewropej u tal-kapaċitajiet ta' kostruzzjoni ta' vapuri ċivili u militari li jiżguraw is-sigurtà u r-reżiljenza tal-bastiment; jistieden lill-Istati Membri jaħdmu mal-entitajiet u l-aġenziji xierqa tal-UE, speċjalment il-Kummissjoni, l-EDA u l-ESA, biex jinkisbu fondi mill-UE għall-iżvilupp ta' kapaċità b'użu doppju, li hija mezz biex jiġu solvuti l-lakuni ta' kapaċità fil-livell nazzjonali, reġonali u tal-Unjoni; ifakkar il-potenzjal ta' użu doppju tal-programm Galileo u l-valur tiegħu għall-implimentazzjoni u l-effikaċja tal-operazzjonijiet tal-PSDK, partikolarment fid-dominju marittimu; jenfasizza minkejja dan li għandha tingħata prijorità għal trasparenza, effikaċja u approċċi multilaterali akbar fil-qasam tal-iżvilupp ta' kapaċità;
55. Ifakkar il-ħtieġa għall-konsolidazzjoni ta' bażi teknoloġika li tkun ibbażata u ffinanzjata mill-UE fil-qasam tad-difiża, inklużi kapaċitajiet ta' kostruzzjoni navali u ta' produzzjoni ta' tagħmir navali; ifakkar, fid-dawl tal-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali, li l-bidu ta', u l-appoġġ għal, industrji ta' difiża Ewropej li huma kapaċi li jsostnu lilhom infushom iwassal għall-ħolqien ta' impjiegi u tkabbir; jitlob djalogu aktar kwalitattiv mal-entitajiet industrijali interessati, peress li l-iżvilupp tal-kapaċitajiet navali jinkludi ħafna snin ta' impenn; jenfasizza il-ħtieġa li l-Istati Membri tal-UE u l-industrija jirrazzjonalizzaw u jarmonizzaw l-istandards biex jiżguraw kompatibbiltà operazzjonali Ewropea fil-qasam tal-kapaċitajiet marittimi u navali, inklużi sistemi u teknoloġija ta' komunikazzjoni;
56. Jemmen li n-Netwerking għas-Sorveljanza Marittima tal-EDA (MARSUR) jikkostitwixxi tali innovazzjoni, li toħloq valur miżjud għall-żvilupp tad-dimensjoni marittima tal-PSDK; iħeġġeġ bi sħiħ li jiġu stabbiliti oqsma xierqa ta' kooperazzjoni bejn MARSUR u proġetti oħra tal-UE bl-għan li tiġi żviluppata s-sorveljanza marittima, bħal Copernicus – Il-Programm Ewropew ta' Monitoraġġ tad-Dinja (li qabel kien magħruf bħala GMES – Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà) proġetti għal servizzi marittimi u ta' sigurtà jew il-ħidma tal-EMSA fis-sorveljanza marittima;
57. Hu tal-opinjoni li l-ħidma żviluppata mill-EMSA, l-ESA u l-programm Copernicus tista' sservi ulterjorment biex tkun implimentata d-dimensjoni marittima tal-PSDK, u għandha tiġi użata b'mod formali għal dak il-għan; jenfasizza li l-kompetenza tagħhom tqiegħedhom f'pożizzjoni eċċellenti biex jipprovdu servizzi u appoġġ għall-missjonijiet tal-PSDK li għaddejjin bħalissa fi kwistjonijiet ta' sorveljanza, attivitajiet ta' pattulja jew l-ġbir, l-istudju u t-tixridi ta' informazzjoni permezz tas-satellita, ispirati mis-sħubija żviluppata, minkejja mhux b'mod formali, bejn l-EMSA u l-operazzjoni EUNAVFOR Atalanta;
58. Jitlob il-ħolqien ta' funzjoni ta’ għassa tal-kosta verament Ewropea, abbażi tal-esperjenza li diġà inkisbet mill-Frontex u min-Netwerk Ewropew ta' Pattulji, li għaliha distinti korpi u entitajiet governattivi jipprovdu l-kapaċità, li taġixxi skont mandat ta' ġurisprudenza li joħroġ mill-kooperazzjoni tal-ĠAI, immirata għall-protezzjoni tal-fruntieri tal-UE, iċ-ċittadini Ewropej iżda wkoll tal-ħajjiet tal-popli fil-perikolu fl-ibħra kostali tal-Unjoni Ewropea;
59. Ifaħħar il-ħidma li saret fil-qafas tal-iżvilupp tal-Ambjent Komuni ta' Kondiviżjoni ta' Informazzjoni (CISE) biex tinkiseb kapaċità marittima ta' sorveljanza Ewropea effikaċi; jistieden għalhekk lill-UE biex tinvesti b'mod sinifikattiv għal aktar żvilupp tal-qafas tas-CISE, fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-proġetti bħall-MARSUNO, il-BluemassMed u l-EUROSUR, bil-għan li jkunu lesti biex jintraċċaw, jimmonitorjaw u jirreaġixxu għall-isfidi marittimi fl-ilmijiet tal-Istati Membri tal-UE jew fil-viċinanzi tal-EU;
60. Peress li l-membri tal-UE u tan-NATO għandhom sett wieħed biss ta' forzi navali, jitlob għal koordinazzjoni strateġika akbar bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet dwar is-sigurtà marittima; huwa tal-opinjoni li l-Istrateġija ta' Sigurtà Marittima tal-UE futura għandha tkun indipendenti minn, iżda fl-istess ħin komplimentari għal, dik tal-Allejanza sabiex tikkontribwixxi għall-indirizzar ta’ numru massimu ta' sfidi msemmija hawn fuq filwaqt li jiġi żgurat l-aħjar użu tal-assi marittimi limitati; jilqa' r-riżultati pożittivi li nħolqu mill-koallokazzjoni taż-żewġ Kwartieri Ġenerali Operattivi tal-organizzazzjonijiet f'Northwood; jemmen li l-UE għandha tiffoka fuq il-valur miżjud ċar li jinbet mill-approċċ komprensiv tagħha biex tilqa' l-isfidi b'diversi aspetti, kif jidher fil-każ tas-segwitu diplomatiku, finanzjarju u ġudizzjarju għall-ġlieda effettiva ta' Atalanta kontra l-piraterija; jitlob titjib ulterjuri fil-qsim tal-informazzjoni bejn in-NATO u l-UE, kif ukoll għal kooperazzjoni msaħħa ma' atturi internazzjonali oħrajn;
61. Jiddispjaċih għall-fatt li s-sitwazzjoni li tippersisti llum hija waħda ta' xogħol doppju, sovrapożizzjoni, ħela ta' riżorsi u ġlieda territorjali fost l-entitajiet u l-aġenziji tal-UE li jaħdmu fil-qasam tas-sigurtà marittima; iħeġġeġ lill-UE tanalizza aktar mezzi biex tnaqqas il-piż amministrattiv u finanzjarju li joriġina minn trikkib mhux meħtieġ ta' funzjonijiet, kompetenza, tagħmir u riżorsi fost għadd ta' entitajiet u atturi tal-UE, b'hekk tippermetti lir-RGħ/VP tasserixxi l-funzjoni ta' koordinazzjoni tagħha;
62. Fid-dawl ta' dan, jitlob biex l-isforzi ta' koordinazzjoni u ta' artikulazzjoni jiġu integrati fl-Istrateġija ta' Sigurtà Marittima tal-UE, fejn għandhom jiġu deskritti linji gwida ċari għal kooperazzjoni speċifika bejn id-Direttorati Ġenerali relevanti tal-Kummissjoni, inkluż l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, l-Affarijiet Interni, il-Ġustizzja, l-Intrapriża u l-Industrija, il-Mobilità u t-Trasport, it-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u l-Iżvilupp, kif ukoll is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u s-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija; l-istess għandu jsir fir-rigward tal-kooperazzjoni bejn l-aġenziji bejn l-EDA, l-EMSA, is-SatCen, l-Europol, il-Frontex, il-Persunal Militari tal-UE, id-Direttorat għall-Immaniġġjar tal-Kriżijiet u l-Ippjanar, iċ-Ċentru tal-Analiżi tas-Servizzi Sigrieti tal-UE u l-awtoritajiet relevanti fl-Istati Membri;
63. Jilqa' l-attivitajiet tal-Kapijiet tal-Flotot Navali Ewropej (Chiefs of European Navies - CHENS) għall-promozzjoni tal-fehim bejn il-flotot navali Ewropej u l-eżami ta' kwistjonijiet ta' interess reċiproku; jitlob biex ir-riżultati tal-laqgħat annwali tal-CHENS u tal-gruppi ta' ħidma speċjalizzati tagħha jsaħħu l-Istrateġija ta' Sigurtà Marittima tal-UE u l-implimentazzjoni tagħha fil-livell tal-PSDK sabiex titrawwem aktar kooperazzjoni u biex jiġi żgurat approċċ integrat u effettiv;
64. Jistieden lill-Kunsill Ewropew dwar id-Difiża li jmiss f'Diċembru 2013, biex jadotta Strateġija ta' Sigurtà Marittima tal-UE li tinkludi l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew kif msemmi f'dan ir-rapport; ifakkar lill-Istati Membri li d-dinja tal-lum u, partikolarment, l-isfidi u t-theddid tagħha jirrikjedu azzjoni konsistenti, koerenti u konvinċenti biex jitħarsu l-500 miljun ċittadin tal-UE; ifakkar li dawn l-sfidi jitolbu wkoll politika barranija tal-UE li hija bbażata fuq il-ħtieġa għall-paċi u s-sigurtà, u fuq il-promozzjoni tagħhom madwar id-dinja;
o o o
65. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, ir- Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Viċi-President tal-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-parlamenti tal-Istati Membri, is-Segretarju-Ġenerali tan-NATO u l-President tal-Assemblea Parlamentari tan-NATO.
L-istrutturi militari tal-UE: is-sitwazzjoni attwali u l-prospetti futuri
388k
37k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2013 dwar l-istrutturi militari tal-UE: is-sitwazzjoni attwali u l-prospetti futuri (2012/2319(INI))
– wara li kkunsidra t-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Europea (it-Trattat UE),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-13 u l-14 ta’ Diċembru 2012,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2012 dwar l-iżvilupp ta' kapaċitajiet militari,
– wara li kkunsidra l-Objettiv Primarju 2010 approvat mill-Kunsill Ewropew tas-17 u t-18 ta' Ġunju 2004,
– wara li kkunsidra l-klawsoli ta' difiża reċiproka u solidarjetà fit-Trattat ta’ Lisbona, li jirrikjedu li l-Istati Membri jipprovdu għajnuna u assistenza jekk wieħed minnhom ikun vittma ta’ diżastru, attakk terroristiku jew attakk armat,
– wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà, adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2003, u r-rapport dwar l-implimentazzjoni tagħha, li ġie approvat mill-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta' Diċembru 2008,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/871/PESK tad-19 ta' Diċembru 2011 li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża (ATHENA)(1),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/411/PESK tat-12 ta' Lulju 2011 li tiddefinixxi l-istatut, is-sede u r-regoli operattivi tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2004/551/PESK(2),
– wara li kkunsidra d-diskussjoni tal-ministri tad-difiża fil-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Barranin tat-23 ta' April 2013 rigward il-preparamenti għall-Kunsill Ewropew dwar id-difiża f'Diċembru 2013,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-22 ta' Novembru 2012 dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni(3), tat-22 ta' Novembru 2012 dwar il-klawsoli ta' difiża reċiproka u solidarjetà tal-UE: dimensjonijiet politiċi u operattivi(4), tat-12 ta' Settembru 2012 dwar ir-Rapport Annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni(5) u tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar l-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq is-settur tad-difiża fl-Istati Membri tal-UE(6),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0205/2013),
Kunsiderazzjonijiet ġenerali
1. Jinnota b’urġenza dejjem tikber li l-kapaċità tal-UE li tirreaġixxi għall-kriżijiet internazzjonali f’ħin utli u b’mod effiċjenti mhix biżżejjed, minkejja l-impenn li ilha li ħadet favur il-preżervazzjoni tal-paċi, is-salvagwardja tad-drittijiet tal-bniedem, il-prevenzjoni ta’ kunflitti u t-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali bi qbil mal-prinċipji tal-Karta tan-NU; jisħaq fuq il-fatt li huwa fl-interess tal-UE u l-Istati Membri li jaġixxu b'mod koerenti bħala fornituri ta' sigurtà, mhux biss fl-Ewropa, iżda anke fil-bqija tad-dinja u b’mod speċjali fil-viċinat tagħha stess;
2. Ifakkar fl-impenn sod tiegħu favur approċċ komprensiv għall-ġestjoni tal-kriżijiet, bl-integrazzjoni ta’ spettru estensiv ta’ mezzi diplomatiċi, ekonomiċi, ta’ żvilupp u, fl-aħħar meta jibqax għażla oħra, militari, kif esprima b'mod speċjali fir-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar ir-rapporti annwali dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) u l-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK); jisħaq fuq il-fatt li l-istrutturi u l-kapaċitajiet militari jifformaw parti integrali minn approċċ komprensiv ta' dan it-tip, peress li jirfdu l-ħila tal-UE li tirreaġixxi għal theddid, kunflitti u kriżijiet, inklużi kriżijiet umanitarji u diżastri naturali, fil-każ li l-mezzi l-oħrajn kollha jfallu;
3. Jinnota b’dispjaċir li l-operazzjonijiet militari riċenti kemm fil-Libja kif ukoll fil-Mali wrew in-nuqqas ta’ progress lejn Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni ġenwina u jisħaq fuq il-ħtieġa għal iżjed koordinament u kooperazzjoni fil-livell Ewropew, jekk l-UE trid li tittieħed bis-serjetà fir-rwol tagħha ta' attur dinji effikaċi u kredibbli;
4. Ifakkar li, fit-Trattat, l-UE hi mitluba taħdem fuq it-tfassil progressiv ta' politika ta' difiża komuni għall-Unjoni, li tista' twassal għal difiża komuni; ifakkar ukoll fl-obbligi għall-Istati Membri skont il-klawsola ta' difiża reċiproka;
5. Itenni t-tħassib gravi tiegħu rigward it-tnaqqis kontinwu u mhux ikkoordinat fil-baġits ta' difiża nazzjonali, li qed ixekklu l-isforzi biex jitnaqqsu d-distakki fil-kapaċitajiet u jdgħajfu l-kredibilità tal-PSDK; iħeġġeġ lill-Istati Membri jwaqqfu u jreġġgħu lura din it-tendenza irresponsabbli, kif ukoll jintensifikaw l-isforzi tagħhom fil-livelli nazzjonali u tal-UE biex irażżnu l-konsegwenzi tagħha billi jżidu l-kooperazzjoni bejniethom u permezz tal-akkomunament u l-kondiviżjoni;
6. Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq is-settur tad-difiża fl-Istati Membri tal-UE, u jafferma mill-ġdid ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu kontra l-effetti negattivi tal-kriżi fuq il-kapaċitajiet militari fil-livell tal-UE permezz ta' koordinament aħjar tal-ippjanar fil-qasam tad-difiża, l-akkomunament u l-kondiviżjoni tal-kapaċitajiet, appoġġ għar-riċerka fil-qasam tad-difiża u l-iżvilupp teknoloġiku, il-bini ta' bażi teknoloġika u industrijali tad-difiża Ewropea li tkun aktar integrata, sostenibbli, innovattiva u kompetittiva, it-twaqqif ta' suq Ewropew għat-tagħmir tad-difiża u l-identifikazzjoni ta' suriet ġodda ta' finanzjament fil-livell tal-UE;
7. Iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE u lill-Kummissjoni jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiffaċilitaw ir-ristrutturar u l-konsolidament tal-kapaċitajiet industrijali tad-difiża, b'mod li jnaqqsu l-kapaċitajiet żejda eżistenti li mhumiex sostenibbli;
8. Jilqa' pożittivament il-ħidma tat-Task Force tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Industrija u s-Swieq tad-Difiża, u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Lulju 2013 intitolata 'Lejn settur tad-difiża u tas-sigurtà aktar kompetittiv u effiċjenti' (COM(2013)0542), u jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa proposti dwar kif, b'approċċ flessibbli, il-politiki u l-għodda aktar estensivi tal-UE jistgħu jintużaw bħala appoġġ għall-objettivi tad-difiża u tas-sigurtà, speċjalment fl-oqsma ta' natura trasversali bħat-teknoloġiji b'użu doppju;
9. Jisħaq fuq il-fatt li l-istrutturi militari eżistenti fi ħdan l-UE, fil-livell tal-Unjoni, f'dak multinazzjonali u f'dak nazzjonali, iridu jkomplu fil-proċess ta' trasformazzjoni biex jinbnew forzi armati modulari, interoperabbli u skjerabbli u li jkunu adattati għal operazzjonijiet multinazzjonali;
10. Jilqa' pożittivament l-ispinta mġedda li ta l-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2012 bl-intenzjoni li tiżdied l-effikaċja u l-effiċjenza operattiva tal-operazzjonijiet fil-qasam tal-PSDK, tissaħħaħ il-kooperazzjoni Ewropea sabiex jiġu pprovduti kapaċitajiet orjentati lejn il-ġejjieni u jiġu eliminati d-distakki kritiċi, kif ukoll titqawwa l-industrija tad-difiża Ewropea;
11. Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) tippreżenta proposti, fil-prospettiva tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2013, li jirriflettu r-rakkomandazzjonijiet ta' din ir-riżoluzzjoni, u li jinkludu l-alternattivi għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni Ewropea fl-oqsma tas-sigurtà u d-difiża fost l-Istati Membri li huma lesti jwettquha, abbażi tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-kooperazzjoni strutturata permanenti, fil-każ li ma jkun possibbli l-ebda qbil dwar aġenda ambizzjuża bejn l-Istati Membri kollha;
12. Jirriżolva li jħejji, bħala parti mill-aġenda tiegħu għall-Konvenzjoni kostituzzjonali li jmiss, proposti għat-tisħiħ tat-Trattati fir-rigward tal-iżvilupp tal-PSDK;
Titjib tal-kapaċità tal-UE li tippjana u tmexxi operazzjonijiet militari
13. Jinnota b'dispjaċir li, għaxar snin wara l-ewwel operazzjoni militari awtonoma mmexxija mill-UE, l-UE għad m'għandhiex kapaċità ta' ppjanar u tmexxija militari permanenti, u jiddeplora l-effett inibitorju li dan in-nuqqas qed ikollu fuq il-ħila tal-UE li tirreaġixxi għall-kriżijiet akuti; ifakkar li l-arranġamenti attwali, li jirrikjedu l-attivazzjoni ad hoc ta' kwartieri ġenerali nazzjonali, jikkostitwixxu approċċ purament reattiv u ma jipprovdux ir-riżorsi għall-ippjanar minn qabel meħtieġ;
14. Hu tal-fehma li ċ-Ċentru tal-Operazzjonijiet attivat, għalkemm intlaqa' pożittivament għar-rwol tiegħu fil-koordinament tal-missjonijiet fil-Qarn tal-Afrika, jirrappreżenta pass, li fil-biċċa l-kbira tiegħu mhux biżżejjed, lejn kapaċità permanenti ta' dan it-tip, minħabba r-riżorsi limitati tiegħu u l-funzjonijiet tiegħu strettament relatati mal-appoġġ; jiddeplora l-fatt li l-inizjattiva tal-ħames pajjiżi "Weimar Plus" ma wasslet għall-ebda riżultat sinifikattiv ieħor; iħeġġeġ lill-Istati Membri jaqblu, bħala pass inizjali, li jinkarigaw liċ-Ċentru tal-Operazzjonijiet bl-ippjanar operattiv tal-missjonijiet mhux eżekuttivi, bħall-missjonijiet ta' taħriġ tal-UE għall-Mali u s-Somalja;
15. Jitlob għal darba oħra li, fi ħdan is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), jinħolqu Kwartieri Ġenerali Operattivi tal-UE bil-funzjonijiet u r-responsabilitajiet kollha relatati, jekk ikun hemm bżonn, permezz ta' kooperazzjoni strutturata permanenti; jisħaq fuq il-fatt li dawn għandhom ikunu struttura ċivili-militari, responsabbli għall-ippjanar u t-tmexxija kemm tal-missjonijiet ċivili tal-UE, kif ukoll tal-operazzjonijiet militari tagħha, bi ktajjen ta' kmand ċivili u militari mifrudin bejniethom;
16. Jindika li l-ħolqien ta' Kwartieri Ġenerali Operattivi tal-UE kieku jsaħħaħ ħafna l-memorja istituzzjonali tal-UE fil-ġestjoni tal-kriżijiet, jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' kultura strateġika komuni permezz tas-sekondament ta' persunal nazzjonali, jimmassimizza l-benefiċċji ta' koordinament ċivili-militari, jippermetti l-akkomunament ta' ċerti funzjonijiet, inaqqas l-ispejjeż fuq żmien twil u jiffaċilita s-sorveljanza politika mill-Parlament u mill-Kunsill;
17. Jenfasizza l-ħtieġa għal kapaċità ta' ppjanar u tmexxija militari permanenti anke fir-rigward tal-obbligi li jirriżultaw mill-klawsola ta' difiża reċiproka u l-klawsola ta' solidarjetà, u jisħaq fuq il-bżonn li jiġi żgurat livell xieraq ta' tlestija u rapidità ta' reazzjoni fil-każ li tiġi invokata xi waħda minn dawn iż-żewġ klawsoli; jistieden lill-VP/RGħ tipproponi arranġamenti prattiċi għall-klawsola ta' difiża reċiproka biex tiġi ddefinita r-reazzjoni fil-livell tal-UE;
Tisħiħ tal-gruppi tattiċi tal-UE: l-istrument ta' reazzjoni rapida u ta' stabilizzazzjoni tal-Unjoni
18. Jirrikonoxxi l-kontribut li l-gruppi tattiċi tal-UE taw għat-trasformazzjoni tal-forzi armati tal-Istati Membri, biex xprunaw l-interoperabilità militari u ppromwovew il-kooperazzjoni multinazzjonali; jiddeplora l-fatt li għadha ma ġietx ippruvata l-utilità tal-kunċett bħala strument ta’ reazzjoni rapida fl-operazzjonijiet, u li, mingħajr modifiki sostanzjali, jidher li hu improbabbli li jintlaħaq xi qbil dwar l-iskjerament; jikkunsidra li s-sitwazzjoni fil-Mali hija opportunità li ntilfet sabiex jintużaw għall-ewwel darba l-Gruppi Tattiċi tal-UE;
19. Jikkunsidra li, sabiex tiżdied l-effikaċja tal-gruppi tattiċi, għandha tingħata attenzjoni xierqa għall-kompożizzjoni tagħhom, waqt li jiġi kkunsidrat li, b’mod ġenerali, l-istati mill-istess reġjun jikkondividu perċezzjoni simili tat-theddid, biex b’hekk tiġi ffaċilitata r-reazzjoni meħtieġa għalih;
20. Hu tal-fehma li l-mekkaniżmu ATHENA rieżaminat għall-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet militari għadu ma jqisx b'mod xieraq l-ispeċifiċitajiet tal-kunċett tal-gruppi tattiċi, u jitlob li jkun hemm espansjoni sinifikattiva tal-ispejjeż komuni għall-operazzjonijiet ta' reazzjoni rapida, li tkun tilħaq kopertura sħiħa tal-ispejjeż meta jintużaw il-gruppi tattiċi; jikkunsidra li l-applikazzjoni tal-prinċipju "costs lie where they fall" (kulħadd iħallas l-ispejjeż tal-intervent proprju tiegħu) għall-gruppi tattiċi, li jridu jkunu lesti biex jiġu skjerati abbażi ta' sistema volontarja u rotattiva, tmur kontra l-prinċipju tal-kondiviżjoni ġusta tal-piżijiet;
21. Jistieden lill-VP/RGħ tressaq proposti bil-għan li l-mekkaniżmu ATHENA jiġi aġġustat għall-ispeċifitajiet tal-gruppi tattiċi, jekk ikun hemm bżonn, permezz ta' kooperazzjoni strutturata permanenti, maħluqa b'mod parallel ma' Kwartieri Ġenerali Operattivi permanenti; iħeġġeġ, fl-istess ħin, lill-VP/RGħ tippreżenta proposta dwar it-twaqqif u l-finanzjament tal-fond ta' tnedija għall-attivitajiet preparatorji għall-operazzjonijiet militari tal-UE, kif rikjest mit-Trattat;
22. Jinnota l-isforzi li qed isiru fi ħdan il-Kunsill u s-SEAE biex jiżdiedu l-flessibilità u l-użabilità tal-gruppi tattiċi, imma li s'issa ma tantx ipproduċew riżultati tanġibbli; jindika li hemm bżonn ta' grad għoli ta’ interoperabilità, mhux biss fil-livell tekniku imma anke fil-livelli proċedurali u kunċettwali, b’mod partikolari biex jiġu allinjati r-regoli tal-kumbattiment u u t-trasferiment tal-awtorità u sabiex jitneħħew ir-riżervi nazzjonali;
23. Jistieden lill-Kunsill Ewropew jesplora modijiet kif jista' jiġi ssemplifikat il-proċess għat-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali, biex ir-reazzjoni rapida ssir realtà; jinsisti li tintwera r-rieda politika meħtieġa sabiex jiġu indirizzati l-isfidi; jinkoraġġixxi li ssir riflessjoni dwar il-proċeduri semplifikati possibbli fir-rigward tal-iskjerament tal-gruppi tattiċi għal perjodi limitati, sakemm ikunu ġew sodisfatti ċertu prekundizzjonijiet ddefiniti u miftehma b'mod ċar, bħal talba speċifika min-Nazzjonijiet Uniti;
24. Jilqa' pożittivament l-impenn imġedded li ħadu l-Istati Membri favur il-livell ta' ambizzjoni tal-kunċett tal-gruppi tattiċi u l-wegħda li għamlu li se jippjanaw il-kontributi abbażi tal-impenji regolarment rikorrenti sabiex jiġu evitati d-distakki fir-roster tal-gruppi tattiċi fil-ġejjieni; jinkoraġġixxi l-iżvilupp tal-gruppi tattiċi bħala sħubijiet fuq żmien itwal li jdumu oltre l-perjodu meta jkunu lesti biex jiġu skjerati, għall-massimizzazzjoni tal-benefiċċji militari u ekonomiċi li jirriżultaw mill-akkwist konġunt tat-tagħmir u s-servizzi, kif ukoll mill-akkomunament u l-kondiviżjoni; jinnota li l-kuntratt qafas rigward is-servizzi loġistiċi bażiċi għall-grupp tattiku tal-UE li kien lest biex jiġi skjerat fit-tieni semestru tal-2012, kuntratt li kkonkludiet l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA), hu eżempju konkret lejn din id-direzzjoni;
25. Jindika li kwalunkwe spiża mhux marbuta ma' operazzjonijiet militari, bħall-ispejjeż tal-gruppi tattiċi għat-tħejjija u waqt il-perjodu meta jkunu lesti biex jiġu skjerati, jistgħu jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-UE;
26. Jisħaq fuq il-fatt li l-gruppi tattiċi jipprovdu strument speċifiku ta' daqs u sostenibilità limitati li hu adattat għal ċertu għadd ta' xenarji u ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala għodda universali għall-ġestjoni tal-kriżijiet; ifakkar li l-għan stabbilit mill-Objettiv Primarju inizjali ta' Ħelsinki tal-1999, li reġa' ġie kkonfermat mill-Kunsill Ewropew fl-2008, kien li l-UE tkun kapaċi tiskjera 60 000 persuna f'60 jum għal operazzjoni ewlenija; jinnota li, għalkemm ma ġiex formalment abbandunat, dan l-objettiv qatt ma nkiseb realistikament minħabba n-nuqqasijiet persistenti ta' kapaċitajiet; jindika li, aktar milli jiġu stabbiliti objettivi arbitrarji li hemm ir-riskju li jkunu ta' ħsara għall-kredibilità tal-UE, hemm ħtieġa urġenti għal sforz sostnut biex jitnaqqsu d-distakki fil-kapaċitajiet u jittejbu l-ġenerazzjoni u l-projezzjoni tal-forzi fir-rigward tal-operazzjonijiet militari tal-UE b'mod ġenerali;
Bini ta' strutturi u kapaċitajiet biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ta' kapaċitajiet kruċjali
27. Ifakkar fil-missjoni u l-karigi tal-EDA kif previsti fl-Artikoli 42(3) u 45 tat-Trattat UE, b'mod partikolari r-rwol essenzjali tagħha biex tiżviluppa u timplimenta politika tal-UE rigward il-kapaċitajiet u l-armamenti, tarmonizza l-ħtiġijiet operattivi, tipproponi proġetti multilaterali, tikkoordina l-programmi tal-Istati Membri, tqawwi l-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea u ttejjeb l-effikaċja tal-infiq militari; iħeġġeġ lill-Istati Membri, minħabba l-fatt li l-EDA hi ffukata b'mod qawwi fuq il-kosteffikaċja, jipprovdulha l-finanzjament xieraq sabiex ikun jista' jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tagħha, u jtenni l-istedina tiegħu lill-VP/RGħ biex tippreżenta proposti għall-finanzjament tal-ispejjeż tal-Aġenzija rigward il-persunal u l-funzjonament tagħha mill-baġit tal-Unjoni;
28. Jiddeplora n-nuqqas ta' impenji sodi fir-rigward tal-kapaċitajiet min-naħa tal-Istati Membri u jistieden lill-Kunsill jipprevedi l-implimentazzjoni tar-rekwiżit relatat ta' valutazzjoni li hu stabbilit fl-Artikoli 42(3) u 45(1) tat-Trattat UE; jistieden lill-VP/RGħ tressaq il-proposti xierqa għal dan l-iskop; hu tal-fehma li l-Parlament għandu jiġi informat regolarment dwar il-progress li jkun sar fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet militari rilevanti għall-implimentazzjoni tal-PSDK;
29. Jinkoraġġixxi l-progress ulterjuri fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Żvilupp tal-Kapaċitajiet tal-EDA u jħeġġeġ, fil-kuntest tar-rieżami tiegħu fl-2013, biex jiġi integrat aħjar fl-ippjanar dwar id-difiża nazzjonali, li hemm bżonn ikompli jiġi armonizzat; itenni l-istedina tiegħu lill-Istati Membri biex iniedu proċess istituzzjonalizzat ta' aktar koordinament tal-ippjanar dwar id-difiża kemm bejniethom kif ukoll fi ħdan il-Kumitat Militari tal-UE, b’mod partikolari abbażi ta’ pariri mill-EDA; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ġenerali li tiġi intensifikata l-kooperazzjoni bejn l-EDA u l-Kumitat Militari tal-UE/l-Istat Maġġur tal-UE; jistenna li l-Kapijiet tal-Istat u tal-Gvern iniedu rieżami tad-difiża Ewropea waqt il-Kunsill Ewropew dwar id-difiża f’Diċembru 2013;
30. Jitlob li jkun hemm approċċ aktar strutturat biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ta' kapaċitajiet kruċjali fil-livell tal-UE u, b'mod partikolari fl-oqsma tal-faċilitaturi u l-multiplikaturi tal-forzi kruċjali – bħall-assi fl-oqsma tal-intelligence, is-sorveljanza u r-rikonjizzjoni, it-trasport bl-ajru strateġiku, il-ħelikopters, l-appoġġ mediku, ir-riforniment ta' fjuwil fl-ajru u l-munizzjonijiet bi gwida ta' preċiżjoni – f'kooperazzjoni mill-qrib u komplementarjetà sħiħa man-NATO; jilqa' pożittivament ir-riżultati inizjali tal-inizjattivi ta' akkomunament u kondiviżjoni ġestiti mill-EDA imma jisħaq fuq il-fatt li hemm bżonn ta' progress ulterjuri f'dawn l-oqsma u oħrajn; jiddeplora l-fatt li, għalkemm il-forzi armati Ewropej ripetutament iffaċċjaw in-nuqqas tat-tali faċilitaturi u multiplikaturi tal-forzi fl-operazzjonijiet tal-PSDK u ta' tip ieħor, l-ebda mid-distakki fil-kapaċitajiet identifikati għadu ma ġie eliminat b'mod sodisfaċenti;
31. Jitlob għal valutazzjoni tat-twaqqif ta’ maħżen permanenti għall-PSDK (b’funzjonijiet simili għall-Aġenzija ta' Appoġġ tan-NATO) li jkun jipprovdi appoġġ multinazzjonali integrat għall-istrutturi militari tal-UE u għall-Istati Membri, inkluż tagħmir essenzjali għall-missjonijiet kollha mingħajr proċeduri ta' akkwist ingombranti;
32. Jevidenzja l-ħtieġa li l-UE tiżviluppa l-kapaċitajiet u l-istrateġiji effiċjenti u proporzjonati, li teħtieġ sabiex tiffaċċja t-theddid ċibernetiku li dejjem qed jikber għall-interessi ta’ sigurtà u strateġiċi tagħha; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' kooperazzjoni ma' atturi privati sabiex jinkiseb suċċess, jiġu rrispettati bis-sħiħ il-libertajiet diġitali u d-dritt internazzjonali u tiġi żgurata sorveljanza demokratika suffiċjenti;
33. Jevidenzja l-eżempju tal-Kmand Ewropew tat-Trasport bl-Ajru, li wera li jiffunzjona u li jipprovdi valur miżjud matul l-operazzjonijiet, bħala mudell partikolarment utli ta' akkomunament u kondiviżjoni, abbażi tat-trasferiment ta' ċerti kompetenzi lejn struttura komuni mingħajr ma tiġi ċeduta s-sjieda nazzjonali; jitlob biex dan il-mudell imsemmi hawn jiġi replikat f'oqsma oħra ta' appoġġ operattiv u b'mod partikolari jistenna li r-riżultati tal-ħidma tal-EDA dwar il-possibilità ta' Unità tal-Ħelikopters Multinazzjonali se jindirizzaw nuqqas ieħor ta' kapaċitajiet kruċjali;
34. Itenni l-appell tiegħu lill-Istati Membri biex jikkunsidraw sjieda konġunta ta' ċerti kapaċitajiet għaljin, b'mod partikolari l-kapaċitajiet spazjali, il-vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ jew l-assi għat-trasport strateġiku; jilqa' pożittivament il-ħidma tal-Kummissjoni li tesplora l-alternattivi għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet li l-UE hi sidhom, waqt li jiġu sfruttati s-sinerġiji bejn il-ħtiġijiet tad-difiża u tas-sigurtà ċivili, bħal fl-oqsma tal-protezzjoni ċivili jew is-sorveljanza tal-fruntieri;
35. Jissottolinja l-ħtieġa li jinħoloq approċċ komuni fl-Ewropa lejn l-iżvilupp ta' sistema tal-ajru telepilotata b'reżistenza twila u ta' altitudni medja (MALE RPAS) u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw approċċ innovattiv biex tinkiseb din l-ambizzjoni;
36. Jenfasizza l-importanza kruċjali tal-assi satellitari għall-operazzjonijiet tal-ġurnata tal-lum, b'mod partikolari fir-rigward tal-kapaċitajiet ta' intelligence, sorveljanza u rikonjizzjoni, ta' komunikazzjoni u ta' navigazzjoni, u fir-rigward tal-ħtieġa li jiġi mmassimizzat l-użu tar-riżorsi skarsi abbażi ta' approċċ komuni u tal-isfruttament tas-sinerġiji ċivili-militari kollha possibbli biex tiġi evitata duplikazzjoni bla bżonn; jinkoraġġixxi f’dan ir-rigward kooperazzjoni ulterjuri bejn l-Aġenzija Spazjali Ewropea, l-EDA u l-Kummissjoni, u jinsisti biex l-UE tkompli tiffinanzja l-programmi Copernicus (GMES) u Galileo;
