Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (13176/2013 – C7-0260/2013 – 2013/2145(BUD))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej(1),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(2),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (IIA)(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Lulju 2013 dwar il-ftehim politiku rigward il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2013 dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit 2014, Taqsima III(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2013 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2014(6),
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 adottat mill-Kummissjoni fit-28 ta' Ġunju 2013 (COM(2013)0450),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet dwar il-mandat għat-trilogu rigward il-baġit tal-2014, mogħtija mill-Koordinaturi tal-Kumitat BUDG,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, adottata mill-Kunsill fit-2 ta' Settembru 2013 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fil-11 ta' Settembru 2013 (13176/2013 – C7‑0260/2013),
– wara li kkunsidra l-Ittra ta' Emenda Nru 1/2014 għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, ippreżentata mill-Kummissjoni fit-18 ta' Settembru 2013 (COM(2013)0644),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 75b tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A7-0328/2013),
Taqsima III
Ħarsa ġenerali
1. Ifakkar li l-prijoritajiet tiegħu għall-baġit tal-2014 huma t-tkabbir ekonomiku u sostenibbli, il-kompetittività, il-ħolqien tal-impjiegi u l-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ, kif ukoll ir-rwol tal-UE fid-dinja; itenni, għalhekk, l-appoġġ tiegħu għall-politiki li jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ, ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, l-aġenda diġitali, il-kompetittività, l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, l-intraprenditorija u l-attività bħala persuna li taħdem għal rasha, l-edukazzjoni, it-taħriġ professjonali, il-mobbiltà u l-għajnuna esterna;
2. Jinsisti li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jiżguraw li l-baġit tal-UE jintefaq b'mod effiċjenti, u li dak kollu li jiġi ffinanzjat bih għandu jkollu valur miżjud Ewropew ċar; l-Istati Membri għandhom b'mod partikolari, jikkondividu l-kompiti kull fejn ikun possibbli u jżidu l-kooperazzjoni reċiproka;
3. Ifakkar fid-determinazzjoni tiegħu biex jiżgura livell suffiċjenti u realistiku ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament li jippermetti li l-programmi jibdew b'biżżejjed fondi fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għall-perjodu 2014-2020 u li jevita d-dewmien fl-implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll li jiżgura l-konklużjoni b'suċċess tal-programmi mibdija taħt il-QFP 2007-2013;
4. Jiddeplora għalhekk id-deċiżjoni tal-Kunsill li din is-sena jerġa' jipproċedi bl-approċċ tas-soltu ta' tnaqqis orizzontali għall-abbozz ta’ baġit, intenzjonat biex inaqqas artifiċjalment il-livell tar-riżorsi tal-UE għall-2014 b'total globali ta' EUR 240 miljun (-0,2%) f'approprjazzjonijiet ta' impenn u b'EUR 1 061 miljun (-0,8%) f'approprjazzjonijiet ta' pagament meta mqabbel mal-abbozz ta’ baġit, biex b'hekk iwassal għal tnaqqis sinifikanti meta mqabbel mal-baġit tal-2013 (inklużi l-baġits emendatorji min-Nru 1 sa 5) kemm f'impenji (-6%) kif ukoll f'pagamenti (-6,6%);
5. Jinsab sorpriż li, fil-pożizzjoni tiegħu, il-Kunsill mhux biss ma qiesx il-ftehim fuq il-QFP, fir-rigward tal-konċentrazzjoni tal-finanzjamenti fil-bidu tal-perjodu tal-programmi Erasmus+, COSME u Orizzont 2020, imma kompla jnaqqas l-approprjazzjonijiet għal uħud minn dawn il-programmi;
6. Jiddispjaċih profondament dwar il-fatt li l-Kunsill introduċa tnaqqis kemm fl-approprjazzjonijiet ta' impenn, kif ukoll ta' pagament fl-intestaturi kollha; ifakkar li l-aktar intestaturi milqutin huma l-Intestatura 1a (-0,36% f'approprjazzjonijiet ta' impenn u -3,6% f'approprjazzjonijiet ta' pagament meta mqabbla mal-abbozz ta' baġit), l-Intestatura 4 (-0,21% f'approprjazzjonijiet ta' impenn u -2,5% f'approprjazzjonijiet ta' pagament meta mqabbla mal-abbozz ta' baġit) u l-Intestatura 5 (-1,78% f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament meta mqabbla mal-abbozz ta' baġit); jinnota li l-Intestaturi 1a u 4 jinkludu programmi u inizjattivi li huma strumentali għall-kisba tal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020, kif ukoll l-aġenda tal-UE dwar il-politika esterna, u li dan it-tnaqqis trasversali se jolqot inizjattivi li huma oqsma prijoritarji f'dawn iż-żewġ setturi;
7. Jenfasizza l-fatt li dak it-tnaqqis jikkontradixxi direttament il-ftehim politiku fuq il-QFP fir-rigward tal-konċentrazzjoni tal-finanzjamenti fil-bidu tal-perjodu u anke ma jagħtix kas tal-prijoritajiet tal-Parlament, kif spjegati fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit tal-2014 u r-rakkomandazzjonijiet dwar il-mandat għat-trilogu rigward il-baġit tal-2014;
8. Jiċħad l-argument tal-Kummissjoni li t-tnaqqis propost jikkorrispondi għal programmi li ftit ġew implimentati jew li għandhom rendiment baxx, peress li t-tnaqqis tal-impenji min-naħa tal-Kunsill jolqot fil-biċċa l-kbira l-kapaċità ta' implimentazzjoni ta' ġenerazzjoni ġdida ta' programmi pluriennali li għadhom ma bdewx; barra minn hekk, it-tnaqqis tal-pagamenti min-naħa tal-Kunsill jolqot fil-biċċa l-kbira t-tlestija ta' programmi li mhux talli juru rati ta' implimentazzjoni tajbin imma talli saħansitra implimentazzjoni eċċessiva (eż. il-Qafas Strateġiku Komuni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-programmi Galileo, Dwana u Fiscalis taħt l-Intestatura 1a, il-FSE, il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni taħt l-Intestatura 1b); jenfasizza b'mod partikolari li t-tali tnaqqis fl-approprjazzjonijiet ta' pagament jinjora kompletament in-natura pluriennali tal-politiki tal-Unjoni, u tal-politika ta' koeżjoni b'mod partikolari; jissottolinja l-fatt li 52% tal-approprjazzjonijiet ta' pagament mitluba fil-abbozz ta' baġit tal-2014 huma ddedikati għat-tlestija tal-programmi taħt il-QFP 2007-2013;
9. Jiddeplora t-tnaqqis arbitrarju propost mill-Kunsill għal-linji amministrattivi u ta' appoġġ għall-finanzjament tal-implimentazzjoni tal-programmi fundamentali tal-UE; jikkunsidra li dan it-tnaqqis hu ta' ħsara għat-tnedija b'suċċess tal-programmi l-ġodda, peress li nuqqas ta' kapaċità amministrattiva jinvolvi riskju serju ta' tixkil għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE; jiddispjaċih dwar it-tendenza tal-Istati Membri li jagħtu aktar kas li, fil-qasir, jiffrankaw ammonti trivjali u assurdi ta' flus minflok ma jagħtu kas ir-riżultati fit-tul; ireġġa' lura, għalhekk, l-abbozz ta' baġit għal li kien fir-rigward tal-linji kollha ta' nfiq amministrattiv u nfiq ta' appoġġ mnaqqsa mill-Kunsill;
10. Jieħu nota tal-abbozz ta' dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar il-pagamenti li ġiet adottata mill-Kunsill fil-pożizzjoni tiegħu dwar l-abbozz ta' baġit tal-2014; jinsab konvint, madankollu, li sakemm ma tittejjibx b'mod sostanzjali, ma tistax isservi bħala garanzija politika sostanzjali biex jiġi żgurat livell suffiċjenti u xieraq ta' pagamenti fl-2014; jinsab determinat li jipprovdi assigurazzjoni u jreġġa' lura t-tendenza ta' dawn l-aħħar snin, fejn il-pagamenti pendenti fi tmiem is-sena kibru b'mod esponenzjali; jistieden għalhekk lill-Kunsill biex jaqbel li jittieħed impenn politiku konġunt li jintużaw il-mezzi kollha disponibbli skont ir-Regolament dwar il-QFP għall-perjodu 2014-2020, inkluż ir-rikors għall-marġni ta' kontinġenza u/jew ir-reviżjoni tal-limitu massimu għall-pagamenti b'mod li l-programmi l-ġodda ma jiġux ipperikolati u fl-istess ħin li jitnaqqas l-ammont ta' pagamenti pendenti fi tmiem is-sena;
11. Jilqa' l-istqarrija li għamlu xi Stati Membri li għandu jinstab bilanċ aħjar bejn l-impenji u l-pagamenti b'mod li tiġi evitata s-sitwazzjoni fejn l-Unjoni ma tkunx tista' tissodisfa l-obbligi ġuridiċi tagħha; isib faraġ mill-fatt li diversi delegazzjonijiet tal-Kunsill bdew isemmgħu leħinhom rigward l-istess preokkupazzjonijiet li l-Parlament qajjem ripetutament tul dawn l-aħħar proċeduri baġitarji;
12. Ma jistax jaċċetta d-deċiżjoni tal-Kunsill li jnaqqas l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament; ifakkar li l-impenji jirriflettu l-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni u għandhom jiġu stabbiliti bi prospettiva fit-tul, waqt li jitqies żmien meta d-diffikultajiet ekonomiċi jistgħu jkunu għaddew; hu tal-fehma, għalhekk, li, bħala regola ġenerali, l-impenji għandhom jerġgħu lura għal li kienu fil-livell tal-abbozz ta' baġit; bi ħsiebu, madankollu, iżid l-approprjazzjonijiet ta' impenn ftit aktar mil-livell fl-abbozz ta' baġit fir-rigward ta' għadd magħżul ta' linji baġitarji li għandhom x'jaqsmu mal-programmi ta' benefiċċju dirett għaċ-ċittadini Ewropej, u li jikkontribwixxu għall-kisba tal-prijoritajiet tal-istrateġija Ewropa 2020 - li huma kruċjali għat-tkabbir u l-kompetittività tal-Unjoni - kif ukoll dawk li jipprojettaw il-valuri u s-solidarjetà Ewropej 'il barra mill-fruntieri tagħha;
13. Jistabbilixxi, għalhekk, li l-livell globali tal-approprjazzjonijiet għall-2014 hu EUR 142 625 miljun u EUR 136 077 miljun f’approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament rispettivament;
14. Jappella, għalhekk, biex l-Istrument ta' Flessibilità jiġi mobilizzat għal ammont ta' EUR 274,2 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn; jikkunsidra li - fl-Intestatura 1b - l-Istrument ta' Flessibilità se jsaħħaħ il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn, sakemm jinkiseb il-qbil finali tal-awtorità leġiżlattiva rigward il-bażi ġuridika li hemm bżonn li tirrifletti l-ftehim politiku fuq il-QFP tas-27 ta' Ġunju 2013 dwar l-allokazzjoni globali għal dan il-Fond, u se jagħti assistenza addizzjonali lil Ċipru mill-Fondi Strutturali, kif qablu l-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern fil-laqgħa tagħhom tas-27 u t-28 ta' Ġunju 2013; jikkunsidra li, fl-Intestatura 4, l-Istrument ta' Flessibilità se jipprovdi appoġġ ulterjuri għall-għajnuna umanitarja fil-Lvant Nofsani;
15. Bi ħsiebu jniedi dibattitu sostanzjali dwar in-naħa tad-dħul fil-proċedura baġitarja annwali, peress li hi parti integrali mill-baġit tal-Unjoni u m'għandhiex tiġi dissoċjata min-naħa tal-infiq; jiddubita f'dan ir-rigward mill-ġustifikazzjoni biex l-Istati Membri jżommu 25% tar-riżorsi proprji tradizzjonali bħala spejjeż amministrattivi u jappella biex isir skrutinju aktar attent fuq l-użu ta' dan l-ammont; jappella għal ibbaġitjar aktar realistiku tad-dħul mistenni mill-multi imposti mill-Kummissjoni fuq il-kumpaniji li jiksru d-dritt tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni u għal diskussjoni ulterjuri rigward l-ibbaġitjar tal-eċċess fil-baġit b'mod li tiġi evitata proċedura kumplessa, inkomprensibbli minn min qiegħed fuq barra, li attwalment tinvolvi l-għoti lura ta' dan l-eċċess lill-Istati Membri permezz ta' tnaqqis mill-kontribut DNG rispettiv tagħhom;
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
16. Jiddeplora t-tnaqqis fil-pagamenti li wettaq il-Kunsill, li minħabba fih hemm EUR 9,5 biljun (9 500 miljun) (-6,6%) anqas meta mqabbla mal-baġit adottat għall-2013 (inklużi l-baġits emendatorji min-Nru 1 sa 5); itenni l-fatt li, minkejja li ġie adottat QFP iżgħar għall-perjodu 2014-2020 u l-ħtieġa assoluta li l-impenji tal-imgħoddi jibqgħu jiġu onorati, il-Kunsill baqa' jsegwi bl-għama l-istrateġija passata tiegħu li jnaqqas artifiċjalment il-livell tal-pagamenti, mingħajr ma jqis il-ħtiġijiet reali u waqt li jeżenta relattivament l-infiq taħt ġestjoni kondiviża biex jiżgura l-apparenza ta' "redditu fuq l-investiment" għall-Istati Membri;
17. Jinnota li dan ġara minkejja li l-qagħda fir-rigward tal-pagamenti kienet diġà serja fl-2013, meta, fil-bidu ta' Settembru, l-implimentazzjoni kienet ta' EUR 9 biljuni u EUR 18-il biljun aktar miċ-ċifri korrispondenti fl-2012 u fl-2011 rispettivament fl-istess mument; jisħaq fuq il-fatt li kapaċità ta' assorbiment tant tajba u dejjem tiżdied turi li r-rendiment tal-programmi tal-Unjoni fuq il-post hu effettivament tajjeb; jinsab determinat biex jiżgura li l-implimentazzjoni tal-impenji li ntlaħaq qbil preċedenti dwarhom ma tixxekkilx minn limitazzjoni artifiċjali fuq il-pagamenti bbaġitjati;
18. Jikkunsidra li - din is-sena b'mod partikolari - il-pożizzjoni tal-Kunsill li titħalla marġni artifiċjali ta' EUR 1 biljun taħt il-limitu massimu ta' pagamenti għall-2014 m'għandha l-ebda skop u ma tista' tiġi ġġustifikata bl-ebda mod, speċjalment minħabba d-daqs tal-pagamenti pendenti li hu mistenni li se jiġu riportati fi tmiem l-2013;
19. Jisħaq fuq il-fatt li l-pożizzjoni tal-Kunsill ma tqisx in-nuqqas drammatiku ta' pagamenti, b'mod speċjali fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni; jindika li l-aktar tbassir reċenti (Settembru 2013), ipprovdut mill-Istati Membri nnifishom rigward it-talbiet għal pagament tagħhom li għandhom jitressqu qabel tmiem l-2013, kif ġie kkontrollat u aġġustat mill-Kummissjoni, juri li hu mistenni li se jiġu riportati xi EUR 20 biljun fi tmiem l-2013, anke jekk tiġi adottata kompletament it-tieni tranche tal-baġit ta' emenda Nru 2/2013 (l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 8/2013); ifakkar li t-talbiet għal pagament validi riportati mill-2013 se jkollhom jitnaqqsu minn - u konsegwentement se jnaqqsu - il-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament disponibbli għall-2014; jisħaq fuq il-fatt li dan se jqiegħed il-baġit tal-2014 taħt pressjoni kbira, fost affarijiet oħra imma mhux l-inqas importanti, minħabba l-livell bla preċedenti tat-talbiet mhux imħallsa u, b'mod aktar ġenerali, tal-impenji pendenti;
20. Jistgħaġeb li ftit mit-tnaqqis fil-pagamenti propost mill-Kunsill jolqot il-programmi Orizzont 2020, COSME u l-FSE, f'oppożizzjoni evidenti għall-ispirtu u l-ittra tal-ftehim politiku fuq il-QFP li ntlaħaq dan l-aħħar li xi approprjazzjonijiet se jiġu kkonċentrati fl-2014 u fl-2015, fil-bidu ta' dawk il-programmi u għall-impenn tal-istituzzjonijiet fl-ogħla livell li jaffrontaw il-qgħad fost iż-żgħażagħ; ifakkar, barra minn hekk, li parti mit-tnaqqis tal-Kunsill tikkonċerna linji li ssaħħu fil-qafas tal-qbil dwar l-ewwel tranche tal-baġit ta' emenda Nru 2/2013;
21. Jiċħad b'mod qawwi, għalhekk, l-approċċ tal-Kunsill rigward il-pagamenti u jemenda l-pożizzjoni tiegħu rigward il-pagamenti biex jiġi żgurat li t-tnaqqis bejn il-limiti massimi tal-2013 u l-2014 ma jkunx ta' ħsara la għall-implimentazzjoni u t-tlestija kif suppost tal-programmi taħt il-QFP 2007-2013, mingħajr ma wieħed jinsa li, fil-proposta tal-Kummissjoni, 52% tal-approprjazzjonijiet ta' pagament jindirizzaw impenji pendenti, u lanqas ta' detriment għat-tnedija ta' programmi ġodda;
22. Jiddeċiedi li jreġġa lura għal li kien l-abbozz ta' baġit fil-pagamenti għall-biċċa l-kbira tal-linji mnaqqsa mill-Kunsill; jinnota li, minkejja t-tisħiħ inkluż fl-approprjazzjonijiet ta' pagament fuq għadd limitat ta' partiti baġitarji u tnaqqis varju ieħor fuq partiti baġitarji oħra, il-limitu massimu tal-pagamenti ma jippermettix finanzjament xieraq tal-prijoritajiet magħżula mill-Parlament; jipproponi, għaldaqstant, wara li eżamina l-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament, li l-Istrument ta' Flessibilità fil-pagamenti jiġi mobilizzat għal ammont ta' EUR 211 miljun għall-finanzjament tal-għajnuna umanitarja;
23. Jittama li l-laqgħa interistituzzjonali dwar il-pagament li ġiet organizzata fis-26 ta' Settembru 2013 se tgħin kemm lill-Parlament u kemm lill-Kunsill jaqblu dwar dan l-impenn politiku konġunt u jsibu pożizzjoni komuni matul il-konċiljazzjoni baġitarja, mingħajr tilwim bla bżonn rigward id-daqs u l-kwalità taċ-ċifri pprovduti mill-Kummissjoni biex titwitta t-triq ħalli jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas fil-pagamenti matul l-eżekuzzjoni tal-baġit tal-2014;
24. Jilqa' l-adozzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tal-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 8/2013 (it-tieni tranche tal-baġit ta' emenda Nru 2/2013), li jipprevedi EUR 3,9 biljun addizzjonali għall-pagamenti pendenti mill-2013 u li hi waħda mill-kundizzjonijiet li fuqhom jiddependi jekk issirx il-votazzjoni għar-Regolament dwar il-QFP; jitlob li jiġi adottat malajr u kompletament mill-Kunsill; itenni l-pożizzjoni tiegħu, kif stabbilita fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Lulju 2013, dwar il-qbil politiku rigward il-QFP, li l-Parlament mhux se jagħti l-approvazzjoni tiegħu għar-Regolament dwar il-QFP jew jadotta l-baġit tal-2014 sakemm l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 8/2013, li jkopri t-tieni tranche talbaġit ta' emenda Nru 2/2013, ma jkunx ġie adottat mill-Kunsill;
Intestatura 1a
25. Itenni l-fatt li, apparti l-proġetti infrastrutturali fuq skala kbira, l-approprjazzjonijiet għall-Intestatura 1a inklużi fl-abbozz ta' baġit diġà rriżultaw fi tnaqqis ta' EUR 1,1 biljun meta mqabbel mal-baġit tal-2013; jiddeplora l-fatt li apparti u minkejja l-impenji politiċi kollha li ttieħdu dan l-aħħar favur l-objettivi ta' din l-intestatura mill-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern, il-Kunsill iddeċieda li jkompli jnaqqas l-impenji tal-Intestatura 1a b'EUR 60 miljun meta mqabbla mal-abbozz ta' baġit;
26. Jisħaq fuq il-fatt li parti mit-tnaqqis tal-Kummissjoni tolqot partikolarment il-programmi identifikati bħala strateġikament importanti għat-tkabbir u l-irkupru ekonomiku mill-Kunsill Ewropew, speċifikament Orizzont 2020 (EUR -43,7 miljun) u COSME (EUR -0,5 miljun); jiddeplora l-fatt li dan jikkontradixxi b'mod miftuħ l-ispirtu u l-ittra tal-ftehim politiku fuq il-QFP li jinkludi arranġamenti għal flessibilità speċifika biex jiġi indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ u tissaħħaħ ir-riċerka;
27. Jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu favur il-programmi tal-UE fl-oqsma tar-riċerka, il-kompetittività, l-intraprenditorija, l-innovazzjoni u l-inklużjoni soċjali, li huma fil-qalba tal-istrateġija Ewropa 2020; jieħu l-approċċ, għalhekk, li jreġġa' lura l-linji kollha mnaqqsa mill-Kunsill għal li kienu, b'mod li din l-intestatura ma tkomplix tiddgħajjef; jieħu d-deċiżjoni, barra minn hekk, li jikkonċentra l-approprjazzjonijiet għal għadd magħżul ta' linji fil-bidu tal-perjodu f'ċerti oqsma prijoritarji, bħall-programmi Orizzont 2020, COSME u Erasmus +, li ma jirrappreżentawx żieda peress li l-ammont globali għal dawn il-programmi matul il-QFP għall-perjodu 2014-2020 li jmiss mhux qed jiġi modifikat, u li jiżdiedu l-aġenda diġitali, il-politika dwar it-trasport, id-djalogu soċjali, EURES, l-Faċilità ta' Mikrofinanzjament Progress u l-Intraprenditorija Soċjali, l-avvenimenti annwali speċjali u l-kwalità tal-istatistika Ewropea;
28. Jinkorpora fil-qari tiegħu l-ftehim politiku fuq il-QFP li, fl-2014, għandu jkun hemm konċentrazzjoni fil-bidu tal-perjodu tal-programm Orizzont 2020 ta' finanzjament ekwivalenti għal EUR 212,2 miljun (EUR 106,1 miljun għall-Kunsill Ewropew għar-Riċerka u EUR 106,1 miljun għall-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie), tal-programm COSME ta' finanzjament ekwivalenti għal EUR 31,7 miljun u tal-programm Erasmus + ta' finanzjament ekwivalenti għal EUR 137,5 miljun, biex b'kollox l-ammont ikun ta' EUR 381,4 miljun;
29. Japprova wkoll il-konċentrazzjoni korrispondenti ta' finanzjament ekwivalenti għal EUR 381,4 miljun fl-aħħar tal-perjodu, bi qbil mal-ftehim politiku fuq il-QFP u l-Ittra ta' Emenda Nru 1/2014 tal-Kummissjoni, li permezz tagħha ITER qed jitnaqqas b'EUR 212,2 miljun u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa - Enerġija, b'EUR 169,2 miljun, u waqt li dan it-tnaqqis tal-aħħar hu diġà inkluż fl-abbozz ta' baġit, oriġinalment kien maħsub għal skop differenti;
30. Jikkunsidra li xi oqsma għandhom ikunu soġġetti għal tnaqqis immirat u/jew għat-tqegħid fir-riżerva tal-impenji, speċifikament il-komunikazzjoni rigward l-Unjoni Ekonomika u Monetarja minn naħa (EUR -2 miljun) u r-rapportar finanzjarju u l-awditjar min-naħa l-oħra (riżerva sakemm jintlaħaq qbil rigward il-programm rilevanti tal-Unjoni);
31. Jintegra fil-qari tiegħu r-riżultati tan-negozjati leġiżlattivi magħrufin f'dan l-istadju; jiddeċiedi b'mod partikolari li joħloq għadd ta' linji ġodda b'intrati pro memoria taħt il-programm Orizzont 2020 u japprova, għalkemm b'intrati pro memoria wkoll, il-linji l-ġodda proposti mill-Kummissjoni fl-Ittra ta' Emenda Nru 1/2014 tagħha; jistenna li l-Kummissjoni tressaq proposta komprensiva biex l-abbozz ta' baġit isir konformi mal-bażijiet legali ġodda għall-programmi kollha milquta fil-qafas tal-konċiljazzjoni rigward il-baġit tal-2014, waqt li tieħu f'idejha u tikkomplementa l-linji adottati mill-Parlament;
32. Jappoġġa l-ħolqien ta' sottolinja speċifika taħt Erasmus għal Kulħadd immirata biex tiżgura t-trasparenza xierqa fir-rigward tal-azzjonijiet taż-żgħażagħ taħt dan il-programm u jagħmel trasferiment baġitarju ta' 11,5% tal-allokazzjoni oriġinali għal Erasmus+ favur dik il-linja ddedikata għaż-żgħażagħ; iħassar is-sottolinja maħluqa mill-Kunsill għall-iżgurar ta' għotjiet operattivi għall-aġenziji nazzjonali;
33. Jiddeċiedi li jmur lura għan-nomenklatura tal-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti f'dak li għandu x'jaqsam mad-djalogu soċjali; jaqsam, għaldaqstant, din il-linja u l-approprjazzjonijiet tagħha fi tliet sottolinji differenti bħall-imgħoddi;
34. Jinnota li, b'riżultat tal-qari tiegħu, fadal marġni ta' [EUR 65 446 000] taħt l-Intestatura 1a;
Intestatura 1b
35. Jinnota li waqt li l-impenji tħallew prattikament mhux mimsusa (EUR -3,3 miljun biss), il-Kunsill kompla jnaqqas il-livell ta' pagamenti (EUR -202,2 miljun jew -0,4% meta mqabbel mal-abbozz ta' baġit), biex b'hekk intlaqtu kemm l-Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi (EUR -114,151 miljun jew -0,23%), kif ukoll l-objettiv għall-kooperazzjoni territorjali Ewropea (EUR -84,805 miljun jew -6,19%) rispettivament u żied artifiċjalment dan il-marġini bi EUR 3,3 miljun biss;
36. Jisħaq fuq il-fatt li l-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni l-iktar li ntlaqtu mit-tnaqqis (il-FEŻR: EUR -125,155 miljun, il-Fond ta' Koeżjoni: EUR -44,312 miljun, waqt li l-FSE tnaqqas b'EUR 32,788 miljun); jiddeplora b'mod qawwi l-fatt li 69,33% tat-tnaqqis globali fil-pagamenti jirrigwarda l-approprjazzjonijiet għat-tlestija tal-programmi mill-perjodi preċedenti (i.e. EUR 98,7 miljun);
37. Jiddispjaċih li l-Kummissjoni użat bħala bażi għall-prefinanzjament il-livell li ntlaħaq qbil dwaru fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew fi Frar 2013, kwistjoni li hi soġġetta għan-negozjati settorjali interistituzzjonali li għaddejjin attwalment, fejn il-Parlament għandu d-dritt għal kodeċiżjoni, u għalhekk hemm ir-riskju li jiġi antiċipat ir-riżultat ta' dawn in-negozjati; ifakkar li l-prefinanzjament huwa essenzjali peress li l-Istati Membri u r-reġjuni jirrikjedu biżżejjed finanzjament fil-bidu tal-perjodu sabiex jinvestu fil-proġetti li se jikkontribwixxu għall-isforzi sabiex tingħeleb il-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali; itenni, f’dan ir-rigward, il-pożizzjoni tal-Kumitat tal-Parlament għall-Iżvilupp Reġjonali li jintgħażlu l-istess rati ta’ prefinanzjament tal-perjodu attwali, minħabba li l-kriżi għadha għaddejja;
38. Ifakkar li l-Intestatura 1b għandha l-ikbar parti ta' impenji pendenti kurrenti; jinsab profondament imħasseb li l-ammont ta' kontijiet pendenti fi tmiem l-2013 se jammonta għal madwar EUR 20 biljun fil-politika ta' koeżjoni, u se joħloq defiċit kbir li se jkollu jitnaqqas minn, u konsegwentement inaqqas il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament disponibbli għat-tlestija tal-programmi attwali, kif ukoll għat-tnedija ta' programmi ġodda fl-2014; jissottolinja l-fatt li n-nuqqasijiet rikorrenti ta' approprjazzjonijiet ta' pagament kienu l-kawża ewlenija tal-livell għoli ta' impenji pendenti li m'għandux preċedenti, speċjalment fl-aħħar snin tal-perjodu tal-QFP 2007-2013;
39. Jiċħad, għalhekk, it-tnaqqis li daħħal il-Kunsill fir-rigward tal-Intestatura 1b; jikkunsidra li dan kieku jwassal għal nuqqas ħafna iktar serju fil-pagamenti milli diġà huwa mistenni u jxekkel ir-rimborż tar-riżorsi li diġà ntefqu mill-Istati Membri u r-reġjuni benefiċjarji, b'konsegwenzi serji, speċjalment għal dawk l-Istati Membri li diġà qed jiltaqgħu ma' limitazzjonijiet ekonomiċi, soċjali u finanzjarji;
40. Jiddeċiedi li jreġġa' lura l-abbozz ta' baġit għal li kien fir-rigward tal-impenji u l-pagamenti għal-linji baġitarji kollha mnaqqsa mill-Kunsill taħt din l-intestatura, u li jmur oltre l-abbozz ta' baġit f'approprjazzjonijiet ta' impenn għal għadd ta' linji, fil-biċċa l-kbira bi qbil mal-Ittra ta' Emenda tal-Kummissjoni Nru 1/2014, biex ikun hemm allokazzjoni mill-Fondi Strutturali għal Ċipru għal ammont totali ta' EUR 100 miljun fi prezzijiet attwali għall-2014;
41. Ifakkar fl-objettiv fil-qasam tat-tnaqqis tal-faqar li l-għadd ta' persuni fir-riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali jitnaqqas b'20 miljun tal-anqas, stabbilit permezz tal-istrateġija Ewropa 2020; ifakkar, barra minn hekk, fil-ftehim politiku fuq il-QFP, li permezz tiegħu ntlaħaq il-qbil li għandha tiġi prevista żieda addizzjonali ta' massimu ta' EUR 1 biljun (oltre ż-EUR 2,5 biljun diġà miftehma) għall-perjodu 2014-2020 sħiħ għall-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn; jiddeċiedi għalhekk li jsaħħaħ lil dan il-fond billi jalloka approprjazzjoni ta' impenn totali ta' EUR 500 miljun għall-azzjonijiet li jippromwovu l-koeżjoni soċjali u jtaffu l-agħar forom tal-faqar fl-Unjoni;
42. Joħloq żewġ linji baġitarji speċifiċi għall-assistenza teknika għall-istrateġiji tal-Unjoni għall-makroreġjun tal-Baħar Baltiku, waqt li jirrikonoxxi l-implimentazzjoni b'suċċess tagħha fil-perjodu ta' programmazzjoni attwali, kif ukoll għall-ewwel darba għall-makroreġjuni tad-Danubju (b'EUR 2,5 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament kull wieħed);
43. Jilqa' l-qbil li ntlaħaq rigward l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fil-qafas tan-negozjati għall-QFP 2014-2020; jikkunsidra li hemm bżonn livell xieraq ta' finanzjament biex jiġi żgurat li titnieda minnufih b'mod li jiġi affrontat il-qgħad fost iż-żgħażagħ li laħaq livelli bla preċedenti; japprova, għaldaqstant, il-frontloading u l-backloading ta' approprijazzjonijiet għall-YEI, kif ukoll il-backloading korrispondenti mill-Koperazzjoni Territorjali Ewropea kif proposta mill-Kummissjoni; ; itenni l-fatt li, mill-2016, se jkun hemm bżonn ta' approprjazzjonijiet addizzjonali biex jiġu żgurati l-effikaċja u s-sostenibbiltà tagħha;
44. Japprova l-ħolqien ta' linji baġitarji speċifiċi ġodda għall-assistenza teknika għall-ħames Fondi Strutturali b'intrata pro memoria u rimarki baġitarji korrispondenti, flimkien mal-linji baġitarji eżistenti, b'mod li jkun hemm konformità mat-talbiet tal-Istati Membri, kif indikat fl-Ittra ta' Emenda Nru 1/2014 tal-Kummissjoni; jistenna li dan se jtejjeb l-implimentazzjoni tal-programmi ġodda fil-livell tal-Istati Membri;
45. Jiddispjaċih li m'hemm l-ebda marġni ta' mmanuvrar għall-Parlament taħt din l-intestatura; itenni l-konvinzjoni tiegħu li l-ftehim politiku fuq il-QFP 2014-2020 hu vinkolanti fuq l-istituzzjonijiet kollha u li l-istrumenti ta' flessibilità pprovduti minn dan il-ftehim għandhom jiġu mobilizzati b'mod li jiġu żgurati t-tnedija f'waqtha u l-livell meħtieġ ta' finanzjament għall-prijoritajiet tiegħu;
Intestatura 2
46. Jinnota li għalkemm l-Intestatura 2 kienet l-anqas li ntlaqtet mit-tnaqqis tal-Kunsill, xi programmi raw tnaqqis fl-approprjazzjonijiet tagħhom, partikolarment il-programm LIFE+, li hu prijorità għall-Parlament (-4,07% f'approprjazzjonijiet ta' pagament);
47. Ireġġa' lura l-abbozz ta' baġit għal li kien fir-rigward tal-linji kollha mnaqqsa mill-Kunsill u jżid l-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel b'EUR 28 miljun biex jallinja l-approprjazzjonijiet tagħha mal-ftehim politiku li ntlaħaq f'Ġunju 2013 dwar il-Politika Agrikola Komuni l-ġdida għall-perjodu 2014-2020;
48. Japprova l-ħolqien ta' linji baġitarji speċifiċi ġodda b'intrati pro memoria għall-assistenza teknika għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, kif indikat fl-Ittra ta' Emenda Nru 1/2014 tal-Kummissjoni;
Intestatura 3
49. Ifakkar li l-Intestatura 3, għalkemm hi l-iżgħar intestatura fil-QFP f'termini ta' allokazzjoni finanzjarja, tkopri kwistjonijiet ta' tħassib kruċjali għaċ-ċittadini tal-Unjoni;
50. Jinnota t-tnaqqis għal din l-intestatura diġà propost mill-Kummissjoni fl-abbozz ta' baġit; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Kunsill kompla jnaqqas l-approprjazzjonijiet ta' impenn b'EUR 5,2 miljun (-0,24% meta mqabbel mal-abbozz ta' baġit) u l-approprjazzjonijiet ta' pagament b'EUR 10 miljun (-0,60% meta mqabbel mal-abbozz ta' baġit);
51. Jieħu l-approċċ ġenerali li jreġġa' lura l-abbozz ta' baġit għal li kien fuq il-linji kollha biex jiżgura l-implimentazzjoni xierqa tal-programmi u l-azzjonijiet taħt din l-intestatura;
52. Itenni l-appoġġ qawwi li l-Parlament ta b'mod konsistenti biex ikun hemm finanzjament xieraq għall-programmi għad-drittijiet, għaċ-ċittadini u għall-kultura u l-midja li jgawdu minn rati ta' implimentazzjoni għoljin u jipproduċu effetti notevoli ta' lieva u konsegwenzjali u li jiġġeneraw valur miżjud Ewropew ċar u ppruvat billi jħeġġu l-kooperazzjoni transkonfinali u ċ-ċittadinanza attiva; jinsab partikolarment imħasseb rigward it-tnaqqis propost fil-programmi u l-azzjonijiet fi ħdan dawn l-oqsma; jipproponi żidiet fil-livell tal-approprjazzjonijiet oltre l-abbozz ta' baġit għal xi linji baġitarji fi ħdan is-subprogrammi għall-kultura u l-midja, il-programmi L-Ewropa għaċ-Ċittadini u Drittijiet u Ċittadinanza, kif ukoll l-azzjonijiet multimedjatiċi (żieda totali ta' EUR 11,3 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn);
53. Ifakkar li l-baġit tal-UE hu espost għal riskji multipli bħall-frodi tal-VAT, il-kuntrabandu, il-kontraffazzjoni u l-korruzzjoni li, fil-biċċa l-kbira, huma r-riżultat tal-kriminalità organizzata; jitlob li tingħata prijorità ċara għall-ġlieda kontra l-frodi fl-UE u l-kriminalità transkonfinali organizzata u, għaldaqstant, għat-tisħiħ tal-korpi u l-aġenziji rispettivi tal-UE involuti fil-projbizzjoni u l-ġlieda kontra dan it-theddid u l-istrutturi kriminali sottostanti tagħhom b'mod effikaċi;
54. Jisħaq fuq il-fatt li s-solidarjetà bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-asil u l-migrazzjoni għandha tissaħħaħ u li l-baġit tal-UE għandu juri impenn ċar f'dik id-direzzjoni, inkluż kontribut adegwat mill-Istati Membri;
55. Jinnota l-marġni strett li ftit iħalli spazju għall-immanuvrar biex jiġu affrontati sitwazzjonijiet mhux mistennija taħt din l-intestatura;
Intestatura 4
56. Jiddeplora t-tnaqqis tal-Kunsill għall-Intestatura 4 (-0,21% f'approprjazzjonijiet ta' impenn u -2,5% f'approprjazzjonijiet ta' pagament), li kienet diġà waħda minn dawk li ntlaqtu l-aktar mit-tnaqqis fl-abbozz ta' baġit (-12,5% f'approprjazzjonijiet ta' impenn u -8,2% f'approprjazzjonijiet ta' pagament) meta mqabbel mal-livelli tal-2013; itenni l-fatt li, għalkemm tirrappreżenta anqas minn 6% mill-baġit totali tal-Unjoni, l-Intestatura 4 hija l-projezzjoni tal-impenn tal-UE barra mill-fruntieri tagħha;
57. Jikkunsidra, f'dan ir-rigward, li hu tal-ogħla importanza t-tisħiħ tal-kooperazzjoni, l-intensifikazzjoni tal-koordinament u l-iżvilupp ta' sinerġiji mal-programmi u l-proġetti tal-Istati Membri fil-pajjiżi terzi sabiex tittejjeb l-effikaċja tal-azzjoni esterna tal-UE u jiġu affrontati r-restrizzjonijiet baġitarji attwali;
58. Jikkunsidra li t-tnaqqis mill-Kunsill għal-linji prijoritarji tal-Parlament hu inaċċettabbli u jipproponi li jreġġa' lura l-abbozz ta' baġit għal li kien fir-rigward tal-linji mnaqqsa mill-Kunsill u li saħansitra jmur oltre l-abbozz ta' baġit fl-approprjazzjonijiet ta' impenn fir-rigward ta' xi linji ta' importanza strateġika għar-relazzjonijiet esterni tal-UE għal total ta' EUR 233 miljun (l-Għajnuna Umanitarja, l-Istrument Ewropew ta' Viċinat, l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni u l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem); jappella f'dan il-kuntest għal żieda tal-approprjazzjonijiet għaż-żoni ġeografiċi u l-oqsma tematiċi koperti mill-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, bil-ħsieb li jitħaffef l-ilħuq tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju;
59. Jemmen li, għal implimentazzjoni effikaċi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, irid jiġi żgurat appoġġ akbar għall-pajjiżi sħab impenjati fil-bini ta' soċjetajiet demokratiċi u t-twettiq ta' riformi; iqis is-sitwazzjoni politika attwalment diffiċli fi wħud mill-pajjiżi sħab; jemmen li jrid jiġi żgurat wkoll appoġġ akbar għall-promozzjoni tal-bini tal-fiduċja u miżuri oħrajn li jikkontribwixxu għas-sigurtà u l-prevenzjoni u s-soluzzjoni tal-kunflitti;
60. Ifakkar fl-importanza tat-trasparenza bħala prinċipju baġitarju fundamentali; jappella, għalhekk, biex il-linja għar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE (RSUE) tinqasam sabiex ikun possibbli li tingħata ħarsa ġenerali aħjar tal-allokazzjonijiet għar-RSUE individwali; jipproponi t-trasferiment sħiħ tal-linji baġitarji għar-RSUE lejn il-baġit tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE);
61. Ma jaqbilx mal-proposta tal-Kummissjoni li taqsam il-linji ġeografiċi u tematiċi f'waħda għat-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp sostenibbli u oħra għall-kwistjonijiet ta' governanza peress li din in-nomenklatura l-ġdida ma tiddistingwix l-objettivi mill-mezzi fil-politika dwar l-iżvilupp; jipproponi għaldaqstant nomenklatura aġġornata, li tirrifletti aħjar il-ħtiġijiet tal-politika dwar l-iżvilupp;
62. Jipproponi li l-Istrument ta' Flessibbiltà jiġi mobilizzat għal EUR 50 miljun b'mod li jiffinanzja l-ħtiġijiet reali għall-kontribut tal-Unjoni għall-proċess ta' paċi tal-Lvant Nofsani; itenni, għalhekk, l-appoġġ tiegħu għal programmazzjoni fit-tul u finanzjament suffiċjenti għall-assistenza lill-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti (UNRWA), lill-Palestina u lill-Proċess ta' Paċi; jissottolinja l-fatt li huwa importanti li l-UNRWA tingħata l-mezzi neċessarji sabiex tkun tista' tipprovdi s-servizzi essenzjali biex b'hekk taqdi l-mandat mogħti lilha mill-Assemblea Ġenerali tan-NU, u sabiex tissalvagwardja s-sikurezza u l-għajxien tar-rifuġjati fid-dawl tal-instabbiltà fir-reġjun;
63. Hu tal-opinjoni li, għall-finijiet tat-trasparenza u l-effiċjenza tal-għajnuna, il-politika ta' appoġġ baġitarju dirett għandha tiġi evalwata b'mod kritiku u li l-livell tal-awditjar għandu jitjieb; jenfasizza li f’każijiet ta’ frodi u użu ħażin, l-UE għandha tikkanċella l-għajnuna finanzjarja;
64. Jappella għal żieda tal-approprjazzjonijiet ta' pagament għar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza (EUR +147 miljun) b'mod li tiġi evitata ripetizzjoni tas-sitwazzjoni fejn il-Kummissjoni ma tkunx f'qagħda li tirreaġixxi f'ħin utli għall-kriżijiet umanitarji li jitfaċċaw;
Intestatura 5
65. Huwa sorpriż bit-tnaqqis tal-Kunsill għall-Intestatura 5, li jammonta għal total ta' EUR -153.283 miljun f'impenji u pagamenti (-1,8% meta mqabbel mal-livelli tal-abbozz ta' baġit), fejn l-akbar tnaqqis qiegħed fil-Pensjonijiet u l-Iskejjel Ewropej (EUR -5.2 miljun, -3.2%) u fl-infiq relatat mal-uffiċjali u l-persunal temporanju fl-oqsma ta' politika (EUR -69.7 miljun jew -3,5%);
66. Jirrimarka li, fl-abbozz ta' baġit tagħha, il-Kummissjoni diġà inkludiet fil-biċċa l-kbira l-flus li se jiġu ffrankati b'riżultat tar-Regolament il-ġdid tal-Persunal u t-tnaqqis ta' 1% tal-karigi, kif miftiehem mill-istituzzjonijiet;
67. Iqis li t-tnaqqis addizzjonali tal-infiq amministrattiv li sar mill-Kunsill mhuwiex ġustifikat u ma jikkunsidrax l-obbligi statutorji u kuntrattwali, kif ukoll il-kompetenzi u l-kompiti l-ġodda tal-Unjoni; jinnota li jekk "jitħallew barra l-ammonti relatati mal-aġġustament tas-salarji tal-2011 u l-2012", dan jista' jiżbilanċja ulterjorment il-baġit tal-Unjoni;
68. Jinnota b'mod partikulari li, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ("il-Qorti tal-Ġustizzja") tiddeċiedi fl-2014 favur il-Kummissjoni fir-rigward tal-aġġustament tal-pensjonijiet u s-salarji mill-1 ta' Lulju 2012 li qed jiġi kkontestat, dan mhux se jħalli marġni adegwata taħt il-limiti massimi tal-Intestatura 5 sabiex tkun tista' tiġi affrontata tali sitwazzjoni imprevista; jinnota, għaldaqstant, il-fatt li l-Kunsill ma kisibx l-objettiv li stabbilixxa għalih innifsu meta adotta din il-pożizzjoni;
69. Ireġġa' lura, għalhekk, l-abbozz ta' baġit għal li kien fir-rigward tal-linji kollha ta' nfiq amministrattiv u nfiq ta' appoġġ u fir-rigward tal-linji kollha fl-Intestatura 5 mnaqqsa mill-Kunsill, ħlief għal-linja "Rimunerazzjoni u allowances" fit-Taqsima III, li qed titnaqqas b'EUR -1.2 miljun biex tkopri l-kontribut tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għall-finanzjament tal-Iskejjel Ewropej ta' Tip II;
70. Jiddeċiedi li jżomm xi approprjazzjonijiet fir-riżerva sakemm jirċievi l-informazzjoni xierqa mill-Kummissjoni relatata mal-aġenziji deċentralizzati u r-rapporti dwar il-ġestjoni tal-assistenza esterna;
71. Jaqsam il-linja għall-infiq tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) relatat mal-uffiċjali u l-persunal temporanju, biex tirrifletti l-mandat estiż u l-indipendenza msaħħa tas-segretarjat tal-Kumitat Superviżorju tal-OLAF previsti mir-Regolament il-ġdid dwar l-OLAF(7);
Aġenziji
72. Jaqbel, bħala regola ġenerali, mal-istimi tal-Kummissjoni fir-rigward tal-ħtiġijiet baġitarji tal-aġenziji; josserva li l-Kummissjoni diġà naqqset b'mod konsiderevoli t-talbiet inizjali tal-biċċa l-kbira tal-aġenziji
73. Jikkunsidra, għaldaqstant, li kwalunkwe tnaqqis ulterjuri kif propost mill-Kunsill jipperikola l-funzjonament tajjeb tal-aġenziji u ma jippermettilhomx iwettqu l-kompiti assenjati lilhom mill-awtorità leġiżlattiva; jirrifjuta l-approċċ orizzontali adottat mill-Kummissjoni fit-tnaqqis tal-approprjazzjonijiet għall-aġenziji, li l-ħtiġijiet tagħhom għandhom jiġu vvalutati każ b'każ;
74. Ma jistax jaċċetta, madankollu, l-approċċ adottat mill-Kummissjoni fir-rigward tal-persunal, li jfisser li t-tabella tal-organigramma tal-aġenziji mhux biss se titnaqqas b'1% abbażi tal-ftehim politiku fuq il-QFP, li japplika għall-istituzzjonijiet u l-entitajiet kollha, iżda l-aġenziji se jkunu suġġetti wkoll għal tnaqqis ulterjuri ta' 1% ħalli jikkontribwixxu għal riżerva ta' assenjazzjoni mill-ġdid;
75. Jenfasizza l-fatt li t-tnaqqis miftiehem fin-numru tal-persunal għandu jkun ibbażat fuq il-persunal u l-kompiti eżistenti fid-data ta' riferiment tal-31 ta' Diċembru 2012 u li l-assenjazzjoni ta' kompiti ġodda lill-aġenziji eżistenti jew l-istabbiliment ta' aġenziji ġodda għandhom jirriżultaw f'riżorsi addizzjonali;
76. Jimmodifika għalhekk it-tabelli tal-organigramma tal-biċċa kbira tal-aġenziji b'tali mod li jiġi eżegwit it-tnaqqis ta' 1% miftiehem; ma jagħmilx dan, madankollu, għall-aġenziji li fit-talba inizjali tagħhom kienu diġà applikaw it-tnaqqis 1+1%; itenni, madankollu, li dan il-kontribut addizzjonali ta' 1% jeħtieġ li jittieħed inkunsiderazzjoni għall-baġit tal-2015, ħalli l-aġenziji kollha jiġu trattati b'mod uniformi;
77. Jenfasizza l-kompiti addizzjonali li diġà ġew iddelegati lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE), kif ukoll kompiti futuri previsti fil-proposti leġiżlattivi li għad iridu jiġu miftiehma, li se jirrikjedu żidiet baġitarji proporzjonati biex dawn ikunu jistgħu jaqdu r-rwol superviżorju tagħhom b’mod sodisfaċenti; ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu li l-ASEs jeħtieġu linji baġitarji indipendenti u li għandhom isiru finanzjarjament indipendenti mill-awtoritajiet membri nazzjonali tagħhom;
78. Jiddeċiedi li jżid l-approprjazzjonijiet tal-baġit tal-2014 għat-tliet aġenziji ta' superviżjoni finanzjarja; jemmen li dawk l-approprjazzjonijiet għandhom jirriflettu l-bżonn li jitwettqu l-kompiti rikjesti peress li ġew u qed jiġu adottati dejjem iktar regolamenti, deċiżjonijiet u direttivi biex tingħeleb il-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali li għandha rabta qawwija mal-istabbiltà tas-settur finanzjarju;
79. Jiddeċiedi wkoll li jżid l-approprjazzjonijiet għall-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u numru ta' aġenziji fl-Intestatura 3 fid-dawl tal-kompiti addizzjonali li ngħatawlhom (Frontex, Europol, iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira u l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil); iżid l-approprjazzjonijiet għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini peress li l-Kummissjoni ħadet kont tad-dħul assenjat fl-abbozz ta' baġit tagħha u dan ma għandux ikun il-każ għall-aġenziji li huma fil-biċċa l-kbira ffinanzjati minn tariffi; jieħu kont tal-possibbiltà li jidħol fis-seħħ ir-Raba' Pakkett Ferrovjarju billi jqiegħed fir-riżerva approprjazzjonijiet addizzjonali għall-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea;
80. Jistieden lill-Kummissjoni tintensifika l-isforzi tagħha ħalli tidentifika, flimkien mal-Istati Membri li jidhru li huma l-aktar riluttanti, l-aġenziji li jistgħu jiġu amalgamati jew tal-anqas jiġu trasferiti sabiex jikkondividu l-bini jew ċerti funzjonijiet amministrattivi;
81. Jistenna, barra minn hekk, li l-Kummissjoni tippreżenta wkoll dikjarazzjoni finanzjarja ġdida meta l-Parlament u l-Kunsill jikkonkludu proċedura leġiżlattiva li testendi l-mandat ta' aġenzija; huwa konxju li estensjoni bħal din tista' tirrikjedi riżorsi addizzjonali li jkun jeħtieġ li jiġu approvati miż-żewġ istituzzjonijiet;
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji (PP-AP)
82. Wara li wettaq analiżi bir-reqqa tal-proġetti pilota u tal-azzjonijiet preparatorji mressqa – fejn eżamina r-rata ta' suċċess ta' dawk għaddejjin bħalissa u eskluda l-inizjattivi diġà koperti minn bażijiet ġuridiċi eżistenti u filwaqt li qies bis-sħiħ il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kapaċità ta' implimentazzjoni tal-proġetti – jiddeċiedi li jadotta pakkett ta' kompromess magħmul minn għadd limitat ta' PP-AP, anke fid-dawl tal-marġnijiet limitati disponibbli;
Taqsimiet oħra
83. Jemmen li l-baġit ta' kull istituzzjoni tal-Unjoni, minħabba l-missjoni u s-sitwazzjoni speċifiċi tagħha, għandu jiġi trattat individwalment, mingħajr soluzzjonijiet "tat-tip universali li jgħoddu għal kulħadd", filwaqt li jittieħed kont tal-istadju ta' żvilupp partikolari, il-kompiti operattivi, l-objettivi ta' ġestjoni, il-ħtiġijiet ta' persunal u l-politiki dwar il-bini ta' kull istituzzjoni;
84. Isostni li l-Parlament u l-Kunsill, filwaqt li jappoġġaw kull tip ta' ffrankar u titjib fl-effiċjenza riżultanti mir-rivalutazzjoni kostanti tal-kompiti attwali u ġodda, għandhom jistabbilixxu livell suffiċjenti ta' approprjazzjonijiet ħalli jiżguraw il-funzjonament tajjeb tal-istituzzjonijiet, ir-rispett għall-obbligi ġuridiċi interni u esterni u l-għoti ta' servizz pubbliku ta' livell professjonali għoli liċ-ċittadini tal-Unjoni;
85. Jinsab imħasseb dwar it-tnaqqis tal-Kunsill, fl-abbozz ta' baġit tal-2014, tal-aġġustamenti tas-salarju tal-persunal ta' 1,7% għall-2011 u l-2012 f'dawk l-istituzzjonijiet li kienu inkludew impatt annwali ta' dawk l-aġġustamenti fl-istimi baġitarji tagħhom, b'mod partikolari fid-dawl tal-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja dalwaqt tiddeċiedi fuq dan; jerġa' jdaħħal dik l-ispiża fil-baġit tal-2014 bħala miżura ta' ġestjoni finanzjarja tajba u prudenti; jinsab imħasseb ukoll dwar l-arretrati dejjem akbar tal-kapital u l-interessi li jkunu jridu jħallsu l-istituzzjonijiet, u jinnota li l-Kunsill ma pprevediex approprjazzjonijiet bħala miżura ta' prekawzjoni;
86. Jinsab imħasseb sew, għalhekk, dwar il-fatt li l-marġni għall-pagamenti huwa kważi ineżistenti filwaqt li, għal dak li jirrigwarda l-impenji, il-marġni tal-Intestatura 5 u s-sottolimitu massimu għall-ispejjeż amministrattivi huma insuffiċjenti; ifakkar li skont l-Artikolu 203 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, "l-ispejjeż amministrattivi għandhom ikunu approprjazzjonijiet mhux differenzjati" u għalhekk, l-aktar wieħed baxx miż-żewġ limiti massimi huwa deċiżiv; itenni l-fatt li jista' jkun hemm bżonn ta' approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali sabiex jiġu koperti l-aġġustamenti tas-salarju pendenti u jindika li jista' jkun hemm ukoll problema tal-marġni għal dak li jirrigwarda l-impenji;
87. Jitlob baġit ta' emenda sabiex ikopri l-arretrati u l-aġġustamenti korrispondenti tas-salarji, f'każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi favur l-adattament tas-salarji stabbilit mir-Regolament tal-Persunal; josserva li hemm iffrankar addizzjonali minuri minħabba l-adozzjoni tar-Regolament tal-Persunal li għadu ma ġiex integrat fl-abbozz ta' baġit; jinnota d-dettalji eżatti tal-Kummissjoni għall-Ittra ta' Emenda Nru 2/2014 (COM(2013)0719); isejjaħ lill-Kunsill biex jirrifletti l-kontenut tal-Ittra fil-proċedura baġitarja tal-2014;
88. Jilqa' l-isforzi magħmula mill-istitizzjonijiet sabiex isir iffrankar, fejn possibbli, mingħajr ma jippreġudikaw il-kwalità tas-servizzi tagħhom; jilqa' l-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni interistituzzjonali bħan-negozjati li għaddejjin bħalissa bejn il-Parlament, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni sabiex isaħħu r-rabtiet politiċi tagħhom, itejbu l-effiċjenza u jippromwovu l-mobbiltà tal-persunal insostenn tal-funzjonijiet fundamentali tal-istituzzjonijiet rispettivi;
Taqsima I – Il-Parlament Ewropew
Qafas ġenerali
89. Ifakkar li huwa insista, meta adotta l-istimi tiegħu għall-2014, fuq il-bżonn li jiġi eżerċitat livell għoli ta' responsabbiltà, kontroll u awtolimitazzjoni fil-qasam baġitarju u li jsiru aktar sforzi fl-implimentazzjoni tat-tibdil, l-iffrankar u r-riformi strutturali bil-ħsieb li ż-żieda fil-baġit tinżamm aktar qrib ir-rata ta' inflazzjoni
90. Jenfasizza li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, sabiex joħolqu ffrankar fit-tul fil-baġit tal-UE, għandhom jindirizzaw il-bżonn ta' pjan direzzjonali għal sede unika, kif iddikjarat fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, b'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet tat-23 ta' Ottubru 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 - it-taqsimiet kollha(8) u tas-6 ta' Frar 2013 dwar il-linji gwida għall-proċedura baġitarja 2014 - Taqsimiet Oħra differenti mill-Kummissjoni(9) u d-deċiżjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2012 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima I — Il-Parlament Ewropew(10);
91. Jilqa' l-ftehim milħuq fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni tal-24 ta' Settembru 2013 bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits; jirrimarka li l-livell ġenerali tal-baġit tal-2014 tiegħu huwa ta' EUR 1 783 976 098, li jirrappreżenta tnaqqis nett ta' EUR 29 168 108 meta mqabbel mal-abbozz preliminari tal-estimi tas-26 ta' Frar 2013;
92. Jirrimarka li l-livell tal-baġit tal-2014 tiegħu huwa 1,9% aktar mill-baġit tal-2013; josserva li l-ispejjeż relatati mal-adeżjoni tal-Kroazja u l-ispejjeż ta' darba relatati mal-bidla tal-leġiżlatura jirrappreżentaw rispettivament 0,17% u 2,1% ta' din iż-żieda; jenfasizza li, minkejja l-infiq inevitabbli relatat mal-bidla tal-leġiżlatura insegwitu tal-elezzjonijiet Ewropej tal-2014, hemm tnaqqis nett ta' 0,37% fil-baġit operattiv bi tnaqqis ulterjuri jekk titqies ir-rata ta' inflazzjoni prevista;
93. Jenfasizza li l-approprjazzjonijiet ġew inklużi fil-baġit tiegħu sabiex ikopru parzjalment l-aġġustamenti tas-salarji għall-2011 u l-2012 li jistgħu jkunu imminenti peress li l-Qorti tal-Ġustizzja dalwaqt li tiddeċiedi fuq dan; jinsab imħasseb sew dwar l-approċċ adottat mill-Kunsill li ma jipprevedix approprjazzjonijiet fil-baġit tiegħu stess u li ma jżommx l-approprjazzjonijiet previsti fil-baġit tal-istituzzjonijiet l-oħra bħala miżura ta' prekawzjoni sabiex jiġu koperti parzjalment l-implikazzjonijiet baġitarji li jistgħu jirriżultaw mis-sentenza mistennija tal-Qorti tal-Ġustizzja; jinnota li, kieku l-Parlament ma pprevediex approprjazzjonijiet biex ikopru l-aġġustamenti imminenti tas-salarji għall-2011 u l-2012 f'każ ta' sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja maqtugħa f'dan is-sens, mat-tnaqqis nett ta' 0,37% fil-baġit operattiv għall-2014, kien ikun hemm tnaqqis ulterjuri ta' 1,3%,
94. Japprova l-aġġustamenti li ġejjin għall-estimi:
–
l-integrazzjoni tal-impatt tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Persunal il-ġdid u t-tibdil relatat mat-tabella tal-organigramma;
–
it-teħid inkunsiderazzjoni tal-iffrankar li sar permezz tas-sostituzzjoni fil-Lussemburgu tal-bini PRES bil-bini GEOS;
–
it-tnaqqis tal-approprjazzjonijiet għad-Dar l-Istorja Ewropea dovut għall-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni għall-infiq operattiv u għall-iffrankar li sar internament;
–
l-integrazzjoni tal-iffrankar li ġej mill-implimentazzjoni tal-metodi ta' ħidma: "Parlament mingħajr karti";
–
it-trasferiment tal-ġestjoni tal-pensjonijiet tal-Membri fis-sens tal-Istatut għall-Membri għal-linja baġitarja speċifika taħt it-Taqsima III, l-istess bħall-pensjonijiet tal-uffiċjali;
–
l-għoti ta' riżorsi umani u finanzjarji lid-DĠ għas-Servizzi ta’ Riċerka Parlamentari l-ġdid insegwitu tal-konklużjoni pożittiva tal-ftehim ta' kooperazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni;
Grupp ta' Ħidma Konġunt
95. Jilqa' l-kontinwazzjoni tax-xogħol tal-grupp ta' ħidma dwar il-baġit tal-Parlament bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits, li rriżulta utli fl-ambitu tal-proċess ta' riforma bħala pjattaforma ta' diskussjoni u identifikazzjoni tar-riżervi ta' effiċjenza possibbli bil-għan li dan jikkontrobilanċja l-investimenti neċessarji għal Parlament aktar effikaċi ;
96. Ifakkar is-suċċessi preċedenti tal-grupp ta' ħidma fl-identifikazzjoni ta' strateġiji sabiex ikun hemm iffrankar f'dak li jikkonċerna l-ispejjeż ta' vjaġġar tal-Membri;
97. Isostni li r-riformi mfassla fid-deliberazzjonijiet tal-grupp ta' ħidma bħall-kooperazzjoni interistituzzjonali mal-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, miżuri sabiex jiġu implimentati l-inizjattivi "Parlament mingħajr karti" u l-laqgħat elettroniċi, struttura aktar effiċjenti tal-arranġamenti ta' ħidma tal-Parlament, l-esternalizzazzjoni tal-pagamenti u l-introduzzjoni ta' softwer ġdid għall-ġestjoni tar-riżorsi umani, jeħtieġ li jitkomplew ħalli titjieb l-effiċjenza u jiġu liberati riżorsi bil-ħsieb li titjieb il-konsulenza xjentifika indipendenti provduta lill-Membri u titjieb il-kapaċità ta' skrutinju tal-Parlament;
Riforma tar-Regolament tal-Persunal
98. Josserva li l-bidliet fir-Regolament tal-Persunal, kif miftiehma mill-Parlament u l-Kunsill permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jinkludu metodu ġdid ta' indiċjar tas-salarji tal-persunal u jipprevedu l-iffriżar tal-aġġustament tas-salarji għall-istituzzjonijiet kollha, inkluż il-Parlament, fl-2013 u l-2014, u dan joħloq iffrankar ta' EUR 14,5 miljun fil-baġit tal-Parlament għall-2014;
99. Jieħu kont, barra minn hekk, tal-fatt li modifiki oħra għar-Regolament tal-Persunal, bħall-bidliet fir-regoli relatati mal-ispejjez annwali għall-ivvjaġġar tal-uffiċjali, se jammontaw għal iffrankar ta' EUR 2,8 miljun, barra mill-iffrankar ta' EUR 0,8 miljun riżultati mill-aġġustamenti fl-iżvilupp tal-karriera tal-persunal u r-ritmu ta' promozzjoni u l-ħolqien ta' grupp ta' funzjoni SC;
100. Josserva li, fil-każ tal-Parlament, il-proposta tal-Kummissjoni li l-livell globali tal-persunal jitnaqqas b'1% fis-sena, se tirriżulta fl-eliminazzjoni ta' 67 post fit-tabella tal-organigramma tal-2014; jieħu att tan-Nota tas-Segretarju Ġenerali lill-Bureau tat-2 ta' Settembru 2013 li fiha s-Segretarju Ġenerali ma jittrattax dwar il-bilanċ tal-appoġġ politiku u amministrattiv lill-Membri; jinnota li l-gruppi politiċi ffriżaw ir-riżorsi għall-persunal tagħhom mill-2012, u li l-bżonnijiet tagħhom kienu biss koperti parzjalment fis-sentejn baġitarji preċedenti; jinsisti li l-livell totali tal-persunal fil-gruppi politiċi fl-2014 u s-snin segwenti m'għandux ikun anqas mil-livell attwali;
101. Itenni t-talba tiegħu espressa fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2013 li jiġi ppreżentat pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Persunal rivedut lill-Kumitat għall-Baġits issa li ġew konklużi n-negozjati bejn il-Parlament u l-Kunsill permezz ta' ftehim fuq ir-riforma tar-Regolament tal-Persunal;
Kooperazzjoni ma' Kumitati Konsultattivi
102. Jilqa' n-negozjati li għaddejjin bħalissa bejn il-Parlament, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni sabiex jiġi żviluppat ftehim ta' kooperazzjoni interistituzzjonali bil-ħsieb li tissaħħaħ il-kooperazzjoni;
103. Jissottolinja li l-bidliet previsti fil-tabelli tal-organigramma tal-Parlament, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni, relatati mal-ftehim ta' kooperazzjoni interistituzzjonali li qed jiġi nnegozjat, huma direttament konnessi mal-ftehim politiku u, konsegwentement, jistgħu jwasslu għall-konklużjoni finali tiegħu; huwa tal-fehma li r-riżultat ta' din il-kooperazzjoni se jkun trasferiment gradwali tal-persunal kwalifikat mis-servizzi ta' traduzzjoni tal-Kumitati għad-DĠ għas-Servizzi ta’ Riċerka Parlamentari l-ġdid tal-Parlament (inkluża ż-żieda rispettiva fit-tabella tal-organigramma tiegħu) ta' massimu ta' 80 post fuq bażi volontarja u l-eliminazzjoni korrispondenti ta' numru ta' postijiet proporzjonali fit-tabelli tal-organigramma tal-Kumitati fis-sena ta' wara t-trasferiment tal-persunal;
Riżerva għall-kontinġenzi
104. Jiddeċiedi, peress li la t-tnedija u lanqas ir-ritmu ta' dan it-trasferiment tal-persunal ma jistgħu jiġu stabbiliti bi preċiżjoni adegwata waqt il-proċedura baġitarja tal-2014, li jżid EUR 0,7 miljun mal-linja baġitarja tal-Parlament relatata mas-salarji, filwaqt li jqiegħed fir-riżerva ammont proporzjonali ta' approprjazzjonijiet fil-linji tal-Kumitati relatati mas-salarji, fl-istennija tal-progress fit-trasferiment tal-persunal; jifhem li fl-aħħar mill-aħħar jista' jiġi trasferit massimu ta' EUR 3,3 miljun mir-riżerva għall-kontinġenzi għal-linja relatata mas-salarji, jekk dan ikun meħtieġ, prevja d-deċiżjoni tal-kumitat kompetenti tal-Parlament; jistenna li ż-żewġ kumitati konsultattivi jnaqqsu proporzjon adegwat ta' approprjazzjonijiet fil-baġits tagħhom stess, fl-istennija tal-progress fit-trasferiment tal-persunal u l-ftehim politiku sottostanti mal-Parlament;
It-trasferiment tal-pensjonijiet tal-Membri
105. Huwa konvint li l-ġestjoni tal-pensjonijiet tal-eks Membri mhijiex parti mill-kompiti operattivi ta' kuljum tal-Parlament u t-tkabbir potenzjali tal-ispejjeż relatati mal-pensjonijiet inaqqas it-trasparenza tal-baġit; jappoġġa, għalhekk, it-trasferiment tal-ġestjoni tat-tliet tipi ta' pensjonijiet - il-pensjoni ta' rtirar, il-pensjoni tal-invalidità u l-pensjoni tas-superstiti - li huma rregolati fl-Istatut tal-Membri, għat-Taqsima III tal-baġit tal-Unjoni, filwaqt li jkompli jikkonsulta l-Membri u jagħtihom pariri dwar kwistjonijiet relatati mal-pensjoni; jirrimarka li l-konċentrazzjoni tal-ġestjoni tal-pensjonijiet f'istituzzjoni waħda toħloq l-effiċjenza fil-livell amministrattiv;
106. Jinnota li jeħtieġ approċċ baġitarju koerenti għall-għoti ta’ informazzjoni dwar l-elezzjonijiet Ewropej tal-2014; jappoġġa, għalhekk, il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tal-votanti fl-elezzjonijiet tal-2014, l-għoti tal-informazzjoni dwar id-data tal-elezzjoni, u s-sensibilizzazzjoni fost iċ-ċittadini tal-Unjoni billi jiġu informati dwar id-drittijiet elettorali tagħhom u l-impatt tal-Unjoni fuq il-ħajja kwotidjana tagħhom fil-lingwi kollha tal-Unjoni; jemmen li għandha titwettaq evalwazzjoni ex post tal-istrateġija ta' komunikazzjoni għall-elezzjonijiet tal-2009 u tal-2014
Iffrankar addizzjonali
107. Jemmen li f'dawn iż-żminijiet ta' trażżin ekonomiku, kull sforz għandu jkun dirett fuq l-iskrutinju tal-baġits tal-istituzzjonijiet għal iffrankar potenzjali billi jiġu introdotti aktar prattiki li ma jnaqqsux il-kwalità tax-xogħol tal-Membri; ifakkar li l-espressjonijiet viżibbli tal-awtolimitazzjoni jinkludu l-fatt li l-allowances tal-persunal għall-missjonijiet ilhom mill-2007 ma jiġu indiċizzati u l-fatt li l-allowances kollha tal-Membri ġew iffriżati fil-livell tal-2011 sal-aħħar tal-leġiżlatura attwali; jilqa', barra minn hekk, il-pjan biex l-allowances kollha tal-Membri jiġu ffriżati sal-aħħar tal-2014;
108. Jiddeciedi, f'dan l-ispirtu, li jnaqqas in-nefqa tal-Parlament b'EUR 9 658 000 apparagun mal-abbozz ta' baġit tal-2014;
109. Inaqqas, fi spirtu ta' autolimitazzjoni, l-approprjazzjonijiet għad-delegazzjonijiet u, għalhekk, in-numru totali tad-delegazzjonijiet għall-Membri ferm aktar mit-tnaqqis deċiż u implimentat fl-aħħar sentejn;
Taqsimiet IV sa X
110. Ifaħħar lill-istituzzjonijiet l-oħra kollha għall-iffrankar u t-titjib fl-effiċjenza li huma diġà inkorporaw fl-abbozzi ta baġit tagħhom; ireġġa' lura għal li kienu l-aġġustament tas-salarji għall-2011 u l-2012, fid-dawl tas-sentenza imminenti tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kwistjoni b'mod konformi mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba u prudenti;
Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja
111. Jaġġusta mill-ġdid ir-rata ta' tnaqqis standard għal 3%, billi jreġġa' lura l-approprjazzjonijiet ta' EUR 1,43 miljun għal li kienu, sabiex isir użu sħiħ mit-tabella tal-organigramma tal-Qorti tal-Ġustizzja u jiġi żgurat li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista' taffronta b'mod adegwat ix-xogħol li dejjem qed jiżdied;
112. Iżid il-linji relatati mas-salarji tal-Qorti tal-Ġustizzja oltre l-abbozz ta' baġit ħalli jittieħed kont għall-aġġustamenti tas-salarji tal-persunal għall-2011 u l-2012, li inizjalment ma kinux inklużi fl-istimi baġitarji tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri
113. Ireġġa' lura l-abbozz ta' baġit għal dak li kien fir-rigward tal-aġġustamenti tas-salarji tal-persunal għall-2011 u l-2012 li għandhom impatt fuq il-baġit għall-2014, li tneħħew mill-Kunsill matul il-qari tiegħu, b'mod partikolari fid-dawl tas-sentenza imminenti tal-Qorti tal-Ġustizzja f'dan ir-rigward;
114. Jesprimi s-sodisfazzjoni partikolari tiegħu għall-awsterità murija mill-Qorti tal-Awdituri u għall-fatt li identifikat fl-abbozz ta' baġit tagħha riżervi interni ta' effiċjenza;
Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
115. Ireġġa' lura l-abbozz ta' baġit għal dak li kien fir-rigward tal-aġġustamenti tas-salarji tal-persunal għall-2011 u l-2012 li għandhom impatt fuq il-baġit għall-2014, li tneħħew mill-Kunsill matul il-qari tiegħu, b'mod partikolari fid-dawl tas-sentenza imminenti tal-Qorti tal-Ġustizzja f'dan ir-rigward;
116. Jilqa' n-negozjati li għaddejjin bħalissa bejn il-Parlament u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar ftehim ta' kooperazzjoni u jinkoraġġixxi l-konklużjoni pożittiva tiegħu; iqiegħed fir-riżerva parti mill-approprjazzjonijiet relatati mas-salarji, sakemm ma jiġi ffirmat il-ftehim ta' kooperazzjoni mal-Parlament u jiġu possibbilment trasferiti b'mod gradwali sa massimu ta' 48 membru tal-persunal, b'nota fit-tabella tal-organigramma li dawk il-postijiet se jiġu eliminati fis-sena ta' wara t-tlestija tat-trasferiment tal-persunal, prevja l-konklużjoni tal-ftehim finali;
Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni
117. Ireġġa' lura l-abbozz ta' baġit għal dak li kien fir-rigward tal-aġġustamenti tas-salarji tal-persunal għall-2011 u l-2012 li għandhom impatt fuq il-baġit għall-2014, li tneħħew mill-Kunsill matul il-qari tiegħu, b'mod partikolari fid-dawl tas-sentenza imminenti tal-Qorti tal-Ġustizzja f'dan ir-rigward;
118. Jilqa' n-negozjati li għaddejjin bħalissa bejn il-Parlament u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar ftehim ta' kooperazzjoni u jinkoraġġixxi l-konklużjoni pożittiva tiegħu; iqiegħed fir-riżerva parti mill-approprjazzjonijiet relatati mas-salarji, sakemm jiġi ffirmat tali ftehim ta' kooperazzjoni u jiġu possibbilment trasferiti b'mod gradwali sa massimu ta' 32 membru tal-persunal, b'nota fit-tabella tal-organigramma li dawk il-postijiet se jiġu eliminati fis-sena ta' wara t-tlestija tat-trasferiment tal-persunal;
119. Ireġġa' lura għal dak li kien il-livell tal-abbozz ta' baġit għal-linji relatati mal-ivvjaġġar għall-Membri sabiex jiġi żgurat li l-livell tal-attivitajiet politiċi ma jitnaqqasx;
120. Jinnota li l-Grupp tal-Konservattivi u Riformisti Ewropej (ECR) stabbilixxa grupp politiku ġdid fil-Kumitat tar-Reġjuni; ifakkar li kull grupp politiku għandu jirċievi appoġġ amministrattiv skont id-daqs tiegħu sabiex tiġi faċilitata l-parteċipazzjoni tiegħu fl-attivitajiet politiċi tal-Kumitat;
Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew
121. Ireġġa' lura l-abbozz ta' baġit għal dak li kien fir-rigward tal-aġġustamenti tas-salarji tal-persunal għall-2011 u l-2012 li għandhom impatt fuq il-baġit għall-2014, li tneħħew mill-Kunsill matul il-qari tiegħu, b'mod partikolari fid-dawl tas-sentenza imminenti tal-Qorti tal-Ġustizzja f'dan ir-rigward;
122. Jirrikonoxxi l-approċċ iġġustifikat tal-Ombudsman Ewropew li jifrex fuq ħames snin skont l-iskeda tiegħu t-tnaqqis tal-5% fl-organigramma, fid-dawl tad-daqs relattivament żgħir tal-istituzzjoni;
Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
123. Ireġġa' lura l-abbozz ta' baġit għal dak li kien fir-rigward tal-aġġustamenti tas-salarji tal-persunal għall-2011 u l-2012 li għandhom impatt fuq il-baġit għall-2014, li tneħħew mill-Kunsill matul il-qari tiegħu, b'mod partikolari fid-dawl tas-sentenza imminenti tal-Qorti tal-Ġustizzja f'dan ir-rigward;
124. Jirrikonoxxi l-approċċ iġġustifikat tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data li jifrex fuq ħames snin skont l-iskeda tiegħu t-tnaqqis tal-5% fl-organigramma, fid-dawl tad-daqs relattivament żgħir tal-korp;
Taqsima X – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
125. Ireġġa' lura l-abbozz ta' baġit għal dak li kien fir-rigward tal-aġġustamenti tas-salarji tal-persunal għall-2011 u l-2012 li għandhom impatt fuq il-baġit għall-2014, li tneħħew mill-Kunsill matul il-qari tiegħu, b'mod partikolari fid-dawl tas-sentenza imminenti tal-Qorti tal-Ġustizzja f'dan ir-rigward;
126. Jaġġusta mill-ġdid ir-rata ta' tnaqqis standard għal 5,3% (billi jerġa' jdaħħal l-approprjazzjonijiet ta' madwar EUR 0,4 miljun) fil-kwartieri ġenerali u għal 2,7% fid-delegazzjonijiet (EUR 0,5 miljun) sabiex jittieħed kont tal-progress fir-reklutaġġ intiż sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet operattivi;
127. Isaħħaħ l-approprjazzjonijiet relatati mas-sigurtà bl-ammont ta' EUR 5,4 miljun għas-sigurtà tan-netwerks u s-sistemi tal-informatika u l-ammont ta' EUR 0,6 miljun għall-aġenti kuntrattwali;
128. Jirrikonoxxi l-aspirazzjoni tas-SEAE li jagħti segwitu għat-talba tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament li r-RSUE u l-persunal tagħhom jiġu integrati fil-baġit u l-istruttura istituzzjonali tas-SEAE; jinnota li sabiex it-trasferiment tar-riżorsi umani u finanzjarji mill-Kummissjoni għall-baġit tas-SEAE jkun jista' jseħħ, irid jintlaħaq kompromess mal-Kummissjoni u l-Kunsill u barra minn hekk, trid tiġi adottata bażi ġuridika adegwata; jipproponi t-tisħiħ tal-baġit u t-tabella tal-organigramma tas-SEAE;
o o o
129. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet u lill-entitajiet l-oħra kkonċernati kif ukoll lill-Parlamenti nazzjonali.
ANNESS I
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA
Dati għall-proċedura baġitarja u modalitajiet għall-funzjonament tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fl-2013
A. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu dwar id-dati ewlenin li ġejjin għall-proċedura baġitarja tal-2014:
1. Il-Kunsill se jagħmel ħiltu sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu u jittrażmettiha lill-Parlament Ewropew sal-11 ta' Settembru 2013, sabiex jiġi ffaċilitat ftehim fi żmien utli mal-Parlament Ewropew;
2. Il-Kumitat għall-Baġits tal-Parlament Ewropew ser jivvota fuq l-emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill sa mhux aktar tard mit-tmiem tal-ġimgħa 41 (kmieni f'Ottubru);
3. Ser jiġi msejjaħ trilogu fis-16 ta' Ottubru 2013 waranofsinhar qabel il-qari tal-Parlament Ewropew;
4. Il-Plenarja tal-Parlament Ewropew ser tivvota dwar il-qari tagħha fil-ġimgħa 43;
5. Il-perijodu ta' Konċiljazzjoni ser jibda fl-24 ta' Ottubru 2013. B'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 314(4)(c) TFUE, iż-żmien disponibbli għall-konċiljazzjoni se jiskadi fit-13 ta' Novembru 2013;
6. Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ser jiltaqa' fl-4 ta' Novembru 2013 waranofsinhar, ospitat mill-Parlament Ewropew u fil-11 ta' Novembru 2013 ospitat mill-Kunsill; is-sessjonijiet tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ser jiġu mħejjija minn trilogi. Huwa skedat trilogu għas-7 ta' Novembru 2013 filgħodu. Jistgħu jissejħu trilogi addizzjonali matul il-perijodu ta' konċiljazzjoni ta' 21 jum.
B. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni wkoll jaqblu mal-modalitajiet għall-funzjonament tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni stabbiliti fl-anness, li għandhom ikunu applikabbli sakemm ma jidħol fis-seħħ l-FII l-ġdid.
