Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 21 ta' Novembru 2013 - Strasburgu
Orizzont 2020 - programm qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni (2014-2020) ***I
 Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f'Orizzont 2020 ***I
 L-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija ***I
 Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija ***I
 Programm għall-Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (2014 - 2020) ***I
 Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 *
 L-Istatistika Ewropea ***I
 Programm tal-UE għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni ***I
 Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE)***I
 Programm ta' azzjoni għat-tassazzjoni ***I
 Programm ta' azzjoni għad-dwana ***I
 Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Emenda għal Solvenza II) ***I
 Is-sitwazzjoni attwali tal-aġenda ta' Doha għall-iżvilupp
 Pjan ta' Azzjoni dwar l-Intraprenditorija 2020: Tkebbis mill-ġdid tal-ispirtu tal-intraprendenza fl-Ewropa
 L-implimentazzjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni
 Il-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea
 It-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tal-UEM
 Bangladexx: id-drittijiet tal-bniedem u l-elezzjonijiet li jmiss
 Qatar: is-sitwazzjoni tal-ħaddiema migranti
 Ġustizzja ġusta fil-Bolivja, b'mod partikolari l-każijiet ta' Előd Tóásó u Mario Tadic

Orizzont 2020 - programm qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni (2014-2020) ***I
PDF 321kWORD 146k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020 (2014–2020) (COM(2011)0809 – C7-0466/2011 – 2011/0401(COD))
P7_TA(2013)0499A7-0427/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0809),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 173(3) u 182(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0466/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-19 ta' Lulju 2012(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tat-12 ta’ Settembru 2013 li l-pożizzjoni tal-Parlament tiġi approvata, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal- Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  Wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għas-Sajd, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0427/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE

P7_TC1-COD(2011)0401


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1291/2013.)

ANNESS MAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 19

Għall-Programm ta' Qafas Orizzont 2010, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi li tissokta bl-istess qafas etiku tas-Seba' Programm Qafas biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-finanzjament tal-UE għar-riċerka fuq ċelloli staminali tal-embrijoni tal-bniedem.

Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi l-issuktar ta' dan il-qafas ta' etika minħabba li dan żviluppa, abbażi tal-esperjenza, approċċ responsabbli għal qasam promettenti ħafna tax-xjenza u wera li jaħdem b'mod sodisfaċenti fil-kuntest ta' programm tar-riċerka li fih riċerkaturi jipparteċipaw minn bosta pajjiżi b'sitwazzjonijiet regolatorji differenti ħafna.

(1)  Id-deċiżjoni dwar il-Programm ta' Qafas Orizzont 2010 espliċitament teskludi tliet oqsma tar-riċerka mill-finanzjament Komunitarju:

–  attivitajiet ta' riċerka li jimmiraw għall-klonazzjoni tal-bniedem għal finijiet ta' riproduzzjoni;

–  attivitajiet ta' riċerka maħsuba biex jimmodifikaw il-wirt ġenetiku tal-bnedmin, li jistgħu jwasslu biex tibdiliet bħal dawn isiru ereditarji;

–  attivitajiet tar-riċerka intenzjonati li joħolqu embrijuni umani biss għall-iskop ta’ riċerka jew għall-iskop ta’ akkwist taċ-ċelloli staminali, inkluż b’mezzi ta’ trasferiment tan-nuklei taċ-ċelloli somatiċi.

(2)  L-ebda attività pprojbita fl-Istati Membri kollha m'hi ser tiġi ffinanzjata. Fejn attività tkun ipprojbita fi Stat Membru, din mhix ser tiġi ffinanzjata f'dak l-Istat Membru.

(3)  Id-deċiżjoni dwar il-Programm ta' Qafas Orizzont 2010 u d-dispożizzjoniiet għall-qafas ta' etika li jirregola l-finanzjament Komunitarju tar-riċerka dwar iċ-ċelloli staminali tal-embrijoni tal-bniedem bl-ebda mod ma tinvolvi ġudizzju ta' valur dwar il-qafas regolatorju jew etiku li jirregola din ir-riċerka fl-Istati Membri.

(4)  Meta l-Kummissjoni Ewropea tagħmel sejħa għal proposti, hija ma tissolleċitax b'mod espliċitu l-użu ta' ċelloli staminali tal-embrijoni tal-bniedem. L-użu possibbli ta' ċelloli staminali tal-bniedem, sew jekk ikunu dderivati minn adulti jew minn embrijoni, jiddependi mill-ġudizzju tax-xjenzati, fid-dawl tal-objettivi li jkunu jridu jilħqu. Fil-prattika, il-parti l-kbira nett tal-fondi Komunitarji għar-riċerka dwar iċ-ċelloli staminali tmur għall-użu ta' ċelloli staminali adulti. Ma hemm l-ebda raġuni għaliex dan għandu jinbidel sostanzjalment fil-Programm ta' Qafas Orizzont 2010.

(5)  Kull proġett li jipproponi li juża ċelloli staminali tal-embrijoni tal-bniedem għandu jgħaddi b'suċċess minn evalwazzjoni xjentifika li matulha esperti xjentifiċi indipendenti jivvalutaw il-ħtieġa li jintużaw tali ċelloli staminali biex jintlaħqu l-objettivi xjentifiċi.

(6)  Il-proposti li jgħaddu b'suċċess mill-evalwazzjoni xjentifika mbagħad ikunu soġġetti għal reviżjoni etika stretta organizzata mill-Kummissjoni Ewropea. F'din ir-reviżjoni etika, jitqiesu l-prinċipji riflessi fil-Karta tal-UE tad-Drittijiet Fundamentali u l-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti, bħall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Bijomediċina, iffirmata f'Oviedo fl-4 ta' April 1997, u l-protokolli addizzjonali tagħha, kif ukoll id-Dikjarazzjoni Universali dwar il-Ġenoma tal-Bniedem u d-Drittijiet tal-Bniedem adottata mill-UNESCO. Ir-reviżjoni etika sservi wkoll biex tassigura li l-proposti jirrispettaw ir-regoli tal-pajjiżi fejn tkun ser titwettaq ir-riċerka.

(7)  F'każijiet partikolari, jista' jitwettaq kontroll etiku matul il-perjodu tal-proġett.

(8)  Qabel ma jibda, kull proġett li jipproponi l-użu ta' ċelloli staminali tal-embrijoni tal-bniedem għandu jikseb l-approvazzjoni tal-kumitat tal-etika nazzjonali jew lokali rilevanti. Ir-regoli u l-proċeduri nazzjonali kollha għandhom jiġu osservati, inkluż f'dak li jirrigwarda kwistjonijiet bħall-kunsens tal-ġenituri, l-assenza ta' tħajjir finanzjarju, eċċ. Ser isiru kontrolli dwar jekk il-proġett jinkludix referenzi għal miżuri ta' liċenzjar u kontroll li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ser titwettaq ir-riċerka.

(9)  Proposta li tgħaddi b'suċċess l-evalwazzjoni xjentifika, ir-reviżjonijiet etiċi nazzjonali jew lokali u r-reviżjoni etika Ewropea, tiġi ppreżentata għall-approvazzjoni, fuq bażi ta' każ b'każ, lill-Istati Membri, mlaqqgħin bħala kumitat skont il-proċedura ta' eżami. L-ebda proġett li jinvolvi l-użu ta' ċelloli staminali tal-embrijoni tal-bniedem u li ma jiksibx l-approvazzjoni mill-Istati Membri m'hu ser jiġi ffinanzjat.

(10)  Il-Kummissjoni Ewropea ser tkompli taħdem biex ir-riżultati tar-riċerka dwar ċelloli staminali, li tkun ġiet iffinanzjata mill-Komunità, ikunu ġeneralment aċċessibbli għar-riċerkaturi kollha, għall-benefiċċju aħħari tal-pazjenti fil-pajjiżi kollha.

(11)  Il-Kummissjoni Ewropea ser tappoġġa azzjonijiet u inizjattivi li jikkontribwixxu għal koordinazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni, f'approċċ etiku responsabbli, tar-riċerka dwar iċ-ċelloli staminali tal-embrijoni tal-bniedem. B'mod partikolari, il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa reġistru Ewropew ta' linji ta' ċelloli staminali tal-embrijoni tal-biedem. Appoġġ għal tali reġistru ser jippermetti monitoraġġ taċ-ċelloli staminali eżistenti tal-embrijoni tal-bniedem fl-Ewropa, ser jikkontribwixxi għall-massimizzazzjoni tal-użu tagħhom mix-xjenzjati u jista' jgħin biex jiġu evitati derivazzjonijiet mhux meħtieġa ta' linji ġodda ta' ċelloli staminali.

(12)  Il-Kummissjoni Ewropea ser tissokta l-prattika attwali u mhix ser tressaq quddiem il-kumitat, skont il-proċedura ta' eżami, proposti għal proġetti li jinkludu attivitajiet ta' riċerka li jeqirdu l-embrijoni tal-bniedem, inklużi dawk għall-ksib ta' ċelloli staminali. L-esklużjoni mill-finanzjament ta' dan il-pass ta' riċerka mhux ser jimpedixxi l-finanzjament Komunitarju ta' passi sussegwenti li jinvolvu ċ-ċelloli staminali tal-embrijoni tal-bniedem.

Dikjarazzjoni dwar l-Enerġija

Il-Kummissjoni tagħraf ir-rwol essenzjali fil-ġejjieni tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fl-istadju tal-użu finali u tal-enerġija li tiġġedded, l-importanza ta' grids u ħżin itjeb fil-massimizzazzjoni tal-potenzjal tagħhom, u l-ħtieġa ta' miżuri għall-adozzjoni mis-suq, sabiex tinbena l-kapaċità, titjieb il-governanza u jingħelbu l-ostakoli tas-suq sabiex ikunu jistgħu jintużaw soluzzjonijiet tal-effiċjenza tal-enerġija u tal-enerġija li tiġġedded.

Il-Kummissjoni se tagħmel ħilitha biex tiżgura li tal-inqas 85 % tal-baġit għall-isfida enerġetika tal-Orizzont 2020 jintefaq fl-oqsma tal-fjuwils mhux fossili, u li minnhom tal-anqas 15 % tal-baġit globali għall-isfida enerġetika jintefaq għal attivitajiet tal-adozzjoni mis-suq ta' teknoloġiji eżistenti tal-enerġija rinnovabbli u tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-Programm Enerġija Intelliġenti - Ewropa III. Dan il-Programm se jiġi implimentat permezz ta' struttura speċifika ta' ġestjoni u se jinkludi wkoll appoġġ għall-implimentazzjoni sostenibbli tal-politika dwar l-enerġija, il-bini tal-kapaċità u l-mobilizzazzjoni ta' finanzjament għall-investiment, kif twettaq sal-lum.

Il-bqija se jkun iddedikat għal teknoloġiji bbażati fuq il-fossili u għall-għażliet għall-iżvilupp, li huma kkunsidrati essenzjali biex tintlaħaq il-viżjoni għall-2050 u biex tiġi appoġġjata t-trasformazzjoni f'sistema ta' enerġija sostenibbli.

Il-progress lejn l-ilħuq ta' dawn l-objettivi se jkun moniterjat u l-Kummissjoni se tirrapporta b'mod regolari dwar il-progress miksub.

Dikjarazzjoni dwar it-tixrid tal-eċċellenza u t-twessigħ tal-parteċipazzjoni

Il-Kummissjoni hija impenjata li twaqqaf u timplimenta l-miżuri biex tagħlaq id-distakk tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa taħt l-intestatura ġdida " It-tixrid tal-eċċellenza u t-twessigħ tal-parteċipazzjoni". Il-livell ta' finanzjament previst għal dawn il-miżuri mhuwiex se jkun anqas mill-ammont minfuq fis-Seba' Programm ta' Qafas dwar l-azzjonijiet li jindirizzaw it-"twessigħ tal-parteċipazzjoni".

L-attivitajiet ġodda ta' COST meħuda fil-kuntest tat-"twessigħ tal-parteċipazzjoni" għandhom jiġu appoġġjati mill-baġit allokat għat-"tixrid tal-eċċellenza u t-twessigħ tal-parteċipazzjoni". L-attivitajiet tal-COST li ma jaqgħux taħtu, u li għandhom ikunu ta' ordni ta' kobor ugwali f'termini ta' baġit, għandhom jiġu appoġġjati mill-baġit allokat għal '6. L-Ewropa f’Dinja li qed tinbidel – Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u riflessivi'.

Il-parti l-kbira tal-attivitajiet relatati mal-Faċilità ta' Sostenn għall-Politika u man-netwerks transnazzjonali tal-punti ta' kuntatt nazzjonali għandhom ikunu appoġġjati wkoll mill-baġit allokat għal '6. L-Ewropa f’Dinja li qed tinbidel – Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u riflessivi'.

Dikjarazzjoni dwar it-Tikketta ta' Eċċellenza

L-interventi fil-livell tal-Unjoni jippermettu li l-kompetizzjoni mifruxa mal-UE kollha tagħżel l-aħjar proposti, biex b’hekk jogħlew il-livelli ta’ eċċellenza u tingħata viżibilità lir-riċerka u l-innovazzjoni ewlenin.

Il-Kummissjoni tqis li l-proposti kkunsidrati pożittivi, kemm dawk tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, l-azzjonijiet Marie Sklodowska-Curie, l-azzjonijiet għall-ħolqien ta' timijiet, l-istrument tal-SMEs tat-2 fażi jew il-proposti ta' proġetti ta' kollaborazzjoni li ma setgħux jiġu ffinanzjati għal raġunijiet baġitarji, xorta waħda ssodisfaw il-kriterju ta' eċċellenza tal-Orizzont 2020.

Hekk kif il-parteċipanti jiġu approvati, din l-informazzjoni tista' tinqasam mal-awtoritajiet responsabbli.

Għaldaqstant il-Kummissjoni tilqa' kull inizjattiva biex dawn il-proġetti jiġu ffinanzjati permezz ta' sorsi nazzjonali, reġjonali jew privati. F'dan il-kuntest, il-politika ta' koeżjoni għandha wkoll rwol ewlieni permezz tal-bini tal-kapaċità.

Dikjarazzjoni dwar l-Istrument tal-SMEs

L-appoġġ għall-SMEs fl-Orizzont 2020 huwa ta' importanza kbira u jirrappreżenta parti prominenti biex jintlaħaq l-għan tal-Programm li jrawwem l-innovazzjoni, it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi. Għalhekk, il-Kummissjoni se tiżgura li jkun hemm viżibilità kbira għall-appoġġ għall-SMEs fl-Orizzont 2020, b'mod partikolari permezz tal-istrument tal-SMEs fil-programmi ta' ħidma, fil-linji gwida u fl-attivitajiet ta' komunikazzjoni. Se jsiru l-isforzi kollha sabiex l-SMEs ikunu jistgħu b'mod faċli u sempliċi jidentifikaw u jużaw l-opportunitajiet ipprovduti lilhom fil-prijoritajiet "Sfidi tas-Soċjetà" u "LEITs".

L-istrument tal-SMEs se jiġi implimentat permezz ta' struttura unika ta' tmexxija ċentralizzata responsabbli għall-evalwazzjoni u l-ġestjoni tal-proġetti, inkluż l-użu ta' sistemi tal-IT u proċessi tan-negozju komuni.

L-istrument tal-SMEs għandu jattira l-proġetti ta' innovazzjoni l-aktar ambizzjużi tal-SMEs. Dan se jkun implimentat primarjament b'approċċ minn isfel ‘il fuq permezz ta' sejħa permanent miftuħa u mfassla apposta għall-ħtiġijiet tal-SMEs, kif stabbilit fl-objettiv speċifiku "innovazzjoni fl-SMEs" filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet u l-għanijiet tal-LEITs u tal-"Isfidi tas-Soċjetà" u jitħalla li jkun hemm proposti trasversali bejn il-prijoritajiet "Sfidi" u LEITs, li jenfasizzaw l-approċċ minn isfel għal fuq. Din is-sejħa tista' tiġi riveduta/mġedda kull sentejn sabiex tittieħed kunsiderazzjoni tal-programmi strateġiċi biannwali. Fejn ikun xieraq, flimkien mas-sejħa deskritta hawn fuq, jistgħu jiġu organizzati sejħiet għal suġġetti speċifiċi ta' interess strateġiku. Dawn is-sejħiet se jużaw il-kunċetti u l-proċeduri tal-istrument tal-SMEs kif ukoll il-punt ta' dħul uniku għall-applikanti u s-servizzi ta' mentoring u ta' taħriġ.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 6(5)

Bla ħsara għall-proċedura baġitarja annwali, hija l-intenzjoni tal-Kummissjoni li, fil-kuntest tad-djalogu strutturat mal-Parlament Ewropew, tressaq rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-analiżi tal-baġit stabbilit fl-Anness II tal-Orizzont 2020 skont il-prijoritajiet u l-għanijiet speċifiċi fi ħdan dawn il-prijoritajiet, inkluża kwalunkwe applikazzjoni tal-Artikolu 6(5).

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 12

Meta tintalab, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-programmi ta' ħidma adottati lill-kumitat responsabbli tal-Parlament Ewropew."

(1) ĠU C 181, 21.6.2012, p. 111.
(2) ĠU C 277, 13.9.2012, p. 143.


Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f'Orizzont 2020 ***I
PDF 312kWORD 109k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f''Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020)' (COM(2011)0810 – C7-0465/2011 – 2011/0399(COD))
P7_TA(2013)0500A7-0428/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0810),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 173 u 183 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0465/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-19 ta' Lulju 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tat-12 ta' Settembru 2013 biex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294 (4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0428/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tal-istqarrijiet tal-Kummissjoni annessi ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f' "Orizzont 2020 - il‑Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)" u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006

P7_TC1-COD(2011)0399


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1290/2013.)

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONIJIET MILL-KUMMISSJONI

Dikjarazzjoni dwar il-kosti diretti għall-infrastrutturi tar-riċerka kbar

Bi tweġiba għat-talbiet mill-partijiet interessati, il-Kummissjoni hija impenjata li tiċċara l-kwistjoni tal-kosti diretti ta' infrastrutturi kbar tar-riċerka skont kif deskritt f'din id-dikjarazzjoni.

Il-gwida dwar il-kosti diretti għal infrastrutturi kbar tar-riċerka fl-Orizzont 2020 se tapplika għall-kosti ta' infrastrutturi tar-riċerka kbar b'valur totali ta' mill-inqas EUR 20 miljun għal benefiċjarju partikolari, ikkalkulati bħala s-somma tal-valuri tal-beni storiċi tal-infrastrutturi tar-riċerka individwali kif jidhru fl-aħħar Karta tal-Bilanċ magħluqa ta' dak il-benefiċjarju qabel id-data tal-firma tal-ftehim ta' għotja, jew kif determinat abbażi tal-kosti tal-kiri u l-leasing tal-infrastrutturi tar-riċerka.

Taħt dan il-livell minimu, il-gwida dwar il-kosti diretti għall-infrastrutturi tar-riċerka kbar fl-Orizzont 2020 mhux se tapplika. Il-partiti tal-kosti individwali jistgħu jiġu ddikjarati bħala kosti diretti eliġibbli skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tat-ftehim ta' għotja.

B'mod ġenerali, se jkun possibbli li wieħed jitlob bħala kosti diretti l-kosti kollha li kemm jissodisfaw il-kriterji ġenerali ta' eliġibilità kif ukoll li huma direttament marbuta mal-implimentazzjoni tal-azzjoni u għalhekk jistgħu jiġu attribwiti direttament lilha.

Għal infrastruttura tar-riċerka kbira li tintuża għal proġett, dan se jkun tipikament il-każ għall-kosti kapitalizzati u għall-kosti operattivi.

Il-"kosti kapitalizzati" se jkunu l-kosti mġarrba biex titwaqqaf u/jew tiġġedded l-infrastruttura tar-riċerka kbira, kif ukoll xi kosti ta' tiswija u manutenzjoni speċifiċi tal-infrastruttura tar-riċerka kbira flimkien ma' partijiet minnha jew komponenti integrali essenzjali tagħha.

Il-"kosti operattivi "se jkunu l-kosti li l-benefiċjarju jġarrab speċifikament għat-tmexxija tal-infrastruttura tar-riċerka kbira.

Għall-kuntrarju, xi kosti jistgħu tipikament ma jiġux iddikjarati bħala kosti diretti, iżda jitqiesu rimborżati permezz tar-rata fissa għall-kosti indiretti, eż il-kosti tal-kiri, lease jew deprezzament tal-bini amministrattiv u l-kwartieri.

Fejn il-kosti huma kkawżati parzjalment biss mill-attivitajiet tal-proġett, tista' tiġi ddikjarata biss dik il-parti li titkejjel direttament mal-proġett.

Għal dan il-għan, is-sistema ta' kejl tal-benefiċjarju għandha tipprovdi għal kwantifikazzjoni preċiża tal-valur reali attwali tal-kost tal-proġett (ie li turi l-konsum reali u/jew l-użu għall-proġett). Dan se jkun il-każ, jekk il-kejl jinkiseb mill-fattura tal-fornitur.

Il-kejl tan-nefqa huwa ġeneralment assoċjat mal-ħin użat għall-proġett, li għandu jikkorrispondi mas-sigħat/ġranet/xhur reali ta' użu tal-infrastruttura tar-riċerka għall-proġett. L-għadd totali ta' sigħat/jiem/xhur produttivi għandu jikkorrispondi mal-potenzjal sħiħ tal-użu (kapaċità sħiħa) tal-infrastruttura tar-riċerka. Il-kalkolu tal-kapaċità sħiħa se jinkludi kull ħin li matulu l-infrastruttura tar-riċerka tkun tista' tintuża iżda fil-fatt ma tintużax. Madankollu, il-kalkolu tal-kapaċità sħiħa se jqis kif xieraq ir-restrizzjonijiet reali bħall-ħinijiet tal-ftuħ tal-entità, u l-ħin tat-tiswija u l-manutenzjoni (inkluż l-ikkalibrar u l-ittestjar).

Jekk kost jista' direttament jitkejjel fir-rigward tal-infrastruttura tar-riċerka iżda mhux direttament mal-proġett, minħabba restrizzjonijiet tekniċi, alternattiva aċċettabbli tkun il-kejl ta' dawn il-kosti permezz ta' unitajiet ta' użu attwali rilevanti għall-proġett, appoġġjat minn speċifikazzjonijiet tekniċi ezatti u dejta attwali, u ddeterminat fuq il-bażi tas-sistema analitika tal-kontabilità tal-kosti tal-benefiċjarju.

Il-kosti u l-kejl dirett mal-proġett iridu jiġu appoġġjati minn dokumenti xierqa ta' appoġġ li jippermettu li jkun hemm proċess suffiċjenti ta' awditu.

Il-benefiċjarju jista' juri r-rabta diretta permezz ta' evidenza alternattiva konvinċenti.

Is-servizzi tal-Kummissjoni se jirrakkomandaw l-aħjar prattiki għall-kejl dirett u d-dokumenti ta' appoġġ (eż.: għall-kosti kkapitalizzati: dikjarazzjonijiet tal-kontijiet flimkien ma' politika ta' deprezzament tal-benefiċjarju bħala parti mill-prinċipji normali tal-kontabilità tagħha, li turi kalkolu tal-użu potenzjali u tal-ħajja ekonomika tal-beni, u prova tal-użu attwali għall-proġett; għal spejjeż operattivi: fattura speċifika ttikkettjata espliċitament u relatata mal-infrastruttura tar-riċerka kbira, mal-kuntratt, maż-żmien kemm idum il-proġett, eċċ.).

Fuq talba tal-benefiċjarju ta' infrastrutturi tar-riċerka kbar, u b'kont meħud tar-riżorsi disponibbli u tal-prinċipju tal-kost-effettività, il-Kummissjoni hija lesta li twettaq valutazzjoni ex-ante tal-metodoloġija tal-kost dirett tal-benefiċjarju b'mod sempliċi u trasparenti , sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali. Dawn il-valutazzjonijiet ex-ante se jitqiesu bis-sħiħ matul l-awditi ex-post.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tistabbilixxi grupp li jikkonsisti f'rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tal-partijiet interessati rilevanti, biex tivvaluta l-użu tal-gwida.

Il-Kummissjoni tikkonferma li hi se tadotta minnufih gwida dwar kosti diretti għal infrastrutturi kbar tar-riċerka, ladarba r-regolamenti tal-Orizzont 2020 jiġu adottati.

Dikjarazzjoni dwar il-linji gwida dwar il-kriterji biex jiġi implimentat il-"bonus"

Fir-rigward tar-remunerazzjoni addizzjonali, hija l-intenzjoni tal-Kummissjoni li, mingħajr dewmien, toħroġ linji gwida dwar il-kriterji għall-implimentazzjoni tagħha wara l-adozzjoni tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni u Tixrid tal-Orizzont 2020 .

Dikjarazzjoni dwar ir-Rotta Rapida għall-Innovazzjoni (FTI)

Il-Kummissjoni biħsiebha tipprovdi viżibilità xierqa fost il-komunità tar-riċerka u l-innovazzjoni għall-FTI permezz ta' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u ta' komunikazzjoni qabel is-sejħa pilota fl-2015.

Il-Kummissjoni m'għandhiex il-ħsieb li tillimita l-perjodu tal-azzjonijiet FTI ex-ante. Fatturi bħas-sensittività għaż-żmien u s-sitwazzjoni kompetittiva internazzjonali għandhom jitqiesu biżżejjed meta jkun qed jiġi evalwat l-"impatt" ta' proposta, sabiex titħalla li jkun hemm flessibbiltà skont l-ispeċifiċitajiet varji fl-oqsma differenti tar-riċerka applikata.

Minbarra l-valutazzjoni fil-fond imwettqa fl-evalwazzjoni interim tal-Orizzont 2020, il-proġett pilota tal-FTI se jkun soġġett għal monitoraġġ kontinwu tal-prattikalitajiet kollha relatati mat-tressiq, evalwazzjoni, selezzjoni u l-ibbaġitjar tal-proposti taħt is-sejħa tal-FTI, b'bidu mill-ewwel data tal-iskadenza fl-2015.