37. Jinkoraġġixxi progress ulterjuri tal-programm MUSIS sabiex tiġi ffaċilitata l-kondiviżjoni tal-immaġini satellitari mill-ġenerazzjoni li jmiss ta' satelliti għall-osservazzjoni tad-dinja, u jitlob li jkun hemm parteċipazzjoni finanzjarja diretta min-naħa tal-UE fil-programm u li jiġi assoċjat iċ-Ċentru Satellitari tal-UE, sabiex jiġi żgurat l-aċċess għal immaġini mfassla speċifikament għall-ħtiġijiet tal-UE, u b'mod partikolari tal-PSDK;
38. Jilqa’ pożittivament l-adozzjoni tal-kodiċi ta’ kondotta dwar l-akkomunament u l-kondiviżjoni bħala pass importanti biex ikun hemm aktar kooperazzjoni fl-Ewropa u jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi stabbilita valutazzjoni strateġika inizjali tal-implimentazzjoni tiegħu sa tmiem is-sena; jistenna li l-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2013 se jkun stadju sinifikanti fil-proċess biex tingħata spinta politika favur l-akkomunament u l-kondiviżjoni u biex tingħata gwida ċara dwar l-implimentazzjoni; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li l-UE tintensifika l-attivitajiet ta’ informazzjoni b'mod li tagħti spinta ulterjuri għar-rwol tal-akkomunament u l-kondiviżjoni;
39. Jisħaq fuq l-importanza li tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tat-tagħmir meħtieġ mill-forzi armati tal-Istati Membri sabiex iwettqu l-impenji tagħhom fi kriżijiet internazzjonali; jinsab serjament imħasseb dwar id-dipendenzi dejjem jiżdiedu fuq teknoloġiji u sorsi ta' provvista mhux Ewropej u l-implikazzjonijiet tagħhom għall-awtonomija Ewropea; jenfasizza l-importanza strateġika tal-industrija tad-difiża u jistieden lill-EDA u lill-Kummissjoni jmexxu 'l quddiem ħidmiethom dwar l-identifikazzjoni tal-kapaċitajiet industrijali kritiċi li għandhom jiġu ppreżervati jew żviluppati fl-Ewropea u dwar it-tnaqqis tad-dipendenza Ewropea fir-rigward tal-provvista;
40. Jiddeplora l-fatt li l-baġits nazzjonali għar-riċerka fil-qasam tad-difiża, kif ukoll il-fatt li, fil-biċċa l-kbira tagħha, din ir-riċerka hi frammentata skont demarkazzjonijiet nazzjonali; jindika l-potenzjal li għandha l-UE biex twassal valur miżjud sostanzjali permezz tal-qafas Ewropew ta' kooperazzjoni u ta' aktar sinerġiji bejn ir-riċerka fl-oqsma tad-difiża u tas-sigurtà ċivili; jenfasizza b'mod partikolari l-ħtieġa li tingħata attenzjoni lill-investimenti fit-teknoloġiji faċilitanti kruċjali bħar-robotika, in-nanoelettronika u l-mikroelettronika, u li jiġi żgurat li l-fondi tal-UE li jintefqu f'dawn l-oqsma jkunu wkoll ta' benefiċċju għall-bżonnijiet fil-qasam tad-difiża;
Żieda tal-koerenza fl-istrutturi multinazzjonali permanenti tal-Istati Membri tal-UE
41. Jinnota l-eżistenza ta' għadd ta' inizjattivi ta' sħubija bilaterali/reġjonali/multilaterali fl-Ewropa mmirati lejn l-akkomunament tar-riżorsi u t-trawwim tal-interoperabilità, u li huma kapaċi jipprovdu kontribut għall-operazzjonijiet tal-UE, in-NU, in-NATO jew ta' koalizzjonijiet ad hoc; jinkoraġġixxi, waqt li jilqa' pożittivament il-benefiċċji ta' kooperazzjoni u ta' appoġġ sħiħ għall-ħsieb li jiġġustifika l-akkomunament, xi forma ta' razzjonalizzazzjoni tal-bosta strutturi b'dimensjoni multinazzjonali li kibru mingħajr ebda pjan globali jew koerenti, kif ukoll koordinament aħjar bejniethom;
42. Jitlob li jitqawwew ir-rabtiet bejn Eurocorps u l-Istat Maġġur tal-UE, u jistieden aktar Stati Membri jingħaqdu mal-istruttura multinazzjonali ta' Eurocorps, li jista' jifforma n-nukleu ta' element kompletament integrat tal-forzi armati Ewropej;
43. Jinnota l-għeluq ta' EUROFOR, waqt li jirrikonoxxi l-kontribut li tat fl-imgħoddi għall-operazzjonijiet tal-UE u r-roster tal-gruppi tattiċi; jinnota l-kontributi li taw EUROMARFOR, EUROGENDFOR, il-Kooperazzjoni għad-Difiża Baltika, il-Kooperazzjoni għad-Difiża Nordika, il-forza anfibja Brittannika-Olandiża, il-forza anfibja Hispano-Taljana, il-korpi Ġermano-Olandiżi, il-kooperazzjoni navali Belgo-Olandiża, l-inizjattivi Anglo-Franċiżi biex jinbnew forza spedizzjonarja konġunta magħquda, grupp ta' attakk ta' trasportaturi integrat u kwartieri ġenerali għall-forzi konġunti magħqudin u strutturi permanenti reġjonali u bilaterali oħrajn li diġà jeżistu jew li għadhom kemm nibtu;
44. Itenni l-ħtieġa li tiġi żgurata koerenza ġenerali fil-livell tal-UE u jistieden lill-Istati Membri jikkoordinaw l-inizjattivi tagħhom b'mod aktar strett fi ħdan il-Kumitat Militari tal-UE, abbażi tal-kontributi tal-EDA;
Tqawwija tad-dimensjoni Ewropea fl-edukazzjoni, fit-taħriġ u fl-eżerċizzji
45. Itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-istrutturi u l-proġetti Ewropej fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, u jisħaq, b'mod partikolari, fuq il-kontribut tal-Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża (KESD) lejn il-promozzjoni ta' kultura ta' sigurtà komuni, kif ukoll il-potenzjal tiegħu li jidentifika u jiżviluppa proġetti kollaborattivi bejn istituzzjonijiet nazzjonali biex jiġu ffrankati l-ispejjeż; jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' April 2013 li jsaħħaħ il-Kulleġġ billi jipprovdilu l-kapaċità ġuridika u b'finanzjament mill-baġit tal-Unjoni; jikkunsidra li din tista' jikkostitwixxi mudell għal appoġġ baġitarju mill-UE għal strutturi oħra tal-PDSK bħall-EDA u ċ-Ċentru Satellitari tal-UE; jinkoraġġixxi żvilupp ulterjuri tal-inizjattiva Ewropea għall-iskambju ta' fizzjali żgħażagħ, ispirata mill-programm Erasmus, kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-istituti għall-edukazzjoni u t-taħriġ tal-fizzjali Ewropej fil-programm Erasmus;
46. Jappoġġa b'qawwa l-inizjattivi ta' akkomunament u kondiviżjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ fejn jista' jiġi ffrankant ammont sinifikattiv ta' fondi mingħajr ma tintlaqat is-sovranità nazzjonali fir-rigward tal-iskjerament operattiv; jevidenzja s-suċċess tal-Programm tal-EDA għat-Taħriġ dwar il-Ħelikopters u jilqa' pożittivament it-tnedija ta' eżerċizzji tattiċi ta' trasport bl-ajru mill-EDA, li għandha twassal biex jitwaqqaf kors permanenti Ewropew ta' taħriġ dwar it-tattika tat-trasport bl-ajru; jistenna bil-ħerqa li jsir aktar progress fl-iżvilupp ta' sistema ta' taħriġ integrat komuni għat-taħriġ tal-bdoti futuri għall-ajruplani ġellieda; jilqa' pożittivament il-ħidma tal-EDA dwar aktar taħriġ akkomunat u kondiviż fl-oqsma taċ-ċiberdifiża, tan-newtralizzazzjoni ta' apparat splussiv improviżat u tal-operazzjonijiet navali; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li l-EDA tikkunsidra l-ħtiġijiet ta' taħriġ tal-Istati Membri li l-inġenji tal-ajru tagħhom huma prodotti minn kumpaniji li mhumiex fl-UE;
47. Jisħaq fuq l-opportunità għal taħriġ u eżerċizzji komuni li jipprovdu l-gruppi tattiċi tal-UE; jinkoraġġixxi lin-nazzjonijiet qafas responsabbli għall-gruppi tattiċi jiftħu l-eżerċizzji tal-gruppi tattiċi għal parteċipanti addizzjonali, bħal faċilitaturi strateġiċi/operattivi potenzjali, kif ukoll għal organizzazzjonijiet sħab bħan-NU;
48. Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtiega li tiġi evitata duplikazzjoni potenzjali man-NATO, eż. fil-qasam tat-taħriġ dwar iċ-ċibersigurtà;
Żieda tal-benefiċċji tal-kooperazzjoni UE-NATO
49. Jisħaq fuq il-fatt li t-tqawwija tal-kapaċitajiet militari Ewropej permezz ta' strutturi tal-UE msaħħin tibbenefika wkoll lin-NATO u tikkontribwixxi għal kondiviżjoni tal-piżijiet aktar ġusta fi ħdan l-Alleanza; ifaħħar il-kooperazzjoni pragmatika mmirata lejn l-evitar ta' duplikazzjonijiet bejn l-inizjattivi ta' Akkomunament u Kondiviżjoni u ta' Difiża Intelliġenti, speċifikament permezz tal-interazzjoni bejn l-EDA u l-Kmand Alleat tan-NATO għat-Trasformazzjoni (ACT);
50 Iħeġġeġ sabiex ikun hemm kollaborazzjoni ħafna iżjed mill-qrib u aktar regolari fil-livell politiku bejn il-VP/RGħ u s-Segretarju Ġenerali tan-NATO għall-finijiet ta' valutazzjoni tar-riskji, ġestjoni tar-riżorsi, ippjanar fil-qasam tal-politiki u twettiq tal-operazzjonijiet, kemm ċivili kif ukoll militari; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żviluppati l-oqfsa ta' kooperazzjoni operattiva bejn l-UE u n-NATO, l-ewwel nett mill-ftehimiet "Berlin Plus", li l-implimentazzjoni tagħhom għadha qed tiġi mblukkata mit-Turkija;
51. Jindika li l-kapaċitajiet nazzjonali, kemm jekk żviluppati fil-qafas tal-UE u kemm jekk f'dak tan-NATO, jibqgħu taħt awtorità nazzjonali u għaldaqstant jistgħu jintużaw għal kwalunkwe operazzjoni li tkun ġiet deċiża fil-livell nazzjonali;
52. Jenfasizza l-importanza tal-istandards tan-NATO għall-kooperazzjoni Ewropea għad-difiża u jisħaq fuq il-ħtieġa għal kapaċitajiet żviluppati fi ħdan l-UE biex tiġi żgurata interoperabilità sħiħa man-NATO;
53. Jinnota li l-Forza ta' Reazzjoni tan-NATO u l-gruppi tattiċi tal-UE huma inizjattivi komplementari u li jsaħħu lil xulxin reċiprokament, iżda li jirrikjedu sforzi simili mill-Istati Membri, u jitlob li jsiru sforzi għall-massimizzazzjoni tas-sinerġiji bejniethom;
Livell ġdid għall-PSDK
54. Jistieden lill-Istati Membri jieħdu pass kwalitattiv 'il quddiem fid-difiża Ewropea billi jqawwu l-istrutturi militari tal-UE b'mod konformi ma' din ir-riżoluzzjoni; jinkoraġġixxi lil dawk l-Istati Membri li huma lesti li jagħmlu dan jipproċedu, jekk ikun hemm bżonn, bi qbil mal-Artikoli 42(6) u 46 tat-Trattat UE dwar il-kooperazzjoni strutturata permanenti, kif ukoll mal-Artikolu 44 TUE; hu tal-fehma li kieku kellhom jitniedu forom ta' kooperazzjoni ta' dan it-tip, għandhom ikunu bbażati fuq kollox fuq ir-rieda tal-Istati Membri parteċipanti li jassumu r-responsabilitajiet tagħhom fi ħdan il-komunità internazzjonali u li jpoġġu lill-Unjoni f'qagħda aktar preparata għall-operazzjonijiet għall-ġestjoni ta' kriżijiet;
55. Jikkunsidra, għalhekk, li l-kooperazzjoni strutturata permanenti għandha tinkludi, b'mod partikolari, dawn l-elementi mmirati lejn it-tisħiħ tal-effikaċja operattiva:
—
it-twaqqif ta’ Kwartieri Ġenerali Operattivi permanenti tal-UE;
—
il-finanzjament komuni tal-operazzjonijiet ta' reazzjoni rapida bl-użu tal-gruppi tattiċi tal-UE;
—
impenn li jingħata kontribut għar-roster tal-gruppi tattiċi, b'regoli tal-kumbattiment allinjati u proċeduri deċiżjonali semplifikati;
56. Jindika li hemm bżonn ukoll li l-Istati Membri jqawwu l-impenji tagħhom fir-rigward tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet, b'mod partikolari permezz tal-akkomunament u l-kondiviżjoni, iżda li jeħtieġ li jinżammu l-flessibilità u l-inklużività massimi sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal kollu tad-diversi sinerġiji bilaterali, reġjonali jew multilaterali; jikkunsidra, madankollu, li ftehim dwar il-kooperazzjoni strutturata permanenti għandu tal-anqas jinkludi impenji favur:
—
koordinament strutturat tal-ippjanar fil-qasam tad-difiża
—
valutazzjoni u rieżami komuni tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet
—
aktar finanzjament għall-EDA;
57. Jinnota li t-Trattat jiddikjara b'mod ċar li l-kooperazzjoni strutturata permanenti għandha tiġi stabbilita fi ħdan il-qafas tal-Unjoni, filwaqt li josserva li l-maġġoranza vasta tal-attivitajiet żviluppati taħtu tista' għalhekk tibbenefika minn aċċess għall-baġit tal-UE bl-istess kundizzjonijiet bħall-attivitajiet l-oħra tal-UE, b'mod konformi mal-Artikolu 41 tat-Trattat UE;
58. Jikkunsidra li l-kooperazzjoni strutturata permanenti għandha tiffaċilita wkoll iż-żieda tal-koerenza bejn l-inizjattivi kollaborattivi Ewropej, fl-ispirtu tal-inklużività u flessibilità, billi jitqawwew ir-rabtiet bejn id-diversi gruppi iżolati ta' kooperazzjoni li jfeġġu fi ħdan qafas imsaħħaħ għall-PSDK;
o o o
59. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE, lill-Assemblea Parlamentari tan-NATO, kif ukoll lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO.
Rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew tat-12 ta' Settembru 2013 għall-Azzjoni Esterna dwar il-politika tal-UE fir-rigward tal-Bjelorussja(2013/2036(INI))
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2012 dwar il-qagħda fil-Bjelorussja wara l-elezzjonijiet parlamentari tat-23 ta' Settembru 2012(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-29 ta' Marzu 2012 dwar is-sitwazzjoni fil-Bjelorussja(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2011 dwar il-Bjelorussja(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Jannar 2011 dwar is-sitwazzjoni fil-Bjelorussja(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Settembru 2012 dwar ir-Rapport Annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2011 dwar ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat(6),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Konferenza tal-Pjattaforma Nazzjonali tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili tas-Sħubija tal-Lvant tal-1 ta’ Ġunju 2013;
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ April 2011 dwar ir-reviżjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat – Dimensjoni tal-Lvant(7),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Praga tas-samit tas-Sħubija tal-Lvant tal-2009;
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-15 ta' Ottubru 2012 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1014/2012 tas-6 ta' Novembru 2012 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja(8),
– wara li kkunsidra r-Regola 97 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0261/2013),
A. billi, mill-1994, ma saret l-ebda elezzjoni ħielsa u ġusta fil-Bjelorussja skont leġiżlazzjoni elettorali konformi mal-istandards internazzjonali;
B. billi l-prinċipju tas-separazzjoni tas-setgħat ġie virtwalment abolit mir-riforma kostituzzjonali tal-1996, u l-oppożizzjoni politika ilha minn dakinhar mhux irrappreżentata fl-istituzzjonijiet politiċi u ma setgħetx tipparteċipa fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tad-direzzjoni politika tal-pajjiż;
C. billi fl-istess perjodu, sar ksur sistematiku u massiv tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali rigward, b’mod partikolari, il-libertà tal-espressjoni, il-libertà ta’ assoċjazzjoni, il-libertà ta’ għaqda;
D. billi fl-1997 il-Kunsill Ewropew issospenda r-ratifika tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni u ffriża l-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ, u għalhekk ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Bjelorussja għadhom regolati bil-Ftehim ta’ Kummerċ u ta’ Kooperazzjoni tal-1989;
E. billi, fil-perjodu 2008-2010, ir-relazzjonijiet UE-Bjelorussja kienu kisbu ftit momentum meta l-Bjelorussja wriet ir-rieda li tiżviluppa relazzjonijiet kostruttivi mal-UE, u ġie osservat ċertu ċaqliq lejn kundizzjonijiet imtejba għall-attivitajiet tas-soċjetà ċivili, l-oppożizzjoni u l-istampa ħielsa; madankollu, it-trażżin brutali li segwa l-elezzjonijiet presidenzjali tal-2010 u l-intensifikazzjoni tal-politika ripressiva, bħall-arrest tal-kandidati presidenzjali li ġie segwit minn arresti tal-massa, kawżi kriminali b'motivazzjoni politika kontra r-rappreżentanti tal-oppożizzjoni u mewġa ta' ripressjoni kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-midja indipendenti, wasslu għal deterjorament sinifikanti ta' dawn ir-relazzjonijiet;
F. billi l-awtoritajiet tal-Bjelorussja, meta jirrifjutaw it-talbiet mill-UE biex jikkonformaw mal-istandards demokratiċi aċċettati fuq livell internazzjonali, qegħdin imexxu l-politika ta’ awtoiżolament u jimponuha fuq il-poplu tal-Bjelorussja;
G. billi l-Parlament Ewropew ma jirrikonoxxix il-leġittimità tal-parlament tal-Bjelorussja; f’dan l-aħħar deċennju, delegazzjoni uffiċjali waħda biss tal-Parlament Ewropew żaret il-Bjelorussja fl-2010;
H. billi 70 % tal-popolazzjoni Bjelorussa jixtiequ bidla fil-pajjiż; madankollu, parti minnha tipperċepixxi l-fatt li inizjalment bidliet sostanzjali kieku jwasslu għal deterjorament fl-istandards tal-għajxien(9);
I. billi jkun iżjed probabbli li sseħħ trasformazzjoni demokratika jekk jiġu involuti l-partijiet riformisti tal-klassijiet eliti li attwalment qed jiggvernaw; madankollu, il-katalizzaturi ewlenin għandhom jiġu mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u n-negozju privat;
J. billi l-istabbiliment ta’ djalogu politiku konsistenti mal-awtoritajiet Bjelorussi taħt il-kundizzjoni msemmija hawn fuq għandu jirriżulta fl-involviment tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni fid-djalogu bejn diversi partijiet interessati u l-implimentazzjoni tar-riformi;
K. billi s-Samit tas-Sħubija tal-Lvant f’Vilnius jista’ jirriżulta f’opportunità importanti oħra għat-titjib kundizzjonali u gradwali tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Bjelorussja sakemm il-priġunieri politiċi kollha jinħelsu u jiġu riabilitati politikament;
L. billi, bħala konsegwenza, il-miżuri restrittivi tal-UE ġew rieżaminati u estiżi (attwalment, huma imposti fuq 242 persuna u 30 entità), waqt li l-awtoritajiet Bjelorussi għadhom qed jipprojbixxu lil xi politiċi, uffiċjali, inklużi r-rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, ġurnalisti u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili milli jidħlu fil-pajjiż;
M. billi jista' jkun li l-isforzi ulterjuri lejn strateġija u pjan ta' azzjoni unifikati jistgħu jkunu ta' għajnuna biex jinkisbu l-għanijiet tal-opożizzjoni politika; billi miżuri konkreti bħal-listi konġunti għall-elezzjonijiet lokali fl-2014, l-abbozzar ta' programm politiku komuni, jew il-preżentazzjoni ta' kandidat uniku għall-elezzjoni presidenzjali fl-2015, huma żviluppi pożittivi f'dak ir-rigward;
N. billi d-Djalogu Ewropew dwar il-Modernizzazzjoni mas-soċjetà Bjelorussa li tnieda fl-2012 kellu impatt pożittiv fuq il-bidu ta’ dibattitu kostruttiv fis-soċjetà tal-Bjelorussja dwar ir-riformi meħtieġa fil-pajjiż u dwar il-kuxjenza rigward l-UE; madankollu hemm bżonn ta' żvilupp ulterjuri tal-kunċett, l-iskop, l-istrateġija, il-finanzjament xieraq u l-istruttura ġestjonali ta' dan id-Djalogu, kif ukoll ta' koordinament aħjar tiegħu mal-inizjattivi tas-Sħubija tal-Lvant;
O. billi l-Pjattaforma Nazzjonali tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili tas-Sħubija tal-Lvant hija sieħba importanti u affidabbli u kanal ta’ komunikazzjoni uniku lejn il-poplu tal-Bjelorussu għall-UE;
P. billi għad fadal priġunieri politiċi fil-Bjelorussja(10), inkluż Ales Bialatski, difensur tad-drittijiet tal-bniedem li ġie nnominat għal Premju Sakharov, li ġarrbu tortura psikoloġika u fiżika serja, inkluż theddid ta’ mewt, trasferimenti inġustifikati, provvista ta’ kura tas-saħħa mhux sodisfaċenti u ċ-ċaħda tad dritt li jiltaqgħu ma' qrabathom; il-ħelsien u r-riabilitazzjoni politika tal-priġunieri politiċi kollha, kif ukoll il-progress tal-Bjelorussja fit-twettiq tal-impenji internazzjonali tagħha u fir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fundamentali, l-istat tad-dritt u l-libertajiet demokratiċi, jibqgħu l-kundizzjonijiet prinċipali għan-normalizzazzjoni tar-relazzjoni bejn l-UE u l-Bjelorussja;
Q. billi t-tnaqqis fl-għadd assolut ta' arresti b'motivazzjoni politika (li minn 868 fl-2011 naqas għal 235 fl-2012, kif ġie rrapportat miċ-Ċentru għad-Drittijiet tal-Bniedem ta' Viasna) jista' jiġi attribwit għall-atmosfera ta' ripressjonijiet u intimidazzjoni;
R. billi l-emendi leġiżlattivi restrittivi ta’ dan l-aħħar wasslu għal ripressjoni ulterjuri tas-soċjetà ċivili, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-midja indipendenti u l-avukati difensuri; billi l-qagħda ġenerali fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali hi waħda deplorabbli u tibqa' ta' tħassib kbir, kif inhu evidenzjat fir-rapport tal-2013 mir-Rapporteur Speċjali tan-NU għall-Bjelorussja; billi l-indifferenza murija mill-awtoritajiet tal-Bjelorussja għall-appelli magħmula mill-komunità internazzjonali tikkontribwixxi għad-deterjorament ulterjuri tar-relazzjonijiet mal-UE u tikkontribwixxi għall-awtoiżolament progressiv tal-Bjelorussja;
S. billi fl-2012 l-awtoritajiet Bjelorussi introduċew bidliet leġiżlattivi li jagħtu lill-KGB poteri estensivi biex jużaw miżuri koerċettivi b’mod liberu; billi taħt il-liġi l-ġdida, is-servizzi tas-sigurtà jistgħu jidħlu fl-appartamenti u jarrestaw u jżommu kemm liċ-ċittadini u d-diplomati Bjelorussi, kif ukoll lir-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet internazzjonali protetti mill-immunità mingħajr restrizzjoni; billi din il-liġi tinkludi wkoll dispożizzjoni li teħles lill-aġenti tal-KGB minn kull responsabilità ġuridika għat-tibdrib li jiġġarrab taħt idejhom; billi l-forzi speċjali Bjelorussi ngħataw poteri estensivi biex ikissru d-dimostrazzjonijiet;
T. billi fl-aħħar tal-2011 ġew introdotti bidliet għal-Liġi dwar l-Azzjonijiet tal-Massa, skont liema l-organizzazzjoni ta’ protesti tal-massa tista' tirriżulta f’responsabbiltà kriminali għal diżordni pubbliku; billi l-organizzaturi tal-protesti tal-massa huma obbligati li jipprovdu lill-awtoritajiet b’informazzjoni dwar is-sorsi tal-finanzjament tagħhom;
U. billi, fl-2011, sar att kriminali li dak li jkun jirċievi għotjiet minn barra u twessgħet id-definizzjoni ta' tradiment, biex b'hekk sar possibbli għall-awtoritajiet li jużaw id-dritt kriminali biex irażżnu drastikament lill-organizzazzjonijiet u l-individwi li jirċievu finanzjament minn barra jew jieħdu sehem f’avvenimenti internazzjonali;
V. billi fl-2012, il-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Bjelorussja ċaħad ir-reġistrazzjoni lil 19-il organizzazzjoni mhux governattiva u 2 partiti politiċi waqt li l-membri ta’ organizzazzjonijiet mhux irreġistrati qegħdin jiġu soġġetti kontinwament għal intimidazzjoni, molestja, u persekuzzjoni fil-Bjelorussja;
W. billi l-Bjelorussja hija l-uniku pajjiż Ewropew li japplika l-piena tal-mewt; id-dati tal-eżekuzzjonijiet ma jkunux magħrufa lill-familji tal-kundannati u l-pubbliku, il-ġisem ma jingħatax għad-dfin lill-qraba u ma tingħata l-ebda komunikazzjoni dwar il-post tad-dfin;
X. billi, fl-2012, żewġ persuni ngħataw il-mewt minkejja l-fatt li l-proċess ġudizzjarju ma ssodisfax il-kriterji ta' proċess ġust; billi fl-2012 wara perjodu twil ma tħabbret l-ebda sentenza tal-piena tal-mewt, iżda fl-2013 ġew iddikjarati sentenzi ġodda;
Y. billi s-sitwazzjoni fil-Bjelorussja tista’ tiġi kkaratterizzata b’nuqqas ta’ fiduċja fil-ġudikatura minħabba l-indipendenza insuffiċjenti u d-deċiżjonijiet politikament motivati tagħha;
Z. billi l-Bjelorussja hija l-unika pajjiż fost il-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant fejn għadha ma ġietx stabbilita istituzzjoni uffiċjali tad-drittijiet tal-bniedem;
AA. billi ċ-ċensura hija kwistjoni politika serja fil-Bjelorussja;
AB. billi, skont l-Indiċi dwar il-Libertà tal-Istampa fid-Dinja tal-2013 mill-organizzazzjoni Ġurnalisti Mingħajr Fruntieri, il-Bjelorussja telgħet sal-pożizzjoni numru 157 mill-168 post minn 179 pajjiż, imma madankollu għadha fl-iżjed pożizzjoni baxxa fost il-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant (l-Azerbajġan (156), l-Ukraina (126), il-Ġeorġja (100), l-Armenja (74), il-Moldova (55));
AC. billi l-aċċess għal stazzjonijiet tat-televiżjoni u r-radju indipendenti, kif ukoll għall-midja stampata, huwa attwalment fqir u l-midja tal-istat tiddomina l-aċċess għall-informazzjoni;
AD. billi s-sitwazzjoni tal-libertà medjatika fil-Bjelorussja hi inaċċettabbli, b'mod partikolari minħabba l-immolestjar tal-ġurnalisti pprojbiti milli jħallu l-pajjiż, il-liġijiet restrittivi dwar ix-xandir u l-libertà tal-internet u l-ġustizzja selettiva lejn il-ġurnalisti indipendenti, kif jixhdu t-tliet każi kriminali li nfetħu matul is-sajf tal-2012;
AE. billi fl-2012 mill-inqas 15-il attivist u ġurnalist kienu pprojbiti milli jħallu l-Bjelorussja abbażi ta’ affermazzjonijiet foloz;
AF. billi iżjed minn nofs iċ-ċittadini tal-Bjelorussja għandhom aċċess għall-internet; il-midja elettronika tippreżenta possibilitajiet ġodda ta’ aċċess usa’ għall-midja indipendenti, minkejja li jeżistu xi websajts tal-oppożizzjoni li ġew ibblukkati fl-istituzzjonijiet governattivi u edukattivi;
AG. billi l-Bjelorussja tinsab fil-50 post skont l-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tan-NU l-iżjed riċenti tal-2012, meta mqabbla mar-Russja (55) u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant (il-Ġeorġja (72), l-Ukraina (78), l-Azerbajġan (82), l-Armenja (87), il-Moldova (113));
AH. billi waħda mir-raġunijiet ewlenin għal ċerta stabilità soċjali fil-pajjiż hija s-sistema tal-benefiċċji soċjali, li permezz tagħha jgawdi l-poplu u, bi bdil, jagħżel li jkun politikament inattiv; 65 % tal-poplu tal-Bjelorussja jirċievu appoġġ statali f'diversi suriet, bħal pensjonijiet, boroż ta' studju, benefiċċji għall-qgħad, eċċ.;
AI. billi rata ta' qgħad baxxa tista' tinkiseb b'mod artifiċjali permezz ta' sussidji għall-kumpaniji b'sjieda statali li jiġġeneraw madwar 70 % tal-PDG u jimpjegaw 50% tal-forza tax-xogħol;
AJ. billi l-gvern tal-Bjelorussja qed jipprova jattira investiment barrani - il-pajjiż għandu forza tax-xogħol imħarrġa, programm ta’ privatizzazzjoni, sitt Żoni Ekonomiċi Ħielsa u park għat-teknoloġiji avvanzati – imma, madankollu, l-intervenzjoni sistematika tal-Istat fis-settur privat hi evidenti;
AK. billi sa issa l-awtoritajiet tal-Bjelorussja esprimew l-interess ġeopolitiku tagħhom f’integrazzjoni ekonomika ulterjuri mar-Russja, b'mod li tinħoloq l-unjoni doganali u ekonomika Ewro-Asjatika; fl-istess ħin il-maġġoranza l-kbira tal-investiment diretti barranin kollu fil-Bjelorussja fis-snin reċenti hi ta’ oriġini Russa (78.4 %); f'dawn l-aħħar deċennji, skont l-esperti, madwar 700 000 Bjelorussu emigraw lejn ir-Russja biex jaħdmu, l-iżjed lejn Moska u St Petersburg;
AL. billi qed jiġu osservati sinjali, kemm mill-UE u kemm mill-Bjelorussja, rigward it-tnedija mill-ġdid tan-negozjati tal-Bjelorussja għal adeżjoni mad-WTO, speċjalment fil-kuntest tal-adeżjoni tar-Russja mad-WTO;
AM. billi l-istħarriġ reċenti mwettaq fil-qafas tal-proġett "Barometru dwar il-Viċinat tal-UE" jissuġġerixxi li iżjed minn 50 % tal-popolazzjoni tal-Bjelorussja temmen li l-UE għandha tkabbar ir-rwol tagħha fl-oqsma tal-iżvilupp ekonomiku, il-kummerċ u l-kooperazzjoni reġjonali mal-Bjelorussja;
AN. billi l-programm ta’ modernizzazzjoni li ġie ddikjarat dan l-aħħar mill-awtoritajiet tal-Bjelorussja, skont l-esperti, huwa indirizzat prinċipalment lejn l-immodernizzar tal-infrastruttura industrijali bażika waqt li fil-pajjiż hemm bżonn ta'riformi ekonomiċi iżjed sostanzjali u ambjent kummerċjali trasparenti, flimkien ma' inqas kontroll governattiv fis-setturi kummerċjali kollha;
AO. billi, skont l-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni tal-2012 ta’ Transparency International, il-Bjelorussja hija kklassifikata fil-123 post minn 176 pajjiż u territorju meta mqabbla mal-Ukraina (144), l-Azerbajġan (139), ir-Russja (133), l-Armenja (105), il-Moldova (94), u l-Ġeorġja (51);
AP. billi dan l-aħħar il-Bjelorussja aċċediet għall-mekkaniżmu antikorruzzjoni Greco tal-Kunsill Ewropew u saret membru ta’ Greta, il-mekkaniżmu għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin;
AQ. billi l-Bjelorussja hija koperta bil-Politika Ewropea tal-Viċinat iżda, fid-dawl tas-sitwazzjoni politika, għadu ma ġie stabbilit l-ebda pjan ta’ azzjoni;
AR. billi l-assistenza lill-Bjelorussja attwalment tingħata taħt id-Dokument ta’ Strateġija għall-Pajjiż 2007-2013;
AS. billi ġew allokati EUR 33,4 miljun fil-perspettiva finanzjarja 2007-2013 għall-proġetti ta’ kooperazzjoni transkonfinali tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI) bejn il-Bjelorussja u l-pajjiżi ġirien tagħha, waqt li madwar 60 muniċipalità attwalment qed jipparteċipaw f’50 proġett ta’ kooperazzjoni transkonfinali konġunta bejn il-Latvja, il-Litwanja u l-Bjelorussja;
AT. billi attwalment 20 espert biss mill-Bjelorussja jipparteċipaw fi proġetti varji tal-ENPI meta mqabbla mal-120 tal-2008;
AU. billi l-awtoritajiet tal-Bjelorussja jieħdu sehem b’mod attiv fil-laqgħat tal-esperti fil-qafas tal-binarju multilaterali tas-Sħubija tal-Lvant, b’mod partikolari fil-proġetti ta’ kooperazzjoni transkonfinali;
AV. billi 58 belt u muniċipalità fil-Polonja, 47 fil-Litwanja u 30 fil-Latvja iżommu kooperazzjoni produttiva mal-bliet u l-muniċipalitajiet sħabhom fil-Bjelorussja waqt li l-Ewroreġjun “Nemunas-Neman-Niemen” li jgħaqqad il-Litwanja, il-Polonja, Kaliningrad mal-Bjelorussja fl-implimentazzjoni ta’ proġetti komuni jista’ jitqies bħala eżempju ta’ prattika tajba;
AW. billi il-Bjelorussi f’dawn l-aħħar snin kisbu l-ikbar għadd ta’ viżi Schengen per capita fid-dinja; madankollu, iridu jonfqu ħafna iżjed flus, u f’bosta każijiet anke jimpjegaw iktar ħin u sforzi sabiex jiksbu viża, meta mqabbla maċ-ċittadini ta’ pajjiżi oħra tas-Sħubija tal-Lvant jew ir-Russja;
1. Jindirizza lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ/VP), lis-SEAE, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:
(a)
li għandhom iħeġġu lill-awtoritajiet tal-Bjelorussja sabiex jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u jaħdmu biex ikun hemm tranżizzjoni demokratika b'mod li jintemm l-iżolament awtoimpost tal-pajjiż mill-bqija tal-Ewropa;
(b)
li għandhom itennu li prerekwiżit assolut biex isir xi progress fir-relazzjonijiet bilaterali, li jistgħu jwasslu għat-tneħħija gradwali tal-miżuri restrittivi tal-UE u jiżbolokkaw ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Bjelorussja, hu l-ħelsien immedjat u r-rijabilitazzjoni tad-drittijiet politiċi u ċiviċi tal-priġunieri politiċi li fadal;
Rigward id-djalogu politiku
c.