ANNESS II
Modalitajiet għall-funzjonament tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fl-2013 fil-proċedura baġitarja tal-2014
1. Jekk il-Parlament Ewropew jivvota għal emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill, il-President tal-Kunsill, matul l-istess plenarja, jieħu nota tad-differenzi fil-pożizzjoni taż-żewġ istituzzjonijiet u jagħti l-qbil tiegħu/tagħha lill-President tal-Parlament Ewropew biex immedjatament ilaqqa' l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni. L-ittra dwar it-tlaqqigħ tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni tintbagħat fl-istess jum li matulu tkun saret il-votazzjoni fil-plenarja u l-perjodu ta' konċiljazzjoni jibda fil-jum ta' wara. Il-perjodu ta' żmien ta' 21 jum huwa kkalkolat skont ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta' żmien.
2. Jekk il-Kunsill ma jkunx jista' jaqbel dwar l-emendi kollha vvutati mill-Parlament Ewropew, huwa jikkonferma l-pożizzjoni tiegħu permezz ta' ittra mibgħuta qabel id-data skedata għall-ewwel laqgħa tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni prevista fil-punt A.6 tal-istqarrija konġunta. F'dan il-każ, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jipproċedi bil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi li ġejjin.
3. Sett komuni ta' dokumenti (dokumenti inizjali) li jqabblu d-diversi passi tal-proċedura baġitarja jsir disponibbli għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni(11). Dan ikun jinkludi ċifri "linja b'linja"(12), totali skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju u dokument komparattiv kemm għaċ-ċifri kif ukoll għall-kummenti baġitarji bl-emendi skont il-linja baġitarja għal-linji baġitarji kollha meqjusa li huma teknikament "miftuħa". Dawn id-dokumenti jkunu klassifikati skont in-nomenklatura baġitarja.
Dokumenti oħra jiġu mehmuża wkoll mad-dokumenti inizjali għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni(13).
4. Bil-ħsieb li jintlaħaq qbil sa tmiem il-perjodu ta' konċiljazzjoni, it-trilogu/i ser:
— jiddefinixxi/u l-ambitu tan-negozjati tal-kwistjonijiet baġitarji li għandhom jiġu indirizzati;
— jiddiskuti/u kwistjonijiet pendenti identifikati taħt l-inċiż preċedenti bil-ħsieb tal-possibbiltà li jintlaħaq qbil li għandu jiġi approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni;
— jindirizza(w) kwistjonijiet tematiċi, inkluż skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali, possibbilment abbażi tad-dokument(i) ta' ħidma jew dokument(i) informali.
Safejn possibbli, konklużjonijiet mhux finali jsiru b'mod konġunt matul jew immedjatament wara kull trilogu, b'mod simultanju mal-aġenda tal-laqgħa li jmiss. Tali konklużjonijiet jiġu rreġistrati mill-istituzzjoni li tospita t-trilogu.
5. Kwalunkwe konklużjoni provviżorja tat-trilogi u dokument bil-linji baġitarji li dwaru jkun intlaħaq qbil b'mod tentattiv matul it-trilogi għandhom ikunu disponibbli fil-laqgħat tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għal approvazzjoni possibbli.
6. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-inizjattivi neċessarji għar-rikonċiljazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill. F'dan ir-rigward, qed jiġu provduti trattament u informazzjoni ugwali kemm lill-Kunsill kif ukoll lill-Parlament Ewropew.
7. It-test konġunt previst fl-Artikolu 314(5) TFUE għandu jiġi stabbilit mis-segretarjati tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bl-assistenza tal-Kummissjoni. Huwa ser jikkonsisti f'ittra ta' trażmissjoni indirizzata lill-Presidenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jkun fiha d-data tal-qbil fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, u annessi, li jkunu jinkludu:
— ċifri linja b'linja għall-partiti baġitarji kollha(14) u ċifri li jiġbru l-ammonti fil-qosor skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju;
— dokument konsolidat, li jindika ċ-ċifri u t-test finali tal-emendi maqbula għall-abbozz ta' baġit(15) jew għall-pożizzjoni tal-Kunsill.
Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jista' japprova wkoll dikjarazzjonijiet konġunti possibbli fir-rigward tal-baġit għall-2014.
8. It-test konġunt jiġi tradott fil-lingwi kollha (mis-servizzi tal-Parlament Ewropew) u jiġi ppreżentat għall-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fi żmien 14-il jum mid-data wara dik tal-qbil dwar it-test konġunt skont il-punt 6.
Il-baġit ikun soġġett għall-finalizzazzjoni mill-ġuristi lingwisti wara l-adozzjoni tat-test konġunt bl-integrazzjoni taż-żewġ annessi tat-test konġunt mal-linji baġitarji li ma jkunux ġew modifikati matul il-proċess ta' konċiljazzjoni.
9. L-istituzzjoni li tospita t-trilogu jew il-laqgħa tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni tipprovdi faċilitajiet ta' interpretazzjoni b'reġim lingwistiku sħiħ applikabbli għal-laqgħat tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u reġim lingwistiku ad hoc għat-trilogi.
L-istituzzjoni li tospita l-laqgħa tiżgura r-riproduzzjoni u d-distribuzzjoni tad-dokumenti tal-laqgħa.
Is-servizzi tat-tliet istituzzjonijiet jikkooperaw għall-kodifikazzjoni tar-riżultati tan-negozjati sabiex jiġi ffinalizzat it-test konġunt.
10. Bil-ħsieb li jikkompletaw ix-xogħol tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, l-Istituzzjonijiet se jaġixxu fi spirtu ta' kooperazzjoni leali, billi jiskambjaw informazzjoni u dokumenti rilevanti fi żmien utli fil-livell formali u informali, u jżommu regolarment kuntatt fil-livelli kollha matul il-proċedura baġitarja permezz ta' rwol proattiv assunt min-negozjaturi rispettivi tagħhom.
1 Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
Id-diversi passi ser jinkludu: il-baġit tal-2013 (inklużi l-baġits emendatorji adottati); l-abbozz ta' baġit inizjali; il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit; l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni tal-Kunsill u l-ittri emendatorji ppreżentati mill-Kummissjoni. Għal finijiet ta' tqabbil, l-abbozz ta' baġit inizjali ser jinkludi biss dawk l-ittri emendatorji li jitqiesu kemm fil-qari tal-Kunsill kif ukoll tal-Parlament Ewropew.
Linji baġitarji li huma meqjusa bħala teknikament magħluqa ser ikunu evidenzjati fil-materjal inizjali. Linja baġitarja meqjusa teknikament magħluqa hija linja li dwarha ma jkun hemm l-ebda nuqqas ta' qbil bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, u li dwarha ma tkun ġiet ippreżentata l-ebda ittra ta' emenda, mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni
Inkluża "ittra ta' implimentabbiltà" tal-Kummissjoni dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill u l-emendi tal-Parlament Ewropew ittra ta' emenda għall-agrikoltura (u oqsma oħra, jekk dan ikun meħtieġ); possibbilment, in-Nota ta' Twissija għall-Previżjoni tal-Baġit tal-ħarifa mħejjija mill-Kummissjoni; u ittri possibbli minn Istituzzjonijiet oħra dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill u l-emendi tal-Parlament Ewropew.
Inklużi ittri emendatorji meqjusa kemm fil-qari tal-Kunsill kif ukoll tal-Parlament Ewropew.
L-għarfien dwar il-baħar 2020
356k
34k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar l-għarfien dwar il-baħar 2020: L-immappjar ta’ qiegħ il-baħar għall-promozzjoni ta' sajd sostenibbli (2013/2101(INI))
– wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Awwissu 2012 bit-titolu ‘Għarfien dwar il-Baħar 2020 – mill-immappjar ta’ qiegħ il-baħar għat-tbassir oċeaniku’ (COM(2012)0473),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Settembru 2010 bit-titolu ‘Għarfien dwar il-Baħar 2020 – dejta u osservazzjoni tal-baħar għat-tkabbir intelliġenti u sostenibbli (COM(2010)0461),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal-25 ta' Frar 2008 dwar it-twaqqif ta' qafas Komunitarju għall-ġbir, l-immaniġġjar u l-użu ta' data fis-settur tas-sajd u dwar l-appoġġ għall-parir xjentifiku rigward il-politika komuni tas-sajd,
– Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-12 ta' Marzu 2013 għal direttiva li tistabbilixxi qafas għall-ippjanar spazjali marittimu u għall-ġestjoni integrata tal-kosta (COM(2013)0133),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Settembru 2012 bit-titolu ‘Tkabbir Blu – opportunitajiet għal tkabbir sostenibbli fis-setturi tal-baħar u dak marittimu' (COM(2012)0494),
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-istabbilizzazzjoni ta' qafas għall-azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ambjentali tal-baħar (Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marittima) (Direttiva 2008/56/KE),
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (Direttiva 2007/2/KE),
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku (Direttiva 2003/98/KE),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba’ Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Lulju 2012 intitolata "Lejn aċċess aħjar għall-informazzjoni xjentifika: Jingħataw spinta l-benefiċċji tal-investimenti pubbliċi fir-riċerka’ (COM(2012)0401),
– wara li kkunsidra li r-rakkomandazzjoni 2012/417/UE tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Lulju 2012 dwar l-aċċess għal u l-preservazzjoni tal-informazzjoni xjentifika ,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni 2002/413/KEtal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2002 rigward l-implimentazzjoni ta' Amministrazzjoni Integrata taż-Żona Kostali fl-Ewropa,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-11 ta' Settembru 2012 bit-titolu ‘Il-progress tal-Politika Marittima Integrata tal-UE’ (COM(2012)0491),
– Wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tad-29 ta' Awwissu 2012 dwar l-evalwazzjoni interim tan-Netwerk Ewropew għall-Osservazzjoni u d-Dejta tal-Ibħra (SWD(2012)0250),
– wara li kkunsidra d-dokument tal-Kummissjoni tat-8 ta' Marzu 2012 bit-titolu ‘Roadmap for a European marine observation and data network’ (Pjan Direzzjonali għal Netwerk Ewropew għall-Osservazzjoni u d-Dejta tal-Ibħra) (Ares(2012)275043),
– wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-8 ta' Settembru 2010 dwar l-evalwazzjoni tal-impatt tan-Netwerk Ewropew għall-Osservazzjoni u d-Dejta tal-Ibħra (SEC(2010)0998),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 bit-titolu: ‘Europa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv’ (COM(2010)2020),
– wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-22 ta' Jannar 2010 dwar ir-riżultat tal-konsultazzjoni pubblika dwar infrastruttura tad-dejta tal-ibħra (SEC(2010)0073),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-politika marittima integrata u l-2973 laqgħa (Affarijiet Ġenerali u Kunsill għar-Relazzjonijiet Esterni) tas-16 ta' Novembru 2009,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-15 ta' Ottubru 2009 bit-titolu ‘Konklużjonijiet mill-Konsultazzjoni dwar Politika Marittima Ewropea’ (COM(2009)0540),
– wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tas-7 ta' April 2009 bit-titolu "Building a European marine knowledge infrastructure: Roadmap for a European marine observation and data network"(SEC(2009)0499),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Settembru 2008 bit-titolu "Strateġija Ewropea għar-Riċerka tal-Baħar u dik Marittima: Qafas koerenti ta’ Żona Ewropea ta’ Riċerka b’appoġġ ta’ użu sostenibbli tal-oċeani u l-ibħra” (COM(2008)0534), u r-Riżoluzzjoni tad-19 ta' Frar 2009 dwar ir-riċerka applikata b'rabta mal-politika komuni tas-sajd(1),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ottubru 2007 dwar politika marittima integrata għall-Unjoni Ewropea (COM(2007)0575),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0295/2013),
A. billi l-għarfien tal-ambjent marittimu huwa fundamentali għall-promozzjoni, l-iżvilupp u l-espansjoni tal-'Ekonomija Blu', li tirrappreżenta d-dimensjoni marittima tal-Istrateġija Ewropa 2020, li tgħaqqad fiha għarfien u innovazzjoni teknika, użu sostenibbli tar-riżorsi, kompetittività u ħolqien tal-impjiegi għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv;
B. billi l-għarfien tal-qasam marittimu huwa essenzjali biex tiżdied u titjieb l-informazzjoni b'rabta mal-ekosistemi u l-inċidenzi antropiċi fuq il-qasam marittimu, billi jippermetti protezzjoni tajba tal-ambjent, użu razzjonali u ambjentalment sostenibbli fit-tul tar-riżorsi u tkabbir ekwilibrat u sostenibbli tal-utilizzazzjonijiet u tal-attivitajiet tal-bniedem li jsiru b'rabta mal-baħar;
C. billi d-data eżistenti dwar l-ambjent marittimu bħalissa tinsab f'bosta korpi differenti b'mod mifrux u frammentat; Billi huwa fundamentali li tiġi żgurata disponibilità u faċilità ta' aċċess għar-riżerva vasta ta' data eżistenti dwar l-ambjent marittimu fl-Ewropa, sabiex jiġu massimizzati r-riżorsi u jiġu promossi l-iżvilupp, l-innovazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi fis-setturi tal-baħar u marittimi;
D. billi s-settur tas-sajd jikkostitiwixxi waħda mill-attivitajiet tal-bniedem ewlenin li jsiru fl-ambjent marittimu, jikkontribwixxi għad-disponibilità tal-provvisti tal-ikel u huwa ta' importanza enormi, speċjalment għall-komunitajiet kostali, u jikkostitwixxi għalhekk element determinanti tal-Politika Marittima Integrata; Billi għandu jitfakkar li l-attivitajiet ta' sajd spiss għandhom impatti negattivi sinifikanti fuq l-ekosistemi tal-baħar, minħabba l-varjetà u l-kwantità tal-istokkijiet ta' ħut li jinqabdu; Billi s-sajd huwa wkoll l-iktar settur affettwat mill-bosta użi u attivitajiet li jsiru fl-ambjent marittimu, bħat-trasport marittimu u t-turiżmu, l-iżvilupp tal-bliet u tal-kosti, it-tniġġis tal-ibħra, l-industriji estrattivi u l-enerġiji rinnovabbli, li l-impatti tagħhom jistgħu jingħaqdu ma' dawk dovuti għall-attivitajiet ta' sajd;
E. billi hemm diversità kbira fost l-ibħra Ewropej, b'varjazzjonijiet fil-flotot tas-sajd u t-tipi ta' sajd li jsiru mid-diversi Stati Membri; Billi r-rikonoxximent u l-apprezzament ta' din id-diversità u tal-karatteristiċi speċifiċi jiddependu ħafna mill-informazzjoni disponibbli fir-rigward tal-attività tas-sajd;
F. billi hemm tendenza ta' żieda mhux biss fl-użu ta' teknoloġiji tal-informazzjoni marbuta mas-settur tas-sajd - li żied l-aċċessibilità u t-trasparenza tal-informazzjoni - iżda wkoll ta' kompjuterizzazzjoni tal-ġbir tad-data u sistemi ta' trasferiment fl-amministrazzjonijiet nazzjonali u reġjonali u fl-organizzazzjonijiet tal-produtturi; Iqis għalhekk li mhemmx dubju li żieda fid-disponibilità tal-informazzjoni dwar l-attività ta' sajd tista' twassal għal proċess ta' tħeġġiġ ta' prattiki ta' sajd iktar sostenibbli, mhux biss f'termini ambjentali iżda wkoll ekonomiċi u soċjali;
G. billi jitqies il-bżonn li ssir identifikazzjoni u delimitazzjoni taż-żoni sensittivi fuq il-pjan bijoġeografiku u jiġu stabbiliti żoni ta' rkupru tal-istokkijiet tal-ħut u żoni tal-baħar protetti sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni u l-preservazzjoni effettivi tal-ekosistemi marittimi vulnerabbli kontra l-prattiki ta' sajd li jagħmlu ħsara; billi jfakkar li iktar ma jkun hemm informazzjoni mtejba dwar l-ambjent marittimu u l-attività ta' sajd, iktar jiġu mifhuma, aċċettati u applikati l-miżuri mtejba ta' protezzjoni tal-ekosistemi u ta' ġestjoni tal-piskeriji u ippjanar tal-ispazju marittimu;
H. Billi l-inizjattiva Għarfien dwar il-Baħar 2020 fetħet skambju ta' ideat dwar dan is-suġġett u wettqet konsultazzjoni pubblika biex jinstemgħu opinjonijiet fir-rigward tal-opportunitajiet u l-isfidi provduti mill-aċċess għal informazzjoni dwar il-monitoraġġ marittimu fl-Ewropa; Billi tintlaqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tippubblika l-Green Paper "Għarfien dwar il-Baħar 2020: mill-immappjar ta' qiegħ il-baħar għat-tbassir oċeaniku";
I. Billi jeħtieġ li, bi qbil mar-regoli stabbiliti, jiġi rilaxxat il-potenzjal tal-ammont kbir ta' data dwar l-ambjent marittimu li nġabret u nħażnet minn bosta korpi pubbliċi u privati fil-livell Ewropew, u li din issir disponibbli u aċċessibbli għall-utenti potenzjali, biex b'hekk jiġi enfasizzat il-bżonn ta' ċaqliq ta' paradigma b'rabta mal-ġbir u mal-użu, sabiex is-sistema attwali li taħtha jsiru bosta ġabriet ta' data għal użi speċifiċi u singoli tiġi sostitwita b'mudell li jippermetti li d-data tinġabar u ssir disponibbli għal bosta użi;
J. Billi disponibilità ikbar u faċilità ta' aċċess għad-data se jippromwovu l-użu ta' din id-data fi studji multidixxiplinari u jħeġġu l-ħolqien ta' sħubiji intersettorjali, b'mod partikolari bejn is-settur pubbliku u dak privat, u b'hekk tiġi provduta massa ta' data b'kapaċità u b'utilità ferm ikbar mis-somma tal-partijiet tagħha;
K. Billi din l-inizjattiva hija bbażata fuq strateġija interdixxiplinari li tintegra u torbot l-attivitajiet kollha ta' osservazzjoni tal-ibħra li qed isiru bħalissa fl-UE; Billi jenfasizza l-utilità u l-vantaġġi ta' aċċess għal bosta forom ta' data permezz ta' pjattaforma diġitali bi dħul uniku li tipprovdi data dwar l-ambjent marittimu;
L. Billi l-importanza enormi u d-diversità tas-settur tas-sajd, bħala attività marittima anċestrali u tradizzjonali, tiġġustifika bis-sħiħ l-inklużjoni ta' informazzjoni dwar il-ġestjoni u l-użu tas-sajd fost id-data li għandha tiġi mmappjata u ssir disponibbli skont l-inizjattiva Għarfien dwar il-Baħar 2020;
M. billi, biex tiġi appoġġata l-ġestjoni tal-politika komuni dwar is-sajd (PKS), l-UE, mill-2001, tiffinanzja l-ġbir tad-data b'rabta mas-settur tas-sajd u t-tixrid tagħha mill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri; billi jfakkar li s-sajd tal-UE huwa ġestit permezz ta' pjanijiet ta' ġestjoni pluriennali u mmexxija permezz ta' approċċi ta' prekawzjoni u ekosistemiku bl-għan li jiġi minimizzat l-impatt tal-attività tas-sajd fuq l-ekosistemi marittimi, strateġija li timplika riċerka multidixxiplinari u li teħtieġ il-ġbir ta' ħafna data xjentifika dwar l-istokkijiet tal-ħut;
N. Billi r-riforma tal-PKS li qed issir bħalissa iżżid l-obbligi tal-Istati Membri f'termini ta' ġbir ta' data ambjentali, bijoloġika, teknika u soċjoekonomika dwar l-attività ta' sajd, fil-kuntest tal-Qafas għall-Ġbir tad-Data dwar is-sajd, li għandu jiġi allokat iktar fondi għall-perjodu 2014-2020 skont il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS);
Sorsi ta' informazzjoni u tipi ta' data
1. Jenfasizza l-eżistenza ta' bosta organiżmi pubbliċi u privati li jżommu data dwar l-attività ta' sajd fl-UE li għandhom jiġu integrati fl-immappjar diġitali b'riżoluzzjoni multipla ta’ qiegħ il-baħar disponibbli għall-pubbliku;
2. Jenfasizza li, biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom lill-UE taħt il-Qafas għall-Ġbir tad-Data, l-Istati Membri għandhom jiġbru u jittrażmettu data li tikkostitwixxi sors eċċellenti ta' informazzjoni dwar l-attività ta' sajd, u li dan l-ammont kbir ta' informazzjoni jinġabar miċ-Ċentru Komuni ta' Riċerka (JRC) u huwa soġġett għall-valutazzjoni tal-esperti tal-gruppi ta' ħidma tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF); iżid jgħid li d-data miġbura mill-Istati Membri skont il-qafas għall-ġbir tad-data fis-settur tas-sajd tintuża mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) biex jipprovdi informazzjoni xjentifika dwar ir-riżorsi u pariri għall-ġestjoni tal-pixkeriji;
3. Jenfasizza l-ammont konsiderevoli ta' data ġġenerata mill-flotta mgħammra b'Sistema ta' Monitoraġġ tal-Bastimenti (VMS) bis-satellita, li l-użu tagħha jkun utli ferm biex jitfasslu mapep tal-attività tas-sajd; ifakkar fl-importanza tad-data VMS fil-każ ta' sajd imħallat; jenfasizza r-rilevanza ta' integrazzjoni u ta' mmappjar tal-informazzjoni supplimentari, partikolarment tad-data rreġistrata fil-gazzetti tas-sajd elettroniċi jew fuq karta, ir-reġistri ta' osservaturi tas-sajd abbord u d-data tal-kampanji ta' monitoraġġ tar-riżorsi tal-ħut;
4. Ifakkar li ċerti organizzazzjonijiet tal-produtturi (OP), speċjalment dawk tas-sajd industrijali, iżommu data dwar l-attività tas-sajd li għandha tikkompleta l-informazzjoni disponibbli bħalissa; iżid jgħid li, fil-każ tas-sajd kostali u artiġjanali - attività li għaliha l-informazzjoni hija pjuttost limitata - għandu jitħeġġeġ il-ġbir ta' data mill-flotta nnifisha, bl-użu ta' bastimenti bħala pjattaformi ta' ġbir tad-data ta' monitoraġġ tas-sajd, eventwalment permezz tal-installazzjoni fil-bastimenti b'apparat sempliċi ta' monitoraġġ 'live' flimkien ma' sistemi GPS/GPRS; jinnota wkoll li parti kbira ħafna mid-data dwar is-sajd tinkiseb fil-kuntest ta' proġetti ta' riċerka;
5. Jenfasizza l-utilità li jsiru disponibbli l-mapep tat-tqassim spazjali tal-flotta tas-sajd, tal-isforz tas-sajd u tal-għamla u l-volum tal-qbid, billi dan jippermetti lill-utenti potenzjali li jaċċedu għal informazzjoni b'rabta maż-żoni soġġetti għal intensità ikbar ta' sajd, u għall-ispeċijiet tal-ħut u l-volum tal-qbid f'żona partikolari, fost parametri oħra; fost l-informazzjoni kollha li għandha tiġi inkluża f'dan it-tip ta' mapep hemm id-data b'rabta mat-tipoloġija tal-flotta (peż. in-nazzjonalità, il-port tal-irmiġġ, l'età, it-tul, it-tunnellaġġ, is-saħħa, l-ekwipaġġ), l-isforz tas-sajd (peż. in-numru ta' vjaġġi jew ta' jiem tas-sajd, in-numru u l-karatteristiċi ta' rkaptu) u l-qbid (peż. l-ispeċijiet mira, l-ispeċijiet aċċessorji, ir-rifjuti, it-toqol, il-valur); jenfasizza barra minn hekk li l-provvista ta' data VMS tippermetti t-tqassim spazjali tal-flotta u t-tqabbil ta' din l-informazzjoni mad-data tal-gazzetti tas-sajd, li jippermetti l-valutazzjoni tat-tqassim spazjali tal-qbid;
6. Jemmen li l-immappjar separat tad-data skont it-tip ta' attività ta' sajd, bħas-sajd fuq skala żgħira, is-sajd tradizzjonali u s-sajd industrijali, jipprovdi idea iktar realistika tad-diversità tas-settur tas-sajd; Jenfasizza wkoll li jekk l-indikaturi soċjoekonomiċi b'rabta mas-sajd (eż. età u taħriġ tal-membri tal-ekwipaġġ) isiru disponibbli, jistgħu jgħinu biex tingħata deskrizzjoni iktar dettaljata tas-settur;
Kif ikunu promossi l-ksib u d-disponibilità tad-data
7. Jirrikonoxxi li bosta persuni għandhom interess leġittimu fl-aċċess għal informazzjoni b'rabta mal-attività tas-sajd u l-istat ta' konservazzjoni u l-isfruttament tar-riżorsi; Jappoġġa għalhekk il-ħolqien ta' mekkaniżmi li jipprovdu aċċess faċli għal data rilevanti dwar is-sajd, b'kundizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti u b'livelli differenti ta' aċċess, u filwaqt li jiġu żgurati livelli adegwati ta' kunfidenzjalità tal-informazzjoni u tal-interessi kummerċjali;
8. Ifakkar li l-ġbir ta' data u l-ġestjoni tar-riżorsi tal-ħut huma ffinanzjati mill-UE u mill-Istati Membri u li dawn jistgħu jkunu aċċessibbli għall-utenti potenzjali u l-pubbliku ġenerali; jappoġġa l-fatt li d-data l-oħra miksuba permezz ta' fondi pubbliċi (mill-UE jew l-Istati Membri) għandha wkoll tkun aċċessibbli u disponibbli għall-pubbliku, filwaqt li l-aċċess għal data dwar il-ħut miksuba permezz ta' fondi privati u li ma fihiex informazzjoni kummerċjalment sensittiva tinkiseb bil-kundizzjoni li dan jiġi awtorizzat mill-organiżmi li jżommu l-informazzjoni;
9. Jirrimarka li t-taqsima tar-Regolament li tistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-PKS li tittratta d-dejta u l-informazzjoni li fiha artikoli mmirati speċifikament għall-protezzjoni ta’ dejta personali u l-kunfidenzjalità ta’ sigriet professjonali u kummerċjali; Jenfasizza wkoll li r-Regolament t’hawn fuq jgħid b’mod espliċitu li d-dejta dwar is-sajd li l-kollezzjoni, l-iskambju u l-iżvelar tagħha jippreġudika l-protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwu jew l-interessi kummerċjali ta’ persuna naturali jew legali, inkluż il-proprjetà intellettwali, hija soġġetta għar-regoli applikabbli dwar il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali u kummerċjali;
10. Jafferma li dan se jkun il-każ ukoll għad-data dwar il-ħut li tiġi minn proġetti ta' riċerka u li huwa għalhekk normali li l-informazzjoni miksuba fil-kuntest ta' proġetti xjentifiċi żviluppati permezz ta' finanzjament jew kofinanzjament pubbliku (UE jew Stati Membri) tkun aċċessibbli u titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-utenti potenzjali u l-pubbliku ġenerali, fir-rispett tal-kundizzjonijiet li għandhom jiġu speċifikati bil-quddiem fil-proġetti; jenfasizza li ċerti tipi ta' data dwar il-ħut huma dovuti speċifikament għall-ħolqien u l-użu ta' mudelli, prototipi jew apparat sperimentali, b'tali mod li l-użu tagħhom ikun partikolarment sensittiv;
11. Jenfasizza l-eżistenza ta’ komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni u rakkomandazzjonijiet dwar l-aċċess għal u t-tixrid u l-preservazzjoni ta’ informazzjoni xjentifika, li jistqarru li l-iżvelar tad-dejta ta’ riċerka għandu jikkonforma mar-regoli nazzjonali Ewropej dwar il-protezzjoni tad-dejta; jirrimarka wkoll li dawn d-dokumenti jirreferu għall-ħtieġa li jiġu salvagwardati l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-iżvelar tad-dejta u r-restrizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw mar-regoli dwar il-protezzjoni ta’ dejta personali, il-privatezza, is-segretezza kummerċjali, l-interessi kummerċjali leġittimi u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;
12. Iqis li, indipendentement mill-fatt li d-data tinżamm minn organiżmi pubbliċi jew tinkiseb permezz ta' fondi pubbliċi jew privati, jaqbel dejjem li jissemma l-organiżmu responsabbli mill-ġbir, l-ipproċessar u l-komunikazzjoni tal-informazzjoni; jafferma barra minn hekk li, f'każ fejn il-komunikazzjoni tal-informazzjoni jista' jkollha konsegwenzi fil-livell tal-kompetittività, il-kompetizzjoni jew id-dħul finanzjarju tal-organizzazzjonijiet li jżommu l-informazzjoni, huma biss il-prodotti tad-data u d-data aggregata li għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u mhux id-data netta jew ipproċessata; Huwa tal-fehma li, fir-rigward ta' każijiet bħal dawn, jekk isir riferiment għas-sors tad-data, il-persuni interessati jkunu jistgħu jikkuntattjaw lid-detenturi tal-informazzjoni oriġinali u jitolbuhom aċċess għad-data iktar dettaljata jew għad-data netta;
13. Iqis li meta jkun qed isir l-immappjar u d-data dwar il-movimenti u l-operazzjonijiet tal-flotta tas-sajd issir disponibbli, b'mod partikolari informazzjoni miksuba minn rapporti VMS, gazzetti tas-sajd, u gazzetti miżmuma minn osservaturi abbord, għandhom jittieħdu miżuri biex tiġi protetta l-kunfidenzjalità u jiġu salvagwardati l-interessi kummerċjali, b'konformità mad-dispożizzjonijiet legali applikabbli f'dan il-kuntest; Jenfasizza li dan jista' jsir permess ta' omissjoni ta' informazzjoni individwali, bħall-ismijiet tal-bastimenti u l-marki tar-reġistrazzjoni, it-tixrid ta' data aggregata, possibilment skont iż-żona, it-taqsima tal-flotta jew it-tip ta' ekwipaġġ tas-sajd, u billi jitħalla biżżejjed żmien bejn il-ġbir tad-data u l-mument meta l-mappa tas-sajd issir disponibbli; Jirrimarka madankollu li jekk id-data tiġi aggregata fuq bażi wisq wiesa' u l-iskali spazjali u ż-żminijiet ikunu twal wisq, il-livell ta' dettall u l-preċiżjoni tal-informazzjoni ma jibqgħux b'saħħithom;
14. Iqis illi, meta data dwar il-ħut tinżamm minn organiżmi pubbliċi tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tfassal sett standard komprensiv ta' parametri li għandhom jinxterdu, li tiġi imposta skadenza bejn il-ġbir, l-ipproċessar u l-komunikazzjoni tal-informazzjoni, u li jitħeġġeġ it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' din l-informazzjoni sabiex il-persuni interessati ewlenin ikunu jistgħu jikkonsultawha; iqis li jeħtieġ li jiġi previst sett minimu ta' parametri ta' komunikazzjoni obbligatorja, kif ukoll komunikazzjoni u qsim tad-data ekwivalenti, sabiex l-Istati Membri kollha jkollhom l-istess tip ta' informazzjoni dwar is-sajd;
15. Iqis li, meta data dwar l-attività tas-sajd tinkiseb fil-kuntest ta' proġetti ta' riċerka ffinanzjati jew soġġetti għal kofinanzjament mill-UE jew mill-Istati Membri, għandha titqies klawsola li tipprevedi l-obbligu ta' komunikazzjoni tad-data wara l-finalizzazzjoni tal-proġett u bi qbil mal-kalendarju prestabbilit;
16. Iqis li meta d-data tkun inkisbet minn proġetti ta' riċerka, ir-riċerkaturi kkonċernati għandhom jingħataw żmien raġonevoli biex jippubblikaw l-istudji tagħhom; Huwa tal-fehma li, skont approċċ appoġġat fl-inizjattiva Orizzont 2020, din ir-restrizzjoni tista' tingħeleb billi tiġi stabbilita moratorja li tippermetti żmien għall-pubblikazzjoni; Iqis ukoll li d-data għandha tiġi komunikata fi żmien qasir kemm jista' jkun u li l-moratorja għalhekk m'għandhiex tkun itwal minn tliet snin, sabiex jiġi żgurat li d-data ma ssirx inutli u biex jittieħed benefiċċju sħiħ mit-tixrid tagħha;
Kif għandha tinġabar u titqassam id-data b'mod effettiv
17. Jinnota li d-data għandha tkun b'saħħitha u affidabbli, il-kwalità tagħha għandha tkun standardizzata, verifikata u ċċekkjata, kemm jekk tkun ġejja mill-bażijiet tad-data tal-Istati Membri kif ukoll minn proġetti ta' riċerka dwar is-sajd;
18. Iqis li huwa essenzjali li jiġu stabbiliti protokolli/mudelli komuni, armonizzati u ttestjati fi strateġiji ta' teħid ta' kampjuni, u li jiġu stabbiliti proċeduri ta' ġbir u ta' ipproċessar tad-data u l-format li fih għandha tiġi komunikata l-informazzjoni, peress li dan kollu huwa essenzjali biex id-data dwar is-sajd tkun paragunabbli u interoperabbli; Jinnota li l-mudell tal-Qafas għall-Ġbir tad-Data jista' jintuża għal dan l-għan;
19. Jinnota li l-forma li fiha tiġi komunikata d-data dwar is-sajd tista' tvarja skont il-kumplessità tagħha u li jeħtieġ li jiġi determinat liema tipi ta' data jistgħu jsiru disponibbli bħala data netta, f'forma ipproċessata jew bħala prodotti tad-data; Jirrimarka li l-iktar parametri bażiċi/sempliċi jistgħu jiġu komunikati f'forma ta' data netta, filwaqt li parametri iktar kumplessi/speċifiċi li jeħtieġu analiżi u interpretazzjoni speċjalizzata għandhom jiġu fornuti fil-forma ta' data ipproċessata jew prodotti tad-data; Jinnota li huwa importanti li jiġu speċifikati t-tipi ta' informazzjoni dwar is-sajd disponibbli għall-utenti potenzjali, billi ssir distinzjoni bejn id-data netta, id-data ipproċessata, il-prodotti tad-data u bejn il-parametri miksuba permezz ta' kejl u dawk li jirriżultaw minn mudelli;
20. Jirrimarka li f'ċerti każijiet, jekk id-data kkomunikata jkollha wisq dettall u r-riżoluzzjoni tal-immappjar tkun għolja wisq, l-isforz tas-sajd jista' jiġi kkonċentrat b'mod mhux mixtieq fuq riżorsi speċifiċi u ħabitats marittimi vulnerabbli; Iqis għalhekk li meta informazzjoni bħal din tiġi komunikata, għandhom ukoll jittieħdu passi għall-protezzjoni u l-monitoraġġ tar-riżorsi u l-ħabitats ikkonċernati; Isostni wkoll li informazzjoni sensittiva dwar it-tqassim spazjali ta' speċijiet marittimi rari jew perikolati għandha tinżamm biex dawn jiġu protetti;
21. Jafferma li ġbir u provvista effikaċi tad-data jeħtieġu koordinazzjoni tajba min-naħa tal-Kummissjoni u sforz ta' artikolazzjoni u ta' kooperazzjoni fil-livell tal-Istati Membri; jenfasizza li l-koordinazzjoni mill-Kummissjoni hija essenzjali għat-twaqqif ta' objettivi prijoritarji, għat-titjib tar-rapport bejn l-ispiża u l-effikaċja matul il-ġbir, tal-ipproċessar u l-provvista tad-data, kif ukoll tal-iżvilupp ta' sinerġiji bejn l-Istati Membri;
22. Jenfasizza li, meta titqies id-diversità tas-sistemi ta' ġbir tad-data u tal-volum u t-tip ta' data miġbura mid-diversi organiżmi pubbliċi u privati li jżommu l-informazzjoni dwar il-ħut, l-artikolazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri huma essenzjali biex tiġi garantita l-armonizzazzjoni tal-varjetà, tal-kwantità u tal-format tad-data; jenfasizza li l-effikaċja tal-artikolazzjoni u tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri għandha tkun soġġetta għal valutazzjonijiet regolari min-naħa tal-Kummissjoni;
23. Jirrakkomanda l-impożizzjoni lill-Istati Membri ta' definizzjoni tal-organiżmu nazzjonali responsabbli mill-ġbir, il-kompilazzjoni, l-ipproċessar, il-kontroll tal-kwalità, l-artikolazzjoni u t-trażmissjoni tad-data li għandha tiddaħħal fi pjattaforma komuni ta' aċċess għall-informazzjoni dwar il-ħut; jenfasizza li huwa possibbli li għal dan l-għan, fil-livell tal-Istati Membri, jinħoloq organiżmu speċifiku ffinanzjat mill-fondi Komunitarji u kkoordinat mill-Kummissjoni;
Kif jittieħdu l-benefiċċji mill-ipproċessar u l-interpretazzjoni tad-data
24. Jirrimarka li biex jittieħed benefiċċju massimu minn din l-inizjattiva, il-governanza u l-mudell operattiv għandhom jippermettu l-ġbir, ipproċessar, interpretazzjoni u komunikazzjoni meħtieġa tad-data dwar is-sajd u jiżguraw il-parteċipazzjoni u l-involviment ġenwin tal-Istati Membri, tad-dinja xjentifika u tal-komunitajiet lokali;
25. Isostni li, fir-rigward tal-governanza u tal-operazzjoni, in-Netwerk Ewropew għall-Osservazzjoni u d-Dejta tal-Ibħra (EMODnet) għandu jingħata status permanenti; Huwa tal-fehma li, fir-rigward tal-inkorporazzjoni tad-data li mbagħad issir disponibbli fuq din il-pjattaforma, ikun tajjeb li jittieħed benefiċċju mill-esperjenza miksuba fl-iżvilupp tal-kunċett EMODnet, billi jiġi inkluż l-gruppi speċjalisti stabbiliti u li qed jaħdmu b'dan l-iskop u portali tematiċi b'rabta mal-ibħra (idrografija, ġeoloġija, fiżika, kimika, bijoloġija, ħabitats u attivitajiet tal-bniedem);
26. Huwa tal-fehma li, meta titqies l-importanza tas-settur tas-sajd, id-data dwar is-sajd preferibbilment għandha ssir grupp speċifiku addizzjonali fi ħdan il-pjattaforma EMODnet jew inkella tiġi integrata fil-portal tematiku li għadu kemm inħoloq għall-"attivitajiet tal-bniedem", biex b'hekk ikun possibbli l-aċċess għal kontenut ġenerali b'varjetà usa';
27. Iqis li l-pjattaforma EMODnet għandha tkun ikkoordinata mas-Servizz Marittimu tal-programm Ewropew ta monitoraġġ tad-dinja (Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà - GMES), biex tiġi pprovduta kemm informazzjoni kemm jista' jkun u biex id-data dwar is-sajd tkun tista' tintrabat mad-data tal-monitoraġġ mis-satellita GMES li tiffoka fuq parametri ambjentali;
28. Iqis li inizjattiva ambizzjuża bħall-"Għarfien dwar il-Baħar 2020", ta' daqs enormi u bbażata fuq approċċ multidixxiplinari b'input fil-forma mixtieqa pprovduta mill-informazzjoni dwar is-sajd, timplika ħtieġa għal pjan ta' azzjoni speċifiku li jistabbilixxi l-għanijiet fit-tul u fuq żmien medju, abbażi ta' sforz ikkoordinat mill-Ue u mill-Istati Membri;
29. Isostni li l-implimentazzjoni u s-suċċess ta' proġetti ta' dan it-tip jiddependu minn finanzjament sostanzjali għall-kontinwità u l-prevedibilità fuq żmien twil; Jitlob biex il-provvista ta' data dwar is-sajd adegwata biex tiġi inkluża fl-immappjar diġitali b'riżoluzzjoni multipla ta’ qiegħ il-baħar tirċievi l-inkoraġġiment u l-appoġġ meħtieġa min-naħa tal-UE; Jirrimarka li, biex tiġi prodotta informazzjoni dwar is-sajd, se jkun hemm bżonn li jingħaqdu s-sorsi kollha ta' finanzjament disponibbli fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali, u jinnota li l-FEMS jgħaqqad ġo fih l-appoġġ meħtieġ għal kull mezz tekniku użat għat-twaqqif u t-tħaddim tal-EMODnet;
o o o
30. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sajd u l-Akkwakultura, lill-kunsilli konsultattivi reġjonali u lill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd.
L-applikazzjoni u l-infurzar ta' regoli kummerċjali internazzjonali ***I
381k
36k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-23 ta' Ottubru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta’ regoli kummerċjali internazzjonali (COM(2012)0773 – C7-0415/2012 – 2012/0359(COD))(1)
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta’ regoli kummerċjali internazzjonali
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta’ regoli kummerċjali internazzjonali u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 2
(2) Huwa essenzjali li l-Unjoni tkun tippossjedi strumenti xierqa li jiżguraw l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tal-Unjoni skont ftehimiet kummerċjali internazzjonali, biex jissalvagwardjaw l-interessi ekonomiċi tagħha. Dan huwa partikolarment il-każ f'sitwazzjonijiet fejn pajjiżi terzi jdaħħlu fis-seħħ miżuri restrittivi kummerċjali li jnaqqsu l-benefiċċji dovuti lill-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni skont ftehimiet kummerċjali internazzjonali. L-Unjoni għandha tkun f’pożizzjoni li tirreaġixxi malajr u b’mod flessibbli fil-kuntest tal-proċeduri u l-iskadenzi stabbiliti minn ftehimiet kummerċjali internazzjonali li hija kkonkludiet. Għalhekk l-Unjoni għandha tadotta leġiżlazzjoni li tiddefinixxi l-qafas għall-eżerċitar tad-drittijiet tal-Unjoni f'ċerti sitwazzjonijiet speċifiċi.
(2) Huwa essenzjali li l-Unjoni tkun tippossjedi strumenti xierqa li jiżguraw l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tal-Unjoni skont ftehimiet kummerċjali internazzjonali, biex jissalvagwardjaw l-interessi ekonomiċi tagħha. Dan huwa partikolarment il-każ f'sitwazzjonijiet fejn pajjiżi terzi jdaħħlu fis-seħħ miżuri restrittivi kummerċjali li jnaqqsu l-benefiċċji dovuti lill-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni skont ftehimiet kummerċjali internazzjonali. L-Unjoni għandha tkun f’pożizzjoni li tirreaġixxi malajr u b’mod flessibbli fil-kuntest tal-proċeduri u l-iskadenzi stabbiliti minn ftehimiet kummerċjali internazzjonali li hija kkonkludiet. Għalhekk l-Unjoni għandha tadotta leġiżlazzjoni li tiddefinixxi l-qafas għall-eżerċitar tad-drittijiet tal-Unjoni f’ċerti sitwazzjonijiet speċifiċi, u tipprovdi riżorsi adegwati biex tiżgura li r-riżorsi disponibbli jintużaw b’mod effiċjenti għal dawk l-istrumenti.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 2a (ġdida)
(2a) L-għażla ta’ miżuri immirati li jiżguraw l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tal-Unjoni, għandha tqis il-potenzjal tagħhom li jinċentivaw lill-pajjiżi terzi kkonċernati biex jirrispettaw mhux biss ir-regoli tal-kummerċ internazzjonali, iżda wkoll il-potenzjal tagħhom li jipprovdu eżenzjoni lill-operaturi ekonomiċi u lill-Istati Membri l-aktar affetwati mill-miżuri restrittivi tal-kummerċ meħuda mill-pajjiżi terzi. Il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament m’għandhomx jillimitaw l-aċċess tal-Unjoni għall-materja prima essenzjali għall-industriji Ewropej.
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 3
(3) Il-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim tad-WTO u oħrajn, inklużi reġjonali jew bilaterali, jimmiraw lejn is-sejba ta' soluzzjoni pożittiva għal kwalunkwe tilwima li tinqala' bejn l-Unjoni u l-parti l-oħra jew il-partijiet għal dawk il-ftehimiet. L-Unjoni għandha, madankollu, tissospendi konċessjonijiet jew obbligi oħra, skont dawk ir-regoli ta’ soluzzjoni tat-tilwim, meta mezzi oħra għas-sejba ta' soluzzjoni pożittiva għal tilwima ma jkunu ta' ebda suċċess. L-azzjoni mill-Unjoni f'dawn il-każijiet għandha l-għan li ġġib il-konformità tal-pajjiż terz ikkonċernat mar-regoli rilevanti kummerċjali internazzjonali, biex terġa' tinħoloq sitwazzjoni ta’ benefiċċji reċiproċi.
(3) Il-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim tad-WTO u oħrajn, inklużi reġjonali jew bilaterali, jimmiraw lejn is-sejba ta' soluzzjoni pożittiva għal kwalunkwe tilwima li tinqala' bejn l-Unjoni u l-parti l-oħra jew il-partijiet għal dawk il-ftehimiet. L-Unjoni għandha, madankollu, tissospendi konċessjonijiet jew obbligi oħra, skont dawk ir-regoli ta’ soluzzjoni tat-tilwim, meta mezzi oħra għas-sejba ta' soluzzjoni pożittiva għal tilwima ma jkunu ta' ebda suċċess. L-azzjoni mill-Unjoni f'dawn il-każijiet għandha l-għan li ġġib il-konformità tal-pajjiż terz ikkonċernat mar-regoli rilevanti kummerċjali internazzjonali, biex terġa' tinħoloq sitwazzjoni ta’ benefiċċji reċiproċi. L-Unjoni għandha dejjem tuża l-aktar mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim effiċjenti disponibbli.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 4
(4) Skont il-Ftehim tad-WTO dwar is-Salvagwardji, membru tad-WTO li jipproponi li japplika miżura ta' salvagwardja jew ifittex l-estensjoni ta' miżura ta' salvagwardja għandu jiżgura li jżomm livell sostanzjalment ekwivalenti tal-konċessjonijiet u ta' obbligi oħra bejnu u l-membri esportaturi, li jistgħu jkunu affettwati ħażin minn tali miżura ta' salvagwardja. Regoli simili japplikaw fil-kuntest ta' ftehimiet kummerċjali internazzjonali oħrajn inklużi reġjonali jew bilaterali konklużi mill-Unjoni. L-Unjoni għandha tieħu miżuri ta' ri-ekwilibriju billi tissospendi konċessjonijiet jew obbligi oħra f'każijiet fejn il-pajjiż terz konċernat ma jimplimenta l-ebda aġġustamenti sodisfaċenti. L-azzjoni mill-Unjoni f'dawn il-każijiet isservi l-għan li tniedi l-introduzzjoni ta' miżuri li jsaħħu l-kummerċ minn pajjiżi terzi biex terġa tinħoloq sitwazzjoni ta’ benefiċċji reċiproċi.
(4) Skont il-Ftehim tad-WTO dwar is-Salvagwardji, membru tad-WTO li jipproponi li japplika miżura ta' salvagwardja jew ifittex l-estensjoni ta' miżura ta' salvagwardja għandu jiżgura li jżomm livell sostanzjalment ekwivalenti tal-konċessjonijiet u ta' obbligi oħra bejnu u l-membri esportaturi, li jistgħu jkunu affettwati ħażin minn tali miżura ta' salvagwardja. Regoli simili japplikaw fil-kuntest ta' ftehimiet kummerċjali internazzjonali oħrajn inklużi reġjonali jew bilaterali konklużi mill-Unjoni. L-Unjoni għandha tieħu miżuri ta’ ri-ekwilibriju billi tissospendi konċessjonijiet jew obbligi oħra f’każijiet fejn il-pajjiż terz ikkonċernat ma jimplimenta l-ebda aġġustament adegwat u proporzjonat. L-azzjoni mill-Unjoni f'dawn il-każijiet isservi l-għan li tniedi l-introduzzjoni ta' miżuri li jsaħħu l-kummerċ minn pajjiżi terzi biex terġa tinħoloq sitwazzjoni ta’ benefiċċji reċiproċi.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 5
(5) L-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 u l-Qbil relatat jirregolaw il-modifika jew l-irtirar tal-konċessjonijiet stabbiliti fl-iskedi tat-tariffi tal-Membri tad-WTO. Il-Membri tad-WTO affettwati bi kwalunkwe modifika bħal din huma intitolati, skont ċerti kondizzjonijiet, li jirtiraw il-konċessjonijiet sostanzjalment ekwivalenti. L-Unjoni għandha tadotta miżuri ta' ri-ekwilibriju f'każijiet bħal dawn, sakemm ma jiġux miftiehma aġġustamenti ta’ kumpens. L-azzjoni mill-Unjoni għandha tkun immirata li twassal lill-pajjiżi terzi biex jimplimentaw miżuri li jsaħħu l-kummerċ.
(5) L-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 u l-Qbil relatat u l-Artikolu XXI tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS) u l-proċeduri relatati għall-implimentazzjoni tagħhom jirregolaw il-modifika jew l-irtirar tal-konċessjonijiet u l-impenji stabbiliti fl-iskedi tat-tariffi u fl-iskeda tal-impenji speċifiċi tal-Membri tad-WTO. Il-Membri tad-WTO affettwati bi kwalunkwe modifika bħal din huma intitolati, skont ċerti kondizzjonijiet, li jirtiraw il-konċessjonijiet jew l-impenji sostanzjalment ekwivalenti. L-Unjoni għandha tadotta miżuri ta' ri-ekwilibriju f'każijiet bħal dawn, sakemm ma jiġux miftiehma aġġustamenti ta’ kumpens. L-azzjoni mill-Unjoni għandha tkun immirata li twassal lill-pajjiżi terzi biex jimplimentaw miżuri li jerġgħu jistabbilixxu vantaġġi reċiproċi u jsaħħu l-kummerċ.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 6
(6) L-Unjoni għandu jkollha l-possibbiltà li tinforza d-drittijiet tagħha fil-qasam tal-akkwisti tal-gvern fid-dawl tal-fatt lil-Ftehim tad-WTO dwar l-Akkwisti tal-Gvern jiddikjara li kwalunkwe tilwima li tirriżulta taħtu m'għandhiex tirriżulta f'sospensjoni ta' konċessjonijiet jew obbligi oħra skont kwalunkwe ftehim kopert ieħor tad-WTO.
(6) Huwa essenzjali għall-Unjonili jkollha l-possibbiltà li tinforza malajrid-drittijiet tagħha fil-qasam tal-akkwisti tal-gvern meta parti tonqos milli tirrispetta l-impenji tagħha taħtil-Ftehim tad-WTO dwar l-Akkwisti tal-Gvern jew taħt kwalunkwe ftehim bilaterali jew reġjonali vinkolanti. L-azzjoni tal-Unjoni għandha tkun immirata lejn l-assigurazzjoni taż-żamma ta’ livelli sostanzjalment ekwivalenti tal-konċessjonijiet fil-qasam tal-akkwist tal-gvern.
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 7
(7) Dan ir-Regolament għandu jiffoka fuq dawk il-miżuri fejn l-Unjonigħandha l-esperjenza fid-disinn u l-applikazzjoni tagħhom; il-possibbiltà li l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jiġi estiż lis-setturi tas-servizzi u tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandha tkun evalwata fil-ħin fir-rigward tal-ispeċifiċitajiet ta' kull qasam.
(7) Dan ir-Regolament għandu jippermetti lill-Unjonijkollha qafas komprensiv u effikaċi biex tkun tista' tittieħed azzjoni kemm jista’ jkun malajr. Madankollu, il-possibbiltà li l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu jiġi estiż b'miżuri ġodda li jkopru oqsma ġodda tal-kummerċ,bħad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għandha tiġi kkunsidrata bħala parti minn studju mwettaq fl-istess żmien tar-rapport ta' evalwazzjoni dwar il-funzjonament ta' dan ir-Regolament imsemmi fl-Artikolu 10, u għandha tiġi ppreżentata lill-Parlament Ewropew.
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 9
(9) Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-funzjonament ta' dan ir-Regolament mhux aktar tard minn tliet snin wara l-ewwel istanza tal-implimentazzjoni tiegħu bil-ħsieb li tevalwa u, jekk meħtieġ, ttejjeb l-effiċjenza tiegħu.
(9) Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-funzjonament ta’ dan ir-Regolament mhux aktar tard minn ħames snin wara l-ewwel istanza tal-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament bil-ħsieb li tevalwa u, jekk meħtieġ, ttejjeb l-effiċjenza tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tinkludi fir-rapporti tagħha dwar l-Istrateġija Ewropa 2020 analiżi tar-rilevanza ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari b'rabta mal-kapaċità tiegħu li jneħħi l-ostakli għall-kummerċ.
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 9a (ġdida)
(9a) Il-Kummissjoni għandha tinforma b’mod regolari lill-Parlament Ewropew meta tkun biħsiebha timplimenta miżuri tal-politika kummerċjali skont dan ir-Regolament. Dik l-informazzjoni għandha tinvolvi deskrizzjoni dettaljata tal-każ speċifiku u tal-miżuri previsti, tal-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni, il-ġustifikazzjoni għall-miżuri previsti u l-impatt possibbli tagħhom. Wara li jkunu ttieħdu l-miżuri, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew bl-impatt reali tal-miżuri.
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 9b (ġdida)
(9b) Meta tivvaluta l-interess ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta’ miżuri ta’ infurzar, filwaqt li ssegwi approċċ ibbilanċjat, il-Kummissjoni għandha tqis b’mod partikolari s-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew dwar kif tkun iddeterminat l-interess ġenerali tal-Unjoni fuq bażi ta’ każ b’każ.
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 10a (ġdida)
(10a) Il-Parlament Ewropew għandu jinżamm infurmat regolarment mill-Kummissjoni, b’mod partikolari meta l-Unjoni tkun irreferiet kwistjoni lil korp tas-soluzzjoni tat-tilwim. Wara kull deċiżjoni meħuda minn korp tas-soluzzjoni tat-tilwim li tawtorizza lill-Unjoni biex tieħu miżuri, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kumitat tal-Parlament Ewropew responsabbli għall-kummerċ internazzjonali l-intenzjoni tagħha li tieħu jew iżżomm milli tieħu tali miżuri. Jekk l-Unjoni tiddeċiedi li tieħu miżuri, il-Kummissjoni għandha tagħti rendikont lill-Parlament Ewropew dwar l-għażla tal-miżuri.
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 13a (ġdida)
(13a) Fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tipparteċipa b'mod regolari fid-Djalogu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim u l-Infurzar previst f'dan ir-Regolament.
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 1 - parti introduttorja
Dan ir-Regolament jippreskrivi regoli u proċeduri biex ikun żgurat eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tal-Unjoni li tissospendi jew tirtira konċessjonijiet jew obbligi oħra skont ftehimiet kummerċjali internazzjonali, bl-għan li:
Dan ir-Regolament jippreskrivi regoli u proċeduri biex ikun żgurat eżerċizzju effettiv u f’waqtu tad-drittijiet tal-Unjoni li tissospendi jew tirtira konċessjonijiet jew obbligi oħra skont ftehimiet kummerċjali internazzjonali, bl-għan li:
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt a
(a) jkun hemm reazzjoni għall-ksur minn pajjiżi terzi ta' regoli kummerċjali internazzjonali li jaffettwaw l-interessi tal-Unjoni, bl-għan li tinstab soluzzjoni sodisfaċenti.
(a) jkun hemm reazzjoni għall-ksur minn pajjiżi terzi ta’ regoli kummerċjali internazzjonali li jaffettwaw l-interessi tal-Unjoni, bl-għan li tinstab soluzzjoni sodisfaċenti li tipprovdi eżenzjoni lill-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni affettwati.
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt b
(b) jiġu ri-ekwilibrati l-konċessjonijiet jew obbligi oħra fir-relazzjonijiet tal-kummerċ ma' pajjiżi terzi, meta t-trattament tal-importazzjoni mogħti lill-merkanzija mill-Unjoni jinbidel.
(b) jiġu ri-ekwilibrati l-konċessjonijiet jew obbligi oħra fir-relazzjonijiet tal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi, meta t-trattament mogħti lill-merkanzija jew servizzi mill-Unjoni jinbidel.
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 2 - punt b
(b)"konċessjonijiet jew obbligi oħra" tfisser konċessjonijiet tariffarji jew kwalunkwe benefiċċji oħra li l-Unjoni impenjat ruħha li tapplika fil-kummerċ tagħha ma' pajjiżi terzi bis-saħħa ta’ ftehimiet kummerċjali internazzjonali li hija parti minnhom,
(b) "konċessjonijiet jew obbligi oħra" tfisser konċessjonijiet tariffarji, impenji speċifiċi fil-qasam tas-servizzi jew kwalunkwe benefiċċji oħra li l-Unjoni impenjat ruħha li tapplika fil-kummerċ tagħha ma’ pajjiżi terzi bis-saħħa ta’ ftehimiet kummerċjali internazzjonali li hija parti minnhom,
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 3 - paragrafu 1 - punt d
(d) f'każijiet ta' modifika ta' konċessjonijiet minn membru tad-WTO skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994, li fihom l-ebda aġġustamenti ta’ kumpens ma kienu miftiehma.
(d) f’każijiet ta’ modifika ta’ konċessjonijiet jew impenji minn membru tad-WTO skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 jew l-Artikolu XXI tal-GATS, li fihom l-ebda aġġustamenti ta’ kumpens ma kienu miftiehma.
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1
1. Fejn hija meħtieġa azzjoni biex tissalvagwardja l-interessi tal-Unjoni fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1), il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jiddetermina l-miżuri xierqa tal-politika kummerċjali. L-att ta’ implimentazzjoni ta' dan it-tip għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8(2).
1. Fejn hija meħtieġa azzjoni biex tissalvagwardja l-interessi tal-Unjoni fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1), il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jiddetermina l-miżuri xierqa tal-politika kummerċjali. L-att ta’ implimentazzjoni ta' dan it-tip għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8(2). Il-Kummissjoni għandha tiġġustifika kif dovut lill-Parlament Ewropew l-għażla tal-miżuri tal-politika kummerċjali previsti fl-Artikolu 5.
(d) Il-konċessjonijiet irtirati fil-kummerċ ma' pajjiż terz b'konnessjoni mal-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 u l-Qbil relatat għandhom ikunu sostanzjalment ekwivalenti għall-konċessjonijiet modifikati jew irtirati minn dak il-pajjiż terz, skont it-termini stabbiliti fl-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 u l-Qbil relatat.
(d) Il-konċessjonijiet jew l-impenji modifikati jew irtirati fil-kummerċ ma’ pajjiż terz b’konnessjoni mal-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 u l-Qbil relatat jew l-Artikolu XXI tal-GATS u l-proċeduri ta' implimentazzjoni relatati għandhom ikunu sostanzjalment ekwivalenti għall-konċessjonijiet jew l-impenji modifikati jew irtirati minn dak il-pajjiż terz, skont it-termini stabbiliti fl-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 u l-Qbil relatat jew l-Artikolu XXI tal-GATS u l-proċeduri ta' implimentazzjoni relatati.
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt b
(b) il-potenzjal tal-miżuri li jipprovdu eżenzjoni lill-operaturi ekonomiċi fl-Unjoni affettwati minn miżuri ta' pajjiżi terzi;
(b) il-potenzjal tal-miżuri li jipprovdu eżenzjoni lill-Istati Membri u lill-operaturi ekonomiċi fl-Unjoni affettwati minn miżuri ta’ pajjiżi terzi;
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt c
(c) id-disponibbiltà ta’ sorsi alternattivi ta’ provvista għall-prodotti kkonċernati, biex ikun evitat jew minimizzat kwalunkwe impatt negattiv fuq l-industriji downstream jew fuq il-konsumaturi finali fl-Unjoni;
(c) id-disponibbiltà ta’ sorsi alternattivi ta’ provvista għall-prodotti jew servizzi kkonċernati, biex ikun evitat jew minimizzat kwalunkwe impatt negattiv fuq l-industriji downstream jew fuq il-konsumaturi finali fl-Unjoni;
3a. Fil-proposta tagħha għal att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeskrivi kif tkun iddeterminat l-interess ġenerali tal-Unjoni fil-każ speċifiku inkwistjoni.
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 5 - punt ba (ġdid)
(ba) is-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-obbligazzjonijiet u l-impenji speċifiċi fil-qasam tal-kummerċ fis-servizzi, fir-rigward tal-GATS jew kwalunkwe ftehimiet bilaterali jew reġjonali;
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 5 – punt c – punt i
(i) l-esklużjoni mill-akkwist pubbliku tal-offerti li l-valur globali tagħhom huwa magħmul għal aktar minn 50 % ta' prodotti u servizzi li joriġinaw fil-pajjiż terz ikkonċernat; u/jew
(i) l-esklużjoni mill-akkwist pubbliku tal-offerti li l-valur globali tagħhom huwa magħmul għal aktar minn 50 % ta' prodotti u servizzi li joriġinaw fil-pajjiż terz ikkonċernat; atti ta' implimentazzjoni jistgħu jistabbilixxu livelli, skont il-karatteristiċi tal-prodotti jew is-servizzi kkonċernati, li lil hinn minnhom għandha tapplika l-esklużjoni , filwaqt li jitqiesu id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(3), inklużi l-kunsiderazzjonijiet rigward il-kapaċità amministrattiva, u l-livell ta' tixjin jew ta' ħsara; u/jew
Il-Kummissjoni għandha tiġġustifika kif dovut lill-Parlament Ewropew l-għażla tal-miżuri tal-politika kummerċjali speċifiċi adottati skont dan l-Artikolu.
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 7 - paragrafu 1
1. Fejn, wara l-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 4(1), il-pajjiż terz ikkonċernat jagħti kumpens sodisfaċenti lill-Unjoni fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1)(a) u (b), il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-applikazzjoni ta’ dak l-att implimentattiv għat-tul tal-perjodu ta’ kumpens. Is-sospensjoni għandha tiġi deċiża skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8(2).
1. Fejn, wara l-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 4(1), il-pajjiż terz ikkonċernat jagħti kumpens adegwat u proporzjonat lill-Unjoni fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1)(a) u (b), il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-applikazzjoni ta’ dak l-att implimentattiv għat-tul tal-perjodu ta’ kumpens. Is-sospensjoni għandha tiġi deċiża skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8(2).
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 7 - paragrafu 2 - punt b
(b) f'każijiet ta' ri-ekwilibriju ta' konċessjonijiet jew obbligi oħra wara l-adozzjoni minn pajjiż terz ta' miżura ta' salvagwardja, meta l-miżura tas-salvagwardja tiġi rtirata jew tiskadi, jew meta l-pajjiż terz ikkonċernat jagħti kumpens sodisfaċenti lill-Unjoni sussegwentement għall-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 4(1);
(b) f’każijiet ta’ ri-ekwilibriju ta’ konċessjonijiet jew obbligi oħra wara l-adozzjoni minn pajjiż terz ta’ miżura ta’ salvagwardja, meta l-miżura tas-salvagwardja tiġi rtirata jew tiskadi, jew meta l-pajjiż terz ikkonċernat jagħti kumpens adegwat u proporzjanat lill-Unjoni sussegwentement għall-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 4(1);
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 7 - paragrafu 2 - punt c
(c) f'każijiet ta' modifika tal-konċessjonijiet minn membru tad-WTO skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994, meta l-pajjiż terz ikkonċernat jagħti kumpens sodisfaċenti lill-Unjoni sussegwentement għall-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 4(1).
(c) f’każijiet ta' rtirar jew modifika tal-konċessjonijiet jew l-impenji minn membru tad-WTO skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 jew l-Artikolu XXI tal-GATS, meta l-pajjiż terz ikkonċernat jagħti kumpens adegwat u proporzjonat lill-Unjoni sussegwentement għall-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 4(1).
4a. Il-Kummissjoni għandha tiġġustifika kif dovut lill-Parlament Ewropew meta tipprevedi s-sospensjoni, il-modifikazzjoni jew it-terminazzjoni ta’ miżura stipulata fl-Artikolu 5.
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 9 - paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni għandha tfittex tagħrif u fehmiet dwar l-interessi ekonomiċi tal-Unjoni fi prodotti speċifiċi jew setturi, fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, permezz ta' avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew mezzi ta’ komunikazzjoni pubbliċi xierqa oħra.
1. Il-Kummissjoni għandha tfittex tagħrif u fehmiet dwar l-interessi ekonomiċi tal-Unjoni fi prodotti speċifiċi, servizzi jew setturi, fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, permezz ta’ avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew mezzi ta’ komunikazzjoni pubbliċi xierqa oħra u għandha tqis dawk il-fehmiet.
L-avviż għandu jindika l-perjodu ta’ żmien meta t-tagħrif għandu jiġi ppreżentat. Dak il-perjodu ta’ żmien m’għandux ikun ta' aktar minn xahrejn.
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2
2. Tagħrif li jasal skont dan ir-Regolament għandu jintuża biss għall-għan li għalih ikun intalab.
2. Tagħrif li jasal skont dan ir-Regolament għandu jintuża biss għall-għan li għalih ikun intalab. Il-Kummissjoni għandha tinforma kif dovut lill-Parlament Ewropew bir-riżultat ta’ ġbir ta’ tagħrif ta’ dan it-tip u kif biħsiebha tikkunsidra t-tagħrif fid-determinazzjoni tal-interess ġenerali tal-Unjoni.
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 9 - paragrafu 4
4. Il-fornitur tat-tagħrif jista' jitlob li t-tagħrif provdut jiġi ttrattat bħala kunfidenzjali. F'każijiet bħal dawn, it-tagħrif għandu jkun akkumpanjat minn sommarju mhux kunfidenzjali jew minn dikjarazzjoni tar-raġunijiet għaliex ma jistax isir sommarju ta' dan it-tagħrif.
4. Il-fornitur tat-tagħrif jista' jitlob li t-tagħrif provdut jiġi ttrattat bħala kunfidenzjali. F’każijiet bħal dawn, it-tagħrif għandu jkun akkumpanjat minn sommarju mhux kunfidenzjali li jippreżenta t-tagħrif f’forma ġeneralizzata jew minn dikjarazzjoni tar-raġunijiet għaliex ma jistax isir sommarju ta’ dan it-tagħrif.
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 9a (ġdid)
Artikolu 9a
Djalogu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim u l-Infurzar
Il-Kummissjoni għandha tipparteċipa b’mod regolari fl-iskambju ta' fehmiet mal-Kumitat tal-Parlament Ewropew responsabbli għall-kummerċ internazzjonali b'rabta mal-immaniġġjar tat- tilwim industrijali, inklużi każijiet li jkunu għaddejjin, l-effetti fuq l-industriji tal-Unjoni, il-miżuri previsti, il-ġustifikazzjoni u l-impatt tal-miżuri previsti, u l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-politika kummerċjali skont dan ir-Regolament.
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 10
Mhux aktar tard minn tliet snin wara l-ewwel istanza tal-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-implimentazzjoni tiegħu u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Mhux aktar tard minn ħames snin wara l-ewwel istanza tal-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-implimentazzjoni tiegħu u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ tal-kummerċ tal-prekursuri tad-droga bejn il-Komunità u pajjiżi terzi (COM(2012)0521 – C7-0316/2012 – 2012/0250(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0521),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0316/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-16 ta' Lulju 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0167/2013),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sostanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Ottubru 2013 bil-ħsieb li jadotta r-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta'l- kummerċ talfil-prekursuri tad-drogata' drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1259/2013.)
Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ***I
1804k
246k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-23 ta' Ottubru 2013 dwar il-proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 u r-Regolament tal-Kunsill Nru XXX/2011 dwar il-politika marittima integrata (COM(2013)0245 – C7-0108/2013 – 2011/0380(COD))(1)
Emenda 1 Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva Paragrafu 1 a (ġdid)
1a. Ifakkar li, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2011, il-Parlament enfasizza li r-riżorsi tas-sajd jikkostitwixxu wieħed mill-beni pubbliċi vitali għas-sigurtà globali tal-ikel; huwa indika l-fatt li s-settur tas-sajd u l-akkwakultura u l-attivitajiet relatati spiss huma l-għajn ewlenija ta’ għajxien u ta’ impjiegi sostenibbli f’reġjuni kostali, reġjuni gżejjer u reġjuni remoti; iqis barra minn hekk li, biex tilħaq l-għanijiet tagħha fuq żmien medju u fuq żmien twil (settur tas-sajd stabbli, sostenibbli u vijabbli), biex jiġu rkuprati l-istokkijiet tal-ħut u jiġu indirizzati b’mod determinat tal-aspetti soċjali marbuta mat-tnaqqis tal-isforz tas-sajd, il-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) riformata se tkun tirrikjedi riżorsi finanzjarji adegwati wara l-2013;
Emenda 2 Proposta għal regolament Kunsiderazzjoni 1
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42, l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 91(1) u 100(2), l-Artikolu 173(3), l-Artikolu 175, l-Artikolu 188, l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 194(2) u l-Artikolu 195(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42, l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 91(1) u 100(2), l-Artikolu 173(3), l-Artikolu 175, l-Artikolu 188, l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 194(2), l-Artikolu 195(2) u l-Artikolu 349 tiegħu,
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 1a (ġdida)
(1a) Is-settur tas-sajd huwa ta' importanza strateġika għas-sitwazzjoni soċjoekonomika, għall-provvista pubblika tal-ħut u għall-bilanċ tal-ikel tal-Istati Membri differenti u tal-Unjoni nfisha, kif ukoll il-kontribut konsiderevoli tiegħu lill-benessri soċjoekonomiku tal-komunitajiet tal-kosta, lill-iżvilupp lokali, lill-impjiegi, lis-sostenn/il-ħolqien ta’ attivitajiet ekonomiċi u impjiegi kemm ’il fuq u kemm 'l isfel fil-katina, lill-provvista ta’ ħut frisk u lis-sostenn tat-tradizzjonijiet kulturali lokali;
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 2
(2) Il-kamp ta' applikazzjoni tal-FEMS għandu jkopri l-appoġġ għall-PKS li jestendi sal-konservazzjoni, il-ġestjoni u l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, ir-riżorsi bijoloġiċi tal-ilma frisk u l-akkwakultura, kif ukoll l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, fejn dawn l-attivitajiet seħħew fit-territorju tal-Istati Membri, jew fl-ilmijiet tal-Unjoni, anki minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ pajjizi terzi, u li huma rreġistrati fihom, jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, jew minn ċittadini tal-Istati Membri, mingħajr ħsara għar-responsabbiltà primarja tal-Istat tal-bandiera, dejjem fil-kuntest tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 117 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar.
(2) Il-kamp ta' applikazzjoni tal-FEMS għandu jkopri l-appoġġ għall-PKS li jestendi sal-konservazzjoni, il-ġestjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, ir-riżorsi bijoloġiċi tal-ilma frisk u l-akkwakultura, kif ukoll l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, meta dawn l-attivitajiet seħħew fit-territorju tal-Istati Membri, jew fl-ilmijiet tal-Unjoni, jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, jew minn ċittadini tal-Istati Membri, mingħajr ħsara għar-responsabbiltà primarja tal-Istat tal-bandiera, dejjem fil-kuntest tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 117 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 2a (ġdida)
(2a) Għandu jiġi enfasizzat li l-PKS hija politika relatata mal-ikel, li tiġġustifika l-intervent pubbliku permezz tal-FEMS bil-għan li tiġi sostnuta s-sigurtà tal-ikel taċ-ċittadini tal-Unjoni.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 2b (ġdida)
(2b) Il-FEMS għandu jqis b’mod sħiħ is-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni l-aktar imbiegħda bi qbil mal-Artikolu 349 tat-TFUE. Is-sitwazzjoni tar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tas-sajd f’dawn ir-reġjuni jfisser li l-PKS u l-fondi marbutin magħha, u b’mod aktar speċifiku l-FEMS, għandhom ikunu jistgħu jiġu adattati għall-ispeċifiċitajiet, ir-restrizzjonijiet, l-ispejjeż inkrementali, u r-realtajiet partikolari ta’ dawn ir-reġjuni, li jvarjaw sewwa mill-kumplament tal-Unjoni. Għal dak l-għan, għandhom jingħataw miżuri speċifiċi għal dawn ir-reġjuni.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 2c (ġdida)
(2c) Il-FEMS ġejjien għandu jqis għalkollox il-problemi u l-ħtiġijiet speċifiċi tas-sajd fuq skala żgħira, filwaqt li jitqies li l-flotta fuq skala żgħira tal-Unjoni hija dik li timpjiega l-ikbar kwantità ta’ ħaddiema għal kull ħuta maqbuda.
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 3
(3) Is-suċċess tal-Politika Komuni tas-Sajd tiddependi fuq sistema effettiva ta’ kontroll, spezzjoni u infurzar kif ukoll fuq dejta sħiħa affidabbli, kemm għal finijiet ta’ parir xjentifiku kif ukoll għal finijiet ta’ implimentazzjoni u kontroll; għaldaqstant, il-FEMS għandu jappoġġja dawn il-politiki.
(3) Is-suċċess tal-Politika Komuni tas-Sajd tiddependi fuq sistema effettiva ta’ kontroll, spezzjoni, inklużi spezzjonijiet fuq il-postijiet tax-xogħol u infurzar kif ukoll fuq data sħiħa affidabbli, kemm għal finijiet ta’ parir xjentifiku kif ukoll għal finijiet ta’ implimentazzjoni u kontroll; għaldaqstant, il-FEMS għandu jappoġġja dawn il-politiki.
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 3a (ġdida)
(3a) Biex jitkattar is-sens ta’ pussess tal-PKS fis-sajjieda, u b’hekk issir kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni korretta kif ukoll is-suċċess ġenerali tal-PKS, il-FEMS għandu jappoġġja s-sħubija, il-kooperazzjoni u d-djalogu bejn ix-xjentisti u s-sajjieda.
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 4
(4) Il-kamp ta' applikazzjoni tal-FEMS għandu jkopri l-appoġġ lill-PMI li jestendi sal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet koordinati u t-teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tal-oċeani, l-ibħra, ir-reġjuni kostali u s-setturi marittimi li jikkomplimentaw il-politiki differenti tal-UE li jmissu magħhom, l-aktar il-Politika Komuni tas-Sajd, it-trasport, l-industrija, il-koeżjoni territorjali, l-ambjent, l-enerġija u t-turiżmu. Il-konsistenza u l-integrazzjoni għandhom jiġu żgurati fil-ġestjoni ta’ politiki settorjali differenti fil baċiri tal-Baħar Baltiku, il-Baħar tat-Tramuntana, l-Ibħra Ċeltiċi, il-Bajja ta’ Biscay u l-Kosta Iberika, il-Mediterran u l-Baħar l-Iswed.
(4) Il-kamp ta' applikazzjoni tal-FEMS għandu jkopri l-appoġġ lill-PMI li jestendi sal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet koordinati u t-teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tal-oċeani, l-ibħra, ir-reġjuni kostali u s-setturi marittimi li jikkomplimentaw il-politiki differenti tal-UE li jmissu magħhom, l-aktar il-Politika Komuni tas-Sajd, it-trasport, l-industrija, il-koeżjoni territorjali, l-ambjent, l-enerġija u t-turiżmu, oqsma li għalihom jeħtieġ li jiġu promossi r-riċerka xjentifika, il-kompetenza professjonali u t-taħriġ. Il-konsistenza u l-integrazzjoni għandhom jiġu żgurati fil-ġestjoni ta’ politiki settorjali differenti fil baċiri tal-Baħar Baltiku, il-Baħar tat-Tramuntana, l-Ibħra Ċeltiċi, il-Bajja ta’ Biscay u l-Kosta Iberika, il-Mediterran u l-Baħar l-Iswed.
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 4a (ġdida)
(4a) Fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-azzjonijiet tagħha tar-riforma tal-PKS, l-Unjoni għandha tqis ir-rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjieg, mal-garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata, mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u ma’ livell għoli ta’ edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, f’konformità mal-Artikolu 9 tat-TFUE.
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 5
(5) F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010, li permezz tagħhom ġiet adottata l-Istrateġija Ewropa 2020, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jimplimentaw it-twassil ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, filwaqt li jippromwovu l-iżvilupp armonjuż tal-Unjoni. B’mod partikolari, ir-riżorsi għandhom ikunu kkonċentrati biex jilħqu l-għanijiet u l-miri tal-Ewropa 2020 u l-effettività għandha tittejjeb permezz ta’ enfasi akbar fuq ir-riżultati. L-inklużjoni tal-PMI fil-FEMS il-ġdid tikkontribwixxi wkoll għall-għanijiet politiċi ewlenin stabbiliti fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 "Ewropa 2020 – Strateġija għat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv" ("L-Istrateġija Ewropa 2020") u hija konformi mal-għanijiet ġenerali li tiżdied il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali msemmija fit-Trattat.
(5) F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010, li permezz tagħhom ġiet adottata l-Istrateġija Ewropa 2020, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jimplimentaw it-twassil ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, filwaqt li jippromwovu l-iżvilupp armonjuż tal-Unjoni. B’mod partikolari, ir-riżorsi għandhom ikunu kkonċentrati biex jilħqu l-għanijiet u l-miri tal-Ewropa 2020, u b’mod partikolari dawk marbuta mal-impjiegi u mal-ġlieda kontra l-faqar, l-esklużjoni soċjali u t-tibdil fil-klima. Barra minn hekk, l-effettività għandha tittejjeb permezz ta’ enfasi akbar fuq ir-riżultati. L-inklużjoni tal-PMI fil-FEMS il-ġdid tikkontribwixxi wkoll għall-għanijiet politiċi ewlenin stabbiliti fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 "Ewropa 2020 – Strateġija għat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv" ("L-Istrateġija Ewropa 2020") u hija konformi mal-għanijiet ġenerali li tiżdied il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali msemmija fit-Trattat.
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 6
(6) Sabiex jiġi żgurat li l-FEMS jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tal-PKS, tal-PMI u tal-Istrateġija Ewropa 2020, jeħtieġ li ssir enfasi fuq numru limitat ta’ prijoritajiet prinċipali relatati mat-trawwim tal-innovazzjoni u l-għarfien ibbażat fuq is-sajd u l-akkwakultura, il-promozzjoni tas-sajd u l-akkwakultura sostenibbli u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, u ż-żieda tal-impjiegi u l-koeżjoni territorjali permezz tal-ftuħ tal-potenzjal tat-tkabbir u l-impjiegi tal-komunitajiet tas-sajd kostali u interni u l-promozzjoni tad-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd f’setturi oħrajn tal-ekonomija marittima.
(6) Sabiex jiġi żgurat li l-FEMS jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tal-PKS, tal-PMI u tal-Istrateġija Ewropa 2020, jeħtieġ li tiġi identifikata firxa ta’ prijoritajiet prinċipali relatati mat-trawwim tal-innovazzjoni u l-għarfien ibbażat fuq is-sajd u l-akkwakultura, il-promozzjoni tas-sajd u l-akkwakultura sostenibbli u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, u ż-żieda tal-impjiegi u l-koeżjoni territorjali permezz tal-ftuħ tal-potenzjal tat-tkabbir u l-impjiegi tal-komunitajiet tas-sajd kostali u interni u l-promozzjoni tad-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd f’setturi oħrajn tal-ekonomija marina.
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 7a (ġdida)
(7a) Il-FEMS għandu jikkontribwixxi għat-titjib tal-livelli tal-għajxien għal dawk li jiddependu mis-sajd, filwaqt li jiggarantixxi standards aħjar tax-xogħol għas-sajjieda, b’mod partikolari permezz tal-iżgurar tal-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol u tad-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet kollettivi tax-xogħol.