Sabiex il-proġett pilota jitħalla jkun effettiv u biex jiġi żgurat li tkun tista' titwettaq valutazzjoni xierqa, dan jista' jirrikjedi li jiġu appoġġjati sa mitt proġett.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikoli 3 u 4

Hija l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tinkludi referenzi għal-liġi nazzjonali fil-ftehim dwar l-għotja rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti u l-kunfidenzjalità, bil-ħsieb li jinsab bilanċ adatt bejn l-interessi differenti.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 28

(alternattiva ta' rata ta' rimborż ta' 100 % għall-entitajiet legali mingħajr skop ta' qligħ għall-azzjonijiet ta' innovazzjoni):

Il-Kummissjoni tinnota li anke l-entitajiet mingħajr skop ta' profitt jistgħu jwettqu attivitajiet ekonomiċi li huma qrib tas-suq u li jekk jingħataw sussidji jistgħu joħolqu tagħwiġ fis-suq intern. Għaldaqstant, il-Kummissjoni se tevalwa ex-ante jekk l-attivitajiet eliġibbli humiex ta' natura ekonomika, jekk is-sussidji trasversali tal-attivitajiet ekonomiċi effettivament ma jitħallewx isiru, u jekk ir-rata ta' finanzjament għall-attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għandhiex effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni fis-suq intern li ma jkunux ibbilanċjati mill-effetti pożittivi tagħha.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 42

Hija l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-iskadenzi fil-mudell tal-ftehim ta' għotja fir-rigward tal-ħarsien tar-riżultati, b'kont meħud tal-iskadenzi tal-FP7."

(1) ĠU C 318, 20.10.2012, p. 1.
(2) ĠU C 181, 21.6.2012, p. 111.


L-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija ***I
PDF 287kWORD 44k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT): il-kontribuzzjoni tal-EIT għal Ewropa iktar innovattiva (COM(2011)0822 – C7-0462/2011 – 2011/0387(COD))
P7_TA(2013)0501A7-0422/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0822),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 173(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0462/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-12 ta' Settembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7‑0422/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb li tadotta d-Deċiżjoni Nru .../2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT): il-kontribuzzjoni tal-EIT għal Ewropa iktar innovattiva

P7_TC1-COD(2011)0387


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni 1312/2013/UE.)

(1) ĠU C, 181 21.6.2012, p. 122.


Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija ***I
PDF 290kWORD 40k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 294/2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (COM(2011)0817 – C7-0467/2011 – 2011/0384(COD))
P7_TA(2013)0502A7-0403/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0817),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 173(3)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0467/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tas-28 ta' Marzu 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-12 ta' Settembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0403/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tirreferi l-kwistjoni għal darb’oħra lill-Parlament jekk hija għandha l-intenzjoni li temenda l-proposta tagħha sostanzjalment jew tissostitwiha b’test ieħor;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 294/2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija

P7_TC1-COD(2011)0384


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1292/2013.)

(1) ĠU C 181, 21.6.2012, p. 122.


Programm għall-Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (2014 - 2020) ***I
PDF 296kWORD 102k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-Intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (2014-2020) (COM(2011)0834 – C7-0463/2011 – 2011/0394(COD))
P7_TA(2013)0503A7-0420/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0834),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 173u 195 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0463/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tad-29 ta' Marzu 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-9 ta' Ottubru 2012(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-12 ta' Settembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0420/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tinstab hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (COSME) (2014 - 2020) u jħassar id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE

P7_TC1-COD(2011)0394


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1287/2013.)

(1) ĠU C 181, 21.6.2012, p. 125.
(2) ĠU C 391, 18.12.2012, p. 37.


Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 *
PDF 1331kWORD 885k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-21 ta' Novembru 2013 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li Jimplimenta Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014 - 2020) (COM(2011)0811 – C7-0509/2011 – 2011/0402(CNS))
P7_TA(2013)0504A7-0002/2013

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0811),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 182(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Kummissjoni kkonsultat mal-Parlament (C7‑0509/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Agrikoltura, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0002/2013),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni hekk kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li Jimplimenta Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)

P7_TC1-CNS(2011)0402


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 182(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew(1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(3),

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)  Skont l-Artikolu 182(3) tat-Trattat, ir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... rigward l-Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ("l-Orizzont 2020") (4)– għandu jiġi implimentat permezz ta’ programm speċifiku li jiddetermina l-objettivi speċifiċi u r-regoli għall-implimentazzjoni tagħhom, jiffissa t-tul ta' żmien tiegħu u jipprovdi għall-mezzi meqjusa meħtieġa.

(2)  L-Orizzont 2020 għandu tliet prijoritajiet, partikolarment, li jiġġenera xjenza eċċellenti (“Xjenza eċċellenti”), joħloq tmexxija industrijali (“Tmexxija industrijali”) u jindirizza l-isfidi tas-soċjetà (“Sfidi tas-soċjetà"). Dawk il-prijoritajiet għandhom ikunu implimentati bi programm speċifiku li jikkonsisti minn Parti waħda għal kull waħda mit-tliet prijoritajiet, Parti waħda għal "Tixrid tal-eċċellenza u t-twessigħ tal-parteċipazzjoni", Parti waħda għal "Xjenza ma' u għas-soċjetà" u Parti waħda dwar l-azzjonijiet diretti taċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka (JRC).

(2a)  It-tliet prijoritajiet kollha għandhom jinkludu dimensjoni internazzjonali. L-attivitajiet ta' kooperazzjoni internazzjonali għandhom jinżammu mill-anqas fil-livell tas-Seba' Programm Kwadru.

(3)  Filwaqt li l-Orizzont 2020 jistabbilixxi l-objettiv ġenerali ta' dak il-programm qafas, il-prijoritajiet u l-linji ġenerali tal-objettivi u attivitajiet speċifiċi li jridu jitwettqu, il-programm speċifiku għandu jiddefinixxi objettivi speċifiċi u linji ġenerali tal-attivitajiet li huma speċifiċi għal kull waħda mill-Partijiet. Id-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni stabbiliti fl-Orizzont 2020 japplikaw bis-sħiħ għal dan il-programm speċifiku, inkluż dawk relatati għal prinċipji etiċi.

(4)  Kull Parti għandha tkun kumplimentari mal-Partijiet l-oħra tal-programm speċifiku u implimentata b’mod koerenti magħhom.

(5)  Hemm ħtieġa kritika għar-rinfurzar, it-twessigħ u l-estensjoni tal-eċċellenza tal-bażi xjentifika tal-Unjoni u li tiġi żgurata provvista ta' riċerka u talent ta' klassi dinjija biex jiġu żgurati l-kompetittività u l-benesseri fit-tul tal-Ewropa. Il-Parti I “Xjenza eċċellenti ” għandha tappoġġa l-attivitajiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka dwar riċerka fil-fruntiera tal-għarfien, teknoloġiji futuri u emerġenti, Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie u l-infrastrutturi Ewropej tar-riċerka. Dawn l-attivitajiet għandhom l-għan li tinbena kompetenza fit-tul, b'enfasi qawwija fuq il-ġenerazzjoni ta' xjenza, sistemi u riċerkaturi li jmiss, u jipprovdu appoġġ għat-talent emerġenti minn madwar l-Unjoni u minn pajjiżi assoċjati. Attivitajiet tal-Unjoni li jappoġġaw xjenza eċċellenti għandhom jgħinu biex jikkonsolidaw iż-Żona Ewropea tar-Riċerka u jagħmlu sistema tax-xjenza tal-Unjoni aktar kompetittiva u attraenti fuq skala globali.

(6)  L-attivitajiet ta’ riċerka mwettqa taħt il-Parti I "Xjenza Eċċellenti" għandhom jiġu determinati skont il-ħtiġijiet u l-opportunitajiet tax-xjenza ▌. L-aġenda tar-riċerka se tiġi stabbilita b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-komunità xjentifika. Ir-riċerka għanda tiġi ffinanzjata abbażi tal-eċċellenza.

(7)  Il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka stabbilit fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni għandu jissostitwixxi u jkun is-suċċessur tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/134/KE(5). Għandu jopera skont prinċipji stabbiliti ta' eċċellenza xjentifika, awtonomija, effiċjenza u trasparenza.

(8)  Sabiex tinżamm u tissaħħaħ it-tmexxija industrijali tal-Unjoni hemm bżonn urġenti li tiġi stimulata r-riċerka u l-iżvilupp fis-settur privat u l-investiment fl-innovazzjoni, tiġi promossa r-riċerka u l-innovazzjoni b’aġenda xprunata min-negozju u jitħaffef l-iżvilupp tat eknoloġiji ġodda li se jsostnu negozji futuri u t-tkabbir ekonomiku. Il-parti II "Tmexxija industrijali" għandha tappoġġa investimenti f'riċerka u innovazzjoni eċċellenti f’teknoloġiji abilitanti ewlenin u teknoloġiji industrijali oħra, tiffaċilita l-aċċess għal finanzjament ta’ riskju għal kumpaniji u proġetti innovattivi u tipprovdi appoġġ madwar l-Unjoni għall-innovazzjoni fl-impriżi żgħar u ta’daqs medju.

(9)  Ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-ispazju, li huma kompetenza kondiviża tal-Unjoni, għandhom ikunu inklużi bħala element koerenti fil-Parti II "Tmexxija industrijali" sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt xjentifiku, ekonomiku u dak fuq is-soċjetà u, biex tiġi żgurata implimentazzjoni effiċjenti u kosteffettiva.

(10)  Biex jiġu indirizzati sfidi tas-soċjetà ewlenin identifikati fl-istrateġija Ewropa 2020(6) jeħtieġu investimenti kbar fir-riċerka u l-innovazzjoni biex jiġu żviluppati u implimentati soluzzjonijiet ġodda u rivoluzzjonarji li jkollhom l-iskala u ambitu meħtieġa. Dawn l-isfidi jirrappreżentaw ukoll opportunitajiet ekonomiċi ewlenin għal kumpaniji innovattivi u għalhekk jikkontribwixxu għall-kompetittività tal-Unjoni u l-impjiegi.

(11)  Il-Part III “Sfidi tas-soċjetà” għandha żżid l-effettività tar-riċerka u l-innovazzjoni bħala reazzjoni għall-isfidi prinċipali tas-soċjetà billi tappoġġa l-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni eċċellenti. Dawk l-attivitajiet għandhom jiġu implimentati permezz ta' approċċ imsejjes fuq l-isfidi li jiġbor flimkien riżorsi u għarfien bejn oqsma, teknoloġiji u dixxiplini differenti. Ix-xjenzi soċjali u r-riċerka fl-istudji umanistiċi huma element importanti għall-indirizzar tal-isfidi kollha. L-attivitajiet għandhom ikopru l-firxa sħiħa ta’ riċerka u innovazzjoni inklużi attivitajiet relatati mal-innovazzjoni bħall-pilotaġġ, id-dimostrazzjoni, il-bażijiet sperimentali u l-appoġġ għall-akkwist pubbliku, riċerka prenormattiva u l-istabbiliment ta’ standards, u l-użu tal-innovazzjonijiet mis-suq. L-attivitajiet għandhom jappoġġaw direttament il-kompetenzi tal-politika settorjali korrispondenti fil-livell tal-Unjoni, fejn xieraq. It-tibdiliet kollha għandhom jikkontribwixxu lill-objettiv prevalenti tal-iżvilupp sostenibbli.

(11a)  Għandu jinsab bilanċ xieraq bejn il-proġetti iżgħar u dawk ikbar fi ħdan l-Isfidi tas-Soċjetà u t-Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali.

(11b)  Il-Parti IIIa "Tixrid tal-eċċellenza u ż-żieda fil-parteċipazzjoni" għandha tisfrutta b'mod sħiħ il-potenzjal tar-riżorsi tat-talent Ewropew u tiżgura li l-benefiċċji ta’ ekonomija mmexxija mill-innovazzjoni jkunu massimizzati kif ukoll mifruxa sew madwar l-Unjoni, skont il-prinċipju tal-eċċellenza.

(11c)  Il-Parti IIIb "Xjenza ma' u għas-soċjetà" għandha tibni kooperazzjoni effikaċi bejn ix-xjenza u s-soċjetà, trawwem ir-reklutaġġ ta' talent ġdid għax-xjenza, u tikkombina l-eċċellenza xjentifika mas-sensibilizzazzjoni u r-responsabilità soċjali.

(12)  Bħala Parti integrali tal-Orizzont 2020, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) għandu jkompli jipprovdi sostenn xjentifiku u tekniku xprunat mill-klijent għat-tfassil, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki tal-Unjoni. Sabiex iwettaq il-missjoni tiegħu, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għandu jwettaq riċerka tal-ogħla kwalità. Fit-twettiq tal-azzjonijiet diretti skont il-missjoni tiegħu, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għandu jagħmel enfasi partikolari fuq oqsma ta’ importanza ewlenija għall-Unjoni, jiġifieri tkabbir intelliġenti, inklużiv u sostenibbli, is-sigurtà u ċ-ċittadinanza u l-Ewropa Globali.

(13)  L-azzjonijiet diretti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għandhom ikunu implimentati b'mod flessibbli, effiċjenti u trasparenti, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġiet rilevanti tal-utenti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u l-politiki tal-Unjoni, kif ukoll billi jiġi rrispettat l-objettiv li jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dawk l-azzjonijiet ta' riċerka għandhom jiġu adattati fejn xieraq għal dawn il-ħtiġijiet u għall-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi u jimmiraw li jiksbu l-eċċellenza xjentifika.

(14)  Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għandu jkompli jiġġenera riżorsi addizzjonali permezz ta ’attivitajiet kompetittivi, inklużi l-parteċipazzjoni fl-azzjonijiet indiretti tal-Orizzont 2020, il-ħidma ta' parti terza u, f’livell inqas, l-isfruttar tal-proprjetà intellettwali.

(15)  Il-programm speċifiku għandu jikkumplimenta l-azzjonijiet imwettqa fl-Istati Membri kif ukoll azzjonijiet oħra tal-Unjoni li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku ġenerali għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 ▌.

(15a)  F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta' Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar Assoċjazzjoni lil hinn mill-baħar), kif emendata, l-entitajiet legali tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej huma eliġibbli biex jipparteċipaw fl-Orizzont 2020 soġġetti għall-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fiha.

(16)  Sabiex jiġi żgurat li ▌l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-użu tal-faċilitajiet ta' finanzjament jirreflettu l-kundizzjonijiet tas-suq, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni sabiex tadatta jew telabora aktar il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-użu tal-faċilitajiet finanzjarji. Huwa ta' importanza kbira li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż f'livell espert.

Il-Kummissjoni, waqt li tkun qiegħda tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni fil-ħin u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Kunsill.

(17)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex tadotta programmi ta' ħidma għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku.

(18)  Is-setgħat implimentattivi relatati mal-programmi ta' ħidma għall-Partijiet I, II, IIIa u IIIb, bl-eċċezzjoni tal-azzjonijiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka fejn il-Kummissjoni ma titbiegħidx mill-pożizzjoni tal-Kunsill Xjentifiku, għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni(7).

(19)  Il-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 96/282/Euratom tal-10 ta’ April 1996 dwar l-organizzazzjoni mill-ġdid taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka(8), ġie kkonsultat dwar il-kontenut xjentifiku u teknoloġiku tal-programm speċifiku dwar l-azzjonijiet diretti taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka.

(20)  Għal raġunijiet ta’ ċertezza u ċarezza legali, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/971/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-programm speċifiku "Kooperazzjoni" li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007 sa 2013)(9), id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/972/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-programm speċifiku "Ideat" li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007 sa 2013)(10), id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/973/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-programm speċifiku "Nies" li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007 sa 2013)(11), id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/974/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-programm speċifiku "Kapaċitajiet" li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007 sa 2013)(12), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/975/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-programm speċifiku li għandu jitwettaq permezz ta’ azzjonijiet diretti miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka fl-ambitu tas-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007 sa 2013)(13), għandhom jitħassru,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

TITOLU I

STABBILIMENT

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru XX/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14) u jiddetermina l-objettivi speċifiċi għal appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 1 ta' dak ir-Regolament kif ukoll ir-regoli għall-implimentazzjoni.

Artikolu 2

Stabbiliment tal-Programm Speċifiku

1.  Il-programm speċifiku li jimplimenta l-Orizzont 2020 – Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) ('il-programm speċifiku') huwa b’dan stabbilit għall- du mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

2.  Skont l-Artikolu 5(2) u 5(3) tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [l-Orizzont 2020], il-programm speċifiku għandu jikkonsisti mill-Partijiet li ġejjin:

(a)  Parti I "Xjenza eċċellenti”;

(b)  Parti II "Tmexxija industrijali";

(c)  Parti III "Sfidi tas-soċjetà";

(d)  Parti IV "Azzjonijiet diretti mhux nukleari tal-Kunsill taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC)".

Artikolu 3

Objettivi speċifiċi

1.  Il-Parti I "Xjenza eċċellenti” għandha ssaħħaħ l-eċċellenza tar-riċerka Ewropea skont il-prijorità “Xjenza eċċellenti” stabbilita fl-Artikolu 5(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [l-Orizzont 2020] billi tilħaq l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a)  it-tisħiħ tar-riċerka fil-fruntiera tal-għarfien, permezz tal-attivitajiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERC);

(b)  it-tisħiħ tar-riċerka f’Teknoloġiji Futuri u Emerġenti;

(c)  it-tisħiħ tal-ħiliet, taħriġ u żvilupp tal-karriera, permezz tal-azzjonijiet Marie Skłodowska‑Curie ("azzjonijiet Marie Skłodowska‑Curie");

(d)  it-tisħiħ tal-infrastrutturi Ewropej tar-riċerka, inklużi l-infrastrutturi elettroniċi.

Il-linji ġenerali tal-attivitajiet għal dawk l-objettivi speċifiċi huma stabbiliti fil-Parti I tal-Anness I.

2.  Il-Parti II 'Tmexxija industrijali' għandha ssaħħaħ it-tmexxija industrijali u l-kompetittività skont il-prijorità 'Tmexxija industrijali' stabbilita fl-Artikolu 5(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru XX/2012 [L-Orizzont 2020] billi tilħaq l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a)  tingħata spinta lit-tmexxija industrijali Ewropea permezz tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku, id-dimostrazzjoni u l-innovazzjoni fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali li ġejjin:

(i)  it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni;

(ii)  in-nanoteknoloġiji;

(iii)  il-materjali avvanzati;

(iv)  il-bijoteknoloġija;

(v)  il-manifattura u pproċessar avvanzati;

(vi)  l-ispazju;

(b)  it-titjib tal-aċċess għal finanzjament ta’ riskju għal investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni;

(c)  iż-żieda fl-innovazzjoni f'impriżi żgħar u ta' daqs medju.

Il-linji ġenerali tal-attivitajiet għal dawk l-objettivi speċifiċi huma stipulati fil-Parti II tal-Anness I. Se jkun hemm kundizzjonijiet speċifiċi għall-użu ta' faċilitajiet ta' finanzjament taħt l-objettiv speċifiku fil-punt (b). Dawk il-kundizzjonijiet huma stipulati fil-punt 2 tal-Parti II tal-Anness I.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 10 dwar il-modifiki tas-sehem tal-investiment mill-Faċilità ta' Ekwità tal-Orizzont 2020 tal-investiment totali tal-UE fl-investimenti fl-istadju ta' espansjoni u tkabbir rigward l-istrumenti finanzjarji msemmija fil-punt 2 tal-Parti II tal-Anness I.

3.  Il-Parti III 'Sfidi tas-soċjetà' għandha tikkontribwixxi lill-prijorità 'Sfidi tas-soċjetà' stabbiliti fl-Artikolu 5(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru XX/2012 [l-Orizzont 2020] billi jitwettqu azzjonijiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku, dimostrazzjoni u innovazzjoni li jikkontribwixxu għall-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a)  it-titjib tas-saħħa u l-benessri tul il-ħajja ta’ kulhadd;

(b)  l-iżgurar ta' biżżejjed provvisti ta' ikel sikur, tajjeb għas-saħħa u ta' kwalità għolja u prodotti b'bażi bijoloġika oħrajn, billi jiġu żviluppati sistemi ta' produzzjoni primarja produttivi, sostenibbli u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, li jrawmu servizzi tal-ekosistemi relatati u l-irkupru tad-diversità bijoloġika, flimkien ma’ katini tal-provvista, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni kompetittivi u b’livell baxx ta' emissjonijiet ta’ karbonju;

(c)  it-twettiq tat-tranżizzjoni lejn sistema tal-enerġija affordjabbli, aċċettata pubblikament, sostenibbli u kompetittiva, bil-għan li tnaqqas id-dipendenza fuq il-karburanti fossili fid-dawl tar-riżorsi dejjem aktar skarsi, il-ħtiġijiet tal-enerġija dejjem jiżdiedu u t-tibdil fil-klima;

(d)  il-kisba ta’ sistema Ewropea tat-trasport li hija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, favur il-klima u l-ambjent, sikura u bla intoppi għall-benefiċċju taċ-ċittadini, l-ekonomija u s-soċjetà;

(e)  il-kisba ta' ekonomija u soċjetà effiċjenti fl-użu tar-riżorsi - u tal-ilma- u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, il-protezzjoni u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u tal-ekosistemi u provvista u użu sostenibbli ta’ materja prima, sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet ta’ popolazzjoni globali li qed tikber, fil-limiti sostenibbli tar-riżorsi naturali u tal-ekosistemi tal-pjaneta;

(f)  it-trawwim ta' fehim aħjar tal-Ewropa, il-provvediment ta' soluzzjonijiet u appoġġ lis-soċjetajiet Ewropej inklużivi, innovattivi u riflessivi f’kuntest ta’ trasformazzjonijiet mingħajr preċedent u interdipendenzi globali li qed jikbru;

(g)  it-trawwim ta' soċjetajiet Ewropej sikuri f’kuntest ta’ trasformazzjonijiet mingħajr preċedent u interdipendenzi u theddid globali li qed jikbru filwaqt li tissaħħaħ il-kultura Ewropea ta' libertà u ġustizzja.

Il-linji ġenerali tal-attivitajiet għal dawk l-objettivi speċifiċi huma stabbiliti fil-Parti III tal-Anness I.

3a.  Part (IIIa) 'It-tixrid tal-eċċellenza u ż-żieda fil-parteċipazzjoni' għandhom jisfruttaw b'mod sħiħ il-potenzjal tar-riżorsa tat-talent Ewropew u tiżgura li l-benefiċċji ta’ ekonomija mmexxija mill-innovazzjoni jkunu massimizzati kif ukoll mifruxa sew madwar l-Unjoni, skont il-prinċipju tal-eċċellenza.

3b.  Il-Parti (IIIb) 'Xjenza ma' u għas-Soċjetà' għandha tibni kooperazzjoni effikaċi bejn ix-xjenza u s-soċjetà, twettaq reklutaġġ ta' talent ġdid għax-xjenza u tikkombina l-eċċellenza xjentifika mas-sensibilizzazzjoni u r-responsabilità soċjali.

4.  Il-Parti IV 'Azzjonijiet diretti mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka' għandha tikkontribwixxi għall-prijoritajiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [Orizziont 2020] bl-objettiv speċifiku li tipprovdi appoġġ xjentifiku u tekniku integrat u f'waqtu lill-proċess tat-tfassil tal-politika Ewropea.

Il-linji ġenerali ta' dak l-objettiv speċifiku huma stipulati fil-Parti IV tal-Anness I.

5.  Il-programm speċifiku għandu jiġi vvalutat fir-rigward ta' riżultati u impatt kif imkejla fil-konfront ta' indikaturi tal-prestazzjoni▌.

Dettall ulterjuri dwar l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li jikkorispondi għall-objettivi speċifiċi stipulati fil-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu huwa stipulat fl-Anness II.

Artikolu 4

Baġit

1.  Skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [l-Orizzont 2020], il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku għandu jkun ta' [EUR 86 198 miljun].

2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitqassam fost l-erba' Partijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta' din id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [l-Orizzont 2020]. It-tqassim indikattiv tal-baġit għall-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni u l-ammont massimu globali tal-kontribuzzjoni għall-azzjonijiet taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka huma stabbiliti fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [l-Orizzont 2020].

3.  Mhux aktar minn 6 % tal-ammonti msemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [l-Orizzont 2020] għall-Partijiet I, II u III tal-programm speċifiku għandhom ikunu għan-nefqa amministrattiva tal-Kummissjoni.

4.  Fejn meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit għal wara l-2020 biex ikopru spejjeż tekniċi u amministrattivi, sabiex jippermettu l-ġestjoni ta’ azzjonijiet li jkunu għadhom ma tlestewx sal-31 ta’ Diċembru 2020.

TITOLU II

IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 5

Programmi ta’ ħidma

1.  Il-programm speċifiku għandu jiġi implimentat permezz ta’ programmi ta’ ħidma.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta’ ħidma komuni jew separati għall-implimentazzjoni tal-Partijiet I, II u III ta' dan il-programm speċifiku msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 2(2), għajr għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet taħt l-għan speċifiku 'Tisħiħ tar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien, permezz tal-attivitajiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka', imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(2).

3.  Il-programmi ta' ħidma għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet taħt l-objettiv speċifiku 'Tisħiħ tar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien, permezz tal-attivitajiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka' kif stabbilit mill-Kunsill Xjentifiku tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka taħt il-punt (b) tal-Artikolu 7(2)▌, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni, permezz ta’ att ta' implimentazzjoni, f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 9(2a). Il-Kummissjoni għandha titbiegħed mill-programm ta’ ħidma stabbilit mill-Kunsill Xjentifiku biss meta tqis li dan mhuwiex skont id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tadotta l-programm ta’ xogħol permezz ta’ att ta' implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(2). Il-Kummissjoni għandha tagħti motivazzjoni b'mod dovut għal din il-miżura.

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta programm ta’ ħidma multiannwali separat, permezz ta’ att ta' implimentazzjoni, għall-Parti IV tal-programm speċifiku dwar azzjonijiet diretti mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 2(2).

Dan il-programm ta’ ħidma għandu jqis il-parir mogħti mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Kunsill tar-Riċerka Konġunta msemmi fid-Deċiżjoni 96/282/Euratom.

5.  Il-programmi ta’ ħidma għandhom iqisu l-istat tax-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni fil-livell nazzjonali, f'dak tal-Unjoni u f'dak internazzjonali kif ukoll l-iżviluppi rilevanti fil-politiki, is-suq u s-soċjetà. Dawn għandhom jinkludu, fejn xieraq, informazzjoni dwar il-koordinazzjoni mal-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni mwettqa mill-Istati Membri (inklużi r-reġjuni tagħhom), inkluż f'oqsma fejn hemm inizjattivi ta’ programmazzjoni konġunta. Dawn għandhom jiġu aġġornati fejn xieraq.