li għandhom jisfruttaw il-Presidenza Litwana u s-Samit tas-Sħubija tal-Lvant f'Vilnjus bħala opportunità importanti ulterjuri għat-titjib tar-relazzjonijiet mal-Bjelorussja, hekk kif ikunu nħelsu l-priġunieri politiċi kollha, b'mod li jerġa' jitnieda d-djalogu politiku rigward, inter alia, riformi demokratiċi, elezzjonijiet ħielsa u ġusti, ir-rispett għall-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u involviment mal-oppożizzjoni u s-soċjetà ċivili, dejjem sakemm l-awtoritajiet Bjelorussi juru rispett għal dawn il-valuri fundamentali;
d.
jieħdu nota tal-ħelsien mill-ħabs ta’ Dzmitry Dashkevich u Aliaksandr Franskevich, f’Awwissu u f’Settembru 2013 rispettivament, iżda jikkundannaw il-fatt li dawn il-priġunieri politiċi kisbu lura l-libertà tagħhom biss ladarba kienu skontaw is-sentenza tagħhom;
e.
li għandhom jagħmlu l-aħjar użu mis-sospensjoni temporanja u kundizzjonali tal-ministru tal-affarijiet barranin fil-kariga mil-lista tal-UE ta’ persuni pprojbiti milli jingħata viża bil-ħsieb li jitwessa’ l-kanal ta’ komunikazzjoni diplomatika prinċipali u essenzjali mal-Bjelorussja, b’mod partikolari fil-prospettiva li tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tiegħu fis-Samit tas-Sħubija tal-Lvant; l-ewwel u qabel kollox għal djalogu sinifikanti rigward il-ħelsien tal-priġunieri politiċi; li, minkejja dan, għandhom iżommu sod fir-rigward tal-projbizzjonijiet tal-viżi u l-iffriżar tal-assi immirati lejn min hu involut b’mod dirett fil-ksur tal-istandards ta’ elezzjonijiet demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem;
f.
li għandhom iwettqu evalwazzjoni fil-fond tal-miżuri restrittivi attwali tal-UE kontra uffiċjali u entitajiet Bjelorussi bl-intenzjoni li, jekk ikun hemm bżonn, itejbu l-effikaċja tagħhom u jadattaw il-kamp ta' applikazzjoni, in-natura u l-validità tagħhom b'reazzjoni għall-iżviluppi fil-pajjiż u fir-relazzjonijiet tiegħu mal-UE;
g.
li għandhom iħejju "pjan direzzjonali" strateġiku, ispirat mill-Pjan Interim Konġunt u bbażat fuq il-prinċipju "iktar għal iktar", inklużi l-oqsma prijoritarji għar-riformi fil-Bjelorussja għat-titjib tar-relazzjonijiet u kooperazzjoni effikaċi fi ħdan il-qafas tal-PEV, dejjek sakemm jittieħdu passi konkreti lejn riformi demokratiċi;
h.
li għandhom, hekk kif ikun ġie rikonoxxut minn organizzazzjonijiet internazzjonali li l-elezzjonjiet saru b'mod ħieles u ġust, jikkonsultaw lill-Parlament Ewropew dwar l-inklużjoni ta' proposti ġodda rigward ir-relazzjonijiet interparlamentari, kemm b'mod bilaterali u kemm fi ħdan l-Assemblea Parlamentari Euronest, waqt li jinżamm l-appoġġ tal-UE għall-forzi demokratiċi u s-soċjetà ċivili tal-Bjelorussja;
i.
li għandhom jiżguraw, bi qbil mal-Artikolu 24 TUE, l-appoġġ tal-Istati Membri għall-pożizzjoni tal-UE dwar il-Bjelorussja u l-konformità tar-relazzjonijiet bilaterali tagħhom mal-azzjonijiet tal-UE; li għandhom jenfasizzaw li impenn sod min-naħa tal-Istati Membri kollha tal-UE, kif ukoll mill-pajjiżi demokratiċi l-oħra li jaġixxu b’mod magħqud jista’ jkattar il-promozzjoni ta’ suċċess tal-valuri demokratiċi universali u r-riformi fil-Bjelorussja;
j.
li għandhom jinkoraġġixxu djalogu mal-uffiċjali li ma kinux personalment involuti fir-ripressjoni, b'mod li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Bjelorussja; li għandhom jikkontribwixxu għall-interazzjoni tagħhom mas-soċjetà ċivili Bjelorussa, bl-intenzjoni li, fl-aħħar mill-aħħar, jiffaċilitaw ir-riformi;
k.
li għandhom jinkoraġġixxu lis-soċjetà ċivili fis-sens wiesa' tagħha, inklużi t-trejdunjins u r-rappreżentanti tan-negozji, sabiex iżżid l-involviment tagħha fid-Djalogu dwar il-Modernizzazzjoni; li, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet imfassla mill-Pjattaforma Nazzjonali tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili, għandhom jorganizzaw konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa rigward il-kunċett, l-iskop, l-istrateġija u l-istruttura ġestjonali tiegħu; li għandhom jappoġġaw ulterjorment lid-Djalogu permezz tal-assistenza finanzjarja u l-ħila esperta meħtieġa u jsaħħu l-kampanja ta' komunikazzjoni rigward il-kontenut u l-eżitu mistenni tiegħu;
l.
li għandhom jiżguraw li kwalunkwe parteċipazzjoni mill-awtoritajiet fid-Djalogu dwar il-Modernizzazzjoni, id f'id u fuq livell indaqs mal-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili, titwettaq bir-rispett sħiħ tal-prinċipji demokratiċi, bil-ħsieb li tiġi żviluppata ekonomija kompetittiva u jitrawmu r-riformi domestiċi, kif ukoll soċjetà pluralistika u l-istat tad-dritt;
m.
li għandhom jasserixxu li s-soċjetà ċivili għadha attur kruċjali fid-djalogu politiku mal-UE fit-tħeġġiġ ta' bidla demokratika fil-Bjelorussja u għaldaqstant jappoġġa l-idea li tinħoloq konferenza tas-soċjetà ċivili f’Vilnjus b’antiċipazzjoni tat-tielet Samit tas-Sħubija tal-Lvant;
n.
li għandhom jisfruttaw kompletament il-Fond Ewropew għad-Demokrazija bil-għan li jappoġġaw lill-atturi ewlenin li qegħdin jaħdmu fuq kwistjonijiet relatati mad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fil-Bjelorussja, waqt li jiffokaw fuq dawk li kellhom diffikultà jaċċedu għall-appoġġ tradizzjonali tal-UE;
o.
li għandhom iħeġġu lir-Russja u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant sabiex jistiednu lill-Bjelorussja teħles minnufih u mingħajr kundizzjonijiet u tirriabilita politikament lill-priġunieri politiċi kollha u toqgħod lura minn kwalunkwe molestja ulterjuri b'motivazzjoni politika;
p.
li għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti tal-UE u tal-Istati Membri li jżuru l-Bjelorussja jżommu kuntatti regolari mar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni, b'mod li tiġi ggarantita l-parteċipazzjoni bbilanċjata tal-partijiet kollha fil-proċessi rigward ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Bjelorussja;
q.
li għandhom jipprevedu kull alternattiva politika disponibbli bil-ħsieb li jinkoraġġixxu lill-Bjelorussja:
—
timplimenta kompletament ir-riformi tal-Kodiċi Elettorali abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa / l-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (OSKE/ODIHR) b'mod li tistabbilixxi sistema politika pluralista bbażata fuq elezzjonijiet liberi u ġusti, fejn l-ideat politiki jkunu jfeġġu minn kompetizzjoni politika ġusta fost il-partiti politiċi bħala element kostituttiv tad-demokrazija;
—
tippermetti l-ftuħ mill-ġdid tal-uffiċċju tal-OSKE f’Minsk;
—
tenħħi kull ostaklu u restrizzjoni għall-eżerċizzju tal-libertajiet ta' assoċjazzjoni, ta' espressjoni, ta' moviment, ta' għaqda paċifika u ta' ħsieb għall-oppożizzjoni demokratika, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, inkluż li kwalunkwe ostaklu għar-reġistrazzjoni jitneħħa u li l-assistenza teknika għall-iżvilupp internazzjonali tiffunzjona u tintlaqa' b'mod komplut; tirriforma d-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali tagħha fir-rigward tal-parteċipazzjoni f'organizzazzjonijiet mhux reġistrati;
—
tintroduċi l-bidliet istituzzjonali meħtieġa biex tiżgura l-indipendenza tal-ġudikatura, bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar l-indipendenza tal-imħallfin u l-avukati, kif ukoll l-indipendenza tal-avukati billi l-Liġi dwar il-Professjoni Ġuridika tiġi emendata u applikata b'mod effikaċi;
—
ma timplimentax l-eżekuzzjoni ta' dawk li ngħataw il-piena tal-mewt fl-2013, u tintroduċi moratorju fuq il-piena tal-mewt segwit mill-abolizzjoni tagħha;
—
timplimenta d-deċiżjonijiet dwar il-każijiet individwali tal-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u l-Grupp ta’ Ħidma dwar id-Detenzjoni Arbitrarja tan-NU u r-rakkomandazzjonijiet magħmula fl-2011 mill-Kumitat kontra t-Tortura tan-NU bil-għan li jitwaqqaf it-trattament inuman u degradanti;
—
tikkoopera bis-sħiħ mar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Bjelorussja sabiex tindirizza t-tħassib serju espress fir-rapport tiegħu ta’ April 2013 u, bħala l-ewwel pass, tagħtih permess jidħol fil-pajjiż;
—
timmodernizza bis-sħiħ is-sistema penitenzjarja u tintensifika l-kooperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa, l-ewwel nett billi tiffirma l-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Prevenzjoni tat-Tortura u Trattament jew Pieni Inumani jew Degradanti, tagħti lill-Kumitat għall-Prevenzjoni tat-Tortura aċċess regolari għall-postijiet ta' detenzjoni, b'mod partikolari dawk tal-priġunieri politiċi u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; tippermetti li r-rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u nazzjonali rilevanti oħra, id-diplomati, il-gruppi tas-soċjetà ċivili, kif ukoll il-membri tal-familji tal-priġunieri politiċi jkollhom aċċess għall-ħabsijiet Bjelorussi
—
tistabbilixxi istituzzjoni nazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem indipendenti u kompletament funzjonanti li tista’ tieħu l-forma ta’ ombudsman;
—
tiggarantixxi opportunitajiet indaqs u drittijiet indaqs għall-minoranzi nazzjonali kollha, kif ukoll l-inklużjoni tagħhom u n-nondiskriminazzjoni fil-konfront tagħhom, u tiżgura n-normalizzazzjoni tas-sitwazzjoni tal-Unjoni tal-Pollakki fil-Bjelorussja; ittemm il-marġinalizzazzjoni tal-minoranza Roma, tagħmel progress fir-rispett tad-drittijiet u l-libertajiet reliġjużi, kif ukoll fin-nondiskriminazzjoni fil-konfront taċ-ċittadini leżbjani, gay, bisesswali u transġeneru;
r.
li għandhom jieħdu dawn l-azzjonijiet li ġejjin fir-rigward tal-libertà effettiva tal-midja u l-aċċess għaliha: iħeġġu lill-Bjelorussja tneħħi r-restrizzjonijiet ta' akkreditament għall-ġurnalisti u r-restrizzjonijiet fuq l-użu tal-televiżjoni satellitari, jintensifikaw l-assistenza finanzjarja u teknnika tal-UE għal kull tip ta' midja indipendenti (kemm fil-pajjiż, kif ukoll barra) b'mod li jiġu żgurati l-funzjonament sostenibbli tagħhom u l-aċċess potenzjalment aktar estensiv għalihom; jipprovdu assistenza mmirata lejn it-tlestija tal-applikazzjoni tal-programmi ta' għajnuna Ewropej, l-iżvilupp ta' proġetti konġunti u ta' konsorzji mal-aġenziji tal-istampa internazzjonali u l-midja barranija;
Rigward il-kooperazzjoni ekonomika u fil-qasam tal-enerġija
s.
li għandhom jipprovaw jistabbilixxu djalogu tekniku bejn l-UE u l-Bjelorussja dwar l-iżviluppi makroekonomiċi u l-kwistjonijiet finanzjarji biex jinkiseb impenn kredibbli mill-Bjelorussja fir-rigward tar-riformi markoekonomiċi u strutturali, inklużi l-privatizzazzjoni tal-impriżi b'sjieda statali, il-liberalizzazzjoni tas-sistema bankarja, l-iżvilupp ta' xibka tas-sikurezza soċjali adegwata, u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni;
t.
li għandhom jenfasizzaw ulterjorment li r-riformi msemmijin hawn fuq, dejjem sakemm jitwettqu l-prerekwiżiti politiċi fundamentali, huma vitali għall-iżvilupp ekonomiku tal-Bjelorussja, jiffaċilitaw kieku l-investiment Ewropew u s-self internazzjonali, jistgħu jibagħtu sinjal pożittiv għat-tneħħija tal-ostakli eżistenti għan-negozjati mad-WTO u għaldaqstant kieku jippermettu integrazzjoni ulterjuri fl-ekonomija dinjija;
u.
li għandhom joffru assistenza teknika għall-ħolqien ta' ambjent kummerċjali favorevoli bil-ħsieb li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, sigurtà għall-investimenti u opportunitajiet indaqs għall-kumpaniji kollha, u speċjalment għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju;
v.
li għandhom jinvolvu ruħhom ulterjorment mal-Bjelorussja fir-rigward tal-kwistjonijiet ta’ impjieg, inklużi l-iżvilupp tal-kapital uman u tal-ħiliet b'mod li jikkorrispondu mad-domanda tas-suq tax-xogħol;
w.
li għandhom jinkoraġġixxu lill-Bjelorussja timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-libertà ta' assoċjazzjoni, ir-reġistrazzjoni u l-attivitajiet ta' trejdunjins indipendenti; li għandhom iħeġġu lill-Bjelorussja temenda l-leġiżlazzjoni tagħha bil-ħsieb li jkun garanti li l-ħaddiema jkunu jistgħu jitilqu minn xogħolhom liberament u mingħajr l-ebda restrizzjoni kemm fis-settur pubbliku, kif ukoll f'dak privat;
x.
li għandhom jistiednu lill-Bjelorussja tinforza l-istandards ta’ sikurezza internazzjonali l-aktar stretti u valutazzjoni tal-impatt ambjentali għall-bini u t-tħaddim tal-impjanti kollha tal-enerġija, waqt li tottimizza l-ħila esperta u l-finanzjament mill-istrumenti internazzjonali kollha disponibbli b’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni internazzjonali eżistenti bħall-Konvenzjoni ta' Espoo u l-Konvenzjoni ta' Aarhus u timxi mal-impenn tat-23 ta' Ġunju 2011 li twettaq valutazzjonijiet komprensivi tar-riskji u s-sikurezza (simulazzjonijiet ta' kriżi), waqt li tikkunsidra l-ispeċifikazzjonijiet miftiehma mill-Kummissjoni Ewropea u l-Grupp ta’ Regolaturi Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari;
y.
li għandhom jassistu fl-iżvilupp tad-diversifikazzjoni tar-riżorsi enerġetiċi u r-rotot ta' provvista fil-Bjelorussja u jikkondividu l-aħjar prattiċi tal-UE għat-twettiq tal-proġetti internazzjonali u reġjonali dwar "l-ekonomija ekoloġika", b'appoġġ għall-effiċjenza enerġetika u s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli;
z.
li għandhom jippromwovu kooperazzjoni reġjonali ulterjuri mal-Bjelorussja, anke permezz tal-inizjattiva settorjali tas-Sħubija tal-Lvant, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ, l-enerġija, l-ambjent u t-trasport; li għandhom jinkoraġġixxu l-aħjar prattika ta' forums ekonomiċi bilaterali, waqt li jimmiraw ukoll lejn aktar tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-atturi mhux statali, kif ukoll lejn il-promozzjoni tal-governanza tajba u r-riforma tal-amministrazzjoni pubblika;
aa.
li għandhom ikomplu jipprovdu assistenza teknika u tas-saħħa lill-popolazzjoni milquta mid-diżastru nukleari ta’ Chernobyl;
ab.
li għandhom iħeġġu lill-Bjelorussja tesplora u tiżviluppa s-sorsi ta’ enerġija mhux konvenzjonali;
Rigward il-ġestjoni tal-fruntieri
ac.
li għandhom isaħħu l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Bjelorussja rigward il-ġestjoni tal-fruntieri u l-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali u, b'mod partikolari, għandhom jassistu lill-Bjelorussja tiżviluppa s-sistema ta' tranżitu tagħha, timmodernizza l-proċeduri ta' kontroll fid-dwana u fil-fruntieri u timplimenta kompletament il-kunċett ta' Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri tal-UE;
ad.
li għandhom jiżguraw li d-diplomati u l-politiċi tal-UE jkunu jistgħu jidħlu fil-Bjelorussja u jivvjaġġaw madwarha mingħajr restrizzjonijiet;
ae.
li għandhom jipprovdu, b’interess reċiproku, taħriġ ulterjuri għall-aġenzija Bjelorussa għall-ġestjoni tal-fruntieri bi qbil mal-acquis ta’ Schengen;
af.
li għandhom jikkunsidraw li jipprovdu l-assistenza teknika xierqa li għandha tintuża sabiex jiġu introdotti sistemi aġġornati għall-kontroll tal-fruntieri u infrastruttura moderna fuq in-naħa tal-UE;
ag.
li għandhom jipprovdu lis-servizzi Bjelorussi rilevanti t-taħriġ adegwat dwar l-aħjar prattiki tal-UE fl-introduzzjoni tal-passaporti bijometriċi;
ah.
li għandhom iniedu Sħubija għall-Mobilità UE-Bjelorussja u jinkoraġġixxu lill-Bjelorussja tiżvolġi rwol attiv fil-Panel dwar il-Migrazzjoni u l-Asil tas-Sħubija tal-Lvant;
ai.
li għandhom jinkoraġġixxu l-kollaborazzjoni bejn il-Bjelorussja u l-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (UNDP) u l-Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni tat-Tfal (UNICEF) sabiex jingħata sostenn għall-programmi intenzjonali biex jiġġieldu kontra t-traffikar ta' bnedmin;
Rigward is-soċjetà ċivili u l-kuntatti bejn persuna u oħra
aj.
li għandhom iżidu s-sehem tal-proġetti li joffru aktar benefiċċji u viżibilità għall-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni, żieda li kieku tkattar il-fehim tal-valuri, tal-istandards u tal-politiki tal-UE min-naħa taċ-ċittadini, u għandhom jisħqu fuq il-vantaġġi tal-mudell u l-ħila esperta tagħha; li għandhom jippromwovu, f’dan ir-rigward, l-opportunità offruta mill-Forum tas-Soċjetà Ċivili, b’mod partikolari fid-dawl tal-laqgħa li jmiss tiegħu f’Chisinau f’Ottubru ta’ din is-sena;
ak.
li għandhom jopponu b’mod sistematiku u mingħajr kompromessi kwalunkwe diżinformazzjoni u informazzjoni qarrieqa mill-awtoritajiet Bjelorussi dwar il-politiki u l-proġetti tal-UE billi joħorġu u jxerrdu l-informazzjoni meħtieġa kollha (data, ċifri, leġiżlazzjoni);
al.
li għandhom jintensifikaw l-appoġġ tekniku u finanzjarju, anke permezz tad-Fond Ewropew il-ġdid għad-Demokrazija, għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi indipendenti, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u t-trejdunjins ibbażati fil-Bjelorussja, jew dawk fl-Istati Membri li għandhom impatt kruċjali fil-Bjelorussja; li għandhom jinvolvu b’mod iżjed attiv lis-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-proġetti ffinanzjati mill-UE; li għandhom ukoll jimmodernizzaw b’mod sinifikanti l-komunikazzjoni u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni tal-UE b'mod li jiġi żviluppat il-fehim taċ-ċittadini dwar l-approċċ tal-UE għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u l-ħtieġa għal progress soċjali u ekonomiku;
am.
li għandhom jappoġġaw lill-organizzazzjonijiet li jaħdmu biex jippromwovu d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, mhux biss dawk ibbażati fil-Bjelorussja, imma anke dawk ibbażati barra, ġaladarba li l-awtoritajiet Bjelorussi jiċħdu b’mod konsistenti l-possibilità li t-tali organizzazzjonijiet jirreġistraw irwieħhom; li għandhom jirrivedu b’urġenza r-regoli ġodda l-iktar reċenti dwar l-applikazzjoni għall-finanzjament tal-UE taħt l-istrument EIDHR/NSLA, li fil-prattika jeskludi lill-NGOs magħrufin u rrispettati tal-Bjelorussja mill-proċess ta’ applikazzjoni;
an.
li għandhom jitolbu lill-awtoritajiet tal-Bjelorussja jimplimentaw id-Deċiżjoni A/HRC/WGAD/2012/39 tal-Grupp ta’ Ħidma tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Detenzjoni Arbitrarja rigward il-każ tad-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Ales Bialiatski, fejn b’mod partikolari nstab li d-detenzjoni tas-Sur Bialiatski, il-President taċ-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem 'Viasna' u Viċi President tal-Federazzjoni Internazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem (FIDH), kienet arbitrarja, "billi kienet b’kontravenzjoni tal-Artikolu 20, paragrafu 1, tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem (UDHR) u l-Artikolu 22 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR)";
ao.
li għandhom iħeġġu lill-Bjelorussja testendi stedina permanenti għall-Proċeduri Speċjali kollha tan-NU u tistieden lir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem iżur il-pajjiż;
ap.
li għandhom jobbligaw lill-awtoritajiet Bjelorussi jneħħu r-responsabbiltà kriminali għal min jirċievi għotjiet barranin u jħallu l-organizzazzjonijiet iżommu l-fondi f'kontijiet bankarji barranin;
aq.
li għandhom jikkunsidraw li, b'mod unilaterali, jiffaċilitaw il-ħruġ tal-viżi u jnaqqsu kemm jiswew, minn EUR 60 għal livell affordabbli għaċ-ċittadini Bjelorussi, u għandhom jisfruttaw kompletament il-flessibilitajiet eżistenti li joffri l-Kodiċi dwar il-Viżi, inklużi r-rinunzja jew it-tnaqqis tal-miżati għall-viżi għal żjara qasira, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ, biex jiffaċilitaw u jintensifikaw l-interazzjoni bejn in-nies u jgħinu biex jipprevjenu l-iżolament ulterjuri taċ-ċittadini Bjelorussi; li għandhom ukoll jikkunsidraw, b'mod unilaterali, inaqqsu jew jirrinunzjaw għall-miżati għall-viżi għal żjara twila bl-objettiv fit-tul li tiġi stabbilita sistema mingħajr il-ħtieġa ta' viżi;
ar.
li għandhom jistiednu lill-awtoritajiet Bjelorussi jiftħu n-negozjati mal-UE rigward il-faċilitazzjoni tal-viżi u l-ftehimiet ta' riammissjoni bil-prospettiva fit-tul ta' sistema mingħajr il-ħtieġa ta' viżi għall-promozzjoni tal-kuntatti bejn in-nies u għandhom jieħdu miżuri urġenti rigward l-implimentazzjoni tal-ftehimiet dwar it-traffiku konfinali lokali mal-Polonja u l-Litwanja;
as.
li għandhom jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni bejn il-bliet u l-muniċipalitajiet fl-UE u l-Bjelorussja bl-użu ta’ eżempji ta’ prattika tajba ta’ ċertu pajjiżi tal-UE, b’mod speċjali l-Polonja, il-Litwanja u l-Latvja;
at.
li għandhom ifittxu li jipprovdu aktar opportunitajiet ta' edukazzjoni u riċerka fl-UE għall-Bjelorussi fl-oqsma tal-edukazzjoni għolja, informali u adulta; li għandhom iniedu u jappoġġaw programm li joffri perjodi ta' prattika għall-professjonisti żgħażagħ Bjelorussi fl-istituzzjonijiet tal-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra; li għandhom jipprovdu appoġġ ulterjuri għall-Università Ewropea għall-Istudji Umanistiċi, kif ukoll jiżviluppaw u jappoġġaw il-programmi edukattivi u vokazzjonali fil-Bjelorussja li għandhom jiggarantixxu finanzjament xieraq u dejjiemi għall-programm Erasmus Mundus għall-istudenti Bjelorussi;
au.
li għandhom ifittxu b’mod attiv opportunitajiet biex jinvolvu ruħhom mal-Bjelorussja fi djalogu dwar l-implimentazzjoni ta’ riformi profondi fis-sistema tagħha ta’ edukazzjoni għolja b'mod li jiġu żviluppati, b’mod partikolari, il-libertà akkademika, l-awtonomija istituzzjonali u l-parteċipazzjoni tal-istudenti bil-għan li eventwalment tingħaqad maż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja (il-Proċess ta’ Bolonja);
av.
jitlob lill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ħoki fuq is-Silġ terġa’ tikkunsidra serjament id-deċiżjoni tagħha li tippermetti lill-Bjelorussja tospita l-Kampjonat Dinji tal-Ħoki fuq is-Silġ tal-2014;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ/VP), lis-SEAE, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.