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 7b (ġdida)
(7b) Sabiex tiġi evitata l-konfużjoni dwar l-applikazzjoni u l-impatt ta’ miżuri finanzjarji speċifiċi tal-FEMS fuq id-diversi partijiet interessati li jipparteċipaw fis-settur tas-sajd, ikun utli li tiddaħħal distinzjoni ċara bejn is-sidien tal-bastimenti u s-sajjieda li jkunu jaqilgħu l-paga, kif diġà ġie spjegat b’mod ċar u fid-dettall fil-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol Nru 188.
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 8
(8) L-għan ġenerali tal-Politika Komuni tas-Sajd huwa li tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura jikkontribwixxu għal kundizzjonijiet ambjentali sostenibbli fit-tul, li huma neċessarji għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali. Barra minn hekk, għandha tikkontribwixxi għal produttività akbar, livell ta’ għixien tajjeb għas-settur tas-sajd, swieq stabbli, tiżgura d-disponibbiltà tar-riżorsi u li l-provvisti jilħqu lill-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli.
(8) L-għan ġenerali tal-Politika Komuni tas-Sajd huwa li tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura jikkontribwixxu għal żvilupp li jkun ekonomikament, soċjalment u ambjentalment sostenibbli fit-tul. Barra minn hekk, għandha tikkontribwixxi għal produttività akbar, livell ta’ għixien tajjeb għas-settur tas-sajd, swieq stabbli, tiżgura d-disponibbiltà tar-riżorsi u li l-provvisti jilħqu lill-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli.
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 9
(9) Huwa ta’ importanza kbira li t-tħassib ambjentali jiġi integrat aħjar fil-PKS li għandha tilħaq l-għanijiet u l-miri tal-politika ambjentali tal-Unjoni u tal-Istrateġija Ewropa 2020. Il-PKS hija mmirata lejn użu tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar li jreġġa’ lura u jżomm l-istokkijiet tal-ħut fil-livelli li jistgħu joħolqu l-ogħla rendiment possibbli, mhux aktar tard mill-2015. Il-PKS għandha timplimenta approċċi prekawzjonali u tal-ekosistemi għall-ġestjoni tas-sajd. Konsegwentement, il-FEMS għandu jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-ambjent marittimu kif stabbilit fid-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru [qafas] dwar l-Istrateġija Marina).
(9) Huwa ta’ importanza kbira li t-tħassib ambjentali jiġi integrat aħjar fil-PKS li għandha tilħaq l-għanijiet u l-miri tal-politika ambjentali tal-Unjoni u tal-Istrateġija Ewropa 2020. Il-PKS hija mmirata lejn sfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar li jreġġa’ lura u jżomm l-istokkijiet tal-ħut fil-livelli li jistgħu joħolqu rendiment massimu sostenibbli sal-2015, meta jkun possibbli, u fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard mill-2020. Il-PKS għandha timplimenta approċċ ibbilanċjat lejn l-iżvilupp sostenibbli, li għandha tikseb permezz tal-ippjanar, l-isfruttament u l-ġestjoni tas-sajd li jqis l-aspirazzjonijiet u l-ħtiġijiet soċjali attwali u mingħajr ma jdgħajjef il-vantaġġi li l-ġenerazzjonijiet futuri għandhom ikunu jistgħu jieħdu mill-beni u s-servizzi kollha li jirriżultaw mill-ekosistemi marini. Konsegwentement, il-FEMS għandu jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-ambjent marittimu kif stabbilit fid-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru [Qafas] dwar l-Istrateġija Marina).
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 9a (ġdida)
(9a) Il-miżuri ffinanzjati permezz tal-FEMS għandhom ikunu konformi mal-Artikoli 39 u 41 tat-TFUE, li jirreferu għal approċċ ibbilanċjat fl-użu tal-leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol u l-koordinazzjoni effikaċi fir-rigward tat-taħriġ vokazzjonali.
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 10
(10) Peress li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba l-iskala u l-effetti tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati fil-kuntest tal-programmi operazzjonali u l-problemi strutturali li nstabu fl-iżvilupp tas-setturi tas-sajd u dak marittimu kif ukoll minħabba r-riżorsi finanzjarji limitati tal-Istati Membri, dawn l-għanijiet jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni billi jipprovdu assistenza finanzjarja multiannwali ffokata fuq il-prijoritajiet relevanti, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B’konformità ma’ dan il-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5(4) ta’ dak it-Trattat, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jilħaq dak l-għan.
(10) Peress li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba l-iskala u l-effetti tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati fil-kuntest tal-programmi operazzjonali u l-problemi strutturali li nstabu fl-iżvilupp tas-setturi tas-sajd, tal-akkwakultura u dak marittimu kif ukoll minħabba r-riżorsi finanzjarji limitati tal-Istati Membri, dawn l-għanijiet jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni billi jipprovdu assistenza finanzjarja multiannwali ffokata fuq il-prijoritajiet rilevanti, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B’konformità ma’ dan il-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5(4) ta’ dak it-Trattat, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jilħaq dak l-għan.
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 11
(11) Il-finanzjament tan-nefqa tal-Politika Komuni tas-Sajd u tal-Politika Marittima Integrata permezz ta’ fond waħdieni, il-FEMS, għandu jindirizza l-ħtieġa għal simplifikazzjoni, kif ukoll it-tisħiħ tal-integrazzjoni taż-żewġ politiki. L-estensjoni tal-ġestjoni konġunta għall-Organizzazzjonijiet tas-Swieq Komuni, inkluż il-kumpens għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, il-kontroll u l-attivitajiet ta’ ġbir tad-dejta għandhom ikomplu jikkontribwixxu għas-simplifikazzjoni u jnaqqsu l-piż amministrattiv għall-Kummissjoni u għall-Istati Membri, kif ukoll jiksbu konsistenza u effiċjenza akbar tal-appoġġ mogħti.
(11) Il-finanzjament tan-nefqa tal-Politika Komuni tas-Sajd u tal-Politika Marittima Integrata permezz ta’ fond waħdieni, il-FEMS, għandu jindirizza l-ħtieġa għal simplifikazzjoni, kif ukoll it-tisħiħ tal-integrazzjoni taż-żewġ politiki. L-estensjoni tal-ġestjoni konġunta għall-Organizzazzjonijiet tas-Swieq Komuni, inkluż il-kumpens għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, il-kontroll u l-attivitajiet ta’ ġbir u ġestjonitad-data għandhom ikomplu jikkontribwixxu għas-simplifikazzjoni u jnaqqsu l-piż amministrattiv għall-Kummissjoni u għall-Istati Membri, kif ukoll jiksbu konsistenza u effiċjenza akbar tal-appoġġ mogħti.
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 11a (ġdida)
(11a) Il-finanzjament għandu jkun kif definit fil-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali ta’ XX/201Z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u amministrazzjoni finanzjarja tajba.
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 11b (ġdida)
(11b) Kwalunkwe finanzjament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 u l-Ftehim Interistituzzjonali ta’ xxx/201z, bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u amministrazzjoni finanzjarja tajba.
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 12
(12) Il-baġit tal-Unjoni għandu jiffinanzja l-ispejjeż tal-Politika Komuni tas-Sajd u tal-Politika Marittima Integrata permezz ta’ fond waħdieni, il-Federazzjoni Ewropea tas-Swieq Finanzjarji (European Financial Markets Federation - EFMF), direttament jew fil-kuntest tal-ġestjoni konġunta mal-Istati Membri. Il-ġestjoni konġunta mal-Istati Membri għandha tapplika mhux biss għal miżuri li jappoġġjaw is-sajd, l-akkwakultura u l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità, iżda anki għall-Organizzazzjonijiet Komuni tas-Swieq, inkluż il-kumpens għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, il-kontroll u l-attivitajiet ta’ ġbir tad-dejta. Il-ġestjoni diretta għandha tapplika għall-konsulenza xjentifika, il-kontribuzzjonijiet volontarji lill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd, il-kunsilli konsultattivi u l-azzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ Politika Marittima Integrata. Għandhom jiġu speċifikati t-tipi ta’ miżuri li jistgħu jiġu ffinanzjati bl-użu ta’ dan il-Fond.
(12) Il-baġit tal-Unjoni għandu jiffinanzja l-ispejjeż tal-Politika Komuni tas-Sajd u tal-Politika Marittima Integrata permezz ta’ fond waħdieni, il-Federazzjoni Ewropea tas-Swieq Finanzjarji (European Financial Markets Federation - EFMF), direttament jew fil-kuntest tal-ġestjoni konġunta mal-Istati Membri. Il-ġestjoni konġunta mal-Istati Membri għandha tapplika mhux biss għal miżuri li jappoġġjaw is-sajd, l-akkwakultura u l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità, iżda anki għall-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni u pproċessar u għall-kumpens għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, il-kontroll u l-attivitajiet ta’ ġbir tad-data. Il-ġestjoni diretta għandha tapplika għat-tħejjija tal-pjanijiet ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni, l-għajnuna fil-ħżin, il-konsulenza xjentifika, il-kontribuzzjonijiet volontarji lill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd, il-kunsilli konsultattivi u l-azzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ Politika Marittima Integrata. Għandhom jiġu speċifikati t-tipi ta’ miżuri li jistgħu jiġu ffinanzjati bl-użu ta’ dan il-Fond.
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 14
(14) Skont l-Artikoli 50 u 51 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd] (hawn ’il quddiem ir-Regolament PKS) l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni taħt il-FEMS għandha ssir kondizzjonali fuq il-konformità mill-Istati Membri kif ukoll mill-operaturi mar-regoli tal-PKS. Din il-kondizzjonalità hija maħsuba sabiex tirrefletti r-responsabbiltà tal-Unjoni sabiex fl-interess pubbliku tiġi żgurata l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar taħt il-PKS, kif inhu enfasizzat fl-Artikolu 3 tat-TFUE.
(14) Skont l-Artikoli 50 u 51 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd] (hawn ’il quddiem ir-Regolament PKS) l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni taħt il-FEMS għandha ssir kondizzjonali fuq il-konformità mill-Istati Membri kif ukoll mill-operaturi mar-regoli tal-PKS. Din il-kondizzjonalità hija maħsuba sabiex tirrefletti r-responsabbiltà tal-Unjoni sabiex fl-interess pubbliku tiġi żgurata l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar taħt il-PKS, kif ukoll l-osservanza tar-rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjiegi u l-iżgurar ta’ ħarsien soċjali adegwat, kif inhu enfasizzat fl-Artikoli 3 u 9 rispettivament tat-TFUE.
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 15
(15) Il-kisba tal-għanijiet tal-PKS tkun imxekkla jekk l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni taħt il-FEMS tingħata lil operaturi li, ex ante, ma jikkonformawx mar-rekwiżiti relatati mal-interess pubbliku ta’ konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar. Għaldaqstant għandhom ikunu ammissibbli biss l-operaturi li, f'perjodu ta' żmien partikolari qabel ma jippreżentaw applikazzjoni għall-għajnuna, ma kinux involuti fl-operazzjoni, fil-ġestjoni jew fis-sjieda tal-bastimenti tas-sajd inklużi fil-lista tal-bastimenti IUU tal-Unjoni hekk kif stabbilit fl-Artikolu 40(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jirrevoka r-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999, u li ma wettqux ksur serju skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jew l-Artikolu 90(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006. jew każijiet oħra ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-PKS li b'mod partikolari jipperikolaw is-sostenibbiltà tal-istokkijiet ikkonċernati u huma theddida serja għall-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar ħajjin li jirrestawra u jħares popolazzjonijiet ta' speċijiet maħsuda 'il fuq mil-livelli li jistgħu joħolqu r-Rendiment Massimu Sostenibbli (minn issa 'l quddiem MSY).
(15) Il-kisba tal-għanijiet tal-PKS tkun imxekkla jekk l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni taħt il-FEMS tingħata lil operaturi li, ex ante, ma jikkonformawx mar-rekwiżiti relatati mal-interess pubbliku ta’ konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar. Għaldaqstant l-operaturi għandhom ikunu ammissibbli biss bil-kundizzjoni li, f'perjodu ta' żmien partikolari qabel ma jippreżentaw applikazzjoni għall-għajnuna, ma kinux involuti fl-operazzjoni, fil-ġestjoni jew fis-sjieda tal-bastimenti tas-sajd inklużi fil-lista tal-bastimenti IUU tal-Unjoni hekk kif stabbilit fl-Artikolu 40(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jirrevoka r-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999, u ma kinux involuti fl-operazzjoni, fil-ġestjoni jew fis-sjieda ta’ bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ pajjiżi identifkikati bħala pajjiżi terzi nonkooperattivi kif imsemmi fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008. Bl-istess mod, l-operaturi għandhom ikunu ammissibbli biss bil-kundizzjoni li ma wettqux ksur serju skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jew l-Artikolu 90(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006. jew każijiet oħra ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-PKS li b'mod partikolari jipperikolaw is-sostenibbiltà tal-istokkijiet ikkonċernati u huma theddida serja għall-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar ħajjin li jirrestawra u jħares popolazzjonijiet ta' speċijiet maħsuda 'il fuq mil-livelli li jistgħu joħolqu r-Rendiment Massimu Sostenibbli (minn issa 'l quddiem MSY).
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 17
(17) Il-konsegwenzi stabbiliti għan-nuqqas ta’ ssodisfar tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għandhom japplikaw f’każ li l-benefiċjarji jiksru r-regoli tal-PKS. Sabiex jiġi determinat l-ammont ta’ nfiq ineliġibbli, għandhom jkunu kkunsidrati l-gravità tan-nuqqas ta’ konformità tal-benefiċjarju mar-regoli tal-PKS, il-vantaġġ ekonomiku li jirriżulta min-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-PKS jew l-importanza tal-kontribuzzjoni tal-FEMS għall-attività ekonomika tal-benefiċjarju.
(17) Il-konsegwenzi stabbiliti għan-nuqqas ta’ ssodisfar tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għandhom japplikaw f’każ li l-benefiċjarji jiksru r-regoli tal-PKS. Sabiex jiġi determinat l-ammont ta’ nfiq ineliġibbli, għandhom ikunu kkunsidrati s-severità (inklużi l-limitu, it-tul ta’ żmien u kwalunkwe rikorrenza) tan-nuqqas ta’ konformità tal-benefiċjarju mar-regoli tal-PKS, il-vantaġġ ekonomiku li jirriżulta min-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-PKS jew l-importanza tal-kontribuzzjoni tal-FEMS għall-attività ekonomika tal-benefiċjarju.
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 18
(18) Il-kisba tal-għanijiet tal-PKS tiġi mxekkla wkoll jekk l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni taħt l-FEMS titħallas lill-Istati Membri li ma jikkonformawx mal-obbligi tagħhom taħt ir-regoli tal-PKS relatati mal-interess pubbliku ta’ konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, bħall-ġbir ta’ dejta u l-implimentazzjoni ta’ obbligi ta’ kontroll. Barra minn hekk, jekk ma jikkonformawx ma’ dawn l-obbligi, hemm ir-riskju li l-Istati Membri ma jidentifikawx lill-benefiċjarji inammissibbli jew l-operazzjonijiet ineliġibbli.
(18) Il-kisba tal-għanijiet tal-PKS tiġi mxekkla wkoll jekk l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni taħt il-FEMS titħallas lill-Istati Membri li ma jikkonformawx mal-obbligi tagħhom li jiksbu bilanċ stabbli bejn il-flotta tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 34(1) tar-Regolament Bażiku tal-PKS jew mal-obbligi tagħhom taħt ir-regoli tal-PKS relatati mal-interess pubbliku ta’ konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, bħall-ġbir ta’ data u l-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ kontroll. Barra minn hekk, jekk ma jikkonformawx ma’ dawn l-obbligi, hemm ir-riskju li l-Istati Membri ma jidentifikawx lill-benefiċjarji inammissibbli jew l-operazzjonijiet ineliġibbli.
Emenda 28 Proposta għal regolament Premessa 19
(19) Bħala miżuri ta’ prekawzjoni, sabiex jiġi evitat li jseħħu ħlasijiet mhux konformi kif ukoll sabiex l-Istati Membri jiġu inċentivati jikkonformaw mar-regoli tal-PKS jew sabiex jeħtieġu konformità mill-benefiċjarji, għandhom jintużaw interruzzjoni tad-data ta’ skadenza tal-ħlas u sospensjoni tal-ħlasijiet, li huma limitati biż-żmien fl-ambitu tagħhom ta’ applikazzjoni. Sabiex ikun rispettat il-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom konsegwenzi definiti u irrevokabbli għandhom japplikaw biss għal infiq relatat b’mod dirett mal-operazzjonijiet li matulhom twettqu l-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-PKS.
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 29 Proposta għal regolament Premessa 20
(20) Sabiex tittejjeb il-koordinazzjoni u tiġi armonizzata l-implimentazzjoni tal-Fondi li jipprovdu appoġġ fil-kuntest tal-politika ta’ koeżjoni, jiġifieri l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond ta’ Koeżjoni (FK), mal-Fondi għall-iżvilupp rurali, jiġifieri l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), u għas-settur tal-affarijiet marittimi u s-sajd, jiġifieri l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), ġew stabbiliti dispożizzjonijiet komuni għal dawn il-Fondi kollha (il-'Fondi tal-PKS') fir-[Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni]. Minbarra dan ir-Regolament, il-FEMS fih dispożizzjonijiet speċifiċi minħabba l-partikolaritajiet tal-PKS u l-PMI.
(20) Sabiex tittejjeb il-koordinazzjoni u tiġi armonizzata l-implimentazzjoni tal-Fondi li jipprovdu appoġġ fil-kuntest tal-politika ta’ koeżjoni, jiġifieri l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond ta’ Koeżjoni (FK), mal-Fondi għall-iżvilupp rurali, jiġifieri l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), u għas-settur tal-affarijiet marittimi u s-sajd, jiġifieri l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), ġew stabbiliti dispożizzjonijiet komuni għal dawn il-Fondi kollha (il-'Fondi tal-PKS') fir-[Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni]. Tajjeb li nsemmu wkoll li l-Fondi jistgħu jintużaw b’mod komplimentari biex jintlaħqu b’mod aktar effiċjenti l-għanijiet prijoritarji tal-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni u tal-Istrateġija Ewropa 2020; f’dan ir-rigward, tajjeb insemmu s-sinerġija meħtieġa bejn il-FEMS u l-FSE biex jintlaħqu l-objettivi importanti relatati mal-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali. Minbarra dan ir-Regolament, il-FEMS fih dispożizzjonijiet speċifiċi minħabba l-partikolaritajiet tal-PKS u l-PMI.
Emenda 30 Proposta għal regolament Premessa 22
(22) L-azzjoni meħuda mill-Unjoni għandha tkun komplimentari għall-azzjoni meħuda mill-Istati Membri jew tfittex li tikkontribwixxi għal dik l-azzjoni. Sabiex jiġi żgurat valur miżjud sinifikanti, is-sħubija bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandha tissaħħaħ permezz ta’ arranġamenti għall-parteċipazzjoni ta’ diversi tipi ta’ msieħba b’attenzjoni sħiħa għall-kompetenzi istituzzjonali tal-Istati Membri. Għandha tingħata attenzjoni partikolari sabiex tiġi żgurata rappreżentanza adegwata għan-nisa u għall-gruppi ta’ minoranza. Din is-sħubija tikkonċerna l-awtoritajiet reġjonali, lokali u pubbliċi oħrajn, kif ukoll korpi xierqa oħrajn, inklużi dawk responsabbli għall-ambjent u għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, l-imsieħba ekonomiċi u soċjali u korpi kompetenti oħrajn. L-imsieħba kkonċernati għandhom jiġu involuti fit-tħejjija tal-Kuntratti ta’ Sħubija, kif ukoll fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-ipprogrammar.
(22) Sabiex jiġi żgurat valur miżjud sinifikanti, is-sħubija bejn il-Kummissjoni, l-awtoritajiet tal-Istati Membri u d-diversi tipi ta’ msieħba għandha tissaħħaħ permezz ta’ arranġamenti għall-parteċipazzjoni ta’ dawn l-atturi inklużi l-imsieħba soċjali konċernati, b’attenzjoni sħiħa għall-kompetenzi istituzzjonali tal-Istati Membri. Din is-sħubija tikkonċerna l-awtoritajiet reġjonali, lokali u pubbliċi oħrajn, kif ukoll korpi xierqa oħrajn, inklużi dawk responsabbli għall-ambjent u għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, l-imsieħba ekonomiċi u soċjali, l-industrija tas-sajd u korpi kompetenti oħrajn. Minħabba li s-settur tas-sajd għandu l-partikolaritajiet tiegħu, għandha tkun żgurata l-parteċipazzjoni tal-imsieħba ekonomiċi u soċjali li jirrappreżentaw is-subsetturi u l-livelli territorjali differenti, l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka xjentifika, u n-netwerks nazzjonali u reġjonali tal-gruppi ta’ azzjoni lokali tas-settur tas-sajd (FLAGs). Għandha tingħata attenzjoni partikolari sabiex tiġi żgurata rappreżentanza adegwata tan-nisa u -gruppi ta’ minoranza. L-imsieħba kkonċernati għandhom jiġu involuti fit-tħejjija tal-Kuntratti ta’ Sħubija, kif ukoll fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-ipprogrammar.
Emenda 31 Proposta għal regolament Premessa 24
(24) Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi tqassim annwali skont l-Istati Membri tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli bl-użu ta’ kriterji oġġettivi u trasparenti; dawn il-kriterji għandhom jinkludu l-allokazzjonijiet storiċi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 u l-konsum storiku skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006.
(24) Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi tqassim annwali skont l-Istati Membri tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli bl-użu ta’ kriterji oġġettivi u trasparenti; dawn il-kriterji għandhom jinkludu l-istorja tal-allokazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 u l-konsum storiku skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006.
Emenda 32 Proposta għal regolament Premessa 25
(25) L-issodisfar ta’ ċerti kondizzjonalitajiet ex ante huwa importanti ħafna fil-kuntest tal-PKS, speċjalment fir-rigward tas-sottomissjoni ta’ Pjan ta’ Strateġija Nazzjonali Multiannwali dwar l-Akkwakultura u l-kapaċità amministrattiva pprovata li jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-dejta għall-ġestjoni tas-sajd u li jinfurzaw l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ kontroll, spezzjoni u infurzar tal-Unjoni.
(25) L-issodisfar ta’ ċerti kondizzjonalitajiet ex ante huwa importanti ħafna fil-kuntest tal-PKS, speċjalment fir-rigward tas-sottomissjoni ta’ Pjan ta’ Strateġija Nazzjonali Multiannwali dwar l-Akkwakultura u l-kapaċità amministrattiva pprovata li jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-data għall-ġestjoni tas-sajd u li jinfurzaw l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ kontroll, spezzjoni u infurzar tal-Unjoni. u li jiżguraw l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, b’mod partikolari dik relatati mas-sikurezza, is-saħħa, l-edukazzjoni u t-taħriġ.
Emenda 33 Proposta għal regolament Premessa 26
(26) F’konformità mal-għan ta’ simplifikazzjoni, l-attivitajiet kollha tal-FEMS li jaqgħu taħt il-ġestjoni konġunta, inkluż il-kontroll u l-ġbir tad-dejta, għandhom jieħdu l-forma ta’ programm operazzjonali wieħed għal kull Stat Membru, f’konformità mal-istruttura nazzjonali ta’ kull wieħed. L-eżerċizzju tal-ipprogrammar għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020. Kull Stat Membru għandu jħejji programm operazzjonali wieħed. Kull programm għandu jidentifika strateġija sabiex jintlaħqu l-miri fir-rigward tal-prijoritajiet tal-Unjoni għall-FEMS u għażla ta’ miżuri. L-ipprogrammar għandu jkun konformi mal-prijoritajiet tal-Unjoni, filwaqt li jkun adattat għall-kuntesti nazzjonali u jikkomplimenta l-politiki l-oħrajn tal-Unjoni, b’mod partikolari l-politika tal-iżvilupp rurali u l-politika ta’ koeżjoni.
(26) F’konformità mal-għan ta’ simplifikazzjoni, l-attivitajiet kollha tal-FEMS li jaqgħu taħt il-ġestjoni konġunta, inkluż il-kontroll u l-ġbir tad-data, għandhom jieħdu l-forma ta’ programm operazzjonali wieħed għal kull Stat Membru, f’konformità mal-istruttura nazzjonali ta’ kull wieħed. L-eżerċizzju tal-ipprogrammar għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020. Kull Stat Membru għandu jħejji programm operazzjonali wieħed. Kull programm għandu jidentifika strateġija sabiex jintlaħqu l-miri fir-rigward tal-prijoritajiet tal-Unjoni għall-FEMS u għażla ta’ miżuri. L-ipprogrammar għandu jkun konformi mal-prijoritajiet tal-Unjoni, filwaqt li jkun adattat għall-kuntesti nazzjonali u reġjonali, b’mod partikolari l-karatteristiċi speċifiċi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, u jikkomplimenta politiki oħrajn tal-Unjoni, filwaqt li jżomm is-sistema attwali tal-ġestjoni u l-kontroll, ħalli ma jiġux iġġenerati spejjeż addizzjonali jew jiġi kkawżat dewmien fl-implimentazzjoni tal-programmi.
Emenda 34 Proposta għal regolament Premessa 30
(30) L-Istati Membri għandhom ifasslu t-taqsima dwar il-ġbir tad-dejta tal-Programm Operazzjonali skont programm Multiannwali tal-Unjoni; Sabiex jadattaw għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-attivitajiet ta’ ġbir ta’ dejta, l-Istati Membri għandhom jelaboraw pjan ta’ ħidma annwali li għandu jiġu adattat b’mod annwali taħt il-gwida tal-Kummissjoni u li għandu jkun soġġett għall-approvazzjoni tagħha.
(30) L-Istati Membri għandhom ifasslu t-taqsima dwar il-ġbir tad-data tal-Programm Operazzjonali skont programm Multiannwali tal-Unjoni; Sabiex jadattaw għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-attivitajiet ta’ ġbir u ġestjoni ta’ data, l-Istati Membri għandhom jelaboraw pjan ta’ ħidma annwali li għandu jiġu adattat b’mod annwali taħt il-gwida tal-Kummissjoni u li għandu jkun soġġett għall-approvazzjoni tagħha.
Emenda 35 Proposta għal regolament Premessa 31
(31) Sabiex jiżdiedu l-kompetittività u l-prestazzjoni ekonomika tal-attivitajiet tas-sajd, huwa vitali li jiġu stimolati l-innovazzjoni u l-imprenditorija. Għalhekk, il-FEMS għandu jappoġġja l-operazzjonijiet innovattivi u l-iżvilupp tan-negozju.
(31) Sabiex jiżdiedu l-kompetittività u l-prestazzjoni ekonomika tal-attivitajiet tas-sajd, huwa vitali li jiġu stimolati l-innovazzjoni u l-imprenditorija. Għalhekk, il-FEMS għandu jappoġġja l-operazzjonijiet innovattivi u l-iżvilupp ekoloġikament sostenibbli tan-negozji, skont il-prinċipju tal-prekawzjoni u approċċ ibbażat fuq l-ekosistemi.
Emenda 36 Proposta għal regolament Premessa 31a (ġdida)
(31a) Bħala konsegwenza tat-taqlib ekonomiku tas-snin riċenti, ħafna żgħażagħ qed ibatu biex jiksbu l-finanzi meħtieġa biex jibdew fis-settur tas-sajd. L-appoġġ tal-FEMS għandu jiffoka fost affarijiet oħra fuq għajnuna għaż-żgħażagħ biex dawn jiksbu aċċess għas-settur tas-sajd permezz ta’, pereżempju, kontribut favur il-bidu ta' negozji għall-ewwel darba.
Emenda 37 Proposta għal regolament Premessa 32
(32) L-investiment fil-kapital uman huwa wkoll vitali sabiex jiżdiedu l-kompetittività u l-prestazzjoni ekonomika tas-sajd u tal-attivitajiet marittimi. Għalhekk, il-FEMS għandu jappoġġja t-taħriġ tul il-ħajja, il-kooperazzjoni bejn ix-xjentisti u s-sajjieda li tistimola t-tixrid tal-għarfien, kif ukoll is-servizzi ta’ konsulenza li jgħinu sabiex jittejbu l-kompetittività u l-prestazzjoni globali tal-operaturi.
(32) L-investiment fil-kapital uman huwa wkoll vitali sabiex jiżdiedu l-kompetittività u l-prestazzjoni ekonomika tas-sajd u tal-attivitajiet marittimi. Għalhekk, il-FEMS għandu jappoġġja t-taħriġ vokazzjonali (li minbarra li jkopri kwestjonijiet tekniċi għandu jiffoka wkoll fuq l-għarfien dwar il-ġestjoni sostenibbli tas-sajd u t-trattament xieraq tal-ħut, bil-ħsieb li jintlaħaq stat ta’ profitabilità akbar), standards imtejba tas-saħħa, tas-sikurezza u tal-iġjene fuq il-post tax-xogħol, it-tagħlim tul il-ħajja, il-kooperazzjoni bejn ix-xjentisti u s-sajjieda li tistimola t-tixrid tal-għarfien, kif ukoll is-servizzi ta’ konsulenza li jgħinu sabiex jittejbu l-kompetittività u l-prestazzjoni globali tal-operaturi. Barra minn hekk, huwa importanti li l-FEMS jippromwovi t-tiġdid tal-ġenerazzjonijiet u jagħmel il-professjoni żagħżugħa billi joħloq mekkaniżmi speċifiċi biex jinkoraġġixxi liż-żgħażagħ jidħlu fis-settur, jiġifieri billi jgħolli l-istatus tal-professjoni tas-sajd billi jiżgura standards aħjar tas-saħħa, tas-sikurezza u tal-benessri abbord, taħriġ u taħriġ vokazzjonali, u introjtu akbar.
Emenda 38 Proposta għal regolament Premessa 32a (ġdida)
(32a) Il-FEMS għandu jappoġġja lis-sajd fuq skala żgħira biex jiġu indirizzati kwestjonijiet li huma speċifiċi għal din it-taqsima u biex tiġi appoġġjata l-ġestjoni sostenibbli lokali tas-sajd involut u l-iżvilupp tal-komunitajiet tal-kosta.
Emenda 39 Proposta għal regolament Premessa 32b (ġdida)
(32b) Billi l-intrapriżi ż-żgħar isibu diffikultà biex ikollhom aċċess għall-għajnuna Komunitarja, il-FEMS għandu jinkoraġġixxi l-użu ta’ proġetti kollettivi u jappoġġja l-għajnuna teknika għal dawk li huma responsabbli għal tali proġetti.
Emenda 40 Proposta għal regolament Premessa 32c (ġdida)
(32c) Il-FEMS għandu jappoġġja ġestjoni tas-sajd sostenibbli fuq bażi lokali u l-iżvilupp tal-komunitajiet kostali.
Emenda 41 Proposta għal regolament Premessa 32d (ġdida)
(32d) Il-FEMS għandu jħeġġeġ l-involviment ta’ operaturi tas-sajd artiġjanali fis-setturi kostali u tal-ilmijiet interni fuq skala żgħira fl-iżvilupp ta’ proġetti kollettivi u għandu jipprovdi għajnuna teknika lil dawk li jmexxu dawn il-proġetti.
Emenda 42 Proposta għal regolament Premessa 33
(33) Fid-dawl tal-importanza tal-irwol li għandhom il-konjugi tas-sajjieda li jaħdmu għal rashom fis-sajd kostali fuq skala żgħira, il-FEMS għandu jappoġġja t-taħriġ u n-netwerking li jikkontribwixxu għall-iżvilupp professjonali tagħhom u jagħtuhom il-mezzi biex jissodisfaw aħjar il-kompiti anċillari li jwettqu tradizzjonalment.
(33) Fid-dawl tal-importanza tal-irwol li għandhom il-konjugi tas-sajjieda li jaħdmu għal rashom fis-sajd kostali fuq skala żgħira, il-FEMS għandu jappoġġja t-taħriġ tul il-ħajja u n-netwerking li jikkontribwixxu għall-iżvilupp professjonali tagħhom u jagħtuhom il-mezzi biex iwettqu aħjar il-kompiti anċillari tradizzjonali tagħhom jew kompiti oħra li jirriżultaw mid-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd.
Emenda 43 Proposta għal regolament Premessa 33a (ġdida)
(33a) Il-FEMS għandu jappoġġja d-djalogu soċjali fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u dak lokali bl-inklużjoni tal-imsieħba soċjali u bit-tisħiħ tal-kapaċità ta’ organizzazzjoni ta’ dawn tal-aħħar.
Emenda 44 Proposta għal regolament Premessa 33b (ġdida)
(33b) L-attivitajiet anċillari tas-sajd u l-akkwakultura, indikati bħala tali mill-Istati Membri – bħal dawk li jistgħu jitwettqu minn dawk li jaħdmu x-xbieki, dawk li jfornu l-lixka, dawk li jippakkjaw u oħrajn li jkollhom x’jaqsmu direttament mas-sajjieda – għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ mill-FEMS biex jiżviluppaw l-attivitajiet speċifiċi tagħhom bil-għan li jikkontribwixxu għat-titjib tal-funzjonament tas-settur.
Emenda 45 Proposta għal regolament Premessa 34
(34) Konxju mill-preżenza dgħajfa tas-sajjieda kostali fuq skala żgħira fid-djalogu soċjali, il-FEMS għandu jappoġġja lill-organizzazzjonijiet li jippromwovu dan id-djalogu fil-fora xierqa.
(34) Konxju mill-importanza soċjali u territorjali tas-sajjieda kostali, il-FEMS għandu jappoġġja lill-organizzazzjonijiet li jippromwovu d-djalogu soċjali tas-settur tas-sajd kostali fil-fora xierqa
Emenda 46 Proposta għal regolament Premessa 34a (ġdida)
(34a) Għandu jingħata appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet pluriennali (l-Artikoli 9 sa 11 tar-Regolament dwar il-PKS)
Emenda 47 Proposta għal regolament Premessa 35
(35) Konxju mill-potenzjal li toffri d-diversifikazzjoni għal sajjieda tal-kosta fuq skala żgħira u r-rwol kruċjali tagħhom fil-komunitajiet kostali, il-FEMS għandu jgħin id-diversifikazzjoni billi jkopri l-ftuħ ta’ negozji u l-investimenti għal rinnovazzjonijiet tal-bastimenti tagħhom, minbarra t-taħriġ relevanti sabiex jiksbu ħiliet professjonali fil-qasam relevanti barra mill-attivitajiet ta’ sajd.
(35) Il-FEMS għandu jgħin biex jinħolqu l-impjiegi billi jkopri l-ftuħ ta’ negozji fis-settur tas-sajd u l-iżvilupp ta’ attivitajiet kumplementari marbuta mal-attività tas-sajd, minbarra t-taħriġ relevanti sabiex jiksbu ħiliet professjonali adegwati.
Emenda 48 Proposta għal regolament Premessa 35a (ġdida)
(35a) Bil-għan li jiġi żgurat it-tiġdid ġenerazzjonali fis-settur tas-sajd huwa importanti li l-FEMS jinkoraġġixxi liż-żgħażagħ jidħlu fis-settur tas-sajd, b’mod partikolari permezz ta’ inċentivi għas-sajjieda żgħażagħ li jkunu se jixtru bastiment għall-ewwel darba.
Emenda 49 Proposta għal regolament Premessa 35b (ġdida)
(35b) Tajjeb li niftakru li l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) tqis li s-sajd hu xogħol perikoluż meta jitqabbel ma’ xogħlijiet oħra, u li l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol iffirmat jew adottat diversi konvenzjonijiet u rakkomandazzjonijiet bl-għan li tippromwovi kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti għas-sajjieda. Il-prinċipji inklużi f’konvenzjonijiet u rakkomandazzjonijiet tali għandhom iservu bħala prinċipji ta’ gwida għal użu aħjar tar-riżorsi tal-FEMS.
Emenda 50 Proposta għal regolament Premessa 36
(36) Sabiex jindirizza l-ħtiġijiet tas-saħħa u s-sigurtà abbord, il-FEMS għandu jappoġġja l-investimenti li jkopru s-sigurtà u l-iġjene abbord.
(36) Sabiex jindirizza l-ħtiġijiet tas-saħħa u s-sigurtà abbord, il-FEMS għandu jappoġġja l-investimenti li jkopru s-sigurtà u l-iġjene abbord, u t-titjib tal-abitabilità tal-bastimenti.
Emenda 51 Proposta għal regolament Premessa 37
(37) Minħabba t-twaqqif ta’ sistemi ta’ konċessjonijiet ta’ sajd trasferibbli previsti fl-Artikolu 27 tar-[Regolament PKS] u sabiex l-Istati Membri jiġu appoġġjati fl-implimentazzjoni ta’ dawn is-sistemi l-ġodda, il-FEMS għandu jagħti appoġġ f’termini ta’ bini ta’ kapaċità u skambju tal-aħjar prattiki.
imħassar
Emenda 52 Proposta għal regolament Premessa 37a (ġdida)
(37a) Fl-għarfien tal-importanza tal-wirt marittimu, il-FEMS għandu jappoġġja l-investimenti għall-ħarsien u l-preservazzjoni tal-wirt marittimu u l-artiġjanat tradizzjonali relatat;
Emenda 53 Proposta għal regolament Premessa 38
(38) L-introduzzjoni tas-sistemi ta’ konċessjonijiet trasferibbli tas-sajd għandhom irendu lis-settur aktar kompetittiv. Konsegwentement, jista’ jkun hemm ħtieġa għal opportunitajiet professjonali ġodda barra l-attivitajiet tas-sajd. Għalhekk, il-FEMS għandu jappoġġja d-diversifikazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi fil-komunitajiet tas-sajd, b’mod partikolari billi jappoġġja l-bidu ta’ negozji u l-assenjazzjoni mill-ġdid tal-bastimenti għal attivitajiet marittimi barra l-attivitajiet tas-sajd ta’ bastimenti tas-sajd kostali ta’ skala żgħira. Din l-aħħar operazzjoni tidher li hija adattata hekk kif il-bastimenti tas-sajd kostali ta' skala żgħira mhumiex koperti mis-sistemi ta’ konċessjonijiet trasferibbli tas-sajd.
imħassar
Emenda 54 Proposta għal regolament Premessa 38a (ġdida)
(38a) Skont l-objettiv li jinħolqu l-impjiegi inkluż fl-Istrateġija Ewropa 2020, il-FEMS għandu wkoll jipprovdi riżorsi għall-iffaċilitar tal-adozzjoni ta’ miżuri għall-ħolqien u t-titjib tal-livelli ta’ okkupazzjoni fl-industrija tas-sajd kollha kemm hi, mill-qbid u l-akkwakultura sal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni.
Emenda 55 Proposta għal regolament Premessa 38b (ġdida)
(38b) Bil-għan li jinħoloq ġejjieni sostenibbli għas-settur tas-sajd, huwa importanti li l-FEMS jippromwovi l-ħolqien tal-impjiegi fil-komunitajiet tas-sajd, b’mod partikolari billi jappoġġja n-negozji l-ġodda li jkunu għadhom qed jibdew u billi jgħin liż-żgħażagħ jidħlu fi professjonijiet fis-settur tas-sajd.
Emenda 56 Proposta għal regolament Premessa 39
(39) L-għan tal-Politika Komuni tas-Sajd huwa li tiżgura użu sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut. Il-kapaċità żejda ġiet identifikata bħala kawża ewlenija ta’ sajd żejjed. Għaldaqstant, huwa ta’ importanza kbira li l-flotta tas-sajd tal-Unjoni tiġi adattata għar-riżorsi disponibbli. It-tneħħija tal-kapaċità żejda permezz ta’ għajnuna pubblika bħal waqfien temporanju jew permanenti u skemi ta’ skrappjar uriet li hija ineffettiva. Għaldaqstant, il-FEMS se jappoġġja s-sistemi ta’ stabbiliment u ġestjoni ta’ sistemi ta’ konċessjonijiet ta’ sajd trasferibbli li għandhom l-għan li jnaqqsu l-kapaċità żejda u jżidu l-prestazzjoni ekonomika u l-profitabbiltà tal-operaturi kkonċernati.
imħassar
Emenda 57 Proposta għal regolament Premessa 40
(40) Peress li l-kapaċità żejda hija waħda mill-kawżi tas-sajd żejjed, huwa meħtieġ li jittieħdu miżuri sabiex il-flotta tas-sajd tal-Unjoni tiġi adattata għar-riżorsi disponibbli; f’dan il-kuntest, il-FEMS għandu jappoġġja l-istabbiliment, il-modifika u l-ġestjoni tas-sistemi ta’ konċessjonijiet ta’ sajd trasferibbli introdotti mill-PKS bħala għodod ta’ ġestjoni għat-tnaqqas tal-kapaċità żejda.
imħassar
Emenda 59 Proposta għal regolament Premessa 40a (ġdida)
(40a) L-Istati Membri li ma jissodisfawx l-obbligi tagħhom tal-ġbir u t-trażmissjoni tad-data jew li jonqsu milli jirrapportaw dwar il-kapaċità effettiva tal-flotta tas-sajd tagħhom għandhom jiġu ssanzjonati billi l-fondi mill-FEMS jiġu ffriżati jew imnaqqsa.
Emenda 60 Proposta għal regolament Premessa 40b (ġdida)
(40b) Bil-għan li jiġi ggarantit li l-Istati Membri jirrispettaw il-limiti tal-kapaċitajiet tas-sajd stabbiliti fl-Anness II [tar-Regolament (UE) Nru .../.... dwar il-PKS], il-Kummissjoni għandha tiġi awtorizzata tissospendi l-ħlasijiet u l-impenji kollha jew parti minnhom għall-programmi operazzjonali tal-Istati Membri li jonqsu milli jirrispettaw il-limiti tal-kapaċitajiet tagħhom, wara rieżami li jsir 3 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 61 Proposta għal regolament Premessa 40c (ġdida)
(40c) L-Istati Membri li ma jissodisfawx l-obbligi tagħhom tal-ġbir u t-trażmissjoni tad-data jew li jonqsu milli jirrapportaw dwar il-flotta u l-kapaċità effettiva tas-sajd tagħhom għandhom jiġu ssanzjonati billi l-fondi mill-FEMS jiġu ffriżati jew imnaqqsa.
Emenda 62 Proposta għal regolament Premessa 40d (ġdida)
(40d) Sabiex jitħares id-dħul tas-sajjieda, il-FEMS għandu jikkontribwixxi f’fondi reċiproki li jkopru t-telf dovut għal diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi ħżiena ħafna, inċidenti ambjentali jew tas-saħħa, jew żidiet qawwija u ċikliċi tal-prezz tal-fjuwil.
Emenda 63 Proposta għal regolament Premessa 41
(41) Huwa ta’ importanza kbira li t-tħassib ambjentali jiġi integrat fil-FEMS u li tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni taħt il-PKS, filwaqt li madanakollu, jiġu kkunsidrati d-diversi kundizzjonijiet fost l-ibħra tal-Unjoni. Għal dan il-għan, huwa essenzjali li jiġi żviluppat approċċ reġjonalizzat għall-miżuri ta’ konservazzjoni.
(41) Huwa ta’ importanza kbira li t-tħassib ambjentali jiġi integrat fil-FEMS u li tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni taħt il-PKS, filwaqt li madanakollu, jiġu kkunsidrati d-diversi kundizzjonijiet fost l-ibħra tal-Unjoni. Għal dan il-għan, huwa essenzjali li jiġi żviluppat approċċ reġjonalizzat għall-miżuri ta’ konservazzjoni, permezz ta’ approċċ pluriennali għall-ġestjoni tas-sajd, li jistabbilixxi bħala prijorità pjanijiet pluriennali li jirriflettu l-ispeċifiċitajiet bijoloġiċi ta' speċijiet differenti u l-karatteristiċi speċjali ta’ kull żona tas-sajd.
Emenda 64 Proposta għal regolament Premessa 41a (ġdida)
(41a) Hija ta’ importanza kritika li ma ssirx mitigazzjoni tal-impatt negattiv tat-tibdil fil-klima fl-ekosistemi kostali u tal-baħar. Il-FEMS għandu jappoġġja investimenti biex jitnaqqas il-kontribut tas-settur tas-sajd għall-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra kif ukoll proġetti li jkollhom l-għan li jipproteġu u jreġġgħu lura għalli kienu l-meded tal-ħaxix ta' qiegħ il-baħar u l-art mistagħdra tal-kosta li huma bjar maġġuri tal-karbonju.
Emenda 65 Proposta għal regolament Premessa 42
(42) F’dan il-kuntest, il-FEMS għandu jappoġġja t-tnaqqis tal-impatt tas-sajd fuq l-ambjent marittimu b’mod partikolari permezz tal-promozzjoni tal-ekoinnovazzjoni, apparat u tagħmir aktar selettivi kif ukoll miżuri li għandhom l-għan li jipproteġu u jreġġgħu lura l-bijodiversità u l-ekosistemi marittimi u s-servizzi li jipprovdu, b’konformità mal-Istrateġija tal-UE dwar il-Bijodiversità għall-2020.
(42) F’dan il-kuntest, il-FEMS għandu jappoġġja t-tnaqqis tal-impatt negattiv tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, jippromwovi apparat u tagħmir aktar selettivi u jappoġġja l-iżvilupp ta' bastimenti iktar effiċjenti f'dak li jirrigwarda l-fjuwil. Il-FEMS għandu, b'mod partikolari, jippromwovi l-ekoinnovazzjoni f'dawk li huma l-istruttura esterna tal-bastimenti, il-magni u l-apparat, kif ukoll miżuri li għandhom l-għan li jipproteġu u jreġġgħu lura l-bijodiversità u l-ekosistemi marittimi u s-servizzi li jipprovdu, b’konformità mal-Istrateġija tal-UE dwar il-Bijodiversità għall-2020 u l-miri ewlenin tal-Istrateġija Ewropa 2020 dwar it-tibdil fil-klima.
Emenda 66 Proposta għal regolament Premessa 42a (ġdida)
(42a) Sabiex jikkontribwixxi għall-iżvilupp pożittiv tas-sorsi tal-ilma u għall-manutenzjoni tas-sajd barra l-istaġun magħluq, il-FEMS għandu jkun jista' jappoġġja l-istaġuni bijoloġiċi, kulmeta dawk l-istaġuni, meta jkunu f'ċerti fażijiet kritiċi taċ-ċiklu tal-ħajja tal-ispeċijiet, ikunu meħtieġa għall-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tal-ħut.
Emenda 67 Proposta għal regolament Premessa 42b (ġdida)
(42b) Sabiex jiġi minimizzat l-impatt tas-sajd fuq l-ekosistemi marini, il-FEMS għandu jappoġġja l-istabbiliment, il-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-kontroll ta' netwerk koerenti ta' żoni ta' rkupru tal-istokkijiet tal-ħut.
Emenda 69 Proposta għal regolament Premessa 43a (ġdida)
(43a) Fid-dawl tar-riskji involuti fl-investiment fl-attivitajiet tas-sajd, il-FEMS għandu jikkontribwixxi għas-sigurtà tan-negozji billi jkopri l-aċċess għall-assigurazzjoni kontra fatturi varjabbli tal-produzzjoni u għalhekk jissalvagwardja l-introjtu tal-produtturi f’każ ta’ telf anormali fil-produzzjoni, b’mod partikolari minħabba diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi ħżiena, bidliet f’daqqa fil-kwalità tal-ilma, mard jew infestazzjonijiet minn organiżmi ta’ ħsara u l-qerda tal-għodod tal-produzzjoni.
Emenda 70 Proposta għal regolament Premessa 44
(44) Konxju mill-importanza tal-portijiet tas-sajd, is-siti ta’ żbark u l-postijiet ta’ kenn, il-FEMS għandu jappoġġja l-investimenti relevanti b’mod partikolari sabiex iżid l-effiċjenza enerġetika, il-protezzjoni ambjentali, il-kwalità tal-prodott imniżżel l-art kif ukoll il-kundizzjonijiet ta’ sikurezza u tax-xogħol.
(44) Konxju mill-importanza tal-portijiet tas-sajd, l-irkanti, is-siti ta’ żbark u l-postijiet ta’ kenn, il-FEMS għandu jappoġġja l-investimenti relevanti b’mod partikolari sabiex iżid l-effiċjenza enerġetika, il-protezzjoni ambjentali, il-kwalità tal-prodott imniżżel l-art kif ukoll il-kundizzjonijiet ta’ sikurezza u tax-xogħol.
Emenda 71 Proposta għal regolament Premessa 44a (ġdida)
(44a) Sabiex jingħata valur lis-sajd artiġjanali kostali, l-Istati Membri għandhom iżidu mal-programm operazzjonali tagħhom pjan ta’ azzjoni għall-iżvilupp u għall-iżgurar tal-kompetitività u s-sostenibilità tat-tali sajd.
Emenda 72 Proposta għal regolament Premessa 44b (ġdida)
(44b) Il-FEMS għandu jappoġġja l-istabbiliment ta’ netwerk koerenti ta’ żoni ta’ rkupru ta’ stokkijiet ta’ ħut, li fihom jiġu projbiti l-attivitajiet kollha tas-sajd, u li jinkludu żoni importanti għall-produttività tal-ħut, b’mod partikolari ż-żoni fejn jgħixu ż-żgħar, iż-żoni tal-bidien u t-tifrigħ u l-mergħat tal-ikel għall-istokkijiet tal-ħut.
Emenda 73 Proposta għal regolament Premessa 44c (ġdida)
(44c) Ċerti dispożizzjonijiet tal-FEMS għandhom ikunu adattati għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, fil-waqt li jinżamm l-objettiv prinċipali ta’ sajd u akkwakultura sostenibbli u responsabbli. Il-FEMS għandu jieħu inkunsiderazzjoni b’mod partikolati d-dewmien fl-iżvilupp ta’ uħud minn dawn ir-reġjuni fil-livell tal-evalwazzjoni tar-riżorsi, tal-infrastruttura, tal-organizzazzjoni kollettiva u tal-monitoraġġ tal-attività u tal-produzzjoni. Għalhekk, il-FEMS għandu jippermetti li tkun żgurata l-modernizzazzjoni tas-settur, b’mod partikolari f’termini ta’ infrastruttura, kif ukoll it-tiġdid u l-modernizzazzjoni tal-għodda ta’ produzzjoni, b’kunsiderazzjoni tar-realtà ta’ kull wieħed mill-baċiri marittimi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda u tad-disponibilità tar-riżorsa.
Emenda 74 Proposta għal regolament Premessa 45
(45) Huwa ferm importanti għall-Unjoni li jinkiseb bilanċ sostenibbli bejn ir-riżorsi tal-ilma ħelu u l-isfruttament tagħhom; għalhekk, billi tikkunsidra l-impatt ambjentali filwaqt li tiżgura li dawn is-setturi jżommu l-vijabbiltà ekonomika, l-Unjoni għandu jkollha dispożizzjonijiet xierqa li jappoġġjaw is-sajd intern.
(45) Huwa ferm importanti għall-Unjoni li jinkiseb bilanċ sostenibbli bejn ir-riżorsi tal-ilma ħelu u l-isfruttament tagħhom, fid-dawl tal-fatt li l-baċini tax-xmajjar, l-estwarji u l-laguni tal-kosta huma ħabitati privileġġjati tat-tgħammir u jaġixxu ta' postijiet fejn ħafna speċijiet ta' ħut li għadu qed jikber ifaqqsu, billi tikkunsidra l-impatt ambjentali filwaqt li tiżgura li dawn is-setturi jżommu l-vijabbiltà ekonomika, l-Unjoni għandu jkollha dispożizzjonijiet xierqa li jappoġġjaw is-sajd intern.
Emenda 75 Proposta għal regolament Premessa 46
(46) F’konformità mal-Istrateġija tal-Kummissjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Akkwakultura Ewropea, l-għanijiet tal-PKS u l-Istrateġija Ewropa 2020, il-FEMS għandu jappoġġja l-iżvilupp ambjentalment, ekonomikament u soċjalment sostenibbli tal-industrija tal-akkwakultura.
(46) F’konformità mal-Istrateġija tal-Kummissjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Akkwakultura Ewropea, l-għanijiet tal-PKS u l-Istrateġija Ewropa 2020, il-FEMS għandu jappoġġja l-iżvilupp ambjentalment, ekonomikament u soċjalment sostenibbli tal-industrija tal-akkwakultura, b'enfasi partikolari fuq il-promozzjoni tal-ekoinnovazzjoni, it-tnaqqis tad-dipendenza fuq l-ikel u ż-żejt tal-ħut, it-titjib tal-benessri tal-organiżmi mrobbija u l-promozzjoni tal-akkwakultura organika u b'sistema magħluqa.
Emenda 76 Proposta għal regolament Premessa 46a (ġdida)
(46a) Minħabba l-impatt potenzjali li jista’ jkollhom fuq il-popolazzjonijiet selvaġġi tal-baħar l-annimali mrobbija li jaħarbu mis-siti tal-akkwakultura, il-FEMS m'għandux jipprovdi inċentivi għat-trobbija ta’ ispeċijiet eżotiċi jew organiżmi modifikati ġenetikament.
Emenda 77 Proposta għal regolament Premessa 47
(47) L-akkwakultura tikkontribwixxi għat-tkabbir u l-impjiegi fir-reġjuni kostali u rurali. Għalhekk, huwa kruċjali li l-FEMS ikun aċċessibbli għall-impriżi tal-akkwakultura, b’mod partikolari l-SMEs, u jikkontribwixxi sabiex ikun hemm bdiewa tal-akkwakultura ġodda fin-negozju. Sabiex jiżdiedu l-kompetittività u l-prestazzjoni ekonomika tal-attivitajiet tal-akkwakultura, huwa vitali li jiġu stimolati l-innovazzjoni u l-imprenditorija. Għalhekk, il-FEMS għandu jappoġġja l-operazzjonijiet innovattivi u l-iżvilupp tan-negozju, b’mod partikolari l-akkwakultura mhux relatata mal-ikel u l-akkwakultura ’il barra mill-kosta.
(47) L-akkwakultura tikkontribwixxi għat-tkabbir u l-impjiegi fir-reġjuni kostali u rurali. Għalhekk, huwa kruċjali li l-FEMS ikun aċċessibbli għall-impriżi tal-akkwakultura, irrispettivament mid-daqs tagħhom, l-SMEs, u jikkontribwixxi sabiex ikun hemm bdiewa tal-akkwakultura ġodda fin-negozju. Sabiex jiżdiedu l-kompetittività u l-prestazzjoni ekonomika tal-attivitajiet tal-akkwakultura, huwa vitali li jiġu stimolati l-innovazzjoni u l-imprenditorija. Għalhekk, il-FEMS għandu jappoġġja l-operazzjonijiet innovattivi u l-iżvilupp tan-negozju tal-impriżi tal-akkwakultura b'mod ġenerali, inklużi l-akkwakultura mhux relatata mal-ikel u l-akkwakultura ’il barra mill-kosta.
Emenda 78 Proposta għal regolament Premessa 48
(48) Forom ġodda ta’ dħul flimkien ma’ attivitajiet tal-akkwakultura diġà wrew il-valur miżjud tagħhom għall-iżvilupp tan-negozju. Għalhekk, il-FEMS għandu jappoġġja dawn l-attivitajiet komplimentari barra l-akkwakultura, bħat-turiżmu tas-sajd bil-qasba u l-attivitajiet edukattivi jew ambjentali.
(48) Forom ġodda ta’ dħul flimkien ma’ attivitajiet tal-akkwakultura diġà wrew il-valur miżjud tagħhom għall-iżvilupp tan-negozju. Għalhekk, il-FEMS għandu jappoġġja dawn l-attivitajiet komplimentari barra l-akkwakultura, bħat-turiżmu tas-sajd bil-qasba, it-turiżmu tal-akkwakultura li jippromwovi s-settur tal-akkwakultura u l-prodotti tiegħu, u l-attivitajiet edukattivi, ta’ promozzjoni jew ambjentali.
Emenda 79 Proposta għal regolament Premessa 49
(49) Forma importanti oħra ta’ kif jiżdied id-dħul tal-impriżi tal-akkwakultura hija li dawn iżidu l-valur lill-prodotti tagħhom billi jipproċessaw u jikkummerċjalizzaw il-produzzjoni tagħhom stess, kif ukoll billi jintroduċu speċi ġodda bi prospetti tajbin fis-suq u b’hekk jiddiversifikaw il-produzzjoni tagħhom.
(49) Forma importanti oħra ta’ kif jiżdied id-dħul tal-impriżi tal-akkwakultura hija li dawn iżidu l-valur lill-prodotti tagħhom billi jipproċessaw u jikkummerċjalizzaw il-produzzjoni tagħhom stess, kif ukoll billi jintroduċu speċijiet ġodda li jkunu bijoloġikament kompatibbli mal-ispeċijiet eżistenti bi prospetti tajbin fis-suq u b’hekk jiddiversifikaw il-produzzjoni tagħhom.
Emenda 80 Proposta għal regolament Premessa 50
(50) Konxju mill-ħtieġa li jiġu identifikati l-aktar żoni addattati għall-iżvilupp tal-akkwakultura billi jiġi kkunsidrat l-aċċess għall-ibħra u l-ispazju, il-FEMS għandu jappoġġja lill-awtoritajiet nazzjonali sabiex jagħmlu l-għażliet strateġiċi tagħhom fil-livell nazzjonali.
(50) Konxju mill-ħtieġa li jiġu identifikati l-aktar żoni ġeografiċi addattati għall-iżvilupp tal-akkwakultura billi jiġu kkunsidrati l-aċċess għall-ibħra u l-ispazju u l-importanza tal-iżvilupp ta' approċċ ta' prekawzjoni biex tkun garantita s-sostenibilità tal-istokk, il-FEMS għandu jappoġġja lill-awtoritajiet nazzjonali sabiex jagħmlu l-għażliet strateġiċi tagħhom fil-livell nazzjonali u għandu jappoġġja lill-awtoritajiet reġjonali biex jiżviluppaw il-varjazzjonijiet reġjonali tagħhom.
Emenda 81 Proposta għal regolament Premessa 51
(51) L-investiment fil-kapital uman huwa wkoll vitali sabiex jiżdiedu l-kompetittività u l-prestazzjoni ekonomika tal-attivitajiet tal-akkwakultura. Għalhekk, il-FEMS għandu jappoġġja t-tagħlim tul il-ħajja u n-netwerking li jistimolaw it-tixrid tal-għarfien, kif ukoll is-servizzi ta’ konsulenza li jgħinu sabiex jittejbu l-kompetittività u l-prestazzjoni globali tal-operaturi.
(51) L-investiment fil-kapital uman huwa wkoll vitali sabiex jiżdiedu l-kompetittività u l-prestazzjoni ekonomika tal-attivitajiet tal-akkwakultura. Għalhekk, il-FEMS għandu jappoġġja t-tagħlim tul il-ħajja u n-netwerking li jistimolaw it-tixrid u l-iskambju tal-għarfien u l-prattiki tajba, permezz tas-servizzi ta’ konsulenza kompetenti kollha (f’dawk li huma materjali disponibbli), inklużi l-assoċjazzjonijiet professjonali, sabiex dawn ikunu jistgħu jgħinu sabiex jittejbu l-kompetittività u l-prestazzjoni globali tal-operaturi.
Emenda 82 Proposta għal regolament Premessa 51a (ġdida)
(51a) Peress li hemm bżonn li jiġu identifikati żoni ġeografiċi b'potenzjal ikbar għall-iżvilupp tal-akkwakultura f'dak li hu aċċess kemm għall-ilma kif ukoll għall-art, il-FEMS għandu jappoġġja lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali fl-għażliet strateġiċi tagħhom, partikolarment fir-rigward tad-definizzjoni u l-immappjar taż-żoni li jistgħu jitqiesu bħala l-iktar xierqa għall-iżvilupp tal-akkwakultura, b'kunsiderazzjoni, jekk ikun rilevanti, tal-proċess tal-ippjanar tal-ispazju marittimu.
Emenda 83 Proposta għal regolament Premessa 52
(52) Sabiex jippromwovi akkwakultura ambjentalment sostenibbli, il-FEMS għandu jappoġġja l-attivitajiet ta’ akkwakultura li għandhom rispett kbir lejn l-ambjent, il-konverżjoni tal-impriżi tal-akkwakultura għall-ekoġestjoni, l-użu ta’ skemi ta’ verifika, kif ukoll il-konverżjoni għall-akkwakultura organika. Bl-istess mod, il-FEMS għandu jappoġġja wkoll l-akkwakultura li tipprovdi servizzi ambjentali speċjali.
(52) Sabiex jippromwovi akkwakultura ambjentalment, soċjalment u ekonomikament sostenibbli, il-FEMS għandu jappoġġja l-attivitajiet ta’ akkwakultura li għandhom rispett kbir lejn l-ambjent, il-konverżjoni tal-impriżi tal-akkwakultura għal gestjoni sostenibbli, l-użu ta’ skemi ta’ verifika, kif ukoll il-konverżjoni għall-akkwakultura organika. Bl-istess mod, il-FEMS għandu jappoġġja wkoll l-akkwakultura li tipprovdi servizzi ambjentali speċjali u servizzi ta’ interess pubbliku.
Emenda 84 Proposta għal regolament Premessa 53
(53) Konxju mill-importanza tal-protezzjoni tal-konsumaturi, il-FEMS għandu jiżgura appoġġ adegwat lill-bdiewa sabiex jipprevjenu u jtaffu r-riskji għas-saħħa pubblika u għas-saħħa tal-annimali li tista’ tiġġenera t-trobbija fil-qasam tal-akkwakultura.
(53) Konxju mill-importanza tal-protezzjoni tal-konsumaturi, il-FEMS għandu jiżgura appoġġ adegwat lill-bdiewa sabiex jipprevjenu u jtaffu r-riskji għas-saħħa pubblika u għas-saħħa tal-annimali li tista’ tiġġenera t-trobbija fil-qasam tal-akkwakultura, partikolarment permezz ta' programmi mfassla biex inaqqsu d-dipendenza li għandhom l-attivitajiet tal-akkwakultura fuq il-prodotti veterinarji.
Emenda 85 Proposta għal regolament Premessa 53a (ġdida)
(53a) Il-FEMS għandu jappoġġja l-istabbiliment ta’ netwerk koerenti ta’ żoni ta’ rkupru ta’ stokkijiet ta’ ħut, li jinkludu żoni importanti għall-produttività tal-ħut, b’mod partikolari ż-żoni fejn jgħixu ż-żgħar, iż-żoni tal-bidien u t-tifrigħ u l-mergħat tal-ikel għall-istokkijiet tal-ħut u li fih l-attivitajiet kollha tas-sajd ikunu pprojbiti.
Emenda 86 Proposta għal regolament Premessa 54
(54) Fid-dawl tar-riskju tal-investimenti fl-attivitajiet tal-akkwakultura, il-FEMS għandu jikkontribwixxi għas-sigurtà tan-negozju billi jkopri l-aċċess għall-assigurazzjoni fuq l-istokkijiet u għalhekk jissalvagwardja d-dħul tal-produtturi f’każ ta’ telf anormali fil-produzzjoni, b’mod partikolari minħabba diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi ħżiena, bidliet f’daqqa fil-kwalità tal-ilma, mard jew infestazzjonijiet minn insetti u l-qerda tal-faċilitajiet tal-produzzjoni.
(54) Fid-dawl tar-riskju tal-investimenti fl-attivitajiet tal-akkwakultura, il-FEMS għandu jikkontribwixxi għas-sigurtà tan-negozju billi jkopri l-aċċess għall-assigurazzjoni fuq l-istokkijiet jew billi jappoġġja l-iżvilupp tal-fondi mutwi, u għalhekk jissalvagwardja d-dħul tal-produtturi f’każ ta’ telf anormali fil-produzzjoni, b’mod partikolari minħabba diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi ħżiena, bidliet f’daqqa fil-kwalità tal-ilma, mard jew infestazzjonijiet minn insetti u l-qerda tal-faċilitajiet tal-produzzjoni.
Emenda 87 Proposta għal regolament Premessa 55
(55) Meta wieħed iqis li l-approċċ immexxi mill-komunità għall-iżvilupp lokali, fuq numru ta’ snin, wera l-utilità tiegħu fil-promozzjoni tal-iżvilupp tas-sajd u ż-żoni rurali billi jikkunsidra b’mod sħiħ il-ħtiġijiet multisettorjali għall-iżvilupp endoġenu, l-appoġġ għandu jissokta u jissaħħaħ fil-ġejjieni.
(55) Meta wieħed iqis li l-approċċ immexxi mill-komunità għall-iżvilupp lokali, fuq numru ta’ snin, wera l-utilità tiegħu fil-promozzjoni tal-iżvilupp tal- komunitajiet tas-sajd u dawk rurali billi jikkunsidra b’mod sħiħ il-ħtiġijiet multisettorjali għall-iżvilupp endoġenu, l-appoġġ għandu jissokta u jissaħħaħ fil-ġejjieni.
Emenda 88 Proposta għal regolament Premessa 56
(56) Fiż-żoni tas-sajd, l-iżvilupp immexxi mill-komunità għandu jinkoraġġixxi lill-istrateġiji innovattivi biex joħolqu t-tkabbir u l-impjiegi, b’mod partikolari billi jżidu l-valur lill-prodotti tas-sajd u jiddiversifikaw l-ekonomija lokali lejn attivitajiet ekonomiċi ġodda, inklużi dawk offruti minn tkabbir marittimu ("blue growth") u s-setturi marittimi usa’.
(56) Fiż-żoni tas-sajd, l-iżvilupp immexxi mill-komunità għandu jinkoraġġixxi lill-istrateġiji innovattivi biex joħolqu t-tkabbir u l-impjiegi, b’mod partikolari billi jżidu l-valur lill-prodotti tas-sajd u jiddiversifikaw l-ekonomija lokali wkoll lejn attivitajiet ekonomiċi ġodda, inklużi dawk offruti minn tkabbir marittimu ("blue growth") u s-setturi marittimi usa’.
Emenda 89 Proposta għal regolament Premessa 57
(57) L-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd għandu jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-UE2020 tal-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u t-tnaqqis tal-faqar, u t-trawwim tal-innovazzjoni fil-livell lokali, kif ukoll għall-għan tal-koeżjoni territorjali, prijorità ewlenija fit-Trattat ta’ Lisbona.
(57) L-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd għandu jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-UE2020 tal-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u t-tnaqqis tal-faqar, ta’ żieda fil-livell ta’ nies jaħdmu u t-trawwim tal-innovazzjoni, fosthom l-innovazzjoni soċjali, fil-livell lokali, kif ukoll għall-għan tal-koeżjoni territorjali, prijorità ewlenija fit-Trattat ta’ Lisbona.
Emenda 90 Proposta għal regolament Premessa 58
(58) L-iżvilupp lokali mmexxi mill-Komunità għandu jiġi implimentat permezz ta’ approċċ minn isfel għal fuq minn sħubijiet lokali li huma magħmula minn rappreżentanti tal-pubbliku, setturi privati u tas-soċjetà ċivili u għandu jkun jirrifletti korrettament is-soċjetà lokali; dawn l-atturi lokali jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex ifasslu u jimplimentaw strateġiji integrati tal-iżvilupp lokali multisettorjali sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet taż-żoni tas-sajd lokali tagħhom; dan huwa importanti sabiex tkun żgurata r-rappreżentanza tal-gruppi ta’ azzjoni lokali b’mod li l-ebda grupp ta’ interess wieħed ma jkollu aktar minn 49% tad-dritt tal-vot fil-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
(58) L-iżvilupp lokali mmexxi mill-Komunità għandu jiġi implimentat permezz ta’ approċċ minn isfel għal fuq minn sħubijiet lokali li huma magħmula minn rappreżentanti tal-pubbliku, setturi privati u tas-soċjetà ċivili u għandu jkun jirrifletti korrettament is-soċjetà lokali; dawn l-atturi lokali jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex ifasslu u jimplimentaw strateġiji integrati tal-iżvilupp lokali multisettorjali sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet taż-żoni tas-sajd lokali tagħhom. Dan huwa importanti, sabiex tkun żgurata li r-rappreżentanza tal-gruppi ta’ azzjoni lokali u li l-azzjonijiet ta' dawk il-gruppi jindirizzaw l-isfidi fis-setturi tas-sajd u l-akkwakultura, li s-sajjieda u/jew dawk li jrabbu l-ħut għandhom jirrappreżentaw il-maġġoranza fost l-atturi ekonomiċi rappreżentati fil-korpi ta' teħid tad-deċiżjonijiet.
Emenda 91 Proposta għal regolament Premessa 60
(60) L-appoġġ għaż-żoni tas-sajd permezz tal-FEMS għandu jiġi kkoordinat mal-appoġġ għall-iżvilupp lokali offrut minn Fondi oħrajn tal-Unjoni u għandu jkopri l-aspetti kollha tat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta’ żvilupp lokali u l-operazzjonijiet tal-gruppi ta’ azzjoni lokali, kif ukoll l-ispejjeż għall-animazzjoni taż-żona lokali u t-tmexxija tas-sħubija lokali.
(60) L-appoġġ għaż-żoni tas-sajd permezz tal-FEMS għandu jiġi kkoordinat mal-appoġġ għall-iżvilupp lokali offrut minn Fondi oħrajn tal-Unjoni u għandu jkopri l-aspetti kollha tat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta’ żvilupp lokali u l-operazzjonijiet tal-gruppi ta’ azzjoni lokali, kif ukoll l-ispejjeż għall-animazzjoni taż-żona lokali u t-tmexxija tas-sħubija lokali. Dak l-appoġġ għandu jinkludi l-possibilità li tingħata assistenza teknika, b’mod partikolari ta’ inġinerija finanzjarja, għall-preparazzjoni ta’ proġetti ta’ żvilupp lokali, l-aktar għas-sajd artiġjanali kostali u s-sajd fl-ilmijiet interni.
Emenda 92 Proposta għal regolament Premessa 61
(61) Sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà tas-sajd u tal-akkwakultura f’suq kompetittiv ħafna, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tar-[Regolament (UE) Nru dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura] kif ukoll għall-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u pproċessar imwettqa mill-operaturi sabiex jimmassimizzaw il-valur tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-promozzjoni tal-operazzjonijiet li jintegraw l-attivitajiet tal-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-katina tal-provvista. Sabiex jadatta għall-politika ġdida ta’ projbizzjoni fuq ir-rimi, il-FEMS għandu jappoġġja wkoll l-ipproċessar ta’ qabdiet mhux mixtieqa.
(61) Sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà tas-sajd u tal-akkwakultura f’suq kompetittiv ħafna, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tar-[Regolament (UE) Nru dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura] kif ukoll għall-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u pproċessar imwettqa mill-operaturi sabiex jimmassimizzaw il-valur tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-promozzjoni tal-operazzjonijiet li jintegraw l-attivitajiet tal-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-katina tal-provvista.
Emenda 93 Proposta għal regolament Premessa 62
(62) Għandha tingħata prijorità lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u lill-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi billi dawn jingħataw appoġġ. Il-kumpens għall-għajnuna għall-ħżin u l-għajnuna għall-pjanijiet ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni għandhom jiġu eliminati b’mod gradwali hekk kif l-importanza ta’ tip partikolari ta’ appoġġ tilef l-interess tiegħu fid-dawl tal-istruttura li qed tevolvi tas-suq tal-Unjoni għal dawn it-tip ta’ prodotti u l-importanza li qed tikber ta’ organizzazzjonijiet b’saħħithom ta’ produtturi.
(62) Għandha tingħata prijorità lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u lill-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi billi dawn jingħataw appoġġ.
Emenda 94 Proposta għal regolament Premessa 63
(63) Billi jirrikonoxxi l-kompetizzjoni li qed tikber li s-sajjieda kostali ta’ skala żgħira qed ikollhom jaffaċċjaw, il-FEMS għandu jappoġġja inizjattivi imprenditorjali ta’ sajjieda kostali fuq skala żgħira li jżidu l-valur għall-ħut li jaqbdu, b’mod partikolari billi jwettqu l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni diretta tal-ħut li jaqbdu.
(63) Billi jirrikonoxxi l-kompetizzjoni li qed tikber u li qed iħabbtu wiċċhom magħha s-sajjieda kostali ta’ skala żgħira qed ikollhom jaffaċċjaw u d-dipendenza mis-sajd ta' ċerti komunitajiet tal-kosta, il-FEMS għandu jappoġġja inizjattivi imprenditorjali ta’ sajjieda kostali fuq skala żgħira li jżidu l-valur għall-ħut li jaqbdu, b’mod partikolari billi jwettqu l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni diretta tal-ħut li jaqbdu.
Emenda 95 Proposta għal regolament Premessa 63a (ġdida)
(63a) Il-FEMS għandu jappoġġja l-inizjattivi intraprenditorjali u l-inizjattivi kollettivi maħsuba biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent u tal-ħarsien tar-riżorsi tas-sajd bis-saħħa tal-istabbiliment ta’ miżuri akkwambjentali kollettivi, b’mod partikolari għas-sajd fl-ilmijiet interni.
Emenda 96 Proposta għal regolament Premessa 64
(64) L-attivitajiet tas-sajd fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni Ewropea qegħdin jaffaċċjaw diffikultajiet, b’mod partikolari minħabba l-ispejjeż addizzjonali mġarrba fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd, minħabba n-nuqqasijiet partikolari rikonoxxuti mill-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(64) Minħabba li l-attivitajiet tas-sajd fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni Ewropea qegħdin jaffaċċjaw diffikultajiet, b’mod partikolari minħabba d-distanza mbiegħda tagħhom u l-kundizzjonijiet klimatiċi partikolari taħghom, il-FEMS għandu jqis dawn in-nuqqasijiet partikolari rikonoxxuti mill-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 97 Proposta għal regolament Premessa 65
(65) Sabiex iżżomm il-kompetittività ta’ ċerti prodotti tas-sajd mir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni Ewropea mqabbla ma’ dik ta’ prodotti simili minn reġjuni oħrajn tal-Unjoni Ewropea, fl-1992 l-Unjoni Ewropea introduċiet miżuri biex tikkumpensa għall-ispejjeż addizzjonali relatati fis-settur tas-sajd. Il-miżuri li japplikaw għall-perjodu 2007-2013 huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 791/20071. Huwa neċessarju li jkompli jiġi pprovdut appoġġ sabiex jittaffew l-ispejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd mill-1 ta’ Jannar 2014.
(65) Sabiex iżżomm il-kompetittività ta’ ċerti prodotti tas-sajd mir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni Ewropea mqabbla ma’ dik ta’ prodotti simili minn reġjuni oħrajn tal-Unjoni Ewropea, fl-1992 l-Unjoni Ewropea introduċiet miżuri biex tikkumpensa għall-ispejjeż addizzjonali relatati fis-settur tas-sajd. Il-miżuri li japplikaw għall-perjodu 2007-2013 huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 791/20071. Fid-dawl tad-diffikultajiet li jaffaċċjaw l-attivitajiet tas-sajd fir-reġjuni l-iktar imbiegħda, huwa neċessarju li jiżdied l-appoġġ sabiex jittaffew l-ispejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd mill-1 ta’ Jannar 2014.
Emenda 98 Proposta għal regolament Premessa 66
(66) Fid-dawl tal-kondizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni differenti fir-reġjuni l-aktar imbiegħda kkonċernati, il-varjazzjonijiet fil-qbid u l-ħażniet u fid-domandi tas-suq, għandu jitħalla f’idejn l-Istati Membri kkonċernati biex jiddeterminaw il-prodotti tas-sajd eliġibbli għal kumpens, il-kwantitajiet massimi rispettivi tagħhom u l-ammonti ta’ kumpens fl-allokazzjoni globali għal kull Stat Membru.
(66) Fid-dawl tal-kundizzjonijiet differenti ta’ produzzjoni, ta’ pproċessar u ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda kkonċernati, il-varjazzjonijiet fil-qbid u l-ħażniet u fid-domandi tas-suq, għandu jitħalla f’idejn l-Istati Membri kkonċernati biex jiddeterminaw il-prodotti jew il-kategoriji ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li għandhom ikunu eliġibbli għal kumpens, il-kwantitajiet massimi rispettivi tagħhom u l-ammonti ta’ kumpens fl-allokazzjoni globali għal kull Stat Membru.
Vot separat Proposta għal regolament Premessa 68
(68) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammont ta’ kumpens f’livell li jippermetti t-tpaċija xierqa tal-ispejjeż addizzjonali, li jirriżultaw min-nuqqasijiet speċifiċi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda u b’mod partikolari mill-ispejjeż tat-trasportazzjoni tal-prodotti lejn l-Ewropa kontinentali. Sabiex jiġi evitat kumpens eċċessiv, l-ammont għandu jkun proporzjonali għall-ispejjeż addizzjonali li tpatti għalihom l-għajnuna u fl-ebda każ ma jaqbeż il-100 % tal-ispejjeż tat-trasport u spejjeż oħrajn relatati għall-Ewropa kontinentali. Għal dan il-għan, huwa għandu jikkunsidra wkoll tipi oħrajn ta’ interventi pubbliċi li jħallu impatt fuq il-livell ta’ spejjeż addizzjonali.
(68) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammont ta’ kumpens f’livell li jippermetti t-tpaċija xierqa tal-ispejjeż addizzjonali, li jirriżultaw min-nuqqasijiet speċifiċi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda u b’mod partikolari mill-ispejjeż tat-trasportazzjoni tal-prodotti lejn l-Ewropa kontinentali.
Emenda 100 Proposta għal regolament Premessa 69
(69) Huwa ferm importanti li l-Istati Membri u l-operaturi jkunu mgħammra b’tali mod li l-kontrolli jkunu jistgħu jitwettqu bi standard għoli u għalhekk jiżguraw il-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, filwaqt li jipprovdu għall-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin; il-FEMS għalhekk għandu jappoġġja lill-Istati Membri u lill-operaturi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009. Billi joħloq kultura ta’ konformità, dan l-appoġġ għandu jikkontribwixxi għat-tkabbir sostenibbli.
(69) Huwa ferm importanti li l-Istati Membri u l-operaturi jkunu mgħammra b’tali mod li l-kontrolli jkunu jistgħu jitwettqu bi standard għoli u għalhekk jiżguraw il-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, filwaqt li jipprovdu għall-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin; il-FEMS għalhekk għandu jappoġġja lill-Istati Membri u lill-operaturi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009. Billi joħloq kultura ta’ konformità, dan l-appoġġ għandu jikkontribwixxi għat-tkabbir sostenibbli. Sabiex il-livell ta’ monitoraġġ jiġi standardizzat u jiżdied, l-Istati Membri għandhom ukoll ikunu jistgħu jistabbilixxu sistemi komuni ta' kontroll.
Emenda 101 Proposta għal regolament Premessa 70
(70) L-appoġġ mogħti lill-Istati Membri fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 għall-infiq relatat mal-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kontroll tal-Unjoni għandu jissokta taħt il-FEMS billi jsegwi l-loġika ta’ fond wieħed.
(70) L-appoġġ mogħti lill-Istati Membri fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 għall-infiq relatat mal-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kontroll tal-Unjoni għandu jiżdied taħt il-FEMS billi jsegwi l-loġika ta’ fond wieħed.
