Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 9 ta' Ottubru 2013 - Strasburgu
Il-ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-BĊE dwar il-koperazzjoni rigward proċeduri relatati mal-mekkaniżmu superviżorju uniku
 Numru u kompożizzjoni numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari, id-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u d-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari ta' kooperazzjoni u għall-Assemblej Parlamentari multilaterali
 Kwittanza 2011: Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill
 Id-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali ***I
 Ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u l-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ***I
 Ftehim UE-Armenja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi ***
 Ftehim bejn l-UE u l-Armenja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni ***
 Negozjati UE-Ċina għal ftehim ta' investiment bilaterali
 Relazzjonijiet kummerċjali UE-Tajwan
 Stima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent ***I
 Miżuri tal-UE u tal-Istati Membri biex jiġi affrontat il-fluss tar-refuġjati li rriżulta mill-konflitt fis-Sirja

Il-ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-BĊE dwar il-koperazzjoni rigward proċeduri relatati mal-mekkaniżmu superviżorju uniku
PDF 292kWORD 47k
Deċiżjoni
Anness
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar il-konklużjoni ta' ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-modalitajiet prattiċi tal-eżerċizju tar-responsabbiltà demokratika u tas-superviżjoni tal-eżerċizju tal-kompiti mogħtija lill-BĊE fl-ambitu tal-mekkaniżmu superviżorju uniku (2013/2198(ACI))
P7_TA(2013)0404A7-0302/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-President tiegħu tat-12 ta' Settembru 2013,

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-modalitajiet prattiċi tal-eżerċizju tar-responsabbiltà demokratika u tas-superviżjoni tal-eżerċizju tal-kompiti mogħtija lill-Bank Ċentrali Ewropew fil-kwadru tal-mekkaniżmu superviżorju uniku,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 127(6), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 284(3), u l-Artikolu 295,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu adottata fit-12 ta' Settembru 2013 rigward l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill li jagħti kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu(1) u r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, kif ukoll l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali dwar proposta għal tali regolament(2),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew u tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta' Settembru 2013, waqt il-votazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-adozzjoni tal-proposta għal regolament tal-Kunsill li jagħti kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu(3),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 127(1) u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0302/2013),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-ftehim anness hawn taħt u, waqt li jqis il-kontenut tal-ftehim, jiddeċiedi li jehmżu mar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-ftehim flimkien mal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi d-deċiżjoni preżenti, flimkien mal-anness, lill-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-parlamenti nazzjonali.

ANNESS

Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-modalitajiet prattiċi tal-eżerċizzju tar-responsabbiltà demokratika u tas-superviżjoni tal-eżerċizzju tal-kompiti mogħtija lill-BĊE fil-qafas tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-ftehim interistituzzjonali kif ippubblikat fil-ĠU L 320 tat-30 ta' Novembru 2013, p. 1.)

(1) Testi adottati, P7_TA(2013)0372.
(2) A7-0392/2012 (rapporteur: Marianne Thyssen u rapporteur għal: Andrew Duff).
(3) Ara l-anness għar-riżolużżjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2013 dwar il-proposta għal tali regolament (Testi adottati, P7_TA(2013)0372).


Numru u kompożizzjoni numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari, id-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u d-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari ta' kooperazzjoni u għall-Assemblej Parlamentari multilaterali
PDF 201kWORD 38k
Deċizjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar is-saħħa numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari, tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u tad-delegazzjonijiet għall-kumitati għall-kooperazzjoni parlamentari u tal-Assemblej Parlamentari multilaterali (2013/2853(RSO))
P7_TA(2013)0405B7-0431/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-6 ta' Mejju 2009(1), tal-14 ta' Settembru 2009(2), tal-15 ta' Ġunju 2010(3) u tal-14 ta' Diċembru 2011(4) dwar in-numru tad-delegazzjonijiet interparlamentari, tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u tal-Assemblej Parlamentari multilaterali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 198 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jiddeċiedi li, wara l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, id-Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt bejn l-UE u l-Kroazja mhux se tibqa' jeżisti:

2.  Jiddeċiedi li jemenda kif ġej is-saħħa numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari li ġejjin:

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina , is-Serbja, il-Montenegro u l-Kosovo: 30 membru

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Peniżola Għarbija 19 membru

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Istati Uniti: 57 membru

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Kanada: 21 membru

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali: 16-il membru

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Ġappun: 26 membru

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mar-Repubblika Popolari taċ-Ċina: 42 membru

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Indja: 29 membru

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja u l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN): 25 membru

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Awstralja u New Zealand 19-il membru

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Afrika t'Isfel 21 membru;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(1) ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 136.
(2) ĠU C 224 E, 19.8.2010, p. 36.
(3) ĠU C 236 E, 12.8.2011, p. 159.
(4) ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 132.


Kwittanza 2011: Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill
PDF 311kWORD 64k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (COM(2012)0436 – C7-0226/2012 – 2012/2169(DEC))
P7_TA(2013)0406A7-0310/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012)0436 – C7-0226/2012)(2),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013(5) li tipposponi d-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2011, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li takkumpanjaha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(7), u b'mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(8),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0310/2013),

1.  Jiċħad il-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2011;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropewtad-9 ta' Ottubru 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (COM(2012)0436 – C7-0226/2012 – 2012/2169(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011(9),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012)0436 – C7-0226/2012)(10),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(11),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(12) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013(13) li tipposponi d-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2011, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li takkumpanjaha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(14), u b'mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(15), u b'mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(16),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0310/2013),

A.  billi f'soċjetà demokratika, il-kontribwenti u l-opinjoni pubblika għandhom id-dritt li jinżammu infurmati dwar l-użu tal-fondi pubbliċi(17),

B.  billi ċ-ċittadini għandhom id-dritt li jkunu jafu kif it-taxxi li jħallsu qed jintefqu u kif qed tiġi mmaniġġjata s-setgħa fdata f’idejn il-korpi politiċi;

C.  billi l-Kunsill, bħala istituzzjoni tal-Unjoni, għandu jkun soġġett għar-responsabilità demokratika fir-rigward taċ-ċittadini tal-Unjoni peress li hu benefiċjarju mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea,

D.  billi l-Parlament huwa l-uniku korp elett direttament fost l-istituzzjonijiet Ewropej u għandu r-responsabbiltà li jagħti l-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni,

1.  Jenfasizza r-rwol tal-Parlament speċifikat fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fir-rigward tal-kwittanza baġitarja;

2.  Jindika li, skont l-Artikolu 335 tat-TFUE , "l-Unjoni għandha tkun rappreżentata minn kull waħda mill-istituzzjonijiet, bis-saħħa tal-awtonomija amministrattiva tagħhom, fi kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-operat rispettiv tagħhom", u li, b'konsegwenza, waqt li jitqies l-Artikolu 55 tar-Regolament Finanzjarju, l-istituzzjonijiet huma responsabbli b'mod individwali għall-implimentazzjoni tal-baġits tagħhom;

3.  Jinnota li, skont l-Artikolu 77 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu, "id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il- proċedura ta’ għoti ta’ kwittanza lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għandhom japplikaw bl-istess mod għall-proċedura ta’ għoti ta’ kwittanza [...] lill-persuni responsabbli mill-implimentazzjoni tal-baġits ta’ istituzzjonijiet u organi oħra tal-Unjoni Ewropea bħal ma huma l-Kunsill (f’dak li għandu x’jaqsam mal-attivitajiet tiegħu bħala eżekuttiv), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni";

Opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill fid-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha għas-sena finanzjarja 2011

4.  Jenfasizza l-fatt li, fir-rapport annwali dwar is-sena finanzjarja 2011, il-Qorti tal-Awdituri inkludiet osservazzjonijiet dwar il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill rigward il-proċeduri ta' akkwist relatati mas-servizzi ta' tindif u x-xiri ta' ħwejjeġ u żraben tax-xogħol, fejn ġew identifikati ċertu dgħufijiet fl-applikazzjoni tal-kriterji ta' għażla u ta' aġġudikazzjoni;

5.  Jieħu nota tal-ispjegazzjonijiet tal-Kunsill dwar in-nuqqasijiet marbuta mal-proċedura ta' akkwist u dwar l-assigurazzjoni tiegħu tar-rispett sħiħ tal-ispirtu u l-prinċipji tar-Regolament Finanzjarju;

6.  Jikkondividi r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li l-uffiċjali awtorizzanti għandhom itejbu d-disinn, il-koordinament u l-prestazzjoni tal-proċeduri ta' akkwist permezz ta' kontrolli xierqa u gwida aħjar; jirrakkomanda li jkun hemm applikazzjoni aktar stretta tar-regoli dwar l-akkwist, li l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni huma obbligati jirrispettaw;

7.  Jinnota li l-Kunsill ma ta l-ebda tweġiba ulterjuri għar-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri dwar kontrolli xierqa u gwida aħjar tal-proċeduri ta' akkwist;

Kwestjonijiet pendenti

8.  Jiddispjaċih dwar id-diffikultajiet li nstabu fil-proċeduri ta' kwittanza għas-snin finanzjarji tal-2007, l-2008, l-2009 u l-2010, li kienu dovuti għal nuqqas ta' kooperazzjoni min-naħa tal-Kunsill; jindika li l-Parlament ċaħad il-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill għas-snin finanzjarji 2009 u 2010 għar-raġunijiet stipulati fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-10 ta' Mejju 2011(18), tal-25 ta' Ottubru 2011(19), tal-10 ta' Mejju 2012(20) u tat-23 ta' Ottubru 2012(21);

9.  Jistenna li r-rapporti annwali tal-attività futuri li jirċievu l-Parlament u mill-Kunsill ikunu jinkludu ħarsa ġenerali komprensiva tar-riżorsi umani kollha mqassmin skont il-kategoriji, il-grad, il-ġeneru, in-nazzjonalità u t-taħriġ vokazzjonali, kif ukoll id-deċiżjonijiet baġitarji interni tal-Kunsill;

10.  Jisħaq fuq il-fatt li l-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għandu jinfired b'mod li jingħata kontribut għat-trasparenza tal-ġestjoni finanzjarja tagħhom u li tiġi żgurata responsabbiltà aħjar taż-żewġ istituzzjonijiet;

11.  Itenni li l-Kunsill għandu jipprovdi spjegazzjoni bir-reqqa bil-miktub li tispeċifika l-ammont totali ta' approprjazzjonijiet użati fix-xiri tal-bini Résidence Palace, il-partiti baġitarji li minnhom insiltu dawn l-approprjazzjonijiet, il-pagamenti parzjali li tħallsu s'issa, il-pagamenti parzjali li għad iridu jitħallsu u l-iskop li se jaqdi l-bini;

12.  Jiddispjaċih li l-Kunsill għadu jirrifjuta li jwieġeb għall-mistoqsijiet tal-Parlament;

13.  Itenni li għadu qed jistenna tweġiba mingħand il-Kunsill għall-mistoqsijiet u t-talba għal dokumenti stipulata fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2012; jistieden lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill jipprovdi lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament bi tweġibiet komprensivi bil-miktub għal dawn il-mistoqsijiet;

14.  Jinsisti li l-infiq tal-Kunsill irid jitqiegħed taħt l-istess skrutinju bħal dak ta' istituzzjonijiet oħra; huwa tal-opinjoni li l-elementi fundamentali ta' skrutinju ta' dan it-tip huma stabbiliti fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2012;

15.  Jilqa', madankollu, il-fatt li l-Presidenza fil-kariga tal-Kunsill aċċettat l-istedina tal-Parlament għad-dibattitu li sar fil-plenarja nhar is-16 ta' April 2013 dwar ir-rapporti ta' kwittanza għall-2011; japprova l-fatt li l-Presidenza kienet disponibbli għall-iżvilupp ta' kooperazzjoni benefika bejn il-Parlament u l-Kunsill;

16.  Jinnota l-proposta tal-Presidenza Irlandiża li jitwaqqaf grupp ta' ħidma interistituzzjonali biex jinnegozja s-soluzzjonijiet possibbli għall-kwittanza tal-Kunsill; jistenna proposta speċifika mingħand il-Presidenza Litwana tal-Kunsill;

Id-dritt tal-Parlament li jagħti kwittanza

17.  Jenfasizza l-prerogattivi tal-Parlament li jagħti l-kwittanza skont l-Artikoli  317, 318 u 319 tat-TFUE, bi qbil mal-interpretazzjoni u l-prattika attwali, speċifikament li jagħti l-kwittanza għal kull intestatura tal-baġit b'mod individwali b'mod li jinżammu t-trasparenza u r-responsabilità demokratika fir-rigward tal-kontribwenti tal-Unjoni;

18.  Ifakkar li l-Kummissjoni, fit-tweġiba tagħha tal-25 ta' Novembru 2011 għall-ittra tal-President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, kitbet li huwa mixtieq li l-Parlament ikompli jagħti, jiddiferixxi jew jiċħad il-kwittanza lill-istituzzjonijiet l-oħra, inkluż il-Kunsill, kif kien il-każ s'issa;

19.  Hu tal-fehma li, fi kwalunkwe każ, jeħtieġ li ssir valutazzjoni tal-ġestjoni tal-Kunsill bħala istituzzjoni tal-Unjoni matul is-sena li qed tiġi eżaminata, biex b'hekk jiġu rrispettati l-prerogattivi tal-Parlament, l-aktar l-assigurazzjoni tar-responsabilità demokratika fir-rigward taċ-ċittadini tal-Unjoni;

20.  Jemmen, għaldaqstant, li jkun jista' jinkiseb xi progress jekk il-Parlament u l-Kunsill ikunu jistgħu jifformulaw flimkien lista ta' dokumenti li jkunu jridu jiġu skambjati sabiex jissodisfaw ir-rwoli rispettivi tagħhom fil-proċess ta' kwittanza;

21.  Iqis li, kooperazzjoni sodisfaċenti bejn iż-żewġ istituzzjonijiet, li tieħu sura fi proċedura ta' djalogu miftuħ u formali, tista’ tagħti sinjal pożittiv liċ-ċittadini tal-Unjoni f'dawn iż-żminijiet diffiċli.

(1) ĠU L 68, 15.3.2011.
(2) ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.
(3) ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.
(4) ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.
(5) Testi adottati, P7_TA(2013)0126.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(8) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(9) ĠU L 68, 15.3.2011.
(10) ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.
(11) ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.
(12) ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.
(13) Testi adottati, P7_TA(2013)0126.
(14) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(15) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(16) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(17) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta' Mejju 2003 fil-Kawżi Konġunti C-465/00, C-138/01 u C-139/01 Österreichischer Rundfunk u oħrajn ([2003] Ġabra I-4989, paragrafu 85).
(18) ĠU L 250, 27.09.2011, p.25.
(19) ĠU L 313, 26.11.2011, p. 13.
(20) ĠU L 286, 17.10.2012, p. 23.
(21) ĠU L 350, 20.12.2012, p. 71.


Id-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali ***I
PDF 286kWORD 49k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali (COM(2011)0456 – C7-0212/2011 – 2011/0197(COD))
P7_TA(2013)0407A7-0213/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0456),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0212/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta' Diċembru 2011(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-31 ta' Mejju 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7‑0213/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta' Ottubru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali u li tħassar id-Direttiva 94/25/KE 

P7_TC1-COD(2011)0197


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Direttiva 2013/53/UE.)

(1) ĠU C, 43, 15.2.2012, p. 30.


Ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u l-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ***I
PDF 296kWORD 76k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u r-Regolament [...] dwar kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern. (COM(2011)0883 – C7-0512/2011 – 2011/0435(COD))
P7_TA(2013)0408A7-0038/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0883),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 46, l-Artikolu 53(1), u l-Artikoli 62 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0512/2011),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3), l-Artikolu 46, l-Artikolu 53(1) u l-Artikolu 62 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mressqa mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li tisħaq li l-abbozz ta' att leġiżlattiv mhuwiex konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni tas-26 ta’ April 2012 tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-26 ta' Ġunju 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0038/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropeq adottata fl-ewwel qari fid-9 ta' Ottubru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI")

P7_TC1-COD(2011)0435


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Direttiva 2013/55/UE.)

ANNESS MAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

Meta tkun qed tħejji l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 57c(2), il-Kummissjoni se tiżgura li d-dokumenti relevanti jintbagħtu b'mod simultanju, xieraq u fil-ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u se twettaq konsultazzjonijiet xierqa u trasparenti minn qabel sew, b'mod partikolari ma' esperti mill-awtoritajiet u l-korpi kompetenti, assoċjazzjonijiet professjonali u l-istabbilimenti edukattivi tal-Istati Membri kollha, u fejn xieraq ma' esperti mill-imsieħba soċjali.

(1) ĠU C 191, 29.6.2012, p. 103.


Ftehim UE-Armenja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi ***
PDF 200kWORD 34k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi (05835/2013 – C7-0112/2013 – 2012/0334(NLE))
P7_TA(2013)0409A7-0290/2013

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05835/2013),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ tal-viżi (16913/2012),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2)(a) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0112/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0290/2013),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jippreżenta l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Armenja.


Ftehim bejn l-UE u l-Armenja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni ***
PDF 198kWORD 35k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (05859/2013 – C7-0113/2013 – 2012/0332(NLE))
P7_TA(2013)0410A7-0289/2013

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (05859/2013),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (05860/2013),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 79(3) u l-Artikolu 218(6) it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0113/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0289/2013),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Armenja.


Negozjati UE-Ċina għal ftehim ta' investiment bilaterali
PDF 334kWORD 91k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar in-negozjati UE-Ċina għal ftehim ta' investiment bilaterali (2013/2674(RSP))
P7_TA(2013)0411B7-0436/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 6 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 153, 191, 207 u 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 12, 21, 28, 29, 31 u 32 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija tal-25 ta’ Ġunju 2012,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll ta' Adeżjoni tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ tat-23 ta' Novembru 2001,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2012 bit-titolu "L-UE u ċ-Ċina: Kummerċ Żbilanċjat?"(1) u r-rapport tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Esterni tiegħu ta' Lulju 2011 dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi maċ-Ċina,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2013 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina(2),

–  wara li kkunsidra l-prinċipji u l-prattiki aċċettati b’mod ġenerali (GAPP) magħrufa bħala l-'Prinċipji ta’ Santjago', li ġew adottati f’Ottubru 2008 mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Fond Monetarju Internazzjonali dwar il-Fondi ta' Investimenti Sovrani,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta li nħarġet fl-okkażjoni tat-13-il Summit UE-Ċina li sar fi Brussell fl-20 ta' Settembru 2012,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Kummerċ, Tkabbir u Affarijiet Dinjija – Il-Politika tal-Kummerċ bħala element prinċipali mill-Istrateġija tal-UE 2020" (COM(2010)0612) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar Politika Kummerċjali Ġdida għall-Ewropa fl-ambitu tal-Istrateġija Ewropa 2020(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar ostakoli għall-Kummerċ u l-Investiment(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' April 2011 dwar il-politika Ewropea futura ta' investiment internazzjonali(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar ir-responsabilità soċjali tal-kumpaniji fil-ftehimiet kummerċjali internazzjonali(6), dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fil-Ftehimiet ta' Kummerċ Internazzjonali(7) u dwar il-Politika dwar il-Kummerċ Internazzjonali fil-kuntest tal-imperattivi marbuta mat-tibdil fil-klima(8),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bit-titolu "UE – Ċina: Imsieħba aktar mill-qrib, tkabbir tar-responsabbiltajiet" (COM(2006)0631), u d-dokument ta' politika li jakkumpanjaha "dwar il-kummerċ u l-investiment bejn l-UE u ċ-Ċina: Kompetizzjoni u Partnerjat" (COM(2006(0632),,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2009 dwar it-tisħiħ tar-rwol tal-SMEs Ewropej fil-kummerċ internazzjonali(9),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni reċenti tiegħu dwar l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti ta’ pubblikazzjoni għal industriji estrattivi u tal-qtugħ tas-siġar rigward il-pagamenti tagħhom lill-gvernijiet(10),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni konġunta tal-UE u ċ-Ċina, meħuda fl-14-il Summit bejn l-UE u ċ-Ċina li sar fi Frar 2012 f’Pekin, sabiex jiġu mnedija negozjati dwar ftehim ta’ investiment bilaterali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-kummerċ bejn l-UE u ċ-Ċina żdied b’mod rapidu u kontinwu tul dawn l-aħħar tletin sena, u laħaq l-ogħla livell ta’ kummerċ totali ta’ EUR 433,8 biljun fl-2012, u billi l-iżbilanċ fil-kummerċ bilaterali ilu favur iċ-Ċina mill-1997; billi dan id-defiċit fil-kummerċ kien jammonta għal EUR 146 biljun fl-2012, meta mqabbel ma’ EUR 49 biljun fl-2000;

B.  billi fl-2011, l-istokk ta’ investimenti barranin tal-UE fiċ-Ċina ammonta għal EUR 102 biljun, filwaqt li fl-istess sena l-istokk ta’ investimenti barranin taċ-Ċina fl-UE kien jammonta għal EUR 15-il biljun; billi l-istokk ta' investimenti barranin taċ-Ċina fl-UE kien jammonta għal EUR 3,5 biljun biss fl-2006;

C.  billi t-Trattat ta’ Lisbona għamel l-investiment dirett barrani (IDB) kompetenza esklużiva tal-Unjoni;

D.  billi 26 Stat Membru tal-UE għandhom ftehimiet bilaterali ta' investiment individwali fis-seħħ maċ-Ċina; billi l-UE għadha ma żviluppatx politika industrijali fit-tul u sostenibbli li sservi sabiex twassal l-interessi offensivi u difensivi tagħha fil-qasam tal-politika ta’ investiment barrani ġdida tagħha;

E.  billi anke b'żieda fl-ispejjeż tax-xogħol ta' 10 % fis-sena fis-snin reċenti, iċ-Ċina għadha fost l-aqwa tliet swieq fid-dinja għall-investiment;

F.  billi l-għanijiet ta’ żvilupp previsti fit-12-il pjan ta’ ħames snin taċ-Ċina u l-istrateġija UE 2020, rispettivament, jinkludu numru kbir ta’ interessi kondiviżi u sfidi komuni; billi livell ogħla ta’ integrazzjoni u skambji teknoloġiċi bejn l-ekonomija tal-UE u dik Ċiniża jista’ jwassal għal sinerġiji u benefiċċji reċiproċi;