6.  Il-programmi ta' ħidma għall-implimentazzjoni tal-Partijiet I sa III, imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 2(2) għandhom jistabbilixxu l-objettivi indirizzati, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta' implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom, inkluża, fejn xieraq, informazzjoni indikattiva dwar l-ammont tan-nefqa relatata mal-klima. Għandhom jinkludu ukoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni, skeda indikattiva ta' implimentazzjoni, kif ukoll approċċ multiannwali u orjentazzjonijiet strateġiċi għas-snin sussegwenti ta' implimentazzjoni. Għandhom jinkludu għotjiet għall-prijoritajiet, il-kriterji ta' għażla u għoti u l-piż relattiv tal-kriterji differenti ta' għoti u r-rata massima tal-finanzjament tal-spejjeż totali eliġibbli. Dawn għandhom jindikaw ukoll kwalunkwe obbligu addizzjonali ta' sfruttament u disseminazzjoni għall-parteċipanti, f'konformità mal-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [Regoli ta' Parteċipazzjoni]. Għandhom jippermettu approċċi strateġiċi minn fuq għal isfel kif ukoll minn isfel għal fuq, kif ikun xieraq, li jindirizzaw l-objettivi b’modi innovattivi.

Barra minn hekk, dawk il-programmi ta' ħidma għandhom jinkludu taqsima li tidentifika azzjonijiet trasversali kif imsemmi fl-Artikolu 13 u fil-kaxxa ta' dwar kwistjonijiet trażversali u miżuri ta' appoġġ fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [l-Orizzont 2020], li jkopru żewġ objettivi speċifiċi jew aktar, it-tnejn fi ħdan l-istess prijorità u fuq żewġ prijoritajiet jew aktar. Dawk l-azzjonijiet għandhom ikunu implimentati b'mod integrat.

7.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(2) il-miżuri li ġejjin:

(a)  id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-finanzjament għall-azzjonijiet indiretti, meta l-ammont stmat tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni taħt dan il-programm ikun ta' EUR 2.5 miljun jew aktar; bl-eċċezzjoni tal-azzjonijiet taħt l-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) u bl-eċċezzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati taħt ir-Rotta Rapida lejn l-Innovazzjoni.

(b)  id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-finanzjament ta' azzjonijiet li jinvolvu l-użu ta' embrijuni umani u ċelloli staminali tal-embrijoni tal-bniedem, u ta' azzjonijiet taħt l-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 3(3).

(c)  id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-finanzjament ta' azzjonijiet, meta l-ammont stmat tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni taħt dan il-programm ikun daqs jew aktar minn EUR 0.6 miljun għal azzjonijiet taħt l-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 3(3) u għal azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(3a) u l-Artikolu 3(3b).

(d)  it-tfassil tat-termini ta' referenza għall-evalwazzjonijiet previsti fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [l-Orizzont 2020].

Artikolu 6

Kunsill Ewropew għar-Riċerka

1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Kunsill Ewropew għar-Riċerka (“ERC”), li għandu jkun il-mezz ta' implimentazzjoni tal-azzjonijiet taħt il-Parti I 'Xjenza eċċellenti' relatati mal-objettiv speċifiku 'Tisħiħ tar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien, permezz tal-attivitajiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka'. L-ERC għandu jieħu post il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka stabbilit bid-Deċiżjoni 2007/134/KE.

2.  Il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għandu jkun magħmul minn Kunsill Xjentifiku indipendenti previst fl-Artikolu 7 u l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni prevista fl-Artikolu 8.

3.  L-ERC għandu jkollu President, li jintgħażel minn xjenzati superjuri u internazzjonalment rispettati.

Il-President għandu jinħatar mill-Kummissjoni, wara proċess ta' reklutaġġ trasparenti li jinvolvi kumitat indipendenti dedikat għat-tiftix, għal terminu limitat ta' erba' snin li jiġġedded darba. Il-proċess ta’ reklutaġġ u l-kandidat magħżul għandu jkollhom l-approvazzjoni tal-Kunsill Xjentifiku.

Il-President għandu jippresjedi l-Kunsill Xjentifiku u għandu jiżgura t-tmexxija u l-kollaborazzjoni tiegħu mal-istruttura dedikata ta' implimentazzjoni, u għandu jirrappreżentah fid-dinja tax-xjenza.

4.  Il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għandu jaħdem skont il-prinċipji tal-eċċellenza xjentifika, l-awtonomija, l-effiċjenza, l-effettività, it-trasparenza u r-responsabbiltà. Għandu jiżgura kontinwità mal-azzjonijiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka mwettqa skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/972/KE.

5.  L-attivitajiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għandhom jappoġġaw riċerka mwettqa fl-oqsma kollha minn timijiet individwali u transnazzjonali f'kompetizzjoni fuq livell Ewropew. L-għotjiet tar-riċerka tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għandhom jingħataw fuq il-kriterju uniku tal-eċċellenza.

6.  Il-Kummissjoni għandha taġixxi bħala garanti tal-awtonomija u l-integrità tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka u għandha tiżgura t-twettiq xieraq tal-kompiti fdati lilu.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka tkun skont il-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu kif ukoll l-istrateġija xjentifika globali tal-Kunsill Xjentifiku msemmija fl-Artikolu 7(2).

Artikolu 7

Kunsill Xjentifiku

1.  Il-Kunsill Xjentifiku għandu jkun kompost minn xjentisti, inġiniera u akkademiċi tal-ogħla reputazzjoni u b’kompetenza xierqa, kemm nisa kif ukoll irġiel fi gruppi ta' etajiet differenti, li jiżguraw diversità ta’ oqsma ta’ riċerka u jaġixxu fil-kapaċità personali tagħhom, indipendentement minn interessi estranji.

Il-membri tal-Kunsill Xjentifiku għandhom jinħatru mill-Kummissjoni, wara proċedura indipendenti u trasparenti għall-identifikazzjoni tagħhom miftiehma mal-Kunsill Xjentifiku, inkluża konsultazzjoni mal-komunità xjentifika u rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Il-mandat għandu jkun limitat għal erba' snin, li jiġġedded darba, abbażi ta’ sistema ta’ rotazzjoni li għandha tiżgura l-kontinwità tax-xogħol tal-Kunsill Xjentifiku.

2.  Il-Kunsill Xjentifiku għandu jistabbilixxi:

(a)  l-istrateġija globali tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka;

(b)  il-programm ta’ ħidma għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka;

(c)  il-metodi u l-proċeduri għall-analiżi inter pares u l-evalwazzjoni ta’ proposti li abbażi tagħhom jiġu determinati l-proposti li għandhom jiġu ffinanzjati;

(d)  il-pożizzjoni tiegħu dwar kwalunkwe kwistjoni li minn perspettiva xjentifika tista’ ssaħħaħ il-kisbiet u l-impatt tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, u l-kwalità tar-riċerka mwettqa;

(e)  il-kodiċi ta’ kondotta li tindirizza, fost oħrajn, l-evitar ta’ kunflitt ta’ interessi.

Il-Kummissjoni għandha titbiegħed mill-pożizzjonijiet stabbilti mill-Kunsill Xjentifiku skont il-punti (a), (c), (d), u (e) tal-ewwel subparagrafu biss meta tqis li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni ma ġewx rispettati. F'dak il-każ il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li jżommu l-kontinwità fl-implimentazzjoni tal-programm speċifiku u l-kisbiet tal-objettivi tiegħu, li jistabbillixu punti ta' tbegħid mill-pożizzjonijiet tal-Kunsill Xjentifiku u billi tiġġustifikahom b'mod dovut.

3.  Il-Kunsill Xjentifiku għandu jaġixxi skont il-mandat stabbilit fil-punt 1.1, Parti I tal-Anness I.

4.  Il-Kunsill Xjentifiku għandu jaġixxi esklużivament fl-interess li jintlaħaqu l-objettivi tal-parti tal-programm speċifiku li jirrigwardja l-objettiv speċifiku 'Tisħiħ tar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien, permezz tal-attivitajiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka' skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 6(4). Għandu jaġixxi b'integrità u b'mod rett u għandu jwettaq xogħlu b'effiċjenza u bl-akbar trasparenza possibbli.

Artikolu 8

Struttura ddedikata għall-implimentazzjoni

1.  L-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni amministrattiva u l-eżekuzzjoni tal-programm, kif deskritt fil-punt 1.2 tal-Parti I tal-Anness I u għandha tappoġġa l-Kunsill Xjentifiku fit-twettiq tal-kompiti kollha tiegħu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni ssegwi b’mod strett, effiċjenti u bil-flessibiltà neċessarja l-objettivi u r-rekwiżiti tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka waħdu.

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 8a

Monitoraġġ u informazzjoni dwar l-implimentazzjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha kull sena tagħmel monitoraġġ u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 f'konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [l-Orizzont 2020] u l-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

2.  Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9 bil-progress ġenerali fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet indiretti tal-programm speċifiku biex il-Kumitat ikun jista' jipprovdi kontribut bikri adatt dwar it-tħejjija tal-programmi ta' ħidma b'mod partikolari l-approċċ pluriennali u l-orjentazzjonijiet strateġiċi, u għandha tagħtih informazzjoni fil-ħin dwar l-azzjonijiet kollha proposti jew finanzjati taħt l-Orizzont 2020 kif speċifikat fl-Anness IV ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 9

Proċedura tal-kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

1a.  Il-Kumitat għandu jiltaqa' f'konfigurazzjonijiet differenti kif stabbilit fl-Anness V, b'kont meħud tas-suġġett li għandu jiġi diskuss.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandha tapplika l-proċedura ta' eżami f'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2a.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandha tapplika l-proċedura konsultattiva f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.  Fejn l-opinjoni tal-kumitat imsemmi fil-paragrafi 2 u 2a tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu ta’ żmien għall-għoti tal-opinjoni, dan jiġi deċiż mill-president tal-kumitat jew meta dan jintalab minn maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat.

Artikolu 10

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati qiegħda tiġi kkonferita lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li jiġu adottati atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 3(2) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni ▌mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni u għat-tul tal-Programm.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata f’dan. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Kunsill b’dan.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Kunsill ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Kunsill ikun informa lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjona. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahar fuq l-inizjattiva tal-Kunsill.

6.  Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat bl-adozzjoni tal-atti delegati mill-Kummissjoni, jew dwar kwalunkwe oġġezzjoni formulata lilhom, jew dwar ir-revoka tad-delega tas-setgħat mill-Kunsill.

Artikolu 11

Revoka u dispożizzjonijiet transitorji

1.  Id-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE huma revokati b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

2.  Madankollu, l-azzjonijiet mibdija taħt id-Deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u l-obbligi finanzjarji relatati ma’ azzjonijiet indirizzati taħt dawk id-Deċiżjonijiet għandhom ikomplu jiġu rregolati minn dawk id-Deċiżjonijiet sat-tlestija tagħhom. Fejn meħtieġ, kwalunkwe kompitu li jifdal tal-Kumitati stabbiliti bid-Deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jitwettaq mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9 ta’ din id-Deċiżjoni.

3.  L-allokazzjoni finanzjarja għall-programm speċifiku tista' tkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-programm speċifiku u l-miżuri koperti bid-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 13

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS I

Linji ġenerali tal-attivitajiet

Elementi komuni għall-azzjonijiet indiretti

1.  PROGRAMMAR

1.1.  Ġenerali

Ir-Regolament (UE) Nru XX/2012 (l-Orizzont 2020) jipprovdi sett ta’ prinċipji sabiex jitrawwen approċċ programmatiku li permezz tiegħu l-attivitajiet jikkontribwixxu b'mod strateġiku u integrat lejn l-objettivi tiegħu u sabiex jiżgura kumplimentarjetà b'saħħitha ma’ politiki u programmi relatati oħrajn madwar l-Unjoni.

L-azzjonijiet indiretti tal-Orizzont 2020 se jkunu implimentati permezz ta' forom ta' finanzjament previsti fir-Regolament Finanzjarju, partikolarment għotjiet, premjijiet, akkwisti u strumenti finanzjarji. Il-forom kollha tal-finanzjament se jintużaw b’mod flessibbli fil-firxa kollha tal-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Orizzont 2020, filwaqt li l-użu tagħhom jiġi ddeterminat abbażi tal-ħtiġijiet u l-aspett speċifiki tal-objettiv speċifiku partikolari.

Ser tingħata attenzjoni partikolari biex ikun żgurat approċċ bilanċjat għar-riċerka u l-innovazzjoni, li ma jkunx limitat biss għall-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi ġodda abbażi ta' avvanzi xjentifiċi u teknoloġiċi, iżda li jinkorpora wkoll aspetti bħall-użu ta' teknoloġiji eżistenti f’applikazzjonijiet ġodda, titjib kontinwu, innovazzjoni mhux teknoloġika u innovazzjoni soċjali. Approċċ ħolistiku għall-innovazzjoni biss jista' jindirizza fl-istess ħin l-isfidi tas-soċjetà u jagħti lok għal negozji u industriji kompetittivi ġodda.

Għall-isfidi tas-soċjetà u t-teknoloġiji abilitanti u industrijali b’mod partikolari, se jkun hemm enfasi partikolari fuq attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni kkumplementati b'attivitajiet li joperaw qrib l-utenti aħħarin u s-suq, bħal dimostrazzjoni, il-pilotaġġ jew il-prova tal-kunċett. Din se tinkludi wkoll, fejn xieraq, l-attivitajiet favur l-innovazzjoni soċjali, u appoġġ għall-approċċi mil-lat tad-domanda, bħall-prestandardizzazzjoni jew l-akkwist prekummerċjali, l-akkwist ta’ soluzzjonijiet innovattivi, l-istandardizzazzjoni u miżuri tad-domanda oħrajn biex jgħinu fl-aċċellerazzjoni tal-użu u d-diffużjoni ta’ prodotti u servizzi innovattivi fis-suq. Barra minn hekk, se jkun hemm biżżejjed lok għal approċċi minn isfel għal fuq biex issir sejħa għal proposti, u l-attivitajiet fil-programmi ta' ħidma se jiġu definiti f'termini wiesgħa. Se jkun hemm skemi miftuħa, ħfief u rapidi taħt kull waħda mill-isfidi, u teknoloġiji biex jipprovdu lill-aħjar riċerkaturi, intraprendituri u impriżi tal-Ewropa l-opportunità li jippreżentaw soluzzjonijiet rivoluzjonarji tal-għażla tagħhom.

L-iffissar tal-prijoritajiet dettaljati matul l-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 se jinvolvi approċċ strateġiku għall-ipprogrammar tar-riċerka, bl-użu ta' modi ta' governanza li jallinjaw mill-qrib mal-iżvilupp tal-politika iżda li jaqsmu l-politiki settorjali tradizzjonali. Dan se jkun ibbażat fuq evidenza soda, analiżi u antiċipazzjoni, bi progress li jitkejjel permezz ta' sett robust ta' indikaturi tal-prestazzjoni. Dan l-approċċ trasversali għall-ipprogrammar u l-governanza se jippermetti koordinazzjoni effikaċi bejn l-objettivi speċifiċi kollha tal-Orizzont 2020 u se jkun possibbli li jiġu indirizzati l-isfidi li jolqtuhom, bħal pereżempju s-sostenibbiltà, it-tibdil fil-klima, ix-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi jew ix-xjenzi u t-teknoloġiji tal-baħar.

L-iffissar tal-prijoritajiet bl-istess mod se jkun imsejjes fuq firxa wiesgħa ta' kontribuzzjonijiet u pariri. Se jinkludi, fejn xieraq, gruppi ta’ esperti indipendenti mwaqqfa speċifikament biex jagħtu parir dwar l-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 jew kwalunkwe objettiv speċifiku tiegħu. Dawn il-gruppi ta' esperti għandhom juru l-livell xieraq ta’ kompetenza u għarfien fl-oqsma koperti, u varjetà ta’ sfondi professjonali, inkluż l-involviment tal-komunità akkademika, l-industrija u s-soċjetà ċivili. Il-pariri dwar l-identifikazzjoni u t-tfassil ta' prijoritajiet strateġiċi mill-Kumitat taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (KŻER), Gruppi oħrajn relatati maż-ŻER u l-Grupp dwar il-Politika tal-Intrapriża (GPI) għandhom, fejn adatt, jiġu kkunsidrati wkoll.

L-iffissar ta' prijoritajiet jista' jqis ukoll l-aġendi ta' riċerka strateġika tal-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija, l-Inizjattivi ta' Programmar Konġunt jew kontributi mis-Sħubijiet Ewropej għall-Innovazzjoni. Fejn xieraq, is-sħubijiet pubbliċi pubbliċi u s-sħubijiet pubbliċi privati appoġġati permezz tal-Orizzont 2020 se jikkontribwixxu wkoll għall-proċess ta' stabbiliment tal-prijoritajiet u għall-implimentazzjoni, b'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Orizzont 2020. L-interazzjonijiet regolari maċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, permezz ta’ metodoloġiji xierqa bħal konferenzi ta' kunsens, valutazzjoni parteċipatorji tat-teknoloġija jew impenn dirett fil-proċessi ta' riċerka u innovazzjoni, se jkunu wkoll il-pedament tal-proċess tal-iffissar tal-prijoritajiet.

Peress li l-Orizzont 2020 huwa programm għal seba' snin, il-kuntest ekonomku, tas-soċjetà u dak politiku li fih se jopera jista’ jinbidel b’mod sinifikanti matul il-ħajja tiegħu. Għandu jkun possibbli għall-Orizzont 2020 li jadatta għal dawn il-bidliet. Għaldaqstant taħt kull wieħed mill-objettivi speċifiċi, se jkun hemm il-possibbiltà li jiġi inkluż appoġġ għal attivitajiet lil hinn mid-deskrizzjonijiet stipulati hawn taħt, fejn dan ikun iġġustifikat bil-mod dovut sabiex jiġu indirizzati l-iżviluppi ewlenin, il-ħtiġijiet ta' politika jew il-ġrajjiet mhux previsti.

L-attivitajiet appoġġati taħt il-Partijiet differenti u l-objettivi speċifiċi tagħhom għandhom jiġu implimentati b'tali mod li jiżgura l-komplementarjetà u l-konsistenza fosthom, kif adatt.

1.2.  Aċċess għal finanzjament ta’ riskju

L-Orizzont 2020 se jgħin lill-kumpaniji u tipi oħrajn ta’ organizzazzjoni jiksbu aċċess għal self, garanziji u finanzjament ta' ekwità permezz ta' żewġ faċilitajiet.

Il-faċilità ta' dejn se tipprovdi self lil benefiċjarji uniċi għal investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni; garanziji lill-intermedjarji finanzjarji li jagħtu s-self lill-benefiċjarji; kombinazzjonijiet ta’self u garanziji, u garanziji jew kontrogaranziji għal skemi nazzjonali, reġjonali u lokali ta' finanzjament tad-dejn. Din se tinkludi tieqa għall-SMEs li timmira għall-SMEs xprunati mir-R&I b'ammonti ta' self li jikkumplimentaw il-finanzjament lill-SMEs mill-Faċilità ta' Garanzija tas-Self taħt il-Programm għall-Kompetittività tal-Impriżi u l-SMEs (COSME).

Din il-faċlità ta' ekwità se tipprovdi kapital ta' riskju u/jew mezzanin lil impriżi individwali fl-istadju bikri (tieqa għal start ups). Il-faċilità se jkollha wkoll il-possibbiltà li investimenti fl-istadju ta' espansjoni u tkabbir flimkien mal-Faċilità ta' Ekwità għat-Tkabbir taħt il-Programm għall-Kompetittività tal-Impriżi u l-SMEs (COSME), inkluż fil-fondi tal-fondi.

Dawn il-faċilitajiet se jkunu ċentrali għall-objettiv speċifiku "Aċċess għal finanzjament ta’ riskju" iżda, fejn rilevanti, jistgħu jintużaw ukoll fost l-objettivi speċifiċi oħrajn kollha tal-Orizzont 2020.

Il-faċilità ta' ekwità u t-tieqa ta' opportunità għall-SMEs tal-faċilità ta' dejn se jiġu implimentati bħala parti minn żewġ Strumenti Finanzjarji tal-UE li jipprovdu ekwità u dejn bħala appoġġ għar-R&I u t-tkabbir tal-SMEs, flimkien mal-faċilitajiet ta' ekwità u dejn taħt il-Programm għall-Kompetittività tal-Impriżi u l-SMEs (COSME).

1.3.   Komunikazzjoni, sfruttar u disseminazzjoni

Valur miżjud ewlieni tar-riċerka u l-innovazzjoni ffinanzjati fil-livell tal-Unjoni huwa l-possibbiltà li jiġu ddisseminati, sfruttati u kkomunikati r-riżultati fuq skala kontinentali wiesgħa biex jissaħħaħ l-impatt tagħhom. Għaldaqstant, l-Orizzont 2020 se jinkludi, taħt l-objettivi speċifiċi kollha tiegħu, appoġġ dedikat għad-disseminazzjoni (inkluż permezz ta' aċċess miftuħ għall-publikazzjonijiet xjentifiċi), azzjonijiet ta' komunikazzjoni u djalogu, b’enfasi qawwija fuq il-komunikazzjoni tar-riżultati lill-utenti aħħarin, iċ-ċittadini, il-komunità akkademika, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-industrija u dawk li jfasslu l-politika. Għal dan il-għan, l-Orizzont 2020 jista' jagħmel użu minn netwerks stabbiliti għat-trasferiment tal-informazzjoni. Attivitajiet ta' komunikazzjoni mwettqa fil-kuntest tal-Orizzont 2020 se jippromwovu l-fatt li r-riżultati nkisbu bl-appoġġ tal-finanzjament tal-Unjoni u se jippruvaw iżidu wkoll il-kuxjenza pubblika dwar l-importanza tar-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta’ pubblikazzjonijiet, avvenimenti, repożitorju ta' għarfien, bażijiet ta' data, siti tal-internet jew użu mmirat tal-mezzi tal-midja soċjali.

2.   KUMPLEMENTARITAJIET U KWISTJONIJIET TRASVERSALI U MIŻURI TA' APPOĠĠ

L-Orizzont 2020 huwa strutturat madwar l-objettivi ddefiniti għat-tliet partijiet tagħha: il-ġenerazzjoni ta' xjenza eċċellenti, il-ħolqien ta' tmexxija industrijali u l-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà. Se tingħata attenzjoni partikolari biex tiġi żgurata koordinazzjoni adegwata bejn dawn il-partijiet u l-isfruttar sħiħ tas-sinerġiji iġġenerati bejn l-objettivi speċifiċi kollha li jimmassimizzaw l-impatt kumplessiv tagħhom fuq l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni ta' livell ogħla. Għaldaqstant l-objettivi tal-Orizzont 2020 se jiġu indirizzati permezz ta' enfasi b'saħħitha fuq is-sejba ta' soluzzjonijiet effiċjenti, li tmur lil hinn sew minn approċċ ibbażat sempliċement fuq dixxiplini xjentifiċi u teknoloġiċi u setturi ekonomiċi tradizzjonali.

L-azzjonijiet trasversali se jiġu promossi fil-Parti I 'Xjenza Eċċellenti', il-Parti II 'Tmexxija Industrijali' u l-Parti III 'Sfidi għas-Soċjetà' sabiex jiżviluppaw b'mod konġunt għarfien ġdid, teknoloġiji futuri u emerġenti, infrastrutturi tar-riċerka u kompetenzi ewlenin. L-infrastrutturi tar-riċerka se jkunu wkoll promossi għal użu usa’ fis-soċjetà, pereżempju fis-servizzi pubbliċi, għall-promozzjoni tax-xjenza, is-sigurtà ċivili u l-kultura. Barra minn hekk, l-iffissar tal-prijoritajiet matul l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet diretti taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka u l-attivitajiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) se jkunu ikkoordinati adegwament ma’ partijiet oħra tal-Orizzont 2020.

Barra minn hekk, f'ħafna każijiet, il-kontribuzzjoni effettiva għall-objettivi ta' Ewropa 2020 u l-Unjoni tal-Innovazzjoni se tirrikjedi l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet li huma interdixxiplinari fin-natura tagħhom u għalhekk jolqtu bosta objettivi speċifiċi tal-Orizzont 2020. ▌ L-Orizzont 2020 jinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi biex jinċentiva tali azzjonijiet trasversali, inkluż permezz ta' raggruppament effiċjenti tal-baġits. Pereżempju, dan jinkludi wkoll il-possibilità għal sfidi tas-soċjetà u teknoloġiji abilitanti u industrijali li jagħmlu użu mid-dispożizzjonijiet għal strumenti finanzjarji u l-istrument iddedikat għall-SMEs.

L-azzjonijiet trasversali se jkunu wkoll vitali biex jiġu stimulati l-interazzjonijiet bejn l-isfidi tas-soċjetà u t-teknoloġiji abilitanti u industrijali meħtieġa biex jiġġeneraw kisbiet teknoloġiċi ewlenin. Eżempji ta' fejn dawn l-interazzjonijiet jistgħu jiġu żviluppati huma: l-isfera tas-saħħa elettronika, il-grilji intelliġenti, is-sistemi intelliġenti ta' trasport, l-integrazzjoni ta’ azzjonijiet favur il-klima, in-nanomediċina, il-materjali avvanzati għal vetturi ħfief jew l-iżvilupp ta' proċessi industrijali u prodotti b'bażi bijoloġika. Għaldaqstant se jitrawmu sinerġiji b'saħħithom bejn l-isfidi tas-soċjetà u l-iżvilupp ta' teknoloġiji abilitanti u industrijali ġeneriċi. Dan se jitqies espliċitament fl-iżvilupp ta' strateġiji multiannwali u l-iffissar tal-prijoritajiet għal kull wieħed minn dawn l-objettivi speċifiċi. Dan se jesiġi li l-partijiet interessati li jirrappreżentaw il-perspettivi differenti jkunu involuti bis-sħiħ fl-implimentazzjoni u f'ħafna każijiet, se jesiġi wkoll azzjonijiet li jiġbru flimkien il-finanzjament minn teknoloġiji abilitanti u industrijali u l-isfidi tas-soċjetà kkonċernati.