Emenda 102 Proposta għal regolament Premessa 72a (ġdida)
(72a) Il-FEMS għandu jappoġġja fondi għal attivitajiet u iktar spezzjonijiet ta' kontroll f'żoni fejn jiġi rrapportat li qed isir sajd illegali, mhux rapportat u mhux regolat.
Emenda 103 Proposta għal regolament Premessa 73
(73) Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet biex jappoġġjaw il-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta dwar is-sajd kif speċifikat fil-programm multiannwali tal-Unjoni, b’mod partikolari biex jappoġġjaw il-programmi nazzjonali u l-ġestjoni u l-użu tad-dejta għall-analiżi xjentifika u l-implimentazzjoni tal-PKS. L-appoġġ mogħti lill-Istati Membri fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 għall-infiq relatat mal-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta dwar is-sajd għandu jissokta fil-kuntest tal-FEMS billi jsegwi l-loġika ta’ fond wieħed.
(73) Il-partijiet interessati rilevanti għandhom jiġu infurmati dwar il-proċeduri permezz tal-Kunsilli Konsultattivi. Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet biex jappoġġjaw il-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data dwar is-sajd kif speċifikat fil-programm multiannwali tal-Unjoni, b’mod partikolari biex jappoġġjaw il-programmi nazzjonali u l-ġestjoni u l-użu tad-data għall-analiżi xjentifika u l-implimentazzjoni tal-PKS. L-appoġġ mogħti lill-Istati Membri fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 għall-infiq relatat mal-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-data dwar is-sajd għandu jissokta fil-kuntest tal-FEMS billi jsegwi l-loġika ta’ fond wieħed.
Emenda 104 Proposta għal regolament Premessa 73a (ġdida)
(73a) Għandha tiġi enfasizzata l-importanza ewlenija tal-finanzjament tal-ġbir tad-data, li huwa l-ġebla tax-xewka tal-PKS. Dan hu l-prerekwiżit essenzjali biex jiġu definiti l-objettivi preċiżi li għandhom jintlaħqu, partikolarment fir-rigward tal-ilħiq tar-rendiment massimu sostenibbli u ġestjoni aħjar tas-sajd. F'dan is-sens hu xieraq li jiġi żgurat li l-ġbir tad-data jiġi allokat parti mill-baġit tal-FEMS, proporzjonata mal-importanza tiegħu. Huwa xieraq ukoll li tiġi prevista rata ta' kofinanzjament li tinkoraġġixxi rieżami komprensiv tas-sitwazzjoni tal-istokkijiet Ewropej tal-ħut.
Emenda 105 Proposta għal regolament Premessa 74
(74) Jeħtieġ li tiġi appoġġjata l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri, kif ukoll ma’ pajjiżi terzi, fejn relevanti, fir-rigward tal-ġbir tad-dejta fi ħdan l-istess baċin tal-baħar, kif ukoll mal-korpi xjentifiċi internazzjonali relevanti.
(74) Jeħtieġ li tiġi appoġġjata l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri, kif ukoll ma’ pajjiżi terzi, meta relevanti, fir-rigward tal-ġbir tad-data fi ħdan l-istess baċin tal-baħar, kif ukoll mal-korpi xjentifiċi internazzjonali relevanti u l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali.
Emenda 106 Proposta għal regolament Premessa 76
(76) Huwa meħtieġ finanzjament sostnut għall-implimentazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea kif rifless fid-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill, tal-Parlament Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni.
(76) Huwa meħtieġ finanzjament sostnut għall-implimentazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea kif rifless fir-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi Programm għall-appoġġ tal-iżvilupp addizzjonali ta’ Politika Marittima Integrata1 u fid-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill, tal-Parlament Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni. L-iżvilupp ta’ affarijiet marittimi permezz ta’ appoġġ finanzjarju għall-miżuri tal-PMI hu mistenni li jkollu impatt sinifikanti f’termini ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.
__________________
1 ĠU L 321, 5.12.2011, p.1.
Emenda 107 Proposta għal regolament Premessa 76a (ġdida)
(76a) F’dan ir-rigward, il-FEMS għandu jitfassal sabiex jappoġġja x-xogħol esploratorju fuq azzjonijiet li għandhom l-għan li jippromwovu l-għanijiet strateġiċi tal-PMI, b’attenzjoni xierqa għall-impatti kumulattivi tagħhom, abbażi tal-approċċ tal-ekosistema, għat-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-impjieg, l-innovazzjoni u l-kompetittività fir-reġjuni kostali, insulari u l-aktar imbiegħda, u għall-promozzjoni tad-dimensjoni internazzjonali tal-PMI.
Emenda 108 Proposta għal regolament Premessa 77
(77) Il-FEMS għandu jappoġġja l-promozzjoni ta’ tmexxija marittima integrata fil-livelli kollha, speċjalment permezz ta’ skambji tal-aqwa prattiċi u l-implimentazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-istrateġiji tal-baċini tal-baħar. Dawn l-istrateġiji huma maħsuba biex jistabbilixxu qafas integrat għall-indirizzar tal-isfidi komuni fil-baċini tal-baħar Ewropej u l-kooperazzjoni msaħħa bejn il-partijiet interessati sabiex jimmassimizzaw l-użu tal-istrumenti finanzjarji u l-fondi tal-Unjoni u jikkontribwixxu għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni.
(77) Il-FEMS għandu jappoġġja l-promozzjoni ta’ tmexxija marittima integrata fil-livelli kollha, speċjalment permezz ta’ skambji tal-aqwa prattiċi u l-implimentazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-istrateġiji tal-baċini tal-baħar. F'dan il-kuntest, hu importanti ħafna li tittejjeb il-governanza marittima, inkluż permezz tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni, fil-livell xieraq, fost l-awtoritajiet kompetenti li jwettqu funzjonijiet ta' gwardja kostali fl-Unjoni, filwaqt li jiġu żgurati ibħra u oċeani iktar sani, iktar sikuri u iktar siguri b'mod partikolari billi tiġi implimentaya l-leġiżlazzjoni marittima eżistenti. Dawn l-istrateġiji huma maħsuba biex jistabbilixxu qafas integrat għall-indirizzar tal-isfidi komuni fil-baċini tal-baħar Ewropej u l-kooperazzjoni msaħħa bejn il-partijiet interessati sabiex jimmassimizzaw l-użu tal-istrumenti finanzjarji u l-fondi tal-Unjoni u jikkontribwixxu għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni u għas-sostenibbiltà ambjentali. Għalhekk huwa ta’ importanza kbira li jittejbu u jissaħħu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni esterni rigward il-kisba tal-objettivi tal-PMI, fuq il-bażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS).
Emenda 109 Proposta għal regolament Premessa 77a (ġdida)
(77a) Sabiex tittejjeb l-approssimazzjoni tal-fondi tas-sajd u l-akkwakultura u l-fondi għall-Politika Marittima Integrata, il-FEMS għandu jipprevedi qafas speċifiku li jippromwovi l-kontribut li s-sajd u l-akkwakultura jagħtu lill-Politika Marittima Integrata. Hu essenzjali li tiġi inkoraġġita kunsiderazzjoni sħiħa ta' dawn l-attivitajiet permezz tal-appoġġ għall-partiċipazzjoni f'governanza integrata u fi proġetti kollettivi li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-PMI.
Emenda 110 Proposta għal regolament Premessa 79
(79) L-interkonnessjoni ta' ċerta sistemi ta' informazzjoni mmexxija minn dawk is-setturi tista’ tkun teħtieġ il-mobilizzazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ finanzjament tagħhom b’mod konsistenti u skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat. L-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata taż-żoni kostali huma essenzjali għall-iżvilupp sostenibbli taż-żoni marittimi u r-reġjuni kostali u t-tnejn li huma jikkontribwixxu għall-għanijiet ta’ ġestjoni bbażati fuq l-ekosistemi u l-iżvilupp ta’ rabtiet bejn l-art u l-baħar. Dawn l-għodod huma importanti wkoll għall-ġestjoni tal-użi differenti tal-kosti, l-ibħra u l-oċeani tagħna sabiex ikun hemm lok għall-iżvilupp ekonomiku sostenibbli tagħhom u biex jiġi stimolat l-investiment transkonfinali, filwaqt li l-implimentazzjoni tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Istrateġija Marittima se tiddefinixxi ulterjorment il-limiti ta’ sostenibbiltà tal-attivitajiet tal-bniedem li jħallu impatt fuq l-ambjent marittimu. Barra minn hekk, jeħtieġ li jittejjeb l-għarfien dwar id-dinja tal-baħar, u li tiġi stimolata l-innovazzjoni permezz tal-iffaċilitar tal-ġbir, it-tqassim b’xejn, l-użu mill-ġdid u t-tixrid tad-dejta dwar l-istat tal-oċeani u l-ibħra.
(79) L-interkonnessjoni ta' ċerta sistemi ta' informazzjoni mmexxija minn dawk is-setturi tista’ tkun teħtieġ il-mobilizzazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ finanzjament tagħhom b’mod konsistenti u skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat. L-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata taż-żoni kostali huma essenzjali għall-iżvilupp sostenibbli taż-żoni marittimi u r-reġjuni kostali u t-tnejn li huma jikkontribwixxu għall-għanijiet ta’ ġestjoni bbażati fuq l-ekosistemi u l-iżvilupp ta’ rabtiet bejn l-art u l-baħar. Dawn l-għodod huma importanti wkoll għall-ġestjoni tal-użi differenti tal-kosti, l-ibħra u l-oċeani tagħna sabiex ikun hemm lok għall-iżvilupp ekonomiku sostenibbli tagħhom u biex jiġi stimolat l-investiment transkonfinali, filwaqt li l-implimentazzjoni tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Istrateġija Marittima se tiddefinixxi ulterjorment il-limiti ta’ sostenibbiltà tal-attivitajiet industrijali, tal-bini u tal-bniedem li jħallu impatt fuq l-ambjent marittimu. Barra minn hekk, jeħtieġ li jittejjeb l-għarfien dwar id-dinja tal-baħar, u li tiġi stimolata l-innovazzjoni permezz tal-iffaċilitar tal-ġbir, it-tqassim b’xejn, l-użu mill-ġdid u t-tixrid tad-data dwar l-istat tal-oċeani u l-ibħra u l-istatus tas-sajd, filwaqt li dan isir disponibbli għall-utenti finali u l-pubbliku ġenerali.
Emenda 111 Proposta għal regolament Premessa 80
(80) Il-FEMS għandu jappoġġja wkoll it-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-impjiegi, l-innovazzjoni u l-kompetittività fis-setturi marittimi u fir-reġjuni kostali. Huwa partikolarment importanti li jiġu identifikati l-ostakoli regolatorji u n-nuqqasijiet fil-ħiliet li jfixklu t-tkabbir f’setturi marittimi emerġenti u prospettivi, kif ukoll l-operazzjonijiet immirati lejn it-trawwim tal-investiment fl-innovazzjoni teknoloġika meħtieġa biex jitjieb il-potenzjal kummerċjali tal-applikazzjonijiet tal-baħar u dawk marittimi.
(80) Il-FEMS għandu jappoġġja wkoll it-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-impjiegi, l-innovazzjoni u l-kompetittività fis-setturi marittimi u fir-reġjuni kostali. Huwa partikolarment importanti li jiġu identifikati l-ostakoli regolatorji u n-nuqqasijiet fil-ħiliet li jfixklu t-tkabbir f’setturi marittimi emerġenti u prospettivi, kif ukoll l-operazzjonijiet immirati lejn it-trawwim tal-investiment fl-innovazzjoni teknoloġika meħtieġa biex jitjieb il-potenzjal kummerċjali tal-applikazzjonijiet tal-baħar u dawk marittimi. Il-FEMS għandu jappoġġja miżuri għall-iżvilupp tas-sistema tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fis-settur, inkluż ix-xiri tat-tagħmir u l-għodod meħtieġa biex tittejjeb il-kwalità tas-servizzi ta' edukazzjoni u taħriġ.
Emenda 112 Proposta għal regolament Premessa 81
(81) Il-FEMS għandu jkun komplimentari u konsistenti mal-istrumenti finanzjarji eżistenti u futuri magħmula disponibbli mill-Unjoni u mill-Istati Membri, fil-livell nazzjonali u sottonazzjonali, għall-promozzjoni tal-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-oċeani, l-ibħra u l-kosti, billi jgħin sabiex titrawwem kooperazzjoni aktar effettiva bejn l-Istati Membri u r-reġjuni kostali, tal-gżejjer u l-aktar imbiegħda tagħhom, u billi jikkunsidra l-prijoritizzazzjoni u l-progress tal-proġetti nazzjonali u lokali. Il-Fond ser jintrabat ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni li jistgħu jiġbru fihom dimensjoni marittima, b’mod partikolari il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Soċjali Ewropew, kif ukoll il-Programm Orizzont 2020 għar-Riċerka u l-politika dwar l-enerġija.
(81) Il-FEMS għandu jkun komplimentari u konsistenti mal-istrumenti finanzjarji eżistenti u futuri magħmula disponibbli mill-Unjoni u mill-Istati Membri, fil-livell nazzjonali u sottonazzjonali, għall-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli, il-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-oċeani, l-ibħra u l-kosti, billi jgħin sabiex titrawwem kooperazzjoni aktar effettiva bejn l-Istati Membri u r-reġjuni kostali, tal-gżejjer u l-aktar imbiegħda tagħhom, u billi jikkunsidra l-prijoritizzazzjoni u l-progress tal-proġetti nazzjonali u lokali. Il-Fond ser jintrabat ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni li jistgħu jiġbru fihom dimensjoni marittima, b’mod partikolari il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Soċjali Ewropew, kif ukoll il-Programm Orizzont 2020 għar-Riċerka u l-politika dwar l-enerġija.
Emenda 113 Proposta għal regolament Premessa 84
(84) Permezz ta’ assistenza teknika, il-FEMS għandu jipprovdi appoġġ preparatorju, amministrattiv u tekniku, kif ukoll appoġġ għall-miżuri ta’ informazzjoni, in-netwerking, l-evalwazzjonijiet, il-verifiki, l-istudji u l-iskambji ta’ esperjenza sabiex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali u għall-promozzjoni ta’ strateġiji u prattiċi innovattivi għal implimentazzjoni sempliċi u trasparenti. L-assistenza teknika għandha tinkludi wkoll it-twaqqif ta’ netwerk Ewropew ta’ Gruppi ta’ Azzjoni Lokali tas-Sajd immirat lejn il-bini tal-kapaċità, it-tixrid tal-informazzjoni, l-iskambju tal-esperjenza u l-appoġġ għall-kooperazzjoni bejn is-sħubiji lokali.
(84) Permezz ta’ assistenza teknika, il-FEMS għandu jipprovdi appoġġ preparatorju, amministrattiv u tekniku, kif ukoll appoġġ għall-miżuri ta’ informazzjoni, in-netwerking, l-evalwazzjonijiet, il-verifiki, l-istudji u l-iskambji ta’ esperjenza sabiex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali u għall-promozzjoni ta’ strateġiji u prattiċi innovattivi għal implimentazzjoni sempliċi u trasparenti, inkluż favur l-operaturi u l-organizzazzjonijiet tas-sajjieda. L-assistenza teknika għandha tinkludi wkoll l-istabbiliment ta’ netwerk Ewropew ta’ Gruppi ta’ Azzjoni Lokali tas-Sajd immirat lejn il-bini tal-kapaċità, it-tixrid tal-informazzjoni, l-iskambju tal-esperjenza u l-appoġġ għall-kooperazzjoni bejn is-sħubiji lokali.
Emenda 114 Proposta għal regolament Premessa 88
(88) Konxji mill-importanza tal-iżgurar tal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u tal-protezzjoni tal-istokkijiet tal-ħut, b’mod partikolari mis-sajd illegali u fl-ispirtu tal-konklużjonijiet magħmula fil-Green Paper dwar ir-Riforma tal-PKS, dawk l-operaturi li ma jkunux konformi mar-regoli tal-PKS, b’mod partikolari dawk li jipperikolaw is-sostenibbiltà tal-istokkijiet ikkonċernati u li għalhekk jikkostitwixxu theddid serju għall-użu sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar fil-livell tal-MSY li jirrestawraw u jħarsu l-popolazzjonijiet ta' speċijiet maħsuda 'l fuq mil-livelli li jistgħu joħolqu l-MSY u dawk li huma involuti fis-sajd tal-IUU għandhom jiġu esklużi mill-appoġġ fil-kuntest tal-FEMS. Il-finanzjament tal-Unjoni fl-ebda stadju mill-għażla għall-implimentazzjoni ta’ operazzjoni ma għandu jintuża biex ixekkel l-interess pubbliku ta’ konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar espress fl-għanijiet tar-Regolament tal-PKS.
(88) Konxji mill-importanza tal-iżgurar tal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u tal-protezzjoni tal-istokkijiet tal-ħut, b’mod partikolari mis-sajd illegali u fl-ispirtu tal-konklużjonijiet magħmula fil-Green Paper dwar ir-Riforma tal-PKS , dawk l-operaturi li ma jkunux konformi mar-regoli tal-PKS, b’mod partikolari dawk li jipperikolaw is-sostenibbiltà tal-istokkijiet ikkonċernati u, b’mod speċifiku, l-għanijiet tar-restorazzjoni u ż-żamma tal-popolazzjonijiet ta’ speċijiet maħsuda ’l fuq mil-livellili jistgħu joħolqu l-livell massimu sostenibbli sal-2015 u l-kisba u ż-żamma ta’ status ambjentali tajjeb sal-2020, li għalhekk jikkostitwixxu theddid serju għall-użu sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar fil-livell tal-MSY flimkien ma’ dawk li huma involuti fis-sajd tal-IUU u għandhom jiġu esklużi mill-appoġġ fil-kuntest tal-FEMS. Il-finanzjament tal-Unjoni fl-ebda stadju mill-għażla għall-implimentazzjoni ta’ operazzjoni ma għandu jintuża biex ixekkel l-interess pubbliku ta’ konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar espress fl-għanijiet tar-Regolament tal-PKS.
Emenda 115 Proposta għal regolament Premessa 88a (ġdida)
(88a) Għandu jkun hemm possibilità li l-fondi mill-FEMS jiġu ffriżati jekk Stat Membru ma jkunx kapaċi jittratta b’mod deċiżiv il-problemi bis-sajd illegali, mhux rapportat u mhux regolat fl-ilmijiet tiegħu u mill-flotta tas-sajd tiegħu.
Emenda 116 Proposta għal regolament Premessa 91
(91) Sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tal-PKS imsemmija fl-Artikoli 50 u 51 tar-[Regolament tal-PKS] u ssir kontribuzzjoni għall-konformità mar-regoli tal-PKS, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet addizzjonali għar-regoli dwar l-interruzzjoni tad-data ta’ skadenza tal-ħlas [Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni]. Fejn Stat Membru jew operatur jonqos milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu taħt il-PKS jew fejn il-Kummissjonigħandha provi li jissuġġerixxu dan in-nuqqas ta’ konformità, bħala miżura ta’ prekawzjoni, il-Kummissjoni għandha titħalla tinterrompi l-ħlasijiet.
(91) Sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tal-PKS imsemmija fl-Artikoli 50 u 51 tar-[Regolament tal-PKS] u ssir kontribuzzjoni għall-konformità mar-regoli tal-PKS, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet addizzjonali għar-regoli dwar l-interruzzjoni tad-data ta’ skadenza tal-ħlas [Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni]. Meta Stat Membru jew operatur jonqos milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu taħt il-PKS jew meta l-Kummissjoni jkollha provi li jivverifikaw dan in-nuqqas ta’ konformità, bħala miżura ta’ prekawzjoni, il-Kummissjoni għandha titħalla tinterrompi l-ħlasijiet.
Emenda 117 Proposta għal regolament Premessa 93
(93) Il-programm operazzjonali għandu jkun soġġett għal monitoraġġ u evalwazzjoni sabiex tittejjeb il-kwalità tiegħu u jintwerew il-kisbiet tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi qafas għal monitoraġġ u evalwazzjoni komuni li jiżgura, fost l-oħrajn, li d-dejtarelevanti tkun disponibbli fil-ħin. F’dan il-kuntest, għandha tiġi stabbilita lista ta’ indikaturi, filwaqt li jiġi vvalutat l-impatt tal-politika tal-FEMS mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ għanijiet speċifiċi.
(93) Il-programm operazzjonali għandu jkun soġġett għal monitoraġġ u evalwazzjoni sabiex tittejjeb il-kwalità tiegħu u jintwerew il-kisbiet tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi qafas għal monitoraġġ u evalwazzjoni komuni li jiżgura, fost l-oħrajn, li d-datarilevanti tkun disponibbli għall-pubbliku fil-ħin. F’dan il-kuntest, għandha tiġi stabbilita lista ta’ indikaturi, filwaqt li jiġi vvalutat l-impatt tal-politika tal-FEMS mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ għanijiet speċifiċi.
Emenda 118 Proposta għal regolament Premessa 95
(95) Bil-għan li jissaħħu l-aċċessibbiltà u t-trasparenza tal-informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament u l-benefiċjarji tal-proġetti, f’kull Stat Membru għandhom isiru disponibbli sit elettroniku uniku jew portal ta’ sit elettroniku li jipprovdu l-informazzjoni dwar il-programm operazzjonali, inklużi l-listi ta’ operazzjonijiet appoġġjati taħt kull programm operazzjonali. Din l-informazzjoni għandha tagħti idea raġonevoli, tanġibbli u konkreta lill-pubbliku ġenerali u b’mod partikolari lill-kontribwenti tal-Unjoni dwar kif jintefaq il-finanzjament tal-Unjoni f’dan il-qafas tal-FEMs. Minbarra dan l-għan, il-pubblikazzjoni tad-dejta relevanti għandha taqdi l-iskop ta’ pubbliċità ulterjuri tal-possibbiltà li wieħed japplika għal finanzjament tal-Unjoni. Madanakollu, bir-rispett sħiħ tad-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-dejta u f’konformità mas-sentenza tal-Qorti fil-Kawżi Konġunti Schecke, ma għandhiex tintalab il-pubblikazzjoni tal-ismijiet tal-persuni fiżiċi.
(95) Bil-għan li jissaħħu l-aċċessibbiltà u t-trasparenza tal-informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament u l-benefiċjarji tal-proġetti, f’kull Stat Membru għandhom isiru disponibbli sit elettroniku uniku jew portal ta’ sit elettroniku li jipprovdu l-informazzjoni dwar il-programm operazzjonali, inklużi l-listi ta’ operazzjonijiet appoġġjati taħt kull programm operazzjonali. Il-websajts dedikati tal-Istati Membri kollha għandhom ukoll ikunu aċċessibbli minn websajt uffiċjali tal-Unjoni biex iċ-ċittadini minn Stati Membri differenti jiġu megħjuna jkollhom aċċess eħfef għall-informazzjoni ppubblikata mill-Istati Membri kollha. Din l-informazzjoni għandha tagħti idea raġonevoli, tanġibbli u konkreta lill-pubbliku ġenerali u b’mod partikolari lill-kontribwenti tal-Unjoni dwar kif jintefaq il-finanzjament tal-Unjoni f’dan il-qafas tal-FEMs. Minbarra dan l-għan, il-pubblikazzjoni tad-data rilevanti għandha taqdi l-iskop ta’ pubbliċità ulterjuri tal-possibbiltà li wieħed japplika għal finanzjament tal-Unjoni. Madanakollu, bir-rispett sħiħ tad-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data u f’konformità mas-sentenza tal-Qorti fil-Kawżi Konġunti Schecke, ma għandhiex tintalab il-pubblikazzjoni tal-ismijiet tal-persuni fiżiċi.
Emenda 119 Proposta għal regolament Premessa 96a (ġdida)
(96a) Huwa partikolarment importanti li jiġi żgurat li l-kundizzjonalitajiet ex-ante li jikkonċernaw il-kapaċità amministrattiva għall-konformità mar-rekwiżiti tad-data għall-ġestjoni tal-industriji tas-sajd u l-mplimentazzjoni ta’ sistema ta’ spezzjoni u infurzar tal-kontroll tal-Unjoni jiġu rrispettati.
Emenda 120 Proposta għal regolament Premessa 96b (ġdida)
(96b) Huwa partikolarment importanti li jiġi żgurat li l-kondizzjonalitajiet ex ante li jikkonċernaw il-kapaċità amministrattiva għall-konformità mar-rekwiżiti tad-data għall-ġestjoni tal-industriji tas-sajd u l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ spezzjoni u infurzar tal-kontroll tal-Unjoni jiġu rrispettati.
Emenda 121 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt c
(c) l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd u s-sajd intern,
(c) l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd u tal-akkwakultura, tas-sajd intern u tal-attivitajiet relatati kif definit f’dan ir-Regolament,
Emenda 122 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt d
(d) u l-Politika Marittima Integrata (PMI).
(d) u l-Politika Marittima Integrata (PMI), inkluża d-Direttiva ta' Qafas dwar l-Istrateġija Marittima.
Emenda 123 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1
Dan ir-Regolament għandu japplika għal operazzjonijiet imwettqa fit-territorju tal-Unjoni sakemm ma jkunx stabbilit espliċitament b’mod ieħor f’dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu japplika għal operazzjonijiet imwettqa fit-territorju, l-ilmijiet u l-flotot tal-Unjoni sakemm ma jkunx stabbilit espliċitament b’mod ieħor f’dan ir-Regolament.
Emenda 124 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 1 (ġdid)
(–1) ‘sistema ta’ akkwakultura magħluqa’ tfisser faċilitajiet tal-akkwakultura fejn il-ħut u prodotti oħra akkwatiċi jiġu mkabbra f’sistemi b’riċirkolazzjoni magħluqa li jżommu u jittrattaw l-ilma ġewwa s-sistema, li jnaqqas l-użu tal-ilma. Tali sistemi normalment ikunu bbażati fuq l-art u prattikament jużaw mill-ġdid l-ilma kollu li jitpoġġa fis-sistema;
Emenda 125 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 2a (ġdid)
(2a) ‘diversifikazzjoni’ tfisser prattiki li jagħmlu l-attivitajiet tas-sajd jew tal-akkwakultura aktar versatili u li huma direttament kumplimentari għal jew jiddependu fuq attivitajiet bħal dawn;
Emenda 583 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 4a (ġdid)
(4a) "speċi aljeni": speċi aljeni fi ħdan it-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 708/20071;
1 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 708/2007 tal-11 ta' Ġunju 2007 dwar l-użu ta' speċi aljeni u li jinstabux lokalment fl-akkwakultura (ĠU L 168, 28.6.2007, p. 1).
Emenda 127 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 4b (ġdid)
(4b) ‘akkwakultura estensiva’ tfisser produzzjoni tal-akkwakultura li ma tirċevix inputs nutrizzjonali intenzjonali iżda tiddependi, minflok, fuq ikel naturali fil-faċilità tal-kultura, inkluż dak li jidħol mal-fluss tal-ilma bħall-kurrenti u l-iskambju tal-marea. L-akkwakultura estensiva tiddependi l-aktar fuq input nutrittiv uniku, b’mod partikolari ż-żerriegħa;
Emenda 128 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 5
(5) 'żona tas-sajd' tfisser żona b’xatt tal-baħar jew ta’ lag jew li tinkludi għadajjar jew estwarju ta’ xmara b’livell sinifikanti ta’ impjieg fis-settur tas-sajd jew tal-akkwakultura u magħżula bħala tali mill-Istat Membru;
(5) ‘żona tas-sajd u tal-akkwakultura’ tfisser żona b’xatt tal-baħar, ta’ xmara jew ta’ lag jew li tinkludi għadajjar jew estwarju ta’ xmara b’livell sinifikanti ta’ impjieg fis-settur tas-sajd jew tal-akkwakultura u magħżula bħala tali mill-Istat Membru
Emenda 129 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 5a (ġdid)
(5a) żona ta’ rkupru tal-istokkijiet tal-ħut’ tfisser żona ta’ baħar definita ġeografikament li fiha kwalunkwe attività ta' sajd hija pprojbita, għal titjib fl-isfruttar u l-konservazzjoni ta’ riżorsi akkwatiċi ħajjin jew il-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar, kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru .../.. [li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni];
Emenda 130 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 5b (ġdid)
(5b) ‘settur tas-sajd’ tfisser is-settur ekonomiku li jkopri l-attivitajiet kollha relatati mal-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura;
Emenda 131 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 5c (ġdid)
(5c) ‘ġestjoni u sistemi ta’ aċċess għas-sajd’ tfisser mekkaniżmi għall-attribuzzjoni ta’ u l-aċċess għal drittijiet relatati mas-sajd jew għall-ġestjoni tal-isforz tas-sajd, żviluppati fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, jew fil-livell tal-baċini tal-baħar, ta’ speċijiet fil-kwota jew barra mill-kwota fl-istrixxa kostali ta' 12-il mil jew lil hinn minnha, bl-għan li l-istokkijiet jinżammu fi stat tajjeb. Dawn is-sistemi huma implimentati mill-awtoritajiet pubbliċi jew l-organizzazzjonijiet tas-sajd.
Emenda 132 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 6
(6) 'sajjied' tfisser kwalunkwe persuna involuta f’sajd professjonali, kif rikonoxxut mill-Istat Membru, abbord bastiment operattiv tas-sajd jew involuta fir-rakkolta professjonali ta’ organiżmi tal-baħar, kif rikonoxxut mill-Istat Membru, mingħajr bastiment;
(6) ‘sajjied’ tfisser kwalunkwe persuna involuta f’sajd professjonali, inkluż l-impjegati, kif rikonoxxut mill-Istat Membru, abbord bastiment operattiv tas-sajd jew involuta fir-rakkolta professjonali ta’ organiżmi tal-ilma ħelu jew tal-baħar, kif rikonoxxut mill-Istat Membru, mingħajr bastiment;
Emenda 133 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 6a (ġdid)
(6a) ‘turiżmu tas-sajd’ tfisser attività kumplimentari mwettqa minn sajjieda professjonali fejn persuni li ma jkunux membri tal-ekwipaġġ jitilgħu abbord bastimenti tas-sajd bħala turisti jew riċerkaturi;
Emenda 134 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 6b (ġdid)
(6b) ‘attivitajiet anċillari tas-sajd u l-akkwakultura’ tfisser dawk l-attivitajiet imwettqa minn persuni li jipprovdu servizz professjonali lis-sajjieda li hu meħtieġ għall-attività tagħhom u nominat bħala tali mill-Istat Membru;
Emenda 135 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 8a (ġdid)
(8a) ‘akkwakultura intensiva’ tfisser produzzjoni tal-akkwakultura li tiddependi fuq dieti ta’ nutrizzjoni kompluta miżjuda mas-sistema ta’ nutrizzjoni jew ta’ ħut frisk, selvaġġ, tal-baħar jew tal-ilma ħelu, jew li jiddependi fuq dieti fformulati. Din tiddependi l-aktar fuq għalf komplut u disponibbli kummerċjalment u hi karatterizzata minn densitajiet tal-ħażniet għoljin;
Emenda 136 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 10
(10) ‘sajd fl-ibħra interni’ tfisser sajd imwettaq għal skopijiet kummerċjali minn bastimenti li joperawesklussivament fl-ibħra interni jew b’mezzi oħrajn użati għas-sajd fis-silġ;
(10) ‘sajd fl-ibħra interni’ tfisser sajd imwettaq għal skopijiet kummerċjali, minn bastiment jew mezz ieħor,esklużivament fl-ibħra interni jew b’mezzi oħrajn użati għas-sajd fis-silġ
Emenda 137 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 12
(12) ‘tmexxija marittima integrata’ tfisser il-ġestjoni koordinata tal-politiki settorjali kollha tal-UE li jaffettwaw l-oċeani, l-ibħra u r-reġjuni kostali;
(12) ‘tmexxija marittima integrata’ tfisser il-ġestjoni koordinata tal-politiki settorjali kollha fil-livell tal-Unjoni li jaffettwaw l-oċeani, l-ibħra u r-reġjuni kostali;
Emenda 138 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 13
(13) 'reġjuni tal-baħar' tfisser iż-żoni ġeografiċi stabbiliti fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE u ż-żoni stabbiliti mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd;
imħassar
Emenda 139 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 16
(16) 'strateġija tal-baċini tal-baħar' tfisser qafas strutturat ta’ kooperazzjoni fir-rigward ta’ żona ġeografika partikolari, żviluppat mill-Istituzzjonijiet Ewropej, mill-Istati Membri, mir-reġjuni tagħhom u, fejn xieraq, minn pajjiżi terzi li jikkondividu baċin tal-baħar; l-istrateġija tikkunsidra l-ispeċifiċitajiet ġeografiċi, klimatiċi, ekonomiċi u politiċi tal-baċin tal-baħar;
(16) ‘strateġija tal-baċini tal-baħar’ tfisser qafas strutturat ta’ kooperazzjoni fir-rigward ta’ żona ġeografika partikolari, żviluppat mill-Istituzzjonijiet Ewropej, mill-Istati Membri, mir-reġjuni tagħhom u l-awtoritajiet lokali u, meta xieraq, minn pajjiżi terzi li jikkondividu baċin tal-baħar; l-istrateġija tikkunsidra l-ispeċifiċitajiet ġeografiċi, klimatiċi, ekonomiċi u politiċi tal-baċin tal-baħar;
Emenda 140 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 16a (ġdid)
(16a) ‘akkwakultura semiintensiva’ tfisser akkwakultura li tiddependi l-aktar fuq ikel naturali iżda meta l-livelli tal-ikel preżenti b’mod naturali jiġu miżjuda permezz tal-użu ta’ għalf supplimentari li jikkumplimenta dak l-ikel naturali. Id-densitajiet tal-kulturi jinżammu f’livelli aktar baxxi minn dawk tipiċi tal-produzzjoni tal-akkwakultura intensiva;
Emenda 142 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 18 a (ġdid)
(18a) ‘persuna li taqbad/trabbi il-frott tal-baħar bil-qoxra’ tfisser kwalunkwe persuna li tiġbor jew tagħmel kultivazzjoni jew semikultivazzjoni, bil-wieqfa jew minn fuq bastiment, esklużivament u bl-użu ta’ rkaptu selettiv u speċifiku biex jaqbad speċi waħda jew iktar ta’ molluski, krustaċi, tunikati, ekinodermi jew mhux vertebrati oħra tal-baħar;
Emenda Orali Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 18 b (ġdid)
(18b) "Nassa tat-tonn" tfisser teknika tas-sajd estrattiva tradizzjonali bbażata fuq xbieki fissi ankrati mal-qiegħ għal diversi xhur, li tikkonsisti minn grupp ta' bastimenti, xbieki, wajers tas-sajd u ankri li jinsabu ħdejn il-kosta biex jinterċettaw il-hut li jpassi (tonn u speċi bħat-tonn) u jwassluhom f'żona magħluqa fejn jiġu estratti;
Emenda 143 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a
(a) jippromwovi sajd u akkwakultura sostenibbli u kompetittivi;
(a) jippromwovi sajd, akkwakultura u attivitajiet relatati ta’ pproċessar jew kummerċjalizzazzjoni li huma ambjentalment sostenibbli, ekonomikament vijabbli u soċjalment responsabbli;
Emenda 144 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c
(c) jippromwovi żvilupp territorjali bilanċjat u inklużiv taż-żoni tas-sajd;
(c) jippromwovi żvilupp territorjali bilanċjat u inklużiv taż-żoni tas-sajd u tal-akkwakultura;
Emenda 145 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d
(d) it-trawwim tal-implimentazzjoni tas-CFP.
(d) it-trawwim tal-implimentazzjoni tal-PKS, inkluż ir-reġjonalizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq.
Emenda 146 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(da) irawwem il-ħolqien tal-impjiegi biex jiġi evitat li l-komunitajiet tas-sajd jisparixxu u biex jiġu offruti kwalifiki u kundizzjonijiet tax-xogħol imtejba fis-settur tas-sajd.
3. Dawn l-objettivi għandhom jiġu segwiti mingħajr ma tiżdied il-kapaċità tas-sajd.
Emenda 149 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Il-kisba tal-għanijiet tal-FEMS għandu jikkontribwixxi għall-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Din għandha tintlaħaq permezz tas-sitt prijoritajiet tal-Unjoni, li jittraduċu l-Għanijiet Tematiċi tal-Qafas Strateġiku Komuni (minn hawn ’il quddiem CSF):
Il-kisba tal-għanijiet tal-FEMS għandha tikkontribwixxi għall-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-PSK Din għandha tintlaħaq permezz tas-sitt prijoritajiet tal-Unjoni għas-sajd, l-akkwakultura sostenibbli u attivitajiet relatati, li jittraduċu l-Għanijiet Tematiċi tal-Qafas Strateġiku Komuni (minn hawn ’il quddiem CSF):
Emenda 150 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 1 – parti introduttorja
(1) Iż-żieda tal-impjiegi u l-koeżjoni territorjali permezz tal-għanijiet li ġejjin:
(1) Iż-żieda tal-impjiegi u l-koeżjoni soċjali u territorjali permezz tal-għanijiet li ġejjin:
Emenda 151 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a
(a) Il-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku, l-inklużjoni soċjali, il-ħolqien tal-impjiegi u l-appoġġ tal-mobbiltà tax-xogħol f’komunitajiet kostali u interni li jiddependu fuq is-sajd u l-akkwakultura;
(a) Il-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku u l-inklużjoni soċjali, inkluż permezz tal-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp tal-impjegabbiltà u l-appoġġ tal-mobbiltà tax-xogħol f’komunitajiet kostali u interni li jiddependu fuq is-sajd u l-akkwakultura, inkluż fir-reġjuni l-aktar imbiegħda;
Emenda 152 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
(b) id-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd f’setturi oħrajn tal-ekonomija marittima u t-tkabbir tal-ekonomija marittima, inkluża l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.
(b) id-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd kemm fis-settur tas-sajd kif ukoll f’setturi oħrajn tal-ekonomija marittima li huma marbuta mill-qrib mas-settur tas-sajd, u t-tkabbir tal-ekonomija marittima, inkluża l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.
Emenda 153 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ba (ġdid)
(ba) il-promozzjoni tal-implimentazzjoni ta’ regoli soċjali armonizzati fil-livell tal-Unjoni.
Emenda 154 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a
(a) l-appoġġ għat-tisħiħ tal-iżvilupp teknoloġiku, l-innovazzjoni u t-trasferiment tal-għarfien;
Emenda 155 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2 – punt aa (ġdid)
(aa) it-tnaqqis tal-impatt negattiv tas-sajd fuq il-benessri tal-annimali;
Emenda 156 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b
(b) itejjeb il-kompetittività u l-vijabbiltà tas-sajd, b’mod partikolari tas-sajd kostali fuq skala żgħira u t-titjib tas-sikurezza jew tal-kondizzjonijiet tax-xogħol;
(b) itejjeb il-kompetittività u l-vijabbiltà tas-sajd u t-titjib tas-saħħa, l-iġjene, is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom;
Emenda 157 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c
(c) l-iżvilupp ta’ ħiliet professjonali ġodda u t-tagħlim tul il-ħajja;
(c) l-iżvilupp ta’ taħriġ professjonali, ħiliet professjonali ġodda u t-tagħlim tul il-ħajja, b’mod partikolari għal sajjieda żgħar;
Emenda 158 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ca (ġdid)
(ca) l-iżvilupp ta’ sajd artiġjanali kostali, b’mod partikolari l-kompetittività u s-sostenibbiltà tiegħu;
Emenda 159 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 3 – parti introduttorja
(3) It-trawwim ta’ akkwakultura innovattiva, kompetittiva u bbażata fuq l-għarfien permezz tal-enfasi fuq dawn l-oqsma:
(3) It-trawwim ta’ akkwakultura sostenibbli, innovattiva, kompetittiva bbażata fuq l-għarfien u l-ekosistema permezz tal-enfasi fuq dawn l-oqsma:
Emenda 160 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a
(a) l-appoġġ għat-tisħiħ tal-iżvilupp teknoloġiku, l-innovazzjoni u t-trasferiment tal-għarfien;
(a) l-appoġġ għat-tisħiħ tal-iżvilupp teknoloġiku, l-innovazzjoni teknika, soċjali u ekonomika u t-trasferiment tal-għarfien;
Emenda 161 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b
(b) it-titjib tal-kompetittività u l-vijabbiltà ta’ impriżi tal-akkwakultura, b’mod partikolari SMEs;
(b) it-titjib tal-kompetittività u l-vijabbiltà ta’ impriżi tal-akkwakultura estensivi u semiintensivi, b’mod partikolari SMEs
Emenda 162 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 3 – punt c
(c) l-iżvilupp ta’ ħiliet professjonali ġodda u t-tagħlim tul il-ħajja;
(c) l-iżvilupp ta’ ħiliet professjonali ġodda u l-inkoraġġiment ta’ taħriġ professjonali u t-tagħlim tul il-ħajja, b’mod partikolari għal akkwakulturisti żgħar;
Emenda 163 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 3 – punt d
Emenda 165 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a
(a) it-tnaqqis tal-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar;
(a) il-prevenzjoni, it-tnaqqis u, sa fejn huwa possibbli, l-eliminazzjoni ta’ qabdiet mhux mixtieqa u tal-impatti negattivi tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar, speċjalment permezz tas-selettività aħjar tal-irkaptu;
Emenda 166 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 4 – punt aa (ġdid)
(aa) l-iżgurar ta’ bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet disponibbli tas-sajd;
Emenda 167 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 4 – punt ba (ġdid)
(ba) l-implimentazzjoni tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Istrateġija Marittima u l-ilħuq ta’ status ambjentali tajjeb sal-2020;
Emenda 168 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a
(a) it-titjib tal-ekosistemi relatati mal-akkwakultura u l-promozzjoni ta’ akkwakultura effiċjenti fl-użu tar-riżorsi;
(a) il-promozzjoni ta’ akkwakultura effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, inkluż permezz tat-tnaqqis tad-dipendenza fuq l-ikel u ż-żejt tal-ħut u t-tnaqqis tal-użu ta’ kimiċi u antibijotiċi;
Emenda 169 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 5 – punt aa (ġdid)
(aa) il-valutazzjoni, it-tnaqqis u, meta jkun possibbli, l-eliminazzjoni tal-impatti tal-attivitajiet tal-akkwakultura fuq l-ekosistemi tal-baħar, terrestri u tal-ilma ħelu;
Emenda 170 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 6 – parti introduttorja
(6) It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-PKS permezz ta’:
(6) It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-PKS u t-tisħiħ tar-rabtiet u l-koerenza tagħha mal-Politika Marittima Integrata permezz ta’:
Emenda 171 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 6 – punt a
(a) il-forniment ta’ għarfien xjentifiku u ġbir ta’ dejta;
(a) l-appoġġ għall-ġbir u l-ġestjoni ta’ data, sabiex jittejjeb l-għarfien xjentifiku;
Emenda 172 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 6 – punt b
(b) l-appoġġ għall-kontroll u l-infurzar, filwaqt li titjieb il-kapaċità istituzzjonali u amministrazzjoni pubblika effiċjenti.
(b) l-appoġġ għall-monitoraġġ, il-kontroll u l-infurzar, filwaqt li titjieb il-kapaċità istituzzjonali u amministrazzjoni pubblika effiċjenti mingħajr ma jiżdied il-piż amministrattiv;
Emenda 173 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 6 – punt ba (ġdid)
(ba) l-appoġġ għar-reġjonalizzazzoni tal-PKS, b’mod speċjali permezz tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali.
Emenda 174 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1
1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat għandhom japplikaw għall-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri lil impriżi fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura.
1. L-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat għandhom japplikaw għall-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri lil impriżi fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura
Emenda 175 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2
2. Madankollu, l-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat ma għandhomx japplikaw għall-pagamenti magħmula mill-Istati Membri skont u b’konformità ma’ dan ir-Regolament fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat.
2. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat ma għandhomx japplikaw għall-pagamenti magħmula mill-Istati Membri skont u b’konformità ma’ dan ir-Regolament fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat.
Emenda 176 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1
Minbarra l-prinċipji msemmija fl-Artikolu 4 tar-[Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni u l-komplimentarjetà bejn l-appoġġ mill-FEMS u minn politiki u strumenti finanzjarji oħrajn tal-Unjoni, inkluż ir-Regolament (KE) Nru [li jistabbilixxi l-Programm Kwadru għall-Ambjent u l-Azzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima (Programm Kwadru LIFE)] u dawk fil-qafas tal-azzjoni esterna tal-Unjoni. Il-koordinazzjoni bejn l-għajnuna mill-FEMS u l-Programm Qafas LIFE għandha tinkiseb, b’mod partikolari, permezz tal-promozzjoni tal-finanzjamentta’ attivitajiet li jikkomplimentaw proġetti integrati ffinanzjati taħt il-Programm Qafas LIFE, kif ukoll permezz tal-promozzjoni tal-użu ta’ soluzzjonijiet, metodi u strateġiji vvalidati taħt il-Programm Qafas LIFE.
Minbarra l-prinċipji msemmija fl-Artikolu 4 tar-[Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni u l-komplimentarjetà bejn l-appoġġ mill-FEMS u minn politiki u strumenti finanzjarji oħrajn tal-Unjoni, inkluż dawk fil-qafas tal-azzjoni esterna tal-Unjoni. Dan ir-rekwiżitta’ koordinazzjoni u kumplimentarjetà għandu jkun inkluż fil-programmi operazzjonali.
Emenda 177 Proposta għal regolament Artikolu 11
Il-kundizzjonalitajiet ex ante msemmija fl-Anness III għal dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-FEMS.
Il-kundizzjonalitajiet ex ante speċifiċi msemmija fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-FEMS.
Emenda 178 Proposta għal regolament Artikolu 11a (ġdid)
1. Sa ...*, il-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, għandha twettaq valutazzjoni tal-konformità mal-Istati Membri mal-limiti massimi tal-kapaċità tas-sajd, stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru .../..... [dwar il-PKS].
2. Meta l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tindika li Stat Membru ma jkunx konformi mal-limiti massimi tiegħu ta’ kapaċità, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti u l-impenji kollha jew parti minnhom għall-programm operazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.
3. Il-Kummissjoni għandha tneħħi s-sospensjoni tal-pagamenti u l-impenji malli l-Istat Membru jimplimenta miżuri mmirati lejn il-konformità mal-limiti massimi tal-kapaċità tiegħu u dawn jiġu approvati mill-Kummissjoni.
_________________ * Tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 180 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) operaturi involuti fl-operazzjoni, fil-ġestjoni jew fis-sjieda ta’ bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ pajjiżi identifikati bħala pajjiżi terzi nonkooperattivi skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008;
Emenda 181 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)
(bb) operaturi li jinstabu ħatja, fi proċedimenti kriminali jew amministrattivi, li wettqu ksur serju ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ fl-oqsma li ġejjin:
– il-pagi u l-kundizzjonijiet tal-impjieg fin-negozju;
– ir-responsabbiltà professjonali;
– it-traffikar tal-bnedmin jew tad-droga;
Emenda 182 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt bc (ġdid)
(bc) operaturi li jinsabu ħatja, fi proċedimenti kriminali jew amministrattivi, ta’ ksur serju tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fi Stat Membru wieħed jew iktar, partikolarment rigward:
– il-ħinijiet tax-xogħol u l-perjodi ta’ mistrieħ għas-sajjieda;
– il-leġiżlazzjoni fil-qasam tas-saħħa u tas-sikurezza;
– il-pagi u l-kundizzjonijiet tal-impjieg fin-negozju;
– il-kwalifika inizjali u t-taħriġ kontinwu tas-sajjieda;
Emenda 184 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) operaturi li naqsu milli jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal-25 ta’ Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta’ qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-PKS1.
_______________
1 ĠU L 60, 5.3.2008, p.1.
Emenda 571 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 3 – punt a
(a) l-identifikazzjoni tal-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 1 u 2 li għandu jkun proporzjonat għall-gravità jew għar-ripetizzjoni tal-ksur jew nuqqas ta’ konformità;
(a) l-identifikazzjoni tal-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 li għandu jkun proporzjonat għall-gravità jew għar-ripetizzjoni tal-ksur jew nuqqas ta’ konformità in kwistjoni, filwaqt li jitqiesu kriterji bħalma huma l-ħsara li tkun saret, il-valur tagħha, kemm hu serju l-ksur jew in-nuqqas ta' konformità u r-ripetizzjoni tiegħu, u li jrid ikun ta' mill-inqas sena;
Emenda 185 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 4
4. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-operaturi li jissottomettu applikazzjoni taħt il-FEMS jipprovdu lill-awtorità amministrattiva b’dikjarazzjoni ffirmata li tikkonferma li huma jirrispettaw il-kriterji elenkati fil-paragrafu 1 u li ma wettqux irregolarità taħt il-FES jew il-FEMS kif imsemmi fil-paragrafu 2. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw il-veraċità tad-dikjarazzjoni qabel l-approvazzjonoi tal-operazzjoni.
4. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-operaturi li jissottomettu applikazzjoni taħt il-FEMS jipprovdu lill-awtorità amministrattiva b’dikjarazzjoni ffirmata li tikkonferma li huma jirrispettaw il-kriterji elenkati fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw il-veraċità tad-dikjarazzjoni qabel l-approvazzjonoi tal-operazzjoni permezz ta’ referenza għall-informazzjoni pprovduta fir-reġistru nazzjonali tal-infrazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 93 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, jew għal data oħra pprovduta għal dan l-iskop.
Emenda 610 Proposta għal regolament Artikolu 12a (ġdid)
Artikolu 12a
Sospensjoni tal-pagamenti
Fil-każ ta' operaturi li jkunu taħt investigazzjoni għal ksur kif deskritt fl-Artikolu 12(1), kwalunkwe pagament taħt il-FEMS lill-operaturi kkonċernati għandu jiġi sospiż. Jekk operatur jinstab li jkun wettaq xi ksur skont l-Artikolu 12(1), l-applikazzjoni tal-operaturi kkonċernati għandha titqies mhux ammissibbli.
Emenda 186 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a
(a) operazzjonijiet li jżidu l-kapaċità ta’ sajd tal-bastiment;
(a) operazzjonijiet li jżidu l-kapaċità ta’ sajd jew l-abilità tal-bastiment li jaqbad il-ħut;
Emenda 187 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) operazzjonijiet li jipperikolaw is-sostenibbiltà tar-riżorsi u l-ekosistemi bijoloġiċi tal-baħar;
Emenda 188 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)
(ab) miżuri ta’ impjieg distruttivi;
Emenda 190 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) investimenti abbord bastimenti li jappartjenu għal parti minn flotta li għaliha r-rapport ta’ kapaċità, imsemmi fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru …/… [dwar il-PKS], ma jkunx wera li jeżisti bilanċ sostenibbli bejn l-opportunitajiet tas-sajd u l-kapaċità tal-flotta;
Emenda 191 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt c
(c) waqfien temporanju mill-attivitajiet ta’ sajd;
imħassar
Emenda 192 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt d
(d) sajd esperimentali;
(d) sajd esploratorju;
Emenda 611 Proposta għal regolament Artikolu 15 - paragrafi 2 u 4
2. EUR 4,535,000,000 tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu (1) għandhom jiġu allokati għall-iżvilupp sostenibbli tas-sajd, tal-akkwakultura u taż-żoni tas-sajd taħt il-Kapitoli I, II u III tat-Titolu V.
2. Massimu ta' 71.86 % tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu (1) għandhom jiġu allokati għall-iżvilupp sostenibbli tas-sajd, tal-akkwakultura u taż-żoni tas-sajd taħt il-Kapitoli I, II u III tat-Titolu V.
3. EUR 477 000 000 tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu (1) għandhom jiġu allokati għall-miżuri ta’ kontroll u infurzar imsemmija fl-Artikolu 78.
3. Minimu ta' 12.5 % tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu (1) għandhom jiġu allokati għall-miżuri ta’ kontroll u infurzar imsemmija fl-Artikolu 78.
4. EUR 358 000 000 tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu (1) għandhom jiġu allokati għall-miżuri dwar il-ġbir tad-dejta msemmija fl-Artikolu 79.
4. Minimu ta' 12.97 % tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu (1) għandhom jiġu allokati għall-miżuri dwar il-ġbir tad-dejta msemmija fl-Artikolu 79.
Emenda 198 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 5 – parti introduttorja
5. Fis-sena, ir-riżorsi allokati għall-kumpens tar-reġjuni l-aktar imbiegħda taħt il-Kapitolu V tat-Titolu V, ma għandhomx jaqbżu:
5. Ir-riżorsi allokati għall-kumpens tar-reġjuni l-aktar imbiegħda taħt il-Kapitolu V tat-Titolu V, ma għandhomx jaqbżu:
— EUR X fis-sena għar-reġjuni l-aktar imbiegħda Franċiżi.
Emenda 202 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 6
6. EUR 45 000 000 tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu (1) għandhom jiġu allokati għall-għajnuna għall-ħżin imsemmija fl-Artikolu 72 mill-2014 sal-2018 inklużi.
6. EUR X tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu (1) għandhom jiġu allokati għall-pjanijiet ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 69 u għall-għajnuna għall-ħżin imsemmija fl-Artikolu 70.
6a. L-Istati Membri għandhom jingħataw l-opportunità li jużaw ir-riżorsi disponibbli skont l-Artikolu 15(2), 15(5) u 15(6) għal miżuri skont l-Artikolu 15(3)u l-Artikolu 15(4).
Emenda 204 Proposta għal regolament Artikolu 16a (ġdid)
Artikolu 16a
[Ammonti ta' referenza annwali u approprjazzjonijiet annwali]
1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja indikattiv globali, kif definit fil-punt [17] tal-Ftehim Interistituzzjonali ta' xx/201z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u amministrazzjoni finanzjarja tajba għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2014 sal-2020 għandu jkun ta' EUR X fi prezzijiet kostanti tal-2011.
2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjaru pluriennali għas-snin 2014-2020 u l-Ftehim Interistituzzjonali ta’ xxx/201z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u amministrazzjoni finanzjarja tajba.
Emenda 205 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt a – sottopunt i
(i) il-livell tal-impjiegi fis-sajd u l-akkwakultura,
(i) il-livell tal-impjiegi fis-sajd, fl-akkwakultura u fl-industrija tal-ipproċessar,
Emenda 206 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt a – sottopunt ii
(ii) il-livell tal-impjiegi fis-sajd u l-akkwakultura,
(ii) il-livell tal-impjiegi fis-sajd, fl-akkwakultura u fl-industrija tal-ipproċessar,
Emenda 207 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt b – sottopunt iii
(iii) Il-firxa tal-kompiti ta' ġbir tad-dejta tal-Istat Membru kkonċernat, approssimizzata mid-daqs tal-flotta tas-sajd nazzjonali, l-ammont ta’ żbarkamenti u l-ammont ta' attivitajiet ta' monitoraġġ xjentifiku fil-baħar u n-numru ta' stħarriġ li l-Istat Membru jkun qed jieħu sehem fih, u
(iii) il-firxa tal-kompiti ta’ ġbir u ġestjonitad-data tal-Istat Membru kkonċernat, approssimizzata mid-daqs tal-flotta tas-sajd nazzjonali, l-ammont ta’ żbarkamenti u l-ammont ta’ attivitajiet ta’ monitoraġġ xjentifiku fil-baħar u n-numru ta’ stħarriġ li l-Istat Membru jkun qed jieħu sehem fih, u
Emenda 208 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt b – sottopunt iv
(iv) Ir-riżorsidisponibblita' ġbir ta' dejta meta mqabbel mal-firxa tal-kompiti ta' ġbir ta' dejta tal-Istat Membru, fejn disponibbli tfisser li jkunu approssimizzati għan-numru ta' osservaturi fil-baħar u l-ammont ta' riżorsi umani u mezzi tekniċi meħtieġa sabiex ikun implimentat il-programm ta' kampjunar għall-ġbir tad-dejta.
(iv) il-ġbiru l-ġestjoni ta’ datatar-riżorsi li huma disponibbli meta mqabbla mal-firxa tal-kompiti ta’ ġbir u ġestjoni ta’ data tal-Istat Membru, meta mezzi disponibbli jkunu approssimizzati għar-riżorsi umani u l-mezzi tekniċi meħtieġa sabiex ikun implimentat il-programm ta’ kampjunar għall-ġbir tad-data.
Emenda 209 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt c
c) Fir-rigward tal-miżuri kollha, l-allokazzjonijiet storiċi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 u l-konsum storiku skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006.
c) Fir-rigward tal-miżuri kollha, l-allokazzjoni preċedenti ta’ fondi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 għall-perjodu 2007-2013 u l-konsum preċedenti skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006.
Emenda 210 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 1
1. Kull Stat Membru għandu jħejji programm operazzjonali uniku sabiex jimplimenta l-prijoritajiet tal-Unjoni li għandhom jiġu kofinanzjati mill-FEMS.
1. Kull Stat Membru għandu jħejji programm operazzjonali uniku sabiex jimplimenta l-prijoritajiet tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament li għandhom jiġu kofinanzjati mill-FEMS.
Emenda 211 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 3
3. Fir-rigward tat-taqsima tal-programm operazzjonali msemmija fl-Artikolu 20(1)(n) il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, il-prijoritajiet tal-Unjoni għall-politika ta’ infurzar u kontroll sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2013.
3. Fir-rigward tat-taqsima tal-programm operazzjonali msemmija fl-Artikolu 20(1)(n), il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 127,utistabbilixxi l-prijoritajiet tal-Unjoni għall-politika ta’ infurzar u kontroll sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2013.
(2) Kull Stat Membru għandu jinkludi pjan ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 32 tar-[Regolament (UE) Nru …/….[ dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura].
Emenda 213 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt c
(c) hija prevista azzjoni xierqa biex tissimplifika u tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-programm;
(c) hija prevista azzjoni xierqa biex tissimplifika u tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-programm, b’mod partikolari biex tiffaċilita l-aċċess tal-operaturi tas-sajd artiġjanali u kostali u l-organizzazzjonijiet tagħhom għall-appoġġ finanzjarju disponibbli;
Emenda 214 Proposta għal regolament Artikolu 19 – punt da (ġdid)
(da) meta applikabbli, il-konsistenza tal-miżuri taħt il-prijoritajiet tal-Unjoni għall-FEMS imsemmija fl-punt d tal-Artikolu 38(1) ta' dan ir-Regolament u l-oqfsa ta' azzjoni prijoritizzata għal Natura 2000 imsemmija fl-Artikolu 8(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE u l-kisba ta' status ambjentali tajjeb kif definit fid-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Gunju2008li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina).
Emenda 215 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt b
(b) analiżi tas-sitwazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mas-SWOT u l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet li għandhom jiġu indirizzati fiż-żona ġeografika koperta mill-programm;
(b) analiżi tas-sitwazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mas-SWOT u l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet li għandhom jiġu indirizzati fiż-żona ġeografika u ambjentali koperta mill-programm;
L-analiżi għandha tkun strutturata madwar il-prijoritajiet tal-Unjoni. Il-ħtiġijiet speċifiċi dwar it-tnaqqis u l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-promozzjoni tal-innovazzjoni għandhom jiġu vvalutati madwar il-prijoritajiet tal-Unjoni, fid-dawl tal-identifikazzjoni tar-reazzjonijiet rilevanti f’dawn iż-żewġ oqsma fil-livell ta’ kull prijorità; sinteżi tas-sitwazzjoni tal-oqsma ta’ politika eliġibbli għal appoġġ f'termini ta' saħħiet u nuqqasijiet;
L-analiżi għandha tkun strutturata madwar il-prijoritajiet tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 6. Il-ħtiġijiet speċifiċi dwar it-tnaqqis u l-adattament għat-tibdil fil-klima u għall-promozzjoni tal-innovazzjoni għandhom jiġu vvalutati b’rabta mal-prijoritajiet tal-Unjoni, sabiex jiġu identifikati s-soluzzjonijiet l-aktar rilevanti relatati ma’ dawk l-oqsma fil-livell ta’ kull prijorità;
Din l-analiżi għandha tkopri wkoll l-effetti fuq kull reġjun jew żona kostali tal-implimentazzjoni tal-PKS.
Emenda 216 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) analiżi tal-konsegwenzi tal-implimentazzjoni tal-PKS għall-impjiegi matul il-katina kollha tal-valur u proposti innovattivi għall-impjiegi fl-oqsma affettwati;
Emenda 217 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt c
(c) wiri ta’ approċċ pertinenti integrat fil-programm lejn l-innovazzjoni,l-ambjent,inklużil-ħtiġijiet speċifiċi taż-żoni tan-Natura 2000, u l-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima;
(c) analiżi li turi li l-programm iqis l-effetti tas-sajd u l-akkwakultura fuq l-ambjent u, meta xieraq, il-ħtiġijiet speċifiċi taż-żoni tan-Natura 2000, kif ukoll il-kisba ta' status ambjentali tajjeb, l-istabbiliment ta’ netwerk koerenti ta’ żoni ta’ rkupru tal-ħut u l-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima;
Emenda 218 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) valutazzjoni tal-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli kif meħtieġ skont [ir-Regolament (UE) Nru …/…. [dwar il-PKS] u deskrizzjoni tal-miżuri meħuda biex jikkonformaw mal-limiti tal-kapaċità tas-sajd stabbiliti fl-Anness II ta' dak ir-Regolament;
Emenda 219 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt h
(h) indikazzjoni ċara tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħt il-Kapitolu III tat-Titolu V li jistgħu jitwettqu b’mod kollettiv u li għalhekk jistgħu jibbenifikaw minn intensità ogħla tal-għajnuna skont l-Artikolu 95(3);
(h) indikazzjoni ċara tal-miżuri li jaqgħu taħt il-Kapitolu III tat-Titolu V li jistgħu jitwettqu b’mod kollettiv u li għalhekk jistgħu jibbenefikaw minn intensità ogħla tal-għajnuna skont l-Artikolu 95(3);
Emenda 220 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)
(ha) pjan ta' azzjoni għal sajd fuq skala żgħira u tal-kosta li jistabbilixxi strateġija għall-iżvilupp, il-kompetittività u s-sostenibbiltà ta' sajd fuq skala żgħira u tal-kosta;
Emenda 221 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt hb (ġdid)
(hb) deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri relatati mat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni li jibbenefikaw minn appoġġ skont l-Artikolu 69;
Emenda 222 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt i
(i) analiżi tal-ħtiġijiet relatati mar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni u l-pjan ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 49 tar-[Regolament (UE) Nru [...] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni]. L-Istati Membri għandhom jipprovdu biżżejjed riżorsi u attivitajiet ta’ bini tal-kapaċità sabiex jindirizzaw il-ħtiġijiet identifikati;
(i) ir-rekwiżiti tal-evalwazzjoni u l-pjan ta’ evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 49 tar-[Regolament (UE) Nru [...] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] u l-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jindirizzaw il-ħtiġijiet identifikati;
Emenda 223 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt j – sottopunt ii
(ii) tabella li tistabbilixxi r-riżorsi applikabbli tal-FEMS u r-rata ta’ kofinanzjament għall-għanijiet skont il-prijoritajiet tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 6 u l-assistenza teknika. Fejn applikabbli, din it-tabella għandha tindika separatament ir-riżorsi tal-FEMS u r-rati tal-kofinanzjament li japplikaw permezz ta’ deroga għar-regola ġenerali tal-Artikolu 94(1) għall-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 72, fl-Artikolu 73, fl-Artikolu 78(2)(a) sa (d) u (f) sa (j), fl-Artikolu 78(2)(e) u fl-Artikolu 79.
(ii) tabella li tistabbilixxi r-riżorsi applikabbli tal-FEMS u r-rata ta’ kofinanzjament għall-prijoritajiet tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 6 u l-assistenza teknika; Meta applikabbli, din it-tabella għandha tindika separatament ir-riżorsi tal-FEMS u r-rati tal-kofinanzjament li japplikaw permezz ta’ deroga għar-regola ġenerali tal-Artikolu 94(1) għall-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 72, fl-Artikolu 73, fl-Artikolu 78(2)(a) sa (d) u (f) sa (j), fl-Artikolu 78(2)(e) u fl-Artikolu 79.
Emenda 224 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt k
(k) informazzjoni dwar il-kumplimentarjetà mal-miżuri ffinanzjati permezz ta’ Fondi oħrajn tas-CSF jew il-Programm Qafas LIFE;
(k) informazzjoni dwar il-komplimentarjetà mal-miżuri ffinanzjati permezz ta’ politiki u strumenti finanzjarji oħrajn tal-Unjoni;
Emenda 225 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt l – punt ia (ġdid)
(ia) deskrizzjoni ċara tar-rwoli li għandhom jitwettqu mill-FLAGs u mill-awtorità jew il-korp ta’ ġestjoni maħtura għall-istabbiliment ta’ kompiti għall-implimentazzjoni tal-istrateġija;
Emenda 226 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt l – sottopunt ii
(ii) deskrizzjoni tal-proċeduri ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, kif ukoll il-kompożizzjoni tal-Kumitat ta’ Monitoraġġ;
(ii) deskrizzjoni tal-proċeduri ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, kif ukoll il-kompożizzjoni ġenerali tal-Kumitat ta’ Monitoraġġ;
Emenda 227 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt m
(m) il-ħatra tal-imsieħba msemmija fl-Artikolu 5 tar-[Regolament (UE) Nru [...] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] u r-riżultati tal-konsultazzjoni tal-imsieħba;
(m) il-proċedura għall-ħatra tal-imsieħba msemmija fl-Artikolu 5 tar-[Regolament (UE) Nru [...] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] u r-riżultati tal-konsultazzjoni tal-imsieħba; il-modifiki fir-rigward tal-imsieħba jistgħu jiġu implimentati waqt il-programm bil-qbil tal-Kumitat ta’ Monitoraġġ;
Emenda 228 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt n – punt i
(i) lista tal-korpi li jimplimentaw is-sistema ta’ kontroll, spezzjoni u infurzar u deskrizzjoni qasira tar-riżorsi umani u finanzjarji tagħhom disponibbli għall-kontroll, l-ispezzjoni u l-infurzar tas-sajd, it-tagħmir tagħhom disponibbli għall-kontroll, l-ispezzjoni u l-infurzar tas-sajd, b’mod partikolari l-għadd ta’ bastimenti, inġenji tal-ajru u ħelikopters;
(i) lista tal-korpi li jimplimentaw is-sistema ta’ kontroll, spezzjoni u infurzar u deskrizzjoni qasira tar-riżorsi umani u finanzjarji tagħhom disponibbli għall-kontroll, l-ispezzjoni u l-infurzar tas-sajd, it-tagħmir ewlieni tagħhom disponibbli għall-kontroll, l-ispezzjoni u l-infurzar tas-sajd, b’mod partikolari l-għadd ta’ bastimenti, inġenji tal-ajru u ħelikopters;
Emenda 229 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt o – parti introduttorja
(o) Għall-iskop tal-ġbir tad-dejta għall-ġestjoni tas-sajd sostenibbli msemmija taħt l-Artikoli 6(6) u 18(4) u f’konformità mal-programm multiannwali tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 37(5) tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd]:
(o) għall-iskop tal-ġbir tad-data għall-ġestjoni tas-sajd sostenibbli bbażata fuq l-ekosistema msemmija taħt l-Artikoli 6(6) u 18(4) u f’konformità mal-programm pluriennali tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 37(5) tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd] u għall-analiżi tas-sitwazzjoni soċjoekonomika tal-industrija tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura:
Emenda 230 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt o – punt i
(i) deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ ġbir tad-dejta li għandhom jitwettqu sabiex ikunu jistgħu jsiru dawn li ġejjin:
(i) deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ ġbir tad-data li għandhom jitwettqu b’konsultazzjoni mal-partijiet interessati sabiex ikunu jistgħu jsiru dawn li ġejjin:
Emenda 231 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt o – punt i – inċiż 1
— evalwazzjoni tas-settur tas-sajd (varjabbli bijoloġiċi, ekonomiċi u trasversali kif ukoll stħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar),
— evalwazzjoni tas-settur tas-sajd (varjabbli bijoloġiċi, ekonomiċi, soċjali u trasversali fil-katina kollha tal-valur, kif ukoll stħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar),
Emenda 232 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt o – punt i – inċiż 2
— evalwazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industriji tal-akkwakultura u tal-ipproċessar,
— evalwazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tal-industriji tal-akkwakultura u tal-ipproċessar,
Emenda 233 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt o – punt i – inċiż 3
— evalwazzjoni tal-effetti tas-settur tas-sajd fuq l-ekosistema.
— evalwazzjoni tal-effetti tas-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura fuq l-ekosistema sabiex ikunu jistgħu jitqabblu t-tipi ta’ attivitajiet ta’ sajd u akkwakultura u segmenti tal-flotta skont ir-rekwiżiti tar-Regolament(UE) Nru …/…. [dwar il-PKS].
Emenda 234 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt o – punt iii
(iii) wiri tal-kapaċità sabiex tinkiseb ġestjoni finanzjarja u amministrattiva tajba tad-dejta miġbura.
(iii) ġustifikazzjoni tal-kapaċità sabiex tinkiseb ġestjoni finanzjarja u amministrattiva tajba tad-data miġbura.
Emenda 235 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 4
4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, regoli għall-preżentazzjoni tal-elementi deskritti fil-paragrafi 1, 2 u 3. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 128(2).
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jistabbilixxu regoli għall-preżentazzjoni tal-elementi deskritti fil-paragrafi 1, 2 u 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 128(3).
Emenda 236 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 2
2. Il-Kummissjoni għandha tapproval-programm operazzjonali permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjonili japprovaw il-programm operazzjonali meta tkun sodisfatta li ntlaħqu r-rekwiżiti tal-paragrafu 1. Ladarbu jiġu approvati, il-programmi operazzjonali għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku.
Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tadotta deċiżjoni li tagħti d-dettalji tal-bidliet fil-prijoritajiet tal-Unjoni fil-politika ta’ infurzar u kontroll imsemmija fl-Artikolu 18(3) u l-operazzjonijiet korrispondenti eliġibbli li għandhom jiġu prijoritizzati.
Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 127 li jagħtu d-dettalji tal-bidliet fil-prijoritajiet tal-Unjoni fil-politika ta’ infurzar u kontroll imsemmija fl-Artikolu 18(3) u l-operazzjonijiet korrispondenti eliġibbli li għandhom jiġu prijoritizzati.
Billi jikkunsidraw dawn il-prijoritajiet il-ġodda stipulati fid-deċiżjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, sal-31 ta' Ottubru tas-sena qabel is-sena ta' implimentazzjoni kkonċernata, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni l-emenda għall-Programm Operazzjonali.
L-Istati Membri jistgħu jemendaw il-programm operazzjonali tagħhom, billi jikkunsidraw dawn il-prijoritajiet il-ġodda stipulati fid-deċiżjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni kull emenda bħal din sal-31 ta’ Ottubru tas-sena qabel is-sena ta’ implimentazzjoni kkonċernata.
Emenda 239 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 1
1. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 20(1)(o), l-Istati Membri għandhom jissottomettu pjan ta’ ħidma annwali lill-Kummissjoni qabel il-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena. Il-pjanijiet ta’ ħidma annwali għandu jkollhom deskrizzjoni tal-proċeduri u l-metodi li għandhom jintużaw fil-ġbir u l-analiżi tad-dejta u sabiex jiġu vvalutati l-eżattezza u l-preċiżjoni tagħhom.
1. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 20(1)(o), l-Istati Membri għandhom jissottomettu, qabel il-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena, pjan ta’ ħidma annwali lill-Kummissjoni, jew jinnotifikaw il-prosegwiment tal-pjan li kien fis-seħħ is-sena ta’ qabel. Il-pjanijiet ta’ ħidma annwali għandhom jitfasslu fil-qafas ta’ programm nazzjonali pluriennali, skont il-programm tal-Unjoni u għandu jkollhom deskrizzjoni tal-proċeduri u l-metodi li għandhom jintużaw fil-ġbir u l-analiżi tad-data u sabiex jiġu vvalutati l-eżattezza u l-preċiżjoni tagħhom.
Emenda 240 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 - punt b
(b) l-introduzzjoni jew l-irtirar ta’ miżuri jew tipi ta’ operazzjonijiet;
(b) l-introduzzjoni jew l-irtirar ta’ miżuri jew tipi ta’ operazzjonijiet rilevanti u l-informazzjoni u l-indikaturi relatati magħhom;
Emenda 241 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 2
2. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 128(2).
2. L-atti ta' implimentazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 128(3).
Emenda 242 Proposta għal regolament Artikolu 25 – titolu
Programm ta’ ħidma annwali
Programm operazzjonali pluriennali uprogrammi ta’ ħidma annwali
Emenda 243 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 1
1. Sabiex timplimental-Kapitolu I u II tat-Titolu VI u l-Artikolu 92 permezz ta’attita’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta’ ħidma annwali skont l-għanijiet stabbiliti f’dawk il-Kapitoli. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 128(3).
1. Sabiex tistabbilixxi d-dettalji għall-applikazzjoni tal-Kapitoli I u II tat-Titolu VI u l-Artikolu 92, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 127, biex tistabbilixxi programm operazzjonali pluriennali, li wieħed mill-kompiti tiegħu se jkun li jistabbilixxi programmi ta’ ħidma annwali, skont l-għanijiet stabbiliti f’dawk il-Kapitoli.
Emenda 244 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 2
2. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jistabbilixxi l-għanijiet fil-mira, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta' implimentazzjoni u l-ammont totali tiegħu. Għanduwkoll jinkludi deskrizzjoni tal-attivitajiet li għandhom ikunu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull attività, skeda taż-żmien ta' implimentazzjoni indikattiva, kif ukoll informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tagħhom. Għall-għotjiet għandha tinkludi l-prijoritajiet, il-kriterja essenzjali ta' evalwazzjoni u r-rata massima ta' kofinanzjament.
2. Il-programm operazzjonali pluriennali u l-programmi ta’ ħidma annwali għandhom jistabbilixxu l-għanijiet fil-mira, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta’ implimentazzjoni u l-ammont totali tiegħu. Dawn għandhomukoll jinkludu deskrizzjoni tal-attivitajiet li għandhom ikunu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull attività u skeda taż-żmien ta’ implimentazzjoni indikattiva, kif ukoll informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tagħhom. Għall-għotjiet, huma għandhom jinkludu l-prijoritajiet, il-kriterji essenzjali ta’ evalwazzjoni u r-rata massima ta’ kofinanzjament. Barra minn hekk, dawn għandhom jinkludu rekwiżit għal rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-baġit.
Emenda 245 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 1
1. Is-sid ta’ bastiment tas-sajd li rċieva appoġġ taħt l-Artikoli 32(1)(b), 36, 39(1)(a), jew 40(2) ta’ dan ir-Regolament ma għandux jittrasferixxi l-bastiment lil pajjiż terz barra mill-Unjoni tal-inqas matul 5 snin wara d-data tal-ħlas attwali lill-benefiċjarju.
1. Is-sid ta’ bastiment tas-sajd li rċieva appoġġ taħt l-Artikoli 32, 36, 39, jew 40 ta’ dan ir-Regolament ma għandux jittrasferixxi l-bastiment lil pajjiż terz barra mill-Unjoni għal tal-inqas ħames snin wara d-data tal-ħlas attwali ta’ dak l-appoġġ lill-benefiċjarju, sakemm dak l-appoġġ ma jitħallasx lura mill-benefiċjarju fuq bażi pro rata temporis qabel dak it-trasferiment. L-ewwel sentenza ta’ dan il-paragrafu hija mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 135 tar-[Regolament Finanzjarju].
1a. Il-kontribut finanzjarju totali mill-FEMS għall-miżuri dwar il-Programmi ta' Qgħad Sostenibbli fost iż-Żgħażagħ fis-sajd fuq skala żgħira msemmija fl-Artikolu 32(-1), it-twaqqif temporanju msemmi fl-Artikolu 33a, is-sostituzzjoni jew il-modernizzazzjoni ta' magni ewlenin jew anċillari msemmija fl-Artikolu 39 u t-twaqqif permanenti m'għandux jaqbeż l-20 % tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni allokata lil kull Stat Membru.
Emenda 246 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 1
1. Sabiex tiġi stimolata l-innovazzjoni fis-sajd il-FEMS jista’ jappoġġja proġetti li għandhom l-għan li jiżviluppaw jew jintroduċu prodotti ġodda jew sostanzjalment imtejba meta mqabbla mal-qagħda attwali, proċessi ġodda jew imtejba, sistemi ta’ ġestjoni u organizzazzjoni ġodda jew imtejba.
1. Sabiex tiġi stimolata l-innovazzjoni fis-sajd u fl-industrija tal-ipproċessar, il-FEMS jista’ jappoġġja proġetti li għandhom l-għan li jiżviluppaw jew jintroduċu tekniki, tagħmir jew prodotti ġodda jew sostanzjalment imtejba, pereżempju permezz tad-disinn ta’ bastimenti innovattivi, kif ukoll proċessi ġodda jew imtejba u sistemi ta’ ġestjoni u organizzazzjoni ġodda jew imtejba, sakemm dawk il-proġetti jikkontribwixxu għall-objettivi fl-Artikolu 2 tar-Regolament(UE) Nru …/…. [dwar il-PKS].
Emenda 247 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 2
2. Operazzjonijiet iffinanzjati taħt dan l-Artikolu għandhom jitwettqu f’kollaborazzjoni ma’ korp xjentifiku jew tekniku rikonoxxut mill-Istat Membru li għandu jivvalida r-riżultati ta’ dawn l-operazzjonijiet.
2. Operazzjonijiet iffinanzjati taħt dan l-Artikolu għandhom jitwettqu minn jew f’kollaborazzjoni ma’ korp xjentifiku jew tekniku rikonoxxut mill-Istat Membru jew l-Unjoni li għandhom jivvalidaw ir-riżultati ta’ dawn l-operazzjonijiet.
Emenda 248 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 3
3. Ir-riżultati tal-operazzjonijiet iffinanzjati fil-kuntest ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għal pubbliċità adegwata mill-Istat Membru skont l-Artikolu 120.
3. Ir-riżultati tal-operazzjonijiet iffinanzjati fil-kuntest ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu s-suġġett ta’ rapporti aċċessibbli għall-pubbliku, kif ukoll ta’ pubbliċità adegwata mill-Istat Membru skont l-Artikolu 120.
3a. Il-proċedura ta’ applikazzjoni għal appoġġ għall-innovazzjoni għandha ssir aktar aċċessibbli sabiex jiġu inkoraġġiti aktar proġetti.
Emenda 250 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Sabiex jitjiebu l-prestazzjoni ġenerali u l-kompetittività tal-operaturi, il-FEMS jista’ jappoġġja:
1. Sabiex jitjiebu l-prestazzjoni ġenerali u l-kompetittività tal-operaturi u għall-promozzjoni tas-sajd sostenibbli, il-FEMS jista’ jappoġġja:
Emenda 251 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) l-għoti ta’ parir professjonali dwar l-iżvilupp ta’ attivitajiet ta’ sajd aktar sostenibbli, b’enfasi fuq il-limitazzjoni u meta possibbli l-eliminazzjoni tal-impatti ta’ dawn l-attivitajiet fuq l-ekosistemi tal-baħar, terrestri u tal-ilma ħelu;
Emenda 252 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)
(ab) l-għoti ta’ servizzi konsultattivi tekniċi, legali jew ekonomiċi marbuta ma’ proġetti potenzjalment eliġibbli għall-appoġġ taħt dan il-Kapitolu;
Emenda 253 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt b
(b) l-għoti ta’ parir professjonali dwar strateġiji ta’ negozju u kummerċjalizzazzjoni.