G.  billi l-kumpaniji pubbliċi u privati għandhom jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni;

H.  billi dan il-ftehim ta' investiment huwa l-ewwel wieħed innegozjat mill-UE abbażi tal-kompetenza ġenerali tagħha wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona; billi n-negozjati dwar dan il-ftehim ta' investiment, inkluż l-aċċess għas-suq, għandhom il-potenzjal li jiġġeneraw interess kbir kif ukoll tħassib pubbliku possibbli, u għalhekk għandhom isiru bl-ogħla livell ta' trasparenza possibbli sabiex tkun tista' ssir is-sorveljanza parlamentari meħtieġa, u b'hekk tiġi ssodisfata waħda mill-prekundizzjonijiet għall-approvazzjoni meħtieġa tal-Parlament Ewropew għall-eżitu tan-negozjati;

I.  billi l-investituri għandhom jikkonformaw kemm mal-liġijiet tal-pajjiż ospitanti kif ukoll mad-dispożizzjonijiet ta’ kwalunkwe ftehim konkluż mill-UE u ċ-Ċina ladarba jidħol fis-seħħ sabiex jibbenefikaw b’mod sħiħ mill-aħjar protezzjoni possibbli tal-investimenti tagħhom;

J.  billi l-implimentazzjoni batuta jew in-nuqqas ta’ implimentazzjoni miċ-Ċina ta’ ċerti drittijiet fundamentali soċjali u tax-xogħol kif ukoll l-istandards ambjentali, li huma, madankollu, rikonoxxuti internazzjonalment, huma fost il-kawżi tal-iżbilanċ attwali fil-flussi tal-kummerċ bejn l-UE u ċ-Ċina, li jistgħu jaggravaw iżjed b’relazzjonijiet tal-investimenti iżjed fil-fond jekk ma jinkisibx il-progress fl-implimentazzjoni ta’ dawk id-drittijiet u standards; billi l-ftehim ta’ investiment għaldaqstant m’għandux ikollu l-effett li jkompli jbaxxi l-istandards soċjali u ambjentali fiċ-Ċina, iżda għandu, għall-kuntrarju, jikkontribwixxi għat-titjib tagħhom bħala prekundizzjoni, u jwassal għal relazzjoni ta’ kummerċ u investiment iżjed ibbilanċjata u li ġġib magħha benefiċċju reċiproku;

K.  billi ftehim ta’ investiment għandu jinkludi wkoll obbligi għall-investitur, anke fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet tat-trade unions u ta' drittijiet oħra tax-xogħol, it-trasparenza u l-protezzjoni tal-ambjent, kif definiti fil-liġi ta’ kull waħda miż-żewġ partijiet, u li għandhom jiġu konklużi b’konformità mar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (WTO) u ftehimiet internazzjonali rilevanti oħra u konvenzjonijiet ewlenin iffirmati u ratifikati mill-partijiet; billi l-ftehimiet ta’ investiment m’għandhomx ikopru investimenti f’oqsma maħluqa b’mod speċjali li jipprevedu l-evitar ta’ drittijiet u standards tax-xogħol u rekwiżiti legali oħra;

L.  billi l-oġġetti għall-esportazzjoni lejn l-UE li jiġu magħmula f'kampijiet tax-xogħol furzat, bħal taħt is-sistema ta' Riedukazzjoni permezz tax-Xogħol (RTL), magħrufa ġeneralment bħala Laogai, m'għandhomx jibbenefikaw minn investimenti li saru skont dan il-ftehim ta' investiment bilaterali;

M.  billi l-Kummissjoni u l-Kunsill impenjaw ruħhom sabiex jiżguraw li l-politika ta’ investiment tal-UE tikkunsidra l-prinċipji u l-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, inklużi d-drittijiet tal-bniedem, u impenjaw ruħhom li jagħmlu dan mill-2013;

N.  billi, peress li ftehim ta’ investiment maċ-Ċina jtejjeb sostanzjalment ir-relazzjonijiet ekonomiċi bejn l-UE u ċ-Ċina, għandu jagħti wkoll kontribuzzjoni għat-titjib fid-djalogu politiku bejn l-UE u ċ-Ċina, notevolment fuq tali kwistjonijiet bħad-drittijiet tal-bniedem – fil-qafas ta’ djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem effettiv u mmirat biex jikseb riżultati – u l-istat tad-dritt, bl-għan li r-relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi jinżammu fuq livell parallel, skont l-ispirtu tas-Sħubija Strateġika;

O.  billi l-investituri u l-investimenti għandhom jagħmlu sforzi, permezz tal-politiki u l-prattiki ta’ ġestjoni tagħhom, sabiex ikunu konformi mal-għanijiet ta’ żvilupp tal-istati ospitanti u l-awtoritajiet lokali ta’ fejn jinsab l-investiment;

1.  Jilqa' t-tisħiħ tar-relazzjonijiet ekonomiċi bejn l-UE u ċ-Ċina; jistieden lill-UE u liċ-Ċina jsegwu relazzjoni bilanċjata sew ta’ sħubija, djalogu f’livell għoli regolari, u benefiċċji reċiproċi aktar milli jidħlu f’kompetizzjoni ta' konfrontazzjoni;

2.  Jirrimarka li ċ-Ċina, li saret membru tad-WTO fl-2001, għandha tqiegħed iżjed enfasi fuq il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tagħha u l-ftuħ tas-suq tagħha sabiex tiżgura kundizzjonijiet iżjed ekwi, u għandha taċċellera t-tneħħija tal-ostakli artifiċjali li jiffaċċjaw il-kumpaniji biex jaċċessaw is-suq Ċiniż;

3.  Jinnota li l-impriżi Ewropej jiddeploraw l-eżistenza ta’ għadd kbir ta’ ostakli tariffarji u mhux tariffarji għas-suq Ċiniż, bħal ċerti forom ta’ diskriminazzjoni kontra operaturi barranin, kif ukoll il-kumplessità tal-istruttura tariffarja u l-ostakli tekniċi għall-kummerċ;

4.  Jilqa’ l-inklużjoni tal-aċċess għas-suq fil-mandat tan-negozjar; jemmen li riassigurazzjoni min-naħa taċ-Ċina li l-aċċess għas-suq se jiġi inkluż fin-negozjati għandha tikkostitwixxi prekundizzjoni biex dawn jitnedew;

5.  Jenfasizza l-ħtieġa li espliċitament jiġu inklużi kemm l-IDB kif ukoll investimenti ta' portafoll fil-proċess ta’ negozjar;

6.  Jinnota li l-impriżi Ċiniżi jqisu lill-Unjoni ġeneralment bħala ambjent ta' investiment stabbli, iżda jiddeploraw dak li jqisu bħala s-sussidji għall-esportazzjoni li baqa' tal-UE għall-prodotti agrikoli Ewropej u l-eżistenza ta' ċerti ostakli għall-kummerċ għas-suq tal-UE, bħal ostakli tekniċi għall-kummerċ u ostakli maħluqa biex jimblokkaw investiment minn pajjiżi terzi f'ċerti Stati Membri, u li qed jitolbu li jitneħħew l-ostakli inġustifikati li baqa' u li jiġi ffaċilitat l-investiment fl-Istati Membri; ifakkar, madankollu, li reċentement fiċ-Ċina ġie stabbilit mekkaniżmu ta' rieżami tas-sigurtà bħala skrutinju tal-investimenti barranin u li l-użu ta' tali mekkaniżmi miż-żewġ partijiet jista' jkun ibbażat fuq raġunijiet leġittimi; jirrimarka li l-UE u ċ-Ċina jista' jkollhom preokkupazzjonijiet ta' sigurtà leġittimi li jiġġustifikaw l-esklużjoni totali jew parzjali ta' ċerti setturi mill-investiment barrani fuq bażi temporanja jew fit-tul;

7.  Jirrimarka li attwalment il-forma ewlenija li fiha kumpaniji barranin jitħallew jiftħu fiċ-Ċina hija permezz ta' impriżi konġunti, li spiss huma assoċjati mat-trasferiment ta' teknoloġiji strateġiċi li jippromwovu l-iżvilupp kompetittiv taċ-Ċina għad-detriment tal-industrija Ewropea; huwa konvint li aktar aċċettazzjoni min-naħa taċ-Ċina fir-rigward ta' regolamenti legali oħra li jippermettu lil investituri barranin jistabbilixxu ruħhom, flimkien ma' protezzjoni dovuta tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali (IPR), tal-proprjetà industrijali, tal-marki kummerċjali u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti, hija kruċjali u tkun ta' benefiċċju reċiproku, filwaqt li tiffavorixxi livell ogħla ta' integrazzjoni tal-ekonomiji Ewropej u Ċiniżi abbażi ta' approċċ aktar strateġiku favur kooperazzjoni ekonomika li tkun orjentata, fost affarijiet oħra, lejn teknoloġija u innovazzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;

8.  Huwa konvint li ħarsien aħjar tal-IPRs u l-implimentazzjoni effettiva tar-regoli relatati fiċ-Ċina jippromwovu ħafna l-għan tal-UE u ta’ investituri barranin oħra li jinvestu, jaqsmu kapaċitajiet teknoloġiċi ġodda u jaġġornaw teknoloġiji eżistenti f’dak il-pajjiż, b’mod partikolari fir-rigward ta’ teknoloġiji ambjentalment sodi;

9.  Jilqa’ l-isforzi li saru mill-awtoritajiet Ċiniżi biex itejbu r-rispett għall-IPRs wara l-adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO, iżda xorta waħda jiddeplora l-protezzjoni inadegwata tagħhom fiċ-Ċina u jiddispjaċih għan-nuqqas ta’ mezzi speċifiċi disponibbli għall-impriżi Ewropej, partikolarment l-SMEs, għall-ġlieda effikaċi kontra l-ksur tal-IPRs;

10.  Jinsab imħasseb dwar l-inaffidabbiltà tas-sistema ġudizzjarja Ċiniża, li ma tinforzax l-obbligi kuntrattwali, u dwar in-nuqqas ta’ trasparenza u uniformità fl-applikazzjoni tar-reġim regolatorju li jirregola l-investimenti;

11.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinnegozja ftehim ta' investiment ambizzjuż u bilanċjat bejn l-UE u ċ-Ċina li l-għan tiegħu jkun li joħloq ambjent aħjar għal investituri tal-UE fiċ-Ċina u viċe versa, inkluż aċċess aħjar għas-suq, sabiex jiżdied il-livell ta' flussi ta' kapital reċiproċi u tiġi garantita t-trasparenza rigward il-governanza tal-kumpaniji, kemm pubbliċi kif ukoll privati, li jinvestu fl-ekonomija msieħba; jirrakkomanda l-linji gwida tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) dwar il-governanza korporattiva bħala dokument ta' referenza; jinsisti wkoll fuq infurzar tal-liġi aħjar sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta bejn parteċipanti pubbliċi u privati, titnaqqas il-korruzzjoni u tittejjeb iċ-ċertezza legali u l-previdibbiltà tal-ambjent kummerċjali fiċ-Ċina;

12.  Jenfasizza l-importanza li jiġu stabbiliti, permezz ta’ dan il-ftehim, il-prekundizzjonijiet għal kompetizzjoni ġusta bejn l-UE u ċ-Ċina; jirrakkomanda, għal dan il-għan, li l-Kummissjoni tinnegozja dispożizzjonijiet b’saħħithom u vinkolanti dwar it-trasparenza u l-kompetizzjoni ġusta sabiex ikunu japplikaw kundizzjonijiet ekwi anke għal intrapriżi tal-istat u prattiki ta’ investiment tal-fondi ta' investimenti sovrani;

13.  Jitlob li l-ftehim li qed jiġi nnegozjat ikopri kemm l-aċċess għas-suq kif ukoll il-protezzjoni tal-investituri;

14.  Jenfasizza li xejn f'dan il-ftehim ta' investiment m'għandu jnaqqas l-ispazju ta' politika tal-partijiet u l-kapaċità tagħhom li jilleġiżlaw sabiex jilħqu għanijiet leġittimi u ġustifikati ta' politika pubblika filwaqt li jippruvaw ma jxejnux il-benefiċċji li joriġinaw mill-impenji tal-partijiet; jenfasizza li l-garanzija tal-istat tad-dritt għall-investituri u ċ-ċittadini kollha Ċiniżi u tal-UE trid tibqa' l-prijorità;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura trasparenza sħiħa fir-rigward tal-fondi ta' investimenti sovrani;

16.  Jinnota li għandu jiġi stabbilit żmien ċar tan-negozjati, u għandhom jiġu kkunsidrati perjodi tranżitorji raġonevoli u sinifikanti;

17.  Jikkunsidra li ftehim ta’ investiment maċ-Ċina għandu jkun ibbażat fuq l-aħjar prattiki meħuda mill-esperjenzi tal-Istati Membri, jikkontribwixxi għal koerenza akbar u jinkludi l-istandards li ġejjin:

   in-nondiskriminazzjoni (trattament nazzjonali u trattament tal-aktar nazzjon favorit għal investituri u investimenti f’ċirkostanzi simili);
   il-projbizzjoni ta’ arbitrarjetà manifesta fit-teħid ta' deċiżjonijiet;
   il-projbizzjoni taċ-ċaħda mill-ġustizzja u nuqqas ta' osservanza tal-prinċipji fundamentali tal-proċess ġust;
   l-obbligu li ma tinċaħadx il-ġustizzja fi proċedimenti ġudizzjarji kriminali, ċivili jew amministrattivi f’konformità mal-prinċipju tal-proċess ġust imħaddan mis-sistemi legali prinċipali tad-dinja;
   il-projbizzjoni ta’ trattament abbużiv ta’ investituri, inklużi l-koerċizzjoni, it-theddid u l-fastidju;
   il-protezzjoni mill-esproprjazzjoni diretta u indiretta, u l-provvediment ta’ kumpens adegwat għal kwalunkwe ħsara mġarrba fil-każ ta’ esproprjazzjoni;
   l-osservanza tal-prinċipju ta’ legalità fil-każ ta’ nazzjonalizzazzjoni;

18.  Jafferma mill-ġdid li fid-dawl tal-konklużjoni b’suċċess tan-negozjati, il-kwalità għandha dejjem tirbaħ fuq il-ħeffa;

19.  Jinnota li l-ftehim ta’ protezzjoni tal-investiment għandu jinkludi definizzjonijiet ċari tal-investiment u l-investitur li għandhom jiġu protetti u li l-forom purament spekulattivi ta’ investiment m’għandhomx jiġu protetti;

20.  Jiltob li l-ftehim ikun kompatibbli mal-obbligi multilaterali skont il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS) sabiex jiġu ssodisfati l-kriterji għal ftehim ta' integrazzjoni ekonomika;

21.  Jilqa' l-fatt li t-titjib mistennni fiċ-ċertezza legali se jgħin lill-SMEs jinvestu barra minn pajjiżhom, u jenfasizza li l-vuċi tal-SMEs trid tinstema' matul in-negozjati (anke permezz tal-involviment taċ-Ċentru l-ġdid tal-SMEs tal-UE fiċ-Ċina, il-Helpdesk tal-UE għall-SMEs dwar l-IPR u l-Kamra tal-Kummerċ tal-UE fiċ-Ċina), sabiex il-ftehim li għandu jiġi konkluż jippromwovi l-internazzjonalizzazzjoni ta' dawk l-SMEs li jridu jaċċessaw is-suq tal-parti l-oħra;

22.  Jenfasizza li prekundizzjoni għall-konklużjoni tal-ftehim għandha tkun l-inklużjoni ta’ impenn qawwi min-naħa tal-partijiet favur l-iżvilupp sostenibbli u inklużiv, fid-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tiegħu u fir-rigward tal-investimenti, sabiex tinbena relazzjoni kummerċjali u ta' investiment iżjed ibbilanċjata bejn l-UE u ċ-Ċina li ma tkunx primarjament ibbażata fuq spejjeż tax-xogħol baxxi u standards ambjentali batuti fiċ-Ċina;

23.  Jenfasizza li l-ftehimiet ta’ investiment konklużi mill-UE m’għandhomx imorru kontra l-valuri fundamentali li l-UE tixtieq tippromwovi permezz tal-politiki esterni tagħha u li m'għandhomx idgħajjfu l-kapaċità għal intervent pubbliku, b’mod partikolari meta jkunu qed jiġu segwiti objettivi ta’ politika pubblika bħal kriterji soċjali, ambjentali, drittijiet tal-bniedem, il-ġlieda kontra l-iffalsifikar, is-sigurtà, id-drittijiet tal-ħaddiema u l-konsumaturi, is-saħħa u s-sikurezza pubblika, il-politika industrijali u d-diversità kulturali; jitlob li jiġu inklużi l-klawżoli speċifiċi u vinkolanti rispettivi fil-ftehim;

24.  Jitlob li, bħal impenji kummerċjali oħra li jsiru mill-UE, il-ħarsien tas-servizzi pubbliċi jibqa’ prinċipju fundamentali fil-kuntest ta’ dan il-ftehim;

25.  Jenfasizza l-fatt li l-iżvilupp futur tal-ftehim ta’ investiment bejn l-UE u ċ-Ċina għandu jkun ibbażat fuq fiduċja reċiproka u konformità sħiħa mal-obbligi tad-WTO; jiddeplora l-livelli kbar ta' sussidjar pubbliku ta’ ċerti setturi b’potenzjal ta’ tkabbir, inklużi l-pannelli solari, u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-effetti negattivi ta’ tali dumping u sussidjar jitneħħew kompletament sabiex jitħaffu n-negozjati;

26.  Jirrakkomanda, fir-rigward tal-aċċess tas-suq, li ż-żewġ partijiet jimpenjaw ruħhom favur perjodi ta’ introduzzjoni gradwali u ftehimiet tranżitorji għal ċerti setturi sabiex titħaffef it-triq għal-liberalizzazzjoni totali jew parzjali tagħhom; jirrikonoxxi wkoll li jista' jkun li ż-żewġ partijiet ma jkunux jistgħu jieħdu impenji f’ċerti setturi; jitlob, f'dan il-kuntest, l-esklużjoni tas-servizzi kulturali u awdjoviżivi min-negozjati dwar l-aċċess għas-suq, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-politiki industrijali intervenzjonisti, il-protezzjoni inadegwata tal-IPRs, l-ambigwitajiet fis-sustanza u fl-applikazzjoni tar-regoli, u l-ostakli tariffarji u mhux tariffarji tagħhom għall-kummerċ;

27.  Jikkunsidra li minħabba n-nuqqas ta’ aċċess għas-suq Ċiniż minħabba ir-rwol tal-impriżi pubbliċi, il-ftehim, biex ikun bilanċjat, għandu jikkostitwixxi opportunità ewlenija biex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet indaqs kemm għall-kumpaniji pubbliċi kif ukoll għal dawk privati;

28.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-ftehim jiżgura l-kapaċità tal-UE li teskludi ċerti setturi strateġiċi mill-investituri Ċiniżi;

29.  Jenfasizza li l-ftehim għandu jippermetti lill-partijiet, u fil-każ tal-UE, l-Istati Membri individwali tagħha, jiddefinixxu u jimplimentaw politiki ewlenin għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-diversità kulturali;

30.  Jenfasizza li l-ftehim għandu jippromwovi investiment li huwa sostenibbli, inklużiv u li jirrispetta l-ambjent, b’mod partikolari fil-qasam ta’ industriji estrattivi, u li jinkoraġġixxi kundizzjonijiet tax-xogħol ta' kwalità tajba fl-intrapriżi fil-mira tal-investiment;

31.  Jappella għal klawżola li tiddikjara li investitur għandu jipprovdi lil parti statali ospitanti potenzjali bi kwalunkwe informazzjoni li dik il-parti tista' teħtieġ rigward l-investiment inkwistjoni, għal skopijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet b'rabta mal-investiment jew unikament għal skopijiet ta’ statistika, filwaqt li l-parti statali għandha tipproteġi kull informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali minn kwalunkwe żvelar li jista’ jippreġudika l-pożizzjoni kompetittiva tal-investitur jew l-investiment;

32.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu inklużi fil-ftehim futur dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza u l-governanza tal-impriżi pubbliċi u tal-fondi ta' investimenti sovrani, abbażi tal-Prinċipji ta’ Santiago, li ġew adottati taħt l-awspiċji tal-FMI u jiddefinixxu l-prinċipji applikabbli għall-governanza u l-istruttura istituzzjonali tal-fondi ta' investimenti sovrani u għat-trasparenza tal-istrateġiji tagħhom ta’ investiment;

33.  Itenni t-talba tiegħu għal klawżola effikaċi ta' responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji b'konformità mal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar id-Drittijiet Kummerċjali u tal-Bniedem; jafferma li l-investituri għandhom, rispettivament, japplikaw id-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO dwar l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali u l-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, kif ukoll standards internazzjonali speċifiċi jew settorjali ta' prattika responsabbli fejn dawn jeżistu; jitlob li jiddaħħlu klawżoli vinkolanti soċjali u ambjentali bħala parti minn kapitolu għall-iżvilupp sostenibbli komplut li jkun soġġett għall-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim; jistieden liż-żewġ partijiet jimplimentaw strateġija ta' investiment sostenibbli u inklużiva li tinkludi klawżola dwar ir-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji b'linji gwida konkreti għall-investituri, kif ukoll metodoloġija ta' valutazzjoni effiċjenti għall-awtoritajiet pubbliċi li jissorveljaw l-investimenti konsegwenti f'termini tal-impatt soċjali u ambjentali tagħhom;

34.  Jenfasizza li l-ftehim għandu jobbliga lill-investituri Ċiniżi fl-UE jikkonformaw mal-istandards soċjali u l-arranġamenti tad-djalogu soċjali Ewropej;

35.  Jenfasizza l-ħtieġa li ftehim ta’ investiment bilaterali bejn l-UE u ċ-Ċina jagħti riżultati kemm fuq tkabbir sostenibbli u kif ukoll fuq il-ħolqien tal-impjiegi, u jrawwem sinerġiji u effetti sekondarji pożittivi ma’ ftehimiet oħra ta’ kummerċ reġjonali u ta' investiment li l-UE jew iċ-Ċina huma parti għalihom;

36.  Jitlob lill-Kummissjoni tikkomplementa l-valutazzjoni tal-impatt tagħha billi tivvaluta wkoll l-impatt fuq il-ftehim ta’ investiment bejn l-UE u ċ-Ċina dwar id-drittijiet tal-bniedem, kif impenjat ruħha li tagħmel fil-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija;