Se tingħata wkoll attenzjoni partikolari għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet iffinanzjati permezz tal-Orizzont 2020 ma’ dawk appoġġati taħt programmi ta' finanzjament oħrajn tal-Unjoni, bħalma huma dawk tal-Politika Agrikola Komuni, u l-Politika Komuni tas-Sajd, Life+ jew l-Erasmus għal Kulħadd: il-programm tal-Unjoni għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport jew il-Programm Saħħa għat-Tkabbir u l-programmi ta' finanzjament esterni u ta' żvilupp tal-Unjoni. Din tinkludi artikolazzjoni xierqa mal-fondi ta’ politika ta’ Koeżjoni fil-kuntest tal-istrateġiji R&I nazzjonali u reġjonali għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, fejn l-appoġġ għall-bini ta’ kapaċità għar-riċerka u innovazzjoni fuq livell reġjonali jista' jaġixxi bħala ‘taraġ għall-eċċellenza', l-istabbiliment ta' ċentri reġjonali ta' eċċellenza jistgħu jgħinu biex tonqos id-differenza fl-innovazzjoni fl-Ewropa jew l-appoġġ għall-proġetti ta’ dimostrazzjoni u linja pilota fuq skala kbira jista’ jgħin fil-kisba tal-objettiv ta' ġenerazzjoni ta’ tmexxija industrijali fl-Ewropa.

A.  Xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi

Ir-riċerka fix-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi se jiġu integrati bis-sħiħ f’kull wieħed mill-objettivi ġenerali tal-Orizzont 2020. Dan se jinkludi bosta opportunitajiet ta' appoġġ għal riċerka bħal din permezz tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, l-azzjonijiet Marie Skłodowska‑Curie jew l-objettiv speċifiku tal-Infrastrutturi ta’ Riċerka.

Għal dan il-għan, ix-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi se jiġu integrati bħala element essenzjali tal-attivitajiet meħtieġa biex tissaħħaħ it-tmexxija industrijali u biex tiġi indirizzata kull waħda mill-isfidi tas-soċjetà. Għal tal-aħħar, dan jinkludi: fehim tad-determinanti tas-saħħa u ottimizzazzjoni tal-effettività tal-għoti ta' kura tas-saħħa, appoġġ għall-politiki li jagħtu setgħa liż-żoni rurali, riċerka u preservazzjoni tal-wirt u r-rikkezza kulturali tal-Ewropa, promozzjoni ta' għażliet infurmati mill-konsumatur, ħolqien ta' ekosistema inklużiva bbażata fuq għarfien u informazzjoni, teħid sod ta' deċiżjonijiet dwar il-politika tal-enerġija u fl-iżgurar ta' grilja Ewropea tal-elettriku favur il-konsumatur u tranżizzjoni għal sistema tal-enerġija sostenibbli, appoġġ ta' politika u tbassir tat-trasport ibbażati fuq evidenza ta' sostenn, appoġġ għal strateġiji ta' mitigazzjoni tat-tibdil tal-klima u ta' adattament għalih, inizjattivi ta' użu effiċjenti tar-riżorsi u miżuri lejn ekonomija ħadra u sostenibbli, u aspetti kulturali u soċjoekonomiċi ta' kwistjonijiet relatati mas-sigurtà, ir-riskju u l-ġestjoni (inklużi aspetti ġuridiċi u raltati mad-drittijiet u tal-bniedem).

Barra minn hekk, l-objettiv speċifiku 'L-Ewropa f'dinja li qed tinbidel: Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri' se jappoġġa r-riċerka fix-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi fi kwistjonijiet ta' natura orizzontali bħall-ħolqien ta’ tkabbir intelliġenti u sostenibbli, trasformazzjonijiet soċjali, kulturali u fl-imġiba fis-soċjetajiet Ewropej, l-innovazzjoni soċjali, l-innovazzjoni fis-settur pubbliku jew il-pożizzjoni tal-Ewropa bħala attur globali.

B.  Ix-xjenza u s-soċjetà

Ir-relazzjoni u l-interazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà kif ukoll il-promozzjoni ta' Riċerka u Innovazzjoni Responsabbli u l-edukazzjoni xjentifika, il-komunikazzjoni xjentifika u l-kultura għandhom jiġu approfonditi u l-fiduċja tal-pubbliku fix-xjenza u l-innovazzjoni għandha tissaħħaħ permezz ta' attivitajiet tal-Orizzont 2020 li jiffavorixxu l-involviment infurmat taċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili u d-djalogu magħhom fi kwistjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni.

C.  Is-sessi

Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fix-xjenza u l-innovazzjoni hija impenn tal-UE. Fl-Orizzont 2020, il-ġeneru għandu jiġi indirizzat bħala kwistjoni trasversali sabiex jiġu rettifikati l-iżbilanċi bejn in-nisa u l-irġiel, u biex tiġi integrata dimensjoni tal-ġeneru fl-ipprogrammar u l-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni.

D.  Impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs)

L-Orizzont 2020 se jinkoraġġixxi u jappoġġa parteċipazzjoni akbar mill-SMEs b'mod integrat fl-objettivi speċifiċi kollha.

B'segwitu għall-istabbiliment ta' kundizzjonijiet aħjar għall-SMEs biex jieħdu sehem fl-Orizzont 2020, skont l-Artikolu 18 tal-Orizzont 2020, miżuri dedikati kif stabbiliti fl-objettiv speċifiku 'Innovazzjoni fl-SMEs' (strument iddedikat għall-SMEs) għandhom jiġu applikati fl-objettiv speċifiku 'Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali' u l-Parti III 'Sfidi tas-soċjetà'. Dan l-approċċ integrat għandu jwassal għal minimu ta' 20 % tal-baġits ikkombinati totali tagħhom li jmorru għall-SMEs.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lir-rappreżentazzjoni adegwata tal-SMEs fi sħubijiet pubbliku-privat.

DA.  Rotta rapida lejn l-Innovazzjoni (FTI)

Ir-Rotta Rapida lejn l-Innovazzjoni se tħaffef b'mod sinifikanti l-ħin mill-idea sas-suq u mistennija żżid il-parteċipazzjoni tal-industrija fl-Orizzont 2020 u ta' dawk li jkunu qed japplikaw għall-ewwel darba.

Skont l-Artikolu 18a tar-Regolament Qafas Orizzont 2020, ir-Rotta Rapida lejn l-Innovazzjoni se tappoġġa azzjonijiet Qrib is-Suq taħt l-objettiv speċifiku "Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali" u taħt l-isfidi tas-soċjetà, b'loġika mmexxija minn isfel għal fuq abbażi ta' sejħa kontinwament miftuħa, u Żmien għall-Għotja li ma jkunx iktar minn sitt xhur. L-FTI se tikkontribwixxi għall-innovazzjoni fl-Ewropa, filwaqt li tirfed il-kompetittività tal-Unjoni.

E.  Żieda fil-parteċipazzjoni

Il-potenzjal ta’ riċerka u innovazzjoni tal-Istati Membri, minkejja xi konverġenza reċenti, għadhom differenti ħafna, b’diskrepanzi kbar bejn il-"mexxejja fl-innovazzjoni" u l-"innovaturi modesti". L-attivitajiet għandhom jgħinu biex jingħalaq id-distakk bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa billi jiġu promossi sinerġiji mal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (ESI) kif ukoll permezz ta' miżuri speċifiċi li għandhom jittieħdu sabiex jinkiseb il-potenzjal tal-eċċellenza f'reġjuni tar-RŻI bi prestazzjoni baxxa, biex b'hekk tiżdied il-parteċipazzjoni fl-Orizzont 2020 u jingħata kontribut għar-realizzazzjoni taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

F.  Kooperazzjoni internazzjonali

Il-kooperazzjoni internazzjonali ma' sħab f'pajjiżi terzi hija meħtieġa biex tindirizza b' mod effikaċi bosta objettivi speċifiċi definiti fl-Orizzont 2020, partikolarment dawk marbuta mal-politika esterna u ta' żvilupp u mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni. Dan huwa l-każ għall-isfidi kollha tas-soċjetà indirizzati mill-Orizzont 2020, li huma tal-istess natura. Il-kooperazzjoni internazzjonali hija wkoll essenzjali għal riċerka fil-fruntiera tal-għarfien u dik bażika biex jinkisbu l-benefiċċji mill-opportunitajiet emerġenti tax-xjenza u t-teknoloġija emerġenti. Għaldaqstant, il-promozzjoni tar-riċerkaturi u l-mobilità tal-persunal marbut mal-innovazzjoni fuq skala internazzjonali huwa kruċjali sabiex tissaħħaħ din il-koperazzjoni globali. Attivitajiet fil-livell internazzjonali huma ugwalment importanti għat-tisħiħ tal-kompetittività tal-industrija Ewropea billi jippromwovu l-użu u n-negozjar ta' teknoloġiji ġodda, pereżempju permezz tal-iżvilupp ta’ standards mad-dinja kollha u linji gwida dwar l-interoperabbiltà, u bil-promozzjoni tal-aċċettazzjoni u l-użu ta' soluzzjonijiet Ewropej barra mill-Ewropa. L-attivitajiet internazzjonali kollha għandhom jiġu appoġġati b'qafas ta' trasferiment tal-għarfien effiċjenti u ġust li huwa kritiku għall-innovazzjoni u t-tkabbir.

L-enfasi tal-kooperazzjoni internazzjonali fl-Orizzont 2020 se tkun fuq kooperazzjoni ma' tliet gruppi ewlenin ta' pajjiżi:

(1)  ekonomiji industrijalizzati u emerġenti;

(2)  pajjiżi tat-tkabbir u tal-viċinat; u

(3)  pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.

Fejn xieraq, l-Orizzont 2020 se jippromwovi l-kooperazzjoni fuq livell bireġjonali jew multilaterali. Il-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni hija aspett ewlieni tal-impenji globali tal-Unjoni u għandha rwol importanti x'taqdi fis-sħubija tal-Unjoni mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bħall-progress lejn il-kisba tal-Objettivi ta' Żvilupp tal-Millennju.

L-Artikolu 21 tal-Orizzont 2020 jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet minn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Peress li r-riċerka u l-innovazzjoni ġeneralment, fil-biċċa l-kbira tagħhom, jibbenefikaw minn ftuħ lejn pajjiżi terzi, l-Orizzont 2020 se jkompli mal-prinċipju ta' ftuħ ġenerali, filwaqt li jinkoraġġixxi aċċess reċiproku għall-programmi ta' pajjiżi terzi. Fejn adatt, u b'mod partikolari biex jiġi salvagwardjat l-interess Ewropew fir-rigward tal-proprjetà intellettwali, jista' jiġi adottat approċċ aktar kawt.

Barra minn hekk, se tiġi implimentata firxa ta’ azzjonijiet immirati billi jittieħed approċċ strateġiku għall-kooperazzjoni internazzjonali abbażi ta' interess komuni, prijoritajiet u benefiċċju reċiproku u l-promozzjoni tal-koordinazzjoni u s-sinerġiji mal-attivitajiet tal-Istati Membri. Dan se jinkludi mekkaniżmu ta' appoġġ għal sejħiet konġunti u l-possibbiltà ta' programmi ta' kofinanzjament flimkien ma' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali. Se jitfittxu sinerġiji ma' politiki oħra tal-Unjoni.

Se tkompli titfittex konsulenza strateġika mill-Forum Strateġiku għall-Kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika Internazzjonali (SFIC).

Mingħajr preġudizzju għal opportunitajiet oħrajn ta' kollaborazzjoni, eżempji ta' oqsma fejn tista' tiġi żviluppata tali kooperazzjoni internazzjonali huma:

(a)  Tkomplija tas- Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi li qed Jiżviluppaw (EDCTP2) dwar provi kliniċi għal interventi mediċi kontra l-HIV, il-malarja, it-tuberkolożi u l-mard ittraskurat;

(b)  Appoġġ permezz ta' abbonament annwali għall-Programm tax-Xjenza "Fruntiera Umana" (HSFP) biex l-Istati Membri tal-Unjoni li mhumiex parti mill-G7 ikunu jistgħu jgawdu bis-sħiħ mill-finanzjament ipprovdut mill-HSFP;

(c)  Konsorzju internazzjonali dwar mard rari, ma' għadd ta' Stati Membri tal-Unjoni u pajjiżi terzi. L-għan ta’ din l-inizjattiva huwa li sal-2020 jiġu żviluppati testijiet dijanjostiċi għal ħafna mard rari u 200 terapija ġdida għal mard rari;

(d)  Appoġġ lill-attivitajiet tal-Forum Internazzjonali dwar il-Bijoekonomija Bbażata fuq l-Għarfien u t-Task Force bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar ir-Riċerka tal-Bijoteknoloġija kif ukoll rabtiet ta' kollaborazzjoni ma' organizzazzjonijiet u inizjattivi internazzjonali rilevanti (bħall-alleanzi globali tar-riċerka dwar il-gassijiet serra agrikoli u dwar is-saħħa tal-annimali);

(e)  Kontribuzzjoni għall-proċessi u l-inizjattivi multilaterali, bħalma huma l-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-Pjattaforma Intergovernattiva dwar il-Bijodiversità u s-servizzi Ekosistemiċi (IPBES), u l-Grupp dwar l-Osservazzjonijiet tad-Dinja (GEO);

(f)  Id-Djalogi dwar l-Ispazju bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti tal-Amerika u r-Russja, iż-żewġ pajjiżi ewlenin b'attivitajiet fl-ispazju, huma estremament importanti u jifformuw il-bażi għall-istabbiliment tas-sħubijiet ta' kooperazzjoni strateġika relatati mal-ispazju;

(g)  L-arranġament ta' implimentazjoni għal attivitajiet ta’ kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika fil-qasam tas-Sikurezza Interna/is-Sigurtà Ċivili/ir-Riċerka, iffirmat fit-18 ta’ Novembru 2010;

(h)  Kooperazzjoni ma’ pajjiżi li qed jiżviluppaw, inkluż mill-Afrika sub-Saħarjana, fil-qasam tal-produzzjoni deċentralizzata tal-enerġija biex jittaffa l-faqar;

(i)  Tkomplija tal-kollaborazzjoni mal-Brażil dwar ġenerazzjoni ġdida ta' bijofjuwils u użi oħra ta' bijomassa.

Barra minn hekk, se jiġu appoġġati attivitajiet orizzontali ddedikati biex ikun żgurat l-iżvilupp koerenti u effettiv tal-kooperazzjoni internazzjonali fl-Orizzont 2020.

G.  Żvilupp sostenibbli u tibdil fil-klima

L-Orizzont 2020 se jħeġġeġ u jappoġġa attivitajiet għall-isfruttament tat-tmexxija tal-Ewropa fit-tiġrija biex jiġu żviluppati proċessi u teknoloġiji ġodda li jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli, f'sens wiesa', u li jiġġieldu t-tibdil fil-klima. Tali approċċ orizzontali, integrat kompletament fil-prijoritajiet kollha tal-Orizzont 2020, se jgħin lill-UE tirnexxi f'dinja b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju u ristretta minn riżorsi limitati filwaqt li tibni ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, sostenibbli u kompetittiva.

H.  Il-pont li jwassal mill-iskoperta għall-applikazzjoni fis-suq

L-azzjonijiet ta' kollegament fl-Orizzont 2020 kollu huma mmirati biex iwasslu l-iskoperta għall-applikazzjoni fis-suq, u biex iwasslu għall-isfruttar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ideat kull meta jkun adattat. L-azzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq kunċett wiesa' ta' innovazzjoni u jistimulaw l-innovazzjoni transsettorjali.

I Miżuri ta' appoġġ trasversali

Il-kwistjonijiet trasversali se jiġu appoġġati minn għadd ta' miżuri ta' appoġġ trasversali, inkluż appoġġ: biex il-professjoni tar-riċerka ssir aktar attraenti, inklużi l-prinċipji ġenerali tal-Karta Ewropea għar-riċerkaturi; biex tissaħħaħ il-bażi ta' evidenza u l-iżvilupp ta' u l-appoġġ għaż-ŻER (inklużi l-ħames inizjattivi taż-ŻER) u l-Unjoni tal-Innovazzjoni; biex jiġu rikonoxxuti l-benefiċjarji u l-proġetti tal-Orizzont 2020 bl-aqwa prestazzjoni fl-oqsma differenti permezz ta' premijiet simboliċi; biex jitjiebu l-kundizzjonijiet qafas b'appoġġ għall-Unjoni tal-Innovazzjoni, inklużi l-prinċipji tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni ta' proprjetà intellettwali(15) u l-esplorazzjoni tal-possibbiltà li jiġi stabbilit strument ta' valorizzazzjoni tad-Drittijiet Ewropej tal-Proprjetà Intellettwali; għall-amministrazzjoni u l-koordinazzjoni ta' netwerks internazzjonali għar-riċerkaturi u l-innovaturi ta' eċċellenza (bħalma hi l-COST).

3.  SĦUBIJA

Sabiex jintlaħaq tkabbir sostenibbli fl-Ewropa, il-kontribuzzjoni tal-atturi pubbliċi u privati għandha tiġi ottimizzata. Dan huwa essenzjali biex tiġi kkonsolidata ż-Żona Ewropea tar-Riċerka u għat-twettiq tal-għanijiet tal-Unjoni ta’ Innovazzjoni, l-Aġenda Diġitali u inizjattivi ewlenin oħrajn tal-Ewropa 2020. Barra minn hekk, riċerka u innovazzjoni responsabbli jesiġu li l-aħjar soluzzjonijiet jiġu derivati minn interazzjonijiet bejn is-sħab li għandhom diversi perspettivi iżda interessi komuni.

L-Orizzont 2020 jinkludi ambitu u sett ċar ta' kriterji għall-istabbiliment ta' sħubijiet pubbliċi pubbliċi u dawk privati pubbliċi. Sħubijiet privati pubbliċi jistgħu jkunu bbażati fuq arranġament kuntrattwali bejn atturi pubbliċi u privati u jistgħu, f'każijiet limitati, jkunu sħubijiet privati pubbliċi istituzzjonalizzati (bħal Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti u Impriżi Konġunti oħrajn).

Is-sħubijiet pubbliċi-pubbliċi u dawk pubbliċi-privati eżistenti jistgħu jirċievu appoġġ mill-Orizzont 2020, sakemm dawn jindirizzaw l-objettivi tal-Orizzont 2020, jikkontribwixxu għat-twettiq taż-ŻER, jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Orizzont 2020 u juru li għamlu progress sinifikanti taħt is-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u d-Dimostrazzjoni (FP7).

Inizjattivi skont l-Artikolu 185 tat-Trattat appoġġati fl-ambitu tal-FP6 u/jew FP7 li għalihom jista' jiġi pprovdut appoġġ ulterjuri skont il-kundizzjonijiet ta' hawn fuq jinkludu: is-Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi li qed Jiżviluppaw (EDCTP), Għajxien Megħjun Kontestwalment (AAL), il-Programm ta’ Riċerka u Żvilupp dwar il-Baħar Baltiku (BONUS), Eurostars u tl-Programm Ewropew għar-Riċerka tal-Metroloġija. Aktar appoġġ jista' jiġi pprovdut lill-Alleanza Ewropea għar-Riċerka dwar l-Enerġija (EERA) stabbilita taħt il-Pjan Strateġiku għat-Teknoloġija tal-Enerġija (Pjan SET). L-Inizjattivi ta' Programmar Konġunt jistgħu jiġu appoġġati mill-Orizzont 2020 permezz tal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 20 ta' [Regolament Qafas], fost l-oħrajn permezz ta' inizjattivi skont l-Artikolu 185 tat-Trattat.

L-Impriżi Konġunti stabbiliti fl-FP7 skont l-Artikolu 187 tat-Trattat, li għalihom jista' jingħata aktar appoġġ skont il-kundizzjonijiet ta' hawn fuq huma: l-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi (IMI), Clean Sky, Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR), Ċelloli tal-Fjuwil u Idroġenu (FCH), u Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter (ARTEMIS) u n-Nanoelettronika (ENIAC). L-aħħar tnejn jistgħu jiġu kkombinati f'inizjattiva unika.

Sħubijiet privati pubbliċi oħrajn appoġġati taħt l-FP7 li għalihom jista' jiġi pprovdut appoġġ ulterjuri skont il-kundizzjonijiet ta' hawn fuq huma: Fabbriki tal-futur, Bini Effiċjenti fl-Enerġija, l-Inizjattiva Ewropea tal-Karozzi Ekoloġiċi, l-Internet Futur. Aktar appoġġ jista' jiġi pprovdut ukoll lill-Inizjattivi Industrijali Ewropej (EIIs) stabbiliti taħt il-Pjan SET.

Aktar sħubijiet pubbliċi pubbliċi u sħubijiet pubbliċi privati jistgħu jiġu varati taħt l-inizjattiva Orizzont 2020 meta jissodisfaw il-kriterji ddefiniti. ▌

PARTI I

XJENZA EĊĊELLENTI

1.  IL-KUNSILL EWROPEW GĦAR-RIĊERKA

Il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERC) se jippromwovi l-aħjar riċerka fil-fruntieri tal-għarfien. Ir-riċerka fil-fruntieri u lil hinn mill-fehim kurrenti hija ta’ importanza kritika għall-benessri ekonomiku u soċjali, u hija inizjattiva intrinsikament riskjuża, li tavvanza f'oqsma ġodda ta’ riċerka u li joffru l-akbar sfida u kkaratterizzata mill-assenza ta' konfini dixxiplinari.

Sabiex jiġu stimulati avvanzi sostanzjali fil-fruntieri tal-għarfien, l-ERC se jappoġġa lill-gruppi individwali sabiex iwettqu riċerka fi kwalunkwe qasam tar-riċerka xjentifika u teknoloġika bażika li taqa’ fl-ambitu tal-Orizzont 2020, inklużi l-inġinerija, ix-xjenzi soċjoekonomiċi u l-istudji umanistiċi. Kif xieraq, ▌ il-gruppi destinatarji speċifiċi (eż. ir-riċerkaturi li jkunu għadhom kif bdew/timijiet emerġenti) jistgħu jiġu kkunsidrati, b'segwitu għall-objettivi tal-ERC u l-ħtiġijiet għall-implimentazzjoni effiċjenti. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-oqsma emerġenti u li qed jikbru b'rata mgħaġġla fil-fruntiera tal-għarfien, u fl-interfaċċja bejn id-dixxiplini.

Ir-riċerkaturi indipendenti ta’ kwalunkwe età u sess, inklużi r-riċerkaturi li għadhom jibdew, li jagħmlu t-tranżizzjoni sabiex ikunu mexxejja indipendenti tar-riċerka individwalment, minn kwalukwe pajjiż fid-dinja se jkunu appoġġati sabiex iwettqu r-riċerka tagħhom fl-Ewropa.

L-ERC għandu jagħti prijorità partikolari biex jassisti lill-aħjar riċerkaturi li jkunu qed jibdew li jkollhom ideat eċċellenti biex jagħmlu t-tranżizzjoni lejn l-indipendenza billi jipprovdilhom appoġġ adegwat fl-istadju kritiku li fih dawn ikunu qed jistabbilixxu jew jikkonsolidaw it-tim jew il-programm ta’ riċerka tagħhom. L-ERC se jkompli jipprovdi wkoll livelli adatti ta' appoġġ għal riċerkaturi stabbiliti.

Se jiġi segwit l-approċċ investigattiv . Dan ifisser illi l-ERC għandu jappoġġa l-proġetti mwettqa mir-riċerkaturi dwar suġġetti tal-għażla tagħhom fl-ambitu tas-sejħa għall-proposti. Il-proposti se jiġu evalwati skont il-kriterju uniku ta’ eċċellenza kif iġġudikat minn rieżami inter pares, filwaqt li titqies l-eċċellenza fil-gruppi l-ġodda, ir-riċerkaturi li jkunu għadhom jibdew, kif ukoll timijiet stabbiliti, u b’attenzjoni partikolari għall-proposti ferm pijuniera u li korrispondentement jinvolvu riskji xjentifiċi għolja.

L-ERC se jopera bħala korp awtonomu ta' finanzjament immexxi mix-xjenza magħmul minn Kunsill Xjentifiku indipendenti, appoġġat minn struttura ddedikata għall-implimentazzjoni li hija ħafifa u kosteffettiva.

Il-Kunsill Xjentifiku tal-ERC se jistabbilixxi l-istrateġija xjentifika globali u se jkollu l-awtorità sħiħa fuq deċiżjonijiet dwar it-tip ta’ riċerka li se tiġi ffinanzjata.

Il-Kunsill Xjentifiku se jistabbilixxi l-programm ta’ ħidma biex jintlaħqu l-objettivi tal-ERC abbażi tal-istrateġija xjentifika tiegħu kif deskritt hawn taħt. Dan għandu jistabbilixxi l-inizjattivi ta’ kooperazzjoni internazzjonali meħtieġa skont l-istrateġija xjentifika tiegħu, inklużi l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni sabiex tiżdied il-viżibbiltà tal-ERC għall-aħjar riċerkaturi minn madwar id-dinja.

Il-Kunsill Xjentifiku se jissorvelja kontinwament l-operazzjoni ▌tal-ERC u l-proċeduri ta' evalwazzjoni tiegħu u jikkunsidra kif l-aħjar jikseb l-objettivi usa’ tiegħu. Dan se jiżviluppa t-taħlita ta’ miżuri ta' appoġġ tal-ERC kif meħtieġ sabiex jirrispondi għall-ħtiġijiet emerġenti.

L-ERC se jimmira għall-eċċellenza fl-operazzjonijiet tiegħu stess. L-ispejjeż amministrattivi u tal-persunal għall-ERC fir-rigward tal-Kunsill Xjentifiku u l-istruttura ta’ implimentazzjoni ddedikata se jkunu konsistenti ma’ ġestjoni effiċjenti u kosteffettiva. In-nefqa amministrattiva se tinżamm baxxa kemm jista’ jkun, konsistenti mal-iżgurar tal-aħjar implimentazzjoni possibbli tar-riżorsi neċessarji, sabiex jiġi mmassimizzat il-finanzjament tar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien.

Il-premjijiet u l-għotijiet tal-ERC se jingħataw u jiġu operati rispettivament skont proċeduri sempliċi u trasparenti li jżommu l-attenzjoni fuq l-eċċellenza, jinkoraġġixxu l-inizjattivi u jikkombinaw il-flessibbiltà u r-responsabbiltà. L-ERC għandu jħares kontinwament lejn modi ulterjuri sabiex jissimplifika u jtejjeb il-proċeduri sabiex ikun żgurat li dawn il-prinċipji jiġu ssodisfati.