Il-lista ta' priġunieri politiċi tinkludi wkoll lil Mikalai Statkevich, Pavel Seviarynets, Eduard Lobau, Mikalay Antukhovich, Mikalay Dziadok, u Ihar Alienevich..
Pressjoni mir-Russja fuq il-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant (fil-kuntest tas-Samit tas-Sħubija tal-Lvant li jmiss f'Vilinius)
217k
23k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2013 dwar il-pressjoni mir-Russja fuq il-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant (fil-kuntest tas-Samit tas-Sħubija tal-Lvant li jmiss f’Vilnius) (2013/2826(RSP))
– wara li kkunsidra s-Samit tas-Sħubija tal-Lvant li se jsir f’Vilnius f’Novembru 2013,
– wara li kkunsidra l-fatt li l-Ukraina, il-Ġeorġja u l-Moldova għandhom il-prospett li jiffirmaw u jinizjalaw, skont il-każ, Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni mal-Unjoni Ewropea; wara li kkunsidra b’mod partikolari l-karattru ta’ assoċjazzjoni ġdid u arrikkit inkwistjoni, li joffri relazzjoni wiesgħa u profonda mas-sħab Ewropej, u għalhekk imur ħafna lil hinn minn sempliċi benefiċċji ekonomiċi lejn relazzjonijiet politiċi u soċjali b’saħħithom,
– billi jfakkar li l-Memorandum ta’ Budapest tal-1994 dwar id-diżarm nukleari fl-Ukraina jagħti lill-Ukraina garanziji kontra l-użu jew it-theddid ta’ forza u jipprevedi appoġġ għall-pajjiż kemm-il darba jsir attentat ta’ pressjoni fuqu permezz ta’ koerċizzjoni ekonomika;
– wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
A. billi impenn kontinwu fil-qafas tas-Sħubija tal-Lvant offra lill-pajjiżi sħab aġenda komprensiva għall-ksib ta’ riformi li jibbenefikaw minnhom iċ-ċittadini tagħhom, filwaqt li l-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni u l-Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles Profondi u Komprensivi (DCFTAs) bejn l-UE u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant jirrappreżentaw impenn ta’ dawk li għandhom ir-rieda u li huma kapaċi jsaħħu u jwettqu b’suċċess il-kooperazzjoni bejn il-partijiet f’ħafna oqsma;
B. billi l-pressjoni reċenti ferm min-naħa tar-Russja li kienu soġġetti għaliha l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant li qed jagħmlu progress fit-triq lejn Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni, inklużi sanzjonijiet immirati kontra l-esportazzjonijiet tal-Ukraina, projbizzjoni fuq l-esportazzjoni tal-industrija tal-inbidta' Moldova, ostakli addizzjonali biex ixekklu l-progress lejn ir-riżoluzzjoni tal-kunflitt Transnistrijan, u theddid relatat mas-sigurtà fil-konfront tal-Armenja, atti maħsubin biex iġiegħlu lill-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant ma jiffirmawx jew ma jinizjalawx il-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni jew id-DCFTAs uminflok jingħaqdu mal-Unjoni Doganali mmexxija mir-Russja, li r-Russja beħsiebha tittrasforma f’Unjoni Ewro-Asjatika, poġġiet lil dawn il-pajjiżi f’pożizzjoni prekarja li tirriżulta minn restrizzjonijiet ġeografiċi li m’għandhomx ikunu soġġetti għalihom;
C. billi t-tip ta’ pressjoni eżerċitata fuq pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, li tvarja minn aspetti ekonomiċi u politiċi attwali għat-tħabbir ta’ restrizzjonijiet ekonomiċi futuri, turi l-intenzjoni tar-Russja li tkompli tikkunsidra r-reġjun tas-Sħubija tal-Lvant bħala l-isfera ta’ influwenza esklużiva tagħha u li topponi l-prospett li dawn il-pajjiżi jintegraw aktar mill-qrib mal-UE permezz tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni, liema approċċ imur kontra l-prinċipji tas-sovranità nazzjonali, il-fiduċja reċiproka u r-relazzjonijiet tajbin mal-pajjiżi ġirien;
D. billi l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant għandhom id-dritt sovran sħiħ u l-libertà li jibnu relazzjonijiet, bħala sħab ugwali, ma’ sħab tal-għażla tagħhom, skont il-Ftehimiet ta’ Ħelsinki;
E. billi, issa aktar minn qatt qabel, jeħtieġ li tingħata attenzjoni lill-pressjoni allarmanti fil-Viċinat tal-Lvant tal-UE u lill-proġett tas-Sħubija tal-Lvant innifsu, li qed jiġi sfidat u qed jitpoġġa f’dubju mir-Russja;
F. billi ftehim ta’ assoċjazzjoni mal-UE jġib miegħu riformi politiċi u legali li jwasslu għat-tisħiħ tal-istat tad-dritt, inaqqsu l-korruzzjoni u jiżguraw rispett akbar għad-drittijiet tal-bniedem; billi s-sħubija fl-Unjoni Doganali, għall-kuntrarju, ma tinvolvi l-ebda benchmark jew kundizzjonalità bbażati fuq il-valuri, u għalhekk ma tistax titqies bħala inċentiv għal riformi domestiċi;
G. billi l-kunflitti ffriżati qed jintużaw b’mod ripetut biex idgħajfu jew jimminimizzaw is-sovranità sħiħa ta’ xi pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, skont l-interessi ġeopolitiċi u ekonomiċi tar-Russja;
1. Ifakkar li l-prinċipji tal-ugwaljanza u r-rispett għad-drittijiet inerenti fis-sovranità, in-nuqqas ta’ intervenzjoni f’affarijiet interni, il-kooperazzjoni tajba bejn l-istati u l-issodisfar bona fide tal-obbligi skont id-dritt internazzjonali, kif miftiehem fil-qafas tal-Ftehimiet ta’ Ħelsinki, huma prinċipji fundamentali li jirregolaw ir-relazzjonijiet internazzjonali fost stati indipendenti, u bħala tali, bl-ebda mod m’għandhom jiġu miksura;
2. Jiddeplora l-fatt li, hekk kif qed joqrob is-Samit tas-Sħubija tal-Lvant f’Vilnius, qed jiżdiedu t-tipi differenti ta’ pressjoni fuq il-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant li laħqu l-aħħar stadju ta’ negozjar tal-iffirmar jew l-inizjalar tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni tagħhom; jikkunsidra din il-pressjoni bħala inaċċettabbli; jemmen, barra minn hekk, li l-integrazzjoni progressiva ta’ pajjiżi sħab mal-UE hija konsistenti mal-intenzjoni tagħhom li jżommu relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat mar-Russja, u jistieden lir-Russja żżomm lura milli tieħu kwalunkwe azzjoni li tkun f’kontradizzjoni ċara mal-prinċipji ta’ Ħelsinki msemmija hawn fuq; jistieden lill-Federazzjoni Russa żżomm lura milli teżerċita aktar pressjoni fuq is-sħab tal-Lvant u tirrispetta bis-sħiħ id-dritt sovran tagħhom li jwettqu l-għażliet politiċi tagħhom;
3. Jenfasizza bil-qawwa l-fatt li l-għażliet ħielsa tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, li bl-ebda mod ma jħallu impatt negattiv fuq il-kummerċ mar-Russja, m’għandhomx iġegħluhom ibatu konsegwenzi bħal miżuri kummerċjali, restrizzjonijiet tal-viża, restrizzjonijiet fuq il-mobbiltà tal-ħaddiema u interferenza f’kunflitti ffriżati; barra minn hekk, jirribatti bil-qawwa din il-logħba fejn il-gwadann ta’ naħa jissarraf f’telf għan-naħa l-oħra, bħala mudell għar-relazzjonijiet tal-UE u r-Russja mal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant;
4. Huwa konvint li aktar riformi politiċi u ekonomiċi f’dawn il-pajjiżi, abbażi ta’ valuri u standards tal-UE, huma, fl-aħħar mill-aħħar, fl-interess tar-Russja stess, peress li hija tkun tista’ tespandi ż-żona ta’ stabbiltà, prosperità u kooperazjoni matul il-fruntieri tagħha; ifakkar fl-istedina permanenti tal-UE sabiex ir-Russja tikkontribwixxi għal dan il-proċess permezz ta’ impenn kostruttiv mal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant;
5. Jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) biex iqisu dawn l-iżviluppi bħala żviluppi li jmorru lil hinn mid-dimensjoni purament kummerċjali, li hija sempliċement skuża għal pressjoni politika sfaċċata, u biex jieħdu azzjoni sabiex jiddefendu s-sħab tal-Unjoni, billi jibagħtu messaġġ qawwi ta’ appoġġ lill-pajjiżi kollha tas-Sħubija tal-Lvant favur l-aspirazzjonijiet u l-għażliet Ewropej tagħhom;
6. Jafferma mill-ġdid l-appoġġ qawwi tiegħu għall-inizjalar jew l-iffirmar tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni fis-Samit ta’ Vilnius ma’ dawk il-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant li huma lesti u disposti jagħmlu dan, dment li r-rekwiżiti rilevanti jiġu ssodisfati; jemmen li dan se jagħti impetu mġedded lill-integrazzjoni gradwali u lill-approfondiment sostanzjali tar-relazzjonijiet, u b’hekk joffri risposta għall-aspirazzjonijiet Ewropej ta’ dawk il-pajjiżi; jistieden, f’dan il-kuntest, lill-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant biex jissoktaw u jżidu l-isforzi tagħhom sabiex itemmu l-ħidma attwali tagħhom hekk kif qed joqrob is-Samit, u sabiex ma jċedux għall-pressjoni li tiġi eżerċitata fuqhom;
7. Jisħaq fuq il-bżonn li l-UE tassumi r-responsabbiltà tagħha li timpenja ruħha u tiddefendi fl-ispirtu tas-solidarjetà lil dawk il-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant li ġew esposti għal pressjoni miftuħa, allarmanti u dejjem aktar intensiva min-naħa tar-Russja, maħsuba biex ittellifhom milli jidħlu f’assoċjazzjoni mal-UE, u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jipproponu miżuri konkreti u efikaċi biex jappoġġaw lill-pajjiżi sħab;
8. Ifakkar li l-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni u d-DCFTAs għandhom l-għan li jagħtu spinta lill-kompetittività, lill-output ekonomiku u lill-prestazzjoni tal-pajjiżi sħab u tal-UE, filwaqt li fl-istess ħin jirrispettaw il-kooperazzjoni ekonomika tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant mar-Russja b’mod li jkun ta’ benefiċċju għall-partijiet kollha; jindika li, per se, il-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni u d-DCFTAs ma jdgħajfux ir-relazzjonijiet kummerċjali li l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant ilhom żmien twil irawmu fir-reġjun; jemmen, għall-kuntrarju, li m’għandhomx jitqiesu bħala inkompatibbli ma’ dawn ir-relazzjonijiet kummerċjali u li, bla ħsara għall-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni u mid-DCFTAs, kwalunkwe tilwima kummerċjali għandha tiġi riżolta f’konformità mar-regoli u l-obbligi stabbiliti fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ; isostni, barra minn hekk, li l-UE hija lesta tgħin lill-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant fl-isforzi ta’ integrazzjoni tagħhom billi tappoġġa l-applikazzjoni provviżorja tas-sanzjonijiet rilevanti tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni jew DCFTAs wara li jiġu ffirmati, billi s-self sospiż u l-programmi ta’ għajnuna ma tħallihomx iffriżati jekk il-kondizzjonijiet meħtieġa huma sodisfatti billi tissokta l-miżuri maħsuba biex jiffaċilitaw il-viżi u l-prospett ta’ vjaġġar bla bżonn ta’ viża;
9. Jindika li l-integrazzjoni Ewropea tgawdi l-appoġġ tal-maġġoranza tal-popolazzjoni fil-pajjiżi li qed jistennew l-inizjalar jew l-iffirmar ta’ Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni; iħeġġeġ, madankollu, lill-Kummissjoni u lis-SEAE jsaħħu l-isforzi tagħhom biex jippromwovu l-viżibbiltà tas-Sħubija tal-Lvant u l-benefiċċji tagħha fost il-pubbliku ġenerali fil-pajjiżi sħab bħala mod ta’ konsolidazzjoni tal-kunsens politiku rigward l-għażliet Ewropej tagħhom; jitlob li fuq perjodu qasir tiġi żviluppata u titnieda kampanja wiesgħa ta’ informazzjoni u sensibilizzazzjoni fil-pajjiżi sħab ikkonċernati dwar in-natura, il-benefiċċji u r-rekwiżiti tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni;
10. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Istati Membri, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-pajiżi tas-Sħubija tal-Lvant u tal-Federazzjoni Russa, lill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa u lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa.
L-Istrateġija ta' Sigurtà Interna għall-UE
243k
32k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2013 dwar it-tieni rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta’ Sigurtà Interna għall-UE (2013/2636(RSP))
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ April 2013 bl-isem ‘It-Tieni Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE’ (COM(2013)0179),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar l-Istrateġija ta’ Sigurtà Interna tal-Unjoni Ewropea(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Ġunju 2013 dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus: rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet u inizjattivi li għandhom jittieħdu (rapport intermedju)’(2),
– wara li kkunsidra l-Programm ta’ Stokkolma u l-Pjan ta’ Azzjoni li jimplimentah (COM(2010)0171),
– wara li kkunsidra l-Istrateġija ta’ Sigurtà Interna għall-Unjoni Ewropea, kif adottata mill-Kunsill fil-25 ta’ Frar 2010,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta’ Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-prijoritajiet tal-UE għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u organizzata bejn l-2014 u l-2017,
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-Europol dwar is-Sitwazzjoni u t-Tendenzi tat-Terroriżmu fl-UE (TE-SAT) 2013,
– wara li kkunsidra l-Valutazzjoni tal-Europol dwar it-Theddid mill-Kriminalità Serja u Organizzata fl-UE (SOCTA) 2013,
– wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni taċ-ċiklu tal-politika tal-UE dwar il-kriminalità serja u organizzata (SWD(2013)0017) 2011-2013,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u t-Titolu V, il-Kapitoli 1, 2, 4 u 5, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 6, 7, 8, 10(1), 11, 12, 21, 47-50, 52 u 53 tagħha,
– wara li kkunsidra l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea u dik kostituzzjonali nazzjonali rilevanti li tittratta l-kriterju ta’ proporzjonalità u l-ħtieġa li dan jiġi applikat mill-awtoritajiet pubbliċi f’soċjetà demokratika,
– wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet rilevanti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem,
– wara li kkunsidra r-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-migranti, François Crépeau, ippreżentat fl-istudju tal-24 ta’ April 2013 bl-isem ‘Management of the external borders of the European Union and its impact on the human rights of migrants’ (Il-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea u l-impatt tagħha fuq id-drittijiet tal-bniedem tal-migranti);
– wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar it-tieni rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta’ Sigurtà Interna għall-UE (O-000068/2013 – B7–0213/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
A. billi t-Trattat ta’ Lisbona jkompli fuq it-Trattat ta’ Maastricht u jipprevedi żona ta’ sigurtà, libertà u ġustizzja, u jippermetti li jitqiegħdu l-pedamenti għall-iżvilupp ta’ politika ta’ sigurtà għall-UE u ta’ aġenda ta’ sigurtà kondiviża mill-UE u mill-Istati Membri, li għandhom ikunu ankrati fl-istat tad-dritt u r-rispett tal-valuri demokratiċi, il-libertajiet pubbliċi, id-drittijiet fundamentali u s-solidarjetà, u soġġetti għall-kontroll demokratiku fil-livell Ewropew u nazzjonali; billi dawn il-prerekwiżiti jirriflettu l-obbligi internazzjonali tal-UE u tal-Istati Membri tagħha, partikolarment dawk li jirriżultaw mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u mill-ftehimiet tan-NU li huma partijiet kontraenti tagħhom;
B. billi l-politiki ta’ sigurtà ma jistgħux jirrigwardaw biss ir-ripressjoni, iżda għandhom jindirizzaw ukoll il-prevenzjoni, li huwa partikolarment kruċjali fi żmien meta l-inugwaljanzi ekonomiċi u soċjali li qed jiżdiedu jpoġġu fid-dubju l-patt soċjali u l-eżistenza tad-drittijiet fundamentali u l-libertajiet pubbliċi;
C. billi s-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE hija fundamentali;
D. billi l-Istati Membri u l-Kummissjoni ma indirizzawx verament l-implikazzjonijiet kollha tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, u billi konsegwentement il-Parlament ikompli jassumi rwol relattivament marġinali, hekk kif il-pożizzjonijiet li jieħu, partikolarment dwar il-ħtieġa li tiġi kkunsidrata l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, mhumiex integrati fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet(3);
E. billi l-Istrateġija ta’ Sigurtà Interna (ISS) għall-perjodu 2010-2014 identifikat ħames oqsma ta’ prijorità li fihom l-UE tista’ tipprovdi valur miżjud: il-waqfien tal-attivitajiet tan-netwerks tal-kriminalità internazzjonali u l-kontribut biex dawn jiġu eliminati, il-prevenzjoni ta’ attakki terroristiċi, it-tisħiħ taċ-ċibersigurtà, l-iżgurar tas-sigurtà mal-fruntieri, u ż-żieda tar-reżiljenza għad-diżastri naturali; billi din l-istrateġija tista’ tiġi implimentata biss jekk tissalvagwardja l-moviment liberu tal-persuni, id-drittijiet tal-migranti u tal-persuni li jftixxu asil u l-konformità mal-obbligi internazzjonali kollha tal-UE u l-Istati Membri tagħha;
F. billi t-tieni rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-ISS irrikonoxxa li l-ħames objettivi kollha għadhom validi, u spjega s-sitwazzjoni attwali, il-progress li sar s’issa u t-triq ’il quddiem;
1. Jiddispjaċih li t-tieni komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-ISS, tal-10 ta’ April 2013, ftit tikkritika l-attivitajiet li twettqu fil-qafas tal-ISS, filwaqt li ddikjarat għal darb’oħra l-istess prijoritajiet bħal fil-komunikazzjoni inizjali tagħha ta’ Novembru 2010 u filwaqt li naqset, partikolarment, milli tikkunsidra l-konsegwenzi tal-inkorporazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li l-parti l-kbira tad-dispożizzjonijiet tagħha japplikaw mhux biss għaċ-ċittadini tal-UE iżda għal kull persuna li tinsab fit-territorju tal-UE;
2. Jinnota l-ħidma mwettqa sabiex titwaqqaf l-ISS u l-prinċipji ewlenin li jirregolaw l-istrateġija, li hija maħsuba biex tippermetti lill-istituzzjonijiet u l-Istati Membri kollha tal-UE jaħdmu għall-kisba tal-istess objettivi; jenfasizza li l-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja huma objettivi li għandhom jiġu mfittxija b’mod parallel u jfakkar li, sabiex jinkisbu l-libertà u l-ġustizzja, is-sigurtà trid dejjem tiġi segwita skont il-prinċipji tat-Trattati, l-istat tad-dritt u l-obbligi tal-Unjoni fir-rigward tad-drittijiet fundamentali; jemmen li l-miżuri ta’ sigurtà tal-UE għandhom jiffukaw fuq attivitajiet li wrew il-kapaċità li jbaxxu r-rati tal-kriminalità u jipprevjenu attakki terroristiċi, imwettqa skont il-prinċipji ta’ neċessità, proporzjonalità u rispett għad-drittijiet fundamentali u abbażi ta’ kontroll u responsabilità xierqa;
3. Jissottolinja l-fatt li s-sigurtà interna mhijiex eżenti mill-obbligi tad-drittijiet fundamentali tal-UE u nazzjonali, u jesprimi tħassib serju dwar il-fatt li l-istituzzjonijiet tal-UE u l-awtoritajiet u ċ-ċittadini tal-Istati Membri kienu soġġetti għal sorveljanza sigrieta mill-Istati Membri, pajjiżi terzi u partijiet terzi, bil-kollaborazzjoni ta' kumpaniji privati; jistieden lill-UE u lill-istituzzjonijiet tal-Istati Membri biex jinvestigaw il-kwistjoni u jieħdu azzjonijiet ta' segwitu dwarha; jenfasizza li kull strateġija tas-sigurtà interna tal-UE teħtieġ tkun ibbażata fuq fehim komuni ta' x'inhu "intern" u "estern" u teħtieġ tkun immirata biex tiddefendi lill-Istati Membri tal-UE u ċ-ċittadini tagħhom mis-sorveljanza barranija illegali u influwenza u manipulazzjoni mhux xierqa; jitlob tisħiħ tas-sigurtà u l-kunfidenzjalità tas-sistemi ta' komunikazzjoni u loġistika tal-UE kontra sorveljanza tal-partijiet terzi jew barranija; jissottolinja l-fatt li d-dritt taċ-ċittadini għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data u d-dritt tal-aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni huma valuri u drittijiet fundamentali Ewropej, li jeħtieġu jiġu sostnuti fil-livelli kollha u fil-fora kollha;
4. Ifakkar li l-Parlament issa huwa attur istituzzjonali sħiħ fil-qasam tal-politiki ta’ sigurtà, u għaldaqstant huwa intitolat li jieħu sehem b’mod attiv fid-determinazzjoni tal-karatteristiċi u l-prijoritajiet tal-ISS u fl-evalwazzjoni tal-istrumenti rilevanti, inkluż permezz ta’ eżerċizzji regolari ta’ monitoraġġ fuq l-implimentazzjoni tal-ISS, li għandhom jitwettqu b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew, il-parlamenti nazzjonali u l-Kunsill, skont l-Artikoli 70 u 71 tat-TFUE;
5. Jemmen li analiżi xierqa tat-theddidiet ta’ sigurtà li jridu jiġu indirizzati hija prerekwiżit essenzjali sabiex tkun ISS effettiva; ifakkar lill-Kummissjoni fl-impenn tagħha li tipproduċi ħarsa ġenerali transsettorjali tat-theddidiet naturali u dawk ġejjin mill-bniedem (intenzjonali u mhux intenzjonali) fl-UE; ifakkar lill-Kunsill Ewropew fl-obbligu tiegħu skont l-Artikolu 222 TFUE li jwettaq valutazzjoni regolari tat-theddid għall-UE u jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti konkreti dwar kif l-aħjar li timplimenta l-obbligi msemmija hawn fuq, billi ġġib flimkien, fil-livell tal-UE u nazzjonali, il-valutazzjonijiet dwar it-theddid u r-riskji, li attwalment huma frammentati u b’fokus limitat wisq;
6. Jinnota li l-effikaċja tal-Europol biex tivvaluta u tanalizza theddidiet terroristiċi u attivitajiet kriminali oħra tiddependi ħafna minn kemm is-servizzi fl-Istati Membri jkunu lesti jipprovdulha informazzjoni; jissuġġerixxi li tissaħħaħ il-provvista ta’ informazzjoni mill-Istati Membri lill-Europol billi jiġi rinfurzat id-dmir tal-Istati Membri li jikkooperaw mal-Europol;
7. Ifakkar li waħda mit-theddidiet ewlenin għas-sigurtà interna tal-UE hija l-kriminalità organizzata, inklużi l-mafji; jinnota b’sodisfazzjon il-progress li sar mill-Istati Membri u l-Kummissjoni bħala parti miċ-ċiklu tal-politika tal-UE dwar il-kriminalità internazzjonali serja u organizzata, u jitlob lill-Istati Membri jwettqu impenn imġedded u jużaw riżorsi xierqa; huwa tal-fehma li għandhom jiġu promossi standards ġuridiċi u strumenti operattivi komuni, bħas-sekwestri, l-Ordnijiet ta’ Investigazzjoni Ewropej u l-iskwadri ta’ investigazzjoni konġunti; iqis li huwa neċessarju li tissaħħaħ il-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija bejn l-Istati Membri u l-UE, kif ukoll ma’ pajjiżi mhux tal-UE, fir-rispett tal-leġiżlazzjonijiet u l-obbligi internazzjonali tal-UE fil-qasam tal-libertajiet u d-drittijiet fundamentali, l-Istat tad-Dritt u l-protezzjoni tad-data personali u l-ħajja privata taċ-ċittadini u r-residenti tal-UE, u jitlob li l-Parlament Ewropew ikollu rwol kruċjali fl-evalwazzjoni u d-definizzjoni tal-politiki ta' sigurtà interna li għandhom impatt kbir fuq id-drittijiet fundamentali tal-persuni kollha li jgħixu fl-UE, b'hekk jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li dawk il-politiki jaqgħu taħt il-kompetenza tal-unika istituzzjoni Ewropea li hija eletta b'vott dirett għall-iskrutinju u l-kontroll demokratiku tal-politiki tal-UE fil-qafas tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja;
8. Itenni, abbażi tal-kooperazzjoni eżistenti bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali, l-idea tiegħu ta’ ‘ċiklu ta’ politika parlamentari’ – sinkronizzat bir-reqqa mar-rappurtar annwali tal-Kummissjoni f’dan il-qasam – li jikkonkludi b’rapport parlamentari annwali dwar is-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-ISS;
9. Huwa tal-fehma li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-ġlieda kontra l-vjolenza fuq it-tfal u n-nisa;
10. Jilqa’ l-fatt li l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ armi tan-nar ġiet inkluża fost il-prijoritajiet tal-UE għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata; jistenna, madankollu, l-orjentazzjoni strateġika globali li se tiġi żviluppata mill-Kummissjoni fir-rigward tal-armi tan-nar, inkluż l-użu tagħhom għal skopijiet ta’ traffikar, kriminalità organizzata u terroriżmu;
11. Jiddispjaċih li l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus ma ġietx inkluża bħala prijorità separata tal-UE għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, kif kien rakkomandat mill-Europol; jemmen bil-qawwa li tipi differenti ta’ kriminalità organizzata bħall-ħasil tal-flus, ir-reati ambjentali u r-reati u l-korruzzjoni korporattivi huma elementi marbuta flimkien u li jsaħħu lil xulxin u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex, mingħajr dewmien, jagħtu prijorità lill-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus;
12. Jenfasizza li l-ġlieda kontra t-terroriżmu hija prijorità ewlenija fl-ISS; jirrimarka li skont il-Europol it-theddida terroristika hija realtà fl-UE, għalkemm tieħu forom differenti ħafna, iżda għandu dubji dwar il-prijoritajiet tal-Unjoni f’dan il-qasam fir-rigward tal-oriġini reali tal-attentati terroristiċi; jinsisti fuq il-ħtieġa li tingħata prijorità akbar lill-politiki ta’ prevenzjoni minbarra miżuri repressivi; jinnota n-neċessità li wieħed jiffoka hawnhekk fuq miżuri mmirati ta’ pulizija u s-servizzi ta’ informazzjoni, u li dawn jiġu allokati r-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa, sabiex tassew tkun tista’ ssir prevenzjoni ta’ attakki terroristiċi; ifakkar fl-importanza tal-prevenzjoni tal-finanzjament tat-terroriżmu u jistenna l-proposta għal qafas għal miżuri ġudizzjarji u amministrattivi, bħall-iffriżar tal-fondi ta’ persuni li jkunu suspettati b’terroriżmu skont l-Artikolu 75 TFUE; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jevalwaw kif jixraq in-natura u l-kobor tat-theddida maħluqa minn qawmien mill-ġdid ta’ radikalizzazzjoni politika vjolenti; iqis li huwa kruċjali li jiġu żviluppati mekkaniżmi li jippermettu l-individwazzjoni bikrija ta’ sinjali ta’ radikalizzazzjoni bħal din, u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu fuq dan, inkluż fir-rigward tal-prevenzjoni, fl-oqsma ta’ attività rispettivi tagħhom; huwa mħasseb dwar l-attività dejjem tikber minn dawk li ġeneralment jissejħu ‘persuni li joperaw waħedhom’, ta’ ċittadinanza tal-UE jew ta’ pajjiżi terzi, li jivvjaġġjaw lejn inħawi ta’ kunflitt qabel ma jiġu lura fit-territorju tal-UE, għax jippreżentaw riskji ġodda li ma jistgħux jiġu indirizzati b’metodi normali tal-ġlieda kontra t-terroriżmu; jinkoraġġixxi l-iskambju ta’ prattiki tajba għall-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni fost iż-żgħażagħ u jappoġġa l-proposta ta’ ‘kaxxa tal-għodda’ Ewropea dwar is-suġġett; jistenna li l-evalwazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu tqis dawn il-parametri kollha u jenfasizza l-ħtieġa li l-istrumenti kontra t-terroriżmu eżistenti jiġu interkonnessi aħjar;
13. Jitlob lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-UE jwettqu investigazzjoni bir-reqqa dwar il-movimenti vjolenti tal-estrem fi ħdan l-Unjoni u jieħdu miżuri prattiċi biex jikkumbattu attivitajiet vjolenti ta’ dan it-tip;
14. Jenfasizza li s-settur privat, partikolarment l-industrija finanzjarja, għandu rwol kruċjali fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-finanzjament tat-terroriżmu billi jidentifika u jirrapporta każijiet ta’ frodi, ħasil tal-flus u tranżazzjonijiet suspettużi oħra; jirrimarka li s-settur finanzjarju għandu jaħdem aktar mill-qrib mal-aġenziji governattivi biex jiġu identifikati lakuni fir-regolamenti attwali u jiġu implimentati tekniki innovattivi biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet; jenfasizza li huwa tal-akbar importanza li wieħed jifhem li kwalunkwe ġlieda effettiva kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu tiddependi fuq approċċ integrat li jinvolvi l-partijiet interessati kollha fil-livell nazzjonali u tal-UE;
15. Iqis li għandha tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-infrastruttura kritika għad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem; jiddispjaċih li d-Direttiva attwali dwar il-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika Ewropea (2008/114/KE(4)) mhix qed tiffunzjona sewwa u jistieden lill-Kummissjoni tipproponi li tiġi emendata din id-direttiva sabiex tissaħħaħ;
16. Jemmen li jeħtieġ jitwettaq studju statistiku dwar ir-riskji naturali, li jelenka l-oqsma l-aktar kritiċi, u li dan għandu jkun il-bażi li fuqu tiġi żviluppata sistema awtomatika ta’ salvataġġ u rispons li tkun effettiva biex tirreaġixxi fil-pront għall-emerġenzi;
17. Iqisha bħala ħaġa ta’ importanza kbira li jiġu miġġielda b’mod deċiż ir-reati ambjentali u ekonomiċi, tkun xi tkun l-oriġini tagħhom, peress li għandhom impatt ta’ ħsara partikolari fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien taċ-ċittadini tal-UE, speċjalment fi żminijiet ta’ kriżi;
18. Jilqa’ l-aħbar mill-Kummissjoni ta’ inizjattiva kontra l-kuntrabandu tas-sigaretti u jesprimi fiduċja kbira fiha;
19. Jinnota l-prijorità li l-ISS tagħti lill-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità; iqis li ċ-ċiberkriminalità hija theddida li qed tikber għall-UE u fattur importanti li jippermetti t-twettiq ta’ attivitajiet kriminali oħrajn; jistieden lill-Kummissjoni tqiegħed għad-dispożizzjoni biżżejjed fondi għaċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità u jħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jirratifikaw il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iċ-Ċiberkriminalità; ifakkar li l-ipproċessar u l-ġbir tad-data personali bħala parti mill-ISS dejjem għandhom ikunu konformi mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk ta’ neċessità, proporzjonalità u legalità, kif ukoll mal-leġiżlazzjoni tal-UE u mal-konvenzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa rilevanti f’dan il-qasam; jenfasizza l-ħtieġa li tingħata attenzjoni partikolari lit-tfal fid-dinja diġitali, u l-importanza tal-ġlieda kontra l-pornografija tat-tfal; jappoġġa l-espansjoni tal-Alleanza Globali kontra l-Abbuż Sesswali tat-Tfal Onlajn;
20. Itenni li t-tisħiħ tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja tal-UE, anke permezz tal-Europol, il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) u l-Eurojust, flimkien mal-għoti ta’ taħriġ adegwat, huwa kritiku għal ISS xierqa u għandu jinvolvi lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kif ukoll l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE; iqis li din il-kooperazzjoni ma għandhiex tkun limitata għall-identifikazzjoni u l-arrest ta’ persuni suspettati li kkommettew atti kriminali, iżda għandha tiffoka wkoll fuq il-prevenzjoni tal-kriminalità u tar-ripetizzjoni tar-reati; jinnota l-proposti rilevanti tal-Kummissjoni, inklużi dawk għar-riforma tal-Eurojust u għal abbozz ta’ leġiżlazzjoni dwar il-ħolqien ta’ Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew; jirrimarka l-ħtieġa li jiġi żgurat ir-rispett tas-separazzjoni tal-poteri bejn is-setturi ġudizzjarji u tal-pulizija, kif ukoll tal-awtonomija rispettiva tagħhom;
21. Jappoġġa l-istabbiliment ta’ Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, b’mod partikolari biex jissalvagwardja l-baġit tal-Unjoni b’mod aktar effettiv, u jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta malajr kemm jista’ jkun;