37.  Huwa tal-fehma li l-ftehim għandu jinkludi dispożizzjoni li tiddikjara li l-investituri kollha huma obbligati jikkonformaw b’mod sħiħ mal-liġi tal-parti ospitanti fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u, fejn applikabbli, sovranazzjonali, u li l-investituri li ma jirrispettawx l-istat tad-dritt għandhom ikunu soġġetti għal azzjonijiet ċivili għad-danni fil-proċess ġudizzjarju tal-ġurisdizzjoni rilevanti għal kwalunkwe atti jew deċiżjonijiet illegali magħmula b’rabta mal-investiment, b'mod partikolari f'każijiet li fihom tali atti jew deċiżjonijiet wasslu għal ħsara ambjentali sinifikanti, korrimenti personali jew telf ta’ ħajja;

38.  Jinsisti li l-ftehim għandu jinkludi klawżola li tipprojbixxi l-indeboliment progressiv tal-leġiżlazzjoni soċjali u ambjentali sabiex jiġi attirat l-investiment, u li tiżgura li l-ebda parti ma tista' tonqos milli effettivament tinforza l-leġiżlazzjoni relevanti permezz ta’ kors ta’ azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni sostnuti jew rikorrenti, bħala inkoraġġiment għat-twaqqif, l-akkwist, l-espansjoni jew iż-żamma ta’ investiment fit-territorju tagħha;

39.  Jinsisti li l-ftehim ta’ investiment bilaterali bejn l-UE u ċ-Ċina għandu jikkonforma mal-acquis tal-UE, inkluża l-leġiżlazzjoni soċjali u ambjentali fis-seħħ, u li l-ebda parti ma tista' tonqos milli tinforza effettivament il-leġiżlazzjoni tagħha f’dawn l-oqsma, sabiex id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-ftehim jinkoraġġixxu l-istabbiliment, l-akkwist, l-espansjoni, jew iż-żamma legali ta’ investiment fit-territorju rispettiv taż-żewġ partijiet, u jrawwem l-aħjar prattiki imprenditorjali u ‘fair play’ fin-negozju;

40.  Jinsisti fuq il-ħtieġa li l-ftehim jesiġi l-konformità tal-investituri barranin mal-istandards tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data;

41.  Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar il-livell ta’ diskrezzjoni tal-arbitri internazzjonali li jużaw interpretazzjoni wiesgħa tal-klawżoli dwar il-protezzjoni tal-investitur, li b’hekk twassal għall-esklużjoni ta’ regolamenti pubbliċi leġittimi; jitlob li l-arbitri maħtura mill-partijiet fil-kuntest ta' tilwima jkunu indipendenti u imparzjali, u li l-arbitraġġ provdut isegwi kodiċi ta’ kondotta bbażat fuq ir-regoli adottati mill-Kummissjoni tan-NU għad-Dritt Kummerċjal Internazzjonali (UNCITRAL), fuq dawk taċ-Ċentru Internazzjonali għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim dwar l-Investimenti (ICSID) jew fuq kwalunkwe ftehimiet u standards internazzjonali oħra rikonoxxuti u aċċettati mill-partijiet;

42.  Jikkunsidra li l-ftehim għandu jinkludi, bħala prijorità ewlenija, mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim effikaċi bejn stat u stat u bejn investitur u stat sabiex, minn naħa waħda, ikun evitat li talbiet frivoli jwasslu għal arbitraġġ mhux ġustifikati, u, min-naħa l-oħra, biex jiġi żgurat li l-investituri kollha jkollhom aċċess għal proċess ġust, segwit b’infurzar tal-arbitraġġ kollu mingħajr dewmien;

43.  Huwa tal-fehma l-ftehim għandu jipprevedi proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn stat u stat u mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn investitur u stat li jkunu stabbiliti f'qafas legali adegwat u jkunu soġġetti għal kriterji stretti ta’ trasparenza;

44.  Jitlob lill-UE u ċ-Ċina biex jistabbilixxu b’mod konġunt mekkaniżmu ta’ twissija bikrija sabiex jagħtu ċans lilhom infushom biex isolvu proattivament kwalunkwe tilwima inizjali fuq il-kummerċ jew l-investiment fl-iżjed stadju bikri possibbli bl-użu tal-miżuri xierqa kollha, inklużi setgħat ta’ persważjoni u diplomazija dwar il-kummerċ;

45.  Jikkunsidra wkoll li l-ftehim għandu jinkludi dispożizzjonijiet għal soluzzjoni tat-tilwim straġudizzjarju sabiex titħeġġeġ soluzzjoni tat-tilwim veloċi, affordabbli u amikevoli bejn il-partijiet li jiddeċiedu liberament li jkollhom rikors għaliha;

46.  Jissuġġerixxi li mekkaniżmi flessibbli għas-soluzzjoni tat-tilwim bħall-medjazzjoni jiġu definiti b’mod preċiż fil-ftehim fir-rigward, pereżempju, tat-tul, l-ispiża u l-implimentazzjoni tas-soluzzjonijiet aċċettati mill-partijiet;

47.  Jesprimi l-fehma tiegħu li, ladarba konkluż u ratifikat b’mod sħiħ, ftehim ta’ investiment bejn l-UE u ċ-Ċina għandu jissostitwixxi l-ftehimiet ta' investiment bilaterali eżistenti kollha bejn Stati Membri individwali tal-UE u ċ-Ċina, skont id-dritt tal-Unjoni;

48.  Jirrakkomanda li n-negozjati jinfetħu biss b’kundizzjoni li tingħata minn qabel approvazzjoni formali mill-Kunsill tal-Istat taċ-Ċina biex l-aċċess għas-suq jiġi inkluż fil-ftehim ta’ investiment;

49.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 264 E, 13.9.2013, p. 33.
(2) Testi adottati, P7_TA(2013)0097.
(3) ĠU C 56 E, 26.2.2013, p. 87.
(4) ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 1.
(5) ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 34.
(6) ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 101.
(7) ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 31.
(8) ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 94.
(9) ĠU C 67 E, 18.3.2010, p. 101.
(10) Testi adottati ta' 12.6.2013, P7_TA(2013)0261 and 0262.


Relazzjonijiet kummerċjali UE-Tajwan
PDF 223kWORD 59k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar relazzjonijiet kummerċjali UE-Tajwan (2013/2675(RSP))
P7_TA(2013)0412B7-0435/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Frar 2011 dwar l-Istrateġija Ewropa 2020(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3(5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jistabbilixxu, rispettivament, li “Fir-relazzjonijiet tagħha mal-bqija tad-dinja l-Unjoni għandha [...] tikkontribwixxi [...] għar-rispett sħiħ u għall-iżvilupp tad-dritt internazzjonali” u li “L-Unjoni għandha tara li jkun hemm koerenza bejn il-politika u l-attivitajiet differenti tagħha”.

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Mejju 2011 dwar ir-rapport annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar l-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) fl-2009(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2012 dwar ir-Rapport Annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2013 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-bniedem u standards soċjali u ambjentali fil-ftehimiet ta' kummerċ internazzjonali(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2009 dwar it-tisħiħ tar-rwol tal-SMEs Ewropej fil-kummerċ internazzjonali(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-impatt tal-iffalsifikar fuq il-kummerċ internazzjonali(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Settembru 2008 dwar il-kummerċ fis-servizzi(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2008 dwar il-kummerċ ta' materja prima u ta' prodotti bażiċi(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Frar 2008 dwar l-istrateġija tal-UE li tassigura l-aċċess għas-swieq għall-kumpaniji Ewropej(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Mejju 2007 dwar l-Ewropa Globali – l-aspetti esterni tal-kompetittività(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2005 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE, iċ-Ċina u t-Tajwan u dwar is-sigurtà fil-Lvant Imbiegħed(12),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu "Kummerċ, Tkabbir u Affarijiet Dinjija – Il-Politika tal-Kummerċ bħala element prinċipali mill-Istrateġija tal-UE 2020" (COM(2010)0612),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu "L-Ewropa Globali: kompetizzjoni dinjija. Kontribut lill-istrateġija tal-UE għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi' (COM(2006)0567),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-ostakoli għall-kummerċ u l-investiment 2013, ippubblikat fit-28 ta' Frar 2013 (COM(2013)0103),

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u t-Tajwan (O‑000093/2013 – B7‑0509/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi s-sistema kummerċjali multilaterali bbażata fuq ir-regoli, stabbilita permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), hi l-aktar qafas xieraq biex ikun hemm kummerċ dinji miftuħ u ġust; billi hu essenzjali, madankollu, li wieħed jifhem li l-ftehimiet bilaterali huma wkoll parti mill-istess pakkett ta' għodda komuni dwar ir-relazzjonijiet internazzjonali;

B.  billi l-UE tibqa' kompletament impenjata li tilħaq eżitu bilanċjat u ġust għall-Aġenda ta' Żvilupp ta' Doha (DDA) bħala l-approċċ preferut, u billi l-progress b'mod parallel mal-ftehimiet ta' kummerċ bilaterali ma' pajjiżi industrijalizzati oħra hu alternattiva valida oħra;

C.  billi l-ammont totali ta' kummerċ bilaterali bejn l-UE u t-Tajwan żdied b'aktar minn tnax-il darba fl-aħħar għoxrin sena, filwaqt li qabeż l-EUR 40 biljun fl-2011;

D.  billi t-Tajwan hu s-seba' l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE fl-Asja u t-tlieta w għoxrin l-akbar sieħeb kummerċjali fid-dinja;

E.  billi fl-2010 l-UE kellha 31,5 % tal-fluss ta' investiment dirett barrani (FDI) u 21 % tal-istokks tal-FDI fit-Tajwan, u kienet l-akbar investitur barrani fil-pajjiż;

F.  billi r-relazzjonijiet kummerċjali globali bejn l-UE u t-Tajwan attwalment qed jirrendu ferm anqas mill-potenzjal tagħhom;

G.  billi kummerċ miftuħ u ġust hu mezz b'saħħtu biex jinħoloq aktar tkabbir u benessri, billi jibni fuq il-vantaġġi kumparattivi ta' kull ekonomija u fuq is-sinerġiji potenzjali li joħorġu minn integrazzjoni ekonomika akbar u minn inputs ġodda f'ekonomiji bbażati fuq l-għarfien;

H.  billi d-dazji diġà jinsabu f'livelli ġeneralment baxxi bejn iż-żewġ sieħba kummerċjali; billi l-UE u t-Tajwan għandhom djalogu regolari u strutturat li jindirizza l-kummerċ u l-kwistjonijiet ta' investiment ta' interess u ta' tħassib komuni; billi, f'dan il-qafas, erba' gruppi ta' ħidma tekniċi ġew stabbiliti biex jittrattaw kwistjonijiet relatati mal-IPR-, TBT- u SPS u mas-settur farmaċewtiku;

I.  billi, minkejja t-tariffi relattivament baxxi, il-volum tal-kummerċ bilaterali bejn l-UE u t-Tajwan huwa aktar baxx mill-ammont ta' skambji kummerċjali li l-UE għandha mas-sħab kummerċjali ewlenin l-oħra tagħha;

J.  billi l-industrija tal-ICT hi settur ta' valur miżjud għoli u sors ta' tkabbir kemm fl-UE u kemm fit-Tajwan, speċjalment fir-rigward ta' żvilupp akbar ta' prodotti u servizzi intelliġenti;

K.  billi l-UE u t-Tajwan jistgħu japprofondixxu aktar ir-relazzjonijiet ekonomiċi tagħhom b'mod li jkunu ġenwinament ta' benefiċċju reċiproku, anke sabiex ikunu indirizzati sfidi soċjetali komuni;

L.  billi t-Tajwan ilu membru sħiħ tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) sa mill-2002 u hu wkoll membru sħiħ tal-Kooperazzjoni Ekonomika Asja-Paċifiku (APEC) u tal-Bank Asjatiku tal-Iżvilupp;

M.  billi l-adeżjoni tat-Tajwan mal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA) tad-WTO f'Lulju 2009 kien pass sostanzjali u pożittiv, li ppermetthielu li mhux biss jibbenefika minn ftuħ reċiproku tas-swieq tal-GPA imma wkoll li jtejjeb l-effiċjenza fis-suq intern tiegħu;

N.  billi t-Tajwan u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina (PRC) adottaw approċċ kostruttiv li kkontribbwixxa għall-konklużjoni ta’ 19-il ftehim iffirmati bejn il-Fondazzjoni għall-Iskambju fl-Istrett – għat-Tajwan – u l-Assoċjazzjoni għar-Relazzjonijiet fl-Istrett tat-Tajwan – għall-PRC; billi dawn il-ftehimiet jinkludu l-Ftehim Qafas għall-Kooperazzjoni Ekonomika (ECFA) Cross-Straits u l-Ftehim dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali (IPR) iffirmati fid-29 ta’ Ġunju 2010 kif ukoll il-Ftehim dwar l-Investiment u l-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Doganali ffirmati fid-9 ta’ Awwissu 2012;

O.  billi alternattivi kostruttivi oħra wasslu lit-Tajwan jikkonkludi 31 Ftehim Bilaterali ta' Investiment (BIAs) ma' pajjiżi terzi, inkluż il-Ġappun fit-22 ta' Settembru 2011, u Ftehim ta' Kooperazzjoni Ekonomika man-New Zealand fl-10 ta' Lulju 2013, li jerġa' jibda taħditiet dwar Ftehim Qafas dwar il-Kummerċ u l-Investiment (TIFA) mal-Istati Uniti fl-10 ta' Marzu 2013, u sabiex qiegħed attwalment jinnegozja ftehim ta' investiment mar-Repubblika tal-Korea kif ukoll ftehim ta' kummerċ ħieles ma' Singapor (ASTEP);

P.  billi l-Uffiċċju ta' Rappreżentanza Ekonomika u Kulturali ta' Tajpei fl-Istati Uniti u l-Istitut Amerikan fit-Tajwan qablu dwar Dikjarazzjonijiet Konġunti rigward Prinċipji għall-Investiment Internazzjonali u s-servizzi tal-ICT; billi, bl-istess mod, it-Tajwan ikkonkluda ftehimiet komprensivi dwar it-taxxa tad-dħul ma' 25 pajjiż, inkluż ma' disa' Stati Membri tal-UE;

Q.  billi rabtiet ekonomiċi iktar mill-qrib mat-Tajwan ma jikkontradixxu bl-ebda mod il-politika tal-UE dwar ''Ċina waħda'', fid-dawl tal-fatt li ċ-Ċina u t-Tajwan ingħaqdu rispettivament mal-Kooperazzjoni Ekonomika Asja-Paċifiku (APEC) fl-1991, u ngħaqdu mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) fl-2002;

1.  Iqis li s-sistema kummerċjali multilaterali, inkorporata fid-WTO, tibqa' bil-bosta l-aktar qafas effettiv biex jintlaħaq il-kummerċ miftuħ u ġust fid-dinja kollha; jemmen li l-UE u t-Tajwan għandhom jikkontribwixxu għall-progress tan-negozjati kummerċjali multilaterali;

2.  Iqis li, waqt li l-UE qiegħda taħdem fuq l-aġġornament tar-relazzjonijiet ekonomiċi tagħha maċ-Ċina, għandha tikkunsidra l-possibbiltà li tagħmel l-istess mat-Tajwan sabiex b'mod konsistenti ssegwi t-triq li tagħti appoġġ lis-sistema demokratika tat-Tajwan, il-pluraliżmu soċjali u r-rekord tajjeb tat-Tajwan fir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt;

3.  Iqis, għaldaqstant, li l-UE għandha tirrispondi wkoll b’mod pożittiv għar-rieda tat-Tajwan li jnedi negozjati paralleli għal ftehimiet bilaterali dwar il-ħarsien tal-investiment u l-aċċess għas-suq sabiex tkompli tissaħħaħ iċ-ċertezza legali tal-investimenti, u jiżdiedu l-volum u l-kwalità tal-flussi ta’ investiment;

4.  Jemmen li d-deċiżjoni li jinbdew dawn in-negozjati mat-Tajwan għandha tkun ibbażata fuq raġunijiet ekonomiċi, u m’għandhiex tkun interkonnessa mal-evalwazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina;

5.  Jenfasizza li l-Parlament huwa favur ftehimiet dwar il-ħarsien tal-investiment u l-aċċess għas-suq mat-Tajwan, li jwasslu għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet ekonomiċi eżistenti bejn l-UE u t-Tajwan;

6.  Iqis li l-ftehimiet bejn l-UE u t-Tajwan dwar il-ħarsien tal-investiment u l-aċċess għas-suq għandhom il-potenzjal reali sabiex iwasslu għal sitwazzjoni pożittiva għaż-żewġ naħat, li tkun ta' benefiċċju għaż-żewġ ekonomiji;

7.  Jinnota li kwalunkwe ftehim għandu jikkunsidra kif xieraq l-SMEs u jtejjeb il-ħila tagħhom li jinvestu barra l-pajjiż;

8.  Ifakkar ukoll li l-UE u t-Tajwan diġà għandhom relazzjoni ekonomika integrata tajjeb, dazji doganali baxxi fuq iż-żewġ naħat u djalogu strutturat tajjeb, fejn iż-żewġ partijiet jiltaqgħu b’mod regolari sabiex isolvu kwistjonijiet bilaterali dwar il-kummerċ u l-investiment;

9.  Jenfasizza li l-ftehim għandu jinkludi impenn qawwi min-naħa tal-partijiet favur żvilupp sostenibbli u inklużiv fid-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali fir-rigward tal-investimenti;

10.  Jenfasizza li l-ftehimiet ta’ investiment konklużi mill-UE għandhom jirrispettaw il-kapaċità għal intervent pubbliku, b’mod partikolari meta jkunu qed jiġu segwiti objettivi ta’ politika pubblika bħall-istandards soċjali u ambjentali, id-drittijiet tal-bniedem, is-sigurtà, id-drittijiet tal-ħaddiema u l-konsumaturi, is-saħħa u s-sikurezza pubblika u d-diversità kulturali; jitlob sabiex klawsoli speċifiċi dwar dawn l-objettivi jkunu inklużi fil-ftehim;

11.  Jirrakkomanda li, fir-rigward tal-aċċess għas-suq, iż-żewġ partijiet jitħallew jeskludi ċerti setturi mill-impenji ta' liberazzjoni tagħhom sabiex jipproteġu interessi strateġiċi nazzjonali;

12.  Itenni t-talba tiegħu li tiġi inkluża klawsola effettiva dwar ir-responsabilità soċjali tal-kumpaniji u klawsoli effikaċi fil-qasam soċjali u dak ambjentali;

13.  Jenfasizza li l-ftehim għandu jobbliga lill-investituri barranin fl-UE josservaw l-istandards soċjali u r-rekwiżiti tad-djalogu soċjali Ewropej;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni tibda taħditiet dwar tali ftehimiet bejn l-UE u t-Tajwan;

15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-Gvern Tajwaniż u lill-Yuan Leġiżlattiv.

(1) ĠU C 188 E, 28.6.2012, p. 42.
(2) ĠU C 377 E, 7.12.2012, p. 35.
(3) Testi adottati, P7_TA(2012)0334.
(4) Testi adottati, P7_TA(2013)0097.
(5) ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 31.
(6) ĠU C 67 E, 18.3.2010, p. 101.
(7) ĠU C 45 E, 23.2.2010, p. 47.
(8) ĠU C 295 E, 4.12.2009, p. 67.
(9) ĠU C 279 E, 19.11.2009, p. 5.
(10) ĠU C 184 E, , 6.8.2009, p. 16.
(11) ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 128.
(12) ĠU C 157 E, 6.7.2006, p. 471.