Minħabba l-istruttura unika u r-rwol tal-ERC bħala korp tal-finanzjament immexxi mix-xjenza, l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-attivitajiet tal-ERC għandhom jiġu riveduti u evalwati fuq bażi kontinwa bl-involviment sħiħ tal-Kunsill Xjentifiku sabiex jevalwa l-kisbiet tiegħu u jaġġusta u jtejjeb il-proċeduri u l-istrutturi abbażi tal-esperjenza.

1.1.  Il-Kunsill Xjentifiku

Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, kif stipulat fl-Artikolu 7, il-Kunsill Xjentifiku se:

(1)  Strateġija xjentifika:

–  jistabbilixxi l-istrateġija xjentifika globali għall-ERC, fid-dawl tal-opportunitajiet xjentifiċi u l-ħtiġijiet xjentifiċi Ewropej;

–  jiżgura fuq bażi permanenti, f'konformità mal-istrateġija xjentifika, l-istabbiliment tal-programm ta’ ħidma u l-modifiki neċessarji, inklużi s-sejħiet għall-proposti u l-kriterji u, skont il-ħtieġa, id-definizzjoni ta’ ▌gruppi fil-mira speċifiċi (eż. timijiet li jkunu għadhom kif jibdew/emerġenti);

(2)  Ġestjoni, monitoraġġ u kontroll tal-kwalità xjentifiċi:

–  jistabbilixxi, kif xieraq, minn perspettiva xjentifika, pożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tas-sejħiet għall-proposti, il-kriterji ta' evalwazzjoni, il-proċessi ta’ analiżi inter pares inklużi l-għażla tal-esperti, il-metodi tal-analiżi inter pares u l-evalwazzjoni tal-proposta u r-regoli ta' implimentazzjoni u linji gwida neċessarji li, abbażi tagħhom, il-proposta li għandha tiġi ffinanzjata tiġi determinata taħt is-superviżjoni tal-Kunsill Xjentifiku; kif ukoll kwalunwke kwistjoni oħra li taffettwa l-kisbiet u l-impatt tal-attivitajiet tal-ERC, u l-kwalità tar-riċerka mwettqa, inklużi d-dispożizzjonijiet prinċipali tal-Mudell tal-Ftehim ta' Għotja tal-ERC;

–  jimmonitorja l-kwalità tal-operazzjonijiet u jevalwa l-implimentazzjoni u l-kisbiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet għall-azzjonijiet ta' korrezzjoni jew futuri.

(3)  Komunikazzjoni u disseminazzjoni:

–  jiżgura t-trasparenza fil-komunikazzjoni mal-komunità xjentifika, il-partijiet interessati ewlenin u l-pubbliku ġenerali dwar l-attivitajiet u l-kisbiet tal-ERC;

–  jirrapporta b’mod regolari lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tiegħu.

Il-Kunsill Xjentifiku għandu l-awtorità sħiħa fuq deċiżjonijiet dwar it-tip ta’ riċerka li għandha tiġi ffinanzjata u huwa l-garanti tal-kwalità tal-attività mill-perspettiva xjentifika.

Fejn adatt, il-Kunsill Xjentifiku għandu jikkonsulta mal-Komunità xjentifika, tal-inġinerija u akkademika, l-aġenziji ta' finanzjament tar-riċerka reġjonali u nazzjonali u partijiet interessati oħrajn.

Il-membri tal-Kunsill Xjentifiku għandhom ikunu kkumpensati tal-kompiti li jwettqu permezz ta' onorarja u, fejn xieraq, ir-rimborż tal-ispejjeż għall-ivvjaġġar u għall-manteniment.

Il-President tal-ERC se jirrisjedi fi Brussell għat-tul ta' żmien tal-ħatra u se jiddedika l-biċċa l-kbira tal-ħin tiegħu(16) għall-ħidma tal-ERC. Hu se jkun irrimunerat f'livell kumparabbli mal-maniġment għoli tal-Kummissjoni.

Il-Kunsill Xjentifiku għandu jeleġġi minn fost il-membri tiegħu tliet Viċi Presidenti li għandhom jassistu lill-President fir-rappreżentanza tiegħu u fl-organizzazzjoni tal-ħidma tiegħu. Iż-żewġ Viċi Presidenti jista’ jkollhom ukoll it-titolu ta' Viċi President tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka.

Se jiġi pprovdut appoġġ lit-tliet Viċi Presidenti sabiex tiġi żgurata assistenza amministrattiva lokali adegwata fl-istituti ta' oriġini tagħhom.

1.2.  Struttura ddedikata għall-implimentazzjoni

L-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni għandha tkun responsabbli għall-aspetti kollha tal-implimentazzjoni amministrattiva u l-eżekuzzjoni tal-programm, kif previst fil-progamm ta’ ħidma. Din se timplimenta, b’mod partikolari, il-proċedura ta’ evalwazzjoni, l-analiżi inter pares u l-proċess tal-għażla skont l-istrateġija stabbilita mill-Kunsill Xjentifiku u għandha tiżgura l-ġestjoni finanzjarja u xjentifika tal-għotjiet.

L-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni għandha tappoġġa l-Kunsill Xjentifiku fit-twettiq tal-kompiti kollha tiegħu stipulati hawn fuq, tipprovdi aċċess għad-dokumenti neċessarji u d-dejta fil-pussess tagħha, u żżomm lill-Kunsill Xjentifiku infurmat dwar l-attivitajiet tagħha.

Sabiex tiġi żgurata kollaborazzjoni effettiva mal-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ strateġija u operattivi, it-tmexxija tal-Kunsill Xjentifiku u d-Direttur tal-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni għandhom jagħmlu laqgħat regolari ta' koordinazzjoni.

Il-ġestjoni tal-ERC se titwettaq minn persunal reklutat għal dak l-għan, inklużi, fejn meħtieġ, uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-UE u se tkopri biss il-ħtiġijiet amministrattivi reali sabiex tiġi żgurata l-istabbilità u l-kontinwità neċessarji għal amministrazzjoni effettiva.

1.3.  Rwol tal-Kummissjoni

Sabiex jiġu ssodisfati r-responsabilitajiet tagħha, kif stabbiliti fl-Artikoli 6, 7 u 8, il-Kummissjoni għandha:

–  taħtar il-President tal-ERC, tiżgura l-kontinwità u t-tiġdid tal-Kunsill Xjentifiku u tipprovdi appoġġ għal Kumitat ta' Identifikazzjoni permanenti għall-identifikazzjoni tal-membri futuri tal-Kunsill Xjentifiku;

–  tiżgura l-kontinwità tal-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni u d-delega ta’ kompiti u responsabbilitajiet għaliha, filwaqt li jitqiesu l-opinjonijiet tal-Kunsill Xjentifiku;

–  taħtar id-Direttur u l-Persunal Superjuri tal-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-opinjonijiet tal-Kunsill Xjentifiku;

–  tiżgura l-adozzjoni f’waqtha tal-programm ta’ ħidma, il-pożizzjonijiet fir-rigward tal-metodoloġija ta’ implimentazzjoni u r-regoli neċessarji ta’ implimentazzjoni kif previst fir-Regoli ta’ Sottomissjoni tal-ERC u l-Mudell tal-Ftehim ta' Għotja tal-ERC, filwaqt li jitqiesu l-pożizzjonijiet tal-Kunsill Xjentifiku;

–  tinforma u tikkonsulta b’mod regolari mal-kumitat tal-programm dwar l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-ERC.

2.   TEKNOLOĠIJI FUTURI U EMERĠENTI

L-attivitajiet tat-Teknoloġiji Futuri u Emerġenti (FET) se jikkonkrettizzaw it-tipi differenti ta' loġika ta’ intervent, minn dik kompletament miftuħa għal dik ta' gradi li jvarjaw ta’ strutturar ta’ suġġetti, komunitajiet u finanzjament, strutturati madwar tliet fergħat - FET Miftuħin, FET Proattivi u FET Ewlenin.

2.1.  FET Miftuħin: trawwim ta’ ideat ġodda

L-appoġġ għal sett kbir ta’ proġetti ta’ riċerka kollaborattiva fi stadju bikri, ta' xjenza u tekonoloġija viżjonarja b'riskju għoli huwa neċessarju għall-esplorazzjoni ta' suċċess ta' sisien ġodda għal teknoloġiji xjentifiċi futuri radikalment ġodda. Din l-attività, peress li hija espliċitament mhux topika u mhux preskritta, tippermetti ideat ġodda kull meta dawn jitfaċċaw u minn kull fejn jiġu, fi ħdan l-ispettru l-aktar wiesa' ta’ temi u dixxiplini u tistimula attivament il-ħsieb kreattiv u innovattiv. It-trawwim ta’ tali ideat fraġli jesiġi approċċ ta’ riċerka veloċi, li jipproteġi mir-riskju u b’interdixxiplinarjetà għolja, li jmur lil hinn sew mill-isferi stretti tat-teknoloġija. L-attirar u l-istimular tal-parteċipazzjoni ta’ atturi ġodda b’potenzjal għoli fir-riċerka u l-innovazzjoni, bħal pereżempju riċerkaturi żgħażagħ u SMEs b’teknoloġija għolja huma wkoll importanti għat-trawwim tal-mexxejja xjentifiċi u industrijali tal-futur.

2.2.  FET Proattivi: trawwim ta’ temi u komunitajiet emerġenti

Oqsma u temi ġodda jeħtieġu li jiġu mmaturati, permezz tal-ħidma lejn l-istrutturar ta’ komunitajiet emerġenti u l-appoġġ għat-tfassil u żvilupp ta’ temi trasformattivi ta’ riċerka. Il-benefiċċji prinċipali ta’ dan l-approċċ ta' strutturar, iżda esplorattiv, huma l-oqsma emerġenti ġodda li għadhom mhux lesti għall-inklużjoni fil-pjan direzzjonali tar-riċerka industrijali, u l-bini u l-istrutturar ta’ komunitajiet ta’ riċerka madwarhom. Dan iwettaq il-pass minn kollaborazzjonijiet bejn għadd żgħir ta’ riċerkaturi, għal raggruppament ta’ proġetti li kull wieħed minnhom jindirizza aspetti ta’ tema ta’ riċerka u jaqsam ir-riżultati. Dan se jsir f'assoċjazzjoni eqreb mal-isfidi tas-soċjetà u t-temi tat-tmexxija industrijali.

2.3.  FET Ewlenin: insegwiment tal-isfidi interdixxiplinari kbar tax-xjenza u t-teknoloġija

L-inizjattivi ta’ riċerka fi ħdan din l-isfida huma mmexxija mix-xjenza u t-teknoloġija, fuq skala kbira, multidixxiplinari u msejsa fuq objettiv viżjonarju li jgħaqqad. Dawn jindirrizzaw l-isfidi l-kbar tax-xjenza u t-teknoloġija li jesiġu kooperazzjoni fost firxa ta’ dixxiplini, komunitajiet u programmi. Il-progress xjentifiku u teknoloġiku għandu jipprovdi bażi b'saħħitha u wiesgħa għall-innovazzjoni ▌futura u l-isfruttar ekonomiku, kif ukoll benefiċċji ġodda għas-soċjetà b'potenzjal ta' impatt għoli. In-natura u d-daqs ġenerali jimplikaw li jistgħu biss jiġu realizzati permezz ta’ sforz ▌sostnut, kollaborattiv u fit-tul.

L-attivitajiet fit-tliet fergħat tal-FET huma kkumplementati b'attivitajiet ta' netwerking u bbażati fuq il-komunità għall-ħolqien ta’ bażi Ewropea fertili u vibranti għal riċerka mmexxija mix-xjenza lejn teknoloġiji futuri. Dawn għandhom jappoġġaw l-iżviluppi futuri tal-attivitajiet tal-FET, irawwmu d-dibattitu dwar l-implikazzjonijiet ta’ teknoloġiji ġodda, u jaċċelleraw l-impatt.

2.4.  Aspetti speċifiċi tal-implimentazzjoni

Bord Konsultattiv tal-FET, inklużi xjentisti u inġiniera tal-ogħla reputazzjoni u kompetenza, se jipprovdi l-kontribuzzjoni tal-partijiet interessati dwar l-istrateġija xjentifika u teknoloġika globali, inkluża konsulenza dwar id-definizzjoni tal-programm ta’ ħidma.

L-FET se jkomplu jkunu mmexxija mix-xjenza u t-teknoloġija b'appoġġ minn struttura ta’ implimentazzjoni ħafifa u effiċjenti. Proċeduri amministrattivi sempliċi se jiġu adottati sabiex iżommu l-iffukar fuq l-eċċellenza fl-innovazzjoni teknoloġika mmexxija mix-xjenza, jinkoraġixxu l-inizjattiva u jikkombinaw ir-rapidità fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-flessibiltà mar-responsabbiltà L-aktar approċċi xierqa se jintużaw biex jiġi eżaminat ix-xenarju tar-riċerka tal-FET (eż. ▌analiżi tal-portafoll) u biex jinvolvu komunitajiet ta’ partijiet interessati (eż. ▌konsultazzjonijiet). L-għan se jkun it-titjib kontinwu, u t-tiftixa għal modi ulterjuri biex jiġu ssimplifikati u mtejba proċeduri sabiex jiġi żgurat li dawn il-prinċipji huma ssodisfati. Se jitwettqu valutazzjoniet tal-effettività u l-impatt tal-attivitajiet FET, li jikkumplimentaw dawk fuq livell ta' programm.

Minħabba l-missjoni tagħhom ta’ trawwim ta’ riċerka mmexxija mix-xjenza lejn teknoloġiji futuri, l-FET jippruvaw jiġbru flimkien l-atturi mix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni, fejn adatt inklużi l-utenti, u safejn possibbli, kemm mis-settur pubbliku kif ukoll minn dak privat. L-FET għandhom għalhekk ikollhom rwol attiv u katalittiku fl-istimular ta’ mentalità ġdida, prattiki ġodda u kollaborazzjonijiet ġodda.

Attivitajiet tal-gruppi tal-FET miftuħa għat-tiftix komplet minn isfel għal fuq għal ideat ġodda promettenti. Ir-riskju għoli implikat minn tali idea huwa indirizzat permezz tal-esplorazzjoni ta' ħafna minnhom. L-effiċjenza f’termini ta’ ħin u riżorsi, l-ispiża baxxa tal-opportunità għall-proponenti, u l-ftuħ mhux disputat għall-ideat mhux konvenzjonali u interdixxiplinari huma l-karatteristiċi prinċipali ta' dawn l-attivitajiet. Skemi ta’ sottomissjoni ħfief u rapidi u kontinwament miftuħin se jfittxu ideat ġodda ta’ riċerka promettenti b'riskju għoli u se jinkludu binarji għal atturi tal-innovazzjoni ġodda u b'potenzjal qawwi, bħal pereżempju riċerkaturi żgħażagħ u SMEs b'teknoloġija avvanzata. Sabiex jikkomplementaw l-attivitajiet b'FET miftuħin, l-attivitajiet taħt il-prijoritajiet tat-Tmexxija Industrijali u l-Isfidi għas-Soċjetà jistgħu jrawmu użu radikalment ġdid tal-għarfien u t-teknoloġiji.

L-attività proattiva tal-FET se tiftaħ regolarment sejħiet dwar diversi temi b’riskju għoli u b’potenzjal innovattiv qawwi, iffinanzjati f’tali livell li jistgħu jintgħażlu diversi proġetti. Dawn il-proġetti se jkollhom l-appoġġ tal-azzjonijiet ta’ bini tal-komunità li jrawmu l-attivitajiet bħall-avvenimenti konġunti, żvilupp ta’ kurrikula u pjanijiet direzzjonali ta’ riċerka ġodda. L-għażla tat-temi se tqis l-eċċellenza fir-riċerka mmexxija mix-xjenza lejn teknoloġiji futuri, il-potenzjal għall-ħolqien ta' massa kritika u l-impatt fuq ix-xjenza u teknoloġija.

Għadd ta' inizjattivi ffukati fuq skala kbira (FET Ewlenin) jistgħu jiġu implimentati soġġett għall-eżitu pożittiv tal-proġetti preparatorji tal-FET. Huma għandhom ikunu bbażati fuq sħubijiet miftuħa li jippermettu li jingħaqdu flimkien b'mod volontarju l-kontributi tal-UE, dawk nazzjonali u dawk privati, b'governanza bbilanċjata li tippermetti lis-sidien tal-programmi li jkollhom influwenza adatta, kif ukoll grad għoli ta’ awtonomija u flessibbiltà fl-implimentazzjoni, li jippermettu li l-inizjattiva ewlenija ssegwi mill-qrib pjan direzzjonali ta’ riċerka appoġġat b’mod wiesa’. L-għażla tas-suġġetti li għandhom jiġu implimentati bħala Inizjattivi Ewlenin se tkun ibbażata fuq eċċellenza xjentifika u teknoloġika u se tqis l-għan li jgħaqqad, l-impatt potenzjali, l-integrazzjoni tal-partijiet interessati u r-riżorsi taħt pjan direzzjonali koeżiv ta' riċerka u, fejn adatt, l-appoġġ mill-partijiet interessati u l-programmi ta' riċerka nazzjonali/reġjonali. Dawn l-attivitajiet għandhom jitwettqu permezz tal-istrumenti ta' finanzjament eżistenti.

3.   AZZJONIJIET MARIE SKŁODOWSKA-CURIE

3.1.  Trawwim ta' ħiliet ġodda permezz ta’ taħriġ iniżjali eċċellenti tar-riċerkaturi

L-Ewropa għandha bżonn bażi ta’ riżorsi umani b’saħħitha u kreattiva, mobbli fost il-pajjiżi u setturi b’kombinazzjoni tajba ta’ ħiliet biex ikun hemm innovazzjoni u biex jiġu kkonvertiti l-għarfien u l-ideat fi prodotti u servizzi għall-benefiċċju ekonomiku u soċjali.

Dan se jinkiseb b’mod partikolari permezz tal-istrutturar tal-eċċellenza u eċċellenza akbar f’sehem sostanzjali tat-taħriġ inizjali ta’ kwalità għolja tar-riċerkaturi fl-istadju bikri u kandidati għad-dottorat fost l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati inkluża, fejn adatt, il-parteċipazzjoni mill-pajjiżi terzi. Billi r-riċerkaturi jiġu mgħammra, fl-istadju bikri, b’diversità ta’ ħiliet li se jippermettuhom jaffrontaw l-isfidi kurrenti u futuri, il-ġenerazzjoni li jmiss ta’ riċerkaturi se tibbenefika mill-prospetti mtejba ta’ karriera kemm fis-setturi pubbliċi kfi ukoll dawk privati, biex b'hekk ukoll tiżdied l-inċentiva għaż-żgħażagħ sabiex jagħżlu karrieri fir-riċerka.

L-azzjoni se tiġi implimentata permezz tal-appoġġ għall-programmi ta' riċerka relatati mat-taħriġ magħżula b'mod kompetittiv madwar l-Unjoni u implimentati minn sħubijiet ta' universitajiet, istituzzjonijiet ta' riċerka, infrastrutturi tar-riċerka, negozji, SMEs u atturi soċjoekonomiċi oħra minn pajjiżi differenti madwar l-Ewropea u lil hinn minnha. Istituzzjonijiet individwali li huma kapaċi jipprovdu l-istess ambjent ta’ tisħiħ għandhom jiġu appoġġati. Il-flessibilità fl-implimentazzjoni tal-objettivi se tkun żgurata sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet differenti. Normalment is-sħubijiet ta’ suċċess se jieħdu l-għamla ta’ netwerks ta’ taħriġ ta’ riċerka li jistgħu joffru tipi innovattivi ta' taħriġ bħal pereżempju dottorati konġunti u multipli jew dottorati industrijali filwaqt li l-istituzzjonijiet individwali se jkunu normalment involuti fil-programmi dottorali innovattivi. Id-dottorati industrijali huma element importanti biex jitrawwem spirtu innovattiv fost ir-riċerkaturi u jinħolqu rabtiet aktar mill-qrib bejn l-industrija u d-dinja akkademika. F’dan il-qafas, l-appoġġ huwa previst għall-aħjar riċerkaturi fl-istadju bikri minn kwalunkwe pajjiż sabiex jingħaqdu f’dawn il-programmi eċċellenti, li jistgħu jinkludu fost l-oħrajn, mentoring biex jiġu trasferiti l-għarfien u l-esperjenza.

Dawn il-programmi ta’ taħriġ se jindirizzaw l-iżvilupp u t-twessigħ tal-kompetenzi bażiċi ta’ riċerka, filwaqt li r-riċerkaturi jingħataw taħriġ għal moħħ kreattiv, perspettiva intraprenditorjali u ħiliet ta' innovazzjoni li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet futuri tas-suq tax-xogħol. Il-programmi se jipprovdu wkoll taħriġ f’kompetenzi li jistgħu jiġu trasferiti, bħax-xogħol f'tim, it-teħid ta' riskji, il-ġestjoni ta’ proġetti, l-istandardizzazzjoni, l-intraprenditorija, l-etika, id-dritt ta' proprjetà intellettwali, il-komunikazzjoni ġenerali u l-komunikazzjoni fis-soċjetà li huma essenzjali għall-ġenerazzjoni, l-iżvilupp, il-kummerċjalizzazzjoni u d-diffużjoni tal-innovazzjoni.

3.2.  Trawwim tal-eċċellenza permezz ta’ mobbiltà transkonfinali u transettorjali

L-Ewropa għandha tkun attraenti għall-aħjar riċerkaturi, kemm dawk Ewropej kif ukoll dawk mhux Ewropej. Dan se jinkiseb b’mod partikolari permezz ta’ appoġġ għal opportunitajiet ta’ karriera attraenti għar-riċerkaturi b’esperjenza fis-setturi pubbliċi u privati, u billi jiġu mħeġġa li jiċċaqalqu bejn il-pajjiżi, setturi u dixxiplini sabiex iżidu l-potenzjal kreattiv u innovattiv tagħhom.

Il-finanzjament għandu jsir lill-aħjar riċerkaturi u dawk l-iktar promettenti, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, li jixtiequ jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom permezz ta’ esperjenza ta' mobbiltà transnazzjonali jew internazzjonali. Dawn jistgħu jkunu appoġġati matul l-istadji differenti tal-karriera tagħhom, inklużi dawk l-iktar subalterni eżatt wara l-grad dottorali tagħhom jew esperjenza ekwivalenti. Dawn ir-riċerkaturi se jirċievu fondi bil-kundizzjoni li huma jiċċaqilqu minn pajjiż għall-ieħor sabiex iwessgħu jew japprofondixxu l-kompetenzi tagħhom fl-universitajiet, l-istituzzjonijiet ta’ riċerka, l-infrastrutturi tar-riċerka, in-negozji, l-SMEs jew atturi soċjoekonomiċi oħra tal-għażla tagħhom (eż. organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili), li jaħdmu fuq proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni li jaqblu mal-ħtiġijiet u l-interessi personali tagħhom. Dawn se jkunu mħeġġa jiċċaqilqu mis-settur pubbliku għal dak privat jew viċiversa permezz tal-appoġġ ta' postijiet ta' impjieg temporanju. Dan għandu jtejjeb l-innovazzjoni tas-settur privat u jippromwovi l-mobbiltà transsettorjali. L-opportunitajiet part-time li jippermettu pożizzjonijiet kombinati kemm fis-setturi pubbliċi u dawk privati se jkunu wkoll appoġġati sabiex jiżdied it-trasferiment ta' għarfien bejn is-setturi u jiġi mħeġġeġ ukoll il-ħolqien ta' bidu ta’ negozji. Tali opportunitajiet ta’ riċerka mfassla apposta se jgħinu lil riċerkaturi promettenti jsiru kompletament indipendenti u jiffaċilitaw iċ-ċaqliq bejn is-setturi pubbliċi u privati.

3.3.  Stimular tal-innovazzjoni permezz tad-dakkir reċiproku tal-għarfien

L-isfidi tas-soċjetà qed isiru iktar u iktar globali u transkonfinali u kollaborazzjonijiet transettorjali huma kruċjali sabiex dawn jiġu affrontati b’suċċess. Il-kondiviżjoni ta’ għarfien u ideat mir-riċerka għas-suq (u viċiversa) huwa għalhekk vitali u jista’ jinkiseb biss permezz tal-konnessjoni tal-persuni. Dan se jkun promoss permezz ta' appoġġ għal skambji flessibbli ta’ persunal, ta’ ħiliet għolja fir-riċerka u l-innovazzjoni, bejn is-setturi, pajjiżi u dixxiplini.

Il-finanzjament Ewropew se jappoġġa l-iskambji ▌tal-persunal involut fir-riċerka u l-innovazzjoni fi ħdan l-isħubijiet tal-universitajiet, l-istituzzjonijiet ta' riċerka, l-infrastrutturi tar-riċerka, in-negozji, l-SMEs u atturi soċjoekonomiċi oħrajn madwar l-Ewropa, kif ukoll bejn l-Ewropa u l-pajjiżi terzi sabiex tiġi rinfurzata l-kooperazzjoni internazzjonali. Dan se jkun miftuħ għall-persunal tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livelli kollha ta’ karriera, mill-aktar subaltern (postuniversitarju) għall-aktar superjuri (maniġment), inkluż ukoll il-persunal amministrattiv u tekniku.

3.4.  Żieda tal-impatt strutturali permezz tal-kofinanzjament tal-attivitajiet

L-istimular tal-programmi reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali sabiex titrawwem l-eċċellenza u jinfirxu l-aħjar prattiki tal-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie f’termini ta' possibbiltajiet ta’ mobbiltà madwar l-Ewropa għat-taħriġ tar-riċerkaturi, l-iżvilupp tal-karriera u l-iskambju ta’ persunal se jżid l-impatt numeriku u strutturali tal-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie. Dan se jżid ukoll l-ġibda ta’ ċentri ta’ eċċellenza madwar l-Ewropa.

Dan se jinkiseb permezz tal-kofinanzjament ta’ programmi reġjonali, nazzjonali, privati u internazzjonali, ġodda jew eżistenti, sabiex jinfetħu u jipprovdu taħriġ ta' riċerka internazzjonali, intersettorjali u interdixxiplinari, kif ukoll il-mobbiltà tar-riċerkaturi u l-persunal tal-innovazzjoni transkonfinali u intrasettorjali u fl-istadji kollha tal-karriera tagħhom.