22. Jiddispjaċih li l-ISS għad m’għandhiex ‘dimensjoni tal-ġustizzja’ xierqa; ifakkar, skont il-programm ta’ Stokkolma, li l-fiduċja reċiproka jeħtieġ li tissaħħaħ billi tiġi żviluppata progressivament kultura ġudizzjarja Ewropea bbażata fuq id-diversità tas-sistemi legali u fuq l-unità permezz tal-liġi Ewropea, u li dan għandu jinkludi r-rispett tal-istat tad-dritt, il-valuri demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem, u mhux biss jillimita ruħu għall-insegwiment ta’ persuni ssuspettati li kkommettew atti kriminali jew terroristiċi; jenfasizza l-importanza kbira tal-fiduċja reċiproka bħala prerekwiżit biex titrawwem il-kooperazzjoni ġudizzjarja, u jemmen li din il-fiduċja reċiproka ma tistax isseħħ jekk mhux permezz tal-istabbiliment u r-rispett ta’ standards ugwali fir-rigward tal-libertajiet ċivili u s-salvagwardji proċedurali;
23. Jenfasizza l-importanza li tiġi żviluppata ġestjoni integrata tal-fruntieri li għandha tiżgura kontroll tal-fruntieri esterni li jkun uniformi, sikur u ta’ kwalità għolja, filwaqt li jiffaċilita l-ivvjaġġar leġittimu bejn il-fruntieri esterni u jippromwovi l-mobilità fi ħdan iż-żona Schengen; jilqa’ l-bidu tal-operat reċenti tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen II u jistieden lil eu-LISA tiżgura ġestjoni operazzjonali ta’ kwalità għolja tas-sistema l-ġdida; jistenna li s-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR) ġdida tkun qed tiffunzjona kompletament sa tmiem l-2014 u jemmen li se tkun strument effiċjenti li se jikkontribwixxi għall-individwazzjoni u l-prevenzjoni tal-kriminalità transkonfinali u l-immigrazzjoni irregolari, u għall-ġlieda kontrihom, kif ukoll għall-protezzjoni tal-migranti u biex isalvalhom ħajjithom; jenfasizza li l-iżvilupp possibbli ta’ sistemi ġodda tal-IT fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri, bħall-inizjattivi ‘Fruntieri Intelliġenti’, għandhom jiġu analizzati b’attenzjoni speċjalment fil-konfront tal-prinċipji ta’ neċessità u proporzjonalità u eventwalment għandhom jiġu żviluppati biss wara li l-istrumenti legali jkunu ġew adottati; jilqa’ b’mod partikolari l-ftehim reċenti li ntlaħaq dwar il-Mekkaniżmu ta’ Evalwazzjoni ta’ Schengen u jistieden lill-Kummissjoni tassumi r-responsabbiltajiet il-ġodda tagħha sabiex tiżgura livell għoli ta’ konformità mal-acquis ta’ Schengen maż-żona Schengen kollha; jenfasizza li l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni għandha tkun miżura eċċezzjonali li tista’ tintuża biss f’każ estrem, filwaqt li jitqiesu mhux biss l-aspetti ta’ sigurtà iżda wkoll l-impatt fuq il-mobilità u l-libertà ta’ moviment; jenfasizza l-fatt li l-migrazzjoni u l-qsim ta’ fruntieri esterni minn ammont kbir ħafna ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi ma għandux, per se, jitqies bħala theddida għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna; itenni l-appoġġ qawwi tiegħu għall-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija maż-żona Schengen u jistieden lill-Kunsill jaqbel ukoll dwar l-adeżjoni tagħhom, peress li dan jagħti spinta qawwija favur il-fiduċja reċiproka u s-solidarjetà li huma prekundizzjonijet meħtieġa biex jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà fi ħdan l-UE;
24. Jenfasizza l-importanza tat-tisħiħ tal-fiduċja reċiproka bejn il-forzi tal-pulizija sabiex jiġu promossi l-kooperazzjoni, l-iskwadri ta’ investigazzjoni konġunti u l-iskambju ta’ informazzjoni; jirrimarka, f’dan ir-rigward, li t-taħriġ tal-forzi tal-pulizija mill-perspettiva Ewropea huwa kruċjali;
25. Jemmen li d-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-ISS għandhom iqisu aktar bis-sħiħ l-interazzjoni eżistenti bejn id-dimensjoni interna u dik esterna tal-politika ta’ sigurtà u li, f’dawn iż-żewġ dimensjonijiet, l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni li huma attivi fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom f’konformità sħiħa mal-valuri u l-prinċipji tad-dritt tal-UE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw ukoll l-impatt tal-ISS fuq l-Istrateġija ta’ Sigurtà Esterna tal-UE, inkluż fir-rigward tal-obbligi li jikkonċernaw l-osservanza u l-promozzjoni tal-libertajiet u d-drittijiet fundamentali u tal-valuri u l-prinċipji demokratiċi kif jidhru fit-testi, fil-konvenzjonijiet u l-ftehimiet internazzjonali li huma firmatarji tagħhom; jiddispjaċih li l-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali tal-2011 immirat lejn it-Tisħiħ tar-Rabtiet bejn il-PSDK u l-FSJ qiegħda lura u jħeġġeġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jħaffef ix-xogħol fuqha;
26. Jirrimarka li l-ISS attwali se tiġi fi tmiemha fl-2014; jistieden lill-Kummissjoni tibda tħejji ISS ġdida għall-perjodu 2015-2019, li tikkunsidra d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona u l-integrazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fid-dritt tal-Unjoni; huwa tal-fehma li din il-politika l-ġdida għandha tkun ibbażata fuq evalwazzjoni esterna fil-fond u indipendenti tal-istrateġija u l-istrumenti attwali, filwaqt li jitqiesu l-isfidi tal-ġejjieni, u li għandha titwettaq wara konsultazzjoni wiesgħa fost il-partijiet interessati; jistieden lill-Kunsill iqis kif xieraq il-kontribut tal-Parlament fir-rigward tal-ISS il-ġdida qabel jadotta l-istrateġija l-ġdida;
27. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Ara r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar ‘il-qagħda tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2009) – implimentazzjoni effikaċi wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona’, ĠU C 169 E, 15.6.2012, p. 49.
L-Istrateġija Ewropea 2007-2012 għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
211k
23k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2013 dwar l-Istrateġija Ewropea dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (2013/2685(RSP))
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-preambolu u l-Artikoli 3 u 6 tiegħu,
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 4, 9, 145, 151, 152, 153, 154, 156 u 168 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 1, 3, 27, 31, 32 u 33 tagħha,
– wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar evalwazzjoni tal-Istrateġija Ewropea 2007-2012 dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (O-000073/2013 – B7-0214/2013),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2002 bit-titolu ‘Adapting to change in work and society: a new Community strategy on health and safety at work 2002-2006' (‘Nadattaw għat-tibdiliet tax-xogħol u tas-soċjetà: strateġija Komunitarja ġdida dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol’) (COM(2002)0118),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Frar 2007 bit-titolu ‘Intejbu l-kwalità u l-produttività fuq ix-xogħol: strateġija Komunitarja 2007-2012 għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol’ (COM(2007)0062),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 bit-titolu 'EWROPA 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv' (COM(2010)2020),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tas-27 ta' April 2011 bit-titolu "Rieżami ta' nofs il-perjodu tal-istrateġija Ewropea 2007-2012 dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol" (SEC(2011)0547),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-31 ta' Mejju 2013 bit-titolu “Valutazzjoni tal-istrateġija Ewropea 2007-2012 għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol" (SWD(2013)0202),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-24 ta' Frar 2005 dwar il-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2008 dwar l-istrateġija Komunitarja 2007-2012 għas-saħħa u s-sigurta fuq il-post tax-xogħol(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar ir-rieżami ta' nofs il-perjodu tal-istrateġija Ewropea 2007-2012 dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol(3),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-Istrateġija Ewropa 2020 għandha l-għan li, sal-2020, tilħaq rata ta’ okkupazzjoni ta’ 75% għas-sezzjoni tal-popolazzjoni ta’ bejn l-20 u l-64 sena;
B. billi l-progress teknoloġiku, l-iżviluppi ekonomiċi u l-kriżi ekonomika u soċjali kontinwament qed ikollhom impatt fuq l-ambjent tax-xogħol u jirrikjedu reazzjonijiet rapidi bil-għan li jiġi pprovdut livell għoli ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol;
C. billi l-kriżi ekonomika m’għandhiex tintuża bħala skuża biex jiġu mdgħajfa l-politiki tal-prevenzjoni tar-riskji fuq il-post tax-xogħol;
D. billi, sabiex jiġu appoġġjati miżuri leġiżlattivi, il-materja tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol ilha tiġi indirizzata f’dokumenti ta’ politika u fi programmi ta’ azzjoni fuq livell ta’ UE sa mill-1978;
E. billi l-istrateġija Komunitarja 2007-2012 dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol skadiet fl-2012 u għadha ma ġiet segwita mill-ebda dokument ta’ politika fil-livell ta’ UE;
F. billi l-Kummissjoni tammetti li l-istrateġija Komunitarja 2007-2012 dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol kellha impatt pożittiv madwar l-UE kollha u li fis-snin li ġejjin għad iridu jiġu indirizzati għadd ta’ sfidi fil-qasam tas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali;
1. Jinsab imħasseb li l-Kummissjoni sal-ġurnata tal-lum għadha ma adottatx strateġija Ewropea ġdida dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;
2. Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta strateġija Ewropea ġdida dwar is-saħħa u s-sigurta’ fuq il-post tax-xogħol għas-snin ta’ bejn issa u l-2020; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel dan finalment qabel tmiem l-2013;
3. Jiddeplora l-fatt li sal-ġurnata tal-lum il-Kummissjoni għadha ma varatx proposta għal direttiva jew dwar diżordnijiet muskoloskeletali relatati max-xogħol jew dwar ir-rieżami tad-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol, għalkemm dawn kienu diġà tħabbru fil-programm ta’ ħidma tagħha għall-2011;
4. Itenni l-messaġġi li jinsabu fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar ir-rieżami ta' nofs il-perjodu tal-istrateġija Ewropea 2007-2012 dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
In-negozjar kollettiv transfrunterjali u d-djalogu soċjali transnazzjonali
304k
28k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta` Settembru 2013 dwar in-negozjar kollettiv transkonfinali u d-djalogu soċjali transnazzjonali (2012/2292(INI))
– wara li kkunsidra l-Artikoli 3(3) u 6(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 9, 151, 152, 154, 155 u 156 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 12, 28, 52(3) u 53 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-Preambolu tagħha u l-ispjegazzjonijiet rilevanti,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 5 u 6 tal-Karta Soċjali Ewropea (Riveduta),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/500/KE tal-20 ta’ Mejju 1998 dwar l-istabbiliment ta' Kumitati ta' Djalogu Settorjali biex iġibu 'l quddiem id-djalogu bejn l-imsieħba soċjali fuq livell Ewropew,
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji,
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE tat-8 ta’ Ottubru 2001 li tissupplimenta l-Istatut għal kumpanija Ewropea rigward l-involviment tal-ħaddiema u d-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE tat-22 ta’ Lulju 2003 li tissupplimenta l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment tal-impjegati,
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea,
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-istabbiliment ta' Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni tal-impjegati,
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill (EPSCO) 17423/11, adottati fl-1 ta' Diċembru 2011,
– wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Settembru 2012 bit-titolu ‘Transnational company agreements: realising the potential of social dialogue', (SWD(2012)0264),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-18 ta’ April 2012 bit-titolu 'Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi' (COM(2012)0173),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-31 ta’ Jannar 2012 tal-Grupp ta' Esperti tal-Kummissjoni dwar il-ftehimiet imprenditorjali transnazzjonali,
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma Rivedut tal-31 ta’ Jannar 2012 tal-Grupp ta' Esperti tal-Kummissjoni dwar il-ftehimiet imprenditorjali transnazzjonali,
– wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Jannar 2012 bit-titolu 'Ristrutturazzjoni u antiċipazzjoni tal-bidla: X'tgħallimna mill-esperjenza reċenti?' (COM(2012)0007) u d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tas-17 ta’ Jannar 2012 li jakkumpanjaha bit-titolu ‘Restructuring in Europe 2011’ (SEC(2012)0059),
– wara li kkunsidra l-kommunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ottubru 2010 bit-titolu 'Politika Industrijali Integrata għall-Era tal-Globalizzazzjoni - Il-Kompetittività u s-Sostenibilità fix-Xena Prinċipali' (COM(2010)0614),
– wara li kkunsidra l-istħarriġ tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2008 bit-titolu ‘Mapping of transnational texts negotiated at corporate level’ (EMPL F2 EP/bp 2008 (D) 14511),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-2008 bit-titolu ‘The role of transnational company agreements in the context of increasing international integration’ (SEC(2008)2155),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni ta’ Frar 2006 bit-titolu ‘Transnational collective bargaining: Past, present and future’,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Frar 2005 dwar l-Aġenda Soċjali (COM(2005)0033),
– wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet tal-ILO dwar il-klawsoli tax-xogħol (il-kuntratti pubbliċi) (Nru 94) u n-negozjar kollettiv (Nru 154),
– wara li kkunsidra l-ġurisprudenza żviluppata mill-korpi superviżorji tal-ILO,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tripartitika tal-ILO dwar il-prinċipji li jikkonċernaw l-intrapriżi multinazzjonali u l-politika soċjali (id-Dikjarazzjoni MNE) (1977),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-ILO tal-10 ta' Ġunju 2008 dwar il-Ġustizzja Soċjali għal Globalizzazzjoni Ġusta,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-ILO tat-18 ta' Ġunju 1998 dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol,
– wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet tal-ILO li jistabbilixxu standards universali fundamentali tax-xogħol fir-rigward ta’ (fost l-oħrajn): il-libertà ta' assoċjazzjoni u d-dritt għan-negozjar kollettiv (Nru 87, 1948 u Nru 98, 1949); u n-nondiskriminazzjoni fl-impjiegi (Nru 100, 1951 u Nru 111, 1958),
– wara li kkunsidra l-istudju tiegħu dwar l-infurzar tad-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema, ikkummissjonat mill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (Settembru 2012),
– wara li kkunsidra l-istudju tiegħu dwar in-negozjar kollettiv transkonfinali u d-djalogu soċjali transnazzjonali, ikkummissjonat mill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (Ġunju 2011),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Jannar 2013 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar informazzjoni lill-ħaddiema u konsultazzjoni tal-ħaddiema, antiċipazzjoni u ġestjoni tar-ristrutturazzjoni(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0258/2013),
A. billi skont il-Kummissjoni(2) kien hemm 244 ftehim imprenditorjali transnazzjonali Ewropew fl-2012; billi dan jindika li r-relazzjonijiet tax-xogħol fil-kumpaniji transnazzjonali fl-Ewropa qed isiru dejjem aktar integrati;
B. billi aktar u aktar ftehimiet imprenditorjali transnazzjonali ġodda qed jinkludu ftehimiet dwar proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim, kif jirrakkomandaw kemm l-organizzazzjonijiet tal-impjegati, kif ukoll dawk ta' min iħaddem;
C. billi ma jeżisti l-ebda qafas ġuridiku għal dawn il-ftehimiet, la fil-livell internazzjonali u lanqas fil-livell Ewropew; billi għandu jiġi kkunsidrat jekk din hijiex raġuni għalfejn qed jiġu konklużi anqas ftehimiet ta' dan it-tip;
D. billi kull Stat Membru tal-UE għandu s-sistema proprja tiegħu tar-relazzjonijiet industrijali, ibbażata fuq żviluppi storiċi u tradizzjonijiet differenti, li għandha tiġi rrispettata u ma teħtieġ l-ebda armonizzazzjoni;
E. billi ntwera li s-sħubijiet transkonfinali bejn is-sħab soċjali huma prattiki tajba għall-promozzjoni tal-moviment liberu tal-ħaddiema u tad-drittijiet tagħhom bejn il-fruntieri; billi l-appoġġ tal-UE għal sħubijiet transkonfinali ta' dan it-tip hu essenzjali;
F. billi d-djalogu Ewropew jippromwovi ż-żamma u ż-żieda fl-impjiegi, it-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u b'hekk iż-żieda fil-prosperità tal-ħaddiema tal-impriżi transnazzjonali permezz ta’ modi innovattivi, filwaqt li tiġi ppreservata l-awtonomija fin-negozjar kollettiv;
G. billi l-UE tirrikonoxxi l-libertà ta’ assoċjazzjoni u d-dritt għal negozjar kollettiv bħala drittijiet fundamentali;
H. billi n-negozji qegħdin joperaw dejjem aktar fuq livell Ewropew, waqt li r-rappreżentanza tal-ħaddiema b'mod predominanti hi organizzata skont linji nazzjonali;
1. Jinnota li din ir-riżoluzzjoni tikkonċerna l-ftehimiet imprenditorjali transnazzjonali; jinnota li l-ftehimiet imprenditorjali transnazzjonali jiġu konklużi bejn federazzjonijiet tat-trejdjunjins Ewropej min-naħa, u mill-kumpaniji individwali u/jew federazzjonijiet ta' min iħaddem min-naħa l-oħra, normalment fil-livell settorjali, u jiddikjara li din ir-riżoluzzjoni ma tirrigwardax ftehimiet qafas internazzjonali li jiġu ffirmati minn federazzjonijiet tat-trejdjunjins internazzjonali ma' impriżi; jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ id-djalogu soċjali Ewropew u transnazzjonali u n-negozjar kollettiv transnazzjonali;
2. Jipproponi li l-Kummissjoni tista' tikkunsidra jekk qafas ġuridiku Ewropew mhux obbligatorju għal dawn il-ftehimiet imprenditorjali transnazzjonali Ewropej ikunx neċessarju u utli bil-ħsieb li jiġu pprovduti sigurtà ġuridika akbar, aktar trasparenza, u effetti ġuridiċi prevedibbli u infurzabbli għall-ftehimiet skont id-dispożizzjonijiet ta' qafas; jipproponi li għandhom jiġu promossi prattiki relatati mal-ftehimiet imprenditorjali transnazzjonali Ewropej li jirrikonoxxu l-awtonomija kuntrattwali tal-partijiet kontraenti, u jirrakkomanda li jiġu inkorporati dispożizzjonijiet fil-ftehimiet dwar ir-soluzzjoni tat-tilwim;
Qafas ġuridiku mhux obbligatorju għall-ftehimiet imprenditorjali transnazzjonali Ewropej
3. Jenfasizza l-awtonomija tas-sħab soċjali, li permezz tagħha dawn jistgħu jibdew negozjati u jilħqu ftehimiet fil-livelli kollha;
4. Jenfasizza li l-ftehimiet imprenditorjali transnazzjonali jvarjaw bejniethom, pereżempju fir-rigward ta’ kemm testendi l-applikabilità, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-firmatarji, skont il-finijiet, il-punti ta’ tluq, il-ħtiġijiet u l-objettivi ta’ dawk il-partijiet, li n-negozji u l-kulturi korporattivi jvarjaw sostanzjalment bejniethom u li l-awtonomija tal-partijiet kontraenti fir-rigward tal-ħolqien ta’ tipi differenti ta' ftehimiet imprenditorjali transnazzjonali għandha tiġi rispettata;
5. Jissuġġerixxi li s-sħab soċjali jiskambjaw l-esperjenzi fil-qasam tal-ftehimiet imprenditorjali transnazzjonali;
6. Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tibbaża l-kunsiderazzjoni tagħha ta' qafas ġuridiku mhux obbligatorju fuq użu volontarju, li għandu jkun mhux obbligatorju għas-sħab soċjali u kumpaniji u grupp ta' kumpaniji involuti kif ukoll abbażi tal-flessibilità u r-riferiment fil-livell nazzjonali b’mod li l-ftehim imprenditorjali transnazzjonali jingħata effett ġuridiku; jenfasizza b’mod espliċitu l-awtonomija tas-sħab soċjali u tal-partijiet għal ftehimiet kollettivi;
7. Iqis li l-kunsilli tax-xogħlijiet Ewropej għandhom ikunu involuti kompletament fin-negozjati mal-federazzjonijiet trejdjunjonistiċi Ewropej fejn applikabbli, partikolarment billi dawn huma kapaċi jidentifikaw il-ħtieġa/opportunità għal ftehim imprenditorjali transnazzjonali, iniedu l-proċess u jwittu t-triq għan-negozjati, u jgħinu jiżguraw it-trasparenza u t-tixrid ta’ informazzjoni dwar il-ftehimiet għall-ħaddiema involuti; jilqa' l-fatt li xi federazzjonijiet trejdjunjonistiċi Ewropej fasslu regoli proċedurali biex jiġu involuti l-kunsilli tax-xogħlijiet Ewropej;
8. Jinsab konvint li l-inklużjoni tal-klawsola l-aktar favorevoli u l-klawsola tan-nonrigressjoni hi meħtieġa sabiex jiġi evitat ir-riskju li ftehim imprenditorjali transnazzjonali Ewropew jirriżulta f'evażjoni ta’ ftehimiet kollettivi nazzjonali u ftehimiet imprenditorjali nazzjonali, jew li jgħarraqhom;
9. Jirrakkomanda l-introduzzjoni ta' mekkaniżmi alternattivi għas-soluzzjoni tat-tilwim; iqis li għandu jintlaħaq ftehim dwar l-ewwel mekkaniżmu konġunt ad hoc fil-livell ta' impriżi, pereżempju l-inkoraġġiment biex il-partijiet firmatarji, fuq bażi volontarja, jaqblu dwar klawsoli għas-soluzzjoni tat-tilwim għas-sejbien ta' soluzzjoni għall-kunflitti bejn il-partijiet kontraenti; jissuġġerixxi li dawn il-klawsoli jistgħu jiġu bbażati fuq mudelli ta' riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim miftiehma u pprovduti mis-sħab soċjali tal-UE fil-livell settorjali; jirrikonoxxi li ħafna mill-ftehimiet imprenditorjali transnazzjonali li diġà ġew konklużi fil-livell Ewropew diġà jinkludu proċeduri ta' ħidma għas-soluzzjoni extraġudizzjarja tat-tilwim, u jinkoraġġixxi lis-sħab soċjali jiskambjaw il-fehmiet dwar dan is-suġġett b'mod aktar intensiv u jidentifikaw metodi għall-iżvilupp u/jew l-ottimizzazzjoni ulterjuri tagħhom;
10. Jipproponi lill-Kummissjoni tirrakkomanda lis-sħab soċjali jqisu l-kriterji li ġejjin fir-rigward tal-ftehimiet imprenditorjali transnazzjonali Ewropej: il-proċedura ta' mandat, jiġifieri l-kjarifika tal-leġittimità u r-rappreżentanza tal-partijiet li qed jinnegozjaw li jiġu konklużi ftehimiet bejniethom; il-post u d-data tal-konklużjoni tal-ftehim; il-kamp ta' applikazzjoni sostantiv u ġeografiku tiegħu; il-klawsola l-aktar favorevoli u l-klawsola tan-nonrigressjoni; il-perjodu ta' validità; il-prekundizzjonijiet għall-kanċellazzjoni tal-ftehim u l-proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim; is-suġġetti koperti mill-ftehim; u rekwiżiti formali oħrajn;
11. Jilqa' l-attivitajiet li l-Kummissjoni qed tagħmel għad-dispożizzjoni għall-iskambju ta' esperjenzi għas-sħab soċjali u l-esperti bil-ħsieb li tappoġġahom, pereżempju l-ġbir ta' eżempji, il-formazzjoni ta' bażijiet ta' data u t-twettiq ta' studji;
12. Ifakkar f'dan il-kuntest l-esperjenzi tajbin li saru fir-rigward tas-sħubijiet transkonfinali bejn sħab soċjali, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-appoġġ tal-UE għal tali sħubijiet fil-ġejjieni;
13. Jinkoraġġixxi lis-sħab soċjali Ewropej jisfruttaw kompletament il-possibilità ta' ftehimiet fil-livell tal-UE kif previst fl-Artikolu 155 TFUE, abbażi tar-rispett sħiħ tal-awtonomija tagħhom;
14. Jappella biex is-sħab soċjali Ewropej ikollhom rwol imsaħħaħ fit-tiswir tal-politiki Ewropej; jappella b'mod partikolari lis-sħab soċjali jieħdu sehem fit-tfassil tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir u jiżvolġu rwol aktar b'saħħtu fil-monitoraġġ tal-progress li jkun sar mill-Istati Membri;
15. Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi mħeġġa, appoġġata u miżjuda r-rappreżentazzjoni u l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-livelli differenti ta' djalogu soċjali u ta' strutturi ta' negozjar kollettiv u li d-dimensjoni tal-ġeneru tiġi integrata fil-forums relevanti, bil-ħsieb li jintalbu l-opinjonijiet tan-nisa u jiġu integrati kwistjonijiet dwar l-ugwaljanza tal-ġeneru fin-negozjar kollettiv; jirrimarka li d-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv għandhom bla dubju potenzjal kbir bħala muturi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneru fuq il-post tax-xogħol;
o o o
16. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lis-sħab soċjali tal-UE, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 67 u 79 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tagħha,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-protokolli tagħha,
– wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, tas-6 ta’ Mejju 2010, dwar il-"Pjan ta' Azzjoni dwar Minorenni mhux Akkumpanjati (2010 – 2014)" (COM(2010)0213),
– wara li kkunsidra r-rapport tat-28 ta’ Settembru 2012 tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, bit-titlu "Rapport intermedju dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni dwar Minorenni mhux Akkumpanjati" (COM(2012)0554),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ April 2010 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-"Pjan ta' Azzjoni li jimplimenta l-Programm ta' Stokkolma" (COM(2010)0171),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ‘Żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini – il-programm ta’ Stokkolma’(1),
– wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE dwar il-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni kontrihom,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni tat-3 ta’ Ġunju 2010 dwar minorenni mhux akkumpanjati, adottati waqt it-3018-il laqgħa tiegħu,
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI(2),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI(3), u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, intitolata 'L-istrateġija tal-UE lejn il-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin 2012–2016',
– wara li kkunsidra d-direttivi dwar l-asil, b’mod partikolari d-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija(4), id-Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE tas-27 ta' Jannar 2003 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ dawk li jfittxu l-asil(5) u d-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment(6),
– wara li kkunsidra l-proposti tal-Kummissjoni għal riforma tal-istrumenti tas-Sistema Komuni Ewropea tal-Asil (SEKA), b’mod partikolari l-proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ dawk li jfittxu l-asil (tfassil mill-ġdid) (COM(2011)0320), il-proposta emendata għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ protezzjoni internazzjonali (tfassil mill-ġdid) (COM(2011)0319), u l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0820),
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta' Settembru 2003 dwar id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja(7),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali(8),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 779/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 programm speċifiku sabiex jipprevjeni u jikkumbatti l-vjolenza kontra t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa u sabiex jipproteġi l-vittmi u l-gruppi li jkunu f’riskju (il-Programm Daphne III) bħala parti mill-Programm Ġenerali ‘Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja’(9),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-23 ta' Frar 2011 bl-isem 'Evalwazzjoni tal-Ftehimiet ta' Riammissjoni tal-UE' (COM(2011)0076),
– wara li kkunsidra l-kontributi tal-Kunsill tal-Ewropa, u b’mod partikolari r-Riżoluzzjoni 1810 (2011) tal-Assemblea Parlamentari tiegħu bit-titlu ‘Il-problemi relatati mal-wasla, is-soġġorn u r-ritorn ta’ tfal mhux akkumpanjati fl-Ewropa’, ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Ministri tiegħu lill-Istati Membri dwar proġetti tal-ħajja favur minorenni migranti mhux akkumpanjati (CM/Rec(2007)9) u ‘l-Għoxrin Linja Gwida dwar ir-Ritorn Sfurzat’ tal-Kumitat tal-Ministri tiegħu (CM(2005)40),
– wara li kkunsidra l-istrumenti internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tat-tfal, b’mod partikolari l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, u speċjalment l-Artikolu 3 tagħha, u l-Kummenti Ġenerali tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, b’mod partikolari l-Kumment Ġenerali Nru 6 (2005) dwar it-trattament ta' tfal mhux akkumpanjati u separati barra l-pajjiż ta' oriġini tagħhom,
– wara li kkunsidra l-Linji Gwida dwar il-Politiki u l-Proċeduri fit-Trattament tal-Minorenni Mhux Akkumpanjati li jfittxu Asil, ippubblikati mill-Kummissarju Għoli għar-Refuġjati tan-NU fl-1997,
– wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni Ġenerali Nru 19 tal-Kumitat tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, adottata fl-1992,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU ta’ Diċembru 1993 dwar l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa, l-ewwel strument internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem marbut esklussivament mal-vjolenza kontra n-nisa,
– wara li kkunsidra l-Protokoll għall-Prevenzjoni, Soppressjoni u Punizzjoni tat-Traffikar ta' Persuni, speċjalment ta' Nisa u Tfal, li jissupplementa l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0251/2013),
A. billi kull sena, eluf ta' tfal taħt it-tmintax-il sena li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew li huma apolidi, jaslu waħedhom fit-territorju tal-Unjoni Ewropea jew isibu ruħhom waħedhom wara l-wasla tagħhom;
B. billi l-kunflitti li għadhom għaddejjin f'diversi partijiet tad-dinja u l-kriżi ekonomika globali attwali wasslu għal żieda fl-għadd ta' minorenni mhux akkumpanjati;
C. billi r-raġunijiet għalfejn dawn it-tfal jaslu mhux akkumpanjati huma diversi: gwerer, vjolenza, ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom, xewqa ta’ riunifikazzjoni ma' membri tal-familja tagħhom, diżastri naturali, faqar, traffikar, sfruttament, eċċ.;
D. billi għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-tfal mhux akkumpanjati li jkunu vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, peress li dawn jeħtieġu assistenza u appoġġ speċifiċi minħabba s-sitwazzjoni tagħhom ta' vulnerabilità partikolari;
E. billi ħafna minorenni jaslu fl-UE għax qed jaħarbu żwiġijiet sfurzati, u billi l-UE trid taħdem iktar biex tikkumbatti dan il-fenomenu;
F. billi dawn il-minorenni min-natura tagħhom huma vulnerabbli ħafna u jeħtieġ jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet fundamentali tagħhom;
G. billi skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom obbligu li jħarsu d-drittijiet tat-tfal;
H. billi l-Programm ta’ Stokkolma poġġa l-ħarsien tal-minorenni mhux akkumpanjati f’livell prijoritarju;
I. billi l-akkoljenza u l-indukrar tal-minorenni mhux akkumpanjati jvarja ħafna bejn pajjiż u ieħor, u ma jeżisti ebda livell ekwivalenti jew effettiv ta' protezzjoni;
J. billi l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-protezzjoni ugwali tad-drittijiet tal-bniedem tal-migranti mhux akkumpanjati bniet u subien iridu jiġu żgurati, u billi trid tingħata attenzjoni speċjali lill-ksur tad-drittijiet tal-bniedem tal-bniet u l-provvediment ta' appoġġ adegwat u rimedji xierqa;
K. billi jeżistu diversi każijiet ta’ tfal li jisparixxu miċ-ċentri ta' akkomodazzjoni jew akkoljenza għal dawk li jfittxu l-asil;
Rakkomandazzjonijiet ġenerali