Stima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent ***I
PDF 894kWORD 417k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew tat-9 ta' Ottubru 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (COM(2012)0628 – C7-0367/2012 – 2012/0297(COD))(1)
P7_TA(2013)0413A7-0277/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
(1)  Id-Direttiva 2011/92/UE armonizzat il-prinċipji għall-istima ambjentali ta' proġetti billi introduċiet rekwiżiti minimi (fir-rigward tat-tip ta’ proġetti soġġetti għal stima, l-obbligi ewlenin tal-iżviluppaturi, il-kontenut tal-istima u l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u tal-pubbliku), u tikkontribwixxi għal livell għoli ta' protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem.
(1)  Id-Direttiva 2011/92/UE armonizzat il-prinċipji għall-istima ambjentali ta' proġetti billi introduċiet rekwiżiti minimi (fir-rigward tat-tip ta’ proġetti soġġetti għal stima, l-obbligi ewlenin tal-iżviluppaturi, il-kontenut tal-istima u l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u tal-pubbliku), u tikkontribwixxi għal livell għoli ta' protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem. L-Istati Membri għandhom ikunu permessi jistabbilixxu regoli aktar stretti għall-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 3
(3)  Jinħtieġ li tkun emendata d-Direttiva 2011/92/UE biex tissaħħaħ il-kwalità tal-proċedura ta’ stima ambjentali, jiġu razzjonalizzati d-diversi stadji tal-proċedura u jiżdiedu l-koerenza u s-sinerġiji ma’ leġiżlazzjoni u politiki oħra tal-Unjoni, kif ukoll ma’ strateġiji u politiki żviluppati mill-Istati Membri f’oqsma ta’ kompetenza nazzjonali.
(3)  Jinħtieġ li tkun emendata d-Direttiva 2011/92/UE biex tissaħħaħ il-kwalità tal-proċedura ta’ stima ambjentali, jiġu razzjonalizzati d-diversi stadji tal-proċedura, tiġi allinjata l-proċedura mal-prinċipji ta’ regolamentazzjoni intelliġenti u jiżdiedu l-koerenza u s-sinerġiji ma’ leġiżlazzjoni u politiki oħra tal-Unjoni, kif ukoll ma’ strateġiji u politiki żviluppati mill-Istati Membri f’oqsma ta’ kompetenza nazzjonali. L-iskop ewlieni li għalih qed tiġi emendata din id-Direttiva huwa li jkun hemm implimentazzjoni aktar effettiva fil-livell ta’ Stat Membru. F’bosta każijiet il-proċeduri amministrattivi saru kumplikati u jġebbdu fit-tul wisq, tant li jikkawżaw dewmien u joħolqu riskji addizzjonali għall-protezzjoni tal-ambjent. F’dan ir-rigward, is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-proċedimenti għandhom ikunu waħda mill-għanijiet tad-Direttiva. Għandha titqies il-konvenjenza li jinħoloq punt ta’ kuntatt waħdieni bil-għan li jkunu jistgħu jsiru stima koordinata jew proċeduri konġunti meta jkunu meħtieġa għadd ta’ stimi tal-impatt fuq l-ambjent (VIA), pereżempju f’każijiet ta’ proġetti transkonfinali, kif ukoll biex jiġu definiti kriterji aktar speċifiċi għal stimi mandatarji.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 3a (ġdida)
(3a)  Sabiex tiġi ggarantita l-applikazzjoni armonizzata u l-protezzjoni ugwali tal-ambjent fl-Unjoni kollha, il-Kummissjoni għandha, fir-rwol tagħha bħala l-gwardjana tat-Trattati, tiżgura konformità kwalitattiva kif ukoll proċedurali mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92/UE, inklużi dawk dwar il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni pubblika.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 3b (ġdida)
(3b)  F’każ ta’ proġetti li jista' jkollhom effetti transkonfinali fuq l-ambjent, l-Istati Membri involuti għandhom joffru punt ta’ kuntatt b’rappreżentanza komuni u ugwali, li jkun responsabbli għall-passi kollha tal-proċedura. Għall-approvazzjoni finali tal-proġett hija meħtieġa l-approvazzjoni tal-Istati Membri kollha kkonċernati.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 3c (ġdida)
(3c)  Id-Direttiva 2011/92/UE għandha wkoll tiġi riveduta b’tali mod li jiġi żgurat li l-protezzjoni tal-ambjent tiġi mtejba, li tiżdied l-effiċjenza tar-riżorsi u li jkun appoġġjat it-tkabbir sostenibbli fl-Ewropa. Għal dan il-għan huwa meħtieġ li l-proċeduri li tistabbilixxi jiġu simplifikati u armonizzati.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 4
(4)  Matul l-aħħar għaxar snin, il-kwistjonijiet ambjentali, bħall-effiċjenza fir-riżorsi, il-bijodiversità, it-tibdil fil-klima, u r-riskju ta’ diżastri, saru aktar importanti fit-tfassil tal-politika u għalhekk għandhom ikunu wkoll elementi kritiċi fi proċessi ta’ stima u tat-teħid tad-deċiżjonijiet, speċjalment għal proġetti ta’ infrastruttura.
(4)  Matul dawn l-aħħar għaxar snin, il-kwistjonijiet ambjentali, bħall-effiċjenza fir-riżorsi u s-sostenibilità, il-protezzjoni tal-bijodiversità, l-użu tal-art, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, u r-riskju ta' diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem, saru aktar importanti fit-tfassil tal-politika. Għalhekk għandhom ikunu wkoll elementi importanti fi proċessi ta’ stima u tat-teħid tad-deċiżjonijiet għal kwalunkwe proġett pubbliku jew privat li x’aktarx li jkollu impatt sinifikanti fuq l-ambjent, speċjalment għal proġetti ta’ infrastruttura u peress li l-Kummissjoni ma stabbilixxietx linji gwida għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2011/92/UE fir-rigward tal-konservazzjoni tal-Wirt Storiku u Kulturali, il-Kummissjoni għandha tipproponi lista ta’ kriterji u indikazzjonijiet, inkluż f’relazzjoni mal-impatt viżiv, bil-ħsieb li ssir implimentazzjoni aħjar tad-Direttiva.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 4a (ġdida)
(4a)  Il-fatt li tiġi stipulata l-ħtieġa li tingħata aktar kunsiderazzjoni lill-kriterji ambjentali fil-proġetti kollha jista' jirriżulta wkoll li jkun kontroproduċenti jekk dan iservi biex iżid mal-kumplessità tal-proċeduri involuti u biex itawwal iż-żmien meħtieġ biex jiġi awtorizzat u validat kull stadju. Dan jista’ jżid il-kostijiet u jista’ saħansitra, fih innifsu, ikun ta’ theddida għall-ambjent jekk il-proġetti ta’ infrastruttura jieħdu wisq żmien biex jitlestew.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 4b (ġdida)
(4b)  Huwa essenzjali li l-kwistjonijiet ambjentali li għandhom x’jaqsmu ma’ proġetti ta’ infrastruttura ma jiddevjawx l-attenzjoni minn fuq il-fatt li kwalunkwe proġett inevitabilment se jkollu impatt fuq l-ambjent. Huwa meħtieġ ukoll li l-attenzjoni tkun iffukata fuq il-bilanċ bejn il-valur ta’ proġett u l-impatt ambjentali tiegħu.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 5
(5)  Fil-Komunikazzjoni tagħha intitolata ‘Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi', il-Kummissjoni impenjat ruħha favur l-inklużjoni ta' kunsiderazzjonijiet usa' dwar l-użu effiċjenti tar-riżorsi fil-kuntest tar-reviżjoni tad-Direttiva 2011/92/UE.
(5)  Fil-Komunikazzjoni tagħha intitolata ‘Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi', il-Kummissjoni impenjat ruħha favur l-inklużjoni ta' kunsiderazzjonijiet usa' dwar l-użu effiċjenti u sostenibbli tar-riżorsi fil-kuntest tar-reviżjoni tad-Direttiva 2011/92/UE.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 11
(11)  Il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-wirt kulturali u l-pajsaġġi, li huma parti integrali mid-diversità kulturali li l-Unjoni hija impenjata li tirrispetta u tippromwovi skont l-Artikolu 167(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jistgħu jibnu b'mod utli fuq definizzjonijiet u prinċipji żviluppati f'Konvenzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tal-Ewropa, b’mod partikolari l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Wirt Arkitettoniku tal-Ewropa, il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Pajsaġġi u l-Konvenzjoni Qafas dwar il-Valur tal-Wirt Kulturali għas-Soċjetà.
(11)  Il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-wirt kulturali u l-pajsaġġi, li huma parti integrali mid-diversità kulturali li l-Unjoni hija impenjata li tirrispetta u tippromwovi skont l-Artikolu 167(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jistgħu jibnu b’mod utli fuq definizzjonijiet u prinċipji żviluppati f’Konvenzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tal-Ewropa, b’mod partikolari l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Wirt Arkitettoniku tal-Ewropa, il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Pajsaġġi, il-Konvenzjoni Qafas dwar il-Valur tal-Wirt Kulturali għas-Soċjetà u r-Rakkomandazzjoni Internazzjonali dwar il-Ħarsien u r-Rwol Kontemporanju taż-Żoni Storiċi adottata mill-UNESCO f’Najrobi fl-1976.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 11a (ġdida)
(11a)  L-impatt viżiv huwa kriterju essenzjali fl-istimi tal-impatt fuq l-ambjent f’dawk li huma l-konservazzjoni tal-wirt storiku u kulturali, il-pajsaġġi naturali u ż-żoni urbani; dan huwa element ieħor li għandu jintuża fl-istimi.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 12
(12)  Fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2011/92/UE, jinħtieġ li jiġi żgurat ambjent kummerċjali kompetittiv, speċjalment għall-impriżi żgħar u medji, sabiex jiġġeneraw tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, skont l-objettivi stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu 'Ewropa 2020 - Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv'.
(12)  Fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2011/92/UE, jinħtieġ li jiġi żgurat tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, skont l-objettivi stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu ‘Ewropa 2020 - Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv’.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 12a (ġdida)
(12a)  Bil-għan li jissaħħu l-aċċess pubbliku u t-trasparenza, f’kull Stat Membru għandu jkun hemm disponibbli portal ċentrali li elettronikament jipprovdi informazzjoni ambjentali f’waqtha fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 12b (ġdida)
(12b)  Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, jiġi ffaċilitat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u jitnaqqsu l-ispejjeż tal-proġetti, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa għall-istandardizzazzjoni tal-kriterji li għandhom jiġu segwiti kif meħtieġ mir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea1, bil-għan li jkun jista’ jiġi appoġġjat l-użu tal-aħjar teknoloġiji disponibbli (BAT), tittejjeb il-kompetittività u jiġu pprevenuti interpretazzjonijiet differenti tal-istandards.
_______________
1 ĠU L 316, 14.11.2012, p.12.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 12c (ġdida)
(12c)  Dejjem bil-għan ta’ aktar simplifikazzjoni u faċilitazzjoni tal-ħidma tal-amministrazzjonijiet kompetenti, għandhom jiġu mfassla kriterji ta’ gwida li jieħdu kont tal-karatterstiċi tas-setturi varji ta’ attività ekonomika jew industrijali. Din il-miżura għandha tiġi bbażata fuq l-istruzzjonijiet taħt l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa1.
_______________
1 ĠU L 206, 22.7.1992, p.7.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 12d (ġdida)
(12d)  Bil-għan li tiġi żgurata l-aħjar konservazzjoni possibbli tal-wirt storiku u kulturali, għandhom jiġu mfassla kriterji ta’ gwida mill-Kummissjoni u/jew l-Istati Membri.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 13
(13)  L-esperjenza wriet li f’każijiet ta’ emerġenza ċivili, konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92/UE jista’ jkollha effetti negattivi, u għalhekk għandu jsir provvediment sabiex l-Istati Membri jkunu awtorizzati li ma japplikawx din id-Direttiva f’każijiet xierqa.
(13)  L-esperjenza wriet li, fir-rigward ta’ proġetti li għandhom bħala l-uniku għan tagħhom ir-reazzjoni li tingħata lil każijiet ta’ emerġenza ċivili, il-konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92/UE jista’ jkollha effetti negattivi fuq dak il-għan, u għalhekk għandu jsir provvediment sabiex l-Istati Membri jkunu awtorizzati li ma japplikawx dik id-Direttiva f’dawk il-każijiet eċċezzjonali. F’dan ir-rigward, id-Direttiva għandha tqis id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Espoo tan-NU/KEE dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali f’kuntest transkonfinali, li, f’każijiet ta’ proġetti transkonfinali, tobbliga l-Istati parteċipanti jinnotifikaw u jikkonsultaw lil xulxin. Fi proġetti transkonfinali bħal dawn, il-Kummissjoni, fejn u meta xieraq u possibbli, għandha twettaq rwol aktar proattiv u faċilitatorju.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 13a (ġdida)
(13a)  L-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2011/92/UE, li jistabbilixxi li dik id-Direttiva ma tapplikax għal proġetti adottati b’att speċifiku ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, jipprovdi għal deroga miftuħa b’garanziji proċedurali limitati u jkun jista’ jevita b’mod sostanzjali l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 13b (ġdida)
(13b)  L-esperjenza wriet li jeħtieġ li jiġu introdotti regoli speċifiċi biex jiġi evitat il-kunflitt ta' interess li jista' jkun hemm bejn l-iżviluppatur ta' proġett li jkun suġġett għal stima tal-impatt fuq l-ambjent u l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 1(2)(f) tad-Direttiva 2011/92/UE. B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx ikunu wkoll l-iżviluppatur u lanqas m'għandhom ikunu b'xi mod dipendenti mill-iżviluppatur, kollegati miegħu jew subordinati għalih. Għall-istess raġunijiet, awtorità li tkun ġiet maħtura bħala awtorità kompetenti skont id-Direttiva 2011/92/UE m’għandhiex tkun tista’ twettaq dak ir-rwol fir-rigward ta' proġetti li jkunu suġġetti għal stima tal-impatt fuq l-ambjent li l-awtorità nnifisha tkun ikkummissjonat.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 13c (ġdida)
(13c)  Fl-istima tal-impatt fuq l-ambjent tal-proġetti għandha tiġi kkunsidrata l-proporzjonalità. Ir-rekwiżiti li jintalbu fl-istima tal-impatt fuq l-ambjent ta’ proġett għandhom ikunu proporzjonati mad-daqs u l-istadju tiegħu.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Premessa 16
(16)  Meta jiġi determinat jekk hemmx probabbiltà li jiġu kkawżati effetti ambjentali sinifikanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw l-aktar kriterji rilevanti li għandhom jitqiesu u jużaw l-informazzjoni addizzjonali li tista’ tkun disponibbli wara stimi oħrajn meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni sabiex tapplika proċedura ta' skrinjar b'mod effettiv. F'dan ir-rigward, huwa xieraq li jiġi speċifikat il-kontenut tad-deċiżjoni dwar l-iskrinjar, b'mod partikolari fejn ma tkun meħtieġa l-ebda stima ambjentali.
(16)  Meta jkun qed jiġi determinat jekk hemmx probabbiltà li jiġu kkawżati effetti ambjentali sinifikanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddefinixxu b’mod ċar u strett l-aktar kriterji rilevanti li għandhom jitqiesu u jużaw l-informazzjoni addizzjonali li tista’ tkun disponibbli wara stimi oħrajn meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni sabiex tapplika l-proċedura ta' skrinjar b'mod effettiv u trasparenti. F'dan ir-rigward, huwa xieraq li jiġi speċifikat il-kontenut tad-deċiżjoni dwar l-iskrinjar, b'mod partikolari fejn ma tkun meħtieġa l-ebda stima ambjentali.
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Premessa 16a (ġdida)
(16a)  Sabiex jiġu evitati sforzi u spejjeż bla bżonn, il-proġetti taħt l-Anness II għandhom jinkludu dikjarazzjoni ta’ intenzjoni li qatt ma għandha tkun itwal minn 30 paġna u l-karatteristiċi tal-proġetti u l-informazzjoni dwar il-lok tal-proġetti li għandhom jgħaddu mill-iskrinjar, li għandu jikkonsisti f’ valutazzjoni inizjali dwar il-vijabbiltà tal-proġett. Dak l-iskrinjar għandu jkun pubbliku u jirrifletti l-fatturi spjegati fl-Artikolu 3. Għandu juri l-effetti diretti u indiretti sinifikanti tal-proġett.
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Premessa 17
(17)  L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu meħtieġa li jiddeterminaw l-ambitu u l-livell ta’ dettall tal-informazzjoni ambjentali li għandha tiġi sottomessa fl-għamla ta’ rapport ambjentali (definizzjoni tal-ambitu). Sabiex titjieb il-kwalità tal-istima u jiġi razzjonalizzat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, huwa importanti li jiġu speċifikati fil-livell tal-Unjoni l-kategoriji ta’ informazzjoni li fuqhom l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dik id-determinazzjoni.
(17)  L-awtoritajiet kompetenti għandhom, meta jidhrilhom li hu meħtieġ jew jekk jagħmel talba l-iżviluppatur, joħorġu opinjoni li tiddetermina l-ambitu u l-livell ta’ dettall tal-informazzjoni ambjentali li għandha tiġi sottomessa fl-għamla ta’ rapport ambjentali (definizzjoni tal-ambitu). Sabiex tittejjeb il-kwalità tal-istima, is-simplifikazzjoni tal-proċeduri u biex jiġi razzjonalizzat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, huwa importanti li jiġu speċifikati fil-livell tal-Unjoni l-kategoriji ta’ informazzjoni li fuqhom l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dik id-determinazzjoni.
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Premessa 18
(18)  Ir-rapport ambjentali ta' proġett li għandu jiġi pprovvdut mill-iżviluppatur għandu jinkludi stima ta' alternattivi raġonevoli rilevanti għall-proġett propost, inkluża l-evoluzzjoni probabbli tal-istat eżistenti tal-ambjent mingħajr l-implimentazzjoni tal-proġett (xenarju bażi), bħala mezz biex tittejjeb il-kwalità tal-proċess ta' stima u biex jippermetti l-integrazzjoni ta' konsiderazzjonijiet ambjentali fi stadju bikri tat-tfassil tal-proġett.
(18)  Ir-rapport ambjentali ta' proġett li għandu jiġi pprovvdut mill-iżviluppatur għandu jinkludi stima ta' alternattivi raġonevoli rilevanti għall-proġett propost, inkluża l-evoluzzjoni probabbli tal-istat eżistenti tal-ambjent mingħajr l-implimentazzjoni tal-proġett (xenarju bażi), bħala mezz biex tittejjeb il-kwalità tal-proċess ta' stima komparattiva u biex jippermetti l-integrazzjoni ta' konsiderazzjonijiet ambjentali fi stadju bikri tat-tfassil tal-proġett, bil-għan li tkun tista' ssir l-għażla li tkun l-aktar sostenibbli u li jkollha l-anqas impatt fuq l-ambjent.
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Premessa 19
(19)  Għandhom jittieħdu miżuri li jiżguraw li d-dejta u l-informazzjoni inkluża f'rapporti ambjentali, b'konformità mal-Anness IV tad-Direttiva 2011/92/UE, huma kompleti u ta' kwalità għolja biżżejjed. Bil-għan li tkun evitata ripetizzjoni tal-istima, l-Istati Membri għandhom iqisu l-fatt li l-istimi ambjentali jistgħu jitwettqu f'livelli differenti jew minn strumenti differenti.
(19)  Għandhom jittieħdu miżuri li jiżguraw li d-dejta u l-informazzjoni inkluża f'rapporti ambjentali, b'konformità mal-Anness IV tad-Direttiva 2011/92/UE, huma kompleti u ta' kwalità għolja biżżejjed.
Emenda 102
Proposta għal direttiva
Premessa 19a (ġdida)
(19a)  Għandu jiġi żgurat li l-persuni li jivverifikaw l-istimi ambjentali jkollhom, bis-saħħa tal-kwalifiki u l-esperjenza tagħhom, il-kompetenza esperta teknika meħtieġa biex iwettqu l-karigi stabbiliti fid-Direttiva 2011/92/UE b'mod xjentifikament oġġettiv u b'indipendenza sħiħa mill-iżviluppatur u mill-awtoritajiet kompetenti nfushom.
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Premessa 20
(20)  Bl-għan li tiġi żgurata t-trasparenza u r-responsabbiltà, l-awtorità kompetenti tinħtieġ li tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha li tagħti l-kunsens għall-iżvilupp fir-rigward ta' proġett, billi tindika li qieset ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet imwettqa u l-informazzjoni rilevanti miġbura.
(20)  Bl-għan li jiġu żgurati t-trasparenza u r-responsabbiltà, l-awtorità kompetenti għandha tkun meħtieġa li tiġġustifika b’mod komprensiv u fid-dettall id-deċiżjoni tagħha li tagħti l-kunsens għall-iżvilupp fir-rigward ta' proġett, billi tindika li qieset ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet imwettqa mal-pubbliku kkonċernat u l-informazzjoni rilevanti miġbura kollha. Jekk dik il-kundizzjoni ma tiġix irrispettata, il-pubbliku kkonċernat għandu jkollu d-dritt li jappella kontra d-deċiżjoni.
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Premessa 21
(21)  Huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi komuni għall-monitoraġġ ta’ effetti negattivi sinifikanti tal-kostruzzjoni u tat-tħaddim ta' proġetti biex jiġi żgurat approċċ komuni fl-Istati Membri kollha u biex jiġi żgurat li, wara l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni u kumpens, l-ebda impatt ma jissupera dawk previsti fil-bidu. Monitoraġġ bħal dan ma għandux jirrepeti l-monitoraġġ meħtieġ skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jew iżid miegħu.
(21)  Huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi komuni għall-monitoraġġ ta’ effetti negattivi sinifikanti tal-implimentazzjoni u tal-ġestjoni ta' proġetti biex jiġi żgurat approċċ komuni fl-Istati Membri kollha u biex jiġi żgurat li, wara l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni u kumpens, l-ebda impatt ma jissupera dawk previsti fil-bidu. Monitoraġġ bħal dan ma għandux jirrepeti l-monitoraġġ meħtieġ skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jew iżid miegħu. Jekk ir-riżultat tal-monitoraġġ jindika l-preżenza ta' effetti negattivi mhux previsti, għandu jsir provvediment għal azzjoni korrettiva xierqa biex tirrimedja l-problema, fis-sura ta’ miżuri ulterjuri ta' mitigazzjoni u/jew ta' kumpens.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Premessa 22
(22)  Għandhom jiġu introdotti termini ta' żmien għad-diversi stadji tal-istimi ambjentali ta' proġetti, sabiex jiġi stimulat teħid tad-deċiżjonijiet aktar effiċjenti u tiżdied iċ-ċertezza legali, billi jitqiesu wkoll in-natura, il-kumplessità, il-lokalizzazzjoni u d-daqs tal-proġett propost. Tali termini ta’ żmien ma għandhomx jikkompromettu, taħt l-ebda ċirkustanza, l-istandards għoljin għall-protezzjoni tal-ambjent, partikolarment dawk li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni ambjentali oħra tal-Unjoni, u l-parteċipazzjoni pubblika effettiva u l-aċċess għall-ġustizzja.
(22)  Għandhom jiġu introdotti termini ta’ żmien raġonevoli u prevedibbli għad-diversi stadji tal-istimi ambjentali ta’ proġetti, sabiex jiġi stimulat teħid tad-deċiżjonijiet aktar effiċjenti u tiżdied iċ-ċertezza legali, billi jitqiesu wkoll in-natura, il-kumplessità, il-lokalizzazzjoni u d-daqs tal-proġett propost. Tali termini ta' żmien ma għandhomx jikkompromettu, taħt l-ebda ċirkustanza, l-istandards għoljin għall-protezzjoni tal-ambjent, partikolarment dawk li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni ambjentali oħra tal-Unjoni, u l-parteċipazzjoni pubblika effettiva u l-aċċess għall-ġustizzja, u kull estensjoni tal-iskadenzi għandha tingħata biss f'każijiet eċċezzjonali.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Premessa 22a (ġdida)
(22a)  Wieħed mill-objettivi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (KEE/NU) dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (il-Konvenzjoni ta’ Århus), li l-Unjoni rratifikat u ttrasponiet fid-dritt tal-Unjoni1, hu li jiġi żgurat id-dritt tal-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet fil-kwistjonijiet ambjentali. Għalhekk, dik il-parteċipazzjoni, inkluża l-parteċipazzjoni mill-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet u l-gruppi, b’mod partikolari, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tal-ambjent, għandha tkompli tiġi mrawma. Barra minn hekk, l-Artikolu 9(2) u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Århuss jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar il-possibbiltà li jinbdew proċeduri ġudizzjarji jew proċeduri oħra sabiex tiġi kkontestata l-legalità sostantiva jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, l-atti jew l-ommissjonijiet li jinvolvu l-parteċipazzjoni tal-pubbliku. Elementi ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu msaħħa wkoll fil-proġetti tat-trasport transkonfinali, filwaqt li jsir użu ta’ strutturi eżistenti għall-iżvilupp ta' kurituri tat-trasport u ta’ għodod biex jiġi identifikat l-impatt potenzjali fuq l-ambjent.
______________________
1 Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta' Frar 2005 (ĠU L 124, 17.5.2005, p. 1).
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Premessa 23a (ġdida)
(23a). Il-livelli limitu tal-produzzjoni stabbiliti għaż-żejt mhux maħdum u għall-gass naturali fl-Anness I tad-Direttiva 2011/92/UE ma jqisux l-ispeċifiċità tal-livelli ta' produzzjoni ta' kuljum tal-idrokarburi mhux konvenzjonali, li sikwit ivarjaw ħafna u huma iktar baxxi. Konsegwentement, minkejja l-impatt ambjentali tagħhom, il-proġetti li jikkonċernaw dawn l-idrokarburi mhumiex suġġetti għal stima tal-impatt fuq l-ambjent obbligatorja. Abbażi tal-prinċipju tal-prekawzjoni, kif mitlub fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2012 dwar l-impatti ambjentali tal-attivitajiet ta' estrazzjoni ta' gass tax-shale u ta’ żejt tax-shale, ikun xieraq li jiddaħħlu l-idrokarburi mhux konvenzjonali (gass tax-shale u żejt tax-shale, "tight gas", u “metanu estratt mis-saffi tal-faħam”), definiti skont il-karatteristiċi ġeoloġiċi tagħhom, fl-Anness I tad-Direttiva 2011/92/UE, irrispettivament mill-ammont estratt, sabiex il-proġetti li jikkonċernaw tali idrokarburi jiġu sistematikament sottoposti għal stima tal-impatt fuq l-ambjent.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Premessa 24a (ġdida)
(24a)  L-Istati Membri u promoturi oħra tal-proġetti għandhom jiżguraw li l-valutazzjonijiet ta’ proġetti transkonfinali jitwettqu b’mod effiċjenti, filwaqt li jiġi evitat id-dewmien bla bżonn.
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Premessa 26
(26)  Sabiex jiġu aġġustati l-kriterji tal-għażla u l-informazzjoni li għandha tingħata fir-rapport ambjentali bl-aħħar żviluppi fit-teknoloġija u prattiki rilevanti, is-setgħa li jiġu adottati atti, b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Annessi II.A, III u IV tad-Direttiva 2011/92/UE. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti.
(26)  Sabiex jiġu aġġustati l-kriterji tal-għażla u l-informazzjoni li għandha tingħata fir-rapport ambjentali bl-aħħar żviluppi fit-teknoloġija u prattiki rilevanti, is-setgħa li jiġu adottati atti, b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Annessi II.A, III u IV tad-Direttiva 2011/92/UE. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
(Ara l-emenda tal-Premessa 27)
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Premessa 27
(27)  Il-Kummissjoni, waqt il-preparazzjoni u t-tfassil tal-atti ddelegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, fil-mument opportun, u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
imħassar
(Ara l-emenda tal-Premessa 26)
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – punt aa (ġdid)
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 2
(aa)  it-tieni inċiż fil-punt (a) tal-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“- interventi oħra fil-madwar u l-pajsaġġ naturali inklużi dawk li jinvolvu r-riċerka u l-estrazzjoni ta’ riżorsi minerali;”
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – punt ab (ġdid)
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt c
(ab)  il-paragrafu 2(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
"(c) “kunsens għall-iżvilupp” tfisser id-deċiżjoni tal-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti li tawtorizza lill-iżviluppatur biex jibda bil-proġett.”
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 1 – paragrafu 2
(b)  fil-paragrafu 2, għandha tiżdied id-definizzjoni li ġejja:
(b)  fil-paragrafu 2, għandhom jiżdiedu d-definizzjonijiet li ġejjin:
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt g
(g)  "stima tal-impatt fuq l-ambjent "għandha tfisser il-proċess ta' tħejjija ta' rapport ambjentali, it-twettiq ta' konsultazzjonijiet (inkluż mal-pubbliku kkonċernat u l-awtoritajiet ambjentali), l-istima mill-awtorità kompetenti, billi jitqiesu r-rapport ambjentali u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet fil-proċedura ta' kunsens għall-iżvilupp kif ukoll li tingħata informazzjoni dwar id-deċiżjoni skont l-Artikoli 5 sa 10."
(g)  “stima tal-impatt fuq l-ambjent” għandha tfisser il-proċess ta’ tħejjija ta’ rapport ambjentali mill-iżviluppatur, li jwettaq tal-konsultazzjonijiet (inkluż mal-pubbliku kkonċernat u l-awtoritajiet ambjentali), l-istima mill-awtorità kompetenti u/jew mill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1), billi jitqiesu r-rapport ambjentali, inkluża d-dejta rigward it-tniġġis mill-emissjonijiet, u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet fil-proċedura ta’ kunsens għall-iżviluppkif ukoll tingħata informazzjoni dwar id-deċiżjoni skont l-Artikoli 5 sa 10.”
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt gb (ġdid)
(gb)  “sezzjoni transkonfinali” tfisser is-sezzjoni li tiżgura l-kontinwità ta' proġett ta' interess komuni bejn l-eqreb nodi urbani fuq iż-żewġ naħat tal-konfini ta' żewġ Stati Membri jew bejn Stat Membru u pajjiż ġar.
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt gc (ġdid)
(gc)  “standard” tfisser speċifikazzjoni teknika, adottata minn korp tal-istandardizzazzjoni rikonoxxut, għal applikazzjoni ripetuta jew kontinwa, li l-konformità magħha mhijiex obbligatorja, u li hija waħda minn dawn li ġejjin:
(i)  “standard internazzjonali” tfisser standard adottat minn organizzazzjoni internazzjonali tal-istandardizzazzjoni;
(ii)  “standard Ewropew” tfisser standard adottat minn organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni;
(iii)  “standard armonizzat” tfisser standard Ewropew adottat fuq il-bażi ta’ talba mill-Kummissjoni għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;
(iv)  "standard nazzjonali" tfisser standard adottat minn korp nazzjonali tal-istandardizzazzjoni;
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt gd (ġdid)
(gd)  “siti storiċi urbani" huma parti minn totalità usa’, li tikkonsisti fl-ambjent naturali u dak mibni u l-esperjenza tal-ħajja ta' kuljum ta' dawk li jgħixu fihom ukoll. Fi ħdan dan l-ambjent usa’, mogħnija b’valuri ta’ oriġini antika u riċenti u permanentement għaddejja minn proċess dinamiku ta’ trasformazzjonijiet suċċessivi, l-ispazji urbani l-ġodda jistgħu jitqiesu bħala evidenza ambjentali fl-istadji ta’ formazzjoni tagħhom.
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt ge (ġdid)
(ge)  "azzjoni korrettiva" tfisser miżuri ulterjuri ta’ mitigazzjoni u/jew ta’ kumpens li jistgħu jitwettqu mill-iżviluppatur biex jirrimedja effetti negattivi mhux previsti jew kwalunkwe telf nett ta’ bijodiversità identifikat bl-implimentazzjoni tal-proġett, bħal dak li jista’ jinħoloq minn nuqqasijiet fil-mitigazzjoni tal-impatti ġġenerati mill-kostruzzjoni jew mill-operazzjoni ta' proġett, li għalih ikun diġà ngħata kunsens għall-iżvilupp.