Dan se jippermetti l-isfruttar ta' sinerġiji bejn l-azzjonijiet tal-UE u dawk fil-livell reġjonali u nazzjonali, billi tiġi miġġielda l-frammentazzjoni f’termini ta’ objettivi, metodi ta’ evalwazzjoni u kundizzjonijiet tax-xogħol tar-riċerkaturi. Fil-qafas tal-attivitajiet ta' kofinanzjament, l-użu tal-kuntratti ta' impjieg se jiġi promoss ħafna.

3.5.  Appoġġ u azzjonijiet speċifiċi ta' politika

Sabiex tintlaqa’ l-isfida b’mod effiċjenti se jkun essenzjali li jiġi mmonitorjat il-progress. Il-programm se jappoġġa l-iżvilupp ta’ indikaturi u l-analiżi tad-dejta relatata mal-mobbiltà, il-ħiliet u l-karrieri u l-ugwaljanza bejn is-sessi tar-riċerkaturi bl-għan li jikkontribwixxu għall-identifikazzjoni ta' distakki u ostakoli fl-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie u t-titjib tal-impatt ta’ dawn l-azzjonijiet. Dawn l-attivitajiet se jiġu implimentati bit-tiftix tas-sinerġiji u koordinazzjoni mill-qrib mal-azzjonijiet ta’ appoġġ tal-politika fir-rigward tar-riċerkaturi, dawk li jħaddmuhom u jiffinanzjawhom, imwettqa taħt 'L-Ewropa f'dinja li qiegħda tinbidel - Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u riflessivi'. L-azzjonijiet speċifiċi se jiġu ffinanzjati b'appoġġ għal inizjattivi ta' sensibilizzazzjoni dwar l-importanza ta’ karriera fir-riċerka li jkopru wkoll aspetti ta' ritorn u integrazzjoni mill-ġdid, u biex jiġu disseminati r-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni li joħorġu mill-ħidma appoġġata mill-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie.

Sabiex ikompli jiżdied l-impatt tal-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie, in-netwerking bejn ir-riċerkaturi Marie Skłodowska-Curie (attwali u tal-passat) se jissaħħaħ permezz ta' strateġija tas-servizzi tal-alumni. Dawn se jvarjaw mill-appoġġ għal forum ta' kuntatt u skambju bejn ir-riċerkaturi, b'possibbiltajiet ta' esplorazzjoni ta' kollaborazzjonijiet u opportunitajiet ta’ impjiegi, għall-organizzazzjoni ta’ avvenimenti konġunti u l-involviment tal-imsieħba fl-attivitajiet ta’ komunikazzjoni bħala ambaxxaturi għall-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie u għaż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

3.6.  Aspetti speċifiċi tal-implimentazzjoni

L-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie se jkunu miftuħa għall-attivitajiet ta’ taħriġ u żvilupp tal-karriera fi ħdan l-isferi kollha ta’ riċerka u innovazzjoni indirizzati taħt it-Trattat, minn riċerka bażika sa użu mis-suq u servizzi ta’ innovazzjoni. Il-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni kif ukoll is-setturi se jintgħażlu liberament mill-applikanti.

Biex jibbenefikaw mill-bażi tal-għarfien dinjija, l-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie se jkunu miftuħa għar-riċerkaturi u l-persunal tal-innovazzjoni, kif ukoll għall-universitajiet, l-istituzzjonijiet ta’ riċerka, l-infrastrutturi tar-riċerka, in-negozji u atturi soċjoekonomiċi oħra mill-pajjiżi kollha, inkluż pajjiżi terzi bil-kundizzjonijiet iddefiniti fir-Regolament (UE) XX/2012 (Regoli għall-Parteċipazzjoni).

Matul l-attivitajiet kollha deskritti hawn fuq, se tingħata attenzjoni lill-inkoraġġiment ta' parteċipazzjoni b'saħħitha tal-impriżi, b'mod partikolari l-SMEs, kif ukoll atturi soċjoekonomiċi oħra għall-implimentazzjoni u impatt ta' suċċess tal-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie. Il-kollaborazzjoni fit-tul bejn l-edukazzjoni għolja, l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka u s-settur pubbliku u dak privat, li tqis il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, hija promossa matul l-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie kollha.

L-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie se jiġu żviluppati f'sinerġija mill-qrib ma' programmi oħra li jappoġġaw dawn l-objettivi ta' politika, inkluż il-programm Erasmus għal Kulħadd u l-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni tal-EIT.

Tinżamm il-possibilità, jekk ikun hemm il-ħtieġa speċifika, li jiġu mmirati ċerti attivitajiet taħt il-programm fir-rigward ta' sfidi tas-soċjetà, tipi ta’ istituzzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni, jew postijiet ġeografiċi speċifiċi sabiex jirreaġixxu għall-evoluzzjoni tar-rekwiżiti tal-Ewropa f’termini ta’ ħiliet, taħriġ fir-riċerka, żvilupp tal-karriera u kondiviżjoni tal-għarfien.

Sabiex ikunu miftuħin għas-sorsi kollha ta’ talent, se jkunu żgurati miżuri ġenerali biex tingħeleb kwalunkwe distorsjoni fl-aċċess għall-għotjiet pereżempju, billi jiġu mħeġġa opportunitajiet ugwali għar-riċerkaturi rġiel u nisa fl-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie kollha u permezz ta’ parametri relatati mal-parteċipazzjoni skont il-ġens. Barra minn hekk, l-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie se jappoġġaw ir-riċerkaturi biex jiġu stabbiliti f’karriera iktar stabbli u jiżguraw li dawn ikunu jistgħu jiksbu l-bilanċ xieraq bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni familjari tagħhom, u jikkontribwixxu sabiex tiġi ffaċilitata t-tkomplija ta’ karriera fir-riċerka wara żmien ta' waqfien. Il-prinċipji tal-Karta Ewropea tar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta’ Kondotta għar-Reklutaġġ ta' Riċerkaturi li jippromwovu rekultaġġ miftuħ u kundizzjonijiet ta' xogħol attraenti huma rrakkomandati li jiġu approvati u applikati mill-parteċipanti ffinanzjati kollha.

Sabiex ikomplu jissaħħu d-disseminazzjoni u l-involviment pubbliku, il-benefiċjarji tal-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie jistgħu jkunu meħtieġa jippjanaw attivitajiet ta' komunikazzjoni xierqa għall-pubbliku ġenerali. Dan il-pjan se jkun ivvalutat matul il-proċess ta’ evalwazzjoni kif ukoll matul is-segwitu tal-proġett.

4.  INFRASTRUTTURI TA' RIĊERKA

L-attivitajiet se jkollhom l-għan li jiżviluppaw infrastrutturi tar-riċerka Ewropej eċċellenti għall-2020 u lil hinn, irawmu l-potenzjal ta' innovazzjoni u r-riżorsi umani tagħhom u jirrinfurzaw il-politika Ewropea. Il-koordinazzjoni mas-sorsi ta’ iffinanzjar ta’ koeżjoni se jkunu indirizzati sabiex jiġu żgurati sinerġiji u approċċ koerenti għall-iżvilupp tal-infrastrutturi ta’ riċerka. Se jiġu mħeġġa sinerġiji mal-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie.

4.1.  L-iżvilupp tal-infrastrutturi Ewropej tar-riċerka għall-2020 u wara

4.1.1.  Żvilupp ta' infrastrutturi tar-riċerka mill-aqwa

L-għan huwa li jiġu ffaċilitati u appoġġati t-tħejjija, l-implimentazzjoni, is-sostenibbiltà fit-tul u t-tħaddim effiċjenti tal-infrastrutturi tar-riċerka identifikati mill-Forum Strateġiku Ewropew għall-Infrastrutturi tar-Riċerka (ESFRI) u infrastrutturi tar-riċerka mill-aqwa oħrajn, li se jgħinu lill-Ewropa twieġeb għall-isfidi l-kbar fix-xjenza, l-industrija u s-soċjetà. Dan l-objettiv se jindirizza speċifikament dawk l-infrastrutturi li qed jippjanaw li jistabbilixxu, qegħdin jistabbilixxu jew stabbilixxew il-governanza tagħhom, pereżempju abbażi tal-Konsorzju Ewropew għal Infrastruttura ta’ Riċerka (ERIC) jew kwalunkwe struttura ekwivalenti fuq livell Ewropew jew internazzjonali.

Il-fondi tal-UE se jikkontribwixxu, kif xieraq:

(a)  għall-fażi preparatorja tal-infrastrutturi futuri (eż. pjanijiet dettaljati ta’ kostruzzjoni, arranġamenti legali, pjanar pluriennali, l-involviment bikri tal-industrija);

(b)  għall-fażi ta’ implimentazzjoni (eż. riċerka u żvilupp u xogħol ta’ inġinerija b'mod konġunt mal-industrija u l-utenti, l-iżvilupp ta’ faċilitajiet reġjonali tal-imsieħba(17) bl-għan ta’ żvilupp aktar ibbilanċjat taż-Żona Ewropea tar-Riċerka); u/jew

(c)  għall-fażi ta’ operazzjoni (eż. aċċess, immaniġjar tad-dejta, attivitajiet ta’ komunikazzjoni, taħriġ u ta' kooperazzjoni internazzjonali).

Din l-attività se tappoġġa wkoll l-istudji ta' tfassil għall-infrastrutturi ta' riċerka ġodda b'approċċ minn isfel għal fuq.

4.1.2.  Integrazzjoni u ftuħ ta' infrastrutturi tar-riċerka nazzjonali u reġjonali eżistenti ta’ interess Ewropew

L-għan huwa li, fejn adatt, l-infrastrutturi tar-riċerka nazzjonali u reġjonali prinċipali jinfetħu għar-riċerkaturi Ewropej kollha, kemm mid-dinja akkademika kif ukoll mill-industrija, u li jiġi żgurat l-użu ottimali u l-iżvilupp konġunt tagħhom.

L-Unjoni se tappoġġa n-netwerks u r-raggruppamenti li jgħaqqdu u jintegraw, fuq skala Ewropea, l-infrastrutturi tar-riċerka nazzjonali prinċipali. L-iffinanzjar se jiġi pprovdut, b’mod partikolari bħala appoġġ għall-aċċess transnazzjonali u virtwali tar-riċerkaturi u l-armonizzazzjoni u t-titjib tas-servizzi li jipprovdu l-infrastrutturi. ▌

4.1.3.  Żvilupp, użu u tħaddim ta' infrastrutturi elettroniċi bbażati fuq l-ICT(18)

L-għan huwa li sal-2020 tinkiseb kapaċità fost l-aktar avvanzata fid-dinja fin-netwerking, fl-informatika u fid-data xjentifika fi spazju Ewropew uniku u miftuħ għar-riċerka onlajn fejn ir-riċerkaturi u l-komunitajiet tagħhom igawdu minn servizzi affidabbli, li jinsabu kullimkien u mill-aktar avvanzati għan-netwerking u l-komputazzjoni, u aċċess bla xkiel u miftuħ għall-ambjenti tax-Xjenza elettronika u riżorsi tad-dejta globali.

Sabiex jintlaħaq dan l-għan, se jingħata appoġġ lil: netwerks globali ta' riċerka u edukazzjoni li jipprovdu servizzi fuq talba bejn id-dominji, li huma avvanzati, standardizzati u li jistgħu jiġu adattati; infrastrutturi tan-netwerk u infrastrutturi cloud li jipprovdu kapaċità komputerizzazzjonali u tal-ipproċessar tad-data virtwalment mingħajr limiti; ekosistema ta’ faċilitajiet għas-superkomputazzjoni, li tavvanza lejn l-iskala exa; infrastruttura għal softwer u servizzi, pereżempju dawk għas-simulazzjoni u l-viżwalizzazzjoni; għodod ta’ kollaborazzjoni f'ħin reali; u infrastruttura tad-dejta xjentifika interoperabbli, miftuħa u affidabbli.

4.2.  Trawwim tal-potenzjal ta' innovazzjoni ta’ infrastrutturi tar-riċerka u r-riżorsi umani tagħhom

4.2.1.  Sfruttar tal-potenzjal ta’ innovazzjoni tal-infrastrutturi għar-riċerka:

L-għan huwa li tiġi stimulata l-innovazzjoni kemm fl-infrastrutturi innifishom kif ukoll fl-industriji, bħall-industrija tal-fornitur u tal-utent.

Għal dan il-għan, għandu jkun hemm appoġġ

(a)  għas-sħubijiet tar-R&Ż mal-industrija biex jiżviluppaw il-kapaċitajiet tal-Unjoni u l-provvista industrijali fl-oqsma ta' teknoloġija għolja bħall-istrumentazzjoni xjentifika jew l-ICT;

(b)  għall-akkwist prekummerċjali minn atturi tal-infrastruttura tar-riċerka sabiex imexxu 'l quddiem l-innovazzjoni u jkunu minn tal-ewwel li jadottaw jew jiżviluppaw teknoloġiji l-aktar avvanzati;

(c)  għall-istimular tal-użu ta' infrastrutturi ta' riċerka mill-industrija, pereżempju bħala ċentri ta' ttestjar sperimentali jew ċentri imsejsa fuq l-għarfien; kif ukoll

(d)  għall-inkoraġġiment tal-integrazzjoni tal-infrastrutturi tar-riċerka f'ekosistemi ta' innovazzjoni lokali, reġjonali u globali.

L-azzjonijiet tal-Unjoni se jippromwovu wkoll l-użu tal-infrastrutturi tar-riċerka, partikolarment l-infrastrutturi elettroniċi, għas-servizzi pubbliċi, l-innovazzjoni soċjali, il-kultura u l-edukazzjoni u t-taħriġ.

4.2.2.  Tisħiħ tal-kapital uman tal-infrastrutturi tar-riċerka

Il-kumplessità tal-infrastrutturi tar-riċerka u l-isfruttar tal-potenzjal sħiħ tagħhom jesiġu ħiliet adegwati għall-maniġers, inġiniera u tekniki tagħhom, kif ukoll l-utenti.

Il-finanzjament tal-Unjoni se jappoġġa t-taħriġ tal-persunal li jimmaniġġja u jopera infrastrutturi ta’ riċerka ta’ interess pan-Ewropew, l-iskambju ta’ persunal u l-aħjar prattiki fost dawn il-faċilitajiet, u l-provvista adegwata ta' riżorsi umani fid-dixxiplini prinċipali, inkluż il-ħolqien ta’ kurrikula edukattivi speċifiċi. Sinerġiji mal-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie se jiġu mħeġġa.

4.3.  Rinfurzar tal-politika Ewropea dwar l-infrastruttura tar-riċerka u tal-kooperazzjoni internazzjonali

4.3.1.  Rinfurzar tal-politika Ewropea dwar l-infrastrutturi tar-riċerka.

L-għanijiet huma li jiġu sfruttati s-sinerġiji bejn l-inizjattivi nazzjonali u tal-Unjoni permezz tal-istabbiliment ta' sħubijiet bejn dawk li jfasslu l-politika, il-korpi ta' finanzjament jew il-gruppi konsultattivi (eż. l-ESFRI, il-Grupp ta’ Riflessjoni dwar l-Infrastruttura elettronika (e-IRG), l-organizzazzjonijiet tal-EIROForum, l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali), kif ukoll l-iżvilupp ta’ komplementarjetajiet u kooperazzjoni bejn l-infrastrutturi tar-riċerka u attivitajiet li jimplimentaw politiki oħrajn tal-Unjoni, (bħall-politika reġjonali, ta' koeżjoni, industrijali, tas-saħħa, ambjentali, tal-impjiegi jew tal-iżvilupp), u li jiżguraw l-koordinazzjoni bejn is-sorsi ta’ finanzjament differenti tal-Unjoni. L-azzjonijiet tal-Unjoni ukoll se jappoġġaw l-istħarriġ, monitoraġġ u valutazzjoni tal-infrastrutturi ta’ riċerka fuq livell ta' Unjoni, kif ukoll l-istudji tal-politika u kompiti ta' komunikazzjoni oħra rilevanti.

L-Orizzont 2020 se jiffaċilita l-isforzi tal-Istati Membri biex itejbu bl-aħjar mod il-faċilitajiet ta' riċerka tagħhom permezz ta' appoġġ għal bażi tad-dejta aġġornata għall-UE kollha dwar infrastrutturi tar-riċerka apertament aċċessibbli fl-Ewropa.

4.3.2.  Iffaċilitar tal-kooperazzjoni internazzjonali strateġika

L-għan huwa li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tal-infrastrutturi globali tar-riċerka, jiġifieri l-infrastrutturi ta’ riċerka li jesiġu finanzjament u ftehimiet fuq skala globali. L-għan huwa wkoll li tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni tal-infrastrutturi Ewropej ta’ riċerka mal-kontropartijiet mhux Ewropej tagħhom, billi tiġi żgurata l-interoperabbiltà u l-kopertura globali tagħhom, u jinkisbu ftehimiet internazzjonali dwar l-użu , ftuħ jew kofinanzjament reċiproku tal-infrastrutturi. F’dan ir-rigward se jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp Carnegie ta' Uffiċjali Superjuri dwar Infrastrutturi Globali tar-Riċerka. Se tingħata wkoll attenzjoni sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni xierqa tal-Unjoni fil-koordinazzjoni mal-korpi internazzjonali bħan-NU jew l-OECD.

4.4.  Aspetti speċifiċi tal-implimentazzjoni

Waqt l-implimentazzjoni se jiġu kkonsultati gruppi konsultattivi ta’ esperti indipendenti, kif ukoll partijiet interessati u korpi konsultattivi, bħall-ESFRI u l-e-IRG.

L-implimentazzjoni se ssegwi approċċ fuq tliet binarji: minn isfel għal fuq fejn il-kontenut preċiż u l-isħubija ta’ proġetti mhumiex magħrufa; immirata fejn l-infrastrutturi tar-riċerka speċifiċi u/jew il-komunitajiet indirizzati huma definiti sew; u benefiċjarji msemmija, pereżempju fejn kontribuzzjoni għall-ispejjeż ta’ tħaddim hija provduta lill-(konsorzju ta’) operatur(i) tal-infrastruttura.

L-għanijiet tal-linji ta' attività stabbiliti taħt it-taqsimiet 4.2 u 4.3 għandhom jinkisbu permezz ta' azzjonijiet iddedikati, kif ukoll fi ħdan l-azzjonijiet żviluppati taħt it-taqsima 4.1, fejn adatt.

PARTI II

TMEXXIJA INDUSTRIJALI

1.  TMEXXIJA F'TEKNOLOĠIJI ABILITANTI U INDUSTRIJALI

Ġenerali

Is-suċċess fil-ksib, l-integrazzjoni u l-użu ta' teknoloġiji abilitanti mill-industrija Ewropea huwa fattur ewlieni biex jissaħħu l-produttività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Ewropa u biex jiġi żgurat li l-Ewropa għandha ekonomija avvanzata, sostenibbli u kompetittiva, tmexxija globali fis-setturi tal-applikazzjonijiet teknoloġiċi avvanzati u ħila biex tiżviluppa soluzzjonijiet effettivi u sostenibbli għall-isfidi tas-soċjetà b'kunsiderazzjoni, fost l-oħrajn, tal-ħtiġijiet tal-utent. L-attivitajiet ta' innovazzjoni se jingħaqdu mar-riċerka u l-iżvilupp bħala parti integrali mill-finanzjament.

Approċċ integrat għal Teknoloġiji Abilitanti Ewlenin

Komponent ewlieni fi 'Tmexxija fit-Teknoloġiji Abilitanti u Industrijali' huwa t-Teknoloġiji Abilitanti Essenzjali (KETs), definiti bħala mikro u nanoelettronika, fotonika, nanoteknoloġija, bijoteknoloġija, materjali avvanzati u sistemi ta’ manifattura avvanzata. Ħafna prodotti innovattivi jinkorporaw diversi minn dawn it-teknoloġiji b’mod simultanju, bħala partijiet uniċi jew integrati. Filwaqt li kull teknoloġija toffri innovazzjoni teknoloġika, il-benefiċċju akkumulat min-numru kbir ta' interazzjonijiet tal-KETs u teknoloġiji industrijali abilitanti oħrajn u l-kombinazzjonijiet tagħhom, jista' wkoll iwassal għal progress teknoloġiku kbir. L-isfruttar tat-teknoloġiji abilitanti essenzjali trasversali jsaħħaħ il-kompetittività u l-impatt tal-prodotti u jistimula t-tkabbir u l-impjiegi u jipprovdi opportunitajiet ġodda biex jiġu ttrattati l-isfidi għas-soċjetà. Għaldaqstant, se jiġu sfruttati l-interazzjonijiet numerużi ta' dawn it-teknoloġiji. Se jingħata appoġġ dedikat għal proġetti ta' linji pilota u dimostrazzjoni ta' skala ikbar biex jiġu implimentati f'diversi ambjenti u kundizzjonijiet.

Dan se jinkludi l-attivitajiet ta' KETs u KETs trasversali (multi KETs) li jgħaqqdu u jintegraw diversi teknoloġiji individwali, li jirriżultaw fil-validazzjoni ta' teknoloġiji ġewwa ambjent industrijali għal sistema kompluta u kwalifikata, lesta għas-suq jew qrib li tidħol fih. L-involviment qawwi tas-settur privat f’tali attivitajiet u d-dimostrazzjoni ta' kif ir-riżultati tal-proġett se jikkontribwixxu għall-valur tas-suq għall-UE se jkunu prerekwiżiti u għalhekk l-implimentazzjoni tista' tieħu l-forma ta' sħubijiet pubbliċi-privati. Għal dan il-għan u permezz tal-istruttura ta' implimentazzjoni tal-Orizzont 2020, se jiġi żviluppat programm konġunt ta' ħidma għall-attivitajiet trasversali tal-KETs. Filwaqt li jqis il-ħtiġijiet tas-suq u r-rekwiżiti tal-isfidi tas-soċjetà, il-programm se jkollu l-għan li jipprovdi moduli ġeneriċi tal-KETs u l-multi-KETs għall-oqsma differenti ta' applikazzjoni, inklużi l-isfidi tas-soċjetà. Barra minn hekk, se jitfittxu sinerġiji, fejn adatt, bejn attivitajiet tal-KET u l-attivitajiet taħt il-qafas tal-Politika ta' Koeżjoni fil-kuntest tal-istrateġiji R&I nazzjonali u reġjonali għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, kif ukoll mal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), il-Bank Ewropew tal-Investiment u, fejn adatt, mal-attivitajiet imħaddma mill-Istati Membri fl-ambitu tal-Inizjattivi tal-Ipprogrammar Konġunt.

Aspetti speċifiċi tal-implimentazzjoni

L-attivitajiet ta' innovazzjoni se jinkludu l-integrazzjoni tat-teknoloġiji individwali; dimostrazzjonijiet tal-kapaċitajiet li joħolqu u jipprovdu prodotti, sistemi, proċessi u servizzi innovattivi; piloti tal-utenti u l-klijenti li jagħtu prova tal-fattibbiltà u l-valur miżjud; u dimostraturi fuq skala kbira biex tiġi ffaċilitata l-penetrazzjoni fis-suq tar-riżultati tar-riċerka. Se tingħata attenzjoni adegwata lil proġetti ta' skala żgħira u medja. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni taħt din il-Parti se tinkoraġġixxi l-involviment ta' timijiet ta' riċerka żgħar u ta' daqs medju, li jikkontribwixxi għal parteċipazzjoni aktar attiva mill-SMEs.

Se jiġu integrati teknoloġiji individwali varji, li jirriżultaw f'validazzjoni tat-teknoloġija f’ambjent industrijali għal sistema kwalifikata u kompleta, lesti għas-suq. L-involviment qawwi tas-settur privat f'tali attivitajiet se jkun prerekwiżit, inklużi s-sħubijiet pubbliċi-privati.

Azzjonijiet orjentati lejn is-suq se jikkomplementaw l-ispinta teknoloġika tal-inizjattivi ta' riċerka u ta' innovazzjoni. Dawn jinkludu l-aħjar użu ta' akkwist pubbliku tal-innovazzjoni; l-iżvilupp ta' standards tekniċi adatti u attivitajiet tekniċi b'appoġġ għall-istandardizzazzjoni u r-regolazzjoni; domanda privata u involviment tal-utenti għall-ħolqien ta' swieq aktar miftuħa għall-innovazzjoni.

Għan-nanoteknoloġija u l-bijoteknoloġija b'mod partikolari, l-involviment ta' partijiet interessati u tal-pubbliku ġenerali se jkollhom l-għan li jqajmu kuxjenza dwar il-benefiċċji u r-riskji. Il-valutazzjoni tas-sikurezza u l-ġestjoni tar-riskji globali fl-iskjerament ta’ dawn it-teknoloġiji se tkun indirizzata sistematikament. Fejn adatt, ix-xjenzi soċjali u l-umanitajiet se jikkontribwixxu biex jittieħed kont tal-preferenzi u l-aċċettazzjoni tal-ħtiġijiet tal-utent kif ukoll biex jiġu żgurati l-impenn tas-soċjetà u l-għażla infurmata tal-konsumaturi.

L-attivitajiet appoġġati taħt din il-Parti se jikkumplimentaw l-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni f’teknoloġiji abilitanti, li jistgħu jiġu pprovduti mill-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali taħt il-fondi tal-Politika ta' Koeżjoni, fil-qafas tal-istrateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti.

Dan il-programm bħala parti mill-funzjonament ta' azzjonijiet, għandu jappoġġa wkoll l-attivitajiet ta' trasferiment tat-teknoloġija (kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak reġjonali), inkluż l-iżvilupp tar-raggruppamenti internazzjonali u reġjonali tal-innovazzjoni, għall-promozzjoni ta' rabtiet aktar effettivi bejn l-universitajiet u l-industrija.