1. Ifakkar li l-minorenni mhux akkumpanjati huma l-ewwel u qabel kollox tfal li potenzjalment jinsabu fil-periklu, u li l-protezzjoni tat-tfal, u mhux il-politiki tal-immigrazzjoni, trid tkun il-prinċipju ewlieni għall-Istati Membri u l-UE meta jitrattaw ma’ dawn it-tfal. B'hekk ikunu qed jirrispettaw il-prinċipju fundamentali tal-aħjar interessi tat-tfal; ifakkar li kwalunkwe persuna taħt l-età ta' 18-il sena, bla eċċezzjoni, għandha titqies bħala tifel jew tifla, u għalhekk bħala minorenni; jindika li l-minorenni mhux akkumpanjati, u b’mod partikolari l-bniet, huma doppjament suxxettibbli għall-problemi u d-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom minorenni oħra; josserva li huma aktar u aktar vulnerabbli billi l-ħtiġijiet tagħhom huma l-istess bħal dawk ta' minorenni oħrajn u ta' rifuġjati oħra, li għandhom esperjenzi simili bħal tagħhom; jenfasizza li l-bniet u n-nisa huma partikolarment vulnerabbli għall-ksur tad-drittijiet tagħhom matul il-proċess ta' migrazzjoni, u li l-bniet mhux akkumpanjati huma f'riskju partikolari peress li spiss ikunu l-miri prinċipali tal-isfruttament sesswali, l-abbuż u l-vjolenza; jirrimarka li l-awtoritajiet spiss jitrattaw lill-minorenni mhux akkumpanjati fl-UE bħala delinkwenti li jkunu kisru l-liġijiet tal-immigrazzjoni, u mhux bħala individwi li għandhom drittijiet minħabba l-età u ċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom;
2. Ifakkar ukoll li l-aħjar interessi tat-tfal, kif imħaddna fit-testi legali u fil-ġurisprudenza, għandhom jiġu qabel kull kunsiderazzjoni oħra, f'kull azzjoni meħuda fir-rigward tagħhom, kemm min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi kif ukoll mill-istituzzjonijiet privati; jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-implimentazzjoni xierqa tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi tal-UE dwar l-aħjar interessi tat-tfal u li tipproponi linji gwida strateġiċi, imsejsa fuq l-aħjar prassi, il-ġurisprudenza u l-Kumment Ġenerali Nru 6 (2005) tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal li jirrigwarda t-trattament ta' tfal mhux akkumpanjati u separati barra l-pajjiż ta' oriġini tagħhom, u biex tivvaluta, abbażi ta’ sensiela ta’ indiċijiet u kriterji, x’jikkostitwixxi l-aħjar interessi ta’ tifel jew tifla; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta miżuri leġiżlattivi u mhumiex biex tkun żgurata l-protezzjoni adegwata tat-tfal u tal-minorenni mhux akkumpanjati, b'mod partikolari bl-għan li ttejjeb il-metodi ta’ tfittxija ta' soluzzjonijiet dejjiema;
3. Jikkundanna bil-qawwi l-lakuni eżistenti fil-qasam tal-protezzjoni tal-minorenni mhux akkumpanjati fi ħdan l-UE, u jiddenunzja l-fatt li l-minorenni sikwit jkunu suġġetti għal kundizzjonijiet ta’ akkoljenza deplorabbli, u l-ħafna ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom f’ċerti Stati Membri;
4. Jenfasizza l-bżonn urġenti li l-UE u l-Istati Membri jfasslu rispons koerenti għall-protezzjoni ta’ minorenni mhux akkumpanjati, b’rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali tagħhom; jilqa’ lil dawk l-Istati Membri li għażlu li japplikaw il-Protokoll Fakultattiv tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal dwar il-provvediment ta' protezzjoni legali għat-tfal kontra l-agħar forom ta' sfruttament;
5. Jilqa’ l-adozzjoni mill-Kummissjoni Ewropea ta’ pjan ta’ azzjoni dwar il-minorenni mhux akkumpanjati 2010–2014; jiddispjaċih, madankollu, li l-approċċ tal-Kummissjoni mhux aktar imsejjes fuq il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali ta’ dawn il-minorenni, u jinnota li l-miżuri eżistenti mhumiex biżżejjed u li l-protezzjoni komprensiva tal-minorenni mhux akkumpanjati tirrikjedi aktar miżuri; ifakkar li wieħed mill-objettivi tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar il-Minorenni mhux Akkumpanjati kien li l-UE u l-Istati Membri tagħha jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni u jintegraw il-kwistjoni tal-minorenni mhux akkumpanjati fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp, biex b'hekk jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' ambjenti sikuri biex it-tfal ikun jistgħu jikbru fil-pajjiżi ta' oriġini tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa ta’ żvilupp ulterjuri tad-dimensjoni preventiva tal-politiki tal-UE fir-rigward tal-minorenni mhux akkumpanjati billi ssir enfasi akbar fuq l-isforzi relatati mal-eliminazzjoni tal-faqar, il-politiki tas-saħħa u x-xogħol, id-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni u r-rikostruzzjoni ta' wara l-kunflitti; iqis li l-UE trid tmur lil hinn mill-Pjan ta' Azzjoni propost mill-Kummissjoni sabiex id-drittijiet fundamentali tal-minorenni mhux akkumpanjati jissaħħu verament; jenfasizza, b'mod partikolari, il-bżonn li jissaħħaħ l-istatus ta' 'kustodju legali' fl-UE u l-pajjiżi sħab, u jemmen li huwa importanti ħafna li jitfassal pjan ta' monitoraġġ b'kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-oriġini u ma' kwalunkwe pajjiż ta' tranżitu sabiex jiżgura li t-tfal jiġu protetti b'mod xieraq wara li jirritornaw u wara li jiġu integrati mill-ġdid fil-pajjiż tal-oriġini;
6. Jiddispjaċih dwar il-frammentazzjoni tad-dispożizzjonijiet Ewropej dwar il-minorenni mhux akkumpanjati u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tfassal manwal – indirizzat lill-Istati Membri u l-prattikanti kollha – li jiġbor fih dawn id-diversi bażijiet ġuridiċi, biex tkun faċilitata l-implimentazzjoni xierqa mill-Istati Membri u biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-minorenni mhux akkumpanjati;
7. Jiddeplora n-nuqqas ta’ statistiki uffiċjali affidabbli dwar il-minorenni mhux akkumpanjati; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jtejbu l-ġbir ta’ statistiki dwar il-minorenni mhux akkumpanjati, fosthom l-istatistiki dwar l-età u l-ġeneru, itejbu l-komparabilità tal-ġbir tad-data fl-Istati Membri kollha, ifasslu metodu koordinat għall-ġbir u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni f'kull Stat Membru, filwaqt li jiżguraw li d-data personali tiġi protetta, permezz ta’ pjattaformi li jiġbru flimkien lill-atturi kollha involuti fil-kwistjoni tal-minorenni mhux akkumpanjati u lista ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali u biex jagħmlu użu aħjar tal-għodod li huma disponibbli diġà għall-ġbir tal-istatistiki fil-livell tal-UE, bħall-Eurostat, Frontex, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) u n-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni; jenfasizza li l-iskop tal-ġbir ta’ data ta’ dan it-tip hu li s-sitwazzjoni tkun mifhuma aħjar, filwaqt li jittejbu l-protezzjoni tal-minorenni mhux akkumpanjati u r-rispons għall-ħtiġijiet tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u nongovernattivi biex jagħmlu sforzi addizzjonali fil-ġbir, il-monitoraġġ u l-iskambju ta’ data preċiża u mqassma skont il-ġeneru, biex ikollhom vista ġenerali komprensiva tal-għadd ta’ bniet minorenni mhux akkumpanjati u biex ikun jistgħu jiġu studjati l-bżonnijiet speċifiċi ta’ dan il-grupp, bil-ħsieb li jingħatalhom appoġġ u li jiġu implimentati miżuri speċifiċi biex jiġu indirizzati dawk il-ħtiġijiet, u biex jiskambjaw l-aħjar prassi bl-għan li jsir titjib;
8. Ifakkar li l-UE u l-Istati Membri għandhom jintensifikaw il-kooperazzjoni tagħhom mal-pajjiżi terzi ta’ oriġini u ta’ tranżitu fir-rigward tal-minorenni mhux akkumpanjati, ir-rispett tad-drittijiet fundamentali tagħhom u kwistjonijiet bħall-identifikazzjoni ta' soluzzjonijiet dejjiema, l-ittraċċar tal-familja, ir-ritorn u r-riammissjoni monitorjati meta dan ikun fl-aħjar interessi tat-tifel jew tifla, ir-restorazzjoni tar-rabtiet tal-familja u r-riintegrazzjoni; jitlob ukoll li titjieb il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu fir-rigward tal-prevenzjoni u tal-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, b’mod partikolari t-traffikar tat-tfal u l-isfruttament tal-minorenni, il-prevenzjoni tal-immigrazzjoni irregolari u forom oħra ta’ vjolenza kontra n-nisa bħaż-żwieġ furzat, fosthom fil-kuntest tad-djalogi regolari li jsiru bejn l-UE u dawn l-istati u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE); jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintegraw il-protezzjoni tat-tfal u l-kwistjoni tal-minorenni mhux akkumpanjati fil-politiki tal-iżvilupp u tal-kooperazzjoni; jenfasizza l-importanza ta' żvilupp koerenti tal-politiki tal-UE dwar l-immigrazzjoni, l-asil u d-drittijiet tat-tfal – fir-rigward tal-minorenni kemm fl-UE kif ukoll f’pajjiżi terzi - b'kunsiderazzjoni xierqa tal-impatt tagħhom fuq il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; ifakkar l-obbligu tal-Koerenza tal-Politiki (PCD) minqux fit-Trattat ta' Lisbona; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-pajjiżi terzi jtejbu l-kampanji ta' sensibilizzazzjoni tal-pubbliku fil-pajjiżi ta’ oriġini, ta’ trasferiment u ta’ destinazzjoni tal-minorenni mhux akkumpanjati dwar ir-riskji relatati mal-migrazzjoni tat-tfal, partikolarment dwar l-isfruttament tal-minorenni u l-kriminalità organizzata; jenfasizza li l-investigazzjonijiet tal-istorja personali u familjari huma importanti ħafna sabiex ikun aċċertat l-isfond tal-minorenni u sabiex jitfasslu pjanijiet speċifiċi għall-integrazzjoni tagħhom fil-pajjiż tal-wasla jew ir-riintegrazzjoni tagħhom fil-pajjiż ta’ oriġini;
9. Ifakkar li l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin hi pass neċessarju u kruċjali, għax il-minorenni, speċjalment il-bniet, huma partikolarment konfrontati u vulnerabbli għal dan it-traffikar, il-vjolenza speċifika għall-ġeneru u l-isfruttament, b’mod partikolari l-isfruttament u l-abbużi tax-xogħol u sesswali; jenfasizza l-fatt li jridu jiġu stabbiliti mekkaniżmi effettivi għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, ir-rappurtar, ir-riferiment, l-investigazzjoni, it-trattament u s-segwitu ta’ inċidenti relatati ma' traffikar u l-sfruttament u l-abbuż tax-xogħol u sesswali, u li għandha tittieħed azzjoni fil-pajjiżi terzi biex jiġu trattati l-kawżi prinċipali tat-traffikar; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ikunu viġilanti ħafna u jimplimentaw b'mod effettiv id-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, id-Direttiva 2011/93/UE dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija u d-Direttiva 2012/29/UE li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità; jistieden ukoll lill-Istati Membru u l-UE biex isaħħu l-kooperazzjoni pulizjeska u ġudizzjarja u biex jikkooperaw mal-Koordinatur tal-UE għall-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin biex jidentifikaw vittmi potenzjali, jissensibilizzaw lill-pubbliku u jiġġieldu kontra t-traffikar tal-bnedmin; jilqa’, finalment, l-adozzjoni tal-Istrateġija tal-UE lejn il-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin (2012-2016), b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar il-finanzjament tat-tfassil ta’ linji gwida dwar is-sistemi tal-protezzjoni tat-tfal u l-iskambju tal-aħjar prassi; ifakkar lill-Istati Membri fl-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li jitlob lill-istati jieħdu miżuri biex jikkumbattu t-trasferiment illeċitu tat-tfal; jistieden lill-Istati Membri jaħdmu b'mod kollaborattiv ma' pajjiżi terzi biex jindirizzaw il-problema dejjem tikber tal-kuntrabandu illegali tat-tfal; iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu passi legali kontra l-kuntrabandisti, u meta jkun possibbli b'sanzjonijiet xierqa u kommensurabbli; jinsab imħasseb dwar is-sitwazzjoni ta' ħafna minorenni mhux akkumpanjati li jgħixu bil-moħbi fl-UE u huma partikolarment vulnerabbli għall-isfruttament u l-abbuż; jistieden lill-awtoritajiet tal-Istati Membri u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jaħdmu flimkien u jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw il-protezzjoni u d-dinjità tagħhom;
10. Iqis li hija ħasra li l-protezzjoni tat-tfal hi sottofinanzjata b'mod sinifikanti u konsistenti meta din titqabbel ma' setturi umanitarji oħrajn; jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni speċifika lill-minorenni mhux akkumpanjati fil-Fond Ewropew għall-Migrazzjoni u l-Asil sabiex jingħataw garanziji fit-tul f’dak li jirrigwarda l-protezzjoni tat-tfal, u fosthom it-taqsimiet relatati mar-refuġjati, dawk li jfittxu l-asil, il-fruntieri esterni u r-ritorn, u fil-Fond Soċjali Ewropew, b'mod partikolari bil-għan li jiġu appoġġjati l-aktar reġjuni milquta; iqis li għandu jkun żgurat finanzjament adegwat fit-tul, b’mod partikolari għall-programmi mmirati lejn l-identifikazzjoni ta' minorenni mhux akkumpanjati, l-akkoljenza adegwata, il-protezzjoni, il-ħatra ta' kustodju legali, l-ittraċċar tal-familja, ir-risistemazzjoni u r-riintegrazzjoni, u t-taħriġ tal-gwardji u l-awtoritajiet tal-fruntieri;
Linji gwida strateġiċi
11. Jistieden lill-Kummissjoni tfassal linji gwidi strateġiċi għall-Istati Membri li għandhom, abbażi tal-aħjar prassi, ikollhom il-forma ta’ standards minimi komuni u li jindirizzaw kull stadju tal-proċess, mill-wasla tal-minorenni fit-territorju Ewropew sakemm tinstab soluzzjoni dejjiema għalih/a, biex tkun żgurata protezzjoni adegwata għalih/a; jistieden lill-Istati Membri jadottaw strateġiji nazzjonali għall-minorenni mhux akkumpanjati, li jkunu msejsa fuq dawn il-linji gwida strateġiċi, u jaħtru punt ta’ kuntatt nazzjonali responsabbli għall-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri u l-azzjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja s-sitwazzjoni u l-azzjonijiet meħuda fl-Istati Membri b’kooperazzjoni mal-grupp ta’ esperti eżistenti u tissottometti rapport annwali lill-Parlament u l-Kunsill;
12. Ifakkar li l-ebda tifel jew tifla ma jistgħu jiġu miċħuda aċċess għat-territorju tal-UE u jinsisti li l-Istati Membri jridu josservaw l-obbligi internazzjonali u Ewropej li japplikaw meta t-tfal ikunu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, mingħajr ebda restrizzjoni arbitrarja; ifakkar ukoll li l-ebda tifel jew tifla ma jistgħu jiġu mibgħuta lura permezz ta’ proċedura aċċellerata fil-fruntiera ta’ Stat Membru;
13. Jistieden lill-Istati Membri jikkonformaw b’mod strett u mingħajr eċċezzjonijiet mal-obbligu fundamentali li minorenni ma jista’ qatt jiġi detenut; jiddeplora l-fatt li l-proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ dawk li jfittxu l-asil ma projbixxietx id-detenzjoni ta' tfal mhux akkumpanjati li jfittxu l-asil, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jirrispettaw il-parametru referenzjarju ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali stabbilit mid-Direttiva; jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-ġurisprudenza rilevanti, toqgħod attenta ħafna meta tapplika d-dispożizzjoijiet tad-dritt tal-UE dwar id-detenzjoni tal-minorenni; iħeġġeġ lill-Istati Membri jqiegħdu lill-minorenni fi djar maħsuba speċifikament għat-tfal, filwaqt li jqisu l-età u l-ġeneru tagħhom;
14. Iqis li hija r-responsabilità ta’ kull Stat Membru li jidentifika l-minorenni mhux akkumpanjati; jistieden lill-Istati Membri jidderieġu lil dawn il-minorenni, immedjatament malli jaslu, lejn servizzi speċjalizzati bħas-servizzi soċjali u edukattivi, li jridu, min-naħa l-waħda, jivvalutaw iċ-ċirkostanzi individwali u l-ħtiġijiet ta’ protezzjoni speċifiċi ta’ kull minorenni, b'mod partikolari n-nazzjonalità, l-edukazzjoni, l-isfond etniku, kulturali u lingwistiku u l-grad ta' vulnerabilità u, min-naħa l-oħra, jipprovdulhom immedjatament, b’lingwa u b’mezz li huma jifhmu, fejn meħtieġ permezz ta’ interpreti, l-informazzjoni kollha li jeħtieġu dwar id-drittijiet tagħhom, protezzjoni, opportunitajiet legal u ta’ assistenza, u l-proċeduri u l-implikazzjonijiet tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jikkondividu l-aħjar prassi dwar għodod adattati għat-tfal biex jagħtuhom idea ċara tal-proċeduri relevanti u d-drittijiet tagħhom; jistieden lill-Istati Membri, f’dan ir-rigward, biex jagħtu attenzjoni partikolari u jipprovdu arranġamenti speċjali f’termini ta’ identifikazzjoni, akkoljenza u protezzjoni lill-minorenni mhux akkumpanjati bi bżonnijiet speċifiċi ta' protezzjoni, u b’mod partikolari lill-minorenni mhux akkumpanjati li jkunu vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, filwaqt li jipprovdulhom l-assistenza u l-protezzjoni meħtieġa skont id-Direttiva 2011/36/UE;
15. Jiddeplora n-natura intrużiva u mhux adatta tat-tekniki mediċi utilizzati f’ċerti Stati Membri biex tiġi determinata l-età tal-minorenni, lijistgħu jikkawża trawma, u n-natura kontroversjali u l-marġnijiet kbar ta' żbalji ta’ wħud mill-metodi li huma bbażati fuq il-maturità tal-għadam jew il-mineralizzazzjoni tas-snien; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi, fil-linji gwida strateġiċi, standards komuni msejsa fuq l-aħjar prassi, fir-rigward tal-metodu biex tiġi vvalutata l-età, li għandu jikkonsisti f’valutazzjoni multidimensjonali u multidixxiplinarja, imwettqa b’mod xjentifiku, sikur, sensittiv għat-tfal, sensittiv għall-ġeneru u ġust, b’attenzjoni partikolari għall-bniet, u għandha ssir minn prattikanti u esperti indipendenti u kwalifikati; ifakkar li d-determinazzjoni tal-età għandha ssir bir-rispett dovut tad-drittijiet u tal-integrità fiżika tat-tfal, u tad-dinjità tal-bniedem, u li l-minorenni għandhom dejjem jingħataw il-benefiċċju tad-dubju; ifakkar ukoll li l-eżamijiet mediċi għandhom isiru biss wara li jkun intużaw metodi oħra ta’ valutazzjoni tal-età, u li għandu jkun possibbli li jsir appell kontra r-riżultati ta’ din il-valutazzjoni; jilqa’ l-ħidma tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil f’dan ir-rigward, li għandha tintuża bħala bażi ta’ kif għandhom jiġu trattati l-minorenni kollha;
16. Jistieden lill-Istati Membri, malli minorenni mhux akkumpanjat jasal jew tasal fit-territorju tagħhom u sakemm tinstab soluzzjoni dejjiema, biex jiżguraw li jinħatar kustodju jew persuna responsabbli li takkumpanja, tassisti u tirrappreżenta lill-minorenni fil-proċeduri kollha u li tippermetti lilu jew lilha jgawdi jew tgawdi d-drittijiet kollha tiegħu jew tagħha fil-proċeduri kollha, u jitlob li l-minorenni jiġu informati dwar il-ħatra tal-persuna responsabbli għalihom mingħajr ebda dewmien; jitlob, barra minn hekk, li din il-persuna jkollha taħriġ speċifiku fl-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-minorenni mhux akkumpanjati, il-protezzjoni tat-tfal u d-drittijiet tat-tfal, u l-liġi tal-asil u tal-migrazzjoni, u biex taġixxi b’indipendenza totali; jemmen li dawn il-persuni għandhom jirċievu taħriġ regolari u jkunu monitorjati b’mod regolari u indipendenti; jistieden lill-Kummissjoni biex fil-linji gwida strateġiċi tinkludi standards komuni, abbażi tal-l-aħjar prassi, fir-rigward tal-mandat, il-funzjonijiet, il-kwalifiki, il-ħiliet u t-taħriġ ta’ dawn il-persuni;
17. Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-uffiċjali u l-persunal li jaħdmu għall-awtoritajiet li aktarx ikollhom kuntatt mal-minorenni mhux akkumpanjati, inklużi minorenni li jkunu sfaw vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, ikunu kwalifikati u mħarrġa, biex ikun jistgħu jidentifikaw każijiet ta’ dan it-tip u jitrattawhom kif jixraq, u li jipprovdulhom taħriġ adegwat dwar il-ħtiġijiet speċifiċi tal-minorenni mhux akkumpanjati u dwar id-drittijiet tat-tfal, l-imġiba u l-psikoloġija tat-tfal, u l-liġi tal-asil u tal-migrazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu taħriġ obbligatorju speċifiku għall-ġeneru għall-persunal li jilqgħu minorenni mhux akkumpanjati fid-djar ta’ kenn, dawk li jagħmlu l-intervisti, dawk li jieħdu deċiżjonijiet u r-rappreżentanti legali ta’ minorenni mhux akkumpanjati, u jiżguraw li l-pulizija u l-awtoritajiet legali fl-Istati Membri jattendu regolarment taħriġ speċifiku għall-ġeneru; jenfasizza li l-persuna inkarigata mill-minorenni għandha tinformahom u tagħtihom pariri, iżda din tista' biss tissupplimenta l-parir legali u ma tistax tissostitwih; jindika li indipendentement min-nazzjonalità tat-tfal, u jekk din in-nazzjonalità tkunx rikonoxxuta jew le, l-Istat Membru li jsibu ruħhom fih it-tfal mhux akkumpanjati jrid jaġixxi bħala l-kustodju tat-tfal u jipprovdilhom l-ogħla grad ta' protezzjoni;
18. Sabiex ikunu żgurati l-konsistenza u standards ugwali fil-protezzjoni tal-minorenni mhux akkumpanjati fl-UE, iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu protezzjoni adegwata lill-minorenni mhux akkumpanjati, independentement mill-istatus tagħhom u bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk li jgħoddu tat-tfal li jkollhom in-nazzjonalità tal-pajjiż ta’ akkoljenza:
—
aċċess għal akkomodazzjoni xierqa: l-akkomodazzjoni għandha dejjem tinkludi kundizzjonijiet sanitarji adegwati, l-akkomodazzjoni ‘f’ċentru’ m’għandha qatt tkun f’ċentru magħluq, u fl-ewwel jiem, għandha tkun f’ċentru speċjalizzat tal-akkoljenza ta’ minorenni mhux akkumpanjati; wara din l-ewwel fażi, il-minorenni għandhom jiġu provduti b’akkomodazzjoni aktar stabbli; il-minorenni mhux akkumpanjati għandhom ikunu dejjem separati mill-adulti; iċ-ċentru għandu jissodisfa l-ħtiġijiet tal-minorenni u jkollu faċilitajiet xierqa; l-akkomodazzjoni f’familji ta’ akkoljenza u ‘f’unitajiet tal-għajxien’, u l-kondiviżjoni ta' akkomodazzjoni ma’ minorenni oħra li jkunu qraba jew ħbieb tal-minorenni mhux akkumpanjati għandha titħeġġeġ meta tkun xierqa u mixtieqa mill-minorenni;
—
irid ikun provdut lilhom appoġġ materjali, legali u psikoloġiku adegwat mill-mument li fih jiġu identifikati bħala minorenni mhux akkumpanjati;
—
id-dritt għall-edukazzjoni, taħriġ professjonali u pariri soċjoedukattivi, u aċċess immedjat għalih; il-possibilità li jattendu l-iskola fil-pajjiż ta’ akkoljenza għandha tiġi żgurata mingħajr dewmien; barra minn hekk, il-minorenni mhux akkumpanjati għandhom meta jkun possibbli jingħataw aċċess effettiv għall-korsijiet tal-lingwa, fil-lingwa relevanti tal-pajjiż ta’ akkoljenza, immedjatament wara l-wasla tagħhom fit-territorju ta' Stat Membru; L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw ir-rikonoxximent tal-istudji preċedenti tat-tfal sabiex jippermettulhom aċċess għal edukazzjoni ulterjuri fl-Ewropa;
—
id-dritt għas-saħħa u aċċess effettiv għal kura medika bażika adegwata; barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jipprovdu kura medika u psikoloġika adegwata għall-minorenni li jkunu sfaw vittmi ta' tortura, abbuż sesswali jew forom oħra ta' vjolenza; L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll trattamenti speċjali skont il-ħtieġa (i.e. aċċess għas-servizzi ta' riabilitazzjoni) għall-minorenni li jkunu sfaw vittmi ta' xi forma ta' abbuż, sfruttament, tortura jew trattament krudili, inuman u degradanti, jew li jkunu milquta minn kunflitti armati;
—
aċċess għall-informazzjoni u użu tal-midja (ir-radju, it-televiżjoni, l-internet) sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet tagħhom ta' komunikazzjoni;
—
id-dritt li jiddevertu, fosthom id-dritt li jilagħbu u li jieħdu sehem f'attivitajiet rikreattivi;
—
id-dritt tal-minorenni mhux akkumpanjati kollha ta’ użu u żvilupp kontinwi tal-identità u l-valuri tagħhom stess, inkluża l-lingwa materna tagħhom;
—
id-dritt li jimmanifestaw u jipprattikaw ir-reliġjon tagħhom;
19. Ifakkar li l-proċeduri kollha għandhom ikunu adattati għall-minorenni, billi jitqiesu l-età, il-grad ta’ maturità u l-livell safejn jifhmu, u għandhom ikunu sensittivi għall-bżonnijiet tat-tfal, b'konformità mal-Linji Gwida tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Ġustizzja Adattata għat-Tfal, u jilqa' l-attivitajiet tal-Kummissjoni għall-promozzjoni ta' dawn il-linji gwida; il-fehmiet tal-minorenni għandhom jinstemgħu u jitqiesu f’kull pass tal-proċeduri, b’kooperazzjoni ma’ persuni kompetenti u imħarrġa bħal psikologi, assistenti soċjali u medjaturi kulturali;
20. Jilqa’ l-progress li sar fil-leġiżlazzjoni dwar l-asil u jistieden lill-Istati Membri jagħmlu r-riformi leġiżlattivi u amministrattivi neċessarji sabiex jimplimentawh tali dispożizzjonijiet b'mod effettiv; ifakkar, madankollu, li l-politiki tal-UE dwar l-asil iridu jitrattaw lill-minorenni mhux akkumpanjati l-ewwel u qabel kollox bħala tfal, u jħeġġeġ lill-Istati Membri, għaldaqstant, biex safejn ikun possibbli jeżentaw lill-minorenni mhux akkumpanjati minn proċeduri aċċellerati u minn proċeduri fil-fruntieri; ifakkar ukoll li l-Istat Membru responsabbli għal applikazzjoni għall-asil magħmula f’aktar minn Stat Membru wieħed minn minorenni mhux akkumpanjat, bla membri tal-familja tiegħu jew tagħha legalment preżenti fit-territorju tal-Istati Membr, hu l-Istat li fih il-minorenni jkun preżenti wara li jkun għamel applikazzjoni hemmhekk, u jistieden lill-Istati Membri jsegwu d-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja; jenfasizza l-fatt li hu kruċjali, minħabba l-bżonnijiet speċifiċi tal-minorenni mhux akkumpanjati, li l-applikazzjonijiet għall-asil tagħhom jingħataw prijorità biex tkun tista' tittieħed deċiżjoni ġusta malajr kemm jista' jkun; jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw is-sistemi tagħhom ta' asil bil-għan li jistabbilixxu qafas istituzzjonali armonizzat u sensittiv għat-tfal li jqis il-bżonnijiet speċjali u d-diffikultajiet differenti tal-minorenni mhux akkumpanjati, u speċjalment tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin;
21. Jisħaq li kwalunkwe deċiżjoni li tikkonċerna l-minorenni mhux akkumpanjati għandha tittieħed abbażi ta' valutazzjoni individwali u bir-rispett dovut tal-aħjar interessi tat-tifel jew tifla;
22. Jikkundanna s-sitwazzjonijiet prekarji ħafna li dawn il-minorenni jħabbtu wiċċhom magħhom, f’daqqa waħda, ġaladarba jkollhom l-età legali; jistieden lill-Istati Membri jikkondividu l-aħjar prassi u jipprevedu proċeduri ta' assistenza għal dawn il-minorenni fit-tranżizzjoni tagħhom għall-ħajja adulta; ifaħħar il-ħidma tal-Kunsill tal-Ewropa f’dan ir-rigward, u jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fil-linji gwida strateġiċi tagħha l-aħjar prassi għat-tfassil ta’ ‘proġetti tal-ħajja individwalizzati’ mħejjija għall-minorenni, u magħhom;
23. Jistieden lill-Istati Membri jiddefinixxu r-responsabilitajiet ta' kull sieħeb, b'mod partikolari l-awtoritajiet nazzjonali u lokali, is-servizzi ta’ assistenza soċjali, il-ħaddiema maż-żgħażagħ, il-familji u r-rappreżentanti legali, fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' proġetti tal-ħajja u biex jiżguraw il-koordinazzjoni tagħhom;
24. Jenfasizza bil-qawwi li l-għan aħħari, ġaladarba minorenni mhux akkumpanjat jasal jew tasal fit-territorju tal-UE, irid ikun li tinstab soluzzjoni dejjiema għalih jew għaliha, li tirrispetta l-aħjar interessi tiegħu jew tagħha; ifakkar li din it-tiftixa għal soluzzjoni għandha tibda billi jiġu studjati l-possibilitajiet ta’ riunifikazzjoni tal-familja, fl-UE u barra minnha, sakemm dan ikun fl-aħjar interessi tat-tifel jew tifla; jenfasizza li bħala prinċipju l-minorenni jista' jintalab jgħin fit-tfittxija għall-membri tal-familja tiegħu imma li m'għandu jkun hemm ebda obbligu li dan jikkoopera bħala fattur determinanti fil-kunsiderazzjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali; ifakkar li, f'każijiet fejn ikun hemm riskju għall-ħajja tal-minorenni jew tal-membri tal-familja, b'mod partikolari meta l-membri tal-familja jibqgħu fil-pajjiż ta' oriġini, il-ġbir, l-ipproċessar u t-trażmissjoni tal-informazzjoni dwar dawn il-persuni jridu jsiru fuq bażi kunfidenzjali sabiex ikun żgurat li ma tiġix ipperikolata l-ħajja ta' dawk ikkonċernati; jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom kollha jtejbu l-kooperazzjoni, b’mod partikolari billi jneħħu l-ostakli burokratiċi kollha fil-qasam tal-ittraċċar u/jew riunifikazzjoni tal-familja u jikkondividu l-aħjar prassi; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/86/KE dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, u b’mod speċjali l-Artikolu 10(3) tagħha;
25. Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi, fil-linji gwida strateġiċi tagħha, standards komuni, imsejsa fuq l-aħjar prassi, dwar il-kundizzjonijiet li jridu jintlaħqu biex minorenni jkun jista’ jiġi ritornat, b’mod konsistenti, b’rispett tal-aqwa interessi tat-tifel jew tifla u bbażati fuq l-Istudju Komparattiv dwar Prattiki fil-Qasam tar-Ritorn tal-Minorenni, ippubblikat mill-Kummissjoni fl-2011, li jinkludi lista’ ta’ kontroll u ġabra tal-aħjar prassi; itenni b’qawwa li l-ebda deċiżjoni ta’ ritorn ta’ minorenni ma tista’ tittieħed jekk ma tkunx fl-aħjar interessi tat-tifel jew tifla jew jekk din tipperikola l-ħajja, is-saħħa fiżika u mentali, il-benessri, is-sigurtà jew id-drittijiet fundamentali tal-minorenni jew tal-familja tiegħu, u li jridu jitqiesu u jiġu valutati għalkollox iċ-ċirkostanzi individwali ta’ kull minorenni (u tal-membri tal-familja tiegħu jew tagħha fil-każ ta' riunifikazzjoni tal-familja); ifakkar li deċiżjoni ta’ ritorn tista’ tittieħed biss wara li jkunu ġie aċċertat li l-minorenni, se jgawdi, fil-pajjiż ta’ ritorn, dispożizzjoni sikuri, konkretti u adatti li jirrispettaw id-drittijiet tiegħu jew tagħha u assoċjati ma’ miżuri ta’ riintegrazzjoni fil-pajjiż ta’ ritorn; iħeġġeġ lill-Istati Membri, għall-iżgurar ta’ ritorn sikur tat-tifel jew tifla, biex jistabbilixxu arranġamenti ta’ kooperazzjoni u monitoraġġ mal-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu u b’kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet nongovernattivi lokali u internazzjonali, u biex jiżguraw il-protezzjoni u r-riintegrazzjoni tal-minorenni wara r-ritorn tagħhom; jinnota li tali arranġamenti huma element vitali tar-ritorn; jistieden lill-Kummissjoni biex fl-evalwazzjoni tad-Direttiva 2008/115/KE tinsisti fuq l-impatt tagħha fuq il-minorenni mhux akkumpanjati, u b'mod partikolari l-Artikolu 10, l-Artikolu 14(1)(c) u l-Artikolu 17 tagħha; jistieden lill-Unjoni Ewropea timpenja ruħha li ttejjeb ir-reazzjoni tagħha bl-għan li jintemmu l-fatturi potenzjali li jħeġġu l-migrazzjoni, inkluż iż-żwieġ bikri u sfurzat, prattiki tradizzjonali dannużi bħall-mutilazzjoni ġenitali femminili, u l-vjolenza sesswali fid-dinja kollha;
26. Jenfasizza l-fatt li l-integrazzjoni tal-minorenni mhux akkumpanjat fil-pajjiż ta' akkoljenza trid tkun iċċentrata fuq proġett tal-ħajja individwali, imfassal għall-minorenni u miegħu, b'rispett sħiħ tal-isfond etniku, reliġjuż, kulturali u lingwistiku tiegħu jew tagħha;
27. Jistieden lill-Istati Membri jdaħħlu obbligu li l-awtoritajiet pubbliċi jieħdu azzjoni fir-rigward ta' minorenni mhux akkumpanjati li jisfgħu vittmi tat-talb ta’ flus fit-toroq; iqis li l-isfruttament tal-minorenni b'rabta mat-talb għall-flus fit-toroq għandu jiġi evitat akkost ta' kollox.