(b) l-għoti ta’ parir professjonali dwar strateġiji ta’ negozju u kummerċjalizzazzjoni, li jinkludi pariri dwar il-promozzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u r-relazzjonijiet pubbliċi.
Emenda 254 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 2
2. L-istudji tal-fattibilità u l-pariri msemmija fil-paragrafu 1(a) u (b), rispettivament, għandhom jiġu pprovduti minn korpi xjentifiċi jew tekniċi rikonoxxuti bil-kompetenzi konsultattivi meħtieġa kif rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali ta’ kull Stat Membru.
2. L-istudji tal-fattibilità, il-pariri u s-servizzi msemmija fil-punti (a), (aa), (ab) u (b) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu pprovduti minn korpi xjentifiċi, akkademiċi, professjonali jew tekniċi rikonoxxuti bil-kompetenzi konsultattivi meħtieġa kif rikonoxxuti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ kull Stat Membru.
Emenda 255 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 3
3. L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata lill-operaturi jew l-organizzazzjonijiet tas-sajjieda rikonoxxuti mill-Istat Membru li kkummissjona l-istudju tal-fattibilità msemmi fil-paragrafu 1.
3. L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata lill-operaturi, l-organizzazzjonijiet tas-sajjieda jew korpi tal-liġi pubblika rikonoxxuti mill-Istat Membru li kkummissjona l-istudju tal-fattibilità jew li talab għall-parir jew is-servizzi konsultattivi msemmija fil-punti (a), (aa), (ab) u (b) tal-paragrafu 1.
Emenda 256 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 4
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati taħt dan l-Artikolu jintgħażlu permezz ta’ proċedura aċċellerata.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati taħt dan l-Artikolu jintgħażlu permezz ta’ proċedura aċċellerata, b’mod partikolari fil-każ ta’ sajd artiġjanali u kostali u sajd fl-ilmijiet interni.
Emenda 257 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Sabiex irawwem it-trasferiment tal-għarfien bejn ix-xjentisti u s-sajjieda, il-FEMS jista’ jappoġġja:
1. Sabiex irawwem il-ġbir, il-promozzjoni u t-trasferimentaħjar tal-għarfien bejn ix-xjentisti u s-sajjieda, il-FEMS jista’ jappoġġja:
Emenda 258 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt a
(a) il-ħolqien ta’ netwerk kompost minn korp xjentifiku indipendenti wieħed jew aktar u sajjieda jew organizzazzjoni tas-sajjieda waħda jew aktar;
(a) il-ħolqien ta’ netwerks, ftehimiet ta’ sħubija, kuntratti jew assoċjazzjonijiet bejn korp xjentifiku indipendenti wieħed jew aktar u sajjieda jew organizzazzjoni tas-sajjieda waħda jew aktar, bil-parteċipazzjoni ta’ dawk il-korpi pubbliċi tal-Istati Membri li jixtiequ jipparteċipaw;
Emenda 259 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt b
(b) l-attivitajiet imwettqa minn netwerk kif imsemmi fil-punt (a).
(b) l-attivitajiet imwettqa fil-qafas tan-netwerks, ftehimietta’ sħubija, kuntratti jew assoċjazzjonijiet maħluqa skont il-punt (a).
Emenda 260 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 2
2. L-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) jistgħu jkopru attivitajiet ta’ ġbir tad-dejta, studji, it-tixrid ta’ għarfien u l-aħjar prattiċi.
2. L-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) jistgħu jkopru attivitajiet ta’ ġbir u ġestjonitad-data, proġetti ta’ riċerka konġunti, studji, proġetti pilota, seminars, it-tixrid ta’ għarfien u l-aħjar prattiċi.
Emenda 261 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 1 – punt a
(a) it-tagħlim tul il-ħajja, it-tixrid ta’ għarfien xjentifiku u prattiċi innovattivi u l-akkwist ta’ ħiliet professjonali ġodda marbuta b’mod partikolarimal-ġestjoni sostenibbli tal-ekosistemi tal-baħar, l-attivitajiet fis-settur marittimu, l-innovazzjoni u l-imprenditorija;
(a) azzjonijiet u operazzjonijiet biex jiġu promossi t-taħriġ professjonali, it-tagħlim tul il-ħajja, it-tixrid ta’ għarfien xjentifiku, tekniku, ekonomiku jew legali u prattiki innovattivi u l-akkwist ta’ ħiliet professjonali ġodda b'mod partikolaridawk marbuta ma’:
– il-ġestjoni sostenibbli tal-ekosistemi tal-baħar u tal-ilmijiet interni;
– l-attivitajiet fis-settur marittimu;
– l-innovazzjoni;
– l-imprenditorija, b’mod speċjali l-aċċess taż-żgħażagħ għal professjonijiet tas-sajd;
– l-iġjene, is-saħħa u s-sikurezza;
– it-taħriġ tas-sajjieda fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd;
– il-prevenzjoni tar-riskji okkupazzjonali.
Emenda 262 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 1 – punt b
(b) netwerking u skambju ta’ esperjenza u l-aħjar prattika bejn il-partijiet interessati, inkluż organizzazzjonijiet li jippromwovu d-djalogu soċjali kif ukoll l-opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa u partijiet interessati oħrajn;
(b) netwerking u skambju ta’ esperjenza u l-aħjar prattika bejn il-partijiet interessati, inkluż organizzazzjonijiet ta’ taħriġu dawk l-organizzazzjonijiet li jippromwovu l-opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa u l-promozzjoniu r-rikonoxximent tar-rwol kruċjali mwettaq min-nisa fil-komunitajiet tas-sajd;
Emenda 263 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 1 – punt c
(c) il-promozzjoni tad-djalogu soċjali fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali li jinvolvi s-sajjieda u partijiet interessati rilevanti oħrajn.
(c) il-promozzjoni tad-djalogu soċjali fl-Unjoni, fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali li jinvolvi l-operaturi, l-imsieħba soċjali u partijiet interessati rilevanti oħrajn, b’mod partikolari b’referenza għall-gruppi sottorappreżentati bħal dawk involuti f’sajd artiġjanali u kostali u fis-sajd bil-wieqfa.
Emenda 264 Proposta għal regolament Artikolu 32 – titolu
L-iffaċilitar tad-diversifikazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi
L-iffaċilitar tal-imprenditorija, tad-diversifikazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi
-1b. Persuni ta' età inqas minn 30 sena u li huma rreġistrati bħala qiegħda u rikonoxxuti hekk mill-amministrazzjoni rilevanti ta' Stat Membru għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ skont il-paragrafu 1. L-apprendista għandu jkun akkumpanjat abbord minn sajjied professjonali li għandu mill-inqas 50 sena;
-1 a. Appoġġ skont il-paragrafu 1 għandu jingħata lil kull benefiċjarju għal perjodu massimu ta' sentejn matul il-perjodu ta' programmazzjoni u għal massimu ta' EUR 40 000;
-1. Żewġ terzi mill-programm tal-apprendistat għandhom jikkonsistu minn taħriġ abbord u terz għandu jikkonsisti minn korsijiet ta' teorija.
Emenda 266 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Sabiex jiffaċilita d-diversifikazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi barra s-settur tas-sajd, il-FEMS jista’ jappoġġja:
1. Sabiex jiffaċilita d-diversifikazzjoni, il-FEMS jista’ jappoġġja wkoll attivitajiet komplimentari relatati man-negozju ewlieni tas-sajd permezz ta’:
Emenda 267 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 1 – punt a
(a) il-bidu ta’ negozju barra s-settur tas-sajd;
(a) investimenti abbord f’attivitajiet li jikkomplimentaw is-sajd, bħal servizzi ambjentali u attivitajiet edukattivi jew tat-turiżmu;
Emenda 268 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 1 – punt b
(b) ir-rikonfigurazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd kostali fuq skala żgħira sabiex dawn jiġu assenjati mill-ġdid għal attivitajiet barra mis-settur tas-sajd.
(b) ir-rikonfigurazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd kostali artiġjanali sabiex dawn jiġu assenjati mill-ġdid għal attivitajiet barra mis-settur tas-sajd kummerċjali.
Emenda 269 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 1 – punt b
(b) ir-rikonfigurazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd kostali fuq skala żgħira sabiex dawn jiġu assenjati mill-ġdid għal attivitajiet barra mis-settur tas-sajd.
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija).
Emenda 270 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. L-appoġġ taħt il-paragrafu 1 (a) għandu jingħata lis-sajjieda li:
2. L-appoġġ taħt il-paragrafu -1 u l-paragrafu 1(a) għandu jingħata lis-sajjieda li:
Emenda 271 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 2 – punt a
(a) jissottomettu pjan tan-negozju għall-iżvilupp tal-attivitajiet ġodda tagħhom;
Emenda 272 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 3
3. L-appoġġ taħt il-paragrafu 1(b) għandu jingħata lil sajjieda kostali fuq skala żgħira li għandhom bastimenti tas-sajd tal-Unjoni rreġistrati bħala attivi u li jkunu wettqu attivitajiet ta’ sajd fil-baħar tul mill-inqas 60 ġurnata matul is-sentejn ta’ qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni. Il-liċenzja tas-sajd assoċjata mal-bastiment tas-sajd għandha tiġi rtirata b’mod permanenti.
3. L-appoġġ taħt il-paragrafu 1(b) għandu jingħata lil sajjieda kostali artiġjanali li għandhom bastimenti tas-sajd tal-Unjoni rreġistrati bħala attivi u li jkunu wettqu attivitajiet ta’ sajd fil-baħar tul mill-inqas 60 ġurnata matul is-sentejn kalendarji ta’ qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.
3a. L-appoġġ skont il-paragrafu 1(c) għandu jingħata biss lis-sajjieda sakemm l-attivitajiet komplimentari barra s-settur tas-sajd ikunu relatati man-negozju prinċipali tas-sajd, bħat-turiżmu tas-sajd bil-qasba, ir-ristoranti, is-servizzi ambjentali tas-sajd jew l-attivitajiet edukattivi dwar is-sajd.
Emenda 274 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 4
4. Il-benefiċjarji tal-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandhomx jinvolvu ruħhom f’attivitajiet ta’ sajd professjonali fil-ħames snin wara li jirċievu l-aħħar pagament tal-appoġġ.
imħassar
Emenda 276 Proposta għal regolament Artikolu 32a (ġdid)
Artikolu 32a
Appoġġ għal sajjieda żgħażagħ li għadhom jibdew
1. Il-FEMS jista’ jipprovdi appoġġ individwali lis-sajjieda żgħażagħ bil-kundizzjoni li:
– ikunu iżgħar minn 35 sena;
– juru li jkunu ħadmu mill-inqas ħames snin bħala sajjieda jew kisbu t-taħriġ professjonali ekwivalenti;
– ikunu kisbu, għall-ewwel darba, sjieda ta’ bastiment tas-sajd artiġjanali u kostali li għandu bejn 5 u 20 sena u jkunu wettqu attivitajiet tas-sajd matul il-ħames snin ta’ qabel.
2. Il-bastiment tas-sajd imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jappartjeni għal taqsima tal-flotta li għaliha r-rapport dwar il-kapaċita, imsemmi fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament(UE) Nru …/…. [dwar il-PKS], juri bilanċ bejn l-opportunitajiet tas-sajd u l-kapaċità tal-flotta.
3. L-ammont ta’ appoġġ imsemmi f’paragrafu 1 ma jistax ikun ogħla minn EUR 100 000.
Emenda 278 Proposta għal regolament Artikolu 33 – titolu
Is-saħħa u s-sikurezza abbord
Is-saħħa, l-iġjene u s-sikurezza abbord
Emenda 279 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 1
1. Sabiex itejjeb il-kondizzjonijiettax-xogħol għas-sajjieda abbord, il-FEMS jista’ jappoġġja investimenti abbord jew fit-tagħmir individwali jekk dawn l-investimenti jmorru lil hinn mill-istandards meħtieġa mil-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.
1. Sabiex itejjeb il-kundizzjonijiettas-saħħa, l-iġjene, is-sikurezza, ix-xogħol u l-għajxien għas-sajjieda abbord, il-FEMS jista’ jappoġġja investimenti abbord jew fit-tagħmir individwali sakemm dawn l-investimenti jmorru lil hinn mill-istandards meħtieġa mil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni u ma jżidux il-kapaċità tal-bastiment tas-sajd.
1a. Biex titjieb l-attenzjoni mogħtija lis-sajjieda f’każ ta' inċidenti, il-FEMS jista' jappoġġja proġetti kollettivi sabiex jagħmlu taħriġ mediku disponibbli b'mod wiesa' għal ekwipaġġi kollha.
Emenda 281 Proposta għal regolament Artikolu 33a (ġdid)
Artikolu 33a
Waqfien temporanju fl-attivitajiet ta’ sajd
1. Il-FEMS għandu jikkontribwixxi biss għall-finanzjament ta’ miżuri ta’ għajnuna f’każ ta’ waqfien temporanju fil-każijiet li ġejjin biss:
(a) fil-qafas ta’ pjan pluriennali hekk kif definit fir-Regolament (UE) Nru …/…. [dwar il-PKS];
(b) meta l-Kummissjoni tkun adottat miżuri ta' urġenza skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru …/…. [dwar il-PKS];
(c) matul perjodi ta’ mistrieħ bijoloġiku f’ċerti fażijiet kritiċi taċ-ċikli tal-ħajja tal-ispeċi, meta dawn il-miżuri jkunu meħtieġa għall-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd, li jgħin isostni l-ħażniet u jippermetti s-sajd ikompli barra perjodi ta’ mistrieħ bħal dawn.
L-appoġġ għandu jingħata permezz ta’ kumpens finanzjarju għall-perjodu ta’ nuqqas ta’ attività.
2. Il-perjodu tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-aħjar riċerki xjentifiċi disponibbli dwar l-istat tal-istokkijiet.
3. Is-sospensjoni staġjonali rikorrenti tas-sajd li mhijiex koperta bil-paragrafu 1(c) ma għandhiex titqies għall-għoti ta’ kumpens jew ta’ ħlas skont dan l-Artikolu.
4. Il-FEMS jista’ jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-miżuri li jirreferi għalihom il-paragrafu 1 għas-sajjieda u s-sidien tal-bastimenti tas-sajd affettwati, matul perjodu massimu ta’ 6 xhur għal kull bastiment għall-perjodu tal-ipprogrammar kollu. L-appoġġ għandu jingħata:
(a) lis-sidien ta’ bastimenti tas-sajd inklużi fir-Reġistru tal-Flotta tal-Unjoni li wettqu attivitajiet tas-sajd għal tal-inqas 120 ġurnata ta’ qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-appoġġ; u
(b) lill-ekwipaġġ li ħadem abbord bastiment tas-sajd affettwat minn waqfien temporanju tal-attivitajiet bil-kundizzjonijiet li jirreferi għalihom il-punt (a) ta' dan il-paragrafu.
5. Waqt il-perjodi tal-għoti tal-appoġġ li jirreferi għalih il-paragrafu 1 il-bastiment tas-sajd u l-ekwipaġġ affettwati m’għandhom jaffettwaw l-ebda attività tas-sajd. L-Istati Membri għandhom jiżguraw is-sospensjoni tal-attività.
Emenda 623 Proposta għal regolament Artikolu 33b (ġdid)
Artikolu 33b
Fondi reċiproċi għall-assigurazzjoni
1. Il-FEMS jista' jikkontribwixxi għal fondi reċiproċi rikonoxxuti minn Stat Membru skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu li jippermettu lis-sajjieda li huma membri affiljati biex jassiguraw lilhom infushom kontra telf ikkawżat minn:
(a) diżastri naturali;
(b) inċidenti ambjentali jew tas-saħħa;
(c) spejjeż ta' salvataġġ għal bastimenti tas-sajd li kellhom inċidenti waqt l-attivitajiet tagħhom jew li għerqu, li rriżultaw fil-mewt ta' vittmi l-baħar;
(d) miżuri soċjali u ekonomiċi speċifiċi proposti mill-Istati Membri għas-sajjieda abbord il-bastimenti li għerqu minħabba inċidenti fil-baħar.
2. L-avvenimenti għandhom jiġu rikonoxxuti formalment bħala diżastri naturali jew ambjentali jew inċidenti tas-saħħa mill-Istat Membru kkonċernat jew, jekk ikun mitlub hekk, mir-regoli interni tal-fond reċiproku. Meta xieraq, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kriterji minn qabel li fuq il-bażi tagħhom għandu jitqies li ngħata dan ir-rikonoxximent formali.
Emenda 624 Proposta għal regolament Artikolu 33c (ġdid)
Artikolu 33c
Waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd
1. Il-FEMS jista' jikkontribwixxi għall-finanzjament ta' miżuri għall-waqfien permanenti ta' attivitajiet tas-sajd biss permezz tal-iskrappjar tal-bastimenti tas-sajd dment li l-iskema ta’ dekummissjonar:
(a) tkun inkluża fil-programm operattiv kif stabbilit fl-Artikolu 20; kif ukoll
(b) tikkonċerna bastimenti inklużi f’taqsima fejn il-kapaċità tas-sajd mhijiex ibbilanċjata effettivament mal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għal dik it-taqsima għall-perijodu tal-pjan ta’ ġestjoni fit-tul; kif ukoll
2. L-appoġġ skont il-paragrafu 1 għandu jingħata lil:
(a) sidien ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkunu rreġistrati bħala attivi u li jkunu wettqu attivitajiet tas-sajd fuq il-baħar għal mill-inqas 120 ġurnata fis-sena matul l-aħħar sentejn kalendarji ta’ qabel id-data li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni, jew
(b) sajjieda li jkunu ħadmu fuq il-baħar abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni kkonċernat mill-waqfien permanenti għal mill-inqas 120 ġurnata fis-sena matul l-aħħar sentejn kalendarji qabel id-data li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni.
3. Is-sajjied, sid jew intrapriża ikkonċernati għandhom iwaqqfu effettivament l-attivitajiet ta' sajd kollha. L-evidenza tal-waqfien effettiv tal-attivitajiet ta' sajd għandha tingħata lill-awtorità nazzjonali kompetenti mill-benefiċjarji ta' tali għajnuna. Il-kumpens għandu jitħallas lura fuq bażi pro rata temporis meta sajjied jew intrapriża jerġgħu lura għal attività ta' sajd f'perijodu ta' inqas minn sentejn mid-data li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni.
4. L-għajnuna pubblika taħt dan l-Artikolu tista' tingħata sal-31 ta' Diċembru 2016.
5. L-appoġġ taħt dan l-artikolu għandu jitħallas biss wara li l-kapaċità ekwivalenti tkun tneħħiet permanentement mir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u l-liċenzji u l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd ikunu wkoll tneħħew permanentement. Il-benefiċjarju ta' tali għajnuna ma jistax jirreġistra bastiment tas-sajd ġdid fi żmien ħames snin minn meta tkun waslitlu tali għajnuna. It-tnaqqis fil-kapaċità ser jirriżulta fi tnaqqis ekwivalenti permanenti tal-livell massimu tal-kapaċità tat-taqsima tal-flotta.
6. Bastimenti tradizzjonali u tal-injam ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ taħt dan l-Artikolu.
Emenda 283 Proposta għal regolament Artikolu 34
Artikolu 34
imħassar
Appoġġ għal sistemi ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli tal-PKS
1. Sabiex jistabbilixxi jew jimmodifika sistemi ta’ konċessjonijiet tas-sajd skont l-Artikolu 27 tar-[Regolament tal-PKS], il-FEMS jista’ jappoġġja:
a) it-tfassil u l-iżvilupp ta’ mezzi tekniċi u amministrattivi meħtieġa għall-ħolqien jew il-funzjonament ta’ sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli;
b) il-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati fit-tfassil u l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli;
c) il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tas-sistemi ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli;
d) il-ġestjoni tas-sistemi ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli.
2. L-appoġġ taħt il-paragrafu 1 (a), (b) u (c) għandu jingħata biss lill-awtoritajiet pubbliċi. L-appoġġ taħt il-paragrafu 1(d) ta’ dan l-Artikolu għandu jingħata lil awtoritajiet pubbliċi, persuni ġuridiċi jew fiżiċi jew organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti involuti fil-ġestjoni kollettiva tal-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli miġbura skont l-Artikolu 28(4) tar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd.
Emenda 284 Proposta għal regolament Artikolu 35 – titolu
Appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni taħt il-PKS
Appoġġ għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni taħt il-PKS
Emenda 285 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ konservazzjoni taħt l-Artikoli 17 u 21 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd], il-FEMS jista’ jappoġġja:
1. Sabiex jiġu żgurati t-tfassil u l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-PKS dwar ir-reġjonalizzazzjoni u l-miżuri ta’ konservazzjoni adottati taħt ir-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd], inklużi il-pjanijiet pluriennali, il-FEMS jista’ jappoġġja:
Emenda 286 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt a
(a) id-disinn u l-iżvilupp ta’ mezzi tekniċi u amministrattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 17 u 21 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd];
(a) id-disinn, l-iżvilupp u l-monitoraġġ ta’ mezzi tekniċi u amministrattivi meħtieġa għall-abbozzar u l-implimentazzjonital-pjanijiet pluriennali u ta’ miżuri ta’ konservazzjoni skont it-tifsira tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd];
Emenda 287 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) l-istabbiliment ta’ netwerk koerenti ta’ żoni ta’ rkupru tal-istokkijiet tal-ħut skont ir-Regolament (UE) Nru …/… [dwar il-PKS];
Emenda 288 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)
(ab) l-implimentazzjoni ta’ perjodi ta’ rkupru bijoloġiku;
Emendi 289 u 612 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt b
(b) il-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 17 u 21 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd]
(b) il-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet pluriennali u ta’ miżuri ta’ konservazzjoni skont it-tifsira tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd], inkluż permezz ta' kumitati ta' koġestjoni b'ħafna partijiet interessati.
Emenda 640 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) id-disinn, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ kriterji ta’ allokazzjoni skont l-Artikolu 16a (ġdid) ta’ [ir-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd].
Emenda 291 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Sabiex tnaqqas l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar, tinkoraġġixxi l-eliminazzjoni tar-rimi u tiffaċilita t-tranżizzjoni għall-isfruttar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar ħajjin li jirrestawraw u jħarsu l-popolazzjonijiet tal-ispeċi maħsuda 'l fuq mil-livelli li jistgħu jista' joħloq l-MSY, il-FEMS jista’ jappoġġja l-investimenti f’tagħmir:
1. Sabiex tnaqqas l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar, tinkoraġġixxi l-eliminazzjoni tar-rimi u tiffaċilita t-tranżizzjoni għall-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar ħajjin li jirrestawraw u jħarsu l-popolazzjonijiet tal-ispeċi maħsuda ’l fuq mil-livelli li jista’ joħloq l-MSY, il-FEMS jista’ jappoġġja r-riċerka u l-investimenti f’tagħmir, strumenti jew sistemi:
Emenda 292 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) li jissostitwixxi l-irkaptu tas-sajd sakemm dak l-irkaptu l-ġdid għandu daqs aktar xieraq, selettività tal-ispeċi aħjar, impatt limitat fuq l-ambjent tal-baħar u l-ekosistemi tal-baħar vulnerabbli u ma jżidx il-kapaċità tal-bastiment tas-sajd li jaqbad il-ħut;
Emenda 293 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt b
(b) li jnaqqas il-qabdiet mhux mixtieqa ta’ stokkijiet kummerċjali jew qabdiet inċidentali oħrajn;
(b) li jnaqqas il-qabdiet mhux mixtieqa jew mhux awtorizzati ta’ stokkijiet kummerċjali jew qabdiet inċidentali oħrajn, b’enfasi fuq l-iżvilupp u l-introduzzjoni ta’ mezzi sabiex jitnaqqsu dawn il-qabdiet;
Emenda 294 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt c
(c) li jillimita l-impatti fiżiċi u bijoloġiċi tas-sajd fuq l-ekosistema jew qiegħ il-baħar.
(c) li jillimita u, meta dan huwa possibbli, jelimina l-impatti fiżiċi u bijoloġiċi tas-sajd fuq l-ekosistema jew qiegħ il-baħar, b’mod partikolari f’żoni identifikati bħala bijoġeografikament sensittivi;
Emenda 295 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) li jipproteġi l-irkaptu u l-qabdiet minn mammiferi u għasafar protetti bid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa1 jew id-Direttiva 2009/147/KE tal-Kunsill u l-Parlament Ewropew tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi2, sakemm dan ma jkollux impatt negattiv fuq is-selettività tal-irkaptu tas-sajd u li jiġu introdotti l-miżuri kollha xierqa biex tiġi evitata ħsara fiżika lill-predaturi.
__________________
1 ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.
2 ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7.
Emenda 296 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)
(cb) li jnaqqas l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq il-benessri tal-annimali;
Emenda 297 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt cc (ġdid)
(cc) li jikkontribwixxi għall-valutazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut.
1a. Fir-reġjuni l-aktar imbiegħda, l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jingħata għal mezzi ta’ ġbir tal-ħut (fish aggregating devices – FADs) ankorati biss jekk dawn jikkontribwixxu għas-sajd sostenibbli u selettiv.
Emenda 299 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 3
3. L-appoġġ għandu jingħata biss meta l-irkaptu jew tagħmir ieħor imsemmi taħt il-paragrafu 1 ikun wera b’mod ċar għażla ta’ daqs aħjar jew impatt iżgħar fuq l-ispeċi mhux fil-mira mill-irkaptu standard jew tagħmir ieħor permess skont il-liġi tal-Unjoni jew skont il-liġi nazzjonali rilevanti tal-Istati Membri adottati fil-kuntest tar-reġjonalizzazzjoni kif imsemmi fir-[Regolament tal-PKS].
3. L-appoġġ għandu jingħata biss meta l-irkaptu jew tagħmir ieħor imsemmi taħt il-paragrafu 1 ikun wera b’mod ċar għażla ta’ daqs sostanzjalment aħjar u impatt iżgħar fuq l-ekosistema u fuq l-ispeċi mhux fil-mira mill-irkaptu standard jew tagħmir, strumenti jew sistemi oħra permessi skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti tal-Istati Membri adottati fil-kuntest tar-reġjonalizzazzjoni kif imsemmi fir-[Regolament tal-PKS].
Emenda 300 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 4 – punt b
(b) sajjieda, li huma proprjetarji tal-irkaptu li għandu jinbidel u dawk li ħadmu abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni għal mill-inqas 60 ġurnata matul is-sentejn qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni;
(b) sajjieda, li huma proprjetarji tal-irkaptu, l-istrumenti jew is-sistemi li għandhom jinbidlu u dawk li ħadmu abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni għal mill-inqas 60 ġurnata matul is-sentejn qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni;
Emenda 301 Proposta għal regolament Artikolu 36a (ġdid)
Artikolu 36a
Appoġġ biex jitnaqqas l-impatt ekonomiku ta' avvenimenti eċċezzjonali
Bil-għan li jitnaqqas l-impatt ekonomiku ta' avveniment eċċezzjonali li jimpedixxi t-twettiq tas-sajd normali, il-FEMS jista' jagħti appoġġ għall-waqfien termporanju tal-attivitajiet tas-sajd, maħsub għall-proprjetarji tal-bastimenti tas-sajd u għas-sajjieda. L-implimentazzjoni tal-miżuri tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut m'għandhiex titqies bħala avveniment eċċezzjonali.
Emenda 574/REV Proposta għal regolament Artikolu 37 – paragrafu 1
1. Sabiex jikkontribwixxi għall-eliminazzjoni tar-rimi u l-qbid inċidentali u jiffaċilita t-tranżizzjoni għall-isfruttar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar ħajjin li jirrestawraw u jħarsu popolazzjonijiet ta' speċijiet maħsuda 'l fuq mil-livelli li jista' joħloq l-MSY, il-FEMS jista’ jappoġġja l-proġettimaħsuba biex jiżviluppaw jew jintroduċu għarfien tekniku jew organizzattiv ġdid bil-għan li jitnaqqas l-impatt tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ambjent jew jinkiseb użu aktar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar.
1. Sabiex jikkontribwixxi għall-eliminazzjoni tar-rimi u l-qbid inċidentali u jiffaċilita t-tranżizzjoni għall-isfruttar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar ħajjin li jirrestawra u jħares popolazzjonijiet ta’ speċijiet maħsuda ’l fuq mil-livelli li jistgħujoħolqu l-MSY u biex inaqqas l-impatt tas-sajd minn fuq l-ambjent tal-baħar u l-impatt tal-predaturi protetti, il-FEMS jista’ jappoġġja skemi u proġettili għandhom il-għan li jiżviluppaw, itejbu jew jintroduċu għarfien tekniku jew organizzattiv ġdid li jitnaqqas l-impatti tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ambjent, inklużi tekniki tas-sajd imtejba u selettività aħjar tal-operazzjonijiet tas-sajd, jew li jwasslu biex isir użu aktar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u biex ikun hemm koeżistenza mal-predaturi protetti, abbażi ta’ approċċ mil-lat ta’ ekosistema lejn il-ġestjoni tas-sajd.
Emenda 303 Proposta għal regolament Artikolu 37 – paragrafu 2
2. L-operazzjonijiet iffinanzjati fil-kuntest ta' dan l-Artikolu għandhom jitwettqu b’kollaborazzjoni ma’ korp xjentifiku jew tekniku rikonoxxut mil-liġi nazzjonali ta’ kull Stat Membru li għandu jivvalida r-riżultati ta’ dawn l-operazzjonijiet.
2. L-operazzjonijiet iffinanzjati fil-kuntest ta’ dan l-Artikolu,li jistgħu jiġu implimentati mill-organizzazzjonijiet tas-sajjieda rikonoxxuti minn Stat Membru, għandhom jitwettqu b’kollaborazzjoni ma’ korp xjentifiku jew tekniku rikonoxxut minn kull Stat Membru li għandu jivvalida r-riżultati ta’ dawn l-operazzjonijiet
Emenda 304 Proposta għal regolament Artikolu 37 – paragrafu 3
3. Ir-riżultati tal-operazzjonijiet iffinanzjati fil-kuntest ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għal pubbliċità adegwata mill-Istat Membru skont l-Artikolu 120.
3. Ir-riżultati tal-operazzjonijiet iffinanzjati taħt dan l-Artikolu għandhom ikunu magħmula disponibbli għall-pubbliku mill-Istat Membru skont l-Artikolu 120.
Emenda 305 Proposta għal regolament Artikolu 37 – paragrafu 4
4. Il-bastimenti tas-sajd involuti fi proġetti ffinanzjati fil-kuntest ta' dan l-Artikolu ma għandhomx jaqbżu l-5 % tal-bastimenti tal-flotot nazzjonali jew 5 % tat-tunnellaġġ tal-flotot nazzjonali f’tunnellaġġ gross, ikkalkolati fi żmien is-sottomissjoni tal-applikazzjoni.
4. Il-bastimenti tas-sajd involuti fi proġetti ffinanzjati fil-kuntest ta' dan l-Artikolu ma għandhomx jaqbżu l-5 % tal-bastimenti tal-flotot nazzjonali jew 5 % tat-tunnellaġġ tal-flotot nazzjonali f’tunnellaġġ gross, ikkalkolati fi żmien is-sottomissjoni tal-applikazzjoni. Fuq talba ta’ Stat Membru, f’ċirkostanzi ġustifikati b’mod xieraq u abbażi ta’ rakkomandazzjoni mill-STECF, il-Kummissjoni tista’ tapprova proġetti li jaqbżu l-limitu stabbilit f’dan il-paragrafu.
Emenda 306 Proposta għal regolament Artikolu 37 – paragrafu 5
5. L-operazzjonijiet li jikkonsistu fl-ittestjar ta’ rkaptu jew tekniki ġodda għandhom jitwettqu fil-limiti tal-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Istat Membru.
5. L-operazzjonijiet li jikkonsistu fl-ittestjar ta’ rkaptu jew tekniki ġodda għandhom jitwettqu fil-limiti tal-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Istat Membru jew fi ħdan il-kwota għar-riċerka xjentifika skont l-Artikolu 33(6) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Emenda 625 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Sabiex tiġi stimolata l-parteċipazzjoni tas-sajjieda fil-protezzjoni u r-restorazzjoni tal-ekosistemi u l-bijodiversità tal-baħar inklużi s-servizzi li jipprovdu fil-qafas tal-attivitajiet tas-sajd sostenibbli, il-FEMS jista’ jappoġġja l-operazzjonijiet li ġejjin:
1. Sabiex jiġu stimolati l-protezzjoni u r-restorazzjoni tal-ekosistemi u l-bijodiversità tal-baħar inklużi s-servizzi li jipprovdu fil-qafas tal-attivitajiet tas-sajd sostenibbli, u, fejn rilevanti, il-parteċipazzjoni tas-sajjieda, il-FEMS jista’ jappoġġja l-operazzjonijiet li ġejjin li għandhom effett dirett fuq l-attivitajiet tas-settur tas-sajd:
Emenda 626 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt a
(a) il-ġbir tal-iskart mill-baħar, bħat-tneħħija ta’ rkaptu li jintilef u skart tal-baħar;
(a) il-ġbir, mis-sajjieda, tal-iskart mill-baħar, bħat-tneħħija ta’ rkaptu li jkunintilef u skart tal-baħar;
Emenda 627 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt b
(b) il-kostruzzjoni jew l-installazzjoni ta’ faċilitajiet statiċi jew mobbli maħsuba biex jipproteġu u jsaħħu l-fawna u l-flora tal-baħar;
(b) il-kostruzzjoni, l-installazzjoni jew il-immodernizzar ta’ faċilitajiet statiċi jew mobbli li jistgħu jiġu żarmati faċilment u li huma maħsuba biex jipproteġu u jsaħħu l-fawna u l-flora tal-baħar,u studji u evalwazzjonijiet xjentifiċi ta’ dawn il-faċilitajiet;
Emenda 628 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt c
(c) il-kontribuzzjoni għal ġestjoni jew konservazzjoni aħjar tar-riżorsi;
(c) il-kontribuzzjoni għal ġestjoni jew konservazzjoni aħjar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;
Emenda 629 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt d
(d) il-ġestjoni, ir-restorazzjoni u l-monitoraġġ ta’ żoni tan-NATURA 2000, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, f’konformità mal-oqsfa ta’ azzjonijiet prijoritizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE;
(d) l-identifikazzjoni, l-għażla, il-ġestjoni, ir-restorazzjoni u l-monitoraġġ ta’:
Emenda 630 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt d – punt i (ġdid)
(i) siti tan-NATURA 2000 skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE jew skont l-oqsfa ta’ azzjonijiet prijoritizzati stabbiliti skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, fejn l-operazzjonijiet huma relatati ma’ attivitajiet ta’ sajd,
Emenda 631 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt d – punt ii (ġdid)
(ii) żoni tal-baħar protetti fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ protezzjoni spazjali relatati mal-attivitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2008/56/KE;
Emenda 632 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt e
(e) il-ġestjoni, ir-restorazzjoni u l-monitoraġġ ta’ żoni marittimi protetti fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ protezzjoni spazjali msemmija fl-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(e) il-parteċipazzjoni f’azzjonijiet oħra mmirati lejn iż-żamma u t-tisħiħ tas-servizzi tal-bijodiversità u tal-ekosistemi, b’rabta mal-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-politika tal-ambjent tal-baħar u konsistenti ma’ approċċ ibbażat fuq l-ekosistema lejn il-ġestjoni tas-sajd, bħar-restorazzjoni ta’ ħabitats marittimi u kostali speċifiċi sabiex tiġi appoġġjata s-sostenibbiltà tal-istokkijiet tal-ħut, inklużi t-tħejjija ta’ tali azzjonijiet u l-valutazzjoni xjentifika tagħhom;
Emenda 633 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
(ea) għarfien ambjentali li jinvolvi lis-sajjieda fir-rigward tal-protezzjoni u r-restorazzjoni tal-bijodiversità tal-baħar.
Emenda 575/REV Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid)
(eb) skemi għall-kumpens tal-ħsara li ssir lill-qabdiet ikkawżata minn mammiferi u għasafar protetti mid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa jew id-Direttiva 2009/147/KE tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi;
Emenda 308 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 2
2. L-operazzjonijiet fil-kuntest ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu implimentati minn korpi tal-liġi pubblika li għandhom jinvolvu sajjieda jew organizzazzjonijiet ta’ sajjieda rikonoxxuti mill-Istat Membru, jew organizzazzjonijiet mhux governattivi fi sħubija ma’ organizzazzjonijiet ta’ sajjieda jew FLAGs kif iddefiniti taħt l-Artikolu 62.
2. L-operazzjonijiet fil-kuntest ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu implimentati minn korpi tal-leġiżlazzjoni pubblika tekniċi jew xjentifiċi li għandhom jinvolvu sajjieda, Kunsilli Konsultattivi, organizzazzjonijiet ta’ sajjieda rikonoxxuti mill-Istat Membru, jew organizzazzjonijiet mhux governattivi fi sħubija ma’ organizzazzjonijiet ta’ sajjieda jew FLAGs kif iddefiniti taħt l-Artikolu 62.
Emenda 309 Proposta għal regolament Artikolu 39 – titolu
Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima
Effiċjenza enerġetika u tnaqqis tal-kapaċità
Emenda 310 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Sabiex jiġu mitigati l-effetti tat-tibdil fil-klima, il-FEMS jista’ jappoġġja:
1. Sabiex tiġi mtejba l-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti tas-sajd, il-FEMS jista’ jappoġġja:
Emenda 311 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt a
(a) investimenti abbord bil-għan li jnaqqsu l-emissjoni ta’ sustanzi niġġiesa jew il-gassijiet serra u jżidu l-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti tas-sajd;
(a) investimenti f’irkaptu jew abbord, inklużi l-irtirar, is-sostituzzjoni jew l-immodernizzar ta’ magni ewlenin jew anċillari, bil-għan li jnaqqsu l-emissjoni ta’ sustanzi niġġiesa jew il-gassijiet serra u jżidu l-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti tas-sajd, sakemm il-qawwa tal-magna l-ġdida tkun tal-anqas 40 % inqas minn dik tal-magna li qed tiġi sostitwita;
Emenda 312 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt b
(b) verifiki u skemi ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija.
(b) verifiki, pariri u skemi ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija, sakemm dawn ma jwasslux għal żieda fl-isforz tas-sajd.
Emenda 313 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) il-protezzjoni u r-restorazzjoni ta' qigħan tal-algi u artijiet mistagħdra kostali li huma bjar tal-karbonju ta’ importanza ewlenija għall-mitigazzjoni tal-impatt negattiv tat-tibdil fil-klima;
Emenda 314 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)
(bb) is-sostituzzjoni ta’ rkapti tas-sajd b’konsum għoli tal-enerġija ma’ oħrajn b’konsum aktar baxx tal-enerġija, bil-kundizzjoni li dan it-tibdil ma’ jirriżultax f’żieda fil-kapaċità tas-sajd tal-unità tas-sajd u li l-irkaptu tas-sajd sostitwit jiġi kkonfiskat jew meqrud;
Emenda 315 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt bc (ġdid)
(bc) evalwazzjonijiet u verifiki indipendenti tal-impronta tal-enerġija tal-prodotti tas-sajd fis-suq sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħrfu prodotti tas-sajd li jkunu ġejjin minn metodi ta’ sajd li jużaw inqas enerġija.
Emenda 641 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 2
2. L-appoġġ ma għandux jikkontribwixxi għat-tibdil jew l-immodernizzar ta’ magni prinċipali jew anċillari. L-appoġġ għandu jingħata lis-sidien tal-bastimenti tas-sajd biss u ma għandux jingħata aktar minn darba matul il-perjodu tal-ipprogrammar għall-istess bastiment tas-sajd.
2. l-appoġġ għandu jingħata lis-sidien ta’ bastimenti tas-sajd kostali fuq skala żgħira biss u ma għandux jingħata aktar minn darba matul il-perjodu tal-ipprogrammar għall-istess bastiment tas-sajd.
Emenda 317 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 127 sabiex tiddefinixxi l-investimenti eliġibbli taħt il-paragrafu 1(a).
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 127, tistabbilixxi l-investimenti eliġibbli taħt il-paragrafu 1(a) u tistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kriterji stabbiliti f’dan l-Artikolu.
Emenda 318 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 1
1. Sabiex tittejjeb il-kwalità tal-ħut li jinqabdu, il-FEMS jista’ jappoġġja l-investimenti abbord għal dan il-għan.
1. Sabiex jitjiebu l-valur miżjud u l-kwalitàtal-qabdiet kummerċjali, il-FEMS jista’ jappoġġja:
(a) investimenti li jżidu l-valur għall-prodotti tas-sajd, b’mod partikolari, billi jippermettu lis-sajjieda jwettqu l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ dirett tal-qabda tagħhom stess;
(b) investimenti innovattivi abbord li jtejbu l-kwalità u l-konservazzjoni tal-prodotti tas-sajd;
Emenda 319 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 2
2. Sabiex itejjeb l-użu tal-qabdiet mhux mixtieqa, il-FEMS jista’ jappoġġja l-investimenti abbord sabiex isir l-aħjar użu mill-qabdiet mhux mixtieqa ta’ stokkijiet kummerċjali u jingħata valur lill-komponenti sottoutilizzati tal-ħut maqbuda, f’konformità mal-Artikolu 15 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd] u l-Artikolu 8(b) tar-[Regolament (UE) Nru dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura].
2. Il-FEMS jista’ jappoġġja l-investimenti abbord sabiex jittejjeb it-tqandil, il-ħażna u l-iżbark ta’ qabdiet mhux mixtieqa, isir l-aħjar użu mill-qabdiet mhux mixtieqa ta’ stokkijiet kummerċjali u jingħata valur lill-komponenti sottoutilizzati tal-ħut maqbuda, f’konformità mal-Artikolu 15 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd] u l-Artikolu 8(b) tar-[Regolament (UE) Nru dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura].
2a. L-appoġġ skont il-paragrafu 1(b) għandu jingħata bil-kundizzjoni li jintuża rkaptu selettiv biex jiġu minimizzati l-qabdiet mhux mixtieqa.
Emenda 321 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 4
4. L-appoġġ imsemmi f’dan il-paragrafu 1 għandu jingħata biss lis-sidien tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li l-bastimenti tagħhom ikunu wettqu attività ta’ sajd għal mill-inqas 60 ġurnata fuq il-baħar matul is-sentejn qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.
4. L-appoġġ imsemmi f’dan il-paragrafu 1(b) għandu jingħata biss lis-sidien tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li l-bastimenti tagħhom ikunu wettqu attività ta’ sajd għal mill-inqas 60 ġurnata fuq il-baħar matul is-sentejn kalendarji qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.
Emenda 603 Proposta għal regolament Artikolu 41 - titolu
Portijiet tas-sajd, postijiet ta’ nżul u postijiet ta’ kenn
Portijiet tas-sajd, postijiet ta’ nżul, pixkeriji, postijiet ta’ kenn u infrastruttura oħra ta' appoġġ ibbażata fuq l-art
Emenda 604 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 1
1. Għall-iskop li tittejjeb il-kwalità tal-prodott żbarkat, tiżdied l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, isseħħ kontribuzzjoni għall-protezzjoni ambjentali jew jittejbu l-kondizzjonijiet tas-sigurtà u x-xogħol, il-FEMS jista’ jappoġġja investimenti maħsuba sabiex itejbu l-postijiet ta’ nżul jew l-infrastrutturi tal-portijiet tas-sajd, inklużi investimenti f’faċilitajiet għal ġbir ta’ skart u skart fil-baħar.
1. Il-FEMS jista’ jappoġġja investimenti bħal ma huma l-portijiet tas-sajd, is-siti tal-iżbark, il-pixkeriji u infrastruttura oħra ta' appoġġ ibbażata fuq l-art, inklużi investimenti f’faċilitajiet għal ġbir ta’ skart u skart fil-baħar.
Emenda 323 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 2
2. Sabiex jiffaċilita l-użu tal-qabdiet mhux mixtieqa, il-FEMS jista’ jappoġġja l-investimenti fil-portijiet tas-sajd u fil-postijiet ta’ nżul li jippermettu li jsir l-aħjar użu mill-qabdiet mhux mixtieqa ta’ stokkijiet kummerċjali u li jivvalorizzaw lill-komponenti sottoutilizzati tal-ħut maqbuda, f’konformità mal-Artikolu 15 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd] u l-Artikolu 8(b) tar-[Regolament (UE) Nru dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura].
2. L-investimenti jistgħu jikkonċernaw:
(a) it-titjib fil-kwalità, il-freskezza u t-traċċabbiltà tal-prodotti li jinħattu;
(b) it-titjib fil-kundizzjonijiet tal-ħatt, l-ipproċessar, il-ħażna u l-bejgħ bl-irkant;
(c) l-użu ta' qabdiet mhux mixtieqa ta' stokkijiet kummerċjali u l-użu aħjar tal-komponenti mhux użati biżżejjed tal-qabdiet, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru …/….. [dwar il-PKS] l-Artikolu 8(b) tar-Regolament (UE) Nru .../.... [dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura];
(d) l-effiċjenza enerġetika;
(e) il-protezzjoni ambjentali, b’mod partikolari l-ġbir, il-ħżin u t-trattament tal-iskart u tal-iskart fil-baħar;
(f) it-titjib fl-iġjene, fis-saħħa u fis-sikurezza;
(g) it-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol;
(h) il-provvista tas-silġ, l-ilma u l-elettriku;
(i) it-tagħmir għat-tiswija u għall-manutenzjoni tal-bastimenti tas-sajd;
(j) il-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni u l-estensjoni tal-mollijiet bil-ħsieb li titjieb is-sikurezza waqt li jinħattu jew li jitgħabbew il-prodotti;
(k) il-ġestjoni tal-attivitajiet tas-sajd permezz tal-kompjuter
(l) il-kollegament permezz ta’ netwerk tal-portijiet tas-sajd, tas-siti tal-iżbark u tal-pixkeriji.
Emenda 324 Proposta għal regolament Artikolu 41a (ġdid)
Artikolu 41a
Il-protezzjoni tal-wirt marittimu
1. Sabiex jiġu appoġġjati u promossi snajja’ marittimi tradizzjonali relatati mas-sajd u jiġu ppreservati jew miżmuma operattivi l-bastimenti li huma koperti mill-protezzjoni tal-wirt marittimu ta’ Stat Membru, il-FEMS jista’ jappoġġja:
(a) it-taħriġ u l-investimenti għall-appoġġ ta' tarzni tradizzjonali u snajja' marittimi tradizzjonali;
(b) investimenti abbord bl-għan li jirrestawraw bastimenti tas-sajd tal-injam tradizzjonali mingħajr ma jżidu l-kapaċità tas-sajd tal-bastiment;
(c) investimenti għas-salvagwardja u l-manutenzjoni ta’ bastimenti tas-sajd tradizzjonali li huma koperti mill-protezzjoni tal-wirt marittimu u li jkunu ġew dekummissjonati.
2. L-appoġġ għandu jingħata lis-sidien tal-bastimenti tas-sajd biss u ma għandux jingħata aktar minn darba matul il-perjodu tal-ipprogrammar għall-istess bastiment tas-sajd.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti li jkunu qed jirċievu appoġġ skont il-paragrafu 1b ikomplu joperaw.
Emenda 325 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Sabiex jitnaqqas l-impatt tas-sajd intern fuq l-ambjent, tiżdied l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, tittejjeb il-kwalità tal-ħut żbarkat jew biex jittejbu l-kondizzjonijiet tas-sigurtà jew tax-xogħol, il-FEMS jista’ jappoġġja l-investimenti li ġejjin:
1. Sabiex jitnaqqas l-impatt tas-sajd intern fuq l-ambjent, tiżdied l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, tittejjeb il-kwalità tal-ħut żbarkat jew biex jittejbu l-kundizzjonijiettas-saħħa, tas-sigurtà, tax-xogħol, il-kapital uman u t-taħriġ, il-FEMS jista’ jappoġġja l-investimenti li ġejjin:
Emenda 326 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) il-promozzjoni tal-kapital uman u tad-djalogu soċjali soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 31;
Emenda 327 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt b
(b) f’tagħmir kif speċifikat fl-Artikolu 36 u taħtil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu;
(b) f’tagħmir u proġetti kif speċifikat fl-Artikolu 36 u l-Artikolu 37 u bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawk l-Artikoli;
Emenda 328 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt d
(d) fil-portijiet u l-postijiet ta’ nżul eżistenti msemmija fl-Artikolu 41 u taħtil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu.
(d) fil-portijiet tas-sajd, il-postijiet ta’ kenn u l-postijiet ta’ nżul msemmija fl-Artikolu 41 u bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu.
Emenda 329 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(da) fit-titjib tal-valur jew tal-kwalità tal-ħut li jinqabad, kif imsemmi fl-Artikolu 40 u bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu.
1a. Il-FEMS jista’ jappoġġja investimenti relatati mal-imprenditorija, kif imsemmi fl-Artikolu 32 u bl-istess kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu.
1b. Il-FEMS jista’ jappoġġja l-iżvilupp u l-faċilitazzjoni tal-innovazzjoni skont l-Artikolu 28, is-servizzi konsultattivi skont l-Artikolu 29 u s-sħubiji bejn ix-xjentisti u s-sajjieda skont l-Artikolu 30.
Emenda 332 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 2 – punt a
(a) Ir-referenzi magħmula fl-Artikoli 33, 36 u 39 għall-bastimenti tas-sajd għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-bastimenti li joperaw b’mod esklussiv f’baħar intern;
(a) Ir-referenzi magħmula fl-Artikoli 33, 36, 37, 39 u 40 għall-bastimenti tas-sajd għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-bastimenti li joperaw b’mod esklużiv f’baħar intern;
Emenda 333 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 2 – punt b
(b) Ir-referenzi magħmula fl-Artikolu 36 għall-ambjent tal-baħar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-ambjent fejn jopera l-bastiment tas-sajd intern.
(b) Ir-referenzi magħmula fl-Artikolu 36 għall-ambjent tal-baħar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-ambjent fejn jitwettaq is-sajd intern.
Emenda 334 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 3
3. Sabiex tiġi sostnuta d-diversifikazzjoni mis-sajjieda interni, il-FEMS jista’ jappoġġja l-assenjazzjoni mill-ġdid tal-bastimenti li joperaw f’sajd intern għal attivitajiet oħrajn barra s-sajd taħtil-kondizzjonijiet tal-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament.
3. Sabiex tiġi sostnuta d-diversifikazzjoni mis-sajjieda tal-ilmijiet interni, il-FEMS jista’ jappoġġja d-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd intern li huma komplimentari għal attivitajiet oħrajn barra s-sajd soġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 634 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 5
5. Sabiex jiġu protetti u żviluppati l-fawna u l-flora akwatiċi, il-FEMS jista’ jappoġġja l-parteċipazzjoni tas-sajjieda li jistadu f’baħar intern fir-rigward tal-ġestjoni, ir-restorazzjoni u l-monitoraġġ tas-siti ta’ NATURA 2000 fejn dawn iż-żoni jkunu jikkonċernaw direttament l-attivitajiet ta’ sajd, kif ukoll ir-rijabilitazzjoni tal-ibħra interni, inklużi l-postijiet fejn ibid il-ħut u r-rotot ta’ migrazzjoni għall-ispeċi migratorji, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 38(1)(d).
5. Sabiex jiġu protetti u żviluppati l-fawna u l-flora akkwatiċi, il-FEMS jista’ jappoġġja:
Emenda 635 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 5 – punt a (ġdid)
(a) mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 38(1)(d), il-ġestjoni, ir-restorazzjoni u l-monitoraġġ tas-siti tan-NATURA 2000 meta dawn iż-żoni jkunu jikkonċernaw direttament l-attivitajiet tas-sajd kif ukoll ir-rijabilitazzjoni tal-ibħra interni, inklużi l-postijiet fejn ibid il-ħut u r-rotot ta’ migrazzjoni għall-ispeċijiet migratorji u fejn rilevanti inkluża l-parteċipazzjoni ta’ sajjieda li jistadu f’ibħra interni;
Emenda 636 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 5 – punt b (ġdid)
(b) il-kostruzzjoni, l-immodernizzar jew l-installazzjoni ta’ faċilitajiet statiċi jew mobbli maħsuba biex jipproteġu u jsaħħu l-fawna u l-flora akkwatiċi, inklużi l-monitoraġġ u l-valutazzjoni xjentifika tagħhom.
Emenda 336 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 6
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti li jirċievu appoġġ skont dan l-Artikolu jkomplu joperaw b’mod esklussiv fl-ibħra interni.
6. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti li jirċievu appoġġ skont dan l-Artikolu jkomplu joperaw b’mod esklużiv fl-ibħra interni.
Emenda 337 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 1
1. L-appoġġ taħt dan il-Kapitolu għandu jkun limitat għall-impriżi tal-akkwakultura sakemm ma jkunx espliċitament stabbilit mod ieħor.
1. L-appoġġ taħt dan il-Kapitolu għandu jkun limitat għall-impriżi tal-akkwakultura sostenibbli, inklużi imprendituri li jidħlu fis-settur imsemmija fil-paragrafu 1a, u għall-organizzazzjonijiet ta’ produtturi u imprendituri tal-akkwakultura, sakemm ma jkunx espliċitament stabbilit mod ieħor. L-appoġġ ma għandux jingħata lil operaturi li jkunu għamlu ksur serju tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni.
1a. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, imprendituri li jidħlu fis-settur għandhom jissottomettu pjan ta’ negozju u, meta l-ispejjeż tal-investiment jaqbżu l-ammont ta’ EUR 150,000, studju ta’ fattibilità.
Emenda 589 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 2
2. Fejn l-operazzjonijiet ikunu jikkonsistu minn investimenti f’tagħmir jew infrastruttura li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti dwar l-ambjent, is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, l-iġjene jew il-benesseri tal-annimali skont il-liġi tal-Unjoni, u li jidħlu fis-seħħ wara l-2014, l-appoġġ jista’ jingħata sad-data li fiha l-istandards isiru obbligatorji għall-impriżi.
2. L-għajnuna hija limitata għall-investimenti f’tagħmir jew infrastruttura fejn jidher li hemm l-iżgħar impatt fuq l-ambjent jew li jipprovdu rendiment aħjar f'termini tas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, l-iġjene jew il-benesseri tal-annimali minn dik rikjesta mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni
L-appoġġ għall-attivitajiet tal-akkwakultura li jużaw l-organiżmi modifikati ġenetikament mhuwiex permess.
Mhuwiex permess l-appoġġ għall-attivitajiet ta' akkwakultura intensivi, ikunu li jkunu, li jsiru f'żoni marittimi protetti jew fiż-żoni ta' rikostituzzjoni ta' stokkijiet tal-ħut.
Emenda 340 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Sabiex tiġi stimolata l-innovazzjoni fl-akkwakultura, il-FEMS jista’ jappoġġja operazzjonijiet:
1. Sabiex tiġi stimolata l-innovazzjoni fl-akkwakultura sostenibbli, il-FEMS jista’ jappoġġja proġetti li għandhom l-għan:
(a) li jintroduċu għarfien tekniku jew organizzattiv ġdid fl-irziezet tal-akkwakultura li jnaqqas l-impatt tagħhom fuq l-ambjent jew jinkoraġġixxi użu aktar sostenibbli tar-riżorsi fl-akkwakultura;
(a) li jiżviluppaw għarfien tekniku, xjentifiku jew organizzattiv, li, b’mod partikolari,inaqqas l-impatt fuq l-ambjent, inaqqas id-dipendenza fuq l-għalf u ż-żejt tal-ħut, jinkoraġġixxi użu aktar sostenibbli tar-riżorsi fl-akkwakultura jew jiffaċilita metodi ta’ produzzjoni ġodda sostenibbli;
(b) li jiżviluppaw jew jintroduċu fis-suq prodotti ġodda jew li jkunu ttejbu b'mod sostanzjali meta mqabbel mal-aħħar avvanzi, proċessi ġodda jew imtejba, ġestjoni ġdida jew imtejba u s-sistemi ta' organizzazzjoni.
(b) li jiżviluppaw jew jintroduċu fis-suq prodotti ġodda jew li jkunu ttejbu b’mod sostanzjali, proċessi ġodda jew imtejba, ġestjoni ġdida jew imtejba u s-sistemi ta’ organizzazzjoni kif ukoll innovazzjonijiet jew titjib fil-produzzjoni u l-ipproċessar tal-prodotti tal-akkwakultura;
(ba) li jesploraw il-fattibbiltà teknika jew ekonomika tal-innovazzjonijiet, il-prodotti jew il-proċessi.
Emenda 341 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 2
2. L-operazzjonijiet taħt dan l-Artikolu għandhom jitwettqu b’kollaborazzjoni ma’ korp xjentifiku jew tekniku kif rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali ta’ kull Stat Membru li għandu jivvalida r-riżultati ta’ dawn l-operazzjonijiet.
2. L-operazzjonijiet taħt dan l-Artikolu għandhom jitwettqu minn jew b’kollaborazzjoni ma’ korp xjentifiku, akademiku jew tekniku,pubbliku jew privat, kemm pubbliċi kif ukoll dawk privati, kif rikonoxxuti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ kull Stat Membru li għandu jivvalida r-riżultati ta’ dawn l-operazzjonijiet.
3a. Il-FEMS għandu jipprovdi kontribut finanzjarju għall-iżvilupp u l-innovazzjoni fl-akkwakultura, implimentati skont pjanijiet strateġiċi pluriennali mfassla mill-Istati Membri.
Emenda 343 Proposta għal regolament Artikolu 46 – titolu
Investimenti fl-akkwakultura lil hinn mill-kosta u fl-akkwakultura mhux relatata mal-ikel
Investimenti fl-akkwakultura
Emenda 344 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 1
1. Sabiex jitrawmu forom ta’ akkwakultura b’potenzjal għoli ta’ tkabbir, il-FEMS jista’ jappoġġja l-investiment fl-iżvilupptal-akkwakultura ’l barra mill-kosta jew tal-akkwakultura mhux relatata mal-ikel.
1. Sabiex jitrawmu forom ta’ akkwakultura sostenibbli b’potenzjal għoli ta’ tkabbir, il-FEMS jista’ jappoġġja: –
(a) investimenti produttivi fl-akkwakultura, inkluża l-akkwakultura ’l barra mill-kosta jew tal-akkwakultura mhux relatata mal-ikel;
(b) diversifikazzjoni tal-produzzjoni u tal-ispeċijiet ikkultivati kif ukoll l-istudji dwar ir-rendiment u l-adegwatezza tal-lokalizzazzjoni;
1a. L-appoġġ taħt il-paragrafu 1 jista’ jingħata għaż-żieda fil-produzzjoni u/jew il-modernizzazzjoni tal-impriżi eżistenti fis-settur tal-akkwakultura jew għall-kostruzzjoni ta’ impriżi ġodda sakemm l-iżvilupp ikun konsistenti mal-pjan strateġiku nazzjonali pluriennali għall-iżvilupp tal-akkwakultura.
1b. L-appoġġ skont dan l-Artikolu għandu jingħata biss meta jkun intwera b’mod ċar, f' rapport ta’ kummerċjalizzazzjoni indipendenti, li jeżistu prospetti tas-suq sostenibbli tajbin għall-prodott. L-impriżi maħluqa għandhom ikunu ekonomikament vijabbli u ma għandhomx jikkontribwixxu għal produzzjoni żejda fis-settur.
Emenda 347 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Sabiex titrawwem l-imprenditorija fl-akkwakultura, il-FEMS jista’ jappoġġja l-investimenti li jikkontribwixxu għal:
1. Sabiex titrawwem l-imprenditorija fl-akkwakultura sostenibbli, il-FEMS jista’ jappoġġja l-investimenti li jikkontribwixxu għal:
Emenda 348 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 1 – punt a
(a) żieda ta’ valur lill-prodotti tal-akkwakultura, b’mod partikolaribilli l-impriża tal-akkwakultura titħallatwettaq l-ipproċessar, it-tqegħid fis-suq u l-bejgħ dirett tal-produzzjoni tal-akkwakultura tagħha stess;
(a) żieda ta’ valur lill-prodotti tal-akkwakultura, pereżempju permezz tal-appoġġ tas-settur tal-akkwakultura fit-twettiq tal-ipproċessar, it-tqegħid fis-suq u l-bejgħ tal-produzzjoni tal-akkwakultura tagħha stess, jew fl-istabbiliment ta’ assoċjazzjonijiet jew ftehimiet ta’ assoċjazzjoni għall-ipproċessar;
Emenda 349 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 1 – punt b
(b) diversifikazzjoni tad-dħul tal-impriżi tal-akkwakultura permezz tal-iżvilupp ta’ speċi ġodda fl-akkwakultura bi prospetti tajba fis-suq;
(b) diversifikazzjoni tad-dħul tas-settur tal-akkwakultura permezz tal-iżvilupp ta’ speċi ġodda nativi fl-akkwakultura fiż-żoni rispettivi tagħhom bil-valur miżjud u prospetti tajba fis-suq u ambjentali;
Emenda 350 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 1 – punt c
(c) id-diversifikazzjoni tad-dħul tal-impriżi tal-akkwakultura permezz tal-iżvilupp ta’ attivitajiet komplimentari barra l-akkwakultura.
(c) id-diversifikazzjoni tad-dħul tal-impriżi tal-akkwakultura permezz tal-iżvilupp ta’ attivitajiet komplimentari.
Emenda 351 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 2
2. L-appoġġ taħt il-paragrafu 1(c) għandu jingħata biss lill-impriżi tal-akkwakultura sakemm l-attivitajiet komplimentari barra l-akkwakultura jkunu relatati man-negozju akkwakulturali prinċipali tal-impriża, bħat-turiżmu tas-sajd bil-qasba, servizzi ambjentali tal-akkwakultura jew attivitajiet edukattivi dwar l-akkwakultura.
2. L-appoġġ taħt il-paragrafu 1(c) għandu jingħata biss lill-impriżi tal-akkwakultura sakemm l-attivitajiet komplimentari barra l-akkwakultura jkunu relatati mal-produzzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni akkwakulturali prinċipali, bħat-turiżmu tas-sajd bil-qasba, servizzi ambjentali tal-akkwakultura jew attivitajiet edukattivi dwar l-akkwakultura.
Emenda 352 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Sabiex jittejbu l-prestazzjoni u l-kompetittività globali tal-farms tal-akkwakultura, il-FEMS jista’ jappoġġja:
1. Sabiex jittejbu l-prestazzjoni u l-kompetittività globali tal-farms tal-akkwakultura u jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-operazzjonijiet tagħhom, il-FEMS jista’ jappoġġja:
Emenda 353 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 1 – punt b
(b) il-forniment ta’ servizzi ta’ konsulenza ta’ natura teknika, xjentifika, legali jew ekonomika għall-farms.
(b) il-forniment ta’ servizzi ta’ konsulenza ta’ natura teknika, xjentifika, legali, ambjentali jew ekonomika għall-farms.
Emenda 637 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol filwaqt li jitqiesu r-regoli tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (l-ILO);
Emenda 638 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)
(bb) il-promozzjoni tat-taħriġ professjonali u l-aċċess għax-xogħol għaż-żgħażagħ u għan-nisa fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura.
Emenda 354 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 2 – punt d
(d) l-istandards tas-saħħa u s-sigurtà bbażati fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni;
(d) l-istandards tas-saħħa, l-iġjene u s-sigurtà bbażati fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni;
Emenda 355 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)
(ea) il-promozzjoni tal-opportunitajiet indaqs, speċjalment fir-rigward tal-ugwaljanza tal-ġeneri u tal-integrazzjoni tal-persuni b’diżabilità;
Emenda 356 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 3
3. L-appoġġ taħti l-paragrafu (1)(a) għandu jingħata biss lil korpi tal-liġi pubblika magħżula sabiex jistabbilixxu s-servizzi ta’ konsulenza għall-farms. L-appoġġ taħt il-paragrafu (1)(b) għandu jingħata biss lil SMEs tal-akkwakultura jew lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi.
3. L-appoġġ taħt il-paragrafu (1)(a) għandu jingħata biss lil korpi tal-liġi pubblika magħżula sabiex jistabbilixxu s-servizzi ta’ konsulenza għall-farms jew lil organizzazzjonijiet professjonali rikonoxxuti mill-Istat Membru. L-appoġġ taħt il-paragrafu (1)(b) għandu jingħata biss lil SMEs tal-akkwakultura, lill-organizzazzjonijiet professjonali tal-akkwakultura rikonoxxuti mill-Istat Membru, lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, jew lill-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-akkwakultura.
3a. Meta l-appoġġ li għandu jingħata ma jaqbiżx l-ammont ta’ EUR 4 000, il-benefiċjarju jista’ jintgħażel permezz ta’ proċedura aċċellerata.
Emenda 358 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 4
4. Il-farms tal-akkwakultura ma għandhomx jirċievu appoġġ għas-servizzi ta’ konsulenza aktar minn darba għal kull kategorija ta’ servizzi koperti taħt il-paragrafu 2 (a) sa (e) matul il-perjodu tal-ipprogrammar.
imħassar
Emenda 359 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt a
(a) it-tagħlim tul il-ħajja, it-tixrid ta’ għarfien xjentifiku u prattiċi innovattivi u l-akkwist ta’ ħiliet professjonali ġodda fl-akkwakultura;
(a) it-taħriġ professjonali, it-tagħlim tul il-ħajja, it-tixrid ta’ għarfien xjentifiku u tekniku u prattiċi innovattivi, l-akkwist ta’ ħiliet professjonali ġodda fl-akkwakultura, it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-promozzjoni tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u t-tnaqqis tal-impatt ambjentali tal-operazzjonijiet tal-akkwakultura;
Emenda 360 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt b
(b) in-netwerking u l-iskambju ta’ esperjenza u l-aqwa prattika fost l-impriżi tal-akkwakultura jew l-organizzazzjonijiet professjonali u partijiet interessati oħrajn, inklużi korpi xjentifiċi jew dawk li jippromwovu l-opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa.
(b) in-netwerking u l-iskambju ta’ esperjenza u l-aqwa prattika fost l-impriżi tal-akkwakultura jew l-organizzazzjonijiet professjonali u partijiet interessati oħrajn pubbliċi jew privati, inklużi korpi xjentifiċi, tekniċi u ta’ taħriġ jew dawk li jippromwovu l-opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa.
Emenda 361 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 2
2. L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1(a) ma għandux jingħata lil impriżi kbar tal-akkwakultura.
imħassar
Emenda 362 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Sabiex jikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-siti u l-infrastrutturi tal-akkwakultura, il-FEMS jista’ jappoġġja:
1. Sabiex jikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-siti u l-infrastrutturi tal-akkwakultura, u sabiex inaqqas l-impatt ambjentali tal-operazzjonijiet, il-FEMS jista’ jappoġġja
–
Emenda 363 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 1 – punt a
(a) l-identifikazzjoni u l-immappjar tal-aktar żoni adattati għall-iżvilupp tal-akkwakultura, u fejn applikabbli, il-kunsiderazzjoni tal-proċessi tal-ippjanar spazjali marittimu;
(a) l-identifikazzjoni u l-immappjar tal-aktar żoni adattati għall-iżvilupp tal-akkwakultura sostenibbli b’impatt ambjentali baxx, u meta applikabbli, il-kunsiderazzjoni tal-proċessi tal-ippjanar spazjali marittimu, kif ukoll l-azzjonijiet ta’ monitoraġġ tal-interazzjonijiet ambjentali matul il-fażi ta’ produzzjoni tal-attivitajiet tal-akkwakultura;
Emenda 364 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) l-identifikazzjoni u l-immappjar taż-żoni fejn għandhom jiġu esklużi attivitajiet ta’ akkwakultura intensiva sabiex jinżamm ir-rwol tagħhom fil-funzjonament tal-ekosistema bħal żoni fejn jitrabba l-ħut, żoni kostali fejn ibejjed il-ħut, żoni tal-baħar protetti, siti tan-Natura 2000 jew żoni ta’ rkupru ta’ stokkijiet tal-ħut;
Emenda 365 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 1 – punt b
(b) it-titjib tal-infrastrutturi taż-żoni tal-akkwakultura, inkluż permezz tal-konsolidazzjoni tal-art, il-provvista tal-enerġija jew il-ġestjoni tal-ilma;
(b) it-titjib u l-iżvilupp tal-installazzjonijiet u tal-infrastrutturi ta’ sostenn meħtieġa għaż-żieda fil-potenzjal tas-siti tal-akkwakultura u t-tnaqqis tal-impronta ekoloġika tal-akkwakultura, inkluż permezz tal-investiment fil-konsolidazzjoni tal-art, il-provvista tal-enerġija jew il-ġestjoni tal-ilma;
Emenda 366 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 1 – punt c
(c) l-azzjoni meħuda u implimentata mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2009/147/KE jew l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 92/43/KEE bil-għan li jipprevjenu ħsara serja fl-akkwakultura.
(c) l-azzjoni meħuda mill-awtoritajiet kompetenti li għandha l-għan li tnaqqas il-kunflitti ma’ speċijiet selvaġġi protetti skont id-Direttiva 2009/147/KE jew id-Direttiva 92/43/KEE, bil-għan li jipprevjenu ħsara serja fl-akkwakultura.
Emenda 367 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 2
2. Il-benefiċjarji tal-appoġġ taħt dan l-Artikolu għandhom ikunu korpi tal-liġi pubblika biss.
2. L-eliġibilità għall-appoġġ taħt dan l-Artikolu għandha tkun limitata għal korpi tal-liġi pubblika jew organizzazzjonijiet privati fdati mill-Istat Membru biex iwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-punti (a), (aa) u (b) tal-paragrafu 1.
Emenda 368 Proposta għal regolament Artikolu 51 – titolu
L-inkoraġġiment ta’ bdiewa ġodda fis-settur tal-akkwakultura
L-inkoraġġiment ta’ bdiewa ġodda fis-settur tal-akkwakultura sostenibbli u tal-ipproċessar ta’ prodotti tal-akkwakultura
Emenda 369 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 1
1. Sabiex irawwem l-imprenditorija fl-akkwakultura, il-FEMS jista’ jappoġġja t-twaqqif ta’ impriżi tal-akkwakultura minn bdiewa ġodda li għadhom jibdew.
1. Sabiex irawwem l-imprenditorija fl-akkwakultura, il-FEMS jista’ jappoġġja l-istabbiliment ta’ impriżi jew kooperattivi tal-akkwakultura sostenibbli minn bdiewa ġodda li għadhom jibdew, inkluż fis-settur tal-ipproċessar relatat, b’attenzjoni partikolari fuq akkwakulturisti żgħażagħ u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.
Emenda 370 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. L-Appoġġ 1 għandu jingħata lill-bdiewa tal-akkwakultura li jidħlu fis-settur sakemm dawn:
2. L-appoġġ skont il-paragrafu 1 għandu jingħata lill-bdiewa tal-akkwakultura li jidħlu fis-settur sakemm dawn:
Emenda 371 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 2 – punt b
(b) ikunu qegħdin iwaqqfu għall-ewwel darba impriża mikro jew żgħira fis-settur tal-akkwakultura bħala kapijiet ta’ dik l-impriża;
(b) ikunu qegħdin iwaqqfu għall-ewwel darba impriża mikro jew żgħira fis-settur tal-akkwakultura jew tal-ipproċessar ta’ prodotti tal-akkwakultura relatat, bħala kapijiet ta’ dik l-impriża;
Emenda 372 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 2 – punt c
(c) jissottomettu pjan tan-negozju għall-iżvilupp tal-attivitajiet tagħhom fl-akkwakultura.
(c) jissottomettu pjan tan-negozju ekonomikament u ambjentalment kredibbli għall-iżvilupp tal-attivitajiet tagħhom fl-akkwakultura, inkluż pjan dwar kif inaqqsu l-impronta ekoloġika tal-attività tagħhom.
Emenda 373 Proposta għal regolament Artikolu 52 – titolu
Il-promozzjoni ta’ akkwakultura b’livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali
Il-promozzjoni ta’ akkwakultura sostenibbli b’livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali
Emenda 374 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Sabiex inaqqas b’mod sostanzjali l-impatt tal-akkwakultura fuq l-ambjent, il-FEMS jista’ jappoġġja investimenti:
Sabiex inaqqas b’mod sostanzjali l-impatt tal-akkwakultura fuq l-ambjent, il-FEMS jista’ jappoġġja l-investimenti li ġejjin:
Emenda 375 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt a
(a) li jippermettu tnaqqis sostanzjali tal-impatt tal-impriżi tal-akkwakultura fuq l-ilma, b’mod partikolari permezz ta’ tnaqqis tal-ammont ta’ ilma użat jew titjib tal-kwalità tal-ilma prodott, inkluż permezz tal-iskjerament ta’ sistemi tal-akkwakultura multitrofiċi;
(a) li jippermettu tnaqqis sostanzjali tal-impatt tal-impriżi tal-akkwakultura fuq l-użu u l-kwalità tal-ilma, b’mod partikolari permezz ta’ tnaqqis tal-ammont ta’ sustanzi kimiċi, antibijotiċi jew mediċini oħra jew ilma użati jew titjib tal-kwalità tal-ilma prodott, inkluż permezz tal-iskjerament ta’ sistemi tal-akkwakultura multitrofiċi;
Emenda 376 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) li jippromwovu sistemi tal-akkwakultura magħluqa;
Emenda 377 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt b
(b) li jillimitaw l-impatt negattiv tal-impriżi tal-akkwakultura fuq in-natura jew il-bijodiversità;
(b) li jillimitaw l-impatt negattiv tal-impriżi tal-akkwakultura fuq in-natura u jippromwovu l-ħarsien amjentali u l-bijodiversità, b’mod partikolari l-impatt fuq l-istokkijiet ta’ ħut selvaġġ, l-interazzjonijiet mal-ispeċi predaturi, l-użu ta’ sustanzi kimiċi tossiċi u antibijotiċi u impatti ambjentali oħra marbuta mal-akkwakultura intensiva;
Emenda 378 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt c
(c) ix-xiri tat-tagħmir li jipproteġi l-farms tal-akkwakultura minn predaturi selvaġġi li jibbenifikaw minn protezzjoni skont id-Direttiva 2009/147/KE tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew u d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE;
(c) ix-xiri tat-tagħmir li jipproteġi l-farms tal-akkwakultura minn predaturi selvaġġi;
Emenda 379 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt e
(e) ir-restorazzjoni tal-għadajjar jew il-laguni tal-akkwakultura eżistenti permezz tat-tneħħija tal-ħama, jew miżuri possibbli mmirati lejn il-prevenzjoni tad-depożizzjoni tal-ħama.
(e) ir-restorazzjoni tal-estwarji,l-għadajjar jew il-laguni tal-akkwakultura eżistenti u tal-ħabitats marbuta magħhom, permezz tat-tneħħija tal-ħama jew tal-prevenzjoni tad-depożizzjoni tal-ħama.
Emenda 380 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Sabiex jiġi promoss l-iżvilupp ta’ akkwakultura organika u effiċjenti fl-enerġija, il-FEMS jista’ jappoġġja:
1. Sabiex jiġi promoss l-iżvilupp ta’ akkwakultura organika u aktar effiċjenti fl-enerġija, il-FEMS jista’ jappoġġja:
Emenda 381 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) il-konverżjoni ta’ operazzjonijiet għat-trobbija ta' speċi karnivori f’oħrajn li jrabbu speċi erbivori li għall-ikel ma jiddependux fuq ħut frisk, selvaġġ, tal-baħar jew tal-ilma ħelu, fuq ikel magħmul mill-ħut jew fuq prodotti taż-żejt tal-ħut;
Emenda 382 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)
(ab) il-promozzjoni ta’akkwakultura b’sistema magħluqa fejn ħut jew prodotti oħra akkwatiċi jitrabbew f’sistemi magħluqa ta’ riċirkolazzjoni, sabiex jiġi minimizzat l-użu tal-ilma.
Emenda 383 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 1 – punt b
(b) parteċipazzjoni fl-iskemi tal-Unjoni tal-immaniġġjar tal-ambjent u verifika tal-Unjoni stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar tal-ambjent u verifika (EMAS).
(b) il-parteċipazzjoni fl-iskemi tal-Unjoni għall-immaniġġjar tal-ambjent u l-verifika bħal dawkstabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar tal-ambjent u verifika (EMAS) jew il-parteċipazzjoni fi skemi ta’ mmanniġġjar tal-ambjent rikonoxxuti fil-livell nazzjonali;
Emenda 384 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 2
2. L-appoġġ għandu jingħata biss lil benefiċjarji li jimpenjaw ruħhom għal minimu ta’ 3 snin li jipparteċipaw fl-EMAS (Skema ta' Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi) jew għal minimu ta’ 5 snin li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-produzzjoni organika.
2. L-appoġġ għandu jingħata biss lil benefiċjarji li jimpenjaw ruħhom għal minimu ta’ ħames snin li jipparteċipaw fl-EMAS (Skema ta’ Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi) jew għal minimu ta’ ħames snin li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-produzzjoni organika.
Emenda 385 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 3
3. L-appoġġ għandu jieħu l-forma ta’ kumpens għal massimu ta’ sentejn matul il-perjodu tal-konverżjoni tal-impriża għall-produzzjoni organika jew matul it-tħejjija għall-parteċipazzjoni fl-iskema EMAS.
3. L-appoġġ għandu jieħu l-forma ta’ kumpens għal massimu ta’ ħames snin matul il-perjodu tal-konverżjoni tal-impriża għall-produzzjoni organika jew matul it-tħejjija għall-parteċipazzjoni fl-iskema EMAS.