L-inizjattivi strateġiċi ta' kooperazzjoni internazzjonali se jiġu indirizzati fl-oqsma ta’ interess u benefiċċju reċiproku mal-pajjiżi imsieħba prinċipali. Ta’ interess partikolari, iżda mhux esklużiv, għat-teknoloġiji abilitanti u industrijali huma:

–  l-aċċess għall-aqwa kompetenza xjentifika u teknoloġika fid-dinja;

–  l-iżvilupp ta’ standards globali;

–  it-tneħħija ta’ konġestjonijiet fl-isfruttar industrijali, il-kollaborazzjoni fl-R&Ż u l-kundizzjonijiet għall-kummerċ;

–  is-sikurezza tal-prodotti bbażati fuq in-nanoteknoloġija u l-bijoteknoloġija u l-impatt fit-tul tal-użu tagħhom;

–  l-iżvilupp ta’ materjali u metodi sabiex jitnaqqas il-konsum ta’ enerġija u riżorsi;

–  inizjattivi kollaborattivi internazzjonali mmexxija mill-industrija fi ħdan il-komunità tal-manifattura; kif ukoll

–  l-interoperabbiltà tas-sistemi.

1.1.  Teknoloġiji tal-Informatika u tal-Komunikazzjoni (ICT)

Għadd ta’ linji ta’ attivitàjiet se jimmiraw għall-isfidi ta’ tmexxija industrijali u teknoloġika tal-ICT fil-katina kollha ta' valur u jkopru l-aġendi ġeneriċi tar-riċerka u innovazzjoni fl-ICT, inklużi notevolment:

1.1.1.  Ġenerazzjoni ġdida ta' komponenti u sistemi: Inġinerija ta' komponenti u sistemi inkorporati avvanzati u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u r-riżorsi

L-objettiv huwa li tinżamm u tissaħħaħ it-tmexxija Ewropea fit-teknoloġiji marbuta mal-komponenti u s-sistemi avvanzati, inkorporati, effiċjenti fl-użu tal-enerġija u r-riżorsi u robusti. Dan jinkludi wkoll mikro-nano-bijosistemi, l-elettronika organika, it-teknoloġiji sottostanti l-integrazzjoni għall-Internet tal-Affarijiet (IoT)(19), inklużi pjattaformi bħala appoġġ għall-forniment ta' servizzi avvanzati, sensuri, sistemi integrati intelliġenti, sistemi inkorporati u distribwiti, sistemi ta' sistemi u sistemi kumplessi tal-inġinerija.

1.1.2.  Informatika tal-ġenerazzjoni li jmiss: Sistemi u tekonoloġiji tal-informatika avvanzati u siguri, inkluż il-cloud computing

L-objettiv huwa li jiġu mmobilizzati assi Ewropej fl-arkitettura tal-ipproċessar u tas-sistema, teknoloġiji ta' interkonnessjoni u lokalizzazzjoni tad-dejta, cloud computing, informatika parallela, mudellar u softwer tas-simulazzjoni għas-segmenti kollha tas-suq tal-informatika, inklużi applikazzjonijiet tal-inġinerija (bħal pereżempju, fost l-oħrajn, kwantifikazzjoni tal-inċertezza, analiżi tar-riskju u deċiżjonijiet dwar l-inġinerija).

1.1.3.  Internet Futur: Softwer, ħardwer, infrastrutturi, teknoloġiji u servizzi;

L-objettiv huwa li tiġi rinfurzata l-kompetittività tal-industrija Ewropea fl-iżvilupp, il-kontroll u l-iffurmar tal-Internet tal-ġenerazzjoni li jmiss li gradwalment se jissostitwixxi u jissupera l-Web attwali, in-netwerks fissi u mobbli u l-infrastrutturi ta' servizz attwali, u li tkun possibbli l-interkonnessjoni ta' triljuni ta' apparati (IoT) fost operaturi u dominji multipli li se jbiddlu l-mod ta’ kif nikkomunikaw, naċċessaw u nużaw l-għarfien. Dan jinkludi riċerka u innovazzjoni (R&I) fuq netwerks, softwer, proċessi u servizzi, ċibersigurtà, privatezza, affidabbiltà u fiduċja(20), komunikazzjoni mingħajr wajers u n-netwerks ottiċi kollha, multimedja interattiva immersiva u fuq l-impriża kkollegata tal-futur.

1.1.4.  Teknoloġiji tal-kontenut u l-ġestjoni tal-informazzjoni: ICT għal kontenut diġitali, industriji kulturali u kreattivi

L-objettiv huwa li tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-Ewropa bħala fornitur ta' prodotti u servizzi bbażati fuq il-kreattività individwali u kummerċjali. Huwa se jagħmel dan billi jagħti lill-professjonisti u liċ-ċittadini għodod ġodda sabiex joħolqu, jaċċessaw, jisfruttaw, jippreżervaw u jużaw mill-ġdid il-forom kollha ta’ kontenut diġitali fi kwalunkwe lingwa u sabiex jimmudellaw, janalizzaw u jivviżwalizzaw l-ammonti vasti ta’ dejta (big data), inkluża d-dejta kkollegata. Dan jinkludi teknoloġiji ġodda għall-arti, il-lingwa, it-tagħlim, l-interazzjoni, il-preżervazzjoni diġitali, id-disinn tal-web, l-aċċess għall-kontenut, l-analitika u l-mezzi ta' komunikazzjoni; sistemi intelliġenti u li jadattaw ruħhom ta' ġestjoni tal-informazzjoni bbażati fuq estrazzjoni avvanzata tad-dejta, tagħlim awtomatiku, analiżi statistika u teknoloġiji viżwali tal-informatika.

1.1.5.  Interfacċji avvanzati u robots: Robotika u spazji intelliġenti

L-objettiv huwa li tiġi rinfurzata t-tmexxija xjentifika u industrijali Ewropea fir-robotika industrijali u tas-servizzi, sistemi konjittivi u komunikattivi, interfaċċji avvanzati u spazji intelliġenti, u magni senzjenti, li jibnu fuq iż-żidiet fil-prestazzjoni tal-informatika u n-netwerking u progress fil-kapaċità li jitfasslu u jinbnew sistemi li jistgħu jitgħallmu, jimmontaw lilhom infushom, jadattaw u jirreaġixxu jew li jottimizzaw l-interazzjonijiet bejn il-bnedmin u l-magni. Fejn xieraq, is-sistemi żviluppati u l-avvanzi minn ta' quddiem nett għandhom jiġu vvalidati f'ambjenti tad-dinja reali.

1.1.6.  Mikro u nanoelettronika u fotonika: Teknoloġiji ewlenin abilitanti relatati mal-mikro u n-nanoelettronika u l-fotonika li jkopru t-teknoloġiji quantum ukoll.

L-objettiv huwa tiġi sfruttata l-eċċellenza tal-Ewropa f'dawn it-teknoloġiji abilitanti essenzjali u biex tiġi appoġġata u tkompli tittejjeb il-kompetittività u t-tmexxija tas-suq tal-industrija tagħha. L-attivitajiet se jinkludu wkoll l-innovazzjoni u r-riċerka dwar id-disinn, proċessi avvanzati, linji pilota għall-manifattura, teknoloġiji ta' produzzjoni relatati u azzjonijiet ta' dimostrazzjoni li jivvalidaw żviluppi teknoloġiċi u mudelli kummerċjali innovattivi kif ukoll teknoloġiji sottostanti tal-ġenerazzjoni li jmiss li jużaw l-avvanzi fil-fiżika kwantum.

Dawn is-sitt linji ta’ attività ewlenin huma mistennija li jkopru l-firxa sħiħa tal-ħtiġijiet, b'kont meħud tal-kompetittività tal-industrija Ewropea fuq skala globali. Dawn jistgħu jinkludu t-tmexxija industrijali f'soluzzjonijiet, prodotti u servizzi ġeneriċi ibbażati fuq l-ICT, meħtieġa biex jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà ewlenin kif ukoll riċerka fl-ICT xprunata mill-applikazzjoni u aġendi tal-innovazzjoni li se jiġu appoġġati flimkien mas-sfida rilevanti tas-soċjetà. Fid-dawl tal-avvanz dejjem akbar tat-teknoloġija fl-oqsma kollha tal-ħajja, l-interazzjoni bejn il-bnedmin u t-teknoloġija se tkun importanti f'dan ir-rigward, u parti mir-riċerka fl-ICT xprunata mill-applikazzjoni msemmija hawn fuq. Ir-riċerka b'perspettiva ffukata fuq l-utent se tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet kompetittivi.

Inklużi taħt kull waħda mis-sitt linji kbar ta’ attività huma wkoll l-infrastrutturi tar-riċerka speċifiċi għall-ICT bħal-laboratorji ħajjin għall-isperimentazzjoni ▌u infrastrutturi għat-teknoloġiji abilitanti essenzjali sottostanti u l-integrazzjoni tagħhom fi prodotti avvanzati u sistemi intelliġenti innovattivi, inkluż it-tagħmir, għodod, servizzi ta' appoġġ, swali nodfa u aċċess għall-funderiji għall-ħolqien tal-prototipi.

Dan għandu jiġi implimentat b'mod li jiżgura komplimentarjetà u konsistenza mal-ħidma dwar l-Infrastrutturi tar-Riċerka appoġġati taħt il-pilastru "Xjenza Eċċellenti".

L-attivitajiet se jappoġġaw ir-riċerka u l-iżvilupp ta' sistemi b'rispett sħiħ lejn id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi u b'mod partikolari d-dritt tagħhom għall-privatezza.

1.2.  Nanoteknoloġiji

1.2.1.  Żvilupp ta’ nanomaterjali, nanoapparat u nanosistemi tal-ġenerazzjoni li jmiss

L-iżvilupp u l-integrazzjoni tal-għarfien ta' fenomeni ta' nanoskala f'salib it-toroq ta’ dixxiplini xjentifiċi differenti, li jimmiraw għal prodotti u sistemi fundamentalment ġodda li jippermettu soluzzjonijiet sostenibbli fuq firxa wiesgħa ta' setturi.

1.2.2.  Żgurar tal-iżvilupp u l-applikazzjoni siguri u sostenibbli tan-nanoteknoloġiji

L-avvanzar tal-għarfien xjentifiku dwar l-impatt potenzjali tagħhom fuq is-saħħa jew fuq l-ambjent għal governanza proattiva, ibbażata fuq ix-xjenza, tan-nanoteknoloġiji, u l-forniment ta’ għodod, metodi u pjattaformi xjentifiċi vvalidati għall-valutazzjoni u ġestjoni tal-periklu, l-esponiment u r-riskju matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tan-nanomaterjali u n-nanosistemi, li jinkludi kwistjonijiet ta' standardizzazzjoni.

1.2.3.  Żvilupp tad-dimensjoni tas-sċojetà fir-rigward tan-nanoteknoloġija

L-indirizzar tal-ħtiġijiet umani u fiżiċi tal-użu tan-nanoteknoloġija u l-iffokar fuq il-governanza tan-nanoteknoloġija għall-benefiċċju tas-soċjetà u l-ambjent, li jinkludi strateġiji ta' komunikazzjoni biex jiżguraw impenn soċjali.

1.2.4.  Sinteżi u manifattura effiċjenti u sostenibbli ta’ nanomaterjali, komponenti u sistemi

Iffokar fuq operazzjonijiet ġodda, flessibbli, skalabbli u repetibbli, integrazzjoni intelliġenti ta’ proċessi ġodda u eżistenti, inkluża konverġenza teknoloġika bħan-nanobijoteknoloġija, kif ukoll titjib biex ikun hemm produzzjoni sostenibbli fuq skala kbira u bi preċiżjoni kbira ta' prodotti u impjanti għal ħafna skopijiet li jiżgura t-trasferiment effiċjenti tal-għarfien f'innovazzjoni industrijali.

1.2.5.  Żvilupp u standardizzazzjoni ta’ tekniki li jtejbu l-kapaċità, metodi u tagħmir ta’ kejl

L-iffokar fuq it-teknoloġiji sottostanti, li jappoġġaw l-iżvilupp u l-introduzzjoni fis-suq ta' nanomaterjali u nanosistemi sikuri u kumplessi, inkluż in-nanometroloġija, il-karatterizzazzjoni u l-manipulazzjoni tal-materja fuq in-nanoskala, l-immudellar, id-disinn fuq kompjuter u l-inġinerija avvanzata fuq livell atomiku.

1.3.  Materjali avvanzati

1.3.1.  Teknoloġiji ta’ materjali trasversali u abilitanti

Riċerka dwar materjali ddisinjati, materjali funzjonali, materjali multifunzjonali b'kontenut ogħla ta' għarfien, funzjonalitajiet ġodda u prestazzjoni mtejba, bħalma huma materjali ta' awtotiswija jew bijokompatibbli, materjali awtoriġeneranti, materjali manjetiċi ġodda u materjali strutturali, għal innovazzjoni fis-setturi kollha industrijali b'mod partikolari għal swieq ta' valur għoli u inklużi l-industriji kreattivi.

1.3.2.  Żvilupp u trasformazzjoni tal-materjali

Riċerka u żvilupp sabiex jiġi żgurat żvilupp u skalar ’il fuq effiċjenti, sikur u sostenibbli li jippermetti l-manifattura industrijali ta' prodotti futuri bbażati fuq disinn lejn ġestjoni "mingħajr skart" tal-materjali fl-Ewropa eż. fl-industriji tal-metall, kimiċi jew bijoteknoloġiċi, u biex jitjieb l-għarfien dwar il-mekkaniżmi tad-degradazzjoni tal-materjali (xedd, korrużjoni, affidabbiltà mekkanika).

1.3.3.  Ġestjoni tal-komponenti tal-materjali

Riċerka u żvilupp għal tekniki u sistemi ġodda u innovattivi għall-materjali, il-komponenti u a-sistemi, it-tagħqid, l-adeżjoni, is-separazzjoni, l-assemblaġġ, l-awtoassemblaġġ u ż-żarmar, id-dekompożizzjoni u d-dekostruzzjoni ta' komponenti ta' materjali, u l-ġestjoni tal-ispejjeż tul il-ċiklu tal-ħajja u l-impatti ambjentali permezz tal-użu ġdid ta' teknoloġija ta' materjali avvanzati.

1.3.4.  Materjali għal industrija sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u b'emissjonijiet baxxi

L-iżvilupp ta’ prodotti u applikazzjonijiet ġodda, mudelli kummerċjali u mġiba responsabbli tal-konsumatur li jżidu l-użu tar-riżorsi rinnovabbli għal applikazzjonijiet sostenibbli, inaqqsu d-domanda għall-enerġija fiċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tal-prodott u jiffaċilitaw il-produzzjoni b’livell baxx ta’ emissjonijiet, kif ukoll l-intensifikazzjoni tal-proċessi, ir-riċiklaġġ, id-dekontaminazzjoni, il-materjali għall-ħażna tal-enerġija u l-materjali b’potenzjali għal valur miżjud għoli mill-iskart u l-manifattura mill-ġdid.

1.3.5.   Materjali għal industriji kreattivi, inkluż il-patrimonju

L-applikazzjoni ta’ disinni u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji li jikkonverġu biex jinħolqu opportunitajiet kummerċjali ġodda, u dan jinkludi l-preservazzjoni u r-restawr tal-wirt u l-materjali b’valur storiku jew kulturali, kif ukoll materjali ġodda.

1.3.6.  Metroloġija, karatterizzazzjoni, standardizzazzjoni u kontroll tal-kwalità

Il-promozzjoni ta’ teknoloġiji bħall-karatterizzazzjoni, l-evalwazzjoni mhux distruttiva, il-valutazzjoni u l-monitoraġġ kontinwi u l-immudellar tal-prestazzjoni mbassra għal progress u l-impatt fix-xjenza u l-inġinerija tal-materjali.

1.3.7.  Ottimizzazzjoni tal-użu tal-materjali

Ir-riċerka u l-iżvilupp biex jiġu investigati sostituzzjoni u alternattivi għall-użu ta’ materjali, inkluż l-indirizzar tal-isfida tal-materja prima permezz ta' materjali magħmulin apposta jew is-sostituzzjoni ta' materjali skarsi, kritiċi jew perikolużi, u approċċi ta’ mudelli kummerċjali innovattivi u l-identifikazzjoni ta' riżorsi kritiċi.

1.4.  Bijoteknoloġija

1.4.1.  Tingħata spinta lill-bijoteknoloġiji l-aktar avvanzati bħala katalizzatur tal-innovazzjoni fil-futur

L-objettiv huwa li jitqiegħdu s-sisien għall-industrija Ewropea sabiex tkun fuq quddiem fl-innovazzjoni, anke fuq perjodu medju taż-żmien kif ukoll fil-tul. Dan jinkludi l-iżvilupp ta’ oqsma teknoloġiċi emerġenti bħalma hi l-bijoloġija sintetika, il-bijoinformatika u l-bijoloġija tas-sistemi, kif ukoll l-isfruttar tal-konverġenza ma' teknoloġiji abilitanti oħra bħan-nanoteknoloġija (eż. il-bijonanoteknoloġija) u l-ICT (eż. il-bijoelettronika) u t-teknoloġija tal-inġinerija. Dawn u oqsma mill-aktar avvanzati oħra jistħoqqilhom il-miżuri xierqa f’termini ta’ riċerka u żvilupp sabiex jiffaċilitaw it-trasferiment u l-implimentazzjoni effettiva f'applikazzjonijiet ġodda ▌.

1.4.2.  Prodotti u proċessi industrijali bbażati fuq il-bijoteknoloġija

L-objettiv huwa maqsum fi tnejn: fuq naħa, li l-industrija Ewropea (eż. dik tas-sustanzi kimiċi, is-saħħa, it-tħaffir ta' minjieri, l-enerġija, il-polpa u karta, il-prodotti u l-injam ibbażati fuq fibra, tessuti, lamtu, l-ipproċessar tal-ikel) tkun tista' tiżviluppa prodotti u proċessi ġodda li jissodisfaw id-domanda industrijali u tas-soċjetà preferibbilment bl-użu ta' metodi ta' produzzjoni favur l-ambjent u sostenibbli; u alternattivi bbażati fuq il-bijoteknoloġija li huma kompetittivi u msaħħa sabiex jissostitwixxu dawk stabbiliti; min-naħa l-oħra, jiġi sfruttat il-potenzjal tal-bijoteknoloġija għall-kxif, il-monitoraġġ, il-prevenzjoni u t-tneħħija tat-tniġġis. Huwa jinkludi r-riċerka u l-innovazzjoni fuq enżimi ġodda b'funzjonijiet bijokatalittiċi ottimizzati, perkorsi enżimatiċi u metaboliċi, disinn ta' bijoproċessi fuq skala industrijali, integrazzjoni ta' bijoproċessi fi proċessi ta' produzzjoni industrijali, fermentazzjoni avvanzata, l-ipproċessar fil-bidu u fl-aħħar, kisba tal-għarfien dwar id-dinamika tal-komunitajiet mikrobiċi. Jinkludi wkoll l-iżvilupp ta' prototipi għall-valutazzjoni tal-fattibilità teknoekonomika kif ukoll is-sostenibbiltà tal-prodotti u proċessi żviluppati.

1.4.3.  Teknoloġiji tal-pjattaforma innovattivi u kompetittivi

L-objettiv huwa li jiġu żviluppati teknoloġiji pjattaforma (pereżempju ġenomika, metaġenomika, proteomatika, metabolomika, għodod molekolari, sistemi ta' espressjoni, pjattaformi ta' fenotipa u pjattaformi bbażati fuq iċ-ċelloli) li jwasslu għal tmexxija u vantaġġ kompetittiv f'għadd wiesa' ta' setturi li għandhom impatt ekonomiku. Huwa jinkludi aspetti bħas-sostenn tal-iżvilupp ta’ bijoriżorsi bi proprjetajiet ottimizzati u applikazzjonijiet lil hinn mill-alternattivi konvenzjonali; li jippermettu l-esplorazzjoni, il-fehim u l-isfruttar b'mod sostenibbli tal-bijodiversità terrestri u marina għall-applikazzjonijiet ġodda, prodotti u proċessi b'bażi bijoloġika; u s-sostenn tal-iżvilpp ta’ soluzzjonijiet ta’ kura tas-saħħa bbażati fuq il-bijoteknoloġija (pereżempju apparat dijanjostiku, bijoloġiku u bijomediku).

1.5.  Manifatturar u Pproċessar Avvanzati

1.5.1.  Teknoloġiji għall-Fabbriki tal-Futur

Il-promozzjoni ta’ tkabbir sostenibbli u industrijali permezz tal-faċilitazzjoni ta’ bidla strateġika fl-Ewropa minn manifattura bbażata fuq l-ispiża għal approċċ ibbażat fuq il-ħolqien ta’ prodotti b'valur miżjud għoli u manifattura ta' prestazzjoni ogħla, intelliġenti u abilitata bl-ICT f'sistema integrata. Dan jesiġi l-indirizzar tal-isfida ta’ iktar produzzjoni, filwaqt li jiġi konsumat inqas materjal, bl-użu ta’ inqas enerġija u b'inqas ġenerazzjoni ta' skart u tniġġis bl-għan ta' effiċjenza ekoloġika għolja. L-attenzjoni se tkun fuq l-iżvilupp u l-integrazzjoni tas-sistemi adattivi ta’ produzzjoni tal-futur, b’enfażi partikolari fuq il-ħtiġijet ta’ SMEs Ewropej, sabiex jinkisbu sistemi u proċessi ta’ manifattura avvanzata u sostenibbli. Għandha tingħata attenzjoni wkoll għall-metodoloġiji għat-tisħiħ tal-produzzjoni flessibbli, sigura u intelliġenti fejn f'ambjenti favorevoli għall-ħaddiema jiġu applikati livelli adegwati ta' awtomatizzazzjoni.

1.5.2.  Teknoloġiji li jiffaċilitaw bini u sistemi b’użu effiċjenti tal-Enerġija u impatt ambjentali baxx

It-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija u emissjonijiet ta’ CO2 permezz tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji u sistemi ta’ kostruzzjoni sostenibbli, l-implimentazzjoni u r-replika ta’ miżuri għal aktar użu ta’ sistemi u materjali effiċjenti fl-enerġija f’bini ġdid, rinovat u mgħammar b'sistemi ġodda u effiċjenti fl-użu tal-enerġija (retrofit). Il-knsiderazzjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja u l-importanza dejjem tikber ta' kunċetti ta' disinn-bini-operat se jkunu elementi prinċipali fl-indirizzar tal-isfidi ta' tranżizzjoni, sal-2020, għal bini li ma jaħli kważi l-ebda enerġija fl-Ewropa u r-realizzazzjoni ta' distretti effiċjenti fl-enerġija permezz tal-involviment tal-komunità wiesa' tal-partijiet interessati.

1.5.3.  Teknoloġiji sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u b’livell baxx ta’ karbonju f’industriji ta’ pproċessar b’użu intensiv ta’ enerġija

Iż-żieda tal-kompetittività tal-industriji tal-ipproċessar, bħall-kimika, siment, polpa u karta, ħġieġ, minerali jew metalli mhux tal-ħadid u azzar, billi jittejbu drastikament l-effiċjenzi fir-riżorsi u l-enerġija u jonqos l-impatt ambjentali ta’ dawn l-attivitajiet industrijali. L-attenzjoni se tkun fuq l-iżvilupp, u l-validazzjoni ta’ teknoloġiji abilitanti għal sustanzi, materjali u soluzzjonijiet teknoloġiċi innovattivi għal prodotti b’użu baxx ta’ karbonju u proċessi u servizzi inqas intensivi fl-enerġija matul il-katina ta' valur, kif ukoll fuq l-adozzjoni ta' teknoloġiji u tekniki ta' produzzjoni b'użu baxx immens ta’ karbonju sabiex jinkiseb tnaqqis speċifiku fl-intensità tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra.

1.5.4.  Mudelli kummerċjali sostenibbli ġodda

Il-kooperazzjoni transettorjali f'kunċetti u metodoloġiji għall-produzzjoni speċjalizzata “bbażata fuq l-għarfien” tista’ tagħti spinta lit-tagħlim, il-kreattività u l-innovazzjoni organizzattivi b’attenzjoni fuq mudelli kummerċjali f'approċċi li jistgħu jiġu adattati għall-ħtiġijiet ta' katini ta' valur u ta' netwerks globalizzati, swieq li jinbidlu, u industriji emerġenti u futuri. Dan jinkludi l-indirizzar ta' mudelli kummerċjali sostenibbli billi jkun kopert iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-prodott u l-proċess.

1.6.  Spazju

Fil-kamp tar-riċerka spazjali, l-azzjoni fuq il-livell tal-Unjoni se titwettaq flimkien mal-attivitajiet ta' riċerka spazjali tal-Istati Membri u l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA), bl-għan li tinbena l-komplementarjetà fost l-atturi differenti.

1.6.1.  Iffaċilitar tal-kompetittività Ewropea, in-nondipendenza u l-innovazzjoni tas-settur spazjali Ewropew

L-objettiv huwa li jinżamm rwol ta’ tmexxija globali fl-ispazju billi tiġi salvagwardjata u tkompli tiġi żviluppata industrija (inkluż SMEs) u komunità tar-riċerka spazjali kosteffettivi, kompetittivi u innovattivi billi titrawwem l-innovazzjoni bbażata fuq l-ispazju.

1.6.1.1.  Nissalvagwardjaw u nkomplu niżviluppaw industrija u komunità tar-riċerka spazjali kompetittivi, sostenibbli u imprenditorjali u nsaħħu l-awtonomija Ewropea fis-sistemi spazjali

L-Ewropa għandha rwol prinċipali fir-riċerka spazjali u fl-iżvilupp ta' teknoloġiji spazjali, u qed tiżviluppa kontinwament l-infrastrutturi spazjali operattivi proprji tagħha (eż. Galileo, Copernicus). Filfatt, l-industrija Ewropea stabbilixxiet lilha nnifisha bħala esportatur tal-prima klassi ta’ satelliti u teknoloġiji oħrajn relatati mal-ispazju. Madankollu, ▌din il-pożizzjoni qiegħda ssib sfida mill-kompetizzjoni minn potenzi spazjali ewlenin oħrajn. L-objettiv ta' din il-miżura hu l-iżvilupp ta’ bażi ta’ riċerka billi tiġi pprovduta kontinwità fil-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni spazjali, pereżempju b’sekwenza ta’ proġetti iżgħar u iktar frekwenti ta’ dimostrazzjoni fl-ispazju. Dan se jippermetti lill-Ewropa tiżviluppa l-bażi industrijali u l-komunità tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku spazjali tagħha, u b’hekk tikkontribwixxi għal teknoloġiji li jmorru lil hinn mill-istat attwalment l-aktar avvanzat u għall-awtonomija tagħha mill-importazzjoni ta' teknoloġiji kritiċi.

Għandu jingħata appoġġ lill-istandardizzazzjoni biex jitjiebu bl-aħjar mod l-investimenti u jiġi żviluppat l-aċċess għas-suq.