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt gf (ġdid)
(gf)  “Stima tal-Impatt Viżiv”: Impatt viżiv huwa definit bħala bidla fid-dehra, jew fil-veduta, tal-pajsaġġ mibni jew naturali u taż-żoni urbani li tirriżulta minħabba l-iżvilupp li jista’ jkun pożittiv (titjib) jew negattiv (deterjorament). Stima tal-Impatt Viżiv tkopri wkoll it-twaqqigħ ta’ binjiet li huma protetti jew dawk bi rwol strateġiku fl-immaġni tradizzjonali ta’ post jew pajsaġġ. Din għandha tkopri tibdil evidenti tat-topografija ġeoloġika u kull ostaklu ieħor bħal binjiet jew ħitan li jillimitaw il-veduta tan-natura kif ukoll l-armonija tal-pajsaġġ. L-impatt viżiv fil-biċċa l-kbira huwa vvalutat minn ġudizzji kwalitattivi, li jinvolvu l-apprezzament tal-pajsaġġ mill-bniedem u l-interazzjoni tal-bniedem mal-pajsaġġ u l-valur li dawn jagħtu lil post (genius loci).
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt gg (ġdid)
(gg)  “Proċedura Konġunta”: Skont il-Proċedura Konġunta, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ stima waħda tal-impatt fuq l-ambjent, li tintegra l-istimi ta' awtorità waħda jew aktar, mingħajr ħsara għal dispożizzjonijiet oħra ta’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt gh (ġdid)
(gh)  “simplifikazzjoni” tfisser it-tnaqqis ta’ formoli u proċeduri amministrattivi, il-ħolqien ta’ proċeduri konġunti jew għodod ta’ koordinament biex l-istimi li jsiru minn ħafna awtoritajiet jiġu integrati. Tfisser li jiġu stabbiliti kriterji kondiviżi, jitqassru l-iskadenzi għat-tressiq ta’ rapporti u jissaħħu l-istimi oġġettivi u xjentifiċi.
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – punt c
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 1 – paragrafu 3
(c)  il-paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:
(c)  il-paragrafu 3 għandhu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
3.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, fuq bażi ta’ każ każ u jekk previst mil-liġi nazzjonali, li ma japplikawx din id-Direttiva għall-proġetti li l-għan ewlieni tagħhom huwa d-difiża nazzjonali jew ir-reazzjoni għal emerġenzi ċivili, jekk jidhrilhom li tali applikazzjoni jkollha effett negattiv fuq dawk l-għanijiet.
3.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, fuq bażi ta’ każ każ u jekk previst mil-liġi nazzjonali, li ma japplikawx din id-Direttiva għall-proġetti li l-għan ewlieni tagħhom huwa d-difiża nazzjonali, jekk jidhrilhom li tali applikazzjoni jkollha effett negattiv fuq dawk l-għanijiet.
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – punt c
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 1 – paragrafu 4
4.  Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal proġetti li d-dettalji tagħhom huma adottati b'att leġiżlattiv nazzjonali speċifiku, bil-kundizzjoni li jinkisbu l-objettivi ta’ din id-Direttiva, inkluż dak li tiġi pprovduta l-informazzjoni, permezz tal-proċess leġiżlattiv. Kull sentejn mid-data speċifikata fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva XXX [OPOCE jekk jogħġbok daħħal in-numru ta’ din id-Direttiva], l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kull applikazzjoni li huma jkunu għamlu ta’ din id-dispożizzjoni.”
imħassar
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – punt ca (ġdid)
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 1 – paragrafu 4a (ġdid)
(ca)  jiżdied il-paragrafu li ġej:
"4a. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti b'tali mod li tiġi żgurata l-indipendenza totali tagħhom fit-twettiq tad-dmirijiet assenjati lilhom skont din id-Direttiva. B'mod partikolari, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinħatru b'tali mod li jiġi evitat li jkun hemm xi relazzjoni ta' dipendenza, xi kollegament jew subordinazzjoni bejnhom jew bejn il-membri tagħhom u l-iżviluppatur. Awtorità kompetenti ma tistax twettaq il-funzjonijiet mogħtija lilha skont din id-Direttiva fir-rigward ta' proġett li hija stess tkun ikkummissjonat.”.
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 2 – paragrafu 1
(1a)  Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
"1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li, qabel ma jingħata l-kunsens, il-proġetti li x’aktarx ikollhom impatt sinifikanti fuq l-ambjent minħabba, fost l-oħrajn, in-natura, id-daqs u l-lokalizzazzjoni tagħhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit li jkun hemm kunsens għall-iżvilupp u stima rigward l-effetti tagħhom wara li jkun ġie kkonsultat il-pubbliku. Għandhom jittieħdu miżuri sabiex ikun hemm monitoraġġ tal-effetti ambjentali negattivi sinifikanti u miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ kumpens, jekk ikun xieraq, mill-awtorità kompetenti meta jingħata kunsens għall-iżvilupp. Dawk il-proġetti huma ddefiniti fl-Artikolu 4.”.
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 2
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 2 – paragrafu 3
3.  Proġetti li għalihom l-obbligu li jitwettqu stimi tal-effetti fuq l-ambjent jirriżulta simultanjament minn din id-Direttiva u leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal proċeduri koordinati jew konġunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.
3.  Proġetti li għalihom l-obbligu li jitwettqu stimi tal-effetti fuq l-ambjent jirriżulta simultanjament minn din id-Direttiva u leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jistgħu jkunu soġġetti għal proċeduri koordinati jew konġunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, ħlief f’każijiet fejn l-Istati Membri jidhrilhom li l-applikazzjoni ta’ dawk il-proċeduri tkun sproporzjonata.
Taħt proċedura koordinata, l-awtorità kompetenti għandha tikkoordina l-istimi individwali differenti meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni kkonċernata u maħruġa minn diversi awtoritajiet, mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni kuntrarja li tinsab f'leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.
Għall-proġetti soġġetti għall-proċedura koordinata, l-awtorità kompetenti għandha tikkoordina l-istimi individwali differenti meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni kkonċernata u maħruġa mid-diversi awtoritajiet, mingħajr ħsara għal leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.
Taħt il-proċedura konġunta, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ stima waħda tal-impatt fuq l-ambjent, li tintegra l-istimi ta' awtorità waħda jew aktar, mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni kuntrarja li tinsab leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.
Għall-proġetti soġġetti għall-proċedura konġunta, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ stima waħda tal-impatt fuq l-ambjent, li tintegra l-istimi ta' awtorità waħda jew aktar, mingħajr ħsara għal leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.
L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità waħda, li tkun responsabbli biex tiffaċilita l-proċedura tal-kunsens għall-iżvilupp għal kull proġett.
L-Istati Membri jistgħu jaħtru awtorità waħda responsabbli biex tiffaċilita l-proċedura tal-kunsens għall-iżvilupp għal kull proġett.
Fuq talba ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tagħti l-għajnuna meħtieġa bil-għan li jiddefinixxi u jimplimenta l-proċeduri koordinati jew konġunti skont dan l-Artikolu.
Fl-istimi kollha tal-impatt fuq l-ambjent, l-iżviluppatur għandu juri fir-rapport ambjentali li kkunsidra kull leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni rilevanti għall-iżvilupp propost li għalih huma meħtieġa stimi individwali tal-impatt fuq l-ambjent.
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 2a (ġdid)
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 2 – paragrafu 4
(2a)  Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
"4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7, l-Istati Membri jistgħu, f’każijiet eċċezzjonali jekk provdut mil-liġi nazzjonali, jeżentaw proġett speċifiku li għandu bħala l-għan uniku tiegħu r-reazzjoni għal emerġenzi ċivili fl-intier tiegħu jew f’parti minnu mid-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva, jekk tali applikazzjoni jkollha effett negattiv fuq dawn l-iskopijiet.
F’dak il-każ, l-Istati Membri jistgħu jgħarrfu u jikkonsultaw lill-pubbliku kkonċernat u għandhom:
(a)  jikkunsidraw jekk tkunx tixraq għamla oħra ta’ stima;
(b)  jagħmlu disponibbli għall-pubbliku kkonċernat it-tagħrif miksub taħt għamliet oħra tal-istima msemmija fil-punt (a), it-tagħrif li jkollu x’jaqsam mad-deċiżjoni dwar l-għotja tal-eżenzjoni u r-raġunijiet għaliex tkun ġiet mogħtija;
(c)  jinformaw lill-Kummissjoni, qabel ma jingħata kunsens, bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-eżenzjoni mogħtija, u jipprovdulha l-informazzjoni li jkunu għamlu disponibbli, fejn japplika, liċ-ċittadini tagħhom stess.
Il-Kummissjoni għandha immedjatament tibgħat id-dokumenti li tkun irċeviet lill-Istati Membri l-oħra.
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta ta’ kull sena lill-Parlament Ewropew u  lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.”.
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 3
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 3
Artikolu 3
Artikolu 3
L-istima tal-impatt fuq l-ambjent għandha tidentifika, tiddeskrivi u tistma b’mod xieraq, fid-dawl ta’ kull każ individwali u b’mod konformi mal-Artikoli 4 sa 11, l-effetti diretti u indiretti ta’ proġett fuq il-fatturi li ġejjin:
L-istima tal-impatt fuq l-ambjent għandha tidentifika, tiddeskrivi u tistma b’mod xieraq, fid-dawl ta’ kull każ individwali u b’mod konformi mal-Artikoli 4 sa 11, l-effetti diretti u indiretti ta’ proġett fuq il-fatturi li ġejjin:
(a)  il-popolazzjoni, is-saħħa tal-bniedem, u l-bijodiversità, b'attenzjoni partikolari għal speċijiet u ħabitats protetti skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE(*) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(a)  il-popolazzjoni, is-saħħa tal-bniedem, u l-bijodiversità, inklużi l-fawna u l-flora, b'attenzjoni partikolari għal speċijiet u ħabitats protetti skont id-direttivi 92/43/KEE, 2009/147/KE u 2009/147/KE;
(b)  l-art, il-ħamrija, l-ilma, l-arja u t-tibdil fil-klima;
(b)  l-art, il-ħamrija, l-ilma, l-arja u l-klima;
(c)  l-assi materjali, il-wirt kulturali u l-pajsaġġ;
(c)  l-assi materjali, il-wirt kulturali u l-pajsaġġ;
(d)  l-interazzjoni bejn il-fatturi msemmija fil punti (a), (b) u (c).
(d)  l-interazzjoni bejn il-fatturi msemmija fil punti (a), (b) u (c).
(e)  l-esponiment, il-vulnerabbiltà u r-reżiljenza tal-fatturi msemmija fil-punti (a), (b) u (c), fir-rigward ta' riskji ta' diżastri naturali u dawk kawżati mill-bniedem.
(e)  l-esponiment, il-vulnerabbiltà u r-reżiljenza tal-fatturi msemmija fil-punti (a), (b) u (c), għal riskji ta' diżastri naturali u dawk kawżati mill-bniedem li x’aktarx iseħħu. "
Emendi 55 u 127/REV
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 4 - paragrafi 3, 4, 5 u 6
(4)  L-Artikolu 4 hu emendat kif ġej:
(4)  L-Artikolu 4 hu emendat kif ġej:
(a)  Il-paragrafi 3 u 4 jinbidlu b’dan li ġej:
(a)  Il-paragrafi 3 u 4 jinbidlu b’dan li ġej:
3.  Għall-proġetti elenkati fl-Anness II, l-iżviluppatur għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-proġett, l-impatt potenzjali tiegħu fuq l-ambjent u l-miżuri previsti sabiex jevitaw u jnaqqsu effetti sinifikanti. Il-lista dettaljata tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta hija speċifikata fl-Anness II.A.
"3. Għall-proġetti elenkati fl-Anness II, u meta jitqies li hu ta' relevanza mill-Istat Membru, l-iżviluppatur għandu jipprovdi informazzjoni sommarja dwar il-karatteristiċi tal-proġett, l-impatt potenzjali tiegħu fuq l-ambjent u l-miżuri previsti sabiex jevitaw u jnaqqsu effetti sinifikanti. Il-lista dettaljata tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta hija speċifikata fl-Anness II.A. L-ammont ta’ informazzjoni li għandha tingħata mill-iżviluppatur għandha tinżamm minima u tkun limitata għall-aspetti ewlenin li jippermettu lill-awtorità kompetenti tieħu d-deċiżjoni tagħha skont il-paragrafu 2.
4.  Meta titwettaq evalwazzjoni każ b’każ jew jiġu stabbiliti parametri jew kriterji għall-fini tal-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tqis kriterji tal-għażla relatati mal-karatteristiċi u l-lokalizzazzjoni tal-proġett u l-impatt potenzjali tiegħu fuq l-ambjent. Il-lista dettaljata tal-kriterji tal-għażla li għandhom jintużaw hija speċifikata fl-Anness III."
4.  Meta titwettaq evalwazzjoni każ b’każ jew jiġu stabbiliti parametri jew kriterji għall-fini tal-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tqis il-kriterji rilevanti tal-għażla relatati mal-karatteristiċi u l-lokalizzazzjoni tal-proġett u l-impatt potenzjali tiegħu fuq l-ambjent. Il-lista dettaljata tal-kriterji tal-għażla hija speċifikata fl-Anness III."
(b)  Il-paragrafi 5 u 6 li ġejjin huma miżjuda:
(b)  Il-paragrafi 5 u 6 li ġejjin huma miżjuda:
"5. L-awtorità kompetenti għandha tagħmel id-deċiżjoni tagħha skont il-paragrafu 2, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-iżviluppatur filwaqt li tqis, meta jkun rilevanti, ir-riżultati tal-istudji, il-verifiki preliminari jew l-istimi tal-effetti fuq l-ambjent li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Id-deċiżjoni skont il-paragrafu 2 għandha:
"5. L-awtorità kompetenti għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha skont il-paragrafu 2, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-iżviluppatur skont il-paragrafu 3 filwaqt li tqis, meta jkun rilevanti, kull kumment mill-pubbliku u mill-awtoritajiet lokali interessati, ir-riżultati tal-istudji, il-verifiki preliminari jew l-istimi tal-effetti fuq l-ambjent li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Id-deċiżjoni skont il-paragrafu 2 għandha:
(a)  tiddikjara kif tqiesu l-kriterji fl-Anness III;
(b)   tinkludi r-raġunijiet għaliex kienet meħtieġa jew ma kinitx meħtieġa stima tal-impatt fuq l-ambjent b'konformità mal-Artikoli 5 sa 10;
(a)   tinkludi r-raġunijiet għaliex kienet meħtieġa jew ma kinitx meħtieġa stima tal-impatt fuq l-ambjent b'konformità mal-Artikoli 5 sa 10, b’mod partikolari b’referenza għall-kriterji relevanti elenkati fl-Anness III;
(c)   tinkludi deskrizzjoni tal-miżuri previsti sabiex jevitaw, jipprevjenu u jnaqqsu kwalunkwe effett sinifikanti fuq l-ambjent, fejn jiġi deċiż li ma għandha titwettaq l-ebda stima tal-impatt fuq l-ambjent b'konformità mal-Artikoli 5 sa 10.
(b)   tinkludi deskrizzjoni tal-miżuri previsti sabiex jevitaw, jipprevjenu u jnaqqsu kwalunkwe effett sinifikanti fuq l-ambjent, fejn jiġi deċiż li ma għandha titwettaq l-ebda stima tal-impatt fuq l-ambjent b'konformità mal-Artikoli 5 sa 10.
(d)   tkun disponibbli għall-pubbliku
(c)   tkun disponibbli għall-pubbliku
6.  L-awtorità kompetenti għandha tagħmel id-deċiżjoni tagħha skont il-paragrafu 2 fi żmien tliet xhur mit-talba għal kunsens għall-iżvilupp u bil-kundizzjoni li l-iżviluppatur ikun issottometta l-informazzjoni kollha meħtieġa. Skont in-natura, il-kumplessità, il-lok u d-daqs tal-proġett propost, l-awtorità kompetenti tista’ testendi dik l-iskadenza b’3 xhur oħra; f’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinforma l-iżviluppatur bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni u d-data sa meta hija mistennija d-determinazzjoni tagħha.
6.  L-awtorità kompetenti għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha skont il-paragrafu 2 fi żmien perjodu stabbilit mill-Istat Membru li ma jaqbiżx id-90 jum mit-talba għal kunsens għall-iżvilupp u bil-kundizzjoni li l-iżviluppatur ikun issottometta l-informazzjoni kollha meħtieġa skont il-paragrafu 3. Skont in-natura, il-kumplessità, il-lok u d-daqs tal-proġett propost, l-awtorità kompetenti tista’ b’mod eċċezzjonali testendi dik l-iskadenza darba b’perjodu ieħor stabbilit mill-Istat Membru li ma jaqbiżx is-60 jum; f’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-iżviluppatur bil-miktub bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni u bid-data meta hija mistennija d-determinazzjoni tagħha, filwaqt li tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2).
Fejn il-proġett ikun soġġett għal stima tal-impatt fuq l-ambjent skont l-Artikoli 5 sa 10, id-deċiżjoni skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 5(2)."
Fejn il-proġett ikun soġġett għal stima tal-impatt fuq l-ambjent skont l-Artikoli 5 sa 10, id-deċiżjoni skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi l-opinjoni mogħtija fl-Artikolu 5(2), jekk tali opinjoni ġiet mitluba skont dak l-Artikolu."
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 5 – paragrafu 1
1.  Meta għandha titwettaq stima tal-impatt fuq l-ambjent skont l-Artikoli 5 sa 10, l-iżviluppatur għandu jħejji rapport ambjentali. Ir-rapport ambjentali għandu jkun ibbażat fuq determinazzjoni skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u jinkludi informazzjoni li tista' tkun raġonevolment meħtieġa biex jittieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar l-impatti ambjentali tal-proġett propost, filwaqt li jitqiesu l-għarfien u l-metodi attwali tal-istima, il-karatteristiċi, il-kapaċità teknika u l-lok tal-proġett, il-karatteristiċi tal-impatt potenzjali, alternattivi għall-proġett propost u sa fejn huma vvalutati b'mod aktar xieraq ċerti kwistjonijiet (inkluża l-evalwazzjoni ta' alternattivi) f’livelli differenti inkluż il-livell ta' ppjanar, jew abbażi ta' rekwiżiti oħra ta' stima. Il-lista dettaljata tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fir-rapport ambjentali hija speċifikata fl-Anness IV.
1.  Meta għandha titwettaq stima tal-impatt fuq l-ambjent skont l-Artikoli 5 sa 10, l-iżviluppatur għandu jressaq rapport ambjentali. Ir-rapport ambjentali għandu jkun ibbażat fuq l-opinjoni skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jekk tkun inħarġet tali opinjoni, u jinkludi informazzjoni li tista' tkun raġonevolment meħtieġa biex jittieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar l-impatti ambjentali tal-proġett propost, filwaqt li jitqiesu l-għarfien u l-metodi attwali tal-istima u l-karatteristiċi, il-kapaċità teknika u l-lok tal-proġett u l-karatteristiċi tal-impatt potenzjali. Ir-rapport ambjentali għandu jinkludi wkoll alternattivi raġonevoli kkunsidrati mill-iżviluppatur, li jkunu relevanti għall-proġett propost u għall-karatteristiċi speċifiċi tiegħu . Il-lista dettaljata tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fir-rapport ambjentali hija speċifikata fl-Anness IV. Fir-rapport ambjentali għandu jiġi inkluż sommarju mhux tekniku tal-informazzjoni mogħtija.
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 5 – paragrafu 2
2.  L-awtorità kompetenti, wara li tkun kkonsultat l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) u l-iżviluppatur, għandha tiddetermina l-ambitu u l-livell ta' dettall tal-informazzjoni li għandha tkun inkluża mill-iżviluppatur fir-rapport ambjentali, skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. B’mod partikolari għandha tiddetermina:
2.  Fejn issir talba mill-iżviluppatur , l-awtorità kompetenti, wara li tkun ikkonsultat l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) u l-iżviluppatur , għandha toħroġ opinjoni fejn tiddetermina l-ambitu u l-livell ta' dettall tal-informazzjoni li għandha tkun inkluża mill-iżviluppatur fir-rapport ambjentali, skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, inkluż b’mod partikolari:
(a)  id-deċiżjonijiet u l-opinjonijiet li għandhom jinkisbu;
(b)  l-awtoritajiet u l-pubbliku li x’aktarx ikunu kkonċernati;
(b)  l-awtoritajiet u l-pubbliku li x’aktarx ikunu kkonċernati;
(c)  l-istadji individwali tal-proċedura u t-tul tagħhom;
(c)  l-istadji individwali tal-proċedura u l-oqfsa taż-żmien għat-tul tagħhom;
(d)  alternattivi raġonevoli għall-proġett propost u l-karatteristiċi speċifiċi tiegħu;
(d)  alternattivi raġonevoli li jistgħu jiġu kkunsidrati mill-iżviluppatur, li jkunu relevanti għall-proġett propost, il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu u l-impatti sinifikanti tiegħu fuq l-ambjent;
(e)  il-karatteristiċi ambjentali msemmija fl-Artikolu 3 li x'aktarx ikunu affettwati b'mod sinifkanti;
(f)  l-informazzjoni li għanda tiġi sottomessa skont il-karatteristiċi speċifiċi ta' proġett partikolari jew tip ta' proġett;
(f)  l-informazzjoni li għanda tiġi sottomessa skont il-karatteristiċi speċifiċi ta' proġett partikolari jew tip ta' proġett;
(g)  l-informazzjoni u l-għarfien disponibbli u miksuba fil-livelli l-oħra tat-teħid tad-deċiżjonijiet jew permezz ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, u l-metodi ta' stima li għandhom jintużaw.
(g)   l-informazzjoni u l-għarfien disponibbli u miksuba fil-livelli l-oħra tat-teħid tad-deċiżjonijiet jew permezz ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, u l-metodi ta' stima li għandhom jintużaw.
L-awtorità kompetenti tista’ wkoll tfittex assistenza minn esperti akkreditati u teknikament kompetenti msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Talbiet sussegwenti lill-iżviluppatur għal informazzjoni addizzjonali jistgħu jsiru jekk ikunu ġustifikati minn ċirkostanzi ġodda u spjegati kif dovut mill-awtorità kompetenti.
L-awtorità kompetenti tista’ wkoll tfittex assistenza minn esperti kkwalifikati indipendenti u teknikament kompetenti msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Talbiet sussegwenti lill-iżviluppatur għal informazzjoni addizzjonali jistgħu jsiru jekk ikunu ġustifikati minn ċirkostanzi ġodda u spjegati kif dovut mill-awtorità kompetenti.
Emenda 106
Artikolu 1 – punt 5
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 5 – paragrafu 3
3.   Biex jiġu garantiti l-kompletezza u kwalità suffiċjenti tar-rapporti ambjentali msemmija fl-Artikolu 5(1):
3.   Biex jiġu garantiti l-kompletezza u kwalità suffiċjenti tar-rapporti ambjentali msemmija fl-Artikolu 5(1):
(a)   l-iżviluppatur għandu jiżgura li r-rapport ambjentali huwa mħejji minn esperti akkreditati jew teknikament kompetenti jew
(a)   l-iżviluppatur għandu jiżgura li r-rapport ambjentali huwa mħejji minn esperti kompetenti; u
(b)   l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li r-rapport ambjentali huwa verifikat minn esperti akkreditati u teknikament kompetenti u/jew kumitati ta' esperti nazzjonali.
(b)   l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li r-rapport ambjentali huwa verifikat minn esperti kompetenti u/jew kumitati ta esperti nazzjonali li isimhom jixxandar pubblikament.
Meta esperti akkreditati u teknikament kompetenti jkunu assistew l-awtorità kompetenti biex tħejji d-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2), l-istess esperti ma għandhomx jintużaw mill-iżviluppatur għat-tħejjija tar-rapport ambjentali.
Meta esperti kompetenti jkunu assistew l-awtorità kompetenti biex tħejji d-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2), l-istess esperti ma għandhomx jintużaw mill-iżviluppatur għat-tħejjija tar-rapport ambjentali.
:L-arranġamenti dettaljati għall-użu u l-għażla ta' esperti akkreditati u teknikament kompetenti (pereżempju l-kwalifiki meħtieġa, l-assenjazzjoni ta' evalwazzjoni, il-liċenzjar u l-iskwalifika), għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri."
L-arranġamenti dettaljati għall-użu u l-għażla ta' esperti kompetenti (pereżempju l-kwalifiki u l-esperjenza meħtieġa, l-assenjazzjoni ta' evalwazzjoni, il-liċenzjar u l-iskwalifika), għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri."
L-Awtorità li tirrevedi l-Istima tal-Impatt Ambjentali hija mitluba li ma jkollha l-ebda interess fil-fajl jew relazzjoni mal-fajl sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess.
Emenda 59
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5a (ġdid)
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 5a (ġdid)
(5a)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 5a
Għal proġetti transfruntiera, l-Istati Membri u l-pajjiżi ġirien involuti għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti rispettivi jikkooperaw biex jipprovdu b’mod konġunt stima tal-impatt fuq l-ambjent transkonfinali unika integrata u koerenti minn stadju bikri tal-ippjanar, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-kofinanzjament mill-Unjoni.
Fil-każ ta’ proġetti ta’ trasport tan-netwerk tat-trasport Ewropew, l-impatt potenzjali fuq in-netwerk tan-Natura 2000 għandu jiġi identifikat billi tintuża s-sistema TENTec u s-softwer Natura 2000 tal-Kummissjoni u alternattivi possibbli.”
Emenda 61
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6 – punt -a (ġdid)
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 6 – paragrafu 1
(-a)il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:
"1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-awtoritajiet li x’aktarx ikunu kkonċernati mill-proġett minħabba r-responsabilitajiet ambjentali speċifiċi tagħhom jew minħabba l-ġurisdizzjoni lokali jingħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar it-tagħrif fornut mill-iżviluppatur u dwar it-talba għall-kunsens għall-iżvilupp. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet li għandhom jiġu kkonsultati, jew f’termini ġenerali jew fuq il-bażi ta’ każ b’każ. It-tagħrif miġbur skont l-Artikolu 5 għandu jintbagħat lil dawk l-awtoritajiet. Għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti dettaljati mill-Istati Membri dwar il-konsultazzjoni.”;
Emenda 107
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6 – punt -aa (ġdid)
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 6 – paragrafu 2
(-aa)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
"2. Il-pubbliku għandu jiġi infurmat permezz ta’ portal ċentrali li jkun aċċessibbli għall-pubbliku b’mod elettroniku skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali*, permezz ta’ avviżi pubbliċi u mezzi oħra xierqa bħall-midja elettronika fi stadju bikri tal-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet ambjentali msemmija fl-Artikolu 2(2) u, l-iktar tard, hekk kif l-informazzjoni tkun tista’ tingħata b’mod raġonevoli:
Emenda 63
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6 – punt -ab (ġdid)
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 6 – paragrafu 3
(-ab)  il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:
"3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f’perjodi ta’ żmien raġonevoli, dan li ġej isir disponibbli tal-inqas permezz ta' portal ċentrali li jkun aċċessibbli għall-pubbliku b’mod elettroniku:
(a)  kwalunkwe informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 5;
(b)  skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ir-rapporti ewlenin u l-parir maħruġa għall-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti fiż-żmien meta l-pubbliku kkonċernat jiġi infurmat skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;
(c)  skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali , it-tagħrif għajr dak imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li jkun rilevanti għad-deċiżjoni skont l-Artikolu 8 ta’ din id-Direttiva u li jsir disponibbli biss wara ż-żmien meta l-pubbliku kkonċernat ikun ġie mgħarraf skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.”;
Emenda 108
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6 – punt -ac (ġdid
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 6 – paragrafu 5
(-ac)  il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:
"5. L-arranġamenti dettaljati sabiex il-pubbliku konċernat jiġi infurmat u kkonsultat għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti tiġi pprovduta permezz ta’ portal ċentrali li jkun aċċessibbli għall-pubbliku b’mod elettroniku skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/4/KE.”:
Emenda 65
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6 – punt b
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 6 – paragrafu 7
7.  "It-termini ta' żmien sabiex il-pubbliku kkonċernat jiġi kkonsultat dwar ir-rapport ambjentali msemmi fl-Artikolu 5(1) ma għandhomx ikunu iqsar minn 30 jum jew aktar minn 60 jum. F'każijiet eċċezzjonali, fejn in-natura, il-kumplessità, il-lok jew id-daqs tal-proġett propost jesiġu hekk, l-awtorità kompetenti tista’ testendi dan it-terminu ta’ żmien bi 30 jum oħra; f’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinforma l-iżviluppatur bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni.
7.  "It-termini ta' żmien sabiex il-pubbliku kkonċernat jiġi kkonsultat dwar ir-rapport ambjentali msemmi fl-Artikolu 5(1) ma għandhomx ikunu iqsar minn 30 jum jew aktar minn 60 jum. F'każijiet eċċezzjonali, fejn in-natura, il-kumplessità, il-lok jew id-daqs tal-proġett propost jesiġu hekk, l-awtorità kompetenti tista’ testendi dan it-terminu ta’ żmien b’massimu ta’ 30 jum; f’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinforma l-iżviluppatur bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni."
Emenda 66
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt ba (ġdid)
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 6 – paragrafu 7a (ġdid)
(ba)  jiżdied il-paragrafu li ġej:
"7a. Bil-għan li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni effettiva tal-pubbliku kkonċernat fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tal-kuntatti tal-awtorità jew l-awtoritajiet responsabbli mit-twettiq tad-dmirijiet li jirriżultaw minn din id-Direttiva, u l-aċċess faċli u malajr għal din l-awtorità jew awtoritajiet, ikunu disponibbli għall-pubbliku fi kwalunkwe ħin u irrispettivament minn kwalunkwe proġett speċifiku li jkun għaddej soġġett għal stima tal-impatt fuq l-ambjent, u li tingħata l-attenzjoni dovuta lill-kummenti li jsiru u lill-opinjonijiet espressi mill-pubbliku.”.
Emenda 67
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 7 – paragrafu 5a (ġdid)
(7a)  Fl-Artikolu 7, jiżdied il-paragrafu li ġej:
"5a. Fil-każ ta’ proġetti transkonfinali ta’ interess komuni fil-qasam tat-trasport inklużi f’wieħed mill-kurituri spjegati fl-Anness I tar-Regolament...+ li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, l-Istati Membri għandhom jiġu involuti fil-ħidma ta’ koordinazzjoni tal-konsultazzjonijiet pubbliċi. Il-koordinatur għandu jiżgura li jseħħ proċess estensiv ta' konsultazzjoni pubblika mal-partijiet interessati kollha u mas-soċjetà ċivili waqt l-ippjanar ta' infrastruttura ġdida. Fi kwalunkwe każ, il-koordinatur jista' jipproponi modi kif jiġi żviluppat il-pjan tal-kuritur u kif dan jiġi implimentat b'mod bilanċjat.”.
________________
+ Numru, data u titolu tar-Regolament li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (2011/0302(COD)).
Emendi 93, 109 u 130