Emenda 386 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 4 – punt a
(a) telf tad-dħul jew spejjeż addizzjonali mġarrba matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-produzzjoni konvenzjonali fi produzzjoni organika għall-operazzjonijiet eliġibbli taħt il-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu;
(a) telf tad-dħul jew spejjeż addizzjonali mġarrba matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-produzzjoni konvenzjonali fi produzzjoni organika jew ta’ konservazzjoni tal-produzzjoni organika għall-operazzjonijiet eliġibbli taħt il-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu;
Emenda 387 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Sabiex jitrawwem l-iżvilupp ta’ akkwakultura li tipprovdi sevizzi ambjentali, il-FEMS jista’ jappoġġja:
1. Sabiex jitrawwem l-iżvilupp ta’ akkwakultura sostenibbli li tipprovdi servizzi ambjentali, il-FEMS jista’ jappoġġja:
Emenda 388 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 1 – punt a
(a) metodi ta’ akkwakultura kompatibbli ma’ ħtiġijiet ambjentali speċifiċi u soġġetti għal rekwiżiti ta’ ġestjoni speċifiċi li jirriżultaw min-nomina ta’ żoni ta’ NATURA 2000 f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(a) metodi ta’ akkwakultura estensivi u semiintensivi li huma kompatibbli ma’ ħtiġijiet ambjentali speċifiċi u soġġetti għal rekwiżiti speċifiċi ta’ ġestjoni li jirriżultaw min-nomina ta’ żoni NATURA 2000 f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE;
Emenda 389 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 1 – punt b
(b) il-parteċipazzjoni fil-konservazzjoni ex-situ u r-riproduzzjoni tal-annimali akkwatiċi, fi ħdan il-qafas tal-programmi ta’ konservazzjoni u r-restorazzjoni tal-bijodiversità żviluppati mill-awtoritajiet pubbliċi, jew taħt is-superviżjoni tagħhom;
(b) l-ispejjeż relatati b’mod dirett mal-parteċipazzjoni fil-konservazzjoni ex-situ u r-riproduzzjoni tal-annimali akkwatiċi, fi ħdan il-qafas tal-programmi ta’ konservazzjoni u r-restorazzjoni tal-bijodiversità żviluppati mill-awtoritajiet pubbliċi, jew taħt is-superviżjoni tagħhom;
Emenda 390 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 1 – punt c
(c) forom ta’ akkwakultura estensiva, inkluż il-konservazzjoni u t-titjib tal-ambjent, il-bijodiversità u l-ġestjoni tal-pajsaġġ u l-karatteristiċi tradizzjonali taż-żoni tal-akkwakultura.
(c) forom ta’ akkwakultura estensiva u semintensiva, kemm f’żoni kostali kif ukoll fl-ilmijiet interni, inkluż il-konservazzjoni u t-titjib tal-ambjent, il-bijodiversità u l-ġestjoni tal-pajsaġġ u l-karatteristiċi tradizzjonali taż-żoni tal-akkwakultura.
Emenda 391 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 2
2. L-appoġġ taħt il-paragrafu 1 (a) għandu jieħu l-forma ta’ kumpens annwali għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba jew id-dħul mitluf li jirriżultaw minn rekwiżiti tal-ġestjoni fiż-żoni kkonċernati, b’rabta mal-implimentazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE tal-Kunsill jew id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
2. L-appoġġ taħt il-paragrafu 1 (a) għandu jieħu l-forma ta’ kumpens annwali għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba u/jew id-dħul mitluf li jirriżultaw minn rekwiżiti tal-ġestjoni fiż-żoni kkonċernati, b’rabta mal-implimentazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE tal-Kunsill jew id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Emenda 392 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 4
4. L-appoġġ speċifikat taħt il-paragrafu 1(c) għandu jieħu l-forma ta’ kumpens annwali għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba.
4. L-appoġġ speċifikat taħt il-paragrafu 1(c) għandu jieħu l-forma ta’ kumpens annwali għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba kif ukoll il-kumpens għal telf ikkawżat lill-istokk tal-akkwakultura minn speċijiet protetti, bil-kundizzjoni li jkunu ttieħdu l-miżuri ta’ protezzjoni.
Emenda 393 Proposta għal regolament Artikolu 55 – paragrafu 1
1. Il-FEMS għandu jappoġġja l-kumpens lill-bdiewa tal-molluski għas-sospensjoni temporanja tar-rakkolta ta’ molluski mrobbija esklussivament għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika.
1. Il-FEMS jista’ jappoġġja l-kumpens lill-bdiewa tal-molluski għas-sospensjoni temporanja tar-rakkolta ta’ molluski mrobbija esklużivament għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika.
Emenda 395 Proposta għal regolament Artikolu 55 – paragrafu 2 – punt b
(b) it-telf li jirriżulta mis-sospensjoni tal-ħsad jammonta għal aktar minn 35 % tal-fatturat annwali tan-negozju kkonċernat, ikkalkolat fuq il-bażi tal-fatturat medju tan-negozju matul it-tliet snin ta’ qabel.
(b) it-telf li jirriżulta mis-sospensjoni tal-ħsad jammonta għal aktar minn 15 % tal-fatturat annwali tan-negozju kkonċernat, ikkalkolat fuq il-bażi tal-fatturat medju tan-negozju matul it-tliet snin ta’ qabel, jew fil-perjodu ta’ attività preċedenti, meta l-impriża jkollha perjodu iqsar ta’ implimentazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli speċjali għall-kalkolu biex jintużaw fl-impriżi b’attività ta’ inqas minn sena.
Emenda 396 Proposta għal regolament Artikolu 55 – paragrafu 3
3. It-tul ta’ żmien li għalih jista’ jingħata l-kumpens għandu jkun ta’ massimu ta’ 12-il xahar matul il-perjodu kollu tal-ipprogrammar.
imħassar
Emenda 397 Proposta għal regolament Artikolu 56 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Sabiex jitrawmu l-prinċipji tas-saħħa u l-benessri tal-annimali fl-impriżi tal-akkwakultura, b’mod partikolari f’termini ta’ prevenzjoni u bijosigurtà, il-FEMS jista’ jappoġġja:
1. Sabiex jitrawmu l-prinċipji tas-saħħa u l-benessri tal-annimali fl-impriżi tal-akkwakultura, b’mod partikolari f’termini ta’ prevenzjoni u bijosigurtà, il-FEMS jista’ jappoġġja farms tal-akkwakultura u organizzazzjonijiet tal-akkwakultura professjonali fir-rigward tal-operazzjonijiet li ġejjin:
Emenda 398 Proposta għal regolament Artikolu 56 – paragrafu 1 – punt a
(a) il-kontroll u l-eradikazzjoni tal-mard fl-akkwakultura skont it-termini tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju;
(a) l-ispejjeż tal-kontroll u l-eradikazzjoni tal-mard fl-akkwakultura skont it-termini tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju, inkluż l-ispiża operattiva meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-obbligi stipulati fil-pjan tal-eradikazzjoni;
Emenda 399 Proposta għal regolament Artikolu 56 – paragrafu 1 – punt b
(b) l-iżvilupp tal-aqwa prattiċi ġenerali u għal prattiċi apposta għal speċi partikolari jew kodiċi ta’ mġiba fuq il-bijosigurtà jew fuq il-ħtiġijiet tal-benessri tal-annimali fl-akkwakultura;
(b) l-iżvilupp tal-aqwa prattiċi ġenerali u prattiċi apposta għal speċi partikolari jew kodiċi ta’ mġiba fuq il-bijosigurtà, il-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali u tal-benessri tal-annimali fl-akkwakultura;
Emenda 400 Proposta għal regolament Artikolu 56 – paragrafu 1 – punt c
(c) iż-żieda fid-disponibbiltàtal-mediċini veterinarji għall-użu fl-akkwakultura u l-promozzjoni tal-użu xieraq ta’ dawn il-mediċinipermezz tal-ikkummissjonar ta’ studji farmaċewtiċi u t-tixrid u l-iskambju tal-informazzjoni.
(c) l-inizjattivi li għandhom l-għan li jnaqqsu d-dipendenza tal-akkwakultura fuq mediċini veterinarji;
Emenda 401 Proposta għal regolament Artikolu 56 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) l-istabbiliment u l-funzjonament tal-gruppi għall-ħarsien tas-saħħa fis-settur tal-akkwakultura kif rikonoxxuti mill-Istati Membri.
Emenda 402 Proposta għal regolament Artikolu 57 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Sabiex jiġi salvagwardjat id-dħul tal-produtturi tal-akkwakultura, il-FEMS jista’ jappoġġja l-kontribuzzjoni għal assigurazzjoni fuq l-istokkijiet tal-akkwakultura li għandha tkopri t-telf minħabba:
1. Sabiex jiġi salvagwardjat id-dħul tal-produtturi tal-akkwakultura, il-FEMS jista’ jappoġġja l-kontribuzzjoni għal assigurazzjoni fuq l-istokkijiet tal-akkwakultura jew fond reċiproku rikonoxxut mill-Istat Membru li għandhom ikopru t-telf minħabba tal-anqas wieħed minn dawn li ġejjin:
Emenda 403 Proposta għal regolament Artikolu 57 – paragrafu 1 – punt a
(a) diżastri naturali;
(a) diżastri naturali jew tniġġis estensiv tal-ambjent marin;
Emenda 404 Proposta għal regolament Artikolu 57 – paragrafu 1 – punt c
(c) bidliet f’daqqa fil-kwalità tal-ilma;
(c) bidliet f’daqqa fil-kwalità u l-kwantità tal-ilma;
Emenda 405 Proposta għal regolament Artikolu 57 – paragrafu 1 – punt d
(d) mard fl-akkwakultura jew il-qerda tal-faċilitajiet tal-produzzjoni.
(d) mard fl-akkwakultura, il-ħtif ta' annimal minn annimal ieħor, il-ħsarat mekkaniċi jew il-qerda tal-faċilitajiet tal-produzzjoni, li mhumiex responsabbiltà tal-operatur;
Emenda 406 Proposta għal regolament Artikolu 57 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(da) ħsara kbira lill-faċilitajiet ikkawżata minn annimali selvaġġi, inkluż infestazzjoni ta’ farms tal-akkwakultura minn speċijiet invażivi;
Emenda 407 Proposta għal regolament Artikolu 57 – paragrafu 1 – punt db (ġdid)
(db) tniġġis ambjentali minħabba inċident estern għall-farm tal-akkwakultura;
Emenda 408 Proposta għal regolament Artikolu 57 – paragrafu 1 – punt dc (ġdid)
(dc) ġbir u qerda tal-annimali li jmutu fil-farms bħala riżultat ta' kawżi naturali jew inċidenti fil-farms li għalihom l-operatur mhuwiex responsabbli, jew li nqatlu u ndifnu fil-farm stess, għal raġunijiet ta’ saħħa tal-annimali b’awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet relevanti.
2. L-okkorrenza ta’ avveniment klimatiku ħażin ħafna jew l-infestazzjoni ta’ marda fl-akkwakultura għandha tiġi rikonoxxuta tali mill-Istat Membru kkonċernat.
2. L-okkorrenza ta’ avveniment klimatiku ħażin ħafna, mard, tniġġis estensiv jew kwalunkwe miċ-ċirkostanzi rilevanti stipulati fil-paragrafu 1 fl-akkwakultura għandhom ikunu rikonoxxuti tali mill-Istat Membru kkonċernat.
Emenda 410 Proposta għal regolament Artikolu 57 – paragrafu 3
3. L-appoġġ għandu jingħata biss għal kuntratti ta’ assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura li tkopri t-telf ekonomiku taħt il-paragrafu 1 li jaqbeż it-30% tal-produzzjoni medja annwali tal-bidwi tal-akkwakultura.
3. L-appoġġ għandu jingħata biss għal kuntratti ta’ assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura jew fondi reċiproċi li jkopru t-telf ekonomiku taħt il-paragrafu 1 li jaqbeż il-25 % tal-produzzjoni medja annwali tal-bidwi tal-akkwakultura.
Emenda 411 Proposta għal regolament Artikolu 58
Il-FEMS jista’ jappoġġja l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd wara approċċ għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità kif stabbilit fl-Artikolu 28 tar-[Regolament (UE) Nru [...] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni].
Il-FEMS jista’ jappoġġja l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd u tal-akkwakultura wara approċċ għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità kif stabbilit fl-Artikolu 28 tar-[Regolament (UE) Nru [...] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni].
Emenda 412 Proposta għal regolament Artikolu 59 – paragrafu 1
L-appoġġ finanzjarju taħt dan il-Kapitolu għandu jikkontribwixxi għall-ksib tal-prijoritajiet tal-Unjoni identifikat fl-Artikolu 6(1).
L-appoġġ finanzjarju taħt dan il-Kapitolu għandu jikkontribwixxi għall-ksib tal-prijoritajiet tal-Unjoni identifikati fl-Artikolu 6(1), (2) u (3).
Emenda 413 Proposta għal regolament Titolu V – kapitlu III – taqsima 2 – titolu
Żoni tas-sajd, sħubiji lokali u strateġiji għall-iżvilupp lokali
Żoni tas-sajd u tal-akkwakultura, sħubiji lokali u strateġiji għall-iżvilupp lokali
Emenda 414 Proposta għal regolament Artikolu 60 – titolu
Żoni tas-sajd
Żoni tas-sajd u tal-akkwakultura
Emenda 415 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Żona tas-sajd eliġibbli għall-appoġġ għandha tkun:
1. Sabiex żona tikkwalifika bħala żona eliġibbli għall-appoġġ, din għandha tkun jew żona tas-sajd tal-baħar, jew żona tas-sajd interna jew inkella żona tal-akkwakultura. Din għandha tkun funzjonalment konsistenti f’termini ġeografiċi, bijoloġiċi, ekonomiċi u soċjali, billi tqis b'mod speċifiku l-attivitajiet tas-sajd, tal-akkwakultura u dawk relatati u għandha toffri massa kritika suffiċjenti f’termini tar-riżorsi umani, finanzjarji u ekonomiċi sabiex tappoġġja strateġija ta’ żvilupp lokali vijabbli.
Emenda 416 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a
(a) limitata fid-daqs u, bħala regola ġenerali, għandha tkun iżgħar mil-livell 3 tan-NUTS tal-klassifikazzjoni komuni tal-unitajiet territorjali għall-istatistika skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tas-26 ta’ Mejju 2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS); u
imħassar
Emenda 417 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt b
(b) funzjonalment konsistenti f’termini ġeografiċi, ekonomiċi u soċjali, billi tieħu kont speċifiku tas-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura u toffri massa kritika suffiċjenti f’termini tar-riżorsi umani, finanzjarji u ekonomiċi sabiex tappoġġja strateġija ta’ żvilupp lokali vijabbli.
imħassar
Emenda 418 Proposta għal regolament Artikolu 61 – paragrafu 1
1. Għall-finijiet tal-FEMS, l-istrateġija integrata tal-iżvilupp lokali msemmija fl-Artikolu 28(1)(c) tar-[Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] għandha tkun ibbażata fuq l-interazzjoni bejn l-atturi u l-proġetti ta’setturi differenti tal-ekonomija lokali, b’mod partikolaris-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura;
1. Għall-finijiet tal-FEMS, l-istrateġija integrata tal-iżvilupp lokali msemmija fl-Artikolu 28(1)(c) tar-[Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] għandha tkun ibbażata fuq l-interazzjoni u l-konsultazzjonijiet bejn l-atturi u l-proġetti tas-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura, kif ukoll setturi oħrajn tal-ekonomija lokali. Għal dan il-għan, għandhom jiġu kkonsultati l-Kunsilli Konsultattivi.
Emenda 419 Proposta għal regolament Artikolu 61 – paragrafu 2 – punt a
(a) jimmassimizzaw il-parteċipazzjoni tas-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura fl-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd kostali u fil-baħar intern;
(a) jimmassimizzaw il-parteċipazzjoni tas-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura fl-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd kostali u fil-baħar intern u tal-akkwakultura;
Emenda 420 Proposta għal regolament Artikolu 61 – paragrafu 2 – punt b
(b) jiżguraw li l-komunitajiet lokali jużaw u jibbenefikaw bis-sħiħ mill-opportunitajiet offruti mill-iżvilupp marittimu u kostali.
(b) jiżguraw li l-komunitajiet lokali jużaw u jibbenefikaw bis-sħiħ mill-opportunitajiet offruti mill-iżvilupp marittimu, kostali u fil-baħar intern u, b’mod partikolari, jgħinu portijiet tas-sajd żgħar u li l-attività fihom tkun qed tonqos biex jimmassimizzaw il-potenzjal marin tagħhom bl-iżvilupp ta’ infrastruttura diversifikata.
Emenda 421 Proposta għal regolament Artikolu 61 – paragrafu 3
3. L-istrateġija għandha tkun konsistenti mal-opportunitajiet u l-ħtiġijiet identifikati fiż-żona u l-prijoritajiet tal-Unjoni għall-FEMS. L-istrateġiji jistgħu jvarjaw minn dawkli jiffokaw fuq is-sajdgħal strateġiji usa’ diretti lejn id-diversifikazzjoni taż-żoni tas-sajd. L-istrateġija għandha tmur lil hinn minn sempliċi ġabra ta’ operazzjonijiet jew it-tqegħid flimkien ta’ miżuri settorjali.
3. L-istrateġija għandha tkun konsistenti mal-opportunitajiet u l-ħtiġijiet identifikati fiż-żona u l-prijoritajiet tal-Unjoni għall-FEMS. L-istrateġiji għandhom jiffokaw fundamentalment fuq is-settur tas-sajdjew tal-akkwakultura, għalkemm jistgħu jkunu usa’,u diretti lejn id-diversifikazzjoni taż-żoni tas-sajd u tal-akkwakultura. L-istrateġija għandha tmur lil hinn minn sempliċi ġabra ta’ operazzjonijiet jew it-tqegħid flimkien ta’ miżuri settorjali.
Emenda 422 Proposta għal regolament Artikolu 61 – paragrafu 5
5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 127 dwar il-kontenut tal-pjan ta’ azzjoni msemmi fl-Artikolu 29(1)(e) tar-[Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni].
5. L-istrateġija għall-iżvilupp lokali integrata għandha tinkludi pjan ta’ azzjoni msemmi fl-Artikolu 29(1)(e) tar-[Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni]. Il-pjan ta’ azzjoni għandu jistabbilixxi, fost affarijiet oħra, il-lista ta’ azzjonijiet previsti għall-implimentazzjoni tal-istrateġija u, għal kull azzjoni, dan għandu jispeċifika l-objettivi ta’ dik l-azzjoni, l-infiq eliġibbli, il-benefiċjarji ammissibbli, il-pakkett finanzjarju relatat mal-fondi pubbliċi assoċjati, il-kriterji għall-għażla tal-operazzjonijiet u l-indikaturi tal-prestazzjoni.
Emenda 423 Proposta għal regolament Artikolu 62 – paragrafu 3 – punt b
(b) jiżguraw rappreżentanza sinifikanti tas-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura.
(b) jiżguraw li jkun hemm maġġoranza ta' rappreżentanti mis-settur tas-sajd u/jewtas-setturi tal-akkwakultura.
Emenda 424 Proposta għal regolament Artikolu 62 – paragrafu 4
4. Jekk l-istrateġija tal-iżvilupp lokali hija appoġġjata minn Fondi oħra minbarra l-FEMS, għandujiġi stabbilit korp speċifiku għall-għażla tal-proġetti appoġġjati mill-FEMS skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu (3).
4. Jekk l-istrateġija tal-iżvilupp lokali hija appoġġjata minn Fondi oħra minbarra l-FEMS, il-korp għall-għażla tal-FLAG tal-proġetti appoġġjati mill-FEMS għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu (3).
Emenda 425 Proposta għal regolament Artikolu 62 – paragrafu 7
7. Ir-rwoli rispettivi tal-FLAG, tal-awtorità amministrattiva jew tal-aġenzija tal-pagamenti għall-kompiti ta’ implimentazzjoni relatati mal-istrateġija għandhom jiġu deskritti b’mod ċar fil-programm operazzjonali.
7. Ir-rwoli rispettivi tal-FLAG, tal-awtorità amministrattiva u tal-awtorità ta’ implimentazzjoni, metadin tkun differenti mill-awtoritàamministrattiva, għall-kompiti ta’ implimentazzjoni relatati mal-istrateġija għandhom jiġu deskritti b’mod ċar fil-programm operazzjonali.
Emenda 426 Proposta għal regolament Artikolu 63 – paragrafu 1
1. L-operazzjonijiet eliġibbli taħt din it-Taqsima huma stabbiliti fl-Artikolu 31 tar-[Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni].
1. L-operazzjonijiet u l-ispejjeż eliġibbli taħt din it-Taqsima huma stabbiliti fl-Artikolu 31 tar-[Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni].
Emenda 427 Proposta għal regolament Artikolu 64 – paragrafu 1
1. L-appoġġ preparatorju għandu jkopri l-bini tal-kapaċità, it-taħriġ u n-netwerking bil-għan li titħejja u tiġi implimentata strateġija ta’ żvilupp lokali.
1. L-appoġġ preparatorju għandu jkopri l-bini tal-kapaċità, il-konsultazzjoni, it-taħriġ u n-netwerking bil-għan li titħejja u tiġi implimentata strateġija ta’ żvilupp lokali.
Emenda 428 Proposta għal regolament Artikolu 65 – paragrafu 1 – punt a
(a) iż-żieda tal-valur, il-ħolqien tal-impjiegi u l-promozzjoni tal-innovazzjoni fl-istadji kollha tal-katina tal-provvista tas-sajd u tal-akkwakultura;
(a) iż-żieda tal-valur, il-ħolqien tal-impjiegi, l-attrazzjoni taż-żgħażagħ u l-promozzjoni tal-innovazzjoni fl-istadji kollha tal-katina tal-provvista tas-sajd, tal-akkwakultura u tal-ipproċessar;
Emenda 429 Proposta għal regolament Artikolu 65 – paragrafu 1 – punt b
(b) l-appoġġ għad-diversifikazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi f’żoni tas-sajd, inkluż id-diversifikazzjoni f’attivitajiet marittimi li jikkumplimentaw l-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura;
Emenda 430 Proposta għal regolament Artikolu 65 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) it-tisħiħ tat-taħriġ u t-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-oqsma tas-sajd u tal-akkwakultura;
Emenda 431 Proposta għal regolament Artikolu 65 – paragrafu 1 – punt c
(c) it-tisħiħ u l-kapitalizzazzjoni fuq l-assi ambjentali taż-żoni tas-sajd, inklużi operazzjonijiet sabiex jiġi mitigat it-tibdil fil-klima;
(c) it-tisħiħ u l-kapitalizzazzjoni fuq l-assi ambjentali taż-żoni tas-sajd u tal-akkwakultura, inklużi operazzjonijiet sabiex tinżamm il-bijodiversità, titjieb il-ġestjoni taż-żona tal-kosta u jiġi mitigat it-tibdil fil-klima;
Emenda 432 Proposta għal regolament Artikolu 65 – paragrafu 1 – punt d
(d) il-promozzjoni tal-benessri soċjali u l-wirt kulturali fl-oqsma fiż-żoni tas-sajd inkluż il-wirt kulturali marittimu;
(d) il-promozzjoni tal-benessri soċjali u l-wirt kulturali fl-oqsma fiż-żoni tas-sajd u tal-akkwakultura inkluż is-sajd u l-wirt kulturali marittimu;
Emenda 433 Proposta għal regolament Artikolu 65 – paragrafu 2
2. L-appoġġ mogħti jista’ jinkludi miżuri stabbiliti fil-Kapitoli I u II ta’ dan it-Titolu sakemm ikun hemm raġuni ċara għall-ġestjoni tagħhom fil-livell lokali. Meta tingħata l-għajnuna għall-operazzjonijiet li jikkorrespondu għal dawn il-miżuri, għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet rilevanti u l-iskali ta’ kontribuzzjoni għal kull operazzjoni stabbiliti fil-Kapitoli I u II ta’ dan it-Titolu.
2. L-appoġġ mogħti jista’ jinkludi miżuri stabbiliti fil-Kapitoli I, II u IV ta’ dan it-Titolu sakemm ikun hemm raġuni ċara għall-ġestjoni tagħhom fil-livell lokali. Meta tingħata l-għajnuna għall-operazzjonijiet li jikkorrispondu għal dawn il-miżuri, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet rilevanti u l-iskali ta’ kontribuzzjoni għal kull operazzjoni stabbiliti fil-Kapitoli I, II u IV ta’ dan it-Titolu.
Emenda 434 Proposta għal regolament Artikolu 66 – paragrafu 2
2. Minbarra FLAGs oħrajn, l-imsieħba ta’ FLAG taħt il-FEMS jistgħu jkunu sħubija bejn il-pubbliku u l-privat lokali li qiegħda timplimenta strateġija ta’ żvilupp lokali fl-Unjoni jew barra minnha.
2. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, minbarra FLAGs oħrajn, l-imsieħba ta’ FLAG taħt il-FEMS jistgħu jkunu l-parteċipanti fi proġett ta’ kooperazzjoni ma’ territorju mhux FLAG ibbażat fuq sħubija bejn il-pubbliku u l-privat lokali li qiegħda timplimenta strateġija ta’ żvilupp lokali fl-Unjoni jew barra minnha.
Emenda 435 Proposta għal regolament Artikolu 66 – paragrafu 3
3. F’każijiet fejn il-proġetti ta’ kooperazzjoni ma jintgħażlux mill-FLAGs, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ applikazzjonikontinwa għall-proġetti ta’ kooperazzjoni. Huma għandhom jippubblikaw il-proċeduri amministrattivi nazzjonali jew reġjonali dwar l-għażla ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni transnazzjonali u lista tal-ispejjeż eliġibbli sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-data tal-approvazzjoni tal-programm operazzjonali tagħhom.
3. F’każijiet fejn il-proġetti ta’ kooperazzjoni ma jintgħażlux mill-FLAGs, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ applikazzjonijietkontinwi għall-proġetti ta’ kooperazzjoni. Huma għandhom jippubblikaw il-proċeduri amministrattivi nazzjonali jew reġjonali dwar l-għażla ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni transnazzjonali u lista tal-ispejjeż eliġibbli sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-data tal-approvazzjoni tal-programm operazzjonali tagħhom. Il-Kunsilli Konsultattiv, minħabba l-karattru transnazzjonali tagħhom, jistgħu jkunu involuti f’dik is-sistema ta’ applikazzjonijiet kontinwi.
Emenda 436 Proposta għal regolament Artikolu 66 – paragrafu 4
4. L-approvazzjoni tal-proġetti ta’ kooperazzjoni għandha ssir mhux aktar tard minn erba’ xhur wara d-data tas-sottomissjoni tal-proġett.
4. Id-deċiżjonijiet amministrattivi dwar il-proġetti ta’ kooperazzjoni għandhom isiru mhux aktar tard minn erba’ xhur wara d-data tas-sottomissjoni tal-proġett.
Emenda 437 Proposta għal regolament Artikolu 68
L-appoġġ taħt dan il-Kapitolu għandu jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet speċifiċi tal-Kapitolu I u tal-Kapitolu II ta’ dan it-Titolu.
L-appoġġ taħt dan il-Kapitolu għandu jikkontribwixxi għal:
(a) l-ilħiq tal-objettivi speċifiċi tal-Kapitoli I u II ta’ dan it-Titolu;
(b) it-titjib tal-kompetittività tal-industrija tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;
(c) it-titjib tas-sikurezza tal-ikel u tal-kwalità tal-prodotti;
(d) l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti ġodda u l-użu ta’ teknoloġiji ġodda u ta’ metodi ta’ produzzjoni innovattivi;
(e) it-tnaqqis tal-impatt negattiv fuq l-ambjent u ż-żieda fl-effiċjenza enerġetika;
(f) użu aħjar ta’ speċijiet minuri, ta' prodotti sekondarji u tal-iskart;
(g) l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti ġodda u l-użu ta’ teknoloġiji ġodda u ta’ metodi ta’ produzzjoni innovattivi;
(h) it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-taħriġ tal-ħaddiema;
(i) il-ftuħ u l-iżvilupp ta’ swieq ġodda.
Emenda 438 Proposta għal regolament Artikolu 69 – paragrafu 1
1. Il-FEMS jista’ jappoġġja t-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 32 tar-[Regolament (UE) Nru dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura].
1. Il-FEMS għandu jappoġġja t-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 32 tar-[Regolament (UE) Nru dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura].
Emenda 439 Proposta għal regolament Artikolu 70 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Il-FEMS jista’ jappoġġja l-kumpens lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti li jaħżnu l-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II għar-Regolament Nru. [dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura], bil-kundizzjoni li il-prodotti jinħażnu f’konformità mal-Artikoli 35 u 36 tar-RegolamentNru ... [dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura]:
1. Il-FEMS jista’ jikkofinanzja l-kumpens lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti li jaħżnu l-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura elenkati fl-Anness II għar-Regolament Nru. [dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura], bil-kundizzjoni li l-prodotti jinħażnu f’konformità mal-Artikoli 35 u 36 ta’ dak ir-Regolament:
Emenda 440 Proposta għal regolament Artikolu 70 – paragrafu 1 – punt a
(a) l-ammont tal-għajnuna għall-ħżin ma għandux jaqbeż l-ammont tal-ispejjeż tekniċi u finanzjarji tal-azzjonijiet meħtieġa għall-istabbilizzazzjoni u l-ħżin tal-prodotti inkwistjoni;
(a) l-ammont tal-għajnuna għall-ħżin ma għandux jaqbeż l-ammont tal-ispejjeż tekniċi u finanzjarji tal-azzjonijiet meħtieġa għall-istabbilizzazzjoni, it-tħejjija u l-ħżin tal-prodotti kkonċernati;
Emenda 441 Proposta għal regolament Artikolu 70 – paragrafu 1 – punt c
(c) l-għajnuna finanzjarja fis-sena ma għandhiex taqbeż il-perċentwali li ġejjin tal-valur annwali medju tal-produzzjoni kummerċjalizzata fl-ewwel bejgħ tal-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi fil-perjodu 2009-2011. Fil-każ li l-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi ma kellhom l-ebda produzzjoni kummerċjalizzata fl-2009-2011, għandu jkun ikkunsidrat il-valur annwali medju tal-produzzjoni kkummerċjalizzata fl-ewwel tliet snin tal-produzzjoni tat-tali membru:
(c) ħajnuna finanzjarja fis-sena ma għandhiex taqbeż 5 % tal-valur annwali medju tal-produzzjoni kummerċjalizzata fl-ewwel bejgħ tal-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi fil-perjodu 2009-2011. Fil-każ li l-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi ma kellhom l-ebda produzzjoni kummerċjalizzata fl-2009-2011, għandu jkun ikkunsidrat il-valur annwali medju tal-produzzjoni kkummerċjalizzata fl-ewwel tliet snin tal-produzzjoni tat-tali membru:
– 1 % fl-2014
– 0,8 % fl-2015
– 0,6 % fl-2016
– 0,4 % fl-2017
– 0,2 % fl-2018
Emenda 442 Proposta għal regolament Artikolu 70 – paragrafu 2
2. Sal-2019, l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi eliminat b’mod gradwali.
imħassar
Emenda 443 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Il-FEMS jista’ jappoġġja l-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li għandhom l-għan li:
1. Il-FEMS jista’ jappoġġja l-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni għal prodotti tas-sajd, tal-akkwakultura u tas-sajd fl-ibħra interni li għandhom l-għan li:
Emenda 444 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt a – parti introduttorja
(a) ifittxu swieq ġodda u jtejbu l-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ speċijiet tas-sajd u tal-akkwakultura, inkluż:
Emenda 445 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt a – punt ia (ġdid)
(ia) prodotti kkummerċjalizzati minn organizzazzjonijiet tas-sajjieda, mill-assoċjazzjonijiet tagħhom u permezz ta’ pixkeriji;
Emenda 446 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt a – punt ii
(ii) qabdiet mhux mixtieqa żbarkati f’konformità mal-Artikolu 15 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd] u l-Artikolu 8 (b) it-tieni inċiż tar-[Regolament (UE) Nru dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura];
(ii) qabdiet mhux mixtieqa żbarkati minn stokkijiet kummerċjali f’konformità mal-miżuri tekniċi, l-Artikolu 15 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd] u l-Artikolu 8(b) it-tieni inċiż tar-[Regolament (UE) Nru dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura];
Emenda 447 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt a – sottopunt iii
(iii) prodotti miksuba bl-użu ta’ metodi b’impatt baxx fuq l-ambjent jew prodotti tal-akkwakultura organika definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika.
(iii) prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura miksuba bl-użu ta’ metodi b’impatt baxx fuq l-ambjent, jew prodotti tal-akkwakultura organika definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika jew f’sistemi tal-akkwakultura magħluqa;
Emenda 448 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt a – punt iiia (ġdid)
(iiia) prodotti lokali u staġjonali, inkluż prodotti koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel.
Emenda 449 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt a – punt iiib (ġdid)
(iiib) prodotti ġodda jew imtejba.
Emenda 450 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt b – parti introduttorja
(b) jippromwovu l-kwalità billi jiffaċilitaw:
(b) jippromwovu l-kwalità u l-valur miżjud billi jiffaċilitaw:
Emenda 451 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt b – punt ii
(ii) iċ-ċertifikazzjoni u l-promozzjoni inklużil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura sostenibbli u ta’ metodi ta’ pproċessar li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;
(ii) iċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità u l-promozzjoni u l-ħolqien ta’ tikketti speċifiċi fir-rigward tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura sostenibbli, – prodotti tas-sajd fuq skala żgħira u kostali, prodotti lokali u staġjonali u ta’ metodi ta’ pproċessar li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;
Emenda 452 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt b – punt iia (ġdid)
(iia) it-traċċabbiltà tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, inkluż l-iżvilupp ta’ ekotikketta tal-Unjoni għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;
Emenda 453 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt b – punt iib (ġdid)
(iib) proċessi u metodi innovattivi;
Emenda 454 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt b – sottopunt iii
(iii) kummerċjalizzazzjoni diretta ta’ prodotti tas-sajd minn sajjieda kostali fuq skala żgħira.
(iii) kummerċjalizzazzjoni diretta ta’ prodotti tas-sajd minn sajjieda kostali fuq skala żgħira u sajjieda li jistadu bil-wieqfa.
Emenda 455 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt b – punt iiia (ġdid)
(iiia) il-preżentazzjoni u l-ippakkjar tal-prodotti;
Emenda 456 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt b – punt iiib (ġdid)
(iiib) it-twettiq tar-rekwiżiti ta’ konformità u ta’ ċertifikazzjoni għall-prodotti koperti bir-Regolament (KE) 510/2006 mill-produtturi, il-proċessuri u l-iżviluppaturi li għalihom japplikaw is-sistemi ta’ kontroll u ċertifikazzjoni.
Emenda 457 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt c
(c) jikkontribwixxu għat-trasparenza tal-produzzjoni u s-swieq u jwettqu stħarriġ tas-suq;
(c) jikkontribwixxu għat-trasparenza tal-produzzjoni u s-swieq u jwettqu stħarriġ tas-suq u studji dwar id-dipendenza kummerċjali tal-Unjoni;
Emenda 458 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt e
(e) il-ħolqien ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, ta’ assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet bejn il-fergħat rikonoxxuti skont il-Kapitolu II, Taqsima III tar-Regolament [dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura];
(e) joħolqu u jgħaqqdu organizzazzjonijiet tal-produtturi, ta’ assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet bejn il-fergħat rikonoxxuti skont il-Kapitolu II, Taqsima III tar-Regolament [dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura], sabiex jitrawwem ir-rwol tagħhom fil-ġestjoni tal-miżuri tas-sajd u tal-kummerċjalizzazzjoni;
Emenda 459 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt f
(f) jagħmlu kampanji promozzjonali reġjonali, nazzjonali jew transnazzjonali għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura.
(f) jagħmlu kampanji promozzjonali reġjonali, nazzjonali jew transnazzjonali, inkluż wirjiet u kampanji tal-midja, għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura ambjentalmentsostenibbli.
Emenda 460 Proposta għal regolament Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)
(-a) għall-innovazzjoni biex jiġu żviluppati prodotti ġodda bi kwalità aħjar u valur miżjud, proċessi ġodda jew imtejba u f’sistemi ta’ ġestjoni u dawk organizzattivi ġodda jew imtejba;
Emenda 461 Proposta għal regolament Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt -b (ġdid)
(–b) li jżidu l-valur miżjud tal-prodotti;
Emenda 462 Proposta għal regolament Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) li jtejbu l-kundizzjonijiet tas-sigurtà, tal-iġjene, tas-saħħa u tax-xogħol;
Emenda 463 Proposta għal regolament Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt d
(d) għall-ipproċessar ta’ prodotti tal-akkwakultura organika kif irregolat fl-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007.
(d) għall-ipproċessar ta’ prodotti tal-akkwakultura sostenibbli u ta’ prodotti tal-akkwakultura organika kif irregolat fl-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007.
1a. Il-FEMS jista’ jappoġġja lill-impriżi, l-assoċjazzjonijiet u ċ-ċentri teknoloġiċi li jirrappreżentaw is-settur tal-ipproċessar biex jiżviluppaw attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni relatati ma' dawk imsemmija fil-paragrafu 1.
Emenda 465 Proposta għal regolament Artikolu 73 – paragrafu 1
1. Il-FEMS jista’ jappoġġja r-reġim ta’ kumpens introdott mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 791/2007 għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba mill-operaturi fis-sajd, fil-biedja u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mill-Azores, mill-Madeira, mill-Gżejjer Kanarji, mill-Gujana Franċiża u mir-Réunion.
1. Il-FEMS għandu jappoġġja skema ta’ kumpens introdotta mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 791/2007 biex jikkumpensa għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba mill-operaturi fis-sajd, fil-biedja,fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mir-reġjuni l-aktar imbiegħda skont l-Artikolu 349 tat-TFUE. Dik l-iskema għandha tapplika għall-ispejjeż addizzjonali kollha li jħallsu l-operaturi impenjati fl-attivitajiet imsemmija f’dan il-paragrafu.
Emenda 466 Proposta għal regolament Artikolu 73 – paragrafu 2
2. Kull Stat Membru kkonċernat għandu jiddetermina, għar-reġjuni msemmija fil-paragrafu 1, il-lista ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura u l-kwantità ta’ dawk il-prodotti eliġibbli għall-kumpens.
2. Kull Stat Membru kkonċernat għandu jiddetermina, għar-reġjuni msemmija fil-paragrafu 1, il-lista ta’ spejjeż addizzjonali li jħallsu l-operaturi impenjati fl-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1. Huwa jistabbilixxi wkoll il-lista ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura u l-kwantità ta’ dawk il-prodotti eliġibbli għall-kumpens.
Emenda 467 Proposta għal regolament Artikolu 73 – paragrafu 3
3. Meta jistabbilixxu l-lista u l-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-fatturi kollha rilevanti, b’mod partikolari l-ħtieġa li jiżguraw li l-kumpens ikun kompatibbli għal kollox mar-regoli tal-PKS.
3. Meta jistabbilixxu l-lista u l-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-fatturi kollha rilevanti, b’mod partikolari l-ħtieġa li jiżguraw li l-kumpens ikun kompatibbli kompletament mar-regoli tal-PKS, u li l-kapaċità tas-sajd tal-flotot ikkonċernati tkun proporzjonata mal-opportunitajiet disponibbli ta’ sajd.
Emenda 468 Proposta għal regolament Artikolu 73 – paragrafu 4 – punt ca (ġdid)
(ca) li jinkisbu minn sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat.
5a. L-operaturi li ġejjin li jkollhom spejjeż addizzjonali fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd għandhom ikunu eliġibbli għall-kumpens:
(a) kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tuża mezzi tal-produzzjoni biex tikseb il-prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura bil-ħsieb li tqegħidhom fis-suq;
(b) is-sidien jew l-operaturi ta’ bastimenti rreġistrati fil-portijiet tar-reġjuni msemmija fil-paragrafu 1 u li joperaw f'dawk ir-reġjuni jew assoċjazzjonijiet ta’ tali sidien jew operaturi;
(c) l-operaturi fis-settur tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni jew l-assoċjazzjonijiet ta’ tali operaturi.
Emenda 470 Proposta għal regolament Artikolu 73a (ġdid)
Artikolu 73a
Operaturi
1. Il-kumpens għandu jitħallas lill-operaturi involuti fl-attivitajiet tas-sajd u l-akkwakultura fir-reġjuni kkonċernati.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-operaturi li jirċievu kumpens jibqgħu ekonomikament vijabbli.
Emenda 471 Proposta għal regolament Artikolu 74 – paragrafu 1 – punt a
(a) għal kull prodott tas-sajd jew tal-akkwakultura, l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw min-nuqqasijiet speċifiċi tar-reġjuni kkonċernati, u
(a) għal kull prodott tas-sajd jew tal-akkwakultura jew kategorija ta’ prodotti, l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw min-nuqqasijiet speċifiċi tar-reġjuni kkonċernati, u
Emenda 472 Proposta għal regolament Artikolu 74 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) kwalunkwe appoġġ ieħor li l-benefiċjarju qed jirċievi jew ikun irċieva għall-attività tiegħu.
Emenda 473 Proposta għal regolament Artikolu 75 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni pjan ta’ kumpens għal kull reġjun ikkonċernat, inklużi l-lista u l-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 73, il-livell ta’ kumpens imsemmi fl-Artikolu 74 u l-awtorità kompetenti stabbilita fl-Artikolu 99.
1. stati Membri kkonċernati għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni pjan ta’ kumpens għal kull reġjun ikkonċernat, inklużi l-lista u l-kwantitajiet u t-tip ta’ operaturi msemmija fl-Artikolu 73, il-livell ta’ kumpens imsemmi fl-Artikolu 74 u l-awtorità kompetenti stabbilita fl-Artikolu 99.
1a. L-Istati Membri jistgħu jemendaw il-kontenut tal-pjan ta’ kumpens imsemmi fil-paragrafu 1. Tali emendi għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni.
Emenda 475 Proposta għal regolament Artikolu 75 – paragrafu 2
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 127 sabiex tiddefinixxi l-kontenut tal-pjan ta’ kumpens, inklużi l-kriterji għall-kalkolu tal-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw min-nuqqasijiet speċifiċi tar-reġjuni kkonċernati.
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 127 li jistabbilixxu l-kontenut tal-pjan ta’ kumpens, inklużi l-kriterji għall-kalkolu tal-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw min-nuqqasijiet speċifiċi tar-reġjuni kkonċernati.
Emenda 476 Proposta għal regolament Artikolu 75a (ġdid)
Artikolu 75a
Għajnuna mill-Istat
1. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 8, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza, skont l-Artikolu 108 tat-TFUE, għajnuna operattiva fis-setturi li jipproduċu, jipproċessaw u jikkummerċjalizzaw il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, bil-għan li jitnaqqsu l-limitazzjonijiet speċifiċi fir-reġjuni l-aktar imbiegħda bħala riżultat tal-iżolament, l-insularità u d-distanza estrema tagħhom.
2. L-Istati Membri jistgħu jagħtu finanzjament addizzjonali għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ kumpens imsemmija fl-Artikolu 75. F’dawn il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Kummissjoni tista’ tapprovaha bħala parti minn dawk il-pjanijiet, f’konformità ma’ dan ir-Regolament. L-għajnuna mill-Istat li tkun ġiet notifikata skont dan il-paragrafu għandha wkoll titqies bħala notifikata fit-tifsira tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE.
Emenda 477 Proposta għal regolament Artikolu 78 – paragrafu 1
1. Il-FEMS jista’ jappoġġja l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ kontroll, spezzjoni u infurzar tal-Unjoni kif speċifikat fl-Artikolu 46 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd] u kif speċifikat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.
1. Il-FEMS jista’ jappoġġja l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ kontroll, spezzjoni u infurzar tal-Unjoni kif speċifikat fl-Artikolu 46 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd] u kif speċifikat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, kif ukoll l-istabbiliment tal-komponenti meħtieġa li jiżguraw it-traċċabbiltà tal-prodotti tas-sajd skont l-Artikolu 58 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009. Din is-sistema għandha tirriżulta f’għadd ta’ kontrolli bbażati fuq id-daqs tal-flotot fi Stati Membri differenti.
Emenda 478 Proposta għal regolament Artikolu 78 – paragrafu 2 – punt a
(a) ix-xiri jew l-iżvilupp tat-teknoloġija, inklużi ħardwer u softwer, sistemi ta’ identifikazzjoni tal-bastimenti (VDS), sistemi tas-CCTV u netwerks tal-IT li jippermettu l-ġbir, l-amministrazzjoni, il-validazzjoni, l-analiżi u l-iskambju ta’ dejta relatata mas-sajd, u l-iżvilupp ta’ metodi ta’ teħid ta’ kampjuni għall-istess dejta kif ukoll interkonnessjoni ma’ sistemi transsettorjali ta’ skambju tad-dejta;
(a) ix-xiri, l-installazzjoni u l-iżvilupp tat-teknoloġija, inklużi ħardwer u softwer, sistemi ta’ identifikazzjoni tal-bastimenti (VDS), sistemi tas-CCTV u netwerks tal-IT li jippermettu l-ġbir, l-amministrazzjoni, il-validazzjoni, l-analiżi, il-ġestjoni tar-riskju, is-sottomissjoni u l-iskambju ta’ data relatata mas-sajd, u l-iżvilupp ta’ metodi ta’ teħid ta’ kampjuni għall-istess data kif ukoll interkonnessjoni ma’ sistemi transsettorjali ta’ skambju tad-data, sakemm operazzjonijiet bħal dawn jirrispettaw il-libertajiet individwali u jiżguraw il-protezzjoni tad-data personali;
Emenda 479 Proposta għal regolament Artikolu 78 – paragrafu 2 – punt b
(b) ix-xiri u l-installazzjoni tal-komponenti meħtieġa biex jiżguraw it-trasmissjoni tad-dejta mill-atturi involuti fis-sajd u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd lill-Istat Membru rilevanti u lill-awtoritajiet tal-UE, inklużi l-komponenti meħtieġa għas-sistemi elettroniċi ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar (ERS -electronic recording and reporting systems), is-sistemi ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS - Vessel Monitoring Systems) u s-sistemi ta’ identifikazzjoni awtomatika (AIS - Automatic Identification Systems) li jintużaw għal skopijiet ta’ kontroll;
(b) l-iżvilupp, ix-xiri u l-installazzjoni tal-komponenti, inklużi l-ħardwer u s-softwertal-kompjuter, li huma meħtieġa biex jiżguraw it-trasmissjoni tad-data mill-atturi involuti fis-sajd u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd lill-Istat Membru rilevanti u lill-awtoritajiet tal-UE, inklużi l-komponenti meħtieġa għas-sistemi elettroniċi ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar (ERS -electronic recording and reporting systems), is-sistemi ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS - Vessel Monitoring Systems) u s-sistemi ta’ identifikazzjoni awtomatika (AIS - Automatic Identification Systems) li jintużaw għal skopijiet ta’ kontroll;
Emenda 480 Proposta għal regolament Artikolu 78 – paragrafu 2 – punt c
(c) ix-xiri u l-istallazzjoni tal-komponenti meħtieġa sabiex tkun żgurata traċabbiltà tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, kif definita fl-Artikolu 58 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009;
(c) l-iżvilupp, ix-xiri u l-installazzjoni tal-komponenti, inklużi l-ħardwer u s-softwer tal-kompjuter, li huma meħtieġa sabiex tkun żgurata traċċabbiltà tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, kif definita fl-Artikolu 58 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009;
Emenda 481 Proposta għal regolament Artikolu 78 – paragrafu 2 – punt e
(e) l-immodernizzar u x-xiri ta’ bastimenti, inġenji tal-ajru u ħelikopters ta’ sorveljanza, sakemm dawn jintużaw mill-inqas 60 % tad-drabi għall-kontroll tas-sajd;
(e) mmodernizzar u x-xiri ta’ bastimenti, inġenji tal-ajru u ħelikopters ta’ sorveljanza, sakemm dawn jintużaw għall-kontroll tas-sajd għal mill-inqas 60 % tad-drabi kollha li jintuża t-tagħmir, ikkalkulat fuq bażi annwali;
Emenda 482 Proposta għal regolament Artikolu 78 – paragrafu 2 – punt g
(g) l-implimentazzjoni ta’ proġetti pilota relatati mal-kontroll tas-sajd, inkluż l-analiżi tad-DNA tal-ħut jew l-iżvilupp ta’ websajts relatati mal-kontroll;
(g) l-iżvilupp ta’ sistemi innovattivi ta’ kontroll u monitoraġġ u l-implimentazzjoni ta’ proġetti pilota relatati mal-kontroll tas-sajd, inkluż l-analiżi tad-DNA tal-ħut jew l-iżvilupp ta’ websajts relatati mal-kontroll;
Emenda 483 Proposta għal regolament Artikolu 78 – paragrafu 2 – punt ja (ġdid)
(ja) programmi li jwettqu kontroll aktar strett għall-istokkijiet soġġetti għal kontroll speċifiku u għal programmi ta’ spezzjoni stabbiliti skont l-Artikolu 95 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, inkluża kwalunkwe spiża operattiva;
Emenda 484 Proposta għal regolament Artikolu 78 – paragrafu 2 – punt jb (ġdid)
(jb) programmi konnessi mal-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni stabbiliti skont l-Artikolu 102(4) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, inkluża kwalunkwe spiża operattiva.
Emenda 485 Proposta għal regolament Artikolu 78 – paragrafu 3
3. Il-miżuri elenkati fil-punti (h), (i) u (j) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu eliġibbli biss għall-appoġġ jekk ikunu relatati mal-attivitajiet ta’ kontroll imwettqa minn awtorità pubblika.
3. Il-miżuri elenkati fil-punti (h), (i), (j), (ja) u (jb) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu eliġibbli biss għall-appoġġ jekk ikunu relatati mal-attivitajiet ta’ kontroll imwettqa minn awtorità pubblika.
Emenda 486 Proposta għal regolament Artikolu 78a (ġdid)
Artikolu 78a
Azzjoni kollettiva li ssaħħaħ u tistandardizza l-kontrolli
1. Sabiex jissaħħu u jiġu standardizzati l-kontrolli, il-FEMS jista’ jappoġġja l-implimentazzjoni ta’ proġetti transnazzjonali biex jiġu żviluppati u ttestjati sistemi interstatali ta’ kontroll, ta' spezzjoni u eżekuzzjoni previsti fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru .../… [dwar is-PKS] imniżżel fl-Artikolu 46 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-PKS
2. B’mod partikolari, għandhom ikunu eliġibbli t-tipi ta’ operazzjonijiet li ġejjin:
(a) programmi internazzjonali ta’ taħriġ tal-persunal responsabbli għall-attivitajiet ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza ta’ attivitajiet tas-sajd;
(b) inizjattivi, inkluż l-organizzazzjoni ta’ gruppi ta’ ħidma u l-iżvilupp ta’ materjal informattiv, biex jiġu standardizzati l-interpretazzjoni tar-regolamenti u l-kontrolli li jirriżultaw fl-Unjoni.
Emenda 487 Proposta għal regolament Artikolu 79 – paragrafu 1
1. Il-FEMS għandu jappoġġja l-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta bijoloġika, teknika, ambjentali u soċjoekonomika primarja bħal fil-programm multiannwali tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 37(5) tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd].
1. Il-FEMS għandu jappoġġja l-ġbir, il-ġestjoni, l-analiżi u l-użu ta’ data bijoloġika, teknika, ambjentali u soċjoekonomika primarja meħtieġa għall-ġestjoni ta’ sajd u akkwakultura sostenibbli bbażati fuq l-ekosistema bħal fil-programm multiannwali tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 37(5) tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd].
Emenda 488 Proposta għal regolament Artikolu 79 – paragrafu 2 – punt a
(a) il-ġestjoni u l-użu tad-dejta għal skopijiet ta’ analiżi xjentifika u l-implimentazzjoni tal-PKS;
(a) il-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-data għal skopijiet ta’ analiżi xjentifika u l-implimentazzjoni tal-PKS;
Emenda 489 Proposta għal regolament Artikolu 79 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa) ix-xiri jew l-iżvilupp tat-teknoloġija, inklużi l-ħardwer u s-softwer tal-kompjuter, meħtieġa għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-data;
Emenda 490 Proposta għal regolament Artikolu 79 – paragrafu 2 – punt b
(b) programmi multiannwali nazzjonali ta’ teħid ta’ kampjuni;
(b) programmi multiannwali nazzjonali, transnazzjonali u sottonazzjonali ta’ teħid ta’ kampjuni;
Emenda 491 Proposta għal regolament Artikolu 79 – paragrafu 2 – punt c
(c) monitoraġġ fuq il-baħar tas-sajd kummerċjali u rikreattiv;
(c) monitoraġġ fuq il-baħar tas-sajd kummerċjali u rikreattiv, inkluż il-monitoraġġ tal-qabda inċidentali ta’ organiżmi tal-baħar u tjur;
Emenda 492 Proposta għal regolament Artikolu 79 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)
(da) il-ġestjoni ta’ programmi ta’ ħidma annwali fir-rigward tal-kompetenza teknika u xjentifika fis-sajd, l-ipproċessar ta’ komunikazzjonijiet tad-data u ta’ settijiet ta’ data u l-ħidma preparatorja għall-provvediment ta’ pariri xjentifiċi;
Emenda 493 Proposta għal regolament Artikolu 79 – paragrafu 2 – punt db (ġdid)
(db) L-organizzazzjoni u l-ġestjoni tal-laqgħat tal-esperti fis-sajd;
Emenda 494 Proposta għal regolament Artikolu 79 – paragrafu 2 – punt e
(e) il-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-Istati Membri f’laqgħat ta’ koordinazzjoni reġjonali msemmija fl-Artikolu 37(4) tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd], f’laqgħat ta’ organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd li tagħhom l-UE hija sieħba kuntrattwali jew osservatur jew f’laqgħat ta’ korpi internazzjonali responsabbli biex jipprovdu pariri xjentifiċi.
(e) il-parteċipazzjoni,mir-rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-esperti xjentifiċi tagħhom, kif ukoll tar-rappreżentanti tal-awtoritajiet reġjonali,f’laqgħat ta’ koordinazzjoni reġjonali msemmija fl-Artikolu 37(4) tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd], f’laqgħat ta’ organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd li tagħhom l-UE hija sieħba kuntrattwali jew osservatur jew f’laqgħat ta’ korpi internazzjonali responsabbli biex jipprovdu pariri xjentifiċi, ekonomiċi jew tekniċi;
Emenda 495 Proposta għal regolament Artikolu 79 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)
(ea) it-titjib fis-sistemi tal-ġbir tad-data u tal-ġestjoni tad-data u l-implimentazzjoni ta’ studji pilota bil-għan li jiġu mtejba s-sistemi eżistenti tal-ġbir tad-data u tal-ġestjoni tad-data;
Emenda 496 Proposta għal regolament Artikolu 79 – paragrafu 2 – punt eb (ġdid)
(eb) spejjeż operattivi għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data.
Emenda 497 Proposta għal regolament Artikolu 79a (ġdid)
Artikolu 79a
Penalitajiet
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 150 sabiex tippenalizza Stat Membru billi tiffriża u/jew tnaqqas il-fondi mill-FEMS fil-każ li Stat Membru jonqos milli:
(a) jilħaq l-obbligi tiegħu ta’ ġbir u trażmissjoni ta' data jew jonqos milli jirrapporta l-kapaċità effettiva tal-flotta tas-sajd tiegħu. jew
(b) ikun kapaċi jsolvi l-problemi tas-sajd illegali, mhux rapportat u mhux regolat fl-ilmijiet tiegħu u/jew fil-flotta tas-sajd tiegħu.
Emenda 498 Proposta għal regolament Artikolu 81 – paragrafu 1 – parti introduttorja
L-appoġġ taħt dan il-Kapitolu għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata tal-Unjoni. Għandu:
L-appoġġ taħt dan il-Kapitolu għandu jikkontribwixxi biex itejjeb l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata tal-Unjoni. Għandu:
Emenda 499 Proposta għal regolament Artikolu 81 – paragrafu 1 – punt a – punt i
(i) jippromwovi azzjonijiet li jinkoraġġixxu lill-Istati Membri u lir-reġjuni tal-UE biex jiżviluppaw, jintroduċu jew jimplimentaw tmexxija marittima integrata;
(i) jippromwovi azzjonijiet li jinkoraġġixxu lill-Istati Membri u lir-reġjuni tagħhom biex jiżviluppaw, jintroduċu jew jimplimentaw tmexxija marittima integrata;
Emenda 500 Proposta għal regolament Artikolu 81 – paragrafu 1 – punt a – sottopunt ii
(ii) jippromwovi d-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ u fost l-Istati Membri u l-partijiet interessati fir-rigward ta’ kwistjonijiet tal-baħar u marittimi, anki billi jiżviluppa strateġiji għall-baċini tal-baħar;
(ii) jippromwovi d-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ u fost l-Istati Membri u l-partijiet interessati fir-rigward ta’ kwistjonijiet tal-baħar u marittimi, anki billi jiżviluppa u jimplimenta strateġiji integrati għall-baċini tal-baħar, billi jitqies approċċ ibbilanċjat fil-baċini kollha tal-baħar kif ukoll jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tal-baċini u s-sottobaċini marittimi, u tal-istrateġiji makroreġjonali rilevanti, meta xieraq;
Emenda 501 Proposta għal regolament Artikolu 81 – paragrafu 1 – punt a – punt iii
(iii) jippromwovi l-pjattaformi u n-netwerks ta’ kooperazzjoni transsettorjali, inklużi rappreżentanti ta’ awtoritajiet pubbliċi, reġjonali u lokali, mill-industrija, mis-settur tat-turiżmu, ta’ partijiet interessati tar-riċerka, ċittadini, minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali;
(iii) jippromwovi l-pjattaformi u n-netwerks ta’ kooperazzjoni transsettorjali, inklużi rappreżentanti ta’ awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, reġjonali u lokali, mill-industrija, mis-settur tat-turiżmu, ta’ partijiet interessati tar-riċerka, ċittadini, minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali, inkluż fil-kuntest ta’ strateġiji ta’ baċini tal-baħar;
Emenda 502 Proposta għal regolament Artikolu 81 – paragrafu 1 – punt a – punt iv
(iv) jippromwovi l-iskambju tal-aqwa prattiċi u d-djalogu fil-livell internazzjonali, inkluż id-djalogu bilaterali mal-pajjiżi terzi mingħajr preġudizzju għal arranġamenti oħra jew arranġamenti li jista' jkun hemm bejn l-UE u l-pajjiżi terzi kkonċernati;
(iv) jippromwovi l-iskambju tal-aqwa prattiċi u d-djalogu fil-livell internazzjonali, inkluż id-djalogu bilaterali mal-pajjiżi terzi, b’kunsiderazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS) u l-konvenzjonijiet internazzjonali eżistenti rilevanti bbażati fuq UNCLOS, mingħajr preġudizzju għal arranġamenti oħra jew arranġamenti li jista’ jkun hemm bejn l-UE u l-pajjiżi terzi kkonċernati;
Emenda 503 Proposta għal regolament Artikolu 81 – paragrafu 1 – punt b – parti introduttorja
(b) jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ inizjattivi transsettorjali li huma ta’ benefiċċju reċiproku għas-setturi marittimi u/jew il-politiki settorjali differenti, billi jkunu kkunsidrati u jkompli jibni fuq għodod u inizjattivi eżistenti, bħal:
(b) jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ inizjattivi transsettorjali li huma ta’ benefiċċju reċiproku għas-setturi marittimi u tal-baħar u/jew il-politiki settorjali differenti, billi jkunu kkunsidrati u jkompli jibni fuq għodod u inizjattivi eżistenti, bħal:
Emenda 504 Proposta għal regolament Artikolu 81 – paragrafu 1 – punt b – punt i
(i) sorveljanza marittima integrata sabiex ittejjeb l-effettività u l-effiċjenzja permezz tal-iskambju ta' informazzjoni fis-setturi u l-fruntieri filwaqt li jkunu ikkunsidrati kif xieraq is-sistemi eżistenti u dawk futuri;
(i) sorveljanza marittima integrata sabiex ittejjeb is-sigurtà, l-effettività u l-effiċjenzja permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni fis-setturi u l-fruntieri filwaqt li jkunu ikkunsidrati kif xieraq is-sistemi eżistenti u dawk futuri;
Emenda 505 Proposta għal regolament Artikolu 81 – paragrafu 1 – punt b – punt iii
(iii) l-iżvilupp progressiv ta’ bażi ta’ għarfien komprensiva u aċċessibbli ta’ kwalità għolja għall-pubbliku dwar il-baħar li għandha tiffaċilita l-kondiviżjoni, l-użu mill-ġdid u t-tixrid ta’ din id-dejta u l-għarfien fost varji gruppi ta’ utenti.
(iii) żvilupp progressiv ta’ bażi ta’ għarfien komprensiva u aċċessibbli ta’ kwalità għolja għall-pubbliku dwar il-baħar biex tnaqqas id-duplikazzjoni, tiffaċilita l-kondiviżjoni, l-użu mill-ġdid u t-tixrid ta’ din id-data u l-għarfien fost varji gruppi ta’ utenti.
Emenda 506 Proposta għal regolament Artikolu 81 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) jippromwovi t-titjib fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki fost id-diversi funzjonijiet tal-gwardakosta bl-għan li tinħoloq GwardaKosta Ewropea.
Emenda 507 Proposta għal regolament Artikolu 81 – paragrafu 1 – punt c
(c) Jappoġġja t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-impjiegi, l-innovazzjoni u t-teknoloġiji l-ġodda fi ħdan setturi marittimi emerġenti u prospettivi f’reġjuni kostali b’kumplimentarjetà mal-attivitajiet settorjali u nazzjonali stabbiliti.
(c) jappoġġja t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-impjiegi, l-innovazzjoni u t-teknoloġiji l-ġodda fi ħdan setturi marittimi emerġenti u prospettivi, kif ukoll f’reġjuni kostali, insulari u l-aktar imbiegħda fl-Unjoni, b’kumplimentarjetà mal-attivitajiet settorjali u nazzjonali stabbiliti.
Emenda 508 Proposta għal regolament Artikolu 81 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) jippromwovi l-iżvilupp tal-kapital uman fis-settur marittimu, partikolarment billi jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni u l-iskambji fil-qasam tat-taħriġ;
Emenda 509 Proposta għal regolament Artikolu 81 – paragrafu 1 – punt d
(d) jippromwovi l-protezzjoni tal-ambjent marittimu, b’mod partikolari l-bijodiversità tiegħu u ż-żoni protetti tal-baħar bħaż-żoni Natura 2000, u l-użu sostenibbli tar-riżorsi marittimi u kostali u sabiex jiddefinixxi ulterjorment il-konfini tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet tal-bniedem li jħallu impatt fuq l-ambjent marittimu, b’mod partikolari fil-qafastad-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marittima.
(d) jippromwovi l-protezzjoni tal-ambjent marittimu, b’mod partikolari l-bijodiversità tiegħu u ż-żoni protetti tal-baħar bħaż-żoni Natura 2000, u l-użu sostenibbli tar-riżorsi marittimi u kostali, billi jiġi implimentat approċċ ibbażat fuq l-ekosistemi b’referenza għal ġestjoni tal-attivitajiet tal-bniedem bi qbil mal-għanijiet tal-istat ambjentali tajjeb kif stipulat mid-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marittima.
Emenda 510 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 1 – punt b
(b) proġetti, inkluż proġetti ta' prova u proġetti ta' kooperazzjoni;
(b) proġetti, mit-tfassil sal-implimentazzjoni, inkluż proġetti ta’ prova u pilota u proġetti ta’ kooperazzjoni nazzjonali u transkonfinali;
Emenda 511 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 1 – punt c
(c) informazzjoni pubblika u l-qsim tal-aħjar prattika, kampanji li jqajmu kuxjenza u attivitajiet relatati ta' komunikazzjoni u tixrid bħall-kampanji pubbliċitarji, avvenimenti, l-iżvilupp u ż-żamma tal-websajts, pjattaformi għall-partijiet interessati, inkluż komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet ġenerali ta' dan ir-Regolament,
(c) informazzjoni pubblika u l-qsim tal-aħjar prattika, inkluż rigward il-programmi Ewropej ta’ riċerka effettivi rilevanti, kampanji li jqajmu kuxjenza u attivitajiet relatati ta’ komunikazzjoni u tixrid bħall-kampanji pubbliċitarji, avvenimenti, l-iżvilupp u ż-żamma tal-websajts, pjattaformi għall-partijiet interessati, inkluż komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet ġenerali ta’ dan ir-Regolament;
Emenda 512 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 1 – punt d
(d) konferenzi, seminars u workshops;
(d) konferenzi, seminars, fora u workshops;
Emenda 513 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 1 – punt e
(e) skambju tal-aħjar prattiki, attivitajiet ta’ koordinazzjoni, inklużi netwerks ta’ skambju ta’ informazzjoni u mekkaniżmi ta’ tmexxija għall-istrateġiji għall-baċini tal-baħar;
(e) skambju tal-aħjar prattiki, attivitajiet ta’ koordinazzjoni, inklużi netwerks ta’ skambju ta’ informazzjoni u appoġġ għall-iżvilupp ta’ strateġiji għall-baċini tal-baħar;
Emenda 514 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 1 – punt f
(f) l-iżvilupp, it-tħaddim u l-manutenzjoni tas-sistemi tal-IT u netwerks li jippermettu l-ġbir, l-amministrazzjoni, il-validazzjoni, l-analiżi u l-iskambju ta’ metodi ta’ kampjunar u l-iskambju tagħhom għal dejtarelatata mas-sajd kif ukoll bħala interkonnessjoni għal sistemi ta’ skambju tad-dejta transsettorjali;
(f) l-iżvilupp, it-tħaddim u l-manutenzjoni tas-sistemi tal-IT u netwerks li jippermettu l-ġbir, l-amministrazzjoni, il-validazzjoni, l-analiżi u l-iskambju ta’ metodi ta’ kampjunar u l-iskambju tagħhom għal data kif ukoll bħala interkonnessjoni għal sistemi ta’ skambju tad-data transsettorjali;
Emenda 515 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
(fa) proġetti ta’ taħriġ għall-iżvilupp tal-għarfien, il-kwalifiki professjonali u miżuri li jappoġġjaw l-iżvilupp professjonali fis-settur marittimu;
Emenda 516 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 1 – punt fb (ġdid)
(fb) strumenti xierqa għall-istrateġija integrata għall-ġestjoni tal-ilmijiet kostali, għall-ippjanar spazjali marittimu u għall-ġestjoni tar-riżorsi komuni kondiviżi fil-livell tal-baċini tal-baħar;
Emenda 517 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 1 – punt fc (ġdid)
(fc) assistenza teknika skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru .../.... [li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni];
Emenda 518 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. Sabiex jintlaħaq l-għan speċifiku li jiġu żviluppati l-operazzjonijiet transsettorjali stabbiliti fl-Artikolu 81 b), il-FEMS jista’ jappoġġja:
2. Sabiex jintlaħaq l-għan speċifiku li jiġu żviluppati l-operazzjonijiet transkonfinali u transsettorjali stabbiliti fl-Artikolu 81 b), il-FEMS jista’ jappoġġja:
Emenda 519 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 2 – punt b
(b) l-attivitajiet ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni fost l-Istati Membri biex jiżviluppaw l-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata taż-żoni kostali, inkluż l-infiq relatat mas-sistemi u l-prattiki tal-iskambju tad-dejta u attivitajiet ta’ monitoraġġ, evalwazzjoni, it-tfassil u t-tħaddim ta’ netwerks ta’ esperti, u t-tfassil ta’ programm bil-għan ta’ bini tal-kapaċità għall-Istati Membri sabiex jimplimentaw pjanar spazjali marittimu;
(b) l-attivitajiet ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni fost l-Istati Membri, u jekk ikun il-każ, fost Stati Membri u reġjuni, biex jiżviluppaw l-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata taż-żoni kostali, inkluż l-infiq relatat mas-sistemi u l-prattiki tal-iskambju tad-data u attivitajiet ta’ monitoraġġ, evalwazzjoni, it-tfassil u t-tħaddim ta’ netwerks ta’ esperti, u t-tfassil ta’ programm bil-għan ta’ bini tal-kapaċità għall-Istati Membri sabiex jimplimentaw pjanar spazjali marittimu;
Emenda 520 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 2 – punt c
(c) l-għodod tekniċi għat-twaqqif u t-tmexxija ta’ Netwerk Ewropew operazzjonali ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni dwar il-Baħar maħsubbiex jiffaċilita l-ġbir, l-assemblaġġ, il-kontroll tal-kwalità, l-użu mill-ġdid u d-distribuzzjoni ta’ dejta dwar il-baħar permezz ta’ kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri involuti fin-netwerk.
(c) l-għodod tekniċi għall-istabbiliment u t-tmexxija ta’ Netwerk Ewropew operazzjonali ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni dwar il-Baħar li għandu l-għan li jiffaċilita l-ġbir, l-akkwist, l-assemblaġġ, il-kontroll tal-kwalità, l-użu mill-ġdid u d-distribuzzjoni ta’ datau għarfien dwar il-baħar permezz ta’ kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri involuti fin-netwerk.
Emenda 521 Proposta għal regolament Artikolu 84 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Il-miżuri taħt dan il-Kapitolu għandhom jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-PKS u tal-PMI, b’mod partikolari fir-rigward ta’:
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija)
Emenda 522 Proposta għal regolament Artikolu 84 – paragrafu 1 – punt a
(a) parir xjentifiku fil-kuntest tal-PKS;
(a) il-ġbir, il-ġestjoni u t-tixrid ta’ parir xjentifiku fil-kuntest tal-PKS;
Emenda 523 Proposta għal regolament Artikolu 84 – paragrafu 1 – punt b
(b) miżuri speċifiċi ta’ kontroll u ta’ infurzar fil-kuntest tal-PKS;
(b) miżuri speċifiċi ta’ kontroll u ta’ infurzar fil-kuntest tal-PKS, inklużi spezzjonijiet tax-xogħol;
Emenda 524 Proposta għal regolament Artikolu 84 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(da) id-djalogu soċjali u l-inklużjoni tal-imsieħba soċjali;
Emenda 525 Proposta għal regolament Artikolu 84 – paragrafu 1 – punt e
(e) intelliġenza tas-suq;
(e) intelliġenza tas-suq, inkluż l-istabbiliment ta’ swieq elettroniċi;
Emenda 526 Proposta għal regolament Artikolu 84a (ġdid)
Artikolu 84a
Miżuri ta’ konservazzjoni
Sabiex tkun żgurata implimentazzjoni effiċjenti ta’ miżuri ta’ konservazzjoni skont l-Artikoli 17 u 21 tar-Regolament (UE) Nru …/…. [dwar il-PKS] il-FEMS tista' tappoġġja inizjattivi adottati mill-Istati Membri biex ikun hemm kooperazzjoni u implimentazzjoni ta’ miżuri komuni li jwasslu sabiex jinkisbu l-objettivi u l-miri maqbula fil-pjanijiet pluriennali stabbiliti skont l-Artikoli 9, 10 u 11 tar-Regolament (UE) Nru .../.... [dwar il-PKS];
Emenda 527 Proposta għal regolament Artikolu 85 – paragrafu 1
1. Il-FEMS jista’ jappoġġja l-provvista ta’ riżultati xjentifiċi, b’mod partikolari proġetti ta’ riċerka applikata marbuta direttament mal-provvista ta’ opinjonijiet u pariri xjentifiċi, għall-iskop ta’ deċiżjonijiet sodi u effiċjenti dwar il-ġestjoni tas-sajd fil-kuntest tal-PKS.
1. Il-FEMS jista’ jappoġġja l-provvista ta’ riżultati xjentifiċi, b’mod partikolari proġetti ta’ riċerka applikata marbuta direttament mal-provvediment ta’ opinjonijiet u pariri xjentifiċi u soċjoekonomiċi, għall-iskop ta’ deċiżjonijiet sodi u effiċjenti dwar il-ġestjoni tas-sajd fil-kuntest tal-PKS.
Emenda 528 Proposta għal regolament Artikolu 85 – paragrafu 2 – punt a
(a) studji u proġetti pilota meħtieġa għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-PKS, inkluż dwar tipi alternattivi ta’ tekniki ta’ ġestjoni tas-sajd sostenibbli;
(a) studji u proġetti pilota meħtieġa għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-PKS, inkluż dwar tipi alternattivi ta’ tekniki ta’ ġestjoni tas-sajd u tal-akkwakultura sostenibbli, inkluż fi ħdan il-Kunsilli Konsultattivi;
Emenda 529 Proposta għal regolament Artikolu 85 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa) studji meħtieġa għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-PKS f’żoni bijoġeografikament sensittivi;
Emenda 530 Proposta għal regolament Artikolu 85 – paragrafu 2 – punt b
(b) it-tħejjija u l-provvista ta’ opinjonijiet u pariri xjentifiċi minn korpi xjentifiċi, inklużi korpi konsultattivi xjentifiċi responsabbli għalll-valutazzjonijiet tal-ħażniet, minn esperti indipendenti u minn istituzzjonijiet tar-riċerka;
(b) it-tħejjija u l-provvista ta’ opinjonijiet u pariri xjentifiċi minn korpi xjentifiċi, inklużi korpi konsultattivi xjentifiċi responsabbli għall-valutazzjonijiet tal-ħażniet, minn esperti u minn istituzzjonijiet tar-riċerka;
Emenda 531 Proposta għal regolament Artikolu 85 – paragrafu 2 – punt c
(c) il-parteċipazzjoni ta’ esperti fil-laqgħat dwar kwistjonijiet xjentifiċi u tekniċi fil-qasam tas-sajd u gruppi ta’ ħidma esperti kif ukoll f’korpi konsultattivi internazzjonali u f’laqgħat fejn tkun meħtieġa l-kontribuzzjoni tal-esperti dwar is-sajd;
(c) il-parteċipazzjoni ta’ esperti fil-laqgħat dwar kwistjonijiet xjentifiċi u tekniċi fil-qasam tas-sajd u gruppi ta’ ħidma esperti kif ukoll f’korpi konsultattivi internazzjonali u f’laqgħat meta tkun meħtieġa l-kontribuzzjoni tal-esperti dwar is-sajd u l-akkwakultura;
Emenda 532 Proposta għal regolament Artikolu 85 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca) il-finanzjament tal-bastimenti tar-riċerka li jkunu qed iwettqu programmi ta’ riċerka xjentifika f’żoni barra mill-Unjoni meta l-Unjoni tkun qed topera skont ftehimiet dwar is-sajd;
Emenda 533 Proposta għal regolament Artikolu 85 – paragrafu 2 – punt e
(e) l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ġbir tad-dejta, inklużil-ħolqien u t-tmexxija ta’ databases reġjonalizzati għall-ħżin, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta li minnhom tibbenifika l-kooperazzjoni reġjonali u li jtejbu l-attivitajiet tal-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta, kif ukoll il-kompetenzi xjentifiċi b’appoġġ għall-ġestjoni tas-sajd.
(e) l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ġbir tad-data, inklużid-diversi partijiet interessati reġjonali u inklużil-ħolqien u t-tmexxija ta’ databases reġjonalizzati għall-ħżin, il-ġestjoni u l-użu tad-data li minnhom tibbenifika l-kooperazzjoni reġjonali u li jtejbu l-attivitajiet tal-ġbir u l-ġestjoni tad-data, kif ukoll il-kompetenzi xjentifiċi b’appoġġ għall-ġestjoni tas-sajd.
Emenda 534 Proposta għal regolament Artikolu 85 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)
(ea) l-istabbiliment ta’ swieq elettroniċi sabiex jikkoordinaw aħjar l-informazzjoni bejn l-operaturi u l-proċessuri tas-suq.
Emenda 535 Proposta għal regolament Artikolu 86 – paragrafu 2 – punt a
(a) ix-xiri konġunt minn bosta Stati Membri li jappartjenu għall-istess żona ġeografika, ta’ bastimenti, inġenji tal-ajru u ħelikopters ta’ sorveljanza, sakemm dawn jintużaw mill-inqas 60 % tad-drabi għall-kontroll tas-sajd;
(a) ix-xiri konġunt minn bosta Stati Membri li jappartjenu għall-istess żona ġeografika, ta’ bastimenti, inġenji tal-ajru u ħelikopters ta’ sorveljanza, sakemm dawn jintużaw għall-kontroll tas-sajd għal mill-inqas 60 % tad-drabi kollha li jintuża t-tagħmir, ikkalkolat fuq bażi annwali;
Emenda 536 Proposta għal regolament Artikolu 86 – paragrafu 2 – punt b
(b) in-nefqa marbuta mal-valutazzjoni u l-iżvilupp ta' teknoloġiji ta' kontroll ġodda;
(b) in-nefqa marbuta mal-valutazzjoni u l-iżvilupp ta' teknoloġiji ta' kontroll ġodda kif ukoll ta’ proċessi għall-iskambju ta’ data bejn l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet responsabbli f'oqsma bħas-sigurtà, is-salvataġġ u l-kontroll fl-Unjoni ;
Emenda 537 Proposta għal regolament Artikolu 88 – paragrafu 1
1. Il-FEMS jista’ jappoġġja l-ispejjeż operazzjonali tal-Kunsilli Konsultattivi stabbiliti mill-Artikolu 52 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd].
1. Il-FEMS għandu jappoġġja l-ispejjeż operattiviu tal-għarfien meħtieġa tal-Kunsilli Konsultattivi stabbiliti mir-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd], sabiex jiżgura l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tal-kompiti tagħhom.
1a. Il-FEMS jista’ jappoġġja l-ispejjeż operattivi tal-Kunsilli Konsultattivi meta dawk l-ispejjeż jippromwovu l-involviment u l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-sajjieda u partijiet interessati oħra.
1b. Il-FEMS għandu jappoġġja l-ispejjeż operattivi, tekniċi u xjentifiċi assoċjati mat-twettiq tal-istudji sabiex jissaħħu r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsilli Konsultattivi.
Emenda 540 Proposta għal regolament Artikolu 88a (ġdid)
Artikolu 88a
Djalogu soċjali
Il-FEMS jista’ jappoġġja l-ispejjeż operattivi tal-istrutturi li jippromwovu d-djalogu soċjali u l-inklużjoni tal-imsieħba soċjali.
Emenda 541 Proposta għal regolament Artikolu 89 – paragrafu 1
Il-FEMS jista’ jappoġġja l-iżvilupp u t-tixrid tal-għarfien dwar is-suq għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 49 tar-[Regolament (UE) Nru dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura].
Il-FEMS jista’ jappoġġja l-iżvilupp u t-tixrid tal-għarfien dwar is-suq għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 49 tar-[Regolament (UE) Nru dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura], inkluż l-istabbiliment ta’ swieq elettroniċi sabiex ikun hemm koordinazzjoni aħjar tal-informazzjoni bejn l-operaturi u l-proċessuri tas-suq;
Emenda 542 Proposta għal regolament Artikolu 91 – paragrafu 1 – punt b
(b) l-implimentazzjoni tal-ftehimiet tas-sajd sostenibbli u l-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-organizzazzjonijiet ta’ ġestjoni tas-sajd reġjonali;
(b) it-tħejjija, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-ftehimiet tas-sajd sostenibbli u l-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-organizzazzjonijiet ta’ ġestjoni tas-sajd reġjonali; il-miżuri kkonċernati jikkonsistu minn studji, laqgħat, involviment tal-esperti, spejjeż ta’ persunal temporanju, attivitajiet ta’ informazzjoni u kwalunkwe spejjeż oħra amministrattivi jew spejjeż li jirriżultaw mill-assistenza xjentifika jew teknika mill-Kummissjoni.