o o o
28. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Kunsill tal-Ewropa.
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mir-Rappreżentant Għoli tal-UE Catherine Ashton tat-30 ta’ Awwissu 2013 dwar is-sitwazzjoni f’Kivu tat-Tramuntana, u tas-7 ta’ Ġunju 2012 u tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar is-sitwazzjoni fil-Kongo tal-Lvant,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-AKP-UE dwar is-sitwazzjoni ta' instabilità u nuqqas ta' sigurtà fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar u, b'mod partikolari, fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), adottata fil-laqgħa tagħha f'Paramaribo (is-Surinam) mis-27 sad-29 ta’ Novembru 2012,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2013 dwar ir-reġjun tal-Lagi l-Kbar, u tal-10 ta’ Diċembru 2012, tad-19 ta’ Novembru 2012 u tal-25 ta’ Ġunju 2012 dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant tar-RDK,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti nri 2053 (2012) dwar is-sitwazzjoni fir-RDK, 1925(2010), 1856 (2008) li tispeċifika l-mandat tal-missjoni tan-NU fir-RDK (Monusco) u 2098 (2013) li ġeddedt il-mandat tal-Monusco,
– wara li kkunsidra r-Rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tat-28 ta’ Ġunju 2013 dwar il-Missjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo,
– wara li kkunsidra l-Istqarrija tal-President tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-25 ta’ Lulju 2013 dwar il-qagħda fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Unjoni Africana (UA) dwar is-sitwazzjoni fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar, b'mod partikolari fil-parti tal-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) waqt it-393 laqgħa tiegħu li saret fit-28 ta’ Awwissu 2013,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kapijiet ta’ Stat u Gvern tal-istati membri tal-Konferenza Internazzjonali dwar ir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar (ICGRL) tas-6 ta’ Awwissu 2013 u tal-24 ta’ Novembru 2012 dwar is-sitwazzjoni tas-sigurtà fir-RDK,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Pajjiżi Frankofoni (OIF) li ttieħdet waqt l-XIV-il Samit tal-Frankofonija tat-13 u l-14 ta’ Ottubru 2012 dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Congo,
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija ta' Cotonou ffirmat f'Ġunju 2000,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet 1325 (2000), 1820 (2008), 1888 (2009) u 1960 (2010) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 3, u l-Protokoll II, tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1949, li jipprojbixxu l-eżekuzzjoniijet sommarji, l-istupru, ir-reklutaġġ furzat u atroċitajiet oħra;
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-20 ta' Novembru 1989, li b'mod partikolari tipprojbixxi l-involviment tat-tfal fil-kunflitti armati,
– wara li kkunsidra l-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet tat-Tfal rigward l-involviment tat-tfal fil-kunflitti armati, li ġie ratifikat mill-pajjiżi tar-reġjun tal-Lagi l-Kbar,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948 u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,
– wara li kkunsidra l-Karta Afrikana tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, li ġiet ratifikata mir-RDK fl-1982,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi minn Lulju li għadda sal-lum il-vjolenza fil-Lvant tal-Kongo qiegħda tiżdiet, fejn reġgħu bdew l-ostilitajiet bejn l-M23 u t-truppi tal-gvern, li rriżulta fit-telf ta’ eluf ta’ ħajjiet, ferimenti bla għadd inklużi attakki fuq il-persuni ċivili u fuq il-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti għaż-żamma tal-paċi; billi s-sitwazzjoni umanitarja għadha waħda kritika;
B. billi minħabba l-konflitt armat rikorrenti, ir-reġjun ta’ Kivu sofra atroċitajiet u vjolenza, inklużi s-sakkeġġ, il-vjolenza sesswali u bbażata fuq il-ġeneru, ħtib, u reklutaġġ furzat tat-tfal minn gruppi armati, u vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, li għadhom ikunu kastig li jdgħajjef l-isforzi li qed jagħmlu l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u l-korpi reġjonali biex itemmu l-konflitt;
C. billi nqatel membru tal-persunal tan-NU għaż-żamma tal-paċi u 10 oħra ndarbu fit-28 ta' Awwissu 2013 waqt attakk fuq il-grupp ta’ ribelli M23 fil-għoljiet ta’ Kibati fit-Tramuntana ta’ Kivu waqt li Monusco appoġġjat il-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) fil-protezzjoni taż-żoni ta’ Goma popolati bin-nies ċivili;
D. billi aktar minn 2.7 miljun ruħ spustati internament (internally displaced people - IDPs) ġew imġiegħla jaħarbu minn darhom, inklużi aktar minn 1 miljun ruħ fl-2012 biss, u aktar minn 440 000 rifuġjat Kongoliż ħarbu lejn pajjiżi Afrikani oħra, fejn hemm madwar 6,4 miljun ruħ li jeħtieġu l-ikel u l-għajnuna ta' emerġenza li issa bil-kemm qed iżommu ħajjin f’kundizzjonijiet prekarji bħala riżultat tal-ġlied u l-vjolazzjonijiet rikorrenti kemm tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom kif ukoll tal-liġi umanitarja internazzjonali fil-Lvant tar-RDK;
E. billi n-nuqqas ta' taħrik il-qorti mir-RDK ta' dawk responsabbli għall-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u delitti tal-gwerra jippromwovi l-klima ta' impunità u jinkoraġġixxi t-twettiq ta' delitti ġodda;
F. billi n-negozjati bejn il-gruppi ribelli u l-Istat tar-RDK ilhom interrotti minn Mejju 2013; filwaqt li jfakkar li r-ribelli tal-M23 li ġew integrati fl-armata wara ftehim ta’ paċi tal-2000 irribellaw f’April 2012 u li l-M23 jikkostitwixxi wieħed mit-tużżana gruppi armati li qed jiġġieldu f’dan ir-reġjun għani fir-riżorsi;
G. billi s-7 samit tal-ICGLR beda fil-5 ta’ Settembru 2013 u talab li n-negozjati tal-paċi jinfetħu mill-ġdid u jiġu konklużi malajr;
H. billi r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2098 (2013) tat-28 ta’ Marzu 2013 estendiet sal-31 ta’ Marzu 2014 il-mandat tal-Monusco u ħolqot, fuq bażi eċċezzjonali, “brigata ta’ intervent” speċjalizzata fi ħdan il-forza eżistenti ta’ 19 815-il ruħ tal-operazzjoni;
I. billi fl-2012 l-istati membri tal-ICGLR varaw mekkaniżmu ta’ verifika konġunta (MVK), immirat biex jimmonitorja l-movimenti tat-truppi fil-Lvant tar-RDK u jiskjera l-Forza Internazzjonali Newtrali prevista;
J. billi l-grupp ta' esperti tan-NU ppubblika evidenza li torbot ir-Rwanda mar-ribelli, u l-Istati Uniti stieden lill-Kigali iwaqqaf l-appoġġ tiegħu; billi r-Rwanda ripetutement ċaħdet li kellha xi rabta mal-M23;
K. billi r-rikors għall-vjolenza sesswali u l-użu aktar mifrux tal-istupru bħala arma tal-gwerra għandhom konsegwenzi enormi, bħalma huma l-qerda fiżika u psikoloġika tal-vittmi, u għandhom jitqiesu bħala delitti tal-gwerra; billi l-awtoritajiet nazzjonali u l-komunità internazzjonali fil-biċċa l-kbira investew fit-tisħiħ tas-sistema ġudizzjarja, speċjalment fuq in-naħa militari, u fuq l-inkoraġġiment tal-ftuħ ta’ inkjesti u prosekuzzjonijiet dwar il-vjolenza sesswali; billi l-proċessi tal-qorti saru iżda b’nuqqas ta’ eżekuzzjoni tas-sentenzi, u f’ħafna każijiet dawk li jinstabu ħatja jkunu kapaċi jaħarbu u ftit li xejn isir biex il-vittmi jiġu kkumpensati;
L. billi huwa neċessarju li jiġu ttrattati l-konsegwenzi tal-kunflitt, b'mod partikolari permezz tad-demilitarizzazzjoni, ir-rieżami tal-governanza lokali, id-demobilizzazzjoni u r-reintegrazzjoni tal-ex ġellieda, ir-ripatrijazzjoni tar-rifuġjati, ir-risistemazzjoni ta' persuni li ġew spustati f'pajjiżhom stess, u l-implimentazzjoni ta' programmi vijabbli ta' żvilupp;
M. billi l-Unjoni Ewropea qed tikkontribwixxi għar-restawrazzjoni tas-setturi tal-ġustizzja u s-sigurtà (il-pulizija u l-armata) u qed tipprova ġġibhom jiffunzjonaw sew permezz tal-assistenza finanzjarja u teknika tagħha u billi tħarreġ il-persunal fi ħdan il-qafas tal-missjonijiet tal-EUSEC RD u tal-EUPOL RD;
N. billi l-kwistjoni tal-isfruttament illegali tar-riżorsi naturali tal-pajjiż, li wħud minnhom irnexxielhom jaslu f’pajjiżi oħra, hija waħda mill-fatturi li qed trewwaħ u tiggrava l-konflitt fir-RDK u tibqa’ għajn ta’ nuqqas ta’ sigurtà għar-reġjun kollu kemm hu;
O. billi l-qgħad li qed jiżdied, il-kriżi soċjali, il-kriżi tal-ikel, l-inadegwatezza tas-servizzi bażiċi, il-ftaqir tal-popolazzjoni u d-degradazzjoni ambjentali fir-RDK ukoll huma parzjalment responsabbli għall-instabilità tal-pajjiż u r-reġjun tal-Lagi l-Kbar;
P. billi fix-xhur riċenti ma kien hemm l-ebda progress fir-rigward tal-abbozz ta' liġi dwar il-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ir-ripressjoni tal-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġurnalisti fir-RDK żdiedet u ġew arrestati b'mod arbitrarju u intimidati; billi ma ttieħdu l-ebda passi sabiex dawk responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja;
Q. billi wara li fid-9 ta’ April 2013 reġa’ ssokta l-proċess tal-appell quddiem il-qorti militari suprema rigward il-qtil f’Ġunju 2010 ta’ Floribert Chebeya, direttur eżekuttiv tal-Vuċi ta’ dawk Mingħajr Vuċi (VSV) u membru tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija Kontra t-Tortura (OMCT), u Fidèle Bazana, membru tal-VSV, l-avukati tad-difiża Peter Ngomo Milambo, Emmanuel Ilunga Kabengele u Regine Sesepe irċevew theddidiet;
R. billi fis-7 ta’ Awwissu 2013, fir-raħal ta’ Kawakolo fit-Territorju ta’ Pweto, Provinċja ta’ Katanga, Godfrey Mutombo, membru tal-organizzazzjoni mhux governattiva Libertas, inqatel brutalment minn membri ta’ gruppi ribelli li kienu ilhom qed ixerrdu t-terrur f’xi villaġġi fit-tramuntana tal-provinċja sa mill-2011;
1. Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-eskalazzjoni riċenti tal-vjolenza fil-Lvant tar-RDK, li għandha konsegwenzi politiċi, ekonomiċi, soċjali, umanitarji u ta’ sigurtà serji fir-RDK u fir-reġjun kollu li diġà huwa fraġli u volatili;
2. Jikkundanna bil-qawwa l-aħħar tfaqqigħa tal-vjolenza fil-Lvant tar-RDK, speċjalment l-isparar indiskriminat mill-grupp armat M23, u gruppi armati oħra, b'mod partikolari l-Forzi Demokratiċi għal-Liberazzjoni tar-Rwanda (FDLR) li kkawżat imwiet, feriti u ħsara fost il-popolazzjoni ċivili; jikkundanna l-attakki mmirati mir-ribelli kontra l-MONUSCO, li qatlu għadd ta’ persuni, inkluża persuna mit-Tanzanija involuta fiż-żamma tal-paċi, u darbu għadd ta’ oħrajn; iħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati kollha jagħtu aċċess u protezzjoni lill-aġenziji umanitarji li qed jiġu jassistu lill-popolazzjoni ċivili li qed issofri;
3. Jitlob bi dritt il-waqfien immedjat tal-abbużi kollha li jsiru tad-drittijiet tal-bniedem inkluża l-vjolenza sesswali u bbażata fuq il-ġeneri mifruxa ma' kullimkien (riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1820 (2008) tad-19 ta’ Ġunju 2008), u r-reklutaġġ u l-użu sfortunat tat-tfal mill-forzi armati; jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-poplu tar-RDK li qed isofri minħabba l-gwerra;
4. Jistieden b’enfasi lill-awtoritajiet rilevanti kollha jieħdu azzjoni immedjata biex imexxu investigazzjoni imparzjali u profonda tal-każijiet kollha imgħoddija u preżenti ta’ vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, u jikkooperaw bis-sħiħ mal-Qorti Kriminali Internazzjonali; iħeġġeġ li tittieħed azzjoni biex jiġi żgurat li dawk li huma ħatja ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità, vjolenza sesswali kontra n-nisa u lieva ta’ suldati tfal jiġu rappurtati, identifikati, imħarrka u kkastigati skont id-dritt kriminali nazzjonali u internazzjonali;
5. Jikkundanna bil-qawwa s-suriet kollha ta’ appoġġ estern għall-grupp M23 u forzi oħra ta’ sfrattar fir-RDK u jitlob b'insistenza l-waqfien immedjat u permanenti ta' tali appoġġ;
6. Jappoġġja l-missjoni tal-brigata ta’ intervent tal-Monusco li intalbet tieħu azzjoni offensiva kontra l-gruppi armati, inkluż l-M23, ifaħħar il-passi attivi meħuda mill-Monusco biex timplimenta l-mandat tagħha, b'mod partikolari l-protezzjoni tan-nies ċivili, u jinkoraġġixxi l-kontinwazzjoni ta’ dawn l-isforzi; iħeġġeġ b'mod partikolari lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jieħdu l-azzjoni meħtieġa kollha skont ir-riżoluzzjoi 2098 (2013) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU biex jipproteġi lill-persuni ċivili fil-Lvant tar-RDK;
7. Jitlob li ssir investigazzjoni bir-reqqa mill-Mekkaniżmu ta’ Verifika Konġunta Mwessgħa (MVKM) tas-sorsi tal-balal sparati u l-bombi mit-territorju tar-RDK li spiċċaw fir-Rwanda li hi l-pajjiż ġar; jitlob li jkun hemm trasparenza u regolarità akbar tar-rapporti tal-MVKM;
8. Jenfasizza li kwalunkwe intervent dirett mill-pajjiżi ġirien tar-RDK jista’ biss jaggrava s-sitwazzjoni; jistieden lill-atturi reġjonali kkonċernati kollha jeżerċitaw l-akbar trażżin possibbli u joqogħdu lura minn kwalunkwe atti jew dikjarazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal deterjorament ulterjuri tas-sitwazzjoni; jistieden lill-pajjiżi ġirien jiżguraw rispett sħiħ għas-sovranità tar-RDK u l-integrità territorjali tagħha;
9. jilqa’ l-isforzi tal-istati membri tal-ICGRL, l-UA u n-NU fil-passi u l-inizjattivi tagħhom immirati biex tinstab soluzzjoni politika dejjiema, strutturali u paċifika għall-kriżi; jitlob li jiġu rrispettati d-dispożizzjonijiet kollha li jinsabu fil-ftehim ta’ qafas għall-paċi, is-sigurtà u l-kooperazzjoni (PSK);
10. Jistieden lill-pajjiżi tal-Lagi l-Kbar, b'mod partikolari wara l-impenji li saru fi Frar 2013 fil-qafas tal-ftehimiet ta' Addis Ababa, biex jidħlu għall-promozzjoni tal-paċi, tal-istabilità u tas-sigurtà b'mod konġunt biex isaħħu l-iżvilupp ekonomiku reġjonali, filwaqt li jagħtu attenzjoni speċjali lir-rikonċiljazzjoni, lir-rispett għad-drittijet tal-bniedem, lill-ġlieda kontra l-impunità, lis-stabbiliment ta' sistema ġudizzjarja imparzjali u biex l-obbligu tal-għoti ta' rendikont mill-gvern ikun aħjar;
11. Jilqa’ t-taħditied ta’ Kampala għall-paċi fir-reġjun li saru fil-5 ta’ Settembru 2013 taħt l-awspiċi tal-President tal-ICGLR, il-President tal-Uganda Yoweri Museveni, jinkoraġġixxi lill-atturi kollha kkonċernati jipparteċipaw u jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet Kongoliżi jappoġġjaw id-djalogu bejn il-komunitajiet, b'mod partikolari dawk li huma milquta mill-konflitt;
12. Jistieden lill-UA u lill-pajjiżi tal-Lagi l-Kbar ikomplu jieħdu aktar passi sabiex jiġġieldu l-isfruttament illeċitu tar-riżorsi naturali u l-kummerċ tagħhom – waħda mir-raġunijiet għall-proliferazzjoni u t-traffikar tal-armi, li imbagħad hija waħda mill-fatturi maġġuri li qed irewħu u jaggravaw il-kunflitti fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar;
13. Jistieden lill-komunità internazzjonali, inklużi l-UE, l-UA u n-NU, tkompli tagħmel minn kollox sabiex tipprovdi għajnuna aktar ikkoordinata u effikaċi għan-nies fil-Lvant tar-RDK u tikkontribwixxi għall-isforzi sabiex tingħata reazzjoni għad-diżastru umanitarju;
14. Jilqa’ l-mobilizzazzjoni ta’ EUR 10 miljun addizzjonali mill-Kummissjoni biex titwassal l-għajnuna umanitarja li hi meħtieġa b’urġenza lil 2.5miljun ruħ fir-RDK, li jġib l-għajnuna ta’ emerġenza tal-UE lir-RDK u lir-reġjun tal-Lagi l-Kbar għas-somma ta’ EUR 71 miljun fl-2013, li jagħmel lill-UE l-akbar donatur umanitarju tal-pajjiż;
15. Jinsisti li l-Gvern tar-RDK ilesti għalkollox riformi tas-settur tas-sigurtà u jitlob li jsiru sforzi kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak internazzjonali sabiex tiżdied l-awtorità tal-Istat u l-Istat tad-dritt fir-RDK, b’mod partikolari fl-oqsma tal-governanza u s-sigurtà, anki f’kooperazzjoni mill-qrib mal-missjoni għall-assistenza militari tal-Unjoni Ewropea (EUSEC) u l-missjoni ta' assistenza tal-pulizija tal-Unjoni (EUPOL), li għandhom jitkomplu sabiex jiġu kkonsolidati l-paċi u s-sigurtà kemm fil-pajjiż kif ukoll fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar;
16. Jinkoraġġixxi lill-Parlament, lis-Senat u lill-President tar-RDK, Joseph Kabila, jimplimentaw il-miżuri meħtieġa kollha biex jikkonsolidaw id-demokrazija u jiżguraw parteċipazzjoni ġenwina mill-forzi politiċi kollha li jesprimu r-rieda tan-nazzjon Kongoliż fil-governanza tal-pajjiż, abbażi ta’ regoli kostituzzjonali u ġuridiċi kif ukoll elezzjonijiet ħielsa u ġusti; u jfakkar li għandhom jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet tal-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali tal-UE tal-2011, jiġu implimentati r-riformi indispensabbli għaċ-ċiklu elettorali, inkluż billi jiggarantixxu li jsiru elezzjonijiet lokali;
17. Jistieden lill-awtoritajiet Kongoliżi jiggarantixxu fiċ-ċirkostanzi kollha l-integrità fiżika u psikoloġika tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u jmexxu investigazzjoni fil-pront, bir-reqqa, imparzjali u trasparenti bil-għan li jiġu identifikati dawk kollha li huma responsabbli tat-theddid, l-attakki u l-qtil ta' għadd minn dawn id-difensuri;
18. Jenfasizza l-importanza tal-adozzjoni ta’ biċċiet ta’ leġiżlazzjoni li ilhom żmien mistennija, inkluża l-liġi dwar il-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi dwar il-konformità tad-dritt nazzjonali mal-Istatut ta' Ruma;
19. Jirrakkomanda li waqt l-24 sessjoni tiegħu il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti jadotta riżoluzzjoni qawwija li tistabbilixxi mill-ġdid xi sura ta’ mekkaniżmu ta’ monitoraġġ li jikkonċerna s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK, u li titlob lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem iressaq rapport dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK;
20. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Kongoliżi jiżguraw il-ħolqien effettiv ta' qorti mħallta speċjalizzata biex tgħin fil-ġlieda kontra l-impunità u tiġġudika lill-awturi tal-vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem u tal-liġi umanitarja internazzjonali fir-RDK, inkluża l-vjolenza sesswali kontra n-nisa;
21. Iqis li l-aċċess u l-kontroll trasparenti fuq ir-riżorsi naturali tar-RDK u d-distribuzzjoni ekwa tar-riżorsi permezz tal-baġit tal-Istat huma indispensabbli għall-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiż; jistieden, għaldaqstant, lill-Unjoni Afrikana u lill-pajjiżi tar-reġjun tal-Lagi l-Kbar jieħdu miżuri ulterjuri biex jiġġieldu l-isfruttament illeċitu tar-riżorsi naturali u n-negozju tagħhom, u lill-Unjoni Ewropea u l-komunità internazzjonali sħiħa biex isaħħu l-kooperazzjoni mar-RDK f'dan il-qasam;
22. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Unjoni Afrikana, lill-gvernijiet tal-pajjiżi tar-reġjun tal-Lagi l-Kbar, lill-President, il-Prim Ministru u l-Parlament tar-RDK, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lir-Rappreżentant Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Vjolenza Sesswali fil-Kunflitti, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, u lill-Assemblea Parlementari Konġunta AKP/UE.