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 8
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 8
1.  Għandhom jitqiesu r-riżultati tal-konsultazzjonijiet u l-informazzjoni miġbura skont l-Artikoli 5, 6 u 7 fil-proċedura tal-kunsens għall-iżvilupp. Għal dan il-għan, id-deċiżjoni li jingħata l-kunsens għall-iżvilupp għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
1.  Għandhom jitqiesu debitament u jiġu vvalutati fid-dettall ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet u l-informazzjoni miġbura skont l-Artikoli 5, 6 u 7 fil-proċedura tal-kunsens għall-iżvilupp. Meta tkun ittieħdet deċiżjoni li jingħata jew jiġi rrifjutat kunsens għall-iżvilupp, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-pubbliku biha skont il-proċeduri xierqa u għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku l-informazzjoni li ġejja:
(a)  l-istima tal-impatt fuq l-ambjent tal-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 3 u l-kundizzjonijiet ambjentali marbuta mad-deċiżjoni, inkluża deskrizzjoni tal-miżuri ewlenin sabiex jiġu evitati, imnaqqsa u, jekk possibbli, ikkontrobilanċjati l-effetti negattivi sinifikanti;
(a)  ir-riżultati tal-istima tal-impatt fuq l-ambjent tal-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 3, inkluż sommarju tal-osservazzjonijiet u l-opinjonijiet li jkunu waslu skont l-Artikoli 6 u 7, u l-kundizzjonijiet ambjentali marbuta mad-deċiżjoni, inkluża deskrizzjoni tal-miżuri ewlenin sabiex jiġu evitati, imnaqqsa u, jekk possibbli, ikkontrobilanċjati l-effetti negattivi sinifikanti;
(b)  ir-raġunijiet ewlenin għall-għażla l-proġett kif adottat, fid-dawl tal-alternattivi l-oħra meqjusa, inkluża l-evoluzzjoni probabbli tal-istat eżistenti tal-ambjent mingħajr l-implimentazzjoni tal-proġett (xenarju ta' referenza);
(b)   il-punti prinċipali tal-alternattivi ewlenin studjati mill-iżviluppatur u indikazzjoni tar-raġunijiet prinċipali għall-għażla tiegħu, fil-qies tal-effetti fuq l-ambjent;
(c)  sommarju tal-kummenti li waslu skont l-Artikoli 6 u 7;
(d)  dikjarazzjoni li tiġbor fil-qosor il-mod kif kunsiderazzjonijiet ambjentali ġew integrati fil-kunsens għall-iżvilupp u kif ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet u l-informazzjoni miġbura skont l-Artikoli 5, 6 u 7 ikunu ġew inkorporati jew inkella indirizzati.
(d)  dikjarazzjoni li tiġbor fil-qosor il-mod kif kunsiderazzjonijiet ambjentali ġew integrati fil-kunsens għall-iżvilupp u kif ir-rapport ambjentali u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet u l-informazzjoni miġbura skont l-Artikoli 5, 6 u 7 ikunu ġew inkorporati jew inkella indirizzati.
Għal proġetti li x'aktarx ikollhom effetti transfruntieri negattivi sinifikanti, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi informazzjoni dwar għalfejn ma qisitx il-kummenti li waslu għand l-Istat Membru affettwat matul il-konsultazzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 7.
Għal proġetti li x'aktarx ikollhom effetti transfruntieri negattivi sinifikanti, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi informazzjoni dwar għalfejn ma qisitx il-kummenti li waslu għand l-Istat Membru affettwat matul il-konsultazzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 7.
2.  Jekk il-konsultazzjonijiet u l-informazzjoni miġbura skont l-Artikoli 5, 6 u 7 jikkonkludu li proġett se jkollu effetti ambjentali negattivi sinifikanti, l-awtorità kompetenti għandha tqis, kemm jista' jkun malajr u b'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) u l-iżviluppatur, jekk ir-rapport ambjentali msemmi fl-Artikolu 5(1) għandux jiġi rivedut u l-proġett ikun immodifikat biex jiġu evitati jew imnaqqsa dawn l-effetti negattivi u jekk humiex meħtieġa miżuri addizzjonali ta' mitigazzjoni jew kumpens.
2.  L-awtorità kompetenti għandha tqis, kemm jista' jkun malajr u wara li tkun ikkonsultat mal-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) u l-iżviluppatur, jekk għandhiex tirrifjuta l-kunsens għall-iżvilupp jew jekk ir-rapport ambjentali msemmi fl-Artikolu 5(1) għandux jiġi rivedut u l-proġett ikun immodifikat biex jiġu evitati jew imnaqqsa dawn l-effetti negattivi u jekk humiex meħtieġa miżuri addizzjonali ta' mitigazzjoni jew kumpens abbażi tal-leġiżlazzjoni rilevanti.
Jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tagħti kunsens għall-iżvilupp, għandha tiżgura li l-kunsens għall-iżvilupp jinkludi miżuri biex jiġu mmonitorjati effetti ambjentali negattivi sinifikanti, sabiex tiġi vvalutata l-implimentazzjoni u l-effettività mistennija ta' miżuri ta' mitigazzjoni u kumpens, u sabiex jiġu identifikati kwalunkwe effetti negattivi mhux mistennija.
Jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tagħti kunsens għall-iżvilupp, għandha tiżgura, skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni rilevanti, li l-kunsens għall-iżvilupp jinkludi miżuri biex jiġu mmonitorjati l-effetti ambjentali negattivi sinifikanti.
It-tip ta' parametri li għandhom jiġu mmonitorjati u t-tul ta' żmien tal-monitoraġġ għandhom ikunu proporzjonati man-natura, il-lokalizzazzjoni u d-daqs tal-proġett propost u s-sinifikat tal-effetti ambjentali tiegħu.
L-arranġamenti eżistenti ta' monitoraġġ li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jistgħu jintużaw fejn dan ikun xieraq.
3.  Meta l-informazzjoni kollha neċessarja miġbura skont l-Artikoli 5, 6 u 7 tkun ġiet ipprovduta lill-awtorità kompetenti, inkluż, fejn rilevanti, stimi speċifiċi meħtieġa taħt leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, u l-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 6 u 7 ikunu ġew ikkompletati, l-awtorità kompetenti għandha tikkonkludi l-istima tal-impatt tal-proġett fuq l-ambjent fi żmien tliet xhur.
3.  Meta l-informazzjoni kollha neċessarja miġbura skont l-Artikoli 5, 6 u 7 tkun ġiet ipprovduta lill-awtorità kompetenti, inkluż, fejn rilevanti, stimi speċifiċi meħtieġa taħt leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, u l-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 6 u 7 ikunu ġew ikkompletati, l-awtorità kompetenti għandha tikkonkludi l-istima tal-impatt tal-proġett fuq l-ambjent f’perjodu ta’ żmien stabbilit mill-Istat Membru ta’ mhux aktar minn 90 jum.
Skont in-natura, il-kumplessità, il-lok u d-daqs tal-proġett propost, l-awtorità kompetenti tista’ testendi dik l-iskadenza b'3 xhur oħra. F’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinforma l-iżviluppatur bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni u d-data meta hija mistennija d-deċiżjoni tagħha.
Skont in-natura, il-kumplessità, il-lok u d-daqs tal-proġett propost, l-awtorità kompetenti tista’, b’mod eċċezzjonali, testendi dik l-iskadenza b’perjodu ieħor ta’ żmien stabbilit mill-Istat Membru ta’ mhux aktar minn 90 jum; f’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinforma, bil-miktub, lill-iżviluppatur bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni u d-data meta hija mistennija d-deċiżjoni tagħha.
4.  Qabel ma tittieħed deċiżjoni li tagħti jew tirrifjuta kunsens għall-iżvilupp, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika jekk l-informazzjoni fir-rapport ambjentali msemmi fl-Artikolu 5(1) hijiex aġġornata, b’mod partikolari fir-rigward tal-miżuri previsti biex jipprevjenu, inaqqsu u, jekk possibbli, jikkontrobilanċjaw kull effett negattiv sinifikanti.
4a.  Id-deċiżjoni li jingħata kunsens għall-iżvilupp tista’ tittieħed ukoll billi jiġi adottat att speċifiku ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, kemm-il darba l-awtorità kompetenti tkun wettqet l-elementi kollha tal-istima tal-impatt fuq l-ambjent skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
__________
* ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3
Emenda 69
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 9 – punt a
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 9 – paragrafu 1
1.  Meta tkun ittieħdet deċiżjoni li tagħti jew tirrifjuta kunsens għall-iżvilupp, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-pubbliku u l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) biha, skont il-proċeduri xierqa, u għandha tkun disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni li ġejja:
1.  Meta tkun ittieħdet deċiżjoni li tagħti jew tirrifjuta kunsens għall-iżvilupp, jew deċiżjoni oħra maħruġa bil-għan li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-pubbliku u l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) biha, mill-aktar fis possibbli skont il-proċeduri nazzjonali, u sa mhux aktar tard minn 10 ijiem tax-xogħol. L-awtorità jew l-awtoritajiet kompenti għandhom iqiegħdu d-deċiżjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u tal-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) skont id-Direttiva 2003/4/KE.
(a)  il-kontenut tad-deċiżjoni u kull kundizzjoni mehmuża magħha;
(b)  wara li jkunu ġew eżaminati r-rapport ambjentali u t-tħassib u l-opinjonijiet espressi mill-pubbliku kkonċernat, ir-raġunijiet u l-konsiderazzjonijiet ewlenin li fuqhom hija msejsa d-deċiżjoni, inkluża informazzjoni dwar il-proċess tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku;
(c)  deskrizzjoni tal-miżuri ewlenin sabiex jiġu evitati, imnaqqsa u, jekk possibbli, kontrobilanċjati l-effetti negattivi sinifikanti.
(d)  deskrizzjoni, fejn xieraq, tal-miżuri ta' monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 8(2)."
Emenda 120
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 9a (ġdid)
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 9a (ġdid)
(9a)  L-artikolu li ġej jiżdied wara l-Artikolu 9:
"Artikolu 9a
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità jew awtoritajiet kompetenti, meta jwettqu d-dmirijiet li jirriżultaw minn din id-Direttiva, ma jsibux ruħhom f'kunflitt ta' interess skont kwalunkwe leġiżlazzjoni li tapplika għalihom.”
Emenda 72
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 9b (ġdid)
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 10 – paragrafu 1
(9b)  Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:
“Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma għandhomx jaffettwaw l-obbligu tal-awtoritajiet kompetenti li jirrispettaw il-limitazzjonijiet imposti bil-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali u bil-prassi legali aċċettati rigward il-kunfidenzjalità kummerċjali u industrijali, inkluża l-proprjetà intellettwali, u s-salvagwardja tal-interess pubbliku, sakemm ikunu konformi mad-Direttiva 2003/4/KE.".
Emenda 73
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 9c (ġdid)
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 10a (ġdid)
(9c)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 10a
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penalitajiet ipprovduti jridu jkunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.”.
Emenda 75
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 9d (ġdid)
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 11 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
(9d)  Fl-Artikolu 11, it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:
“Kull proċedura bħal din għandha tkun adegwata u effettiva, tippermetti l-applikazzjonijiet għal rimedju b’mandat ta’ inibizzjoni, u tkun ġusta, retta, f’waqtha u ma tiswiex tant li tkun projbittiva.”
Emenda 76
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 11
Direttiva 2011/92/UE
Artikolu 12b – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  Meta, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi ta’ setturi partikolari ta’ attività ekonomika, dan jitqies xieraq fl- interess ta' stima korretta tal-impatt ambjentali, il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri u s-settur ikkonċernat, għandha tfassal linji gwida speċifiċi għas-settur u kriterji li għandhom jiġu segwiti b’tali mod li jissimplifika l-istima tal-impatt fuq l-ambjent u jiffaċilita l-istandardizzazzjoni tagħha.
Emenda 77
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [DATA]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u dokument li jispjega r-relazzjoni bejnhom u din id-Direttiva.
1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux iktar tard minn ...+ . Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u dokument li jispjega r-relazzjoni bejnhom u din id-Direttiva.
+ 24 xahar mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva.
Emenda 110
Proposta għal direttiva
Artikolu 3
Proġetti li għalihom it-talba għall-kunsens għall-iżvilupp ġiet introdotta qabel id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1) u li għalihom l-istima tal-impatt fuq l-ambjent ma ġietx konkluż aqabel dik id-data għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi msemmija fl-Artikoli 3 sa 11 tad-Direttiva 2011/92/UE kif emendata b'din id-Direttiva.
Proġetti li għalihom it-talba għall-kunsens għall-iżvilupp ġiet introdotta qabel id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1) u li għalihom l-istima tal-impatt fuq l-ambjent ma ġietx konkluża qabel dik id-data għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi msemmija fl-Artikoli 3 sa 11 tad-Direttiva 2011/92/UE kif emendata b'din id-Direttiva, jekk l-iżviluppatur jitlob li l-istima tal-impatt fuq l-ambjent għall-proġett tiegħu tkompli ssir skont id-dispożizzjonijiet emendati.
Emendi 79, 112 u 126
Proposta għal direttiva
Anness – punt -1 (ġdid)
Direttiva 2011/92/UE
Anness I
(-1) L-Anness I huwa emendat kif ġej:
(a)  it-titolu jinbidel b’dan li ġej:
"PROĠETTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(1) (PROĠETTI SUĠĠETTI GĦAL STIMA TAL-IMPATT FUQ L-AMBJENT MANDATARJA)"
(b)  jiddaħħal il-punt li ġej:
"4a. Ix-xogħol fil-minjieri miftuħa mill-wiċċ u industriji ta' estrazzjoni fil-miftuħ simili.”
(c)  fil-punt 7, il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:
‘(a) il-bini ta’ linji ferrovjarji għat-traffiku fuq distanzi twal u ta’ ajruporti [...];”
(d)  jiddaħħlu l-punti li ġejjin:
"14a. L-esplorazzjoni, limitata għall-fażi li tinvolvi l-applikazzjoni ta’ fratturar idrawliku, u l-estrazzjoni tal-petroleum u/jew tal-gass naturali maqbuda fis-safef ta’ shales tal-gass u f’formazzjonijiet oħra ta’ blat sedimentarju b’permeabilità u porożità similarment baxxi jew aktar baxxi, indipendentement mill-kwantità estratta.
14b.L-esplorazzjoni, limitata għall-fażi li tinvolvi l-applikazzjoni ta’ fratturar idrawliku, u l-estrazzjoni tal-gass naturali minn safef tal-faħam, indipendentement mill-kwantità estratta.
(e)  il-punt 19 jinbidel b’dan li ġej:
"19. Il-barrieri u x-xogħol fil-minjieri miftuħa mill-wiċċ fejn l-erja l-wiċċ tas-sit jaqbeż il-25 ettaru, minjieri tad-deheb fejn jintużaw proċessi permezz ta’ ċattra taċ-ċjanur, jew estrazzjoni tal-pit, fejn l-erja tal-wiċċ tal-art tas-sit jaqbeż il-150 ettaru.”
(f)  jiżdied il-punt 24a li ġej:
"24a. Parks b’tema u kampijiet tal-golf ipproġettati f’żoni b’defiċit ta’ ilma, riskju għoli ta’ deżertifikazzjoni jew nixfa.”
Emenda 80
Proposta għal direttiva
Anness – punt -1a (ġdid)
Direttiva 2011/92/UE
Anness II
(-1a) L-Anness II huwa emendat kif ġej:
(a)  it-titolu jinbidel b’dan li ġej:
“PROĠETTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(2) (PROĠETTI SUĠĠETTI GĦAL STIMA TAL-IMPATT FUQ L-AMBJENT SKONT ID-DISKREZZJONI TAL-ISTATI MEMBRI)";
(b)  il-punt li ġej jiddaħħal fil-paragrafu 1:
“(fa) Attivitajiet ta’ sajd ta’ qbid selvaġġ;";
(c)  il-punt (c) tal-paragrafu 2 jiġi sostitwit b’dan li ġej:
"(c) Ir-riċerka u l-esplorazzjoni ta’ minerali u l-estrazzjoni ta’ minerali permezz tat-taħmil mill-baħar jew mix-xmajjar;";
(d)  il-punt (d) tal-paragrafu 10 jitħassar.
(e)  il-punt li ġej jiddaħħal fil-paragrafu 13:
“(aa) Kwalunkwe twaqqigħ ta’ proġetti elenkati fl-Anness I jew f’dan l-Anness, li jista’ jkollhom effetti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent."
Emenda 81
Proposta għal direttiva
Anness – punt 1
Direttiva 2011/92/UE
Anness IIA
Anness II.A – informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(3)
ANNESS II.A – INFORMAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(3) (INFORMAZZJONI SOMMARJA PROVDUTA MILL-I¯VILUPPATUR DWAR IL-PROĠETTI ELENKATI FL-ANNESS II)
1.  Deskrizzjoni tal-proġett, inklużi b'mod partikolari:
1.  Deskrizzjoni tal-proġett, inklużi:
(a)  deskrizzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi tal-proġett kollu, inkluż, fejn rilevanti, is-sottosuperfiċje tiegħu, matul il-fażijiet ta' kostruzzjoni u operazzjonali;
(a)  deskrizzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi tal-proġett kollu, inkluż, fejn rilevanti, is-sottosuperfiċje u l-parti ta’ taħt l-art tiegħu, matul il-fażijiet tal-kostruzzjoni, tal-operazzjoni u tat-twaqqigħ;
(b)  deskrizzjoni tal-lok tal-proġett, partikolarment fir-rigward tas-sensisittività taż-żoni ġeografiċi li x'aktarx ikunu affettwati.
(b)  deskrizzjoni tal-lok tal-proġett, partikolarment fir-rigward tas-sensisittività taż-żoni ġeografiċi li x'aktarx ikunu affettwati.
2.  Deskrizzjoni tal-aspetti ambjentali li x'aktarx jiġu affettwati b'mod sinifikanti mill-proġett propost.
2.  Deskrizzjoni tal-aspetti ambjentali li x'aktarx jiġu affettwati b'mod sinifikanti mill-proġett propost.
3.  Deskrizzjoni tal-effetti sinifikanti probabbli tal-proġett propost fuq l-ambjent li jirriżultaw:
3.  Deskrizzjoni tal-effetti sinifikanti probabbli tal-proġett propost fuq l-ambjent, inklużi r-riskji għas-saħħa tal-popolazzjoni kkonċernata u l-effetti fuq il-pajsaġġ u l-wirt kulturali, li jirriżultaw:
(a)  mir-residwi u l-emissjonijiet mistennija u l-produzzjoni tal-iskart;
(a)  mir-residwi u l-emissjonijiet mistennija u mill-produzzjoni tal-iskart fejn rilevanti;
(b)  mill-użu ta' riżorsi naturali, partikolarment il-ħamrija, l-art, l-ilma u l-bijodiversità inklużi bidliet idromorfoloġiċi.
(b)  mill-użu ta' riżorsi naturali, partikolarment il-ħamrija, l-art, l-ilma u l-bijodiversità (inklużi bidliet idromorfoloġiċi).
4.  Deskrizzjoni tal-miżuri previsti biex jevitaw, jipprevjenu jew inaqqsu u kwalunkwe effett negattiv sinifikanti fuq l-ambjent.
4.  Deskrizzjoni tal-miżuri previsti biex jevitaw, jipprevjenu jew inaqqsu l-effetti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent, b’mod partikolari meta jitqiesu irreversibbli.
Emenda 124
Proposta għal direttiva
Anness – punt 2
Direttiva 2011/92/UE
Anness III – punt 2 – punt c - subpunt ii
(ii)  żoni kostali,
(ii)  żoni kostali u l-ambjent tal-baħar;
Emenda 83 u 129/REV
Proposta għal direttiva
Anness – punt 2
Direttiva 2011/92/UE
Anness IV
ANNESS IV – INFORMAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(1)
ANNESS IV – INFORMAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(1) (INFORMAZZJONI LI L-IŻVILUPPATUR IRID JAGĦTI FIR-RAPPORT AMBJENTALI)
1.  Id-deskrizzjoni tal-proġett, inklużi b'mod partikolari:
1.  Id-deskrizzjoni tal-proġett, inklużi b'mod partikolari:
(-a)  deskrizzjoni tal-lok tal-proġett;
(a)  deskrizzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi tal-proġett kollu inkluż, fejn rilevanti, fis-sottosuperfiċje tiegħu, u l-użu tal-ilma u r-rekwiżiti tal-użu tal-art matul il-fażijiet tal-kostruzzjoni u tax-xogħlijiet;
(a)  deskrizzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi tal-proġett kollu, inkluż, fejn rilevanti, is-sottosuperfiċje tiegħu, u r-rekwiżiti tal-użu tal-ilma u tal-użu tal-art matul il-fażijiet tal-kostruzzjoni, tal-operazzjoni u, fejn relevanti, tat-twaqqigħ;
(aa)  deskrizzjoni tal-ispejjeż tal-enerġija, l-ispejjeż tar-riċiklaġġ tal-iskart ikkawżat mit-twaqqigħ, il-konsum ta’ riżorsi naturali addizzjonali meta jitwettaq proġett ta’ twaqqigħ;
(b)  deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-proċessi tal-produzzjoni, pereżempju, in-natura u l-kwantità tal-materjali, l-enerġija u r-riżorsi naturali (inkluż l-ilma, l-art, il-ħamrija u l-bijodiversità) użati;
(b)  deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-proċessi tal-produzzjoni, pereżempju, in-natura u l-kwantità tal-materjali, l-enerġija u r-riżorsi naturali (inkluż l-ilma, l-art, il-ħamrija u l-bijodiversità) użati;
(c)  stima, skont it-tip u l-kwantità, tar-residwi u emissjonijiet mistennija (l-ilma, l-arja, it-tniġġis tal-ħamrija u tas-sottoswol, l-istorbju, il-vibrazzjoni, id-dawl, is-sħana, ir-radjazzjoni, eċċ.) li jirriżultaw mit-tħaddim tal-proġett propost.
(c)  stima, skont it-tip u l-kwantità, tar-residwi u emissjonijiet mistennija (l-ilma, l-arja, it-tniġġis tal-ħamrija u tas-sottoswol, l-istorbju, il-vibrazzjoni, id-dawl, is-sħana, ir-radjazzjoni, eċċ.) li jirriżultaw mit-tħaddim tal-proġett propost.
2.  Deskrizzjoni tal-aspetti tekniċi, lokazzjonali jew oħrajn (eż. f’termini ta’ disinn tal-proġett, kapaċità teknika, daqs u skala) tal-alternattivi meqjusa, inkluża l-identifikazzjoni ta' dik bl-inqas impatt ambjentali, u indikazzjoni tar-raġunijiet prinċipali għall-għażla, filwaqt li jitqiesu l-effetti ambjentali.
2.  Deskrizzjoni tal-aspetti tekniċi, lokazzjonali jew oħrajn (eż. f’termini ta’ disinn tal-proġett, kapaċità teknika, daqs u skala) tal-alternattivi raġonevoli meqjusa mill-iżviluppatur, li huma rilevanti għall-proġett propost u għall-karatteristiċi speċifiċi tiegħu , u indikazzjoni tar-raġunijiet prinċipali għall-għażla li ssir.
3.  Deskrizzjoni tal-aspetti rilevanti tal-istat eżistenti tal-ambjent u l-evoluzzjoni li x’aktarx tirriżulta mingħajr l-implimentazzjoni tal-proġett (xenarju bażi). Din id-deskrizzjoni għandha tkopri kwalunkwe problema ambjentali eżistenti rilevanti għall-proġett, inkluż, b’mod partikolari, dawk li jikkonċernaw xi żoni ta’ importanza ambjentali partikolari u l-użu tar-riżorsi naturali.
3.  Deskrizzjoni tal-aspetti rilevanti tal-istat attwali tal-ambjent (xenarju bażi) u l-evoluzzjoni tiegħu li x’aktarx tirriżulta mingħajr l-implimentazzjoni tal-proġett, fejn it-tibdiliet naturali jew soċjali mix-xenarju bażi jistgħu jiġu mbassra b'mod raġonevoli. Din id-deskrizzjoni għandha tkopri kwalunkwe problema ambjentali eżistenti rilevanti għall-proġett, inkluż, b’mod partikolari, dawk li jikkonċernaw xi żoni ta’ importanza ambjentali partikolari u l-użu tar-riżorsi naturali.
4.  Deskrizzjoni tal-aspetti ambjentali li x'aktarx jiġu affettwati b'mod sinifikanti mill-proġett propost inklużi, b'mod partikolari, il-popolazzjoni, is-saħħa tal-bniedem, il-fawna, il-flora, il-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistema li tipprovdi, l-art (it-teħid tal-art), il-ħamrija (il-materja organika, l-erożjoni, il-kompattazzjoni, l-impermeabilità), l-ilma (kwantità u kwalità), l-arja, il-fatturi klimatiċi, it-tibdil fil-klima (l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, inkluż mill-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija, il-potenzjal ta' mitigazzjoni, l-impatti rilevanti għall-adattament, jekk il-proġett iqis ir-riskji assoċjati mat-tibdil fil-klima), l-assi materjali, il-wirt kulturali, inkluż dak arkitettoniku u arkeoloġiku, il-pajsaġġ; deskrizzjoni bħal din għandha tinkludi l-interrelazzjonijiet bejn il-fatturi msemmija hawn fuq, kif ukoll l-esponiment, il-vulnerabbiltà u r-reżiljenza tal-fatturi msemmija hawn fuq fir-rigward tar-riskji ta’ diżastri naturali u dawk magħmula mill-bniedem.
4.  Deskrizzjoni tal-fatturi ambjentali li x’aktarx jiġu affettwati b’mod sinifikanti mill-proġett propost inklużi, b’mod partikolari, il-popolazzjoni, is-saħħa tal-bniedem, il-fawna, il-flora, il-bijodiversità, permezz tal-fawna u l-flora tagħha, l-art (it-teħid tal-art), il-ħamrija (il-materja organika, l-erożjoni, il-kompattazzjoni, l-impermeabilità), l-ilma (kwantità u kwalità), l-arja, il-fatturi klimatiċi, il-klima (l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, inkluż mill-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija, il-potenzjal ta’ mitigazzjoni, l-impatti rilevanti għall-adattament, jekk il-proġett iqis ir-riskji assoċjati mat-tibdil fil-klima), l-assi materjali ), il-wirt kulturali, inkluż dak arkitettoniku u arkeoloġiku, il-pajsaġġ; deskrizzjoni bħal din għandha tinkludi l-interrelazzjonijiet bejn il-fatturi msemmija hawn fuq, kif ukoll l-esponiment, il-vulnerabbiltà u r-reżiljenza tal-fatturi msemmija hawn fuq fir-rigward tar-riskji ta’ diżastri naturali u dawk magħmula mill-bniedem.
5.  Deskrizzjoni tal-effetti sinifikanti probabbli tal-proġett propost fuq l-ambjent li jirriżultaw minn:
5.  Deskrizzjoni tal-effetti sinifikanti probabbli tal-proġett propost fuq l-ambjent li jirriżultaw minn:
(a)  l-eżistenza tal-proġett;
(a)  l-eżistenza tal-proġett;
(b)  l-użu tar-riżorsi naturali, b'mod partikolari l-art, il-ħamrija, l-ilma, il-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistema li tipprovdi meta titqies, sa fejn huwa possibbli, id-disponibbiltà ta' dawn ir-riżorsi anke fid-dawl ta' kundizzjonijiet klimatiċi li qed jinbidlu;
(b)  l-użu tar-riżorsi naturali, b’mod partikolari l-art, il-ħamrija, l-ilma, il-bijodiversità inklużi l-flora u l-fawna;
(c)  l-emissjoni ta' sustanzi li jniġġsu, l-istorbju, il-vibrazzjoni, id-dawl, is-sħana, ir-radjazzjoni, il-ħolqien ta' elementi ta' fastidju u l-eliminazzjoni tal-iskart;
(c)  l-emissjoni ta' sustanzi li jniġġsu, l-istorbju, il-vibrazzjoni, id-dawl, is-sħana, ir-radjazzjoni, il-ħolqien ta' elementi ta' fastidju u l-eliminazzjoni tal-iskart;
(d)  ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem, il-wirt kulturali jew l-ambjenti (eż. minħabba aċċidenti jew diżastri);
(d)  ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem, il-wirt kulturali jew l-ambjenti (eż. minħabba aċċidenti jew diżastri) li huma raġonevolment meqjusa bħala karatteristiċi għan-natura tal-proġett);
(e)  il-kumulazzjoni tal-effetti ma' proġetti u attivitajiet oħra;
(e)  l-akkumulazzjoni tal-effetti ma' proġetti u attivitajiet oħra eżistenti u/jew approvati, sal-punt li jinsab fiż-żona ġeografika li probabbilment se tiġi affettwata u li ma tkunx għadha nbniet jew li tkun għadha mhix operazzjonali, mingħajr l-obbligu li tiġi kkunsidrata informazzjoni oħra minbarra informazzjoni eżistenti jew informazzjoni disponibbli għall-pubbliku;
(f)  l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, inkluż mill-użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija;
(f)  l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, inkluż mill-użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija;
(g)  it-teknoloġiji u s-sustanzi użati;
(g)  it-teknoloġiji u s-sustanzi użati;
(h)  tibdiliet idromorfoloġiċi.
(h)  tibdiliet idromorfoloġiċi.
Id-deskrizzjoni tal-effetti sinifikanti probabbli għandha tkopri l-effetti diretti u kwalunkwe effett indirett, sekondarju, kumulattiv, transfruntier, għal żmien qasir, medju jew twil, permanenti u temporanju, pożittiv u negattiv tal-proġett. Din id-deskrizzjoni għandha tqis l-objettivi tal-protezzjoni tal-ambjent stabbiliti fil-livell tal-UE jew tal-Istati Membri li huma rilevanti għall-proġett.
Id-deskrizzjoni tal-effetti sinifikanti probabbli għandha tkopri l-effetti diretti u kwalunkwe effett indirett, sekondarju, kumulattiv, transfruntier, għal żmien qasir, medju jew twil, permanenti u temporanju, pożittiv u negattiv tal-proġett. Din id-deskrizzjoni għandha tqis l-objettivi tal-protezzjoni tal-ambjent stabbiliti fil-livell tal-Unjoni jew tal-Istati Membri li huma rilevanti għall-proġett.
6.  Id-deskrizzjoni tal-metodi tat-tbassir użati biex jiġu stmati l-effetti fuq l-ambjent imsemmija fil-punt 5, kif ukoll rendikont tal-inċertezzi ewlenin involuti u l-influwenza tagħhom fuq l-estimi tal-effetti u l-għażla tal-alternattiva preferuta.
6.  Id-deskrizzjoni tal-metodi tat-tbassir użati biex jiġu stmati l-effetti fuq l-ambjent imsemmija fil-punt 5, kif ukoll rendikont tal-inċertezzi ewlenin involuti u l-influwenza tagħhom fuq l-estimi tal-effetti u l-għażla tal-alternattiva preferuta.
7.  Deskrizzjoni tal-miżuri previsti sabiex jipprevjenu, inaqqsu u, fejn huwa possibbli, jikkontrobilanċjaw kull effett negattiv sinifikanti fuq l-ambjent imsemmija fil-punt 5 u, fejn xieraq, ta’ kwalunkwe arranġament ta’ monitoraġġ propost, li jinkludi t-tħeħħija ta’ analiżi ta’ wara li jitlesta l-proġett tal-effetti negattivi fuq l-ambjent. Din id-deskrizzjoni għandha tispjega sa fejn l-effetti negattivi sinifikanti huma mnaqqsa jew kontrobilanċjati u għandha tkopri kemm il-fażijiet tal-kostruzzjoni kif ukoll dawk operazzjonali.
7.  Deskrizzjoni tal-miżuri previsti sabiex, bħala prijorità, jipprevjenu u jnaqqsu u, bħala l-aħħar miżura, jikkontrobilanċjaw kull effett negattiv sinifikanti fuq l-ambjent imsemmija fil-punt 5 u, fejn xieraq, ta’ kwalunkwe arranġament ta’ monitoraġġ propost, li jinkludi t-tħeħħija ta’ analiżi ta’ wara li jitlesta l-proġett tal-effetti negattivi fuq l-ambjent. Din id-deskrizzjoni għandha tispjega sa fejn l-effetti negattivi sinifikanti huma prevenuti, imnaqqsa jew kontrobilanċjati u għandha tkopri kemm il-fażi tal-kostruzzjoni kif ukoll dik operazzjonali.
8.  Stima tar-riskji ta' diżastri naturali u dawk kawżati mill-bniedem u r-riskju ta' aċċidenti li l-proġett jista' jkun vulnerabbli għalihom u, fejn xieraq, deskrizzjoni tal-miżuri previsti sabiex jipprevjenu dawn ir-riskji, kif ukoll miżuri dwar il-livell ta' tħejjija u reazzjoni għall-emerġenzi (eż. miżuri meħtieġa taħt id-Direttiva 96/82/KE kif emendata).
8.  Stima tar-riskji probabbli ta' diżastri naturali u dawk kawżati mill-bniedem u r-riskju ta' aċċidenti li l-proġett jista' jkun vulnerabbli għalihom u, fejn xieraq, deskrizzjoni tal-miżuri previsti sabiex jipprevjenu dawn ir-riskji, kif ukoll miżuri dwar il-livell ta' tħejjija u reazzjoni għall-emerġenzi (eż. miżuri meħtieġa taħt id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 4 ta’ Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi, jew rekwiżiti li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jew minn konvenzjonijiet internazzjonali).
9.  Sommarju mhux tekniku tal-informazzjoni pprovvduta skont l-intestaturi ta' hawn fuq.
9.  Sommarju mhux tekniku tal-informazzjoni pprovvduta skont l-intestaturi ta' hawn fuq.
10.  Indikazzjoni ta' kull diffikultà (nuqqasijiet tekniċi jew nuqqas ta' għarfien) li jiltaqa' magħhom l-iżviluppatur fil-ġbir tal-informazzjoni meħtieġa u tas-sorsi użati għal deskrizzjonijiet u stimi mwettqa, kif ukoll rendikont tal-inċertezzi ewlenin involuti u l-influwenza tagħhom fuq l-estimi tal-effetti u l-għażla tal-alternattiva preferuta.
10.  Indikazzjoni ta' kull diffikultà (nuqqasijiet tekniċi jew nuqqas ta' għarfien) li jiltaqa' magħhom l-iżviluppatur fil-ġbir tal-informazzjoni meħtieġa u tas-sorsi użati għal deskrizzjonijiet u stimi mwettqa, kif ukoll rendikont tal-inċertezzi ewlenin involuti u l-influwenza tagħhom fuq l-estimi tal-effetti u l-għażla tal-alternattiva preferuta.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa' jiġi eżaminat skont l-Artikolu 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0277/2013).