Emenda 543 Proposta għal regolament Artikolu 92 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Soġġett għal-limitu massimu ta’ 5 % tal-ammont totali tal-programm operazzjonali, fuq inizjattiva ta’ Stat Membru il-FEMS jista’ jappoġġja:
1. Soġġett għal-limitu massimu ta’ 6 % tal-ammont totali tal-programm operazzjonali, fuq inizjattiva ta’ Stat Membru il-FEMS jista’ jappoġġja:
Emenda 544 Proposta għal regolament Artikolu 94 – paragrafu 3 – punt a
Emenda 548 Proposta għal regolament Artikolu 94 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)
(ea) żieda ta’ 10 punti perċentwali, kif ukoll ir-rata massima tal-kontribuzzjoni tal-FEMS, meta l-operazzjonijiet ikunu ffinanzjati mill-FEMS fil-gżejjer Griegi l-aktar imbiegħda u fir-reġjuni l-aktar imbiegħda li, minħabba d-distanza estrema tagħhom, huma żvantaġġjati;
Emenda 549 Proposta għal regolament Artikolu 95 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom japplikaw intensità massima ta’ għajnuna pubblika ta’ 50 % tal-infiq eliġibbli totali tal-operazzjoni.
1. L-Istati Membri għandhom japplikaw intensità massima ta’ għajnuna pubblika ta’ 60 % tal-infiq eliġibbli totali tal-operazzjoni.
Emenda 550 Proposta għal regolament Artikolu 95 – paragrafu 2 – punt a
(a) il-benefiċjarju jkun korp legali pubbliku;
(a) il-benefiċjarju jkun korp legali pubbliku jew korp privat li jwettaq kompiti ta’ servizz pubbliku;
Emenda 551 Proposta għal regolament Artikolu 95 – paragrafu 2 – punt b
(b) l-operazzjoni tkun relatata mal-għajnuna għall-ħżin imsemmija fl-Artikolu 70;
imħassar
Emenda 552 Proposta għal regolament Artikolu 95 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu japplikaw intensità ta’ għajnuna pubblika bejn 50 % u massimu ta’ 100 % tal-infiq eliġibbli totali meta l-operazzjoni tkun implimentata skont il-Kapitolu III tat-Titolu V u tkun tissodisfa waħda mill-kriterji li ġejjin:
3. B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu japplikaw intensità ta’ għajnuna pubblika ta’ bejn 60 % u massimu ta’ 100 % tal-infiq eliġibbli totali meta l-operazzjoni tkun implimentata skont il-Kapitoli I, II, III jew IV tat-Titolu V u tkun tissodisfa tnejn jew aktar mill-kriterji li ġejjin:
Il-Kummissjoni għandha teżerċita dan l-għoti tas-setgħa b’rispett sħiħ tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u billi tikkunsidra r-riskju li n-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-PKS rispettivi jikkostitwixxi theddid serju għall-użu sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi marittimi ħajjin li jirrestawraw u jħarsu l-popolazzjoni tal-ispeċijiet maħsuda fil-livelli li jista’ joħloq l-MSY, is-sostenibbiltà tal-istokkijiet ikkonċernati jew il-konservazzjoni tal-ambjent marittimu.
Il-Kummissjoni għandha teżerċita dan l-għoti tas-setgħa b’rispett sħiħ tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u billi tikkunsidra r-riskju li n-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-PKS rispettivi jikkostitwixxi theddid serju għall-użu sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi marittimi ħajjin li jirrestawraw u jħarsu l-popolazzjoni tal-ispeċijiet maħsuda 'l fuq mil-livelli li jista' joħloq l-MSY, is-sostenibbiltà tal-istokkijiet ikkonċernati, il-konservazzjoni tal-ambjent marittimu jew il-kisba u ż-żamma ta’ stat ambjentali tajjeb sal-2020.
Emenda 576 Proposta għal regolament Artikolu 99
1. Minbarra r-regoli ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 114 tar-[Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] l-awtorità amministrattiva għandha:
1. Minbarra r-regoli ġenerali spjegati fl-Artikolu 114 tar-[Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] l-awtorità ta’ ġestjoni għandha:
(a) kull sitt xhur, tipprovdi lill-Kummissjoni bid-dejta relevanti dwar l-operazzjonijiet magħżula għall-finanzjament, inklużi l-karatteristiċi ewlenin tal-benefiċjarju u tal-operazzjoni stess. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, regoli għall-preżentazzjoni ta' din id-dejta skont il-proċedura ta' konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 128(2).
(a) kull sitt xhur, tipprovdi lill-Kummissjoni d-dejta relevanti dwar l-operazzjonijiet magħżula għall-finanzjament, inklużi l-karatteristiċi ewlenin tal-benefiċjarju u tal-operazzjoni stess. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, regoli għall-preżentazzjoni ta' din id-dejta skont il-proċedura ta' konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 128(2).
(b) tiżgura l-pubbliċità għall-programm billi tinforma lil benefiċjarji potenzjali, organizzazzjonijiet professjonali, l-imsieħba ekonomiċi u soċjali, il-korpi involuti fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi kkonċernati, inklużi organizzazzjonijiet ambjentali, dwar il-possibbiltajiet offruti mill-programm u r-regoli sabiex jinkiseb l-aċċess għall-finanzjament tal-programm;
(b) tiżgura l-pubbliċità għall-programm billi tinforma lill-benefiċjarji potenzjali, l-organizzazzjonijiet professjonali, is-sħab ekonomiċi u soċjali, il-korpi involuti fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi kkonċernati, inklużi organizzazzjonijiet ambjentali, dwar il-possibbiltajiet offruti mill-programm u r-regoli sabiex jinkiseb l-aċċess għall-finanzjament tal-programm u l-obbligu li dak li jkun jikkonforma tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd;
(c) tiżgura pubbliċità għall-programm billi tinforma lill-benefiċjarji tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni u lill-pubbliku ġenerali dwar l-irwol tal-Unjoni fil-programm.
(c) tiżgura pubbliċità għall-programm billi tinforma lill-benefiċjarji dwar il-kontribuzzjoni tal-Unjoni u l-obbligu li jikkonformaw mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd;
(d) tiżgura pubbliċità għall-programm billi tinforma lill-pubbliku ġenerali dwar ir-rwol li twettaq l-Unjoni fil-programm kif ukoll li jwettqu l-Istati Membri fl-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.
Emenda 554 Proposta għal regolament Artikolu 100 – paragrafu 1
1. Minbarra dak li hu stabbilit fl-Artikolu 135 tar-[Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], l-Istat Membru għandu jwettaq il-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 98.
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija).
Emenda 555 Proposta għal regolament Artikolu 100 – paragrafu 2
2. Għal każijiet ta’ korrezzjonijiet finanzjarji applikati fuq l-infiq direttament marbut man-nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 98, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu l-ammont ta’ korrezzjoni billi jikkunsidraw il-gravità tan-nuqqas ta’ konformità mill-benefiċjarju mar-regoli tal-PKS, il-vantaġġ ekonomiku miġjub min-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-PKS jew l-importanza tal-kontribuzzjoni tal-FEMS għall-attività ekonomika tal-benefiċjarju.
2. Għal każijiet ta’ korrezzjonijiet finanzjarji applikati fuq l-infiq direttament marbut man-nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 98, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu l-ammont ta’ korrezzjoni billi jikkunsidraw il-gravità (inklużi l-limitu, it-tul taż-żmien u kwalunkwe rikorrenza) tan-nuqqas ta’ konformità mill-benefiċjarju mar-regoli tal-PKS, il-vantaġġ ekonomiku miġjub min-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-PKS jew l-importanza tal-kontribuzzjoni tal-FEMS għall-attività ekonomika tal-benefiċjarju.
Emenda 577 Proposta għal regolament Artikolu 102
1. Minbarra dak li hu stabbilit fl-Artikolu 134 tar-[Regolament (UE) Nru [...] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], il-Kummissjoni tista' tissospendi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, il-pagamenti interim kollha jew parti minnhom tal-programm operazzjonali, fejn:
1. Minbarra dak li hu stabbilit fl-Artikolu 134 tar-[Regolament (UE) Nru [...] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], il-Kummissjoni tista' tissospendi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, il-pagamenti interim kollha jew parti minnhom tal-programm operazzjonali, fejn:
(a) ikun hemm nuqqas serju fis-sistema ta’ ġestjoni u kontroll tal-programm operazzjonali li għaliha ma jkunux ittieħdu miżuri korrettivi;
(b) l-infiq f’dikjarazzjoni ċċertifikata tal-infiq ikun marbut ma’ irregolarità serja jew xi każ ieħor ta’ nuqqas ta’ konformità li ma jkunux ġew ikkoreġuti;
(c) l-Istat Membru jkun naqas milli jieħu l-azzjoni meħtieġa sabiex jirrimedja s-sitwazzjoni li tagħti lok għal interruzzjoni skont l-Artikolu 118;
(d) hemm nuqqas serju fil-kwalità u affidabbiltà tas-sistema ta' sorveljanza;
il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li tirrikonoxxi li Stat Membru jkun naqas milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-Politika Komuni tas-Sajd. Għandu jkun probabbli li dan in-nuqqas ta’ konformità jaffettwa n-nefqa li tinsab f’dikjarazzjoni ċċertifikata li għaliha jintalab il-pagament interim.
(e) il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li tirrikonoxxi li Stat Membru jkun naqas milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-Politika Komuni tas-Sajd. Għandu jkun probabbli li dan in-nuqqas ta’ konformità jaffettwa n-nefqa li tinsab f’dikjarazzjoni ċċertifikata li għaliha jintalab il-pagament interim;
(f) il-kundizzjonijiet msemmija fl-Artikoli 17(5) u 20(3) tar-Regolament No [...]dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni] huma sodisfatti.
2. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 128(3), regoli dettaljati dwar il-pagamenti li jistgħu jiġu sospiżi. L-ammonti ta' dawn il-pagamenti għandhom ikunu proporzjonati għan-natura u l-importanza tan-nuqqas ta’ konformità mill-Istat Membru.
2. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li tissospendi l-pagamenti interim kollha jew parti minnhom wara li tkun tat lill-Istat Membru l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien perjodu ta’ xahrejn. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 151(3), regoli dettaljati dwar il-parti tal-pagamenti li jistgħu jiġu sospiżi. Dawn l-ammonti għandhom ikunu proporzjonati għan-natura u l-importanza tan-nuqqas, l-irregolarità jew in-nuqqas ta’ konformità mill-Istat Membru.
2a. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li ttemm is-sospensjoni tal-pagamenti interim kollha jew parti minnhom fejn l-Istat Membru jkun ħa l-miżuri meħtieġa sabiex tkun tista’ titneħħa s-sospensjoni. Meta l-Istat Membru ma jkunx ħa dawn il-miżuri, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, deċiżjoni sabiex tapplika l-korrezzjonijiet finanzjarji billi tikkanċella l-kontribuzzjoni totali jew parzjali tal-Unjoni għall-programm operazzjonali f’konformità mal-Artikoli 128 u l-Artikolu 129.
Emenda 578 Proposta għal regolament Artikolu 103a (ġdid)
Artikolu 103a
Kontrolli fuq il-post mill-Kummissjoni
1. Mingħajr preġudizzju għall-kontrolli mwettqa mill-Istati Membri skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali jew l-Artikolu 287 tat-Trattat, u kwalunkwe verifika organizzata skont l-Artikolu 322 tat-Trattat, il-Kummissjoni tista’ torganizza kontrolli fuq il-post fl-Istati Membri bil-għan li tivverifika b’mod partikolari:
(b) l-eżistenza tad-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa u l-korrelazzjoni tagħhom mal-operazzjonijiet iffinanzjati mill-FEMS;
(c) it-termini li fuqhom twettqu u ġew ikkontrollati l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-FEMS.
2. Il-persuni ddelegati mill-Kummissjoni biex iwettqu kontrolli fuq il-post jew l-aġenti tal-Kummissjoni li jaġixxu fil-kamp ta' applikazzjoni tas-setgħat mogħtija lilhom għandu jkollhom aċċess għall-kotba u għad-dokumenti l-oħrajn kollha, inklużi dokumenti u metadejta mħejjija jew irċevuti u rreġistrati fuq mezz elettroniku, fir-rigward tan-nefqa ffinanzjata mill-FEMS.
4. Il-Kummissjoni għandha tagħti avviż minn qabel biżżejjed ta’ kontrolli fuq il-post lill-Istat Membru kkonċernat jew lill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun ser issir il-kontrolli. Aġenti mill-Istat Membru kkonċernat jistgħu jieħdu sehem f’dawn il-kontrolli.
5. Fuq it-talba tal-Kummissjoni u bil-qbil tal-Istat Membru kkonċernat, il-kontrolli addizzjonali jew l-inkjesti dwar l-operazzjonijiet koperti minn dan ir-Regolament għandhom jitwettqu mill-korpi kompetenti ta’ dak l-Istat Membru. L-aġenti tal-Kummissjoni jew il-persuni ddelegati mill-Kummissjoni jistgħu jieħdu sehem f’dawn il-kontrolli.
6. Sabiex ittejjeb il-verifiki, il-Kummissjoni tista’, bil-qbil tal-Istat Membru kkonċernat, titlob l-għajnuna tal-awtoritajiet ta’ dawk l-Istati Membri għal ċerti kontrolli jew inkjesti.
7. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 151(2), tistabbilixxi regoli dwar il-proċeduri li għandu jkun hemm konformità magħhom meta jitwettqu kontrolli addizzjonali msemmija fil-paragrafu 5 u 6.
Emenda 579 Proposta għal regolament Artikolu 104
1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-tħaddim bla xkiel tal-FEMS u għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiffaċilitaw il-kontrolli li l-Kummissjoni tqis li huma xierqa b’rabta mal-ġestjoni tal-finanzjament tal-Unjoni, inklużi kontrolli fuq il-post.
Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom li jkunu adottaw għall-implimentazzjoni tal-atti tal-Unjoni relatati mal-Politika Komuni tas-Sajd, fejn dawk l-atti jkollhom impatt finanzjarju fuq il-FEMS.
2. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom li jkunu adottaw għall-implimentazzjoni tal-atti tal-Unjoni relatati mal-Politika Komuni tas-Sajd, fejn dawk l-atti jkollhom impatt finanzjarju fuq il-FEMS.
3. L-istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-informazzjoni kollha dwar l-irregolaritajiet u l-każijiet suspettati ta’ frodi identifikati, u dwar il-passi meħuda sabiex jirkupraw ħlasijiet bi żball b’rabta ma’ dawk l-irregolaritajiet u frodi skont l-Artikolu 116.
Emenda 580 Proposta għal regolament Artikolu 107
1. Qabel tieħu deċiżjoni dwar korrezzjoni finanzjarja permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiftaħ il-proċedura billi tinforma lill-Istat Membru dwar il-konklużjonijiet provviżorji tagħha u titlob lill-Istat Membru biex jippreżenta l-kummenti tiegħu fi żmien xahrejn.
Minbarra l-paragrafu 2 tal-Artikolu 137 tar-[Regolament (UE) Nru [...] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], fejn il-Kummissjoni tipproponi korrezzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 106(2) l-Istat Membru għandu jingħata l-opportunità li juri, permezz ta’ eżaminazzjoni tad-dokumentazzjoni kkonċernata, li l-firxa attwali tal-każ ta’ nuqqas ta’ konformità, mar-regoli tal-PKS u r-rabta tiegħu man-nefqa, kienet inqas mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni.
2. Fejn il-Kummissjoni tipproponi korrezzjoni finanzjarja fuq il-bażi ta’ estrapolazzjoni jew b’rata fissa, l-Istat Membru għandu jingħata l-opportunità li juri, permezz ta’ eżaminazzjoni tad-dokumentazzjoni kkonċernata, li l-firxa attwali ta’ irregolarità jew ta’ xi każ ieħor ta’ nuqqas ta’ konformità, inkluż nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-PKS, kienet inqas mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni. Bi qbil mal-Kummissjoni, l-Istat Membru jista’ jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-eżaminazzjoni għal kampjun jew proporzjon xieraq tad-dokumentazzjoni kkonċernata. Għajr f’każijiet debitament ġustifikati, iż-żmien permess għal din l-eżaminazzjoni ma għandux jaqbeż perjodu ulterjuri ta’ xahrejn wara l-perjodu ta’ xahrejn imsemmi fil-paragrafu 1.
3. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kwalunkwe evidenza pprovduta mill-Istat Membru fil-limiti ta’ żmien imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.
4. Meta l-Istat Membru ma jaċċettax il-konklużjonijiet proviżorji tal-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jkun mistieden għal smigħ mill-Kummissjoni, sabiex ikun żgurat li l-informazzjoni kollha rilevanti u l-osservazzjonijiet ikunu disponibbli abbażi tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-korrezzjoni finanzjarja.
5. Sabiex tapplika l-korrezzjonijiet finanzjarji, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni, fi żmien sitt xhur mid-data tas-smigħ, jew mal-wasla ta' informazzjoni addizzjonali fejn l-Istat Membru jaqbel li jippreżenta informazzjoni addizzjonali wara s-seduta ta’ smigħ. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni u l-osservazzjonijiet kollha sottomessi matul il-kors tal-proċedura. Jekk ma ssir ebda seduta ta’ smigħ, il-perjodu ta’ sitt xhur għandu jibda xahrejn wara d-data tal-ittra ta’ stedina għas-seduta ta’ smigħ mibgħuta mill-Kummissjoni.
6. Meta l-Kummissjoni jew il-Qorti tal-Awdituri josservaw irregolaritajiet li jaffettwaw il-kontijiet annwali mibgħuta lill-Kummissjoni, il-korrezzjoni finanzjarja li tirriżulta għandha tnaqqas l-appoġġ mill-FEMS għall-programm operazzjonali.
Emenda 557 Proposta għal regolament Artikolu 111 – paragrafu 1
1. L-informazzjoni ewlenija dwar l-implimentazzjoni tal-programm, dwar kull operazzjoni magħżula għal finanzjament, kif ukoll dwar l-operazzjonijiet kompluti, meħtieġa għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, inklużi l-karatteristiċi ewlenin tal-benefiċjarju u ta’ kull operazzjoni, għandha tiġi rreġistrata u miżmuma b’mod elettroniku.
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija).
Emenda 558 Proposta għal regolament Artikolu 113 – paragrafu 2
2. L-awtorità amministrattiva u l-kumitat ta’ monitoraġġ għandhom iwettqu l-monitoraġġ tal-programm operazzjonali permezz ta’ indikaturi finanzjarji, indikaturi tal-output u indikaturi fil-mira.
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija).
Emenda 559 Proposta għal regolament Artikolu 114 – paragrafu 1 – punt a
(a) għandu jiġi kkonsultat u joħroġ opinjoni, fi żmien erba’ xhur mid-deċiżjoni li tapprova l-programm, dwar il-kriterji tal-għażla għall-operazzjonijiet iffinanzjati; il-kriterji tal-għażla għandhom jiġu riveduti skont il-ħtiġijiet tal-ipprogrammar;
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija).
Emenda 581, 560, u 561 Proposta għal regolament Artikolu 120 – paragrafu 1
1. L-awtorità amministrattiva, għandha tkun responsabbli f'konformità mal-Artikolu 99(1)(b) għall:
1. L-awtorità amministrattiva, għandha tkun responsabbli f'konformità mal-Artikolu 99(1)(b) sa (d) għall:
(a) iżgurar tal-ftuħ ta’ sit elettroniku uniku jew portal ta’ sit elettroniku uniku li jipprovdi l-informazzjoni dwar il-programm operazzjonali f’kull Stat Membru u aċċess għalih;
(a) iżgurar tal-ftuħ ta’ sit elettroniku uniku jew portal ta’ sit elettroniku uniku li jipprovdi l-informazzjoni dwar il-programmi operazzjonali f’kull Stat Membru u aċċess faċli għalihom;
(b) informazzjoni lill-benefiċjarji potenzjali bl-opportunitajiet ta’ finanzjament taħt il-programm operazzjonali;
(b) informazzjoni lill-benefiċjarji potenzjali bl-opportunitajiet ta’ finanzjament taħt il-programm operazzjonali u l-obbligu ta' konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd;
(c) pubbliċità għaċ-ċittadini tal-Unjoni r-rwol u l-kisbiet tal-FEMS permezz ta’ azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni dwar ir-riżultati u l-impatt tal-Kuntratti ta’ Sħubija, il-programmi operazzjonali u l-operazzjonijiet.
(c) pubbliċità għaċ-ċittadini tal-Unjoni r-rwol u l-kisbiet tal-FEMS permezz ta’ azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni dwar ir-riżultati u l-impatt tal-Kuntratti ta’ Sħubija, il-programmi operazzjonali u l-operazzjonijiet;
(d) jiġi żgurat li sommarju tal-miżuri li jiżguraw konformità mar-regoli PKS, inklużi l-każijiet ta' nuqqas ta' konformità mill-Istati Membri jew mill-benfiċjarji, kif ukoll l-azzjonijiet ta' rimedju bħall-korrezzjonijiet finanzjarji meħuda, jiġi magħmul pubbliku.
4a. Fir-rigward tal-aċċess għal informazzjoni ambjentali, għandhom japplikaw id-Direttiva 2003/4/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u (KE) Nru 1367/2006.
Emenda 563 Proposta għal regolament Anness I – tabella – linja 1
Test propost mill-Kummissjoni
Tip ta’ operazzjonijiet
Punti perċentwali
Relatati mas-sajd kostali fuq skala żgħira jistgħu jibbenifikaw minn żieda ta'
25
Emenda
Tip ta’ operazzjonijiet
Punti perċentwali
Relatati mas-sajd kostali fuq skala żgħira jistgħu jibbenifikaw minn żieda ta'
30
Emenda 564 Proposta għal regolament Anness I – tabella – linja 5
Test propost mill-Kummissjoni
Tip ta' operazzjonijiet
Punti perċentwali;
Implimentati minn organizzazzjoni ta’ produtturi jew minn assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jibbenifikaw minn żieda ta'
20
Emenda
Tip ta' operazzjonijiet
Punti perċentwali;
Implimentati minn organizzazzjoni ta’ produtturi,assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, organizzazzjoni ta’ sajjieda professjonali rikonoxxuta mill-Istat Membru jew organizzazzjoni interprofessjoni, jistgħu jibbenifikaw minn żieda ta'
30
Emenda 565 Proposta għal regolament Anness I – tabella – linja 5a (ġdida)
Emenda
Tip ta’ operazzjonijiet
Punti perċentwali
Konformità mar-rekwiżiti tal-kriterji ta' sostenibbiltà kollha li l-Istati Membri jistgħu japplikaw tista' twassal għal żieda ta'
10
Emenda 566 Proposta għal regolament Anness I – tabella – linja 8
Test propost mill-Kummissjoni
Tip ta’ operazzjonijiet
Punti perċentwali
Operazzjonijiet implimentati minn intrapriżi li mhumiex inklużi fid-definizzjoni ta' SME's: titnaqqas għal
20
Emenda
Tip ta’ operazzjonijiet
Punti perċentwali
Operazzjonijiet implimentati minn intrapriżi li mhumiex inklużi fid-definizzjoni ta' SME's: titnaqqas għal
15
Emenda 567 Proposta għal regolament Anness I – tabella – linja 8a (ġdida)
Emenda
Tip ta’ operazzjonijiet
Punti perċentwali
B'reazzjoni għar-rekwiżiti tas-sett ta’ kriterji ta’ sostenibbiltà li l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw, dawn jistgħu jibbenefikaw minn żieda ta’
10
Emenda 568 Proposta għal regolament Anness III – tabella – linja 7a (ġdida)
Emenda
7a. Leġiżlazzjoni relatata mal-kundizzjonijiet tax-xogħol
Rispett tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol mill-operaturi.
L-applikazzjoni u t-twettiq effettivi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, li tinkludi:
– il-leġiżlazzjoni dwar il-ħin ta’ ħidma u ta’ serħan tas-sajjieda;
– il-leġiżlazzjoni fil-qasam tas-saħħa u tas-sikurezza;
– il-leġiżlazzjoni dwar il-kwalifiki inizjali u t-taħriġ kontinwu tas-sajjieda.
Emenda 569 Proposta għal regolament Anness III – tabella 2 – linja 3
Test propost mill-Kummissjoni
Prijorità tal-FEMS:
6 It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-PKS
TO 6: il-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-użu tar-riżorsi b’effiċjenza
Kapaċità amministrattiva pprovata għall-konformità mar-rekwiżiti tad-dejta għall-ġestjoni tas-sajd kif stabbilit fl-Artikolu 37 tar-[Regolament dwar il-PKS]
Kapaċità amministrattiva pprovata sabiex jitħejja u jiġi applikat programm multiannwali għall-ġbir tad-dejta, li għandu jiġi revedut mis-STECF u aċċettat mill-Kummissjoni
Kapaċità amministrattiva pprovata għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ħidma annwali għall-ġbir tad-dejta, li għandu jiġi revedut mis-STECF u aċċettat mill-Kummissjoni
Biżżejjed kapaċità fl-allokazzjoni tar-riżorsi umani sabiex jintlaħqu ftehimiet bilaterali jew multilaterali ma’ Stati Membri oħra jekk hija il-ħidma għall-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ ġbir tad-dejta hija kondiviża
Emenda
Prijorità tal-FEMS:
6 It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-PKS
TO 6: il-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-użu tar-riżorsi b’effiċjenza
Kapaċità amministrattiva pprovata għall-konformità mar-rekwiżiti tad-data għall-ġestjoni tas-sajd kif stabbilit fl-Artikolu 37 tar-[Regolament dwar il-PKS]
Valutazzjoni tal-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd:
Titwettaq analiżi speċifika tal-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunità tas-sajd sabiex tkun żgurata implimentazzjoni effettiva ta’ miżuri ta' ġestjoni tal-flotta
Kapaċità amministrattiva pprovata sabiex jitħejja u jiġi applikat programm multiannwali għall-ġbir tad-data, li għandu jiġi revedut mis-STECF u aċċettat mill-Kummissjoni
Kapaċità amministrattiva pprovata għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ħidma annwali għall-ġbir tad-data, li għandu jiġi revedut mis-STECF u aċċettat mill-Kummissjoni
Biżżejjed kapaċità fl-allokazzjoni tar-riżorsi umani sabiex jintlaħqu ftehimiet bilaterali jew multilaterali ma’ Stati Membri oħra jekk hija il-ħidma għall-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ ġbir tad-data hija kondiviża
Evidenza ta’ kapaċità amministrattiva fil-preparazzjoni u l-implimentazzjoni ta' valutazzjonijiet tal-kapaċità tal-flotot;
Rappurtar adegwat dwar l-isforzi biex jiġi stabbilit bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd kif mitlub mill-Artikolu 34 u l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru .../.... [dwar il-PKS].
Emenda 570 Proposta għal regolament Anness III – tabella 2 – linja 4a (ġdida)
TO 6: il-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-użu tar-riżorsi b’effiċjenza.
Valutazzjoni annwali tal-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd: Twettqet analiżi speċifika tal-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva ta’ miżuri ta’ ġestjoni tal-flotta li jikkonċernaw it-tnaqqis tal-kapaċità tal-flotta u investimenti diretti fil-bastimenti.
L-azzjonijiet speċifiċi jinkludu:
– Evidenza ta’ kapaċità amministrattiva fil-preparazzjoni u l-implimentazzjoni ta' valutazzjonijiet tal-kapaċità tal-flotot;
– Rappurtar adegwat fuq l-isforzi biex jiġi stabbilit bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd kif mitlub mill-Artikolu 34 u l-Artikolu 37 [tar-regolament bażiku propost].
Emenda 614 Proposta għal regolament Anness IV – punt 1 – paragrafu 1 – inċiż 1
– Isem il-benefiċjarju (entitajiet legali biss; l-ebda persuna fiżika ma għandha tissemma);;
– Isem il-benefiċjarju;
Emenda 582 Proposta għal regolament Anness IV – punti 2 u 3
2. MIŻURI TA’ INFORMAZZJONI U PUBBLIĊITÀ GĦALL-PUBBLIKU
2. MIŻURI TA’ INFORMAZZJONI U PUBBLIĊITÀ GĦALL-PUBBLIKU
2.1.Responsabbiltajiet tal-Istat Membru
2.1.Responsabbiltajiet tal-Istat Membru
1. L-Istat Membru għandu jiżgura li l-informazzjoni u l-miżuri ta’ pubbliċità jimmiraw lejn l-akbar kopertura medjatika possibbli billi jintużaw diversi forom u metodi ta’ komunikazzjoni fil-livell xieraq.
1. L-Istat Membru għandu jiżgura li l-informazzjoni u l-miżuri ta’ pubbliċità jimmiraw lejn l-akbar kopertura medjatika possibbli billi jintużaw diversi forom u metodi ta’ komunikazzjoni fil-livell xieraq.
2. L-Istat Membru għandu jkun responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ tal-inqas il-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità li ġejjin:
2. L-Istat Membru għandu jkun responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ tal-inqas il-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità li ġejjin:
(a) attività informattiva kbira li tippubbliċizza t-tnedija tal-programm operazzjonali;
(a) attività informattiva kbira li tippubbliċizza t-tnedija tal-programm operazzjonali;
(b) għal tal-inqas darbtejn matul il-perjodu ta’ pprogrammar, attività informattiva kbira li tippromwovi l-opportunitajiet ta’ finanzjament u l-istrateġiji fil-mira u li tippreżenta l-kisbiet tal-programm operazzjonali;
(b) għal tal-inqas darbtejn matul il-perjodu ta’ pprogrammar, attività informattiva kbira li tippromwovi l-opportunitajiet ta’ finanzjament u l-istrateġiji fil-mira u li tippreżenta l-kisbiet tal-programm operazzjonali;
(c) wiri tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea quddiem il-bini ta’ kull awtorità amministrattiva, jew f’post viżibbli għall-pubbliku;
(c) wiri tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea quddiem il-bini ta’ kull awtorità amministrattiva, jew f’post viżibbli għall-pubbliku;
(d) pubblikazzjoni b’mod elettroniku tal-lista ta’ operazzjonijiet skont it-taqsima 1;
(d) pubblikazzjoni b’mod elettroniku tal-lista ta’ operazzjonijiet skont it-taqsima 1;
(e) l-għoti ta’ eżempji ta’ operazzjonijiet, skont kull programm operazzjonali, fuq is-sit elettroniku uniku jew fuq is-sit elettroniku tal-programm operazzjonali li huwa aċċessibbli permezz tal-portal tas-sit elettroniku uniku; l-eżempji għandhom ikunu f’lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mitkellma ħafna għajr il-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat;
(e) l-għoti ta’ eżempji ta’ operazzjonijiet, skont kull programm operazzjonali, fuq is-sit elettroniku uniku jew fuq is-sit elettroniku tal-programm operazzjonali li huwa aċċessibbli permezz tal-portal tas-sit elettroniku uniku; l-eżempji għandhom ikunu f’lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mitkellma ħafna għajr il-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat;
(f) taqsima speċifika mis-sit elettroniku uniku għandha tkun iddedikata sabiex tagħti sommarju qasir tal-operazzjonijiet ta’ innovazzjoni u ekoinnovazzjoni;
(f) taqsima speċifika mis-sit elettroniku uniku għandha tkun iddedikata sabiex tagħti sommarju qasir tal-operazzjonijiet ta’ innovazzjoni u ekoinnovazzjoni;
(g) l-aġġornar tal-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali, inklużi l-kisbiet ewlenin tiegħu, fuq is-sit elettroniku uniku jew fuq is-sit elettroniku tal-programm operazzjonali li huwa aċċessibbli permezz tal-portal tas-sit elettroniku uniku.
(g) l-aġġornar tal-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali, inklużi l-kisbiet ewlenin tiegħu, fuq is-sit elettroniku uniku jew fuq is-sit elettroniku tal-programm operazzjonali li huwa aċċessibbli permezz tal-portal tas-sit elettroniku uniku.
(ga) Għandu jiġi ppubblikat sommarju fuq bażi annwali sal-31 ta' Jannnar, li jibda mill-2016, dwar il-każijiet ta' nuqqas ta' konformità kommessi mill-Istati Membri u l-benefiċjarji, kif ukoll azzjonijiet ta' rimedju inklużi korrezzjonijiet finanzjarji mwettqa mill-Istati Membri jew mill-Kummissjoni.
3. F’konformità mal-liġi u l-prattiki nazzjonali, fil-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità, l-awtorità amministrattiva għandha tinvolvi lill-korpi li ġejjin:
3. F’konformità mal-liġi u l-prattiki nazzjonali, fil-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità, l-awtorità amministrattiva għandha tinvolvi lill-korpi li ġejjin:
(i) ċentri ta’ informazzjoni dwar l-Ewropa, kif ukoll l-uffiċċji ta’ rappreżentanza tal-Kummissjoni fl-Istati Membri;
(b) ċentri ta’ informazzjoni dwar l-Ewropa, kif ukoll l-uffiċċji ta’ rappreżentanza tal-Kummissjoni fl-Istati Membri;
(j) istituzzjonijiet edukattivi u ta’ riċerka
(c) istituzzjonijiet edukattivi u ta’ riċerka
Dawn il-korpi għandhom ixerrdu ħafna l-informazzjoni deskritta fl-Artikolu 120 (1)(a) u (b).
Dawn il-korpi għandhom ixerrdu ħafna l-informazzjoni deskritta fl-Artikolu 120 (1)(a) u (b).
3. MIŻURI TA’ INFORMAZZJONI GĦAL BENEFIĊJARJI POTENZJALI U GĦALL-BENEFIĊJARJI
3. MIŻURI TA’ INFORMAZZJONI GĦAL BENEFIĊJARJI POTENZJALI U GĦALL-BENEFIĊJARJI
3.1. Miżuri ta’ informazzjoni għal benefiċjarji potenzjali
3.1. Miżuri ta’ informazzjoni għal benefiċjarji potenzjali
1. L-awtorità amministrattiva għandha tiżgura li l-għanijiet tal-programm operazzjonali u l-opportunitajiet ta’ finanzjament offruti mill-FEMS jinxterdu ħafna fost il-benefiċjarji potenzjali u l-partijiet interessati kollha.
1. L-awtorità amministrattiva għandha tiżgura li l-għanijiet tal-programm operazzjonali u l-opportunitajiet ta’ finanzjament offruti mill-FEMS jinxterdu ħafna fost il-benefiċjarji potenzjali u l-partijiet interessati kollha.
2. L-awtorità amministrattiva għandha tiżgura li l-benefiċjarji potenzjali huma informati dwar tal-inqas dan li ġej:
2. L-awtorità amministrattiva għandha tiżgura li l-benefiċjarji potenzjali huma informati dwar tal-inqas dan li ġej:
(a) il-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà tal-infiq li għandhom jintlaħqu sabiex wieħed jikkwalifika għall-appoġġ taħt programm operazzjonali;
(a) il-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà tal-infiq li għandhom jintlaħqu sabiex wieħed jikkwalifika għall-appoġġ taħt programm operazzjonali;
(b) deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet ta’ ammissibbiltà għall-applikazzjonijiet, il-proċeduri għall-eżaminazzjoni ta’ applikazzjonijiet għall-finanzjament u tal-perjodi ta’ żmien involuti;
(b) deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet ta’ ammissibbiltà għall-applikazzjonijiet, il-proċeduri għall-eżaminazzjoni ta’ applikazzjonijiet għall-finanzjament u tal-perjodi ta’ żmien involuti;
(ba) Il-konsegwenzi finanzjarji possibbli fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-Politka Komuni tal-Sajd;
(c) il-kriterji għall-għażla tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu appoġġjati;
(c) il-kriterji għall-għażla tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu appoġġjati;
(d) il-kuntatti fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali li jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar il-programmi operazzjonali;
(d) il-kuntatti fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali li jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar il-programmi operazzjonali;
(e) li l-applikazzjonijiet għandhom jipproponu attivitajiet ta’ komunikazzjoni, proporzjonati għad-daqs tal-operazzjoni, sabiex jinformaw lill-pubbliku dwar il-miri tal-operazzjoni u l-appoġġ tal-UE għall-operazzjoni.
(e) li l-applikazzjonijiet għandhom jipproponu attivitajiet ta’ komunikazzjoni, proporzjonati għad-daqs tal-operazzjoni, sabiex jinformaw lill-pubbliku dwar il-miri tal-operazzjoni u l-appoġġ tal-UE għall-operazzjoni.
3.2. Miżuri ta’ informazzjoni għall-benefiċjarji
3.2. Miżuri ta’ informazzjoni għall-benefiċjarji
L-awtorità amministrattiva għandha tinforma lill-benefiċjarji li l-aċċettazzjoni tal-finanzjament tikkostitwixxi aċċettazzjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-lista ta’ operazzjonijiet ippubblikata skont l-Artikolu 120(2).
L-awtorità amministrattiva għandha tinforma lill-benefiċjarji li l-aċċettazzjoni tal-finanzjament tikkostitwixxi aċċettazzjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-lista ta’ operazzjonijiet ippubblikata skont l-Artikolu 120(2).
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 273/2004 dwar prekursuri tad-droga (COM(2012)0548 – C7-0319/2012 – 2012/0261(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0548),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0319/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tas-16 ta' Jannar 2013(1),
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill fl-ittra tas-26 ta'Ġunju 2013 biex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0153/2013),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Ottubru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 273/2004 dwar prekursuri tad-droga
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1258/2013.)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar il-konferenza dwar it-tibdil fil-klima f'Varsavja, il-Polonja, (COP 19) (2013/2666(RSP))
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-Protokoll ta' Kjoto tagħha,
– wara li kkunsidra r-riżultati tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima li saret f'Bali fl-2007 kif ukoll il-Pjan ta' Azzjoni ta' Bali (Deċiżjoni 1/COP 13),
– wara li kkunsidra l-15-il Konferenza tal-Partijiet (COP 15) tal-UNFCCC u l-ħames Konferenza tal-Partijiet li serviet bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto (CMP5) li saru f'Kopenħagen, id-Danimarka, mis-7 sat-18 ta' Diċembru 2009, u l-Qbil ta' Kopenħagen,
– wara li kkunsidra s-16-il Konferenza tal-Partijiet (COP 16) tal-UNFCCC u s-sitt Konferenza tal-Partijiet li serviet bħala l-laqgħa tal-Partijiet tal-Protokoll ta' Kjoto (CMP6) li saru f'Cancún, il-Messiku, mid-29 ta' Novembru sal-10 ta' Diċembru 2010, u l-Ftehimiet ta' Cancún,
– wara li kkunsidra s-17-il Konferenza tal-Partijiet (COP 17) tal-UNFCCC kif ukoll is-seba' Konferenza tal-Partijiet li serviet bħala l-Laqgħa tal-Partijiet tal-Protokoll ta' Kjoto (CMP7) li saru f'Durban, l-Afrika t'Isfel, mit-28 ta' Novembru sad-9 ta' Diċembru 2011 u, b'mod partikolari, id-deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-Pjattaforma ta' Durban għal Azzjoni Msaħħa,
– wara li kkunsidra t-18-il Konferenza tal-Partijiet (COP 18) tal-UNFCCC u t-tmien Konferenza tal-Partijiet li serviet bħala l-Laqgħa tal-Partijiet tal-Protokoll ta' Kjoto (CMP8) li saru f'Doha, il-Qatar, mis-26 ta' Novembru sat-8 ta' Diċembru 2012, u l-adozzjoni tad-Doha Climate Gateway,
– wara li kkunsidra d-19-il Konferenza tal-Partijiet (COP 19) tal-UNFCCC u d-disa' Konferenza tal-Partijiet li se sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet tal-Protokoll ta' Kjoto (CMP9) li se jsiru f'Varsavja, il-Polonja, mill-11 sat-23 ta' Novembru 2013,
– wara li kkunsidra l-pakkett tal-UE dwar il-klima u l-enerġija ta' Diċembru 2008,
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fil-Komunità(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Frar 2009 bit-titolu "L-2050: Il-Ġejjieni jibda llum – Rakkomandazzjonijiet għal politika tal-UE integrata fil-ġejjieni dwar il-bidla fil-Klima"(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta' Novembru 2009 dwar l-istrateġija tal-UE għall-Konferenza ta' Kopenħagen dwar il-Bidla fil-Klima (COP 15)(3), tal-10 ta' Frar 2010 dwar l-eżitu tal-Konferenza ta' Kopenħagen dwar it-Tibdil fil-Klima (COP 15)(4), tal-25 ta' Novembru 2010 dwar il-Konferenza dwar it-Tibdil fil-Klima li saret f'Cancún (COP 16)(5) u tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-konferenza dwar it-tibdil fil-klima f'Durban (COP 17)(6), u tat-22 ta' Novembru 2012 dwar il-Konferenza dwar it-Tibdil fil-Klima f'Doha, il-Qatar (COP 18)(7),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2012 dwar Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fl-2050(8),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konsultattiva mill-Kummissjoni tas-26 ta' Marzu 2013 bit-titolu "The 2015 International Climate Change Agreement: Shaping international climate policy beyond 2020" (Il-Ftehim Internazzjonali dwar it-Tibdil fil-Klima: il-formazzjoni tal-politika klimatika internazzjonali lil hinn mill-2020) (SWD(2013)0097),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2012 dwar is-segwitu għas-17-il Konferenza tal-Partijiet (COP 17) tal-UNFCCC u s-seba' sessjoni tal-Laqgħa tal-Partijiet tal-Protokoll ta' Kjoto (CMP7) (Durban, l-Afrika t'Isfel, mit-28 ta' Novembru sad-9 ta' Diċembru 2011),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2012 dwar il-"finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima – finanzjament rapidu",
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2011 u tal-24 ta' Ġunju 2013 dwar id-Diplomazija tal-UE dwar il-Klima,
– wara li kkunsidra r-Rapport ta' Sinteżi tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP) ta' Novembru 2012 bl-isem "The Emissions Gap Report 2012",
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Bank Dinji bit-titolu "Turn Down the Heat. Why a 4 °C Warmer World Must be Avoided",
– wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-konferenza f'Varsavja dwar it-tibdil fil-klima (COP 19) (O-000095/2013 – B7‑0517/2013 u O‑000096/2013 – B7‑0518/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi t-tibdil fil-klima jirrappreżenta theddida urġenti u potenzjalment irreversibbli għas-soċjetajiet umani, għall-bijodiversità u għall-pjaneta u għalhekk irid jiġi indirizzat fil-livell internazzjonali mill-Partijiet kollha;
B. billi d-Doha Climate Gateway tinnota bi tħassib serju d-distakk sinifikanti bejn l-effett aggregat tal-wegħdiet ta' mitigazzjoni attwali tal-Partijiet f'termini ta' emissjonijiet annwali globali ta' gassijiet b'effett ta' serra sal-2020 u l-perkorsi aggregati għat-tnaqqis ta' emissjonijiet kompatibbli mal-probabilità li jżommu ż-żieda annwali fit-temperatura medja tas-superfiċje ta' 2 ºC (l-objettiv ta' 2 ºC),
C. billi, skont l-provi xjentifiċi ppreżentati mill-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), l-objettiv ta' 2 °C jirrikjedi li l-emissjonijiet globali jilħqu l-quċċata sal-2015, jitnaqqsu b'tal-anqas 50% sal-2050 meta mqabbel mal-1990, u wara jkomplu jonqsu; billi l-UE għandha, għaldaqstant, tesiġi li jittieħdu azzjonijiet konkreti u li dawn jiġu implimentati b'mod effikaċi f'livell globali qabel l-2020,
D. billi, skont ir-rapport tal-Bank Dinji "Turn Down the Heat" il-perkorsi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet attwali se jwasslu għal tisħin ta' 2 °C ogħla miż-żminijiet preindustrijali fi żmien 20 sa 30 sena u tisħin sa 4 °C sal-2100, billi l-perkors għal żieda ta' 4 °C jista' jirriżulta b'żidiet sostanzjalment ogħla tat-temperatura f'reġjuni tropikali partikolarment sensittivi;
E. billi r-riżultati xjentifiċi reċenti jissottolinjaw ukoll il-perikli ta' tisħin ta' 2 °C u jeżisti kunsens wiesa' fuq il-fatt li t-tisħin prodott s'issa (li jammonta, fuq livell globali, għal żieda ta' madwar 0,8 °C meta mqabbel mat-temperaturi preindustrijali), jikkostitwixxi wieħed mill-fatturi għala diġà ġraw ċerti kriżijiet umanitarji u alimentari, b'mod partikolari dawk l-aktar severi fl-Afrika u speċjalment fil-Qarn tal-Afrika u fis-Saħel;
F. billi r-riskji u l-ispejjeż rikonoxxuti b'mod wiesa' li l-perkors attwali tal-emissjonijiet joħloq għad-dinja, għandu bżonn mhux biss impenji iżda wkoll ir-rieda politika tal-partijiet kollha biex jiġu sodisfatti;
G. billi għal ħafna reġjuni tisħin ta' 2 °C huwa diġà perikoluż ħafna; billi 112-il pajjiż, inkluż l-aktar pajjiżi vulnerabbli, l-istati gżejjer iż-żgħar u l-pajjiżi l-anqas żviluppati appellaw għal tnaqqis tas-CO2 fl-atmosfera għal taħt it-350 parti għal kull miljun u għall-istabbilizzazzjoni fiż-żieda fit-temperatura dinjija għal taħt il-1.5 °C,
H. billi l-Konferenza ta' Varsavja (COP 19) se tkun kruċjali biex tiżgura l-progress meħtieġ fir-rigward tal-Pjattaforma ta' Durban, sabiex titwitta t-triq għat-tħejjija tal-impenji u l-konklużjoni ta' ftehim globali ġuridikament vinkolanti sal-2015;
I. billi tali ftehim globali ġuridikament vinkolanti jrid ikun konsistenti ma' baġit tal-karbonju koerenti ta' 2 °C, mal-ekwità u mal-prinċipju ta' "responsabbiltajiet komuni iżda differenzjati u kapaċitajiet rispettivi" (CBDRRC) u jrid jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-emittenti ewlenin kollha jadottaw objettivi ambizzjużi u suffiċjenti u miżuri politiċi korrispondenti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra, li jirriflettu l-evoluzzjoni tar-responsabbiltajiet u tal-kapaċitajiet; itenni li 90 % tat-tkabbir globali tal-emissjonijiet isir fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw li skont il-Protokoll ta' Kjoto ma għandhom l-ebda obbligu ta' tnaqqis;
J. billi fil-COP 16 ta' Cancún (2010) il-pajjiżi żviluppati impenjaw ruħhom li jfornu USD 30 biljun għall-perjodu 2010-2012 u, sal-2020, USD 100 biljun f'finanzjamenti "ġodda u addizzjonali" fis-sena bil-għan li jissodisfaw il-bżonnijiet tat-tibdil fil-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; billi tali finanzjament kellu jiggarantixxi allokazzjoni bbilanċjata bejn l-adattament u l-mitigazzjoni; billi sal-lum għad ma teżistix definizzjoni maqbula fuq livell internazzjonali ta' xi jfissru effettivament it-termini "ġodda u addizzjonali";
K. billi, minkejja l-impenn appoġġat mill-Partijiet f'Kopenħagen li jiġu fornuti USD 30 biljun fuq tliet snin bħala finanzjamenti rapidi, għad m'hemm l-ebda ċertezza rigward l-entità tal-finanzjamenti għall-klima li se jsiru disponibbli bħala garanzija tal-affidabbiltà ta' tali impenn;
L. billi hemm qiegħed jiġi dejjem aktar rikonoxxut il-bżonn li dak li jkun ikun viġilanti fil-konfront tal-isforzi tal-atturi ekonomiċi li jarmu ammonti sinifikanti ta' gassijiet b'effett ta' serra jew li jibbenefikaw mill-ħruq ta' karburanti fossili, sabiex jikkompromettu jew jinvalidaw l-isforzi għall-protezzjoni tal-klima,
M. billi, skont studju tal-Potsdam Institute for Climate Impact Research u tal-Università ta' Madrid, il-frekwenza tal-mewġiet ta' sħana estremi se tirdoppja sal-2020 u tikkwadruplika sal-2040; billi l-istudju jikkonkludi wkoll li dan l-iżvilupp jista' jkun evitat fit-tieni nofs tas-seklu jekk l-emissjonijiet globali jitnaqqsu fundamentalment; billi jidher li l-ġrajjiet jikkorroboraw l-affermazzjonijiet tax-xjenzjati, u d-diżastri naturali bħall-għargħar jew it-tempesti estremi qegħdin jiġru b'mod aktar frekwenti fl-Ewropa,
N. billi studju miċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP) jasal għall-konklużjoni li huwa possibbli li tintlaħaq ekonomija sostenibbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija waqt li fl-istess ħin ikun żgurat it-tkabbir fl-impjiegi,
O. billi studju tal-Potsdam Institute for Climate Impact Research jikkonkludi li jekk azzjoni globali rigward politika komprensiva dwar it-tibdil fil-klima tittieħed wara l-2030, it-tkabbir ekonomiku globali jista' jonqos sa 7 % fl-ewwel deċennju wara l-implimentazzjoni tal-politika dwar it-tibdil fil-klima – meta mqabbel ma' 2 % biss f'każ li fl-2015 ikun diġà ġie konkluż ftehim,
P. billi l-inizjattiva tal-Patt tas-Sindki tal-UE għadha qed tirnexxi, bi kważi 5 000 awtorità lokali impenjati llum li jiskorru l-objettivi tal-UE marbutin mal-klima u mal-enerġija sal-2020; billi tali entużjażmu u impenn murija mill-awtoritajiet lokali Ewropej għandhom jintużaw bħala eżempju anki għall-ħolqien ta' politiki klimatiċi u enerġetiċi ambizzjużi f'livell internazzjonali;
Q. billi l-pajjiżi żviluppati u dawk li qed jiżviluppaw qablu dwar il-prinċipju CBDRRC; billi madankollu l-isforzi biex jiġu limitati l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mhumiex totalment biżżejjed u l-eżitu skars li ħareġ mill-COPs preċedenti ġej minn nuqqas ta' rieda politika min-naħa ta' ċerti pajjiżi; billi jeħtieġ li dan in-nuqqas jiġi ttrattat fid-dawl tad-diżastri naturali estremi reċenti;
R. billi l-gvernijiet iġorru r-responsabbiltà kollettiva biex jiggarantixxu risposta adegwata għall-isfida klimatika li l-umanità u l-pjaneta qegħdin iħabbtu wiċċhom magħha; billi huma għandhom jirċievu appoġġ mill-atturi rilevanti kollha, inklużi ċ-ċittadini u l-impriżi fil-pajjiżi rispettivi tagħhom;
S. billi l-komunità internazzjonali qiegħda tfittex qafas ġdid ta' żvilupp globali permezz ta' żewġ perkorsi paralleli: ir-rieżami tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju u l-proċess tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG) imniedi mill-konferenza ta' Rio+20; billi jeżistu sovrappożizzjonijiet importanti bejn dawn iż-żewġ perkorsi;
T. billi l-isfida tal-klima bl-ebda mod ma tnaqqas l-isfida tal-iżvilupp, iżda taggravaha; billi l-fondi tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) ma għandhomx jiġu trasferiti għall-finanzjament għall-klima, iżda billi l-prinċipju li l-finanzjament għall-klima għandu jkun addizzjonali mal-livelli u l-impenji tal-ODA għandu jibqa' jiġi sostnut;
U. billi t-tibdil fil-klima jirrappreżenta theddida enormi għal numru kbir ta' drittijiet tal-bniedem, inkluż id-dritt għall-ikel, id-dritt għall-ilma u s-sanità u, f'termini aktar ġenerali, id-dritt għall-iżvilupp;
V. billi fuq livell globali madwar 20 % tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra joriġinaw mid-deforestazzjoni u mill-forom l-oħrajn ta' użu tal-art u ta' varjazzjoni ta' tali użu; u billi l-agroforestrija żżid l-effetti tal-mitigazzjoni tas-CO2 bis-saħħa ta' żieda fil-ħżin tal-karbonju u tnaqqas il-faqar permezz tad-diversifikazzjoni tal-introjti tal-komunitajiet lokali;
W. billi, skont l-International Energy Outlook 2013, id-domanda enerġetika globali hija mistennija tiżdied b'56 % bejn l-2010 u l-2040(9), u biex tiġi sodisfatta din id-domanda se jkun hemm żieda notevoli fl-emissjonijiet tas-CO2; billi l-biċċa l-kbira taż-żieda fid-domanda u fl-emissjonijiet se tkun fl-ekonomiji emerġenti; billi, skont iċ-ċifri tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), f'livell dinji s-sussidji għall-karburanti fossili ammontaw għal USD 1 900 biljun, u l-Istati Uniti, iċ-Ċina u r-Russja jikkonċedu l-ogħla sussidji (li flimkien jirrappreżentaw kważi nofs dawn is-sussidji(10));
X. billi bosta pajjiżi qegħdin jieħdu provvedimenti favur l-ekoloġizzazzjoni tal-ekonomija fis-setturi tal-industrija u tal-enerġija, billi jinkludu għal diversi raġunijiet il-protezzjoni tal-klima, l-iskarsità u l-effiċjenza tar-riżorsi, is-sigurtà enerġetika, l-innovazzjoni u l-kompetittività; billi, madankollu, skont l-International Energy Outlook, fl-2012 l-emissjonijiet globali ta' CO2 telgħu għal livell rekord;
Y. billi fis-settur enerġetiku u tal-industrija l-applikazzjoni tal-innovazzjoni relatata mal-klima tkun tikkostitwixxi vantaġġ għall-UE, b'hekk tkun fuq quddiem nett fis-suq globali dejjem ikbar tal-beni u tas-servizzi relatati mal-enerġija;
Z. billi l-innovazzjoni dinjija fis-settur tal-enerġija sostenibbli (kemm f'livell produttiv kif ukoll f'livell tal-utenti) toħloq impjiegi, tistimola t-tkabbir ekonomiku, iżżid l-indipendenza enerġetika u se tirriżulta f'dinja aktar nadifa kapaċi timmitiga t-tibdil fil-klima u tiggarantixxi provvisti enerġetiċi adegwati;
Progress fuq il-Pjattaforma ta' Durban
1. Huwa tal-opinjoni li l-ftehim ta' wara l-2020 se jkollu jgħaqqad flimkien it-"taħlit" attwali ta' arranġamenti vinkolanti u mhux vinkolanti fl-ambitu tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Protokoll ta' Kjoto f'reġim uniku, komprensiv u koerenti li jorbot il-Partijiet kollha; jenfasizza li l-ftehim ta' wara l-2020 ma għandux ikompli jifred id-dinja f'kategoriji tal-pajjiżi "li qed jiżviluppaw" jew "industrijalizzati", iżda għandu jeħtieġ lil kull pajjiż jagħti kontribut skont il-prinċipju CBDRRC; jemmen, f'dan ir-rigward, li t-tnaqqis tal-emissjonijiet ikkalkulat fuq sett ta' indikaturi, inkluż il-PDG per capita, l-aċċess għat-teknoloġija, l-indiċi tal-kwalità tal-ħajja u oħrajn jistgħu jkunu strumenti validi;
2. Jenfasizza l-ħidma sinifikanti li hemm bżonn titwettaq fil-Grupp ta' Ħidma Ad Hoc dwar il-Pjattaforma ta' Durban għal Azzjoni Msaħħa dwar il-prinċipji u l-qafas applikabbli għall-ftehim globali l-ġdid dwar il-klima u l-perkors lejn il-kisba ta' dan sa meta l-COP 21 isir f'Pariġi fl-2015; josserva wkoll li l-ħidma tiegħu trid tkun mgħarrfa mir-rapport tal-Ħames Valutazzjoni tal-IPCC li huwa mistenni sal-2014; jenfasizza li l-ftehim tal-2015 għandu bżonn jilħaq l-objettiv li jnaqqas l-emissjonijiet globali għal taħt il-livelli tal-1990 sal-2030 u għandu jimmira għall-eliminazzjoni gradwali tal-emissjonijiet tal-karbonju sal-2050;
3. Josserva li n-nuqqas li jkun żviluppat approċċ ekwu biex l-isforz għall-mitigazzjoni u l-adattament jinqasam bejn il-pajjiżi kien ostaklu biex jintlaħaq ftehim adegwat; jenfasizza li l-ekwità, inkluż approċċ dinamiku lejn CBDRRC, trid tkun fil-qalba tal-ftehim il-ġdid biex dan ikun jista' joffri risposta adegwata għall-klima;
4. Jikkunsidra li l-protokoll internazzjonali ġuridikament vinkolanti li issa qed ikun negozjat fil-Pjattaforma ta' Durban għandu jibni fuq, jiżviluppa u jtejjeb ir-regoli li diġà ġew miftiehma fil-UNFCCC u fil-Protokoll ta' Kjoto; jemmen, għalhekk, li għandu jkun inkluż proċess li janalizza numru ta' prinċipji u indikaturi ekwi bħall-adegwatezza, ir-responsabbiltà, il-kapaċità, l-iżvilupp u l-adattament;
5. Jikkunsidra li l-UE qiegħda f'pożizzjoni li tiżvolġi rwol kostruttiv biex tiffaċilita ftehim ta' qsim ekwu tal-isforzi; jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta tal-UE dwar il-qsim tal-isforzi globali;
6. Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta ta' Ban-Ki Moon li jkun organizzat summit dwar il-klima għall-mexxejja dinjin f'Settembru 2014, kif ukoll laqgħa preparatorja popolari għall-COP, dejjem fl-2014, fil-Venezwela; jenfasizza l-importanza li l-avveniment jitħejja bir-reqqa u li jipproduċi riżultati sinifikanti u impenji fl-ogħla livell politiku u mas-soċjetà ċivili, bil-għan li tiġi garantita u miżmuma l-ispinta politika meħtieġa fid-dawl tal-Konferenzi tal-2014 u tal-2015; iqis li huwa neċessarju li, sabiex il-ftehim tal-2015 jirnexxi, il-pajjiżi jressqu l-impenji li jnaqqsu l-gassijiet b'effett ta' serra qabel is-summit tal-mexxejja dinjin;
7. Jappella għal deċiżjoni tal-COP ta' Varsavja li tistabbilixxi l-kalendarju u l-proċess biex il-Partijiet kollha jintrabtu u jifformolaw impenji ta' mitigazzjoni fl-2014, u sussegwentement biex jivvalutawhom u jirreveduhom fl-2015; iqis li d-deċiżjonijiet tal-COP ta' Varsavja għandhom ukoll jistabbilixxu rekwiżiti għall-informazzjoni li takkumpanja l-impenji ta' mitigazzjoni proposti u jiżguraw kriterji għat-trasparenza, il-kwantifikazzjoni, il-komparabilità, il-verifikabilità u l-adegwatezza;
8. Iqis li l-impenji ta' mitigazzjoni proposti mill-Partijiet iridu jkunu mirfuda mill-prinċipju CBDRRC, ikunu jistgħu jitkejlu, jiġu rapportati u verifikati u jridu jkunu biżżejjed biex jintlaħaq l-objettiv ta' 2 ºC (u għalhekk għandhom "jimlew id-distakk ta' mitigazzjoni" f'termini ta' konformità tal-limiti tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra ma' dak li huwa meħtieġ li jibqa' fi ħdan l-objettiv ta' 2 ºC); itenni li, għaldaqstant, l-impenji eżistenti għandhom jiġu riveduti b'mod kollettiv u jsiru aktar ambizzjużi sabiex jinkiseb l-objettiv ta' 2 ºC; jenfasizza li l-UE għandha teżerċita pressjoni fuq il-Partijiet li mhumiex fuq perkors konformi mal-objettiv ta' 2 ºC;
9. Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tat-tfassil ta' politika bbażata fuq ix-xjenza u l-ħtieġa urġenti li l-objettiv ta' 2 °C jinżamm u jiġi segwit aktar bis-saħħa; iqis li l-miżuri intiżi li jsaħħu l-impenji ta' mitigazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom għandhom ikollhom diġà skadenzi preċiżi iżda marbutin ma' rieżamijiet dwar l-istat ta' implimentazzjoni definiti aħjar, regolari u rigorużi, b'data xjentifika, immirata li tiżgura li d-distakk ta' mitigazzjoni jimtela;
10. Josserva r-rabtiet notevoli bejn l-objettiv tal-qerda tal-faqar fuq livell dinji li hemm wara l-Għanijet ta' Żvilupp tal-Millennju, bħalissa f'fażi ta' rieżami, u l-proċess tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli mniedi mill-konferenza ta' Rio+20; jappella biex dawn iż-żewġ proċessi jiġu integrati f'qafas uniku, komprensiv u ġenerali, u biex jinħoloq sett ta' objettivi biex jeqred il-faqar u jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli wara l-2015;
11. Jenfasizza li qafas ta' politika stabbli u fuq perjodu twil inkluż objettivi ambizzjużi fuq perjodu twil hija l-aktar sfida importanti, kif ukoll tiffaċilita l-investimenti;
12. Itenni li s-sistema "pledge and review" attwali mhix se ġġib it-tibdiliet fundamentali meħtieġa sabiex jiġi miġġieled it-tibdil tal-klima fuq żmien fit-tul u, għaldaqstant, iħeġġeġ lill-Partijiet kollha jqisu wkoll approċċi oħrajn;
13. Ifakkar li, skont l-IEA, l-emissjonijiet tal-UE jirrappreżentaw madwar 11 % tal-emissjonijiet dinjija u se jirrappreżentaw sehem saħansitra iċken fid-deċennji li ġejjin; jissottolinja l-fatt li l-atturi industrijali jistgħu jaslu biex ikollhom aktar ambizzjoni u aċċettazzjoni ta' politiki ambizzjużi dwar it-tibdil fil-klima jekk, permezz ta' sforzi simili, ekonomiji globali oħra juru livell ogħla ta' ambizzjoni;
Il-Protokoll ta’ Kjoto
14. Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea, l-Isvizzera, in-Norveġja, il-Liechtenstein, l-Islanda u l-Awstralja li jissieħbu fit-tieni perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto li beda fl-1 ta’ Jannar 2013, u bħala tranżizzjoni lejn reġim internazzjonali ġdid bl-involviment tal-Partijiet kollha sal-2020, u jitlob ir-ratifika rapida tiegħu kif maqbul f’Doha; jinnota li dawn il-Partijiet bħalissa jirrappreżentaw anqas minn 14 % tal-emissjonijiet dinjija;
15. Jikkjarifika li, għalkemm it-tieni perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto se jkun limitat fil-kobor tiegħu, għandu jitqies bħala pass interim importanti ħafna, li jikkostitwixxi pont lejn ftehim internazzjonali aktar effikaċi u komprensiv għal wara l-2020 li jorbot lill-Partijiet kollha;
16. Itenni li ħafna pajjiżi diġà jagħtu l-eżempju, b'tali mod li juru li huwa possibbli li pajjiż isegwi strateġiji ta’ żvilupp b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju u jipprovdu standard ta’ għajxien għoli għal sehem akbar tal-ġenerazzjoni preżenti mingħajr ma jipperikolaw l-abbiltà ta’ ġenerazzjonijiet futuri li jaqdu l-bżonnijiet tagħhom, filwaqt li joħolqu impjiegi ġodda u jiżguraw anqas dipendenza fuq l-importazzjoni tal-enerġija; jikkjarifika li m'hemm għalfejn ikun hemm l-ebda biża ta' riperkussjonijiet negattivi jekk il-protezzjoni tal-klima tkun inkluża fi strateġija ġenerali ta’ politika ta’ żvilupp sostenibbli u industrijali;
Id-distakk fir-rigward tal-mitigazzjoni
17. Ifakkar li, skont il-konklużjonijiet tar-Raba’ Rapport ta’ Valutazzjoni tal-IPCC, il-pajjiżi industrijalizzati jeħtieġ li sal-2020 inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom b'25 % sa 40 % taħt il-livelli tal-1990, filwaqt li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bħala grupp, sal-2020 għandhom jilħqu tnaqqis sostanzjali tar-rata taż-żieda fl-emissjonijiet attwalment imbassra, fir-reġjun ta' 15 % sa 30 % sal-2020;
18. Itenni, għalhekk, il-ħtieġa urġenti li l-livell ta’ ambizzjoni globali jikber bejn issa u l-2020, bil-għan li nibqgħu fi ħdan l-objettiv ta’ 2 °C; Jisħaq b’mod partikolari fuq il-ħtieġa urġenti ta’ progress biex jingħeleb il-“gigatonne gap” li hemm bejn is-sejbiet xjentifiċi u l-wegħdiet attwali tal-Partijiet; jenfasizza r-rwol importanti ta’ miżuri ta’ politika oħrajn, inklużi l-effiċjenza enerġetika, l-iffrankar sostanzjali tal-enerġij, l-enerġija rinnovabbli fil-komunità u t-tnaqqis gradwali tal-HFCs, biex jikkontribwixxu għall-għelib tal-“gigatonne gap”;
19. Jinnota li l-UE qiegħda fit-triq it-tajba sabiex tilħaq tnaqqis tal-emissjonijiet 'il fuq sew mill-mira attwali ta’ 20 %, u jtenni li l-UE offriet li tgħolli l-objettiv tagħha għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għal 30 % sal-2020 jekk pajjiżi oħra li huma emittenti kbar jikkommettu ruħhom għal objettivi ta' tnaqqis komparabbli, u b'hekk tiġġenera tkabbir sostenibbli, impjiegi ġodda u tnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija;
20. Jieħu nota li tnaqqis gradwali globali tal-HFCs jista' jipprevjeni r-rilaxx ta' 2.2 gigatunnellati ta' ekwivalenti tas-CO2 u kważi 100 gigatunnellata ta' ekwivalenti tas-CO2 sal-2050; jitlob li l-UE tintensifika l-isforzi tagħha biex tirregola tnaqqis gradwali globali tal-HFCs skont il-Protokoll ta’ Montreal;
21. Jinnota li l-UE tista' twettaq ir-rwol vitali tagħha fit-tnaqqis tal-emissjonijiet permezz ta' politiki maħsuba biex iwaqqfu l-iżvilupp ta' fjuwils fossili mhux konvenzjonali li jiġġeneraw ħafna gassijiet serra, bħalma huma r-ramel bituminuż, huwa tal-fehma, kif ġa esprima ruħu fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar li jintemmu s-sussidji pubbliċi għall-fjuwils fossili, li s-sussidji pubbliċi li jsostnu l-iżvilupp ta' fjuwils fossili mhux konvenzjonali għandhom jitneħħew gradwalment;
22. Huwa tal-fehma li l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) għandha tkun marbuta ma’ mekkaniżmi tal-ETS li diġà jeżistu madwar id-dinja; jirrakkomanda li jerġa' jitqajjem l-ispirtu oriġinali ta' mekkaniżmi flessibbli, fis-sens li l-ETS għandha terġa' tmur lura għal li tkun mekkaniżmu tas-suq kif ukoll għodda ta’ żvilupp, bi proċedura drastikament semplifikata, iżda aktar trasparenti;
Il-finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima
23. Jenfasizza li impenji konkreti u ħidma biex il-finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima jiżdied għal USD 100 biljun fis-sena sal-2020 huma ta' importanza kritika biex isir progress f’Varsavja u biex l-impenji meħtieġa ta’ mitigazzjoni jintlaħqu globalment; jieħu nota tal-aġenda għall-iżvilupp għal wara l-2015 u jitlob il-ħolqien ta’ sinerġiji reali bejn iż-żewġ proċessi, b’riżultati pożittivi kemm għall-iżvilupp kif ukoll għall-politika dwar il-klima; Jiddeplora l-fatt li l-maġġoranza tal-Istati Membri għadhom ma ħadu l-ebda impenn għall-finanzjament għall-klima wara l-2013 u jistieden lill-Istati Membri biex jimpenjaw ruħhom favur finanzjament ġdid u addizzjonali għall-klima għall-perjodu 2013-2015;
24. Jiddeplora l-fatt li l-medja attwali tal-livell tal-ODA ta' 0,29 % tal-PDG hija 'l bogħod mill-impenn ta' 0,7 %; itenni li l-finanzjament għall-klima għandu jkun addizzjonali mal-ODA; jisħaq, madankollu, fuq il-ħtieġa li l-miri tal-iżvilupp jiġu rrikonċiljati ma' dawk tat-tibdil fil-klima; jenfasizza, konsegwentement, li l-iżgurar tal-koerenza tal-politiki u l-integrazzjoni tal-ambjent fil-proġetti ta' żvilupp iridu jkunu fil-qalba ta' strateġija tal-UE għal mitigazzjoni u adattament effikaċi għat-tibdil fil-klima;
25. Jistieden lill-Partijiet kollha preżenti fil-COP biex jispjegaw kif biħsiebhom ikabbru l-finanzjamenti għall-klima, sena b'sena, bil-għan li jonoraw l-impenn li ħadu f'Kopenħagen fl-2009 li jimmobilizzaw USD 100 biljun fis-sena sal-2020, b'tali mod li dan ikun addizzjonali għall-impenn li jħallsu 0,7 % tal-ING bħala ODA;
26. Jieħu nota, bi tħassib, li l-Fond Ekoloġiku għall-Klima mħabbar f'Kopenħagen fl-2009 u stabbilit f'Cancún fl-2010 għadu mhuwiex operattiv, u jistieden lill-Partijiet kollha biex jiffinalizzaw il-proċeduri mill-aktar fis possibbli; jitlob li l-UE u l-pajjiżi żviluppati l-oħra matul l-2014 jqiegħdu finanzi għad-dispożizzjoni tal-Fond Ekoloġiku għall-Klima, li għandu jitħabbar fil-COP ta' Varsavja, kif ukoll għall-Fond ta' Adattament u għal fondi oħra tan-NU fil-qasam tal-klima;
27. Jilqa’ l-progress li jirrigwarda l-operazzjonalizzazzjoni tal-Mekkaniżmu tat-Teknoloġija u jenfasizza l-bżonn li jitttejbu l-iżvilupp, it-tħaddim u t-trasferiment tat-teknoloġija, billi jintlaħaq bilanċ ġust bejn l-adattament u l-mitigazzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-propjetà intellettwali;
28. Jistieden lill-Istati Membri biex sal-2020 ineħħu gradwalment sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent, speċjalment sussidji fuq il-fjuwils fossili, u biex jindirizzaw dawn il-flejjes għall-produzzjoni ta’ enerġija sostenibbli; jitlob, barra minn hekk, li ssir implimentazzjoni rapida u kkoordinata internazzjonalment tal-objettiv tal-G-20 ta' Pittsburgh li jitneħħew gradwalment is-sussidji fuq il-fjuwils fossili ineffiċjenti fiż-żmien medju, billi dan ikun juri kontribut siewi għall-ħarsien tal-klima u jkun ukoll relevanti fil-kuntest attwali ta’ defiċit pubbliku f’bosta pajjiżi; jieħu nota li l-mexxejja fis-Summit tal-G-20 f'Los Cabos reġgħu ikkonfermaw din l-ambizzjoni u li l-UE talbet li jsir progress dwar din il-kwistjoni qabel is-Summit tal-G-20 f'San Pietruburgu(11); jiddeplora n-nuqqas ta' proposti dwar miżuri konkreti favur l-implimentazzjoni ta' dan l-objettiv;
29. Jinnota li fil-ġejjieni l-Fond Ekoloġiku għall-Klima m’għandux ikun iffinanzjat biss mill-pajjiżi industrijalizzati, iżda wkoll minn ekonomiji emerġenti b’PDG per capita li jkun qed jiżdied; jikkjarifika, f'dan ir-rigward, li 32 pajjiż meqjusa bħala “pajjiżi li qed jiżviluppaw” skont il-Konvenzjoni diġà għandhom PDG per capita ogħla mill-Istati Membri tal-UE bl-aktar PDG per capita baxx;
L-adattament; it-telf u l-ħsara
30. Jirrikonoxxi l-enfasi f’Doha fuq il-ħtieġa li t-telf u l-ħsara assoċjati mal-impatti tat-tibdil fil-klima f’pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma partikolarment vulnerabbli għall-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima jiġu indirizzati; jinnota d-deċiżjoni li jiġu stabbiliti, waqt il-Konferenza ta’ Varsavja, l-arranġamenti istituzzjonali meħtieġa għat-trattament ta' din il-kwistjoni;
31. Ifakkar li, filwaqt li l-pajjiżi l-fqar ikkontribwixxew l-inqas għall-konċentrazzjoni dejjem ikbar ta' gassijiet serra fl-atmosfera, proprju huma li l-aktar li huma vulnerabbli għall-impatti tat-tibdil fil-klima u li għandhom l-inqas kapaċità ta' adattament; jitlob li l-UE tfittex ftehimiet dwar il-finanzjament għall-klima, it-trasferiment tat-teknoloġiji u l-bini tal-kapaċitajiet;
32. Jappella lill-gvernijiet biex jilħqu qbil dwar prinċipji għall-qsim tal-isforzi u, jekk possibbli, it-tfassil ta’ formula jew formuli ta’ qsim tal-isforzi; jemmen li l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-imgħoddi, attwali u potenzjali, kif ukoll il-livelli ta’ kapaċità attwali u futuri fir-rigward tal-mitigazzjoni, l-adattament u l-assistenza, jeħtieġ li jkunu riflessi f’dawn il-prinċipji u formuli; iqis ukoll li d-dritt għall-iżvilupp jeħtieġ li jiġi kkunsidrat;
33. Ifakkar li l-UE u pajjiżi oħra żvilupati għandhom ir-rieda li jappoġġjaw pajjiżi b’kapaċità ta’ rkupru baxxa, speċjalment permezz tal-bini ta’ kapaċitajiet u skambju tal-aqwa prattiki, iżda wkoll permezz ta’ għajnuna finanzjarja;
34. Jitlob li jkun hemm aktar kuxjenza dwar l-impatt possibbli tat-tibdil fil-klima fuq it-tul tal-perjodi ta’ nixfa, fuq l-iskarsezzi gravi tal-ilma f'reġjuni partikolari u fuq it-tnaqqis tal-aċċess għar-riżorsi tal-ilma li jkunu meħtieġa fil-ħajja ta' kuljum;
35. Jirrikonoxxi li l-adattament huwa tabilħaqq kwistjoni lokali, iżda jinsisti fuq il-kooperazzjoni fil-livell reġjonali, nazzjonali u internazzjonali biex ikun żgurat approċċ koerenti;
L-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF) u t-tnaqqis tal-emissjonijiet mid-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti (REDD+)
36. Jinnota r-rwol fundamentali tal-LULUCF u r-REDD+ fit-tnaqqis tal-emissjonijiet u b’mod partikolari fl-għelib tad-distakk fir-rigward tal-mitigazzjoni sal-2020; jinnota li jeħtieġ isir aktar xogħol fuq kontabilità komprensiva biex l-integrità ambjentali tal-kontribuzzjonijiet tas-settur lejn it-tnaqqis fl-emissjonijiet tiġi żgurata;
37. Jinnota li somom sinifikanti mill-finanzi pubbliċi se jiġu indirizzati għal proġetti REDD+; jenfasizza l-bżonn urġenti li jiġu żviluppati indikaturi bikrija tal-prestazzjoni għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifikazzjoni (MRV) effikaċi tal-attivitajiet REDD+; jilqa’, f'dan ir-rigward, l-isforzi kontinwi biex l-għażla ta' proġetti REDD+ f'żoni mingħajr toroq tingħata prijorità;
38. Jieħu nota tal-kontribut pożittiv tal-Ftehimiet ta' Sħubija Volontarja bejn il-pajjiżi li jesportaw l-injam u l-UE skont il-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Infurzar tal-Liġi tal-Foresta, Governanza u Kummerċ (FLEGT) fil-ġlieda kontra d-deforestazzjoni madwar id-dinja; jenfasizza li hemm bżonn aktar azzjoni biex tindirizza l-kawżi ta’ deforestazzjoni fuq livell internazzjonali permezz ta’ ftehimiet ambjentali u kummerċjali vinkolanti;
39. Ifakkar li t-tibdil fil-klima jhedded il-kapaċità ta' reġjuni sħaħ li jitimgħu lilhom infushom; iħeġġeġ lill-UE biex tittratta l-impatt tal-politika agrikola tagħha fuq it-tibdil fil-klima; jenfasizza għal darb'oħra li, kif osserva Olivier De Schutter, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-dritt għall-ikel, il-metodi agrikoli b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u li jikkonservaw ir-riżorsi, magħrufa wkoll bħala approċċi agroekoloġiċi, joffru mudell alternattiv li jista' jimmitiga t-tibdil fil-klima billi jillimita l-emissjonijiet ta' gassijiet serra u jtejjeb l-għejxien tal-komunitajiet rurali l-fqar billi jnaqqas id-dipendenza tagħhom fuq fatturi tal-produzzjoni agrikola għaljin ibbażati fuq il-fjuwils fossili, u fl-istess ħin ikabbru l-livelli ta' produzzjoni; konsegwentement, iħeġġeġ lill-UE biex tippromwovi l-iżvilupp rurali, l-iżvilupp sostenibbli u l-produttività tas-sistemi agrikoli u s-sigurtà tal-ikel, partikolarment f'pajjiżi li qed jiżviluppaw;
L-enerġija komunitarja
40. Jinnota li tnaqqis vitali fl-emissjonijiet jista' jintlaħaq permezz ta' bidla sinifikanti lejn sistemi tal-enerġija nadifa u sikura, b'aċċettazzjoni kbira tal-enerġija rinnovabbli permezz ta' investiment fil-produzzjoni tal-enerġija fuq skala żgħira, magħrufa wkoll bħala mikroġenerazzjoni; jemmen li l-finanzi pubbliċi għandhom jiġu inkanalati f'direzzjonijiet ġodda u mobilizzati biex jiżguraw bidla lejn l-enerġija pubblika u komunitarja/deċentralizzata u rinnovabbli;
41. Iwissi li l-produzzjoni ta’ agrofjuwils minn, fost l-oħrajn, iż-żrieragħ taż-żejt, iż-żejt tal-palm, il-fażola tas-sojja, iż-żerriegħa tal-lift, il-ġirasol, il-kannamieli, il-pitravi u l-qamħ, potenzjalment tista' twassal għal domanda enormi għall-artijiet u tipperikola lin-nies f’pajjiżi fqar li l-għajxien tagħhom jiddependi fuq l-aċċess għall-art u għar-riżorsi naturali;
It-trasport bl-ajru u marittimu internazzjonali
42. Jenfasizza li, għalkemm l-UE dan l-aħħar qablet li “twaqqaf l-arloġġ” fir-rigward tal-inklużjoni ta’ titjiriet tal-avjazzjoni internazzjonali fl-EU ETS tagħha, din id-deroga hija limitata għal sena waħda biss u hija bil-kundizzjoni li n-negozjati internazzjonali jipproduċu deċiżjonijiet tanġibbli dwar miżura dinjija bbażata fuq is-suq dwar l-emissjonijiet mill-avjazzjoni internazzjonali;
43. Jenfasizza li hemm bżonn ta’ prezz tal-emissjonijiet tal-karbonju mit-trasport tal-avjazzjoni internazzjonali u marittimu, li minbarra li jnaqqas l-emissjonijiet jista’ wkoll iservi sabiex jiġġenera l-introjtu;
44. Itenni t-talba tiegħu għal strument internazzjonali b’miri globali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet biex irażżan l-impatt tat-trasport marittimu fuq il-klima;
L-industrija u l-kompetittivà
45. Huwa mħasseb dwar iż-żieda fl-emissjonijiet globali ta' CO2 fl-2012, skont id-dejta tal-IEA, minkejja tnaqqis fl-emissjonijiet fl-Ewropa u l-Istati Uniti; jissuġġerixxi, għalhekk, li jiġu kkunsidrati responsabbiltajiet differenzjati sabiex kull pajjiż jikkontribwixxi għall-isforzi globali fil-qasam tal-politika industrijali u enerġetika;
46. Jissottolinja l-fatt li l-Ewropa, fil-politika industrijali tagħha, għandha tippromwovi l-innovazzjoni u t-tixrid ta' teknoloġiji li jirrispettaw l-ambjent, inkluż fl-oqsma tal-ICT, tal-enerġija rinnovabbli, tat-teknoloġiji għall-użu innovattiv u effiċjenti tal-fjuwils fossili u, b'mod partikolari, tat-teknoloġiji tal-effiċjenza enrġetika; jenfasizza li jeħtieġ li jiġu żviluppati ftehimiet ta’ qafas li jgħinu biex jinkoraġġixxu u jinċentivaw it-tixrid aktar rapidu ta’ teknoloġiji ġodda internazzjonalment, minħabba li r-riċerka u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda huma fil-qalba ta’ futur sostenibbli;
47. Itenni, barra minn hekk, li politiki ambizzjużi tal-UE għall-2030 fis-setturi tal-industrija, tal-innovazzjoni, tal-klima u tal-enerġija jħallu lill-UE żżomm il-pożizzjoni tagħha bħala motriċi ewlenija u jkollhom, għaldaqstant, impatt pożittiv fuq in-negozjati internazzjonali u jinkoraġġixxu lis-sħab internazzjonali biex jgħollu l-ambizzjonijiet tagħhom konsegwentement;
48. Jilqa' kwalunkwe żvilupp pożittiv u jtenni li l-azzjoni koordinata fil-livell internazzjonali tgħin biex jiġi indirizzat it-tħassib dwar ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u dwar il-kompetittività tas-setturi rilevanti u, b'mod partikulari s-setturi b'użu intensiv tal-enerġija;
Ir-riċerka u l-innovazzjoni
49. Jenfasizza li l-iżvilupp u l-użu mifrux ta’ teknoloġiji innovattivi sostenibbli huma fatturi kruċjali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u, fl-istess ħin, fil-persważjoni ta' sħab l-UE madwar id-dinja li t-tnaqqis fl-emissjonijiet huwa fattibbli mingħajr telf ta' kompetittività u impjiegi;
50. Jitlob li jkun hemm impenn internazzjonali favur iż-żieda tal-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp (R&D) f'teknoloġiji innovattivi sostenibbli fis-setturi rilevanti; iqis li huwa essenzjali li l-UE tagħti l-eżempju billi tiddirieġi l-infiq tagħha ddedikat għar-riċerka lejn id-demostrazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi li ma jagħmlux ħsara lill-klima u li jużaw l-enerġija b'mod effiċjenti, u li l-UE tiżviluppa kooperazzjoni xjentifika stretta f’dan il-qasam ma' sħab internazzjonali, bħalma huma l-pajjiżi BRIC u l-Istati Uniti tal-Amerika;
Il-politika dwar l-enerġija
51. Jilqa' sinjali riċenti mill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika rigward miżuri klimatiċi u dwar ir-rieda tiegħu li jkollu rwol aktar akbar fl-isforzi dinjija bil-għan li jindirizzaw it-tibdil fil-klima;
52. Jinnota li l-prezzijiet ta' sorsi differenti tal-enerġija għandhom rwol ewlieni fid-determinazzjoni tal-imġiba tal-protagonisti fis-suq, inklużi l-industrija u l-konsumatur, u jinnota li l-fatt li l-qafas politiku internazzjonali attwali mhuwiex kapaċi jinternalizza kompletament l-ispejjeż esterni jipperpetwa t-tendenzi ta' konsum mhux sostenibbli; barra minn hekk itenni li suq globali tal-karbonju jkun bażi solida biex jinkisbu kemm tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet u kemm ambjent fejn il-kundizzjonijiet għall-industrija jkunu ndaqs għal kulħadd; jistieden lill-UE u lil sħabha biex, fil-futur immedjat, isibu l-aktar mod effikaċi biex jippromwovu r-rabtiet bejn l-ETS tal-UE u skemi oħra ta' skambju bil-għan li jiġi stabbilit suq globali tal-karbonju, b'tali mod li jiżguraw aktar diversità ta' possibilitajiet ta' tnaqqis, titjib fid-daqs tas-suq u fil-likwidità, trasparenza, u fl-aħħar mill-aħħar, allokazzjoni aktar effiċjenti tar-riżorsi għas-settur u l-industrija tal-enerġija;
53. Jitlob koordinament aktar strett bejn il-Kunsill, il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) b'tali mod li l-UE tkun tista' titkellem b'vuċi waħda u koerenti f'organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-IEA, l-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (IRENA), is-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija(IPEEC) u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA), u b'hekk ikollha rwol aktar attiv u influwenti, partikolarment biex tirsisti favur politiki dwar enerġija sostenibbli u ta' sikurezza enerġetika;
54. Jiddispjaċih għall-fatt li l-potenzjal għall-iffrankar tal-enerġija mhux qed jiġi ttrattat b'mod adegwat internazzjonalment u ġewwa l-UE; jissotolinja l-fatt li l-iffrankar tal-enerġija jippermetti li jinħolqu l-impjiegi, jitwettqu ekonomiji u jiżguraw sigurtà enerġetika, kompetittività u tnaqqis tal-emissjonijiet, u jista' wkoll jagħti kontribut biex titreġġa' lura x-xejra fil-prezzijiet u l-kostijiet tal-enerġija; jtlob li l-UE fin-negozjati internazzjonali toqgħod aktar attenta għall-iffrankar tal-enerġija, sew jekk tiddiskuti dwar it-trasferiment tat-teknoloġiji, kif ukoll dwar pjanijiet ta’ żvilupp għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw jew dwar l-assistenza finanzjarja; jenfasizza l-fatt li, sabiex ikunu kredibbli, l-UE u l-Istati Membri tagħha jeħtiġilhom jilħqu l-objettivi tagħhom stess;
55. Jinnota li madwar id-dinja huwa stmat li 1,3 biljun ruħ m'għandhomx aċċess għall-elettriku u 2.6 biljun ruħ għadhom dipendenti fuq l-użu tradizzjonali tal-bijomassa għat-tisjir(12); jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-faqar enerġetiku bi qbil mal-objettivi tal-politika dwar il-klima; jinnota li huma disponibbli teknoloġiji fil-qasam tal-enerġija li jindirizzaw kemm il-protezzjoni ambjentali globali u kemm il-ħtiġijiet tal-iżvilupp lokali;
Id-diplomazija klimatika
56. Jenfasizza, f’dan il-kuntest, l-importanza li l-UE, bħala attur ewlieni (b’mod partikolari din is-sena, meta n-nazzjon ospitanti u li għandu l-Presidenza tal-COP 19 huwa Stat Membru), titkellem “b’vuċi waħda” fil-Konferenza hija u tfittex li jsir progress lejn ftehim internazzjonali, u tibqa’ magħquda f’dan ir-rigward;
57. Jenfasizza l-pożizzjoni essenzjali tal-Polonja bħala “n-nazzjon ospitanti”, u jittama li l-Polonja, bħala pajjiż li għadu jiddependi ħafna fuq sorsi ta’ enerġija fossili, iżda li għandu esperjenza fin-negozjati tal-UNFCCC, ikun kapaċi jaħja l-proċess, jagħti l-eżempju u jgħin biex jibni alleanzi ġodda; jilqa’ d-dikjarazzjoni tal-President nominat li, permezz tal-kreattività, huwa possibbli li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra waqt li jinħolqu impjiegi, jiġi promoss it-tkabbir ekonomiku u jiġu żgurati standards tal-għajxien aħjar; jittama li l-Polonja tressaq proposti konkreti f’dan ir-rigward;
58. Jenfasizza li “Patt dwar il-Klima”, applikabbli għal kulħadd, li jinvolvi pajjiżi industrijalizzati kif ukoll pajjiżi li qed jiżviluppaw, għandu jkun l-objettiv prinċipali; jenfasizza wkoll li wieħed mill-aktar kompiti importanti tal-UE huwa li tiżgura approċċ koordinat u gradwali għall-ħarsien tal-klima, b'tali mod li tiżgura li l-azzjoni ssir fil-livelli kollha tal-gvern, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali;
59. Jenfasizza li dan iż-żmien ta’ kriżi ekonomika ta’ bħalissa juri biċ-ċar li biss ekonomija sostenibbli tista’ tiggarantixxi l-prosperità fit-tul, u li l-ħarsien tal-klima huwa wieħed mill-pilastri ewlenin ta’ din l-ekonomija sostenibbli; jenfasizza l-fatt li qatt ma kien daqshekk importanti li tiġi kkjarifikata r-raġuni għall-azzjoni politika fil-qasam tal-ħarsien tal-klima, li hija li aktar nies jitħallew igawdu minn standard għoli ta’ għajxien filwaqt li jiġu żgurati r-riżorsi u l-ispazju għall-iżvilupp, anke għall-ġenerazzjonijiet futuri;
60. Itenni li l-isfida tat-tibdil fil-klima ma tistax titqies b'mod iżolat, iżda jeħtieġ li dejjem tiġi indirizzata fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli, il-politika industrijali u l-politika tar-riżorsi; jenfasizza, f’dan ir-rigward, li huwa ta' importanza kruċjali li l-politiki dwar it-tibdil tal-klima jiġu spjegati liċ-ċittadini u li sseħħ bidla tal-kuxjenza; jissottolinja l-fatt li kwalunkwe ftehim futur għandu jakkomoda wkoll inizjattivi minn isfel għal fuq, pereżempju fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, minħabba li huma għodda importanti fir-rigward tal-aċċettazzjoni miċ-ċittadini;
61. Itenni li, fi kwalunkwe ftehim vinkolanti dwar it-tibdil fil-klima, sistema robusta ta’ ottemperanza u infurzar hija vitali biex tiżgura li l-pajjiżi kollha li jieħdu sehem fil-ftehim dwar it-tibdil fil-klima jirrispettaw l-impenji tagħhom, jirċievu l-appoġġ fejn ikun meħtieġ u jinżammu responsabbli jekk ma jottemerawx ruħhom;
62. Huwa tal-fehma li l-proċess tal-UNFCCC jeħtieġlu jsir aktar effikaċi u effiċjenti, u jiżgura li jirrifletti b’mod aktar adegwat ir-realtajiet mibdula; f’dan il-kuntest jemmen li r-regola ta’ konsensus għandha tkun abolita sabiex ikunu evitati riżultati bbażati fuq l-iċken denominatur komuni;
63. Jaqbel mal-fehma li aktar milli ddur kull sena, il-presidenza tal-Konferenza tista’ jew tinqasam bejn diversi pajjiżi fuq numru ta’ snin jew tinżamm minn pajjiż wieħed għal sentejn sabiex ikun żgurat approċċ aktar koerenti;
64. Jiġbed l-attenzjoni fuq żviluppi ottimisti matul in-negozjati MOP 25 dwar il-Protokoll ta’ Montreal u jħeġġeġ lill-Partijiet kollha biex jistinkaw sabiex jitgħallmu minn dan il-ftehim internazzjonali ta’ suċċess; jistieden lill-Partijiet biex b’mod paritkolari jaraw il-mekkaniżmi ta’ votazzjoni u ta’ deċiżjoni tal-Protokoll ta’ Montreal, l-approċċ differenti tiegħu għar-responsabbiltajiet, kif ukoll il-mekkaniżmi ta’ infurzar u ta’ sanzjoni tiegħu, bħala eżempju li jista’ jintuża wkoll skont l-UNFCCC;
65. Jisħaq fuq l-importanza li l-UE jkollha rwol proattiv għall-progress ġenerali ta’ negozjati internazzjonali dwar il-klima; jinnota li l-kapaċità tal-UE li jkollha rwol ta’ tmexxija u l-prospetti li jsir progress ġenerali huma influwenzati mill-azzjonijiet li tieħu l-UE nnifisha dwar il-klima; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li l-azzjonijiet tal-UE dwar il-klima jissaħħu, anki permezz tal-adozzjoni ta' qafas ambizzjuż fil-qasam klimatiku u enerġetiku għall-2030, u biex jitwarrbu d-dubji pprovokati mill-effikaċja fjakka tal-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta' Emissjonijiet (ETS) biex tagħti inċentivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, kif ukoll mill-posponiment tal-inklużjoni tas-settur tal-avjazzjoni fl-ETS;
66. Jisħaq ukoll fuq ir-rwol li l-pajjiżi żviluppati għandu jkollhom biex lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jgħinuhom irażżnu l-emissjonijiet tagħhom; josserva l-potenzjal enormi għall-enerġija rinnovabbli u għall-effiċjenza enerġetika f'ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw; jinkoraġġixxi lill-ekonomiji żviluppati u emerġenti biex jippromwovu u jimplimentaw il-proġetti ta' enerġija rinnovabbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u jagħmlu disponibbli t-teknoloġija, il-kompetenzi u l-investiment f'dan il-qasam;
Id-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew
67. Jemmen li d-delegazzjoni tal-UE għandha rwol importanti ħafna fin-negozjati dwar it-tibdil fil-klima, u għaldaqstant ma jistax jaċċetta li l-membri tal-Parlament Ewropew ma setgħux jattendu l-laqgħat ta’ koordinament tal-UE waqt il-Konferenzi tal-Partijiet preċedenti; jistenna li tal-anqas il-President tad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew jitħalla jattendi l-laqgħat ta’ koordinament tal-UE f’Varsavja;
68. Jinnota li, bi qbil mal-Ftehim Qafas konkluż bejn il-Kummissjoni u l-Parlament f'Novembru 2010, il-Kummissjoni jeħtiġilha tiffaċilita l-inklużjoni ta' Membri tal-Parlament bħala osservaturi f'delegazzjonijiet tal-Unjoni li jkunu qed jinnegozjaw ftehimiet multilaterali; ifakkar li, skont it-Trattat ta' Lisbona (l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea), jeħtieġ li l-Parlament jagħti l-kunsens tiegħu għal ftehimiet bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali;
o o o
69. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri u lis-Segretarjat tal-UNFCCC, bit-talba li r-riżoluzzjoni tkun iċċirkolata lill-Partijiet Kontraenti kollha li mhumiex membri tal-UE.