Is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana
229k
26k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2013 dwar ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (2013/2823(RSP))
– wara li kkunsidra l-ftehim ta' Libreville (Gabon) tal-11 ta' Jannar 2013 dwar ir-riżoluzzjoni tal-kriżi politika militari fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA), iffirmat taħt il-patroċinju tal-kapijiet ta’ stat u gvern tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika Ċentrali (ECCAS), li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għat-tmien il-kriżi fir-RĊA,
– wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tal-14 ta’ Awwissu 2013 dwar is-sitwazzjoni fir-RĊA, kif ukoll ir-rapporti tad-Direttur tal-Uffiċċju Integrat tan-Nazzjonijiet Uniti għall-konsolidazzjoni tal-paċi fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (Binuca), tas-Sottosegretarju Ġenerali għall-affarijiet umanitarji u tas-Sottosegretarju Ġnerelai għad-drittijiet tal-bniedem;
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2088 (2013) tal-24 ta’ Jannar 2013, id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà fuq ir-RĊA, u wara li talab il-Kunsill tas-Sigurtà jappoġġa l-operazzjoni l-ġdida mmexxija mill-Afrika,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill għall-Paċi u s-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana tad-19 ta’ Lulju 2013 li tawtorizza t-tnedija tal-operazzjoni ta’ appoġġ tal-paċi mmexxija mill-Afrika mill-1 ta' Awwissu 2013;
– wara li kkunsidra s-samits straordinarji tal-Kapijiet ta’ Stat u Gvern tal-ECCAS li saru f’N’Djamena (Chad) fil-21 ta’ Diċembru 2012, fit-3 ta’ April 2013 u fit-18 ta’ April 2013, u d-deċiżjonijiet tagħhom li jistabbilixxu Kunsill Nazzjonali Tranżitorju (NTC) b’setgħat leġiżlattivi u kostitwenti u jadottaw pjan direzzjonali għall-proċess tranżitorju fir-RĊA,
– wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Grupp Internazzjonali ta’ Kuntatt tat-3 ta’ Mejju 2013 f’Brazzaville (il-Kongo), li vvalida l-pjan direzzjonali għat-tranżizzjoni u stabilixxa Fond Speċjali sabiex tiġi megħjuna r-RĊA,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-21 ta' Diċembru 2012, tal-1 u l-11 ta' Jannar 2013, tal-25 ta’ Marzu 2013, tal-21 ta’ April 2013 u tas-27 ta’ Awwissu 2013 mill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar ir-RĊA,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-21 ta' Diċembru 2012 tal-Kummissarju għall-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili dwar it-tifqigħa ġdida ta' kunflitt fir-RĊA,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE tad-19 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-RĊA,
– wara li kkunsidra l-istqarrijiet għall-istampa tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tas-27 ta' Diċembru 2012 u tal-4 u l-11 ta' Jannar 2013 dwar ir-RĊA,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki-moon tas-26 ta’ Diċembru 2012 fejn kkundanna l-attakki tar-ribelli u ħeġġeġ lill-partijiet kollha jimxu mad-deċiżjonijiet meħuda mill-ECCAS f’N'Djamena fl-21 ta’ Diċembru 2012, u tal-5 ta’ Awwissu 2013 fejn talab it-tmiem tal-impunità għall-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RĊA, inkluża l-kunsiderazzjoni ta’ sanzjonijiet,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-16 ta’ April 2013 mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Navanethem Pillay,fejn talbet għat-tmiem tal-vjolenza u għall-istabbiliment mill-ġdid tal-istat ta’ dritt fil-pajjiż,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tat-12. tad-19 u tal-31 ta Diċembru 2012 tal-President tal-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana, Nkosazana Dlamini-Zuma, dwar is-sitwazzjoni fir-RĊA,
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Cotonou rivedut,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Jannar 2013 dwar is-sitwazzjoni fir-RĊA(1),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi wara r-rebħa militari tal-koalizzjoni Séléka fl-24 ta’ Marzu 2013 u t-teħid tal-poter minnha, ċerti elementi fiha wettqu għadd ta’ atroċitajiet, stupri, delitti, vjolenzi fiżiċi, serq, sakkeġġi u ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem, kemm fil-belt kif ukoll fil-provinċji, u evitaw kull kontroll;
B. billi fl-20 ta’ Awwissu 2013, operazzjoni ta’ diżarm immexxija mis-Séléka f’Boy-Rabé, żona dominata mis-segwaċi tal-eks President François Bozizé, waslet għall-qtil ta’ 11-il persuna, u tużżani ġew feriti u kien hemm ukoll sakkeġġi;
C. billi fit-28 ta' Awwissu 2013 aktar minn 5,000 abitanti ta' Bangui ħarbu lejn l-arjuport internazzjonali principali tar-Repubblika Centru-Afrikana sabiex jaħarbu minn eks ġellieda ribelli li kienu qed jagħmlu rajds u okkupaw it-tarmak għal madwar 18-il siegħa;
D. billi għad hemm ir-riskju ta’ repetizzjoni tal-ostilitajiet bl-armi min-naħa ta’ dawk li kienu l-Forzi Armati Ċentru Afrikani li jiffavorixxu l-president mejjet François Bozizé u billi l-istrumentalizzazzjoni tat-tensjonijiet interreliġjużi ġġib tagħha riskji;
E. billi fl-4 ta’ Settembru 2013, il-prosekutur tal-Bangui Tribunal talab għal sentenza ta’ 10 snin priġunerija għall-24 eks ribelli Séléka li tressqu quddiem il-qrati fl-ewwel proċess li ttratta l-abbużi mwettqa fir-RĊA;
F. billi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem huwa valur fundamentali tal-Unjoni Ewropea u jirrappreżenta element essenzjali tal-Ftehim ta' Cotonou;
G. billi n-nuqqas ta' proċedimenti kontra dawk responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u delitti tal-gwerra quddiem il-qrati jippromwovi klima ta' impunità u jinkoraġġixxi t-twettiq ta' delitti ġodda;
H. billi fis-7 ta’ Awwissu 2013 l-prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) tat it-tieni twissija tagħha li d-delitti mwettqa fir-Repubblika Ċentru-Afrikana jistgħu jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-QKI u li l-uffiċċju tagħha se jipproċedi jekk dan ikun neċessarju;
I. billi dawn il-vjolenzi jwasslu għal spustamenti ġodda tal-popolazzjoni u li, skont l-istima tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Ġħajnuna Umanitarja, terz tal-popolazzjoni telaq minn daru u qed isofri minn malnutrizzjoni, li 1,6 miljun persuna għandhom bżonn kbir ta’ għajnuna, u 200 000 minnhom għandhom bżonn kura tas-saħħa, 484 000 jinsabu f’sitwazzjoni ta’ nuqqas enormi ta’ ikel, 206 000 persuna huma spustati u 60 000 sabu refuġju fil-pajjiżi viċini; barra minn hekk, 650 000 tifel/tifla mhux qed imorru l-iskola minħabba l-fatt li l-iskejjel qed jiġu okkupati minn gruppi armati u billi 3 500 tifel/tifla ġew reklutati mill-forzi u l-gruppi armati;
J. billi fi-21 ta’ Awwissu 2013, l-awtoritajiet tal-Kamerun għalqu temporanjament il-fruntiera mar-RĊA u wara li ddikkjaraw li r-ribelli Séléka attakkaw belt mal-fruntiera Toktoyo u qatlu uffiċjal mill-Kamerun responsbbli mill-fruntiera billi minkejja l-fatt li l-fruntiera reġgħat infetħet, sewwieqa tat-trakkijiet jibqgħu eżitanti dwar id-dħul fir-RĊA minħabba d-deterjorament tal-kundizzjonijiet ta’ siġurtà,
K. Billi r-RĊA hija kkonfrontata bi sfidi soċjali u ekonomiċi peress li ġew sakkeġġati u distrutti s-setturi pubbliċi u privati, u dan ippreġudika b’mod serju l-amministrazzjoni u l-fibra ekonomika tal-pajjiż u ħoloq taqbil soċjali; billi sar serq fuq skala massiva fl-isptarijiet ukoll, u dan ħoloq sitwazzjoni tas-saħħa diżastruża fil-pajjiż;
L. billi il-Ftehim Libreville jibqa’ l-bażi għal ftehim tranżitorju; billi mat-tmiem tat-tranżizzjoni ta’ 18-il xhar, elezzjonijiet ħielsa, demokratiċi, trasparenti u regolari għandhom jiġu organizzati, iżda il-Kap ta’ Stat, il-Prim Ministru, il-Membri tal-Gvern Tranżitorju u l-Membri tal-Uffiċċju tal-NTC ma jistgħux jipparteċipaw;
M. billi s-samit tal-ECCAS tat-3 ta’ April 2013 stabbilixxiet il-NTC u billi fit-18 ta’ April 2013 adottat pjan direzzjonali għall-kompożizzjoni u l-funzjonament tiehħu;
N. billi ġie stabbilit Grupp Internazzjonali ta’ Kuntatt dwar ir-Repubblika Ċentru-Afrikana f’Mejju 2013 sabiex jikkoordina l-azzjoni reġjonali, l-azzjoni mifruxa mal-kontinent u l-azzjoni internazzjonali sabiex tinsab soluzzjoni dejjiema għall-problemi rikurrenti tal-pajjiż;
O. billi l-Unjoni Ewropea hija involuta f’djalogu politiku regolari mar-RĊA, taħt il-Ftehim ta’ Cotonou, u tibqa’ d-donatur prinċipali tal-fondi tal-pajjiż u li hija ddeċidiet fit-8 ta’ Lulju 2013 li żżid bi EUR 8 miljun l-għajnuna umanitarja tagħha, u b’hekk issa din tammonta għal EUR 20 miljun; billi din l-għajnuna tal-UE mhux se tkun biżżejjed u sħab oħra internazzjonali għandhom jinvolvu ruħhom;
P. billi r-RĊA iffaċċjat deċennji ta' instabbiltà u inkwiet politiku mindu saret indipendenti fl-1960; billi, minkejja l-fatt li l-pajjiż fih ħafna riżorsi naturali (injam, deheb, djamanti, uranju, eċċ.), ir-RĊA hija kklassifikata biss fil-179 post minn 187 pajjiż fl-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tan-NU u, billi madwar 70 % tal-popolajzzoni tagħha jgħixu taħt il-linja tal-faqar, għadha wieħed mill-ifqar pajjiżi fid-dinja;
1. Jikkundanna t-teħid ta’ poter mhux kostituzzjonali mill-forza armata tal-Koalizzjoni Séléka fl-24 ta’ Marzu 2013;
2. Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar is-sitwazzjoni fir-RĊA li hija kkaratterizzata minn nuqqas komplet tal-osservanzzjoni tal-liġi u nuqqas komplet tal-ordni u l-assenza tal-istat ta’ dritt; jikkundanna l-vjolenza riċenti li kompliet telimina anki l-aktar servizzi bażiċi fil-pajjiż u għarrqet sitwazzjoni umanitarja diġà ħażina li qed taffettwa l-popolazzjoni kollha;
3. Jappella lill-awtoritajiet tar-RĊA sabiex jieħdu miżuri konkreti sabiex jipproteġu l-popolazzjoni ċivili, iwaqqfu r-reklutaġġ u l-użu tat-tfal minn gruppi armati, u jerġgħu jistabbilixxu s-sigurtà u l-ordni pubblika kif ukoll is-servizzi bażiċi tal-elettriku u l-ilma;
4. Jikkundanna bis-sħiħ il-ksur serju tad-dritt umanitarju u l-ksur enormi tad-dritt dwar id-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari minn elementi tas-Séléka, inklużi l-qtil extraġudizzjarju, l-eżekuzzjonijiet sommarji, l-għajbien infurzat, l-arresti u d-detenzjoni arbitrarji, it-tortura, il-vjolenza sesswali u l-vjolenza sessista u r-reklutaġġ ta’ suldati tfal;
5. Jappella lill-awtoritajiet tar-RĊA u l-partijiet interessati kollha jindirizzaw il-kawżi strutturali tal-kriżijiet rikurrenti tal-pajjiż u jaħdmu flimkien sabiex jimplimentaw il-Ftehim Libreville, li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tat-trażizzjoni fil-pajjiż sabiex jerġa’ jkun hemm ordni kostituzzjonali bl-għan li jkun hemm paċi dejjiema u jinkisbu soluzzjonijiet demokratiċi;
6. Jappella lis-sħab internazzjonali sabiex isostnu bis-sħiħ l-isforzi komuni tagħhom, fl-oqsma tas-sigurtà, tal-għajuna umanitarja u tal-bini tal-istat ta’ dritt; iħeġġeġ lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jeżamina b’mod urġenti t-talba ta’ appoġġ mill-Unjoni Afrikana sabiex jiġu ffinanzjati 3 600 membri tal-persunal ċivili u militari tal-missjoni taż-żamma tal-paċi fir-RĊA;
7. Jappoġġa t-tranżizzjoni kurrenti mill-Missjoni għall-Konsolidazzjoni tal-Paċi fir-RĊA (Micopax) għall-Missjoni ta’ Appoġġ Internazzjonali Mmexxija mill-Afrika fir-RĊA (AFISM-CAR), li l-mandat tagħha għandu jiġi eżerċitat taħt l-awspiċju tan-NU;
8. ilqa’ d-deċiżjoni tal-Kapijiet ta’ Stat tal-ECCAS li jżiedu b’mod sinifikanti d-daqs tal-Forza Multinazzjonali Ċentru-Afrikana (FOMAC) u li jadottaw mandat ta’ missjoni adattat li jikkontribwixxi għas-sigurtà tar-RĊA; jinsab imħasseb fl-istess ħin dwar il-fatt li għakemm 1 300 truppi tal-ECCAS intbagħtu lejn ir-R, dawn ma kinux kapaċi jipprevjenu l-pajjiż milli jidħol fi stat ta’ anarkija; jirrimarka li s-sitwazzjoni li dejjem qed tmur għall-agħar fir-RĊA tista’ twassal għal instabbiltà reġjonali;
9. Jappella sabiex l-atturi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità, vjolenza sesswali kontra n-nisa u r-reklutaġġ ta’ suldati tfal jiġu rappurtati, identifikati, imħarrka u puniti skont id-dritt kriminali nazzjonali u internazzjonali; jirrimarka f’dan ir-rigward li s-sitwazzjoni fir-RĊA diġà tressqet quddiem il-QKI u li, skont l-istatut tal-Qorti, ma hemmx perjodu ta’ preskrizzjoni għall-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra;
10. Jilqa’ d-deċiżjoni tar-RĊA li tniedi programm sabiex jinġarbu l-armi mhux awtorizzati bħala rispons għall-vjolenza u d-delitti żgħar fin-nazzjon li huwa kronikament instabbli; iħeġġeġ lill-gvern jagħmel din il-miżuri obbligatorja;
11. Jieħu nota tal-istabbiliment ta’ kumitat konġunt ta’ inkjesta fuq l-atroċitajiet imwettqa mit-teħid ta' poter mis-Séléka u jappella lill-partijiet li huma parti minn din l-entità biex jaħdmu flimkien sabiex tiġi promossa r-rikonċilazzjoni nazzjonali;
12. Jikkunsidra neċessarju, barra minn hekk, li jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-kunflitti, b’mod partikolari permezz ta’ riforma tal-forzi armati u l-forzi ta’ sigurtà, id-dimilitarizzazzjoni, id-demobilizzazzjoni u r-riintegrazzjoni tal-eks ġellieda, ir-ripatrijazzjoni tar-refuġjati, ir-ritorn ta’ persuni spustati internament lejn djarhom u l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ żvilupp vjabbli;
13. Jinsisti li soluzzjoni politika komprensiva, inkluża d-distribuzzjoni ekwa ta’ dħul mill-baġit tal-istat hija vitali sabiex jinstabu soluzzjonijiet għall-kriżi u titwettaq it-triq għall-iżvilupp sostenibbli tar-reġjun; jappella lis-Segretarju Ġenerali tan-NU sabiex jistabbilixxi panel ta’ esperti ħalli jiġi eżaminat l-isfruttar tar-riżorsi agrikoli u minerali tar-RĊA bl-għan li jiġi stabbilit qafas legali li jippermetti li r-riżorsi tal-pajjiż tgawdi minnhom il-popolazzjoni tiegħu;
14. Jilqa l-appoġġ akbar tal-UE għall-indirizzar tal-kriżi umanitarja fir-RĊA u jappella lill-UE u l-Istati Membri tagħha, bħala donaturi prinċipali lill-pajjiż, sabiex isaħħu l-koordinazzjoni tagħhom mad-donaturi u l-istituzzjonijiet internazzjonali l-oħra sabiex jiġu sodisfatti l-bżonnijiet umanitarji urġenti b’mod xieraq u tittaffa s-sofferenza tal-poplu tar-RĊA; jitlob li ssir laqgħa internazzjonali dwar ir-RĊA fil-marġni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU fi New York f’Settembru 2013;
15. Jitlob l-intensifikazzjoni tal-operazzjonijiet internazzjonali, bil-kunsens tar-RĊA, sabiex jiġu arrestati membri tal-Lord’s Resistance Army, sabiex tintemm il-qerda mwettqa minn dan il-grupp kriminali;
16. Jitlob lill-awtoritajiet tar-RĊA jissodisfaw l-obbligi stabbilit fl-Istatut ta’ Ruma tal-QKI, li l-pajjiż tagħhom iffirmat;
17. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana, lill-ECCAS, lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE u lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Baħrejn tas-27 ta' Ottubru 2011(1), tal-15 ta' Marzu 2012(2) u tas-17 ta' Jannar 2013(3),
– wara li kkunsidra ż-żjara ta’ delegazzjoni tas-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Baħrejn fid-19 u l-20 ta’ Diċembru 2012 u l-istqarrija għall-istampa maħruġa minn dik id-delegazzjoni, u wara li kkunsidra ż-żjara tad-delegazzjoni fil-Peniżola Għarbija bejn is-27 u t-30 ta’ April 2013 u l-istqarrija għall-istampa tagħha,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar il-Baħrejn, b’mod partikolari d-dikjarazzjonijiet tas-7 ta’ Jannar, il-11 ta’ Frar u l-1 ta’ Lulju 2013,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tas-Segretarju Ġenerali tan-NU, b’mod partikolari dik tat-8 ta’ Jannar 2013, u d-dikjarazzjoni tal-kelliem tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem tas-6 ta’ Awwissu 2013,
– wara li kkunsidra t-23 Kunsill Konġunt u Laqgħa Ministerjali bejn l-UE u l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf, li saru f’Manama, fil-Baħrejn, fit-30 ta’ Ġunju 2013,
– wara li kkunsidra l-laqgħa straordinarja tal-Assemblea Ġenerali tal-Baħrejn, li saret fit-28 ta’ Lulju 2013 u rriżultat fid-digrieti ta’ emerġenzi maħruġa mir-Re tal-Baħrejn, Hamad bin Isa Al Khalifah,
– wara li kkunsidra l-leġiżlazzjoni tal-Baħrejn ‘Nipproteġu lis-Soċjetà minn Atti Terroristiċi’ tal-2006,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Ministerjali tal-Lega Għarbija, li ltaqa’ fil-Kajr fl-1 ta’ Settembru 2013, biex jistabbilixxi qorti pan-Għarbija tad-drittijiet tal-Bniedem f’Manama, il-kapitali tal-Baħrejn,
– wara li kkunsidra r-rapport maħruġ f’Novembru 2011 mill-Kummissjoni ta’ Inkjesta Indipendenti tal-Baħrejn u r-rapport ta’ segwitu tiegħu tal-21 ta’ Novembru 2012,
– wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, il-Konvenzjoni Konta t-Tortura u Trattamenti jew Pieni oħra Krudili, Inumani jew Degradanti, il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Karta Għarbija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li l-Baħrejn huwa pajjiż firmatarju tagħhom,
– wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-2004, kif aġġornati fl-2008,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Baħrejn għadha toħloq tħassib wara t-trażżin ta’ dawk li pprotestaw favur id-demokrazija fl-2011; billi ħafna azzjonijiet riċenti tal-Gvern tal-Baħrejn għadhom qed jiksru u jirrestrinġu d-drittijiet u l-libertajiet ta’ taqsimiet tal-poplu tal-Baħrejn, b’mod partikolari d-dritt tal-individwi għall-protesta paċifika, għal-libertà tal-espressjoni u l-libertà diġitali; billi l-awtoritajiet tal-Baħrejn qed ikomplu jrażżnu lil dawk lid-dimostranti politiċi paċifiċi, fosthom permezz tal-użu sproporzjonat ta’ vjolenza u tortura mill-forzi tas-sigurtà u tal-pulizija;
B. billi l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem qed iħabbtu wiċċhom ma’ attakki, intimidazzjoni u detenzjoni sistematiċi u kontinwi, filwaqt li wħud minnhom ngħataw sentenzi ta’ ħabs għal għomorhom;
C. billi fl-1 ta’ Awwissu 2013, qabel il-protesta paċifika ppjanata f’Manama fl-14 ta’ Awwissu 2013, ir-Re tal-Baħrejn ordna li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Parlament, li jinkludu l-projbizzjoni ta’ kwalunkwe ‘sit-in’, ġemgħa u protesta fil-kapitali Manama, limitazzjonijiet ulterjuri fuq l-attivitajiet tal-midja soċjali, żieda fil-perjodu ta’ dentenzjoni u l-irtirar taċ-ċittadinanza ta’ kull min jinstab ħati li wettaq jew xewwex att ta’ terroriżmu;
D. billi l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem iddikjara li, minkejja li jilqa’ r-rakkomandazzjoni tal-Assemblea Nazzjonali li ‘l-libertajiet bażiċi, b’mod partikolari l-libertà tal-opinjoni, m’għandhomx jintlaqtu biex jinżamm bilanċ bejn l-infurzar tal-liġi u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem’, itenni t-tħassib tiegħu dwar ir-restrizzjonijiet fuq demostrazzjonijiet pubbliċi u avvenimenti pubbliċi oħra;
E. billi wara r-rapport tal-Kummissjoni ta’ Inkjesta Indipendenti tal-Baħrejn, l-awtoritajiet tal-Baħrejn impenjaw ruħhom li jwettqu riformi; billi sar progress fir-riforma ġenerali tas-sistemi legali u tal-infurzar tal-liġi, impjegati li kienu tkeċċew inġustament reġgħu ngħataw xogħolhom lura, u l-ħolqien ta’ unit tal-prosekuzzjoni speċjali biex tinvestiga allegazzjonijiet ta’ abbuż, kif ukoll it-twettiq ta’ riformi tal-pulizija; billi, b’mod ġenerali, ir-ritmu tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Inkjesta Indipendenti tal-Baħrejn għadu baxx;
F. billi delegazzjoni uffiċjali mmexxija mill-Ministru tad-Drittijiet tal-Bniedem, Dott. Salah bin Ali Abdulrahman, se tattendi l-24 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU bejn is-7 u s-27 ta’ Settembru 2013, u se tagħmel rieżami, waqt il-laqgħat tagħha, tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Inkjesta Indipendenti tal-Baħrejn, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali, li l-Gvern tal-Baħrejn wiegħed li se jimplimenta b’kalendarju u bi programm ta’ azzjoni.
G. billi fil-Baħrejn anke tfal ġew arrestati u miżmuma f’detenzjoni adulta mhix adattata għall-minorenni, fejn hu rappurtat li ġew torturati u trattat b’mod mhux xieraq;
H. billi fl-24 ta' April 2013 il-gvern ippospona għat-tieni darba – u din id-darba b'mod indefinit – iż-żjara tar-Rapporteur Speċjali dwar it-tortura u trattamenti jew pieni oħra krudili, inumani jew degradanti;
I. billi fit-2 ta’ Settembru 2013 il-Baħrejn ħabbar li kien se jospita l-kwartieri ġenerali permanenti tal-Qorti Għarbija tad-Drittijiet tal-Bniedem wara l-approvazzjoni f’laqgħa tal-Lega Għarbija fil-Kajr;
J. billi r-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, Stavros Lambrinidis, żar il-Baħrejn waqt il-laqgħa Ministerjali bejn l-UE u l-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf f’Ġunju 2013;
1. Jappella lill-awtoritajiet tal-Baħrejn biex jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, inkluża l-libertà tal-espressjoni, fuq l-internet u barra minnu, u l-libertà tal-għaqda; jiddispjaċih ħafna dwar l-ordnijiet ristrettivi riċenti tal-Parlament u r-Re tal-Baħrejn, u jitlob li titneħħa l-projbizzjoni fuq id-dritt ta’ demostrazzjonijiet paċifiċi u għaqda libera fil-kapitali, Manama, u revoka tal-ordnijiet tal-Ministru tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Settembru 2013, li mhumiex riċonċiljabbli mal-impenn tal-gvern li jniedi riformi u mhux se jgħinu l-progress ta' rikonċiljazzjoni nazzjonali jew il-fiduċja bejn il-partijiet kollha;
2. Iħeġġeġ ir-rispett tad-dritt leġittmu taċ-ċittadini tal-Baħrejn li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom liberament u li li jorganizzaw avvenimenti u jipparteċipaw f’dimostrazzjonijiet paċifiċi; jenfasizza l-importanza ta’ midja libera u pluralistika; jitlob li l-NGOs internazzjonali u l-ġurnalisti jingħataw aċċess sħiħ għall-pajjiż;
3. Jilqa’ l-passi meħuda mill-awtoritajiet tal-Baħrejn biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Inkjesta Indipendenti tal-Baħrejn; jirrikonoxxi li f’dan ir-rigward diġà saru xi sforzi, madankollu jisħaq li għad baqa' x'isir biex titjieb is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż; jistieden lill-Gvern tal-Baħrejn jimplimenta għalkollox u b’ħeffa r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Inkjesta Indipendenti tal-Baħrejn u tal-Eżami Perjodiku Universali; jirrakkomanda li l-24 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ monitoraġġ b’mandat li jsegwi l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Inkjesta Indipendenti tal-Baħrejn u sejba ta’ soluzzjoni ġenerali għas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Baħrejn;
4. Jistieden lill-Gvern tal-Baħrejn biex jimplimenta r-riformi demokratiċi meħtieġa u biex jinkoraġġixxi djalogu nazzjonali inklużiv u kostruttiv u rikonċiljazzjoni, inkluż il-ħelsien tad-dissidenti;
5. Jistieden lill-awtoritajiet tal-Baħrejn itemmu immedjatament kwalunkwe att ta’ ripressjoni, inkluża l-intimidazzjoni ġudizzjarja, u jitlob il-ħelsien immedjat u inkondizzjonat tal-priġunieri ta’ kuxjenza, attivisti politiċi, ġurnalisti, bloggers, tobba u paramediċi, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u dawk li jipprotestaw paċifikament, fosthom Abdulhadi Al-Khawaja, Nabeel Rajab, Ibrahim Sharif, Naji Fateel, Zainab Al-Khawaja, Mahdi’Issa Mahdi Abu Deeb u Jalila Al-Salman;
6. Jilqa’ l-fatt li r-Re Hamad Bin Isa al-Khalifa waqqaf kummissjoni indipendenti għad-drittijiet tal-priġunieri u d-detenuti, u jitlob lil din il-kummissjoni timmonitorja u ttejjeb b’mod effettiv il-kundizzjonijiet u t-trattament tal-priġunieri u d-detenuti;
7. Jilqa’ l-fatt li r-Re Hamad Bin Isa al-Khalifa waqqaf Ministeru għad-Drittijiet tal-Bniedem l-Iżvilupp Soċjali, u jitlob lil dak il-ministeru jaġixxi skont l-istandards u l-obbligi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; jinnota b’mod partikolari l-pożizzjoni progressiva tal-Baħrejn lejn in-nisa fis-soċjetà;
8. Jinnota t-twaqqif formali ta’ Ombudsman tal-Pulizija mill-Ministeru tal-Intern f’Lulju 2013, u jesprimi t-tama li din il-mossa se tfisser li l-ilmenti taċ-ċittadini tal-Baħrejn jistgħu jiġu indirizzati b'mod effettiv;
9. Jinnota li l-Gvern tal-Baħrejn qed jagħmel sforzi li għadhom għaddejjin biex jirriforma l-kodiċi penali u l-proċeduri legali, u jħeġġeġ biex dan il-proċess jitkompla; jistieden lill-Gvern tal-Baħrejn jieħu l-passi meħtieġa kollha biex jiggarantixxi l-proċess ġust, u l-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura fil-Baħrejn, u biex jiżgura li din taġixxi f’konformità sħiħa mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;
10. Iħeġġeġ li jsiru investigazzjonijiet indipendenti dwar l-allegazzjonijiet kollha ta’ tortura u maltrattament ieħor, u li r-riżultati tagħhom ikunu magħmula pubbliċi; hu tal-fehma li l-obbligu ta’ rendikont għal ksur fil-passat huwa element ewlieni fit-triq lejn il-ġustizzja u r-rikonċiljazzjoni ġenwina, li huma meħtieġa għall-istabilità soċjali;
11. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Baħrejn jirrispettaw id-drittijiet tal-minorenni, li ma jżommuhomx detenuti f’faċilitajiet għall-adulti, u li jitrattawhom skont il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li l-Baħrejn huwa pajjiż firmatarju tagħha,
12. Jemmen li l-privazzjoni arbitrarja tan-nazzjonalità tista’ twassal għal sitwazzjoni ta’ apolidità, b’konsegwenzi serji għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem tal-individwi konċernati; jinnota li l-irtirar taċ-ċittadinanza ta’ avversarji politiċi mill-awtoritajiet tal-Baħrejn imur kontra d-dritt internazzjonali;
13. Jiddispjaċih dwar ir-reazzjoni dgħajfa min-naħa tal-UE għas-sitwazzjoni li għaddejja bħalissa fil-Baħrejn, u jistieden lill-VP/RGħ tikkundanna l-ksur li għadu għaddej bħalissa tad-drittijiet bażiċi tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, u timponi miżuri restrittivi mmirati (projbizzjoni tal-ħruġ ta’ viżi u ffriżar tal-assi) kontra l-individwi responsabbli għal abbużi tad-drittijiet tal-bniedem jew involuti fihom (kif dokumentat fir-rapport tal-Kummissjoni ta’ Inkjesta Indipendenti tal-Baħrejn);
14. Jistieden lill-VP/RGħ u l-Istati Membri jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw strateġija ċara dwar kif l-UE se taħdem attivament, pubblikament u privatament, għall-ħelsien tal-priġunieri ta’ kuxjenza, u jistieden lill-VP/RGħ taħdem mal-Istati Membri biex tiżgura l-adozzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Baħrejn, li għandha tinkludi talba speċifika għall-ħelsien immedjat u inkondizzjonat ta’ dawk il-priġunieri;
15. Jesprimi dispjaċir li ż-żjara tar-Rapporteur Speċjali dwar it-Tortura reġgħet ġiet posposta, u jistieden lill-awtoritajiet tal-Baħrejn jiffaċilitaw żjarat tar-Rapporteurs Speċjali dwar il-libertà ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni u dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;
16. Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Lega Għarbija li twaqqaf Qorti Għarbija tad-Drittijiet tal-Bniedem f’Manama u jesprimi t-tama tiegħu li din taf isservi ta’ katalist għad-drittijiet tal-bniedem fir-reġjun kollu; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Baħrejn, kif ukoll lis-sħab tiegħu fil-Lega Għarbija, jiżguraw l-integrità, l-imparzjalità, l-effiċjenza u l-kredibilità ta’ din il-Qorti;
17. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-Gvern u lill-Parlament tar-Renju tal-Baħrejn.