Miżuri tal-UE u tal-Istati Membri biex jiġi affrontat il-fluss tar-refuġjati li rriżulta mill-konflitt fis-Sirja
PDF 230kWORD 71k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar miżuri tal-UE u tal-Istati Membri biex jindirizzaw il-fluss ta' rifuġjati b'riżultat tal-kunflitt fis-Sirja (2013/2837(RSP))
P7_TA(2013)0414B7-0442/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sirja, b’mod partikolari dawk tas-16 ta’ Frar 2012(1), tat-13 ta’ Settembru 2012(2), tat-23 ta’ Mejju 2013(3) u tat-12 ta’ Settembru 2013(4), u dwar ir-rifuġjati li qed jaħarbu mill-kunflitt armat,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar is-Sirja tat-23 ta’ Jannar, tat-18 ta’ Frar, tal-11 ta’ Marzu, tat-22 ta’ April, tas-27 ta’ Mejju, tal-24 ta’ Ġunju, u tad-9 u tat-22 ta’ Lulju 2013; wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar is-Sirja tat-8 ta' Frar 2013,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ), Catherine Ashton, tal-21 ta' Awissu 2013 rigward l-aħħar rapporti dwar l-użu ta’ armi kimiċi f’Damasku, tat-23 ta' Awissu 2013 dwar l-urġenza kbira li tinstab soluzzjoni politika għall-kunflitt Sirjan (li tirrifletti l-pożizzjoni tal-UE li sar qbil dwarha rigward is-Sirja tas-7 ta' Settembru 2013), tal-10 ta' Settembru 2013 dwar il-proposta li l-armi kimiċi tas-Sirja jitqiegħdu taħt kontroll internazzjonali, u tal-14 ta’ Settembru 2013 wara l-ftehim milħuq bejn l-Istati Uniti u r-Russja dwar l-armi kimiċi fis-Sirja, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet li saru mill-VP/RGħ waqt id-dibattitu tal-Parlament fil-plenarja fi Strasburgu fil-11 ta’ Settembru 2013;