IEA World Energy Outlook Special Report, ‘Redrawing the Energy Climate Map’.
Kriminalità organizzata, korruzzjoni u ħasil tal-flus
642k
90k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus: rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet u inizjattivi li għandhom jittieħdu (rapport finali) (2013/2107(INI))
— wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2012 dwar it-twaqqif, is-setgħat, l-għamla numerika u t-tul tal-mandat tal-Kumitat speċjali dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus(1), adottata skont l-Artikolu 184 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
— wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2012 li testendi l-mandat tal-Kumitat speċjali dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus sat-30 ta' Settembru 2013,
— wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 67, il-Kapitolu 4 (Artikoli 82-86) u l-Kapitolu 5 (Artikoli 87-89) tat-Titolu V tat-tielet parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 5, 6, 8, 17, 32, 38, 41, it-Titolu VI (Artikoli 47-50) u l-Artikolu 52,
— wara li kkunsidra l-Programm ta' Stokkolma fil-qasam ta' libertà, sigurtà u ġustizzja(2), il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu "Il-kisba ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għaċ-ċittadini tal-Ewropa – Pjan ta' Azzjoni li Jimplimenta l-Programm ta' Stokkolma" (COM(2010)0171) u l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu "L-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE fl-Azzjoni: Ħames passi lejn Ewropa aktar sikura" (COM(2010)0673),
— wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-22 ta' Mejju 2013, speċjalment dawk dwar il-ħtieġa li tiġi miġġielda l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi fiskali u li jiġi miġġieled il-ħasil tal-flus,
— wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill ĠAI tat-8 u d-9 ta' Novembru 2010 dwar it-twaqqif u l-implimentazzjoni ta' ċiklu politiku tal-UE għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u organizzata fil-livell internazzjonali, u l-konklużjonijiet tal-Kunsill ĠAI tad-9 u l-10 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxu l-prijoritajiet tal-UE fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata fil-perjodu 2011-2013 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill ĠAI tas-6 u 7 ta' Ġunju 2013 li jiffissaw il-prijoritajiet għall-perjodu 2014-2017,
— wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2010 dwar il-Konfiska u l-Irkupru tal-Assi (07769/3/2010),
— wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea dwar id-drogi 2005-2012 u dik 2013-2020 kif ukoll il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi għall-2009-2012,
— wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffikar Illeċitu fi Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi, adottata mill-Assemblea Ġenerali fl-20 ta' Diċembru 1988 (riżoluzzjoni 1988/8) u li nfetħet għall-firem fi Vjenna, mill-20 ta' Diċembru 1988 sat-28 ta' Frar 1989, u wara fi New York, sal-20 ta' Diċembru 1989,
— wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali, adottata mill-Assemblea Ġenerali fil-15 ta' Novembru 2000 (riżoluzzjoni 55/25) u li nfetħet għall-firem f'Palermo fit-12 ta' Diċembru 2000, il-protokolli relatati u d-Diġest UNODC dwar il-każijiet ta' kriminalità organizzata (2012),
— wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni (UNCAC), li nfetħet għall-firem f'Mérida fid-9 ta' Diċembru 2003,
— wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet tad-dritt kriminali u ċivili tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-korruzzjoni, miftuħa għall-firem fi Strasburgu fis-27 ta' Jannar u l-4 ta' Novembru 1999 rispettivament, u r-riżoluzzjonijiet (98)7 u (99)5, adottati mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa fil-5 ta' Mejju 1998 u fl-1 ta' Mejju 1999 rispettivament, li jistabbilixxu l-Grupp tal-Istati kontra l-Korruzzjoni (GRECO),
— wara li kkunsidra l-Att tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 1997 li jistabbilixxi, fuq il-bażi tal-Artikolu K.3(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea(3),
— wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-OECD dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali pubbliċi barranin f'operazzjonijiet ekonomiċi internazzjonali, li nfetħet għall-firem f'Pariġi fis-17 ta' Diċembru 1997, u s-supplimenti sussegwenti tagħha,
— wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-ħasil tal-flus, it-tiftix, il-qabda u l-konfiska ta' profitti minn attività kriminali u l-finanzjament tat-terroriżmu, miftuħa għall-firem f'Varsavja fis-16 ta' Mejju 2005, u r-riżoluzzjoni CM/Res(2010)12 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa, tat-13 ta' Ottubru 2010, dwar l-Istatut tal-Kumitat ta' Esperti Magħżula għall-Valutazzjoni ta' Miżuri kontra l-Money Laundering (MONEYVAL),
— wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-kriminalità tal-informatika, li saret f'Budapest fit-23 ta' Novembru 2001,
— wara li kkunsidra l-Kunċett Strateġiku għad-Difiża u s-Sigurtà tal-Membri tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana "Impenn attiv, difiża moderna", li ġie adottat mill-kapijiet tal-Istat u tal-gvernijiet tan-NATO f'Lisbona fid-19 u l-20 ta' Novembru 2010,
— wara li kkunsidra l-40 rakkomandazzjoni u d-9 rakkomandazzjonijiet speċjali tal-grupp ta' azzjoni finanzjarja FATF/GAFI kontra l-ħasil tal-flus, wara li kkunsidra x-xogħol tal-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS),
— wara li kkunsidra r-rapporti tal-uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC) bit-titolu "Il-globalizzazzjoni tal-kriminalità,
— wara li kkunsidra r-rapporti tal-uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC) bit-titolu "Il-globalizzazzjoni tal-kriminalità. Valutazzjoni tat-theddid mill-kriminalità organizzata transnazzjonali" (2010) u "L-istima tal-flussi finanzjarji illeċiti mit-traffikar tad-droga u reati organizzati transnazzjonali oħrajn" (2011) u l-"Istudju sħiħ dwar il-kriminalità tal-informatika" (2013),
— wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta' Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata(4),
— wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/500/ĠAI tas-26 ta' Ġunju 2001, dwar il-ħasil tal-flus, l-identifikazzjoni, l-intraċċar, l-iffriżar, il-qbid u l-konfiska tal-mezzi u l-qligħ mill-kriminalità(5), id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/577/ĠAI tat-22 ta' Lulju 2003 dwar it-twettiq fl-Unjoni Ewropea tal-mandati li jiffriżaw xi proprjetà jew xi evidenza(6), id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/212/ĠAI tal-24 ta' Frar 2005 dwar il-Konfiska ta' Rikavati, Mezzi Strumentali u Proprjetà Konnessi mal-Kriminalità(7), u d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/783/ĠAI tas-6 ta' Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal ordnijiet ta' konfiska(8),
— wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/ĠAI tas-6 ta' Diċembru 2007 dwar il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi tal-Istati Membri fil-qasam tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta' rikavati mill-kriminalità, jew proprjetà oħra relatata magħha(9), u r-Rapport tal-Kummissjoni bbażat fuq l-Artikolu 8 ta' dik id-Deċiżjoni (COM(2011)0176),
— wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/426/ĠAI tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar it-tisħiħ tal-Eurojust u li temenda d-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI li tistabbilixxi l-Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja(10),
— wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)(11),
— wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali(12),
— wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' konsenja bejn l-Istati Membri(13), u l-atti li jemendaw sussegwenti,
— wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/465/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar l-iskwadri ta' investigazzjoni konġunti(14), u r-rapport tal-Kummissjoni dwar it-traspożizzjoni legali tad-Deċiżjoni Kwadru msemmija (COM(2004)0858),
— wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/902/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tistabbilixxi Netwerk Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità (EUCPN)(15),
— wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI(16), u l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu "L-istrateġija tal-UE lejn il-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin 2012–2016" (COM(2012)0286),
— wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu(17), u r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva msemmija (COM(2012)0168),
— wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-kontrolli ta' flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità(18),
— wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi(19),
— wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE(20),
— wara li kkunsidra Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE(21),
— wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/ĠAI tat-22 ta' Lulju 2003 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat(22) u r-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill ibbażat fuq l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Kwadru msemmija (COM(2007)0328),
— wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali(23), u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, kif emendata(24),
— wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI(25),
— wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011, dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI(26),
— wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-11 ta' Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga(27),
— wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data(28),
— wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2011 li twaqqaf il-grupp ta' esperti dwar il-korruzzjoni(29), il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-6 ta' Ġunju 2011 intitolata "Nissieltu kontra l-Korruzzjoni fl-UE" (COM (2011)0308) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ġunju 2011 li tistabbilixxi mekkaniżmu għar-rappurtar tal-korruzzjoni għal valutazzjoni perjodika fuq livell ta' Unjoni ("Rapport tal-UE kontra l-Korruzzjoni") (COM(2011)3673),
— wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Frar 2012 li tistabbilixxi l-Grupp ta' esperti tal-Kummissjoni fuq Ħtiġijiet ta' Politika għal dejta fuq Delitti li tħassar id-Deċiżjoni 2006/581/KE(30),
— wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/425/KE tat-13 ta' Ġunju 2007, li tidentifika sensiela ta' azzjonijiet għall-infurzar tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom(31),
— wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Renju tal-Isvezja għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropew (2010/0817(COD)),
— wara li kkunsidra proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-12 ta' Marzu 2012 dwar l-iffriżar u l-konfiska tar-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (COM(2012)0085),
— wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2011, dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (COM(2011)0895) u l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2011 dwar l-akkwist pubbliku (COM(2011)0896),
— wara li kkunsidra l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-għanijiet ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu (COM(2013)0045),
— wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 fuq l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi (COM(2013)0044),
— wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Settembru 2012 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (COM(2012)0499),
— wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta' Novembru 2012, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 fir-rigward tal-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej (COM(2012)0712),
— wara li kkunsidra l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-euro u muniti oħra kontra l-iffalsifikar permezz tal-liġi kriminali, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2000/383/ĠAI (COM(2013)0042),
— wara li kkunsidra l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u li tirrevoka d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/222/ĠAI (COM(2010)0517),
— wara li kkunsidra l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u l-moviment liberu ta' dik id-dejta (COM(2012)0010),
— wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (Regolament dwar il-Protezzjoni ta' Dejta Ġenerali) (COM(2012)0011),
— wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (COM(2012)0363),
— wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (COM(2013)0534) u l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) (COM(2013)0535),
— wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "Protezzjoni aħjar tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni: L-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u r-riforma tal-Eurojust" (COM(2013)0532),
— wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "It-titjib tal-governanza tal-OLAF u t-tisħiħ tas-salvagwardji proċedurali fl-investigazzjonijiet: Approċċ pass pass li jimxi id f'id mal-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew" (COM(2013)0533),
— wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "L-istrateġija ta' Ċibersigurtà tal-Unjoni Ewropea: Ċiberspazju miftuħ mogħni b'sigurtà u sikurezza" (JOIN(2013)0001),
— wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu "Pjan ta' Azzjoni għat-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa" (COM(2012)0722),
— wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, bit-titolu "Il-bini ta' Ewropa miftuħa u sigura: Il-baġit tal-affarijiet interni għal bejn l-2014 u l-2020" COM(2011)0749,
— wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu 'L-ewwel Rapport Annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE' (COM(2011)0790),
— wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni bit-titolu 'L-ibbankjar parallel' (COM(2012)0102),
— wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bit-titolu "Il-Ġlieda kontra l-Kriminalità f'din l-Era Diġitali: Il-Ħolqien ta' Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità' (COM(2012)0140),
— wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "Lejn qafas Ewropew komprensiv għal-logħob tal-azzard online" (COM(2012)0596),
— wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu "Il-kejl tal-Kriminalità fl-UE:Pjan ta' Azzjoni tal-Istatistika 2011-2015" (COM(2011)0713),
— wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni dwar in-Netwerk tal-Unjoni Ewropea għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità" (COM(2012)0717),
— wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib fil-koperazzjoni transkonfinali, partikolarment fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (id-"Deċiżjoni ta' Prüm") (COM(2012)0732),
— wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni bit-titolu "Lejn suq Ewropew integrat għal pagamenti bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl" (COM(2011)0941),
— wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar mezzi konkreti li jsaħħu l-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa inkluż f'dak li jirrigwarda lil pajjiżi terzi (COM(2011)0573),
— wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "Lejn Politika Kriminali tal-UE: L-iżgurar ta' implimentazzjoni effettiva tal-politiki tal-UE permezz tal-liġi kriminali" (COM(2012)0596),
— wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa (GRECO) tas-6 ta' Ġunju 2011 (COM(2011)0307),
— wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu 'Ir-rikavat mill-kriminalità organizzata: jiġi żgurat li "l-kriminalità ma tirrendix"' (COM(2008)0766),
— wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar ir-rwol tal-Eurojust u tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu fl-Unjoni Ewropea (COM(2007)0644),
— wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata fis-settur finanzjarju (COM(2004)0262),
— wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni dwar il-possibbiltà ta' leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tal-protezzjoni tax-xhieda u l-kollaboraturi mal-ġustizzja (COM(2007)0693),
— wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tas-7 ta' Ġunju 2005 lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-iffinanzjar terroristiku(32),
— wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2011 dwar it-Taxxa u l-Iżvilupp – kooperazzjoni ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw dwar il-promozzjoni ta' governanza tajba fi kwistjonijiet fiskali(33),
— wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta' Settembru 2011 dwar l-isforzi tal-UE biex tiġġieled kontra l-korruzzjoni(34), tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-kriminalità organizzata fl-Unjoni Ewropea(35), tat-22 ta' Mejju 2012 dwar l-approċċ tal-UE rigward id-dritt kriminali(36) u tal-14 ta' Marzu 2013 dwar ix-xiri tal-logħob u l-korruzzjoni fl-isport(37),
— wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2013 bir-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar Liġi ta' Proċedura Amministrattiva tal-Unjoni Ewropea(38),
— wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Mejju 2013 dwar il-ġlieda kontra l-Frodi Fiskali, l-Evażjoni Fiskali u r-Rifuġji Fiskali(39),
— wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus: rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet u inizjattivi li għandhom jittieħdu (rapport interim)(40),
— wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2010 dwar l-isforzi tal-Unjoni biex tiġġieled kontra l-korruzzjoni(41),
— wara li kkunsidra r-Rapport Konġunt tal-Europol, l-Eurojust u l-Frontex dwar l-istat tas-sigurtà interna fl-UE (2010),
— wara li kkunsidra l-pjan strateġiku pluriennali 2012-2014 tal-Eurojust u r-rapport annwali tiegħu għall-2011,
— wara li kkunsidra r-rapport tas-SOCTA (Serious and Organised Crime Threat Assessment) tal-Europol ta' Marzu 2013;
— wara li kkunsidra r-rapport tal-Europol tal-2012 dwar is-sitwazzjoni fir-rigward tal-frodi tal-karti tal-ħlas fl-Unjoni Ewropea,
— wara li kkunsidra r-rapport konġunt taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga u tal-Europol bit-titolu "EU Drug Markets Report - A Strategic Analysis" ta' Jannar 2013,
— wara li kkunsidra l-opinjoni 14/2011 tat-13 ta' Ġunju 2011 fuq kwistjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta relatati mal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, adottata mill-grupp ta' ħidma mwaqqaf abbażi tal-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data(42),
— wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tas-seduti ta' smigħ pubbliċi, tad-diskussjonijiet dwar id-dokumenti ta' ħidma u r-rapport interim, tal-iskambji ta' opinjonijiet ma' persuni ta' livell għoli, kif ukoll tal-missjonijiet imwettqa mid-delegazzjonijiet tal-kumitat speċjali tiegħu dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus,
— wara li kkunsidra l-kontribut tal-esperti ta' livell għoli mitlub apposta għal dan l-għan mill-kumitat speċjali tiegħu dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus,
— wara li kkunsidra t-tweġibiet tal-kwestjonarju li ntbagħat lill-parlamenti nazzjonali dwar ir-rwol u l-esperjenzi tagħhom fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, u r-riżultati tal-laqgħa interparlamentari dwar l-istess tema li saret fi Brussell fis-7 ta' Mejju 2013,
— wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
— wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat Speċjali dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus (A7-0307/2013),
Kriminalità organizzata, korruzzjoni u ħasil tal-flus
A. billi l-Kumitat speċjali dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus (CRIM) ingħata mandat biex jinvestiga l-entità tal-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus abbażi tal-aħjar valutazzjonijiet tat-theddid disponibbli u jipproponi miżuri xierqa sabiex l-Unjoni Ewropea tipprevjeni u tindirizza dan it-theddid u tikkumbattih, inkluż fil-livell internazzjonali, Ewropew u nazzjonali;
B. billi l-organizzazzjonijiet kriminali żiedu b'mod progressiv l-ambitu tal-azzjoni tagħhom fil-livell internazzjonali, sfruttaw l-globalizzazzjoni ekonomika u t-teknoloġiji ġodda, u ffurmaw alleanzi ma' gruppi kriminali f'pajjiżi oħrajn (bħal fil-każ tal-kartelli tal-Amerika t'Isfel tad-droga u tal-kriminalità organizzata Russofona) biex jaqsmu swieq u sferi ta' influwenza; billi l-gruppi kriminali qegħdin dejjem aktar jiddiversifikaw l-attivitajiet tagħhom, u qed jiġu stabbiliti rabtiet bejn it-traffikar tad-drogi, it-traffikar tal-bnedmin, il-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali, it-traffikar tal-armi u l-ħasil tal-flus;
C. billi l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata jikkostitwixxu theddid gravi f'termini ta' kostijiet għall-ekonomija tal-UE; billi r-rikavat u l-kapaċità ta' infiltrazzjoni tal-organizzazzjonijiet kriminali żdiedu b'mod notevoli minħabba li huma attivi f'ħafna setturi, li l-biċċa l-kbira minnhom huma soġġetti għall-kontroll tal-amministrazzjoni pubblika; billi l-kriminalità organizzata hija dejjem aktar simili għal suġġett ekonomiku globali, bi spirtu imprenditorjali qawwi u speċjalizzat fil-forniment simultanju ta' tipi differenti ta' prodotti u servizzi illegali, iżda wkoll dejjem aktar legali, u għandha impatt dejjem aktar qawwi fuq l-ekonomija Ewropea u dinjija, u tolqot b'mod sinifikanti d-dħul mit-taxxi tal-Istati Membri u tal-UE b'mod ġenerali, u b'kost annwali għall-impriżi stmat għal aktar minn EUR 670 biljun;
D. billi l-kriminalità organizzata tikkostitwixxi theddida interna transfruntieri ewlenija għas-sigurtà fl-UE f'termini tal-għadd ta' vittmi; billi l-kriminalità organizzata tikseb profitti enormi mit-traffikar tal-bnedmin, it-traffikar illeċitu u l-kuntrabandu ta' organi, armi, drogi u l-prekursuri tagħha, sustanzi tat-tip nukleari, radjoloġiku, bijoloġiku, kimiku, mediċini anki soġġetti għal preskrizzjoni, il-kontraffazzjoni ta' beni ta' konsum ta' użu kurrenti bħal prodotti tal-ikel u prodotti farmaċewtiċi, speċijiet tal-annimali u ta' pjanti protetti u partijiet minnhom, it-tabakk f'kull għamla tiegħu, xogħlijiet tal-arti u diversi prodotti oħrajn li spiss ikunu ffalsifikati; billi t-tipi ta' traffikar imsemmija jwasslu għal telf erarjali għall-Unjoni Ewropea u għall-Istati Membri, jirrappreżenta ħsara għall-konsumaturi, għas-saħħa pubblika u għall-impriżi tal-produzzjoni u jistgħu jiffaċilitaw ukoll it-tixrid ta' forom oħra ta' kriminalità organizzata;
E. billi l-attivitajiet kriminali organizzati ta' tip mafjuż fil-qasam ambjentali – fid-diversi forom ta' traffikar u r-rimi illegali ta' skart u l-qerda tal-patrimonju ambjentali, pajsaġġistiku, artistiku u kulturali – issa ħadu dimensjoni internazzjonali tant li jeħtieġu sforz konġunt mill-pajjiżi Ewropej kollha għal azzjoni komuni aktar effikaċi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ekomafji;
F. billi għadd kbir ta' organizzazzjonijiet kriminali għandhom struttura forma ta' xibka kkaratterizzata minn livelli għoljin ta' flessibbiltà, mobbiltà, konnettività u interetniċità kif ukoll minn kapaċità qawwija ta' infiltrazzjoni u li jimitaw; billi qed tiġi nnutata żieda fit-tendenza għall-appoġġ reċiproku bejn id-diversi organizzazzjonijiet kriminali, li b'dan il-mod jirnexxielhom, anke permezz tal-istrutturi internazzjonali ġodda tagħhom u d-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tagħhom, jegħlbu d-differenzi lingwistiċi u ta' interessi kummerċjali biex jikkonverġu f'tipi ta' traffikar komuni, u b'hekk jitnaqqsu l-ispejjeż u jiżdiedu kemm jista' jkun il-profitti f'perjodu ta' kriżi ekonomika dinjija;
G. billi r-rapport SOCTA tal-Europol tal-2013 jagħti stima li jeżistu 3 600 organizzazzjoni kriminali internazzjonali li joperaw fl-Unjoni Ewropea u billi, minn dawn, 70 % għandhom għamla u ambitu ta' azzjoni ġeografikament eteroġenji u aktar minn 30 % jwettqu diversi forom ta' kriminalità;
H. billi huwa neċessarju għall-Europol li, abbażi ta' informazzjoni adegwata fornuta mill-Istati Membri, jivvaluta l-firxa li biha ċerti gruppi tal-kriminalità organizzata joperaw minn naħa għal oħra tal-konfini interni u esterni tal-UE u liema reati partikolarment gravi b'dimensjoni transnazzjonali u elenkati fl-Artikolu 83 tat-TFUE jikkommettu, billi jikkonċentra fuq settur speċifiku differenti kull darba, u li din il-valutazzjoni tiġi kontrollata bir-reqqa mill-Parlament Ewropew, mill-parlamenti nazzjonali u minn atturi rilevanti oħra biex jiġi żgurat u mmirat aħjar il-valur miżjud tal-azzjoni tal-UE u tal-kollaborazzjoni bejn il-pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji fost l-Istati Membri, ma' pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali;
I. billi l-organizzazzjonijiet kriminali jistgħu jieħdu vantaġġ minn żona griża fejn jikkoinċidu ma' soġġetti oħrajn u jistgħu jiffurmaw alleanzi, għat-twettiq ta' ċerti attivitajiet, ma' ħaddiema mhux manwali (imprendituri, uffiċjali pubbliċi fil-livelli deċiżjonali kollha, persuni politiċi, istituzzjonijiet bankarji, professjonisti eċċ.) li, minkejja li jkunu barra l-istruttura tal-organizzazzjonijiet kriminali, ikollhom x'jaqsmu f'dawn ir-relazzjonijiet ta' negozju li jħallu qligħ għaż-żewġ naħat;
J. billi, skont l-indikazzjonijiet fornuti mill-UNODC, il-flussi finanzjarji marbuta mat-traffikar internazzjonali tad-drogi operat mill-organizzazzjonijiet mafjużi involvew, mhux fi ftit każijiet, istituzzjonijiet bankarji ta' diversi pajjiżi tad-dinja u għalhekk hija indispensabbli azzjoni koordinata ta' indaġni fuq livell internazzjonali sabiex naslu, permezz ta' kanali bankarji, sal-operaturi finanzjarji involuti fit-traffikar internazzjonali tad-drogi;
K. billi l-kriżi ekonomika ta' dawn l-aħħar snin iddeterminat bidliet notevoli fl-oqsma ta' interess għall-kriminalità organizzata, li kienet kapaċi tidentifika malajr l-opportunitajiet il-ġodda li kien hemm, u billi din il-kriżi, li wasslet għal gruppi ġodda ta' migranti li qed ifittxu kundizzjonijiet ta' għajxien u ta' xogħol aħjar, tista' kultant tipprovdi vittmi ġodda għall-isfruttament u ħaddiema b'ħiliet baxxi;
L. billi l-karattru ta' imprenditorija huwa wieħed mill-karatteristiki l-aktar importanti tal-organizzazzjonijiet kriminali moderni, b'tipi ta' azzjoni orjentati bil-qawwa lejn l-ilqugħ tat-talba tas-suq tal-beni u s-servizzi, b'kooperazzjoni kbira ma' realtajiet kriminali oħra u mhux, u b'oxxillazzjoni kontinwa bejn id-dimensjoni apparentement leċita tal-attivitajiet imwettqa, l-atti ta' korruzzjoni u intimidatorji u l-għanijiet illeċiti mwettqa (pereżempju l-ħasil tal-flus);
M. billi d-dimensjoni transnazzjonali tal-kriminalità organizzata hija issa miżjuda mill-faċilità li biha l-gruppi kriminali jinqdew b'kull mezz ta' trasport, b'rotot stabbiliti u infrastrutturi eżistenti anke 'l barra mill-Unjoni Ewropea; billi, b'mod partikolari, it-tisħiħ tal-infrastrutturi ta' komunikazzjoni u ta' trasport attwalment fis-seħħ fil-kontinenet Afrikan jirriskja li jiġi sfruttat mill-kriminalità organizzata biex jiffaċilita t-traffikar illeċitu;
N. billi r-rotot Ewropej u b'mod partikolari dawk li jaqsmu l-Balkani tal-Punent għad għandhom rwol ċentrali fit-traffikar tal-bnedmin, it-traffikar tal-armi u d-droga (u l-prekursuri tagħha) kif ukoll fl-attivitajiet ta' ħasil ta' flus tal-biċċa l-kbira tal-gruppi kriminali li joperaw fl-Ewropa; billi l-eroina maħsuba għall-Unjoni Ewropea tgħaddi minn rotot li jinbidlu
O. billi l-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin jiġu rreklutati, ttrasportati jew alloġġjati bil-forza, il-koerzjoni jew permezz ta’ frodi għal fini ta’ sfruttament sesswali, xogħol jew servizzi furzati, inkluż it-titlib, l-iskjavitù, is-servitudni, l-attivitajiet kriminali, is-servizz domestiku, l-adozzjoni jew iż-żwieġ furzat, jew it-tneħħija tal-organi; billi dawn il-vittmi jiġu sfruttati u mjassra kompletament mit-traffikanti jew l-isfruttaturi tagħhom, jiġu obbligati li jħallsuhom lura djun enormi, bosta drabi jittieħdulhom id-dokumenti tal-identità tagħhom, jiġu msakkra, iżolati u mhedda, jgħixu fil-biża’ u l-possibbiltà ta’ ritaljazzjoni, mingħajr ebda flus u jitrawmu fil-biża’ tal-awtoritajiet lokali, jitilfu kull tama;
P. billi l-fenomeni ta' traffikar tal-bnedmin u tal-organi umani, prostituzzjoni furzata jew skjavitù u tal-ħolqien tal-kampijiet tax-xogħol huma ta' spiss ġestiti mill-organizzazzjonijiet kriminali transnazzjonali; billi, b'mod partikolari, it-traffikar tal-bnedmin kull sena jiġġenera profitti stmati għal EUR 25 biljun u billi dan il-fenomenu kriminali jolqot lill-pajjiżi kollha tal-UE; billi huwa stmat li r-rikavat iġġenerat mit-traffikar tal-ispeċijiet selvaġġi u tal-organi tagħhom huwa bejn EUR 18 u 26 biljun kull sena u l-UE hija s-suq destinatarju ewlieni fid-dinja;
Q. billi filwaqt li t-traffikar tal-bnedmin jevolvi mal-bidliet fiċ-ċirkostanzi soċjoekonomiċi, il-vittmi jiġu prinċipalment minn pajjiżi jew reġjuni li huma soġġetti għal diffikultajiet ekonomiċi u soċjali u billi l-fatturi ta’ vulnerabbiltà ma nbidlux għal snin sħaħ; billi l-kawżi l-oħra tat-traffikar tal-bnedmin jinkludu l-industrija tas-sess li qed tikber u d-domanda għal ħaddiema u prodotti bl-irħis u billi l-fattur komuni fost dawk li jsiru vittmi tat-traffikar huwa, f’termini ġenerali, l-wegħda ta’ kwalità ta’ ħajja u eżistenza aħjar għalihom stess u/jew għall-familji tagħhom;
R. billi, minkejja l-livelli eżatti tat-traffikar tal-bnedmin fl-UE għadhom mhumiex faċli li jiġu identifikati minħabba li spiss huma moħbija wara forom oħra ta' kriminalità jew ma jiġu reġistrati jew investigati b'mod korrett, skont l-istimi n-numru totali ta' ħaddiema furzati fl-Istati Membri tal-UE huwa 880 000, li minnhom 270 000 huma vittmi tal-isfruttament sesswali, u n-nisa jirrappreżentaw il-maġġoranza tagħhom; billi t-traffikar tal-bnedmin u t-tjassir huma forom ta' kriminalità li jirrendu ħafna u spiss huma mmexxija minn organizzazzjoni kriminali transnazzjonali; billi huma milquta l-pajjiżi kollha tal-UE, iżda mhux kollha rratifikaw l-istrumenti internazzjonali rilevanti, li jkun irendu l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin aktar effikaċi; billi, b'mod partikolari, disa' Stati Membri biss ittrasponew u implimentaw bis-sħiħ id-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-Kummissjoni għadha trid timplimenta bis-sħiħ l-Istrateġija tal-UE tagħha lejn il-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin 2012 – 2016;
S. billi t-traffikar illegali ta' sigaretti kull sena jwassal għal telf fit-taxxi ta' madwar EUR 10 biljun; billi l-fatturat mit-traffikar tal-armi ħfief fid-dinja huwa stmat bejn il-EUR 130 u l-EUR 250 miljun fis-sena u billi fl-Ewropa jiċċirkolaw aktar minn 10 miljun arma illegali, li jirrappreżentaw theddida serja għas-sigurtà taċ-ċittadini kif ukoll għall-eżegwibbiltà tal-liġi; billi 97 % mit-30 000 sit elettroniki li joffru lill-Ewropej mediċini bi prezz imraħħas u falsifikati, li kultant jipperikolaw is-saħħa u l-ħajja, huma siti illegali; billi l-inċidenza ta' tali mediċini fuq is-saħħa pubblika Ewropea tammonta għal EUR 3 biljun fis-sena u dawn huma, fil-biċċa l-kbira, mediċini falsifikati li ġejjin miċ-Ċina u mill-Indja;
T. billi r-rapport reċenti mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-Migranti fl-UE pproduċa evidenza li tissuġġerixxi li bosta ċentri ta’ detenzjoni ta' Frontex jittrattaw lill-migranti b’mod li mhuwiex konsistenti mad-drittijiet fundamentali tagħhom;
U. billi użu frawdolenti tal-Internet jippermetti lill-kriminalità organizzata żżid it-traffikar illeċitu ta' sustanzi psikoattivi, armi tan-nar, materjali użati għall-produzzjoni ta' splussivi, karti tal-flus foloz, prodotti ffalsifikati u prodotti oħra li jiksru d-dritijiet tal-proprjetà intellettwali, servizzi u speċijiet tal-annimali u tal-pjanti li jinsabu fir-riskju ta' estinzjoni, sabiex tiġi evitata s-sisa u taxxi oħra fuq il-bejgħ ta' prodotti awtentiċi, kif ukoll li tesperimenta dejjem b'aktar suċċess attivitajiet kriminali ġodda, u b'hekk qed turi kapaċità ta' min jibża' minnha li tadatta għat-teknoloġiji moderni;
V. billi l-kriminalità tal-informatika kulma jmur qiegħda tkun il-kawża ta' dannu ekonomiku u soċjali li jolqot miljuni ta' konsumaturi u ta' telf annwali stmat għal EUR 290 biljun(43);
W. billi f'ħafna każijiet, għall-kriminalità organizzata l-korruzzjoni tal-uffiċjali pubbliċi tippermetti t-traffikar illeċitu tagħha peress li tippermetti, fost affarijiet oħrajn, l-aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali, il-kisba ta' dokumenti foloz, il-kontroll fuq proċeduri ta' sejħa għal offerti, il-ħasil tar-rikavat proprju u l-evitar tal-azzjonijiet kontriha min-naħa tal-awtorità ġudizzjarja u tal-pulizija;
X. billi l-kokaina li toriġina mill-Amerika Ċentrali u mill-Amerika t'Isfel tinbiegħ fl-Ewropa permezz ta' portijiet li jinsabu fil-Grigal tal-Ewropa, fil-Peniżola Iberika u fil-Baħar l-Iswed;
Y. billi fl-2012 fis-suq Ewropew dehru aktar minn 70 sustanza psikoattiva ġdida; billi l-kriminalità organizzata qed tinqeda dejjem aktar b'laboratorji klandestini li jinsabu f'diversi żoni fl-Unjoni Ewropea biex tibdel sustanzi kimiċi leċiti fi prekursuri ta' drogi sintetiċi u biex suċċessivament tipproduċi dawn;
Z. billi l-ħtieġa li l-Istati Membri u l-UE jidentifikaw u jiġġieldu kontra l-oqsma relattivament ġodda tal-kriminalità organizzata, inklużi l-kummerċ fil-minerali rari u tal-metalli misruqa u r-rimi ta' skart tossiku, li qegħdin ikollhom effett negattiv fuq is-swieq leċiti;
AA. billi issa saru spissi l-okkażjonijiet ta' kuntatt u l-forom ta' integrazzjoni bejn is-settur pubbliku u s-settur privat u billi, għalhekk, is-sitwazzjonijiet b'riskju potenzjali ta' kunflitt ta' interessi dejjem qed isiru aktar komuni;
AB. billi fost l-għedewwa taż-żona tal-euro hemm id-differenza fil-produttività bejn l-Istati Membri; billi dan joħloq, fuq perjodu ta' żmien medju u twil, differenza f'termini ta' kompetittività li ma tistax tiġi trattata bi żvalutazzjoni monetarja u li tinvolvi programmi ta' awsterità ħorox u insostenibbli politikament bil-għan ta' żvalutazzjoni interna; billi l-korruzzjoni sistemika fis-settur pubbliku, li tirrappreżenta wieħed mill-ostakoli ewlenin għall-effiċjenza, għall-investimenti diretti barranin u għall-innovazzjoni, b'dan il-mod tfixkel il-funzjonament tajjeb tal-unjoni monetarja;
AC. billi, skont il-Bank Dinji, il-korruzzjoni tirrappreżenta 5 % tal-PDG dinji (USD 2.6 biljun) fejn iżjed minn USD 1 biljun jitħallsu f'tixħim kull sena; billi l-korruzzjoni tammonta għal 10 % tal-kost totali tal-attività kummerċjali fuq livell globali u 25 % tal-kost għall-kuntratti ta' akkwist pubbliku fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw(44);
AD. billi hemm minn tal-anqas 20 miljun każ ta' korruzzjoni żgħira fis-setturi pubbliċi fl-Unjoni u huwa evidenti li l-fenomenu għandu wkoll riperkussjonijiet fl-oqsma tal-amministrazzjoni pubblika tal-Istati Membri (u fuq il-persuni politiċi korrispondenti) li huma responsabbli mill-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni Ewropea u minn interessi finanzjarji oħra;
AE. billi l-flussi ta' flus maħmuġin permezz ta' trasferimenti ta' fondi jistgħu jagħmlu ħsara lill-istabbiltà u lir-reputazzjoni tas-settur finanzjarju u jheddu s-suq intern tal-Unjoni; billi t-traċċabbiltà sħiħa tal-fondi tista' tkun għodda prezzjuża ħafna fil-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-iskoperta tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu;
AF. billi, minkejja l-progress tat-teknoloġija l-ġdida u tal-metodi ta' ħlas għandhom jagħti lok għal soċjetà sikura u li relattivament ma tagħmilx użu minn flus kontanti, l-użu tal-flus kontanti għadu komuni, kif indikat miċ-ċifri tal-BĊE dwar il-ħruġ tal-karti tal-flus, li juru li mill-2002 żdiedu b'mod kostanti (b'mod partikolari rigward il-karti tal-flus f'euro ta' denominazzjonijiet għolja); billi l-movimenti ta' somom kbar ta' flus, li ġejjin minn għejun illeċiti, għadu kwistjoni ta' tħassib għall-infurzar tal-liġi u dan għadu wieħed mill-metodi l-aktar favoriti għar-rimpatriju tar-rikavat mill-kriminalità;
Għad-difiża taċ-ċittadini u tal-ekonomija leċita
AG. billi s-sigurtà taċ-ċittadini u tal-konsumaturi, il-libertà tal-moviment, is-salvagwardja tal-impriżi, il-kompetizzjoni ħielsa u ġusta, il-ħtieġa li jkun evitat li l-akkumulu ta' fondi u provvisti finanzjarji illeċiti jiddeterminaw id-distorsjoni taċ-ċiklu ekonomiku legali, u l-prinċipji demokratiċi fundamentali li jikkostitwixxu l-bażi għall-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri huma mhedda serjament miż-żieda qawwija fil-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus; billi hija meħtieġa rieda politika qawwija fil-livelli kollha biex jingħelbu dawn il-fenomeni;
AH. billi l-kriminalità organizzata, apparti f'atti ta' intimidazzjoni u ta' vjolenza, hija involuta fi frodi dejjem aktar sofistikati u remunerattivi li jieħdu riżorsi importanti mill-ekonomija leċita u jippreġudikaw il-possibilità ta' tkabbir, speċjalment fi żminijiet diffiċli bħalma huma dawk preżenti; billi, b'infiltrazzjoni kapillari kbira fl-ekonomija leċita, il-fenomeni ta' kriminalità organizzata, korruzzjoni u ħasil tal-flus għandhom impatt qerriedi fuq l-Istati Membri;
AI. billi, skont l-uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC), ir-rikavat minn attivitajiet illeċiti fil-livell dinji jammonta għal madwar 3.6 % tal-PDG globali u billi l-flussi ta' flus maħsula llum fid-dinja jirrappreżentaw madwar 2.7 % tal-PDG globali; billi l-Kummissjoni Ewropea tikkalkula li l-kost tal-korruzzjoni fl-Unjoni Ewropea biss jammonta għal madwar EUR 120 biljun fis-sena, jew 1 % tal-PDG tal-UE; billi huma involuti riżorsi sinifikanti meħuda mill-iżvilupp ekonomiku u soċjali, mill-finanzi pubbliċi u mill-benessri taċ-ċittadini;
AJ. billi r-rabtiet bejn il-gruppi kriminali u l-gruppi terroristiċi qed isiru dejjem aktar b'saħħithom; billi, minbarra rabtiet strutturali reali, dan jinkludi, fost l-oħrjan, il-forniment reċiproku ta' servizzi, flus, u forom oħra ta' assistenza materjali; billi dawn ir-rabtiet jirrappreżentaw theddida serja għall-integrità tal-Unjoni Ewropea u għas-sigurtà taċ-ċittadini tagħha;
AK. billi l-burokrazija eċċessiva tista' tiskoraġġixxi l-attività ekonomika leċita u tinċentiva l-korruzzjoni tal-uffiċjali pubbliċi; billi r-rati għoljin ta' korruzzjoni jirrappreżentaw theddida gravi għad-demokrazija, għall-istat tad-dritt u għat-trattament indaqs taċ-ċittadini kollha min-naħa tal-Istat, kif ukoll spiża żejda għall-impriżi, u l-kompetizzjoni ġusta bejniethom tiġi ostakolata; billi l-korruzzjoni tista' tikkomprometti l-iżvilupp ekonomiku billi talloka ħażin ir-riżorsi, speċjalment askapitu tas-servizzi pubbliċi u b'mod partikolari tas-servizzi soċjali u tal-welfare;
AL. billi 74 % taċ-ċittadini Ewropej iqisu l-korruzzjoni bħala waħda mill-problemi nazzjonali u sovranazzjonali ewlenin(45) u billi huwa ppruvat li l-fenomeni ta' korruzzjoni jseħħu fi ħdan is-setturi kollha tas-soċjetà; billi, barra minn hekk, il-korruzzjoni tnaqqas il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet demokratiċi u l-effikaċja tal-gvernijiet eletti fiż-żamma tal-istat tad-dritt, minħabba li toħloq privileġġi u konsegwentement inġustizzja soċjali; billi n-nuqqas ta' fiduċja fil-mexxejja politiċi jiżdied fi żminijiet ta' kriżi ekonomika serja;
AM. billi mhux il-pajjiżi Ewropej kollha għandhom sistema ta' standardizzazzjoni u ħarsien integrat tal-aċċess ċiviku għall-informazzjoni bħala strument ta' monitoraġġ u ta' għarfien, li tiggarantixxi Freedom of Information Act reali ġewwa l-Unjoni Ewropea;
AN. billi anke wara l-kriżi ekonomika, l-aċċess għall-kreditu għall-impriżi b'saħħithom isir aktar diffiċli minħabba l-kostijiet ogħla u l-garanziji akbar mitluba mill-banek; billi kultant l-impriżi f'diffikultajiet ekonomiċi jirrikorru għand l-organizzazzjonijiet kriminali biex jiksbu fondi għall-investimenti, li jippermetti lill-gruppi kriminali jieħdu l-flus li jkunu qalgħu permezz ta' attivitajiet kriminali u jinvestuhom f'attivitajiet ekonomiċi legali;
AO. billi l-ħasil tal-flus jassumi forom dejjem aktar sofistikati, u jinkludi wkoll, pereżempju, iċ-ċrieki illegali iżda kultant anke legali tal-imħatri, b'mod partikolari dawk relatati mal-avvenimenti sportivi; billi l-industrija tal-logħob tal-azzard tista' tintuża għall-finijiet ta' ħasil tal-flus; billi l-kriminalità organizzata tinsab ukoll ta' spiss fil-qalba tal-"iffissar" tar-riżultati ta' avvenimenti sportivi bħala forma ta' attività kriminali li tirrendi;
AP. billi l-kriminalità organizzata ta' spiss tinqeda b'data personali miksuba bi frodi anke online biex toħloq dokumenti foloz u tbiddel dokumenti awtentiċi u b'hekk twettaq reati oħrajn; billi, skont riċerka tal-Kummissjoni Ewropea(46), 8 % tal-utenti tal-Internet fl-Unjoni Ewropea sfaw vittmi ta' frodi tal-identità jew b'xi mod esperjenzawha, u billi 12 % ġarrbu xi forma ta' frodi online; billi l-protezzjoni tad-data personali online hija kundizzjoni preliminari essenzjali tal-ġlieda kontra l-kriminalità online kif ukoll strument importanti sabiex iċ-ċittadini jerġgħu jiksbu l-fiduċja fis-servizzi online;
AQ. billi l-ħasil tal-flus hu marbut mhux biss mal-attivitajiet tipiċi tal-kriminalità organizzata, iżda wkoll mal-korruzzjoni u mal-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa; billi kull sena fl-UE jintilef l-ammont stmat u skandaluż ta' EUR 1 triljun fi dħul ta' taxxa potenzjali minħabba l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, li jirrappreżenta spiża ta' madwar EUR 2000 fis-sena għal kull ċittadin Ewropew, mingħajr ma jittieħdu miżuri xierqa sabiex tiġi indirizzata l-problema;
AR. billi l-ħasil tal-flus jassumi forom dejjem aktar sofistikati, u jinkludi wkoll, pereżempju, iċ-ċrieki illegali iżda kultant anke legali tal-imħatri, b’mod partikolari dawk relatati mal-avvenimenti sportivi; billi l-kriminalità organizzata tinsab ukoll ta' spiss fil-qalba tal-manipulazzjoni tal-logħob bħala forma ta' attività kriminali li tirrendi;
AS. billi l-attivitajiet tal-kriminalità organizzata jinkludu dejjem aktar ta' spiss il-kontraffazzjoni ta' kwalunkwe tip ta' prodotti, minn beni lussużi għal dawk għall-użu ta' kuljum; billi dan jirrappreżenta riskju gravi għas-saħħa tal-konsumaturi, jikkomprometti s-sigurtà tal-postijiet tax-xogħol, huwa ta' ħsara għall-impriżi interessati u jwassal għal telf erarjali enormi; billi l-kontraffazzjoni kultant hija aċċettata soċjalment minħabba li hija meqjusa li ma tinvolvix vittmi reali u billi dan inaqqas ir-riskju li jiġu identifikati l-organizzazzjonijiet kriminali involuti;
AT. billi l-għadd li dejjem qed jiżdied ta' reati kommessi kontra s-settur agroalimentari mhux biss qed ipoġġi f'periklu serju saħħet iċ-ċittadini Ewropej iżda qed joħloq ukoll ħsara konsiderevoli lill-dawk il-pajjiżi li għamlu l-eċċellenza l-forte ewlieni tagħhom;
AU. billi madwar EUR 193 biljun fi dħul tal-VAT (1.5 % tal-PDG) intilef minħabba nuqqas ta' konformità jew nuqqas ta' ġbir fl-2011, skont il-Kummissjoni; billi l-iskala tal-frodi tat-taxxa u tal-evitar tat-taxxa tnaqqas il-fiduċja u l-kunfidenza taċ-ċittadini fil-ġustizzja u l-leġittimità tal-ġbir tat-taxxa u s-sistema tat-taxxa kollha kemm hi; billi l-frodi tal-VAT tiġġenera telf fid-dħul għall-Unjoni Ewropea li jammonta għal EUR 100 biljun fis-sena; billi l-iskala tal-frodi tat-taxxa u tal-evitar tat-taxxa tikkomprometti l-fiduċja taċ-ċittadini fl-ekwità u fil-leġittimità tal-ġbir tat-taxxa u tat-tassazzjoni b'mod ġenerali;; billi d-diverġenza tal-VAT tal-UE kważi rduppjat mill-2006, u huwa stmat li terz minnha huwa dovut għall-frodi tal-VAT; billi t-tisħiħ tas-setgħat operattivi tal-OLAF fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT jista' jikkontribwixxi sabiex titnaqqas drastikament l-okkorrenza ta' dan ir-reat;
AV. billi l-ispiża tal-korruzzjoni fl-akkwist pubbliku fl-2010 ammontat għal bejn EUR 1.4 u 2.2 biljun fi tmien Stati Membri biss;
Il-ħtieġa għal approċċ komuni fil-livell Ewropew
AW. billi t-tqegħid tal-organizzazzjonijiet kriminali mafjużi bħala elementi ta' attenzjoni fost il-prijoritajiet deliberati mill-Kunsill ĠAI fis-6-7 ta' Ġunju 2013 għaċ-ċiklu ta' politiki 2014-2017 kontra l-kriminalità organizzata transkonfinali huwa prova tal-awtorevolezza tax-xogħol tal-Kumitat CRIM – u tal-Parlament Ewropew ġenerali – li fuq dan is-suġġett ibbaża parti importanti tas-seduti ta' smigħ tagħha u jirrappreżenta r-rikonoxximent ta' linja politika komuni u b'saħħitha fost l-istituzzjonijiet Ewropej kontra t-theddida tal-kriminalita mafjuża u tas-sistemi kriminali;
AX. billi, kif ikkonfermat mill-Europol fl-2013, wieħed mill-akbar perikli fil-ġlieda kontra l-mafji huwa s-sottovalutazzjoni potenzjali tal-fenomenu, tal-komplessità tiegħu, tal-abilitajiet organizzattivi straordinarji tal-kriminali, tal-kapaċità tagħhom li jadattaw ruħhom għad-diversi ambiti territorjali u soċjali, billi xi drabi jirrinunzjaw għall-"kontroll militari" tat-territorju u jagħżlu, minflok, strateġija "moħbija" li hija maħsuba biex jaqalgħu profitti enormi waqt li jibqgħu inviżibbli;
AY. billi l-organizzazzjonijiet kriminali huma kapaċi jisfruttaw għall-vantaġġ tagħhom stess il-moviment liberu ta' persuni, merkanzija, servizzi u kapital fl-Unjoni Ewropea kif ukoll id-differenzi li jeżistu fil-leġiżlazzjoni u fit-tradizzjonijiet ġuridiċi tal-Istati Membri; billi r-rifuġji fiskali u l-pajjiżi li għandhom prattiki fiskali mhux trasparenti jew dannużi jiżvolġu rwol essenzjali għall-ħasil tal-flus minn rikavat illeċitu; billi l-persistenza tad-distorsjonijiet maħluqa mir-rifuġji fiskali tista' twassal għal flussi artifiċjali u għal effetti negattivi fis-suq intern tal-UE; billi l-kompetizzjoni tat-taxxa ta' ħsara fl-Unjoni Ewropea tmur b'mod ċar kontra l-loġika tas-suq uniku; billi huma meħtieġa iżjed sforzi sabiex jiġu armonizzati l-bażijiet tat-taxxa fi ħdan Unjoni ekonomika, fiskali u baġitarja li dejjem aktar integrata;
AZ. billi diġà saru xi sforzi fil-livell Ewropew biex ikun assigurat qafas leġiżlattiv u ġuridiku armonizzat fil-qasam tal-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus; billi ċerti objettivi fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus ma jistgħux jintlaħqu mill-Istati Membri jekk dawn jaġixxu individwalment; billi, madankollu, qed jittieħdu azzjonijiet ta' ġlieda ġodda u miżuri ġodda ta' armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali kontra dawn il-fenomeni versatili;
BA. billi, biex tiġi miġġielda l-kriminalità organizzata, il-leġiżlaturi tal-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jirreaġixxu fil-ħin u b'mod effikaċi għat-tibdil fl-istrutturi u għall-forom ġodda ta' kriminalità, u speċjalment wara t-Trattat ta' Lisbona l-Istati Membri kollha għandhom jiggarantixxu Unjoni ta' libertà, sigurtà u ġustizzja;
BB. billi l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-euro għandha tkun prijorità; billi, għal dan l-għan, jeħtieġ li jitrażżan il-fenomenu li dejjem qed jikber ta' approprjazzjoni indebita ta' fondi Ewropej min-naħa ta' organizzazzjonijiet kriminali (imsejħa frodi Komunitarja) u tal-falsifikazzjoni tal-euro; billi fil-livell Ewropew ġew żviluppati programmi bħal Hercule, Fiscalis, Dwana u Pericles sabiex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u jiġġieldu kontra l-attivitajiet kriminali u illeċiti transnazzjonali u transfruntieri;
BC. billi r-rikonoxximent reċiproku huwa kkunsidrat bħala prinċipju fundamentali li jikkostitwixxi l-bażi għall-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni;
BD. billi, kif iddikjarat fid-Diġest ta' każijiet ta' kriminalità organizzata UNODC 2012, it-tekniki speċjali ta' investigazzjoni spiss jirriżultaw insostitwibbli fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-kriminalità organizzata. Bis-saħħa tagħhom jirriżultaw is-suċċessi milħuqa fl-aktar investigazzjonijiet serji u kumplessi kif jidher mill-każijiet; billi l-Artikolu 20(1) tal-Konvenzjoni tan-NU ta' Palermo jistieden lill-Istati Partijiet jużaw it-tekniki investigattivi speċjali bl-għan li jiġġieldu b'mod effikaċi l-kriminalità organizzata; Billi tali tekniki jridu jiġu regolati mil-liġi, ikunu proporzjonati u neċessarji f'soċjetà demokratika, u jkunu suġġetti għal skrutinju mill-awtoritajiet ġudizzjarji u korpi indipendenti oħra permezz ta' awtorizzazzjoni minn qabel u superviżjoni matul l-investigazzjoni jew reviżjoni ex post facto, sabiex tiġi żgurata l-konformità sħiħa mad-drittijiet tal-bniedem, kif meħtieġ mir-Rakkomandazzjoni (2005)10 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa dwar it-tekniki speċjali ta' investigazzjoni għal dak li jikkonċerna reati serji inklużi atti ta' terroriżmu;;
BE. billi, jekk huwa minnu li l-indipendenza ġudizzjarja hija essenzjali għall-idea tas-separazzjoni tas-setgħat, huwa minnu wkoll li sistema ġudizzjarja effiċjenti, indipendenti u imparzjali hija importanti għall-istat tad-dritt u għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet ċivili taċ-ċittadini tagħna; billi l-qrati ma għandhom ikunu soġġetti għall-ebda influwenza jew interess;
BF. billi din ir-riżoluzzjoni hija maħsuba biex tipprovdi direzzjoni politika fir-rigward għal leġiżlazzjoni futura tal-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri.
Appoġġ għal qafas leġiżlattiv omoġenju u koerenti - il-protezzjoni u l-assistenza għall-vittmi
1. Itenni dak li ġie espress fir-rapport interim tiegħu, adottat bir-riżoluzzjoni tal-11 ta' Ġunju 2013, li din ir-riżoluzzjoni għandha l-għan li tikkonferma, anke fil-previżjonijiet li hawnhekk mhumiex espressi b'mod espliċitu, u li tintegra;
2. Jistieden lill-Kummissjoni tniedi pjan ta' azzjoni Ewropew kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus li jkun jinkludi miżuri leġiżlattivi u azzjonijiet pożittivi finalizzati biex jiġġieldu b'mod effikaċi kontra dawn il-fenomeni kriminali;
3. Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jadottaw immedjatament u b'mod korrett fl-ordinamenti rispettivi tagħhom l-istrumenti leġiżlattivi Ewropej u internazzjonali kollha fis-seħħ dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus; iħeġġeġ lill-Istati Membri u l-Kummissjoni jlestu l-Pjan Direzzjonali dwar id-drittijiet ta' dawk il-persuni ssuspettati u akkużati fil-proċedimenti kriminali, inkluża direttiva dwar id-detenzjoni ta' qabel il-proċess;
4. Jappoġġa ċ-ċiklu ta' politiki kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali li beda għall-perjodu 2011-2013 u għal dak sussegwenti 2014-2017 u jitlob sforz mill-Istati Membri u mill-aġenziji sabiex din l-inizjattiva tissarraf f'riżultati tanġibbli; iqis li ċiklu ta' politiki bħal dan għandu jkun integrat fi pjan ta' azzjoni Ewropew usa' kontra l-kriminalità organizzata u s-sistemi kriminali; iqis li ċiklu ta' politiki bħal dan, mir-reviżjoni prevista tiegħu għal Ottubru 2015, għandu jinkludi fost il-prijoritajiet trasversali tiegħu anke l-korruzzjoni;
5. Jistieden lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jirrevedi minnufih il-konklużjonijiet tiegħu tat-8 u tad-9 ta' Novembru 2010 dwar l-istabbiliment u l-attwazzjoni ta' ċiklu politiku tal-UE għall-ġlieda kontra l-kriminalità kbira u l-kriminalità organizzata internazzjonali bil-għan li tkun permessa l-parteċipazzjoni tal-Parlament Ewropew, f'konformità mal-ispirtu tat-Trattat ta' Lisbona, bid-definizzjoni tal-prijoritajiet, bid-diskussjoni tal-objettivi strateġiċi u bil-valutazzjoni tar-riżultati ta' ċiklu politiku bħal dan; jitlob li jkun informat mill-Kunsill dwar l-eżiti tal-ewwel ċiklu ta' politiki 2011-2013 u li jkun hemm awditjar annwali tal-COSI biex isir magħruf fid-dettall l-istat ta' progress tal-pjanijiet annwali ta' twettiq tal-objettivi strateġiċi;
6. Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tipproponi standards ġuridiċi komuni għat-tisħiħ tal-integrazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni, b'mod partikolari, abbażi ta' valutazzjoni tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru relatata mal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u billi tispira ruħha mil-leġiżlazzjoni aktar avvanzata tal-Istati Membri, tippreżenta proposta leġiżlattiva sal-2013 li tistabbilixxi definizzjoni komuni tal-kriminalità organizzata, li għandha tinkludi, fost l-oħrajn, ir-reat tal-parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali transnazzjonali, u tenfasizza l-fatt li gruppi kriminali ta' dan it-tip għandhom spirtu imprenditorjali, huma organizzati ħafna, jużaw teknoloġija sofistikata u spiss jirrikorru għall-intimidazzjoni u għar-rikatt; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra wkoll l-Artikolu 2(a) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali;
7. Itenni li d-dispożizzjonijiet tal-Unjoni Ewropea dwar id-dritt kriminali sostanzjali għandhom jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u l-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità kif ukoll dak li ġie espress fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Mejju 2012 dwar approċċ tal-UE rigward id-dritt kriminali;
8. Jistieden lill-Kummissjoni tikkriminalizza l-abbuż u l-isfruttament tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, u tiżviluppa b'mod urġenti sistema ta' ġbir tad-data kumparabbli u affidabbli fuq livell tal-UE, ibbażata fuq indikaturi sodi komuni u maqbula, flimkien mal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet internazzjonali rilevanti; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta, mill-aktar fis possibbli, il-miżuri u l-istrumenti kollha ppreżentati fil-komunikazzjoni bit-titolu "Strateġija tal-UE lejn il-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin 2012 – 2016", u tistabbilixxi Osservatorju kontra t-Traffikar tal-UE, miftħu għall-gvernijiet, għall-aġenziji inkarigati mill-eżekuzzjoni tal-liġi u għall-NGOs; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jsaħħu d-dimensjoni esterna u l-ambitu ta' prevenzjoni tal-miżuri u tal-programmi, partikolarment permezz tal-ftehimiet bilaterali mal-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu u b'attenzjoni speċjali lill-minuri mhux akkumpanjati; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu t-traffikar tal-bnedmin soċjalment inaċċettabbli permezz ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni b'saħħithom u sostnuti li jiġu valutati annwalment bħala parti mill-Jum Ewropew kontra t-Traffikar;
9. Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa politika globali koerenti kontra l-korruzzjoni; jirrakkomanda li, waqt it-tħejjija tar-rapport tagħha dwar l-azzjonijiet li ttieħdu mill-Istati Membri u mill-istituzzjonijiet tal-UE kontra l-korruzzjoni, il-Kummissjoni għandha tipproponi u tinkludi sensiela ta' rakkomandazzjonijiet konkreti għal kull Stat Membru u kull istituzzjoni tal-UE, filwaqt li tenfasizza l-eżempji tal-aqwa prassi kontra din il-korruzzjoni sabiex jitrawmu, u l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE jiġu mħeġġa jwettqu, eżerċizzji ta' tagħlim bejn il-pari fuq perjodu twil; jirrakkomanda wkoll li l-Kummissjoni tinkludi ħarsa ġenerali kompluta tal-oqsma vulnerabbli tal-korruzzjoni fil-livell nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-pubblikazzjoni tar-rapport li jmiss fl-2015 sabiex issegwi l-progress li sar tul iż-żmien bis-saħħa tal-isforzi tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-UE fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew dwar l-azzjonijiet li jittieħdu mill-Istati Membri u taġġorna l-leġiżlazzjoni Ewropea fis-seħħ, meta jkun meħtieġ;
10. Huwa tal-opinjoni li l-liġijiet dwar il-malafama/libell jiddiswadu r-rappurtar possibbli tal-korruzzjoni; iħeġġeġ għaldaqstant lill-Istati Membri kollha jiddepenalizzaw il-liġijiet ta' malafama/libell fl-ordinamenti ġuridiċi tagħhom, tal-inqas għall-każijiet meta jkun hemm involuti allegazzjonijiet ta' kriminalità organizzata, korruzzjoni u ħasil tal-flus fl-Istati Membri u barra mill-pajjiż;
11. Jistieden lill-Kummissjoni tirraporta b'mod regolari lill-Parlament Ewropew dwar l-azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus;
12. Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta sal-2013 proposta tagħha dwar l-armonizzazzjoni tad-dritt kriminali fir-rigward tal-ħasil ta' flus, biex fiha tforni definizzjoni komuni tar-reat ta' "awtoħasil" abbażi tal-aħjar prattiki tal-Istati Membri;
13. Jieħu nota tal-proposti leġiżlattivi reċenti dwar il-ħolqien tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (EPPO) u tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) u jappella għall-adozzjoni fil-pront tagħhom; iqis li huwa fundamentali li l-EPPO jkun sostnut minn qafas ċar tad-drittijiet proċedurali u jiġi definiti b'mod ċar ir-reati li dwarhom l-Uffiċċju se jkollu awtorità;
14. Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta, sa tmiem l-2013, proposta leġiżlattiva li tistabilixxi programm Ewropew effikaċi u komprensiv ta' protezzjoni għall-informaturi fis-settur pubbliku u privat bil-għan għall-protezzjoni ta' dawk li jidentifikaw ġestjoni ineffiċjenti u irregolaritajiet u jirrapportaw każijiet ta' korruzzjoni nazzjonali u transkonfinali relatati mal-interessi finanzjarji tal-UE u għall-protezzjoni tax-xhieda, ta' dawk li jipprovdu informazzjoni u tal-kollaboraturi tal-ġustizzja, u partikolarment tax-xhieda li jixhdu kontra l-organizzazzjonijiet ta' tip mafjuż jew kriminali oħrajn, bil-għan li toffri soluzzjoni għall-kundizzjonijiet ta' ħajja diffiċli tagħhom (mir-riskji ta' ritaljazzjoni għad-disgregazzjoni tar-rabtiet familjari, mill-eradikazzjoni territorjali għall-esklużjoni soċjali u professjonali); jistieden ukoll lill-Istati Membri jistabbilixxu protezzjoni xierqa u effikaċi tal-informaturi;
15. Jenfasizza li qafas leġiżlattiv effikaċi għandu jqis kif dovut l-interazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet relatati mal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus u d-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data personali b'tali mod li dawn jiġu miġġielda mingħajr ma jitnaqqsu l-istandards stabbiliti fir-rigward tal-protezzjoni tad-data; jilqa', f'dan ir-rigward, is-sistema ta' protezzjoni ta' data li tintuża minn Europol kif ukoll il-proposta dwar ir-raba' Direttiva dwar il-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus ippreżentata mill-Kummissjoni;
16. Jirrakkomanda li l-Parlament Ewropew, l-Istati Membri u l-Kummissjoni, u bl-appoġġ tal-Europol, tal-Eurojust u tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, jiddefinixxu indikaturi, abbażi ta' sistemi rikonoxxuti u kriterji komuni, kemm jista' jkun uniformi u konformi biex ikejlu, mill-inqas, il-kobor, il-kostijiet u l-ħsara soċjali tal-kriminalità organizzata, tal-korruzzjoni u tal-ħasil tal-flus fil-livell tal-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvestigaw il-ħsara soċjali maħluqa minn reati ambjentali, ekonomiċi u korporattivi;
17. Jenfasizza l-ħtieġa tal-applikazzjoni sħiħa u t-tisħiħ tal-istrumenti ta' rikonoxximent reċiproku fis-seħħ u ta' leġiżlazzjoni Ewropea li tiżgura eżekuzzjoni immedjata tal-provvedimenti kollha tal-awtorità ġudizzjarja, b'riferiment partikolari għall-kundanni, għall-mandati ta' arrest u għall-ordnijiet ta' konfiska fit-territorju ta' Stat Membru differenti minn dak fejn ikunu nħarġu, filwaqt li jiġi rispettat totalment il-prinċipju ta' proporzjonalità; jistieden lill-Kummissjoni, bħala prijorità, tintervjeni bi proposta leġiżlattiva adegwata u konkreta biex tagħmel effettiv ir-rikonoxximent reċiproku tal-ordnijiet għal sekwestru u konfiska, inklużi dawk maħruġa f'ambitu ċivili; iqis neċessarju li titjieb l-assistenza legali reċiproka kif ukoll ir-rikonoxximent reċiproku tal-mezzi ta' prova fost l-Istati Membri; jisħaq fuq l-importanza ta' aġġornament u ta' titjib tal-mekkaniżmi tal-ittri rogatorji: jitlob li t-talbiet ta' estradizzjonijiet rigward membri ta' organizzazzjonijiet kriminali jirċievu trattament prijoritarju min-naħa tal-awtoritajiet li jirċievu talbiet bħal dawn;
18. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jkomplu jwettqu sforzi komuni sabiex jikkonkludu n-negozjati dwar l-abbozz ta' direttiva dwar l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropew f'materji kriminali, bil-għan li jiġi semplifikat il-ġbir tal-provi fil-każijiet transkonfinali u tkun possibbli kooperazzjoni ġudizzjarja faċli u effikaċi, immirata biex tiġġieled il-kriminalità transnazzjonali;
19. Iqis li hi ta' importanza fundamentali l-approvazzjoni mgħaġġla tad-Direttiva dwar il-konfiska tar-rikavat minn attività kriminali u jagħraf l-importanza prijoritarja ta' normi ċari u effikaċi, li huma kapaċi jipproduċu armonizzazzjoni effettiva fuq livell Ewropew; jistieden lill-Istati Membri għal traspożizzjoni fil-ħin u effikaċi tad-direttiva futura;
20. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jiffavorixxu l-kooperazzjoni internazzjonali u biex jappoġġjaw programm Ewropew maħsub biex jippromwovi l-iskambju u d-diffużjoni ta’ prattiki tajba għall-ġestjoni effikaċi tal-assi konfiskati;
21. Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jintensifikaw il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u x-xogħol furzat; jemmen li l-ġlieda kontra x-xogħol furza