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet li saru mill-Kummissarju għall-Kooperazzjoni Internazzjonali, l-Għajnuna Umanitarja u r-Reazzjoni għall-Kriżijiet, Kristalina Georgieva, dwar ir-rifuġjati Sirjani u r-reazzjoni tal-UE, b’mod partikolari d-dikjarazzjoni tagħha tat-3 ta’ Settembru 2013 dwar l-aħħar ċifri rigward ir-refuġjati li qed jaħarbu mill-kriżi Sirjana, u r-rapporti dwar is-sitwazzjoni u l-iskedi informattivi dwar is-Sirja maħruġa mill-ECHO (DĠ Għajnuna Umanitarja u Protezzjoni Ċivili),

–  wara li kkunsidra r-rimarki li saru mill-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati, António Guterres, waqt il-Laqgħa Informali tal-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni f’Vilnius, fit-18 ta’ Lulju 2013(5),

–  wara li kkunsidra d-dokumenti ta’ informazzjoni u istruzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà dwar is-Sirja maħruġa mis-Sottosegretarju Ġenerali għall-Affarijiet Umanitarji u Koordinatur tal-Għajnuna ta’ Emerġenza, Valerie Amos, b’mod partikolari dak tat-18 ta’ April 2013,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Laqgħa Ministerjali tal-Pajjiżi li Jmissu mas-Sirja organizzata mill-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati fl-4 ta’ Settembru 2013,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar is-Sirja,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Economiċi, Soċjali u Kulturali, il-Konvenzjoni Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra, il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Protokoll Fakultattiv ta’ magħha dwar l-Involviment tat-Tfal fil-Kunflitti Armati, u l-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta’ Ġenoċidju, li tagħhom kollha s-Sirja hija firmatarja,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 78, 79 u 80 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra tal-1949 u l-protokolli addizzjonali marbuta magħhom,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.  billi sal-20 ta’ Settembru 2013 l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati (UNHCR) kellu rreġistrati total ta’ 1 929 227 rifuġjat Sirjan fil-pajjiżi ġirien u fl-Afrika ta’ Fuq; billi l-għadd totali ta’ rifuġjati, inklużi dawk li mhumiex irreġistrati, huwa stmat li hu ta’ 2 102 582; billi skont l-istess għejun 76 % tal-popolazzjoni tar-rifuġjati Sirjani huma nisa u tfal; billi mit-tfal rifuġjati Sirjani 410 000 huma ta’ età tal-iskola primarja (bejn il-5 snin u l-11-il sena); billi skont l-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA) l-għadd ta’ persuni spustati f’pajjiżhom (IDPs) fid-data tad-9 ta’ Settembru 2013 kien ta’ 4.25 miljun ruħ;

B.  billi skont l-UNHCR il-għadd ta’ rifuġjati (inklużi dawk li kienu qed jistennew li jiġu rreġistrati) li kienu jinsabu fil-pajjiżi ospitanti fid-data tal-20 ta’ Settembru 2013 kien kif ġej: it-Turkija, 492 687; il-Libanu, 748 608; il-Ġordan, 531 768; l-Iraq, 190 857; l-Eġittu, 124 373; il-Marokk, l-Alġerija u l-Libja, 14 289 (irreġistrati); billi eluf ta’ Sirjani qed jaħarbu kuljum lejn pajjiżi ġirien u l-Pjan ta’ Rispons Reġjonali tan-NU għas-Sirja qed ibassar total ta’ 3,5 miljun rifuġjat mis-Sirja sa tmiem l-2013;

C.  billi t-talbiet minn Sirjani għall-asil fl-UE komplew jiżdiedu fl-2013, fejn intlaħaq total ta' 52 000 talba għall-asil li bdew isiru mill-bidu tal-kunflitt fl-2011 fl-UE u fil-ġirien l-aktar qrib tiegħu (l-Isvizzera u n-Norveġja);

D.  billi, fi ħdan l-UE-28, il-Ġermanja (14 842) u l-Isvezja (14 083) rċevew 59% tat-talbiet li tressqu; billi, filwaqt li pajjiżi oħra esperjenzaw żidiet sinifikanti fl-applikazzjonijiet, huwa biss Stat Membru wieħed ieħor li rċieva aktar minn 2 000 talba (ir-Renju Unit, b'2 634 talba);

E.  billi hemm nuqqas ta’ dejta għalkollox eżatta u affidabbli dwar il-għadd totali ta' Sirjani ġejjin l-Ewropa, kif ukoll nuqqas ta' tagħrif dwar in-numri li qed ifittxu asil f'pajjiżi Ewropej, u dwar l-għadd totali preżenti; billi, skont il-UNHCR, minkejja dawn il-lakuni, u l-fatt li l-istatistika u d-dejta dwar il-prattiki tal-aġġudikazzjoni fir-rigward tat-talbiet għall-asil fl-Istati Membri tal-UE huma difettużi, hemm indikazzjonijiet li għad hemm lakuni fil-protezzjoni tas-Sirjani fi ħdan l-UE;

F.  billi l-kriżi tar-rifuġjati Sirjani tikkostitwixxi l-ewwel prova tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (CEAS);

G.  billi l-leġiżlazzjoni tal-UE diġà tipprovdi xi għodod, bħalma hu l-Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi(6) u l-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen(7), li jagħmluha possibbli li jingħataw viżi umanitarji;

H.  billi l-Istati Membri għandhom jiġu inkoraġġiti jagħmlu użu mill-fondi li se jkunu disponibbli taħt il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil u l-fondi disponibbli taħt l-Azzjoni Preparatorja “Il-possibilità tar-risistemazzjoni ta' refuġjati f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza” li tkopri, fost ħwejjeġ oħra, il-miżuri li ġejjin: appoġġ lill-persuni li diġà huma rikonoxxuti bħala rifuġjati mill-UNHCR; appoġġ għal azzjoni ta’ emerġenza fil-każ ta’ gruppi ta’ rifuġjati, identifikati bħala prijoritarji, li jinsabu taħt attakk armat u li jiffaċċjaw ċirkostanzi ta’ vulnerabilità estrema u ta’ natura li thedded il-ħajja tagħhom; l-għoti, fejn meħtieġ, ta' appoġġ finanzjarju ulterjuri waqt l-emerġenzi lill-UNHCR u lill-organizzazzjonijiet marbuta magħha fl-Istati Membri u fil-livell tal-UE;

I.  billi t-traġedja l-aktar riċenti li seħħet ’il barra minn Lampedusa, fit-3 ta’ Ottubru 2013, ħalliet 130 migrant mejjet, filwaqt li mijiet oħra jinsabu nieqsa; billi għaxriet ta’ eluf ta’ migranti sfaw mejta huma u jippruvaw jaslu l-UE; filwaqt li għal darba oħra jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa li jsir dak kollu li hu possibbli biex jiġu salvati l-ħajjiet tan-nies li jinsabu f’periklu u lejn il-ħtieġa li l-Istati Membri jirrispettaw l-obbligi internazzjonali tagħhom rigward is-salvataġġ fuq il-baħar;

1.  Jinsab imħasseb serjament dwar il-kriżi umanitarja li għaddejja bħalissa fis-Sirja u l-pressjoni qawwija li qed titfa’ fuq il-pajjiżi ġirien; jesprimi t-tħassib tiegħu li l-eżodu ta’ rifuġjati għadu qed jaċċelera mingħajr ebda sinjal li dan il-ħruġ ta’ nies se jintemm dalwaqt;

2.  Ifaħħar l-isforzi u s-solidarjetà tal-awtoritajiet ta’ dawk il-pajjiżi u l-ġenerożità tal-popolazzjonijiet tagħhom fil-għajnuna li qed jagħtu lir-rifuġjati mis-Sirja;

3.  Jilqa’ l-politika ta’ bieb miftuħ tal-pajjiżi ġirien tas-Sirja u jħeġġiġhom iżommu l-fruntieri tagħhom miftuħa għar-rifuġjati kollha li qed jaħarbu mis-Sirja;

4.  Jesprimi t-tħassib tiegħu li għadd dejjem akbar ta’ Sirjani qed jissugraw ħajjithom billi jitilqu fuq vjaġġi perikolużi bid-dgħajjes biex jaqsmu l-Mediterran lejn l-UE;

5.  Jilqa’ l-fatt li l-UE u l-Istati Membri tagħha impenjaw aktar minn EUR 1 biljun f’għajnuna umanitarja u mhux umanitarja lis-Sirjani kemm ġewwa s-Sirja u kemm barra minnha; jinnota li l-UE hija l-akbar donatriċi ta’ għajnuna umanitarja lill-kriżi Sirjana; jistieden ukoll lill-UE tissorvelja t-tqassim ta’ dak il-finanzjament;

6.  Jitlob li l-UE tkompli bil-finanzjament ġeneruż tagħha tal-isforzi kemm umanitarji u kemm mhux umanitarji bħala rispons għall-ħtiġijiet tan-nies fis-Sirja u tar-rifuġjati mis-Sirja li jinsabu fil-pajjiżi ġirien;

7.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jindirizzaw il-ħtiġijiet akuti permezz tar-risistemazzjoni b’żieda mal-kwoti nazzjonali eżistenti u permezz tal-ammissjoni umanitarja; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jagħmlu użu mill-fondi li għadhom disponibbli taħt l-azzjoni preparatorja / il-proġett pilota dwar ir-risistemazzjoni;

8.  Jistieden lill-komunità internazzjonali, lill-UE u lill-Istati Membri jkomplu jipprovdu appoġġ b'rispons għall-din il-kriżi umanitarja eċċezzjonali u jimpenjaw ruħhom li jagħtu għajnuna effettiva lill-pajjiżi ġirien tas-Sirja;

9.  Jistieden lill-UE tlaqqa’ konferenza umanitarja dwar il-kriżi tar-rifuġjati Sirjana, fejn il-prijorità tingħata lill-azzjonijiet indirizzati lill-pajjiżi ospitanti fir-reġjun (b’mod partikolari l-Libanu, il-Ġordan, it-Turkija u l-Iraq) bil-għan li tagħtihom appoġġ fl-isforz tagħhom li jospitaw popolazzjonijiet dejjem akbar ta’ rifuġjati u jżommu għaddejja politika ta’ bieb miftuħ; jenfasizza li tali konferenza għandha tinvolvi lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE u lill-organizzazzjonijiet kollha tas-soċjetà ċivili u tiffoka fuq l-isforzi umanitarji u fuq it-tisħiħ tar-rwol u tal-involviment tal-UE fl-isforzi diplomatiċi biex tgħin ħalli jintemm il-kunflitt fis-Sirja;

10.  Jenfasizza kemm hu importanti f’dan l-istadju li jiġi esplorat b’mod konkret jekk, kif u meta l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu aktar biex isaħħu r-rispons ta’ protezzjoni tagħhom għas-Sirja; jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa li jkun hemm solidarjetà u li jsir tisħiħ proattiv tar-rispons ġenerali ta’ protezzjoni fl-UE permezz ta’ kooperazzjoni aktar mill-qrib, il-qsim ta’ informazzjoni, il-bini tal-kapaċitajiet u d-djalogu rigward politiki;

11.  Jilqa’ l-kunsens ġenerali li jeżisti fost l-Istati Membri li ċ-ċittadini Sirjani ma għandhomx jitreġġgħu lura s-Sirja; jenfasizza, madankollu, li huma meħtieġa approċċ aktar koerenti u solidarjetà akbar mal-Istati Membri li qed jiffaċċjaw pressjoni partikolari biex jilqgħu għandhom ir-rifuġjati mis-Sirja; jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet kollha tal-istrumenti differenti tas-SEKA jiġu implimentati b’mod korrett;

12.  Jistieden lill-Istati Membri jesploraw il-liġi u l-proċeduri kollha tal-UE għall-provvediment ta' dħul sikur fl-UE bil-għan li temporanjament jaċċettaw għandhom Sirjani li jkunu qed jaħarbu minn pajjiżhom; jinnota li huwa ppreferut li wieħed jidħol legalment fl-UE milli jidħol b’mod irregolari u aktar perikoluż, li jista’ jinvolvi riskji ta’ ttraffikar tan-nies; jinnota li xi wħud mill-Istati Membri taw lis-Sirjani jew residenza permanenti (eż. l-Isvezja) jew ammissjoni temporanja (eż. l-Ġermanja);

13.  Ifakkar lill-Istati Membri li s-Sirjani li qed jaħarbu l-kunflitt li qed ifittxu protezzjoni internazzjonali għandhom jiġu riferuti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-asil u għandu jkollhom aċċess għal proċeduri tal-asil ġusti u effiċjenti;

14.  Jistieden lill-UE tieħu miżuri responsabbli xierqa rigward influss ta’ rifuġjati li jista’ jseħħ fl-Istati Membri tagħha; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jimmoniterjaw is-sitwazzjoni attwali u jaħdmu fuq ippjanar ta’ kontinġenza, inkluża l-possibilità li japplikaw id-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja(8), jekk u meta l-kundizzjonijiet jirrikjedu hekk;

15.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-Istati Membri huma rekwiżiti joħorġu jgħinu lill-migranti li jinsabu fuq il-baħar, u jistieden lill-Istati Membri li naqsu milli jirrispettaw l-obbligi internazzjonali tagħhom ħalli jieqfu milli jibagħtu lura d-dgħajjes bil-migranti abbord;

16.  Jistieden lill-Istati Membri jirrispettaw il-prinċipju ta’ non-refoulement, skont id-dritt internazzjonali u d-dritt tal-UE eżistenti; jistieden lill-Istati Membri jwaqqfu b’effett immedjat kwalunkwe prattiki ta' detenzjoni li jkunu mhux xierqa jew estiżi bi ksur tad-dritt internazzjonali u tad-dritt Ewropew, u jirrimarka li l-miżuri biex migranti jiġu detenuti għandhom dejjem ikunu soġġetti għal deċiżjoni amministrattiva, u għandhom ikunu sostanzjati kif dovut u temporanji;

17.  Jistieden lill-kumitati rilevanti tiegħu jkomplu jimmonitorjaw is-sitwazzjoni fis-Sirja u fil-pajjiżi ġirien u l-miżuri meħuda mill-Istati Membri f’dan ir-rigward;

18.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati, lis-Segretarju Ġenerali tal-Lega Għarbija, lill-Parlament u lill-Gvern tar-Repubblika Għarbija Sirjana, u lill-parlamenti u lill-gvernijiet ta’ dawk il-pajjiżi ġirien tas-Sirja u lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt fis-Sirja.

(1) ĠU C 249 E, 30.8.2013, p. 37.
(2) Testi adottati, P7_TA(2012)0351.
(3) Testi adottati, P7_TA(2013)0223.
(4) Testi adottati, P7_TA(2013)0378.
(5) http://www.unhcr.org/51b7149c9.html
(6) Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).
(7) Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1).
(8) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta' Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta' influss bil-massa ta' persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta' dawn (ĠU L 121, 7.8.2001, p. 12).

Avviż legali - Politika tal-privatezza