1.6.1.2.  Spinta lill-innovazzjoni bejn is-setturi spazjali u dawk mhux spazjali

Għadd ta’ sfidi fit-teknoloġiji spazjali għandhom aspetti paralleli mal-isfidi terrestri, pereżempju fl-oqsma tal-aeronawtika, l-enerġija, l-ambjent, it-telekomunikazzjoni u l-ICTs, esplorazzjoni tar-riżorsi naturali, sensuri, robotika, materjali avvanzati, sigurtà, u saħħa. Dawn l-aspetti komuni joffru opportunitajiet għal kożvilupp bikri, b’mod partikolari minn SMEs, ta’ teknoloġiji fost komunitajiet spazjali u mhux spazjali inklużi industriji mhux spazjali, li potenzjalment jirriżultaw f’innovazzjonijiet rivoluzzjonarji aktar malajr milli permezz ta' żviluppi sekondarji fi stadju iktar tard. L-isfruttar tal-infrastruttura spazjali eżistenti Ewropea għandu jkun stimulat bil-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi innovattivi bbażati fuq it-telerilevament, ġeopożizzjonar jew tipi oħra ta' dejta abilitata bis-satellita. Barra minn hekk, l-Ewropa għandha ssaħħaħ, fejn adatt, b'miżuri mmirati tajjeb, l-iżvilupp li qed jinbeda ta' settur imprenditorjali spazjali, inkluż bl-appoġġ għal inizjattivi għat-trasferiment tat-teknoloġija spazjali.

1.6.2.  Avvanzi fit-teknoloġiji spazjali

L-objettiv huwa l-iżvilupp ta' teknoloġiji spazjali u kunċetti operattivi avvanzati u abilitanti mill-idea sad-dimostrazzjoni fl-ispazju.

Il-kapaċità ta’ aċċess għall-ispazju u tal-iżvilupp, il-manutenzjoni u t-tħaddim ta’ sistemi spazjali ▌f'orbita madwar id-dinja u lil hinn, huma vitali għall-futur tas-soċjetà Ewropea. Il-kapaċitajiet neċessarji jesiġu investimenti ta' riċerka u innovazzjoni f’multitudni ta’ teknoloġiji spazjali (eż. għal pjattaformi tal-varar u vetturi oħrajn, satelliti, robotika, strumenti u sensuri), u f'kunċetti operattivi mill-idea sad-dimostrazzjoni fl-ispazju. Bħalissa, l-Ewropa hija waħda mit-tliet potenzi spazjali ewlenin prinċipalment immexxija mill-investimenti mill-Istati Membri permezz tal-ESA u ta' programmi nazzjonali, iżda meta mqabbel mal-livell ta’ investiment fir-riċerka u żvilupp spazjali fl-Istati Uniti tal-Amerika (eż. madwar 20 % tal-baġit totali tan-NASA), il-fokus Ewropew ▌fit-teknoloġiji spazjali u applikazzjonijiet futuri għandu bżonn jissaħħaħ tul il-katina kollha:

(a)  riċerka b'livell baxx ta’ preparazzjoni tat-teknoloġija (TRL), li spiss tiddependi ħafna mit-teknoloġiji abilitanti essenzjali, bil-potenzjal ta’ ġenerazzjoni ta’ teknoloġiji rivoluzzjonarji b’applikazzjonijiet terrestri;

(b)  titjib tat-teknoloġiji eżistenti, pereżempju minn minjaturizzazzjoni, effiċjenza ogħla fl-enerġija, u sensitività sensorjali ogħla ;

(c)  dimostrazzjoni u validazzjoni ta’ teknoloġiji u kunċetti ġodda fl-ambjenti analogi spazjali u terrestri;

(d)  kuntest tal-missjoni, eż. analiżi tal-ambjent spazjali, stazzjonijiet fuq l-art, protezzjoni tas-sistemi u l-infrastruttura spazjali kontra l-ħsara jew distruzzjoni minħabba kolliżjoni ma' fdalijiet jew oġġetti oħra spazjali, kif ukoll l-effetti tal-avvenimenti tat-temp spazjali inklużi eruzzjonijiet solari (Għarfien tas-Sitwazzjoni Spazjali, SSA), trawwim ta' ġbir u trażmissjoni ta' dejta innovattiva u l-infrastruttura għall-arkivjar ta' kampjuni;

(e)  Komunikazzjoni bis-satellita, navigazzjoni avvanzata u teknoloġiji ta’ telerilevament, li jkopru r-riċerka essenzjali għall-ġenerazzjonijiet futuri ta' sistemi spazjali tal-Unjoni (eż. Galileo u Copernicus).

1.6.3.  Sfruttar tad-dejta spazjali

L-objettiv huwa li jiġi żgurat użu iktar estensiv tad-dejta spazjali mill-missjonijiet Ewropej eżistenti, arkivjati u futuri fl-isfera xjentifika, pubblika u kummerċjali.

Is-sistemi spazjali jipproduċu informazzjoni li ta' spiss ma tkunx tista’ tinkiseb bl-ebda mod ieħor. Minkejja l-missjonijiet Ewropej ta' prima klassi, ċifri ppubblikati juru li hemm probabilità iżgħar li tintuża d-dejta mill-missjonijiet Ewropej meta mqabbla ma' dik mill-missjonijiet tal-US. Jista’ jinkiseb sfruttar konsiderevolment ikbar ta’ dejta minn satelliti Ewropej (xjentifika, pubblika jew kummerċjali) jekk isir aktar sforz għall-ipproċessar, l-arkivjar, il-validazzjoni, l-istandardizzazzjoni u d-disponibbiltà sostenibbli ta' dejta spazjali minn missjonijiet Ewropej kif ukoll biex ikun appoġġat l-iżvilupp ta' prodotti u servizzi ġodda ta' informazzjoni b'riżultat ta' dik id-dejta u, fejn meħtieġ, flimkien mad-dejta minn osservazzjonijiet ibbażati fuq l-art. L-innovazzjonijiet fil-kisba u l-ipproċessar ta' dejta, il-fużjoni tad-dejta u d-disseminazzjoni ta' dejta u l-interoperabilità, b'mod partikolari l-promozzjoni tal-aċċess għal dejta u l-metadejta dwar ix-xjenza tad-dinja u l-iskambju tagħha, bl-użu wkoll ta’ forom ta' kollaborazzjoni ffaċilitati bl-ICT, jistgħu jiżguraw redditu ogħla fuq l-investiment tal-infrastruttura spazjali u jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-sfidi tas-soċjetà. L-ikkalibrar u l-validazzjoni tad-dejta spazjali (għal strumenti individwali, bejn strumenti u missjonijiet, u fir-rigward ta' oġġetti fil-post) huma importanti għall-użu effiċjenti tad-dejta spazjali fl-isferi kollha u jeħtieġ titjieb l-istandardizzazzjoni ta' dejta u oqfsa ta' referenza miġbura mill-ispazju. L-aċċess għad-dejta u l-isfruttar ta’ missjonijiet spazjali hija kwistjoni li tesiġi koordinazzjoni globali. Għad-dejta mill-osservazzjoni tad-dinja, l-approċċi armonizzati u l-aħjar prattiki jinkisbu parzjalment bil-koordinazzjoni mal-organizzazzjoni intergovernattiva, Grupp dwar l-Osservazzjoni tad-Dinja (GEO), li timmira biex issostni Netwerk Globali tas-Sistemi ta' Osservazzjoni tad-Dinja (GEOSS), li fiha tipparteċipa l-UE, jiġifieri l-isfruttar komplet tal-programm Copernicus. Introduzzjoni rapida ta' dawn l-innovazzjonijiet fl-applikazzjoni u fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet rilevanti se tiġi appoġġata. Dan jinkludi wkoll l-isfruttar ta' dejta għal aktar investigazzjoni xjentifika.

1.6.4.  Riċerka Ewropea bħala appoġġ għal sħubijiet spazjali internazzjonali

L-objettiv huwa li tiġi appoġġata l-kontribuzzjoni Ewropea fir-riċerka u l-innovazzjoni għall-isħubijiet spazjali internazzjonali fit-tul.

Minkejja li l-informazzjoni spazjali tipprovdi benefiċċji lokali kbar, l-impriżi spazjali għandhom karattru fundamentalment globali. Dan huwa partikolarment ċar għat-theddida kożmika fuq is-sistemi spazjali u tad-Dinja. It-telf ta’ satelliti minħabba t-temp spazjali u l-fdalijiet spazjali hu stmat li jiswa madwar EUR 100 miljun fis-sena. Ugwalment globali huma bosta proġetti tax-xjenza u l-esplorazzjoni spazjali. L-iżvilupp tat-teknoloġija spazjali ta' fuq quddiem nett qiegħed kulma jmur iseħħ fi sħubijiet internazzjonali bħal dawn, li jrendi l-aċċess għal dawn il-proġetti internazzjonali fattur importanti għas-suċċess tar-riċerkaturi u l-industrija Ewropej. Il-kontribut tal-Unjoni għal attivitajiet spazjali globali bħal dawn jeħtieġ ikun definit fi pjanijiet direzzjonali strateġiċi fit-tul (10 snin u iktar), b'allinjament mal-prioritajiet tal-politika spazjali tal-Unjoni, u b'koordinazzjoni mal-Istati Membri u ma' sħab interni Ewropej, bħall-ESA u l-Aġenziji Spazjali Nazzjonali u f'każijiet rilevanti ma' sħab internazzjonali ▌u mal-aġenziji spazjali ta’ nazzjonijiet b'attivitajiet spazjali ▌.

1.6.5.  Aspetti speċifiċi tal-implimentazzjoni

L-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni spazjali taħt l-Orizzont 2020 huma skont il-prijoritajiet tal-politika spazjali tal-Unjoni kif iddefiniti mill-Kunsill Spazjali u l-Komunikazzjoni Lejn strateġija tal-ispazju tal-Unjoni Ewropea għas-servizz taċ-ċittadini. Fejn adatt, l-implimentazzjoni se tkun bbażata fuq aġendi strateġiċi ta' riċerka żviluppati f'konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-Aġenziji Spazjali Nazzjonali, l-ESA, il-partijiet interessati mill-industrija spazjali Ewropea (inkluż l-SMEs), il-korpi akkademiċi, ▌l-istituti teknoloġiċi u l-Grupp Konsultattiv dwar l-Ispazju ▌. Fir-rigward tal-parteċipazzjoni f'impriżi internazzjonali, l-aġenda tar-riċerka u l-innovazzjoni se tiġi ddefinita f'kollaborazzjoni mal-partijiet interessati Ewropej u mal-isħab internazzjonali (eż. in-NASA, ROSCOSMOS, JAXA).

L-applikazzjoni ta' teknoloġiji spazjali għandha tiġi appoġġata permezz tal-Isfidi għas-Soċjetà rispettivi, fejn adatt.

2.  AĊĊESS GĦAL FINANZJAMENT TA' RISKJU

L-Orizzont 2020 se jistabbilixxi żewġ faċilitajiet (il-"Faċilità ta' ekwità" u l-"Faċilità ta' dejn") magħmula minn partijiet differenti. Il-Faċilità ta' ekwità u t-taqsima tal-SMEs tal-Faċilità ta' dejn se jiġu implimentati b'interdipendenza mal-COSME, bħala parti minn żewġ Strumenti Finanzjarji tal-UE li jipprovdu ekwità u dejn b'appoġġ lir-R&I u tkabbir tal-SMEs.

Il-Faċilità ta' ekwità u l-Faċilità ta' dejn jistgħu, fejn xieraq, jippermettu r-raggruppament tar-riżorsi finanzjari mal-Istati Membri jew ir-reġjuni li lesti jikkontribwixxu parti mill-Fondi Ewropew Strutturali u ta' Investiment allokati lilhom, skont l-Artikolu 33(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill dwar il-Fondi Ewropew Strutturali u ta' Investiment .

Minflok jingħataw self, garanziji jew ekwità, eċċ, direttament lil benefiċjarji finali, il-Kummissjoni se tiddelega lil istituzzjonijiet finanzjarji sabiex jipprovdu appoġġ, b'mod partikolari, permezz ta' kondiviżjoni tar-riskju, skemi ta' garanzija u investimenti ta’ ekwità u kważi ekwità.

2.1.  Faċilità ta' dejn

Il-Faċilità ta' dejn se tipprovdi self lill-benefiċjarji uniċi għall-investiment fir-Riċerka u l-Innovazzjoni; (kontro) garanziji lill-intermedjarji finanzjarji li jagħtu s-self lill-benefiċjarji; kombinazzjonijiet ta’ self u (kontro) garanziji; u garanziji u/jew kontrogaranziji għall-iskemi nazzjonali jew reġjonali tal-iffinanzjar tad-dejn . Il-Faċilità ta' Dejn se twettaq attivitajiet ta’ tisħiħ tal-maturità, u se tappoġġa l-Istrument iddedikat għall-SMEs, soġġettta għal-livell tad-domanda (ara Parti II, taqsima 3. ta' dan l-Anness: 'Innovazzjoni fl-SMEs'). Kontribuzzjonijiet mill-faċilità ta' dejn jistgħu jiġu kkombinati, biż-żieda possibbli ta’ għotjiet (inklużi somom f’daqqa), b'konribuzzjonijiet mill-istrument finanzjarju ta’ ekwità fi skema integrata waħda jew iktar. Huwa wkoll possibbli self b'imgħax baxx, self konvertibbli, self subbordinat, self parteċipanti, self relatat ma' kiri u titolizzazzjoni.

Flimkien mal-għoti ta’ self u garanziji abbażi tal-prinċipju li jinqeda minn jiġi l-ewwel u li jkunu mmexxija mis-suq, il-faċilità ta' dejn se timmira, taħt serje ta' kompartimenti, politiki u setturi partikolari. Kontribuzzjonijiet baġitarji separati għal dan il-għan jistgħu, fejn adatt, jiġu minn:

(a)  Partijiet oħra tal-Orizzont 2020, partikolarment il-Parti III 'Sfidi tas-Soċjetà';

(b)  Oqfsa, programmi u intestaturi tal-baġit oħra fil-baġit tal-UE;

(c)  Reġjuni partikolari u Stati Membri li jixtiequ jikkontribwixxu bir-riżorsi disponibbli mill-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni;

(d)  Entitajiet (bħal ▌Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti) jew inizjattivi speċifiċi .

Tali kontribuzzjonijiet baġitarji jistgħu jsiru jew jiġu kkumplimentati fi kwalunkwe hin waqt l-Orizzont 2020.

Kondivizjoni tar-riskju u parametri oħra jistgħu jvarjaw fi ħdan il-kompartimenti tal-politika jew setturi, sakemm il-valuri jew stati tagħhom huma konformi mar-regoli komuni għall-istrumenti tad-dejn. Barra minn hekk, il-kompartimenti jistgħu jkollhom strateġiji speċifiċi ta’ komunikazzjoni fi ħdan il-kampanja promozzjonali ġenerali għall-Faċilita ta' dejn. Barra minn hekk, l-intermedjarji speċjalisti fuq livell nazzjonali jistgħu jintużaw jekk l-kompetenza speċfika hija meħtieġa sabiex jiġi evalwat is-self prospettiv fl-isfera ta’ kompartiment partikolari.

It-tieqas tal-SMEs taħt il-Faċilità ta' Dejn għandha timmira għall-SMEs xprunati mir-R&I u l-impriżi b'kapitali żgħar jew medji b'ammont ta' self li jaqbeż l-EUR 150,000, u b'hekk tikkumplimenta l-finanzjament lill-SMEs mill-Faċilità ta' Garanzija tas-Self taħt il-Programm għall-Kompetittività tal-Impriżi u l-SMEs. It-taqsima għall-SMEs tal-Faċilità ta' Dejn għandha tkopri wkoll self ta' inqas minn EUR 150 000 għal SMEs xprunati mir-R&I u l-impriżi b'kapitali żgħar jew medji.

L-ingranaġġ tal-Faċilità ta' Dejn – iddefinit bħala l-finanzjament totali (jiġifieri l-finanzjament tal-Unjoni flimkien mal-kontribuzzjoni minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra) diviż bil-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE – huwa mistenni li jvarja minn medja ta' 1.5 sa 6.5, skont it-tip ta’ operazzjonijiet involuti (livell ta’ riskju, benefiċjarji mmirati, u l-faċilità partikolari tal-instrument finanzjarju tad-dejn ikkonċernat). L-effett multiplikatur – iddefinit bħala t-total tal-investimenti mwettqa minn benefiċjarji appoġġati diviż bil-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE - huwa mistenni li jkun 5 sa 20, mill-ġdid skont it-tip ta' operazzjonijiet involuti.

2.2.  Faċilità ta' ekwità

Il-Faċilità ta' ekwità se tiffoka fuq fondi ta' kapital ta' riskju ta' stadju bikri u fondi tal-fondi pubbliċi u privati li jipprovdu kapital ta' riskju u/jew kapital mezzanin lil impriżi individwali. Barra minn hekk, dawn l-impriżi jistgħu jfittxu l-finanzjament tad-dejn minn intermedjarji finanzjarji li jimplimentaw l-istrument finanzjarju tad-dejn. Barra minn hekk, il-Faċilità ta' Ekwità se tesplora wkoll possibbiltajiet li jappoġġaw "business angels" u għejun oħra potenzjali ta' finanzjament ta' ekwità. Din tista' tinkludi wkoll appoġġ fl-istadju tal-fażi 3 tal-istrument tal-SME soġġett għal-livell tad-domanda, kif ukoll għat-trasferiment tat-teknoloġija (inkluż it-trasferiment tar-riżultati tar-riċerka u l-invenzjonijiet li jirriżultaw mill-isfera tar-riċerka pubblika għas-settur produttiv, eż. permezz tal-prova tal-kunċett).

Il-faċilità se jkollha wkoll il-possibbiltà li tagħmel investimenti fi stadju ta' espansjoni u tkabbir flimkien mal-Faċilità ta' Ekwità għat-Tkabbir (EFG) taħt il-Programm għall-Kompetittività tal-Impriżi u l-SMEs (dan jinkludi investimenti fil-fondi ta' fondi b'bażi wiesa' ta' investituri u jinkludi investituri istituzzjonali u strateġiċi privati kif ukoll istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi u semipubbliċi. Fil-każ ta' dan tal-aħħar, l-investiment mill-Faċilità ta' Ekwità tal-Orizzont 2020 ma għandux jissupera l-20 % tal-investimenti tal-UE għajr f'każijiet ta' fondi ta' ħafna stadji, fejn il-finanzjament mill-EFG u l-faċilità ta' ekwità għar-RŻI se jiġi pprovdut fuq bażi pro rata, abbażi tal-politika ta' investiment tal-fondi. Bħall-EFG, il-Faċilità ta' Ekwità għandha tevita l-kapital ta' akkwiżizzjoni jew sostituzzjoni intenzjonat għall-iżmantellar ta' impriża akkwistata. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li temenda l-limitu ta' 20 % fid-dawl tal-kundizzjonijiet tas-suq li qed jinbidlu.

L-Istrument Finanzjarju ta' Ekwità tal-UE għar-R&I u t-Tkabbir tal-SMEs imsemmi fl-ewwel paragrafu tat-Taqsima 2 għandu jkun ta' daqs u skala adatti biex jirfed kumpaniji innovattivi mill-ewwel stadju nett sat-tkabbir u l-espansjoni, b'approċċ integrat.

Il-parametri ta' investiment se jkunu stabbiliti b'tali mod li l-objettivi speċifiċi tal-politika, inkluż l-identifikazzjoni ta' gruppi partikolari ta’ benefiċjarji potenzjali, jistgħu jinkisbu filwaqt li jiġi ppreżervat l-approċċ ta’ dan l-istrument orjentat lejn is-suq u mmexxi mid-domanda .

Il-Faċilità ta' ekwità tista’ tkun appoġġata minn kontribuzzjonijiet baġitarji minn partijiet oħra tal-Orizzont 2020; oqfsa, programmi u intestaturi tal-baġit oħra fil-baġit tal-UE; reġjuni partikolari u Stati Membri; u entitajiet u inizjattivi speċifiċi.

L-ingranaġġ tal-Faċilità ta' Ekwità - iddefinit bħala l-finanzjament totali (jiġifieri, il-finanzjament tal-Unjoni flimkien mal-kontribuzzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji oħra) diviż bil-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE – huwa mistenni li jkun madwar 6, skont l-ispeċifikazzjonijiet tas-suq, b’effett multiplikatur previst - iddefinit bħala t-total tal-investimenti mwettqa minn benefiċjarji appoġġati diviż bil-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE – b'medja ta' 18.

2.3.  Aspetti speċifiċi tal-implimentazzjoni

L-implimentazzjoni taż-żewġ faċilitajiet se tkun ddelegata lill-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment (EIB, EIF) u/jew lil istituzzjonijiet finanzjarji, li jistgħu jiġu fdati bl-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji li huma konformi mar-Regolament Finanzjarju. Id-disinn u l-implimentazzjoni tagħhom se jiġu allinjati mad-dispożizzjonijiet ġenerali għal strumenti finanzjarji stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u b'aktar rekwiżiti operattivi speċifiċi biex jiġu stabbiliti fil-gwida tal-Kummissjoni. Jeħtieġ li l-użu ta' strumenti finanzjarji jkollu valur miżjud Ewropew ċar u għandu jipprovdi ingranaġġ u jiffunzjona biex jikkumplementa l-istrumenti nazzjonali.

L-intermedjarji finanzjarji, magħżulin minn entitajiet fdati għall-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji skont l-Artikolu 139(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni(21) abbażi ta’ proċeduri miftuħa, trasparenti, proporzjonati u non-diskriminatorji, jistgħu jinkludu istituzzjonijiet finanzjarji privati kif ukoll istituzzjonijiet finanzjarji governattivi u semigovernattivi, banek pubbliċi nazzjonali u reġjonali kif ukoll banek tal-investiment nazzjonali u reġjonali.

L-elementi tagħhom jistgħu jkunu kombinati, biż-żieda possibbli ta’ għotjiet (inklużi somom f’daqqa), fi skema waħda jew iktar li jappoġġaw kategoriji partikolari ta’ benefiċjarju jew proġettt bi skop speċjali, bħall-SMEs u impriżi b'kapitali medji b'potenzjal ta' tkabbir, jew dimostrazzjoni fuq skala kbira ta' teknoloġiji innovattivi.

L-implimentazzjoni tagħhom se tkun appoġġata minn gabra ta’ miżuri ta' akkumpanjament. Dawn jistgħu jinkludu, fost oħrajn, miżuri, assistenza teknika għall-intermedjarji finanzjarji involuti fil-valutazzjoni tal-eliġibiltà ta’ applikazzjonijiet ta’ self jew l-valur ta’ assi ta’ għarfien; skemi ta’ prontezza ta’ investiment li jkopru l-inkubazzjoni, l-ikkowċjar u l-iggwidar tal-SMEs u t-trawwim tal-interazzjoni tagħhom mal-investituri potenzjali; miżuri li jżidu l-kuxjenza ta' kumpaniji ta' kapital ta' riskju u l-business angels dwar il-potenzjal ta' tkabbir tal-SMEs innovattivi involuti f'programmi ta' finanzjament tal-Unjoni; skemi li jattiraw investituri privati biex jappoġġaw it-tkabbir ta SMEs innovattivi u impriżi b'kapital medju; azzjonijiet li jtejbu l-finanzjament ta' dejn u ekwità transkonfinali u f'diversi pajjiżi; skemi għall-inkoraġġiment ta' fundazzjonijiet filantropiċi u individwi biex jappoġġaw ir-Riċerka u l-Innovazzjoni; u skemi biex jitrawmu r-riskji korporattivi u jinkoraġġixxu l-uffiċċji ta' familji u business angels.

Il-korpi bħall-awtoritajiet reġjonali, l-assoċjazzjonijiet tal-SMEs, il-kmamar tal-kummerċ u l-intermedjarji finanzjarji rilevanti, jistgħu jiġu kkonsultati, fejn adatt, fir-rigward tal-ipprogrammar u l-implimentazzjoni ta' dawn l-attivitajiet.

Il-kumplimentarjetà se tiġi żgurata bil-faċilitajiet tal-Programm għall-Kompetittività tal-Impriżi u l-SMEs (COSME).

3.  INNOVAZZJONI FL-SMES

3.1.  L-integrazzjoni tal-appoġġ għall-SMEs, speċjalment permezz ta' strument dedikat

L-SMEs se jkunu appoġġati tul l-Orizzont 2020. Għal dan il-għan, għandhom jiġu stabbiliti kundizzjonijiet aħjar għall-SMEs biex dawn jipparteċipaw fl-Orizzont 2020. Barra minn hekk, strument iddedikat għall-SMEs huwa mmirat għat-tipi kollha ta’ SMEs innovattivi li juru ambizzjoni qawwija li jiżviluppaw, jikbru u jinternazzjonalizzaw ruħhom. Dan se jiġi pprovdut għat-tipi kollha ta’ innovazzjoni, inkluż innovazzjonijiet mhux teknoloġiċi, soċjali u ta’ servizz, sakemm kull attività jkollha valur miżjud Ewropew ċar. L-objettiv huwa li dan jgħin biex jimtela d-distakk fil-finanzjament għar-riċerka u innovazzjoni ta’ stadju bikri b’riskju għoli, jistimula l-innovazzjonijiet rivoluzzjonarji u jżid il-kummerċjalizzazzjoni fis-settur privat tar-riżultati ta’ riċerka.

L-isfidi tas-soċjetà u t-teknoloġiji abilitanti u industrijali għandhom kollha japplikaw l-istrument iddedikat għall-SMEs u jallokaw ammont adatt lilu, biex tintlaħaq il-mira minima ta' 20% tal-baġits kombinati totali għall-objettivi speċifiċi kollha dwar l-isfidi tas-soċjetà u l-objettiv speċifiku 'Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali' ddedikat għall-SMEs.

L-SMEs biss għandhom ikunu permessi li japplikaw għall-finanzjament u appoġġ. Dawn jistgħu jiffurmaw kollaborazzjonijiet skont il-ħtiġijiet tagħhom, inkluż għas-sottokuntrattar tax-xogħol ta’ riċerka u żvilupp. Il-proġetti jeħtieġu jkunu ta’ interess u benefiċċju potenzjali ċar għall-SMEs u jkollhom dimensjoni Ewropea ċara.

L-istrument tal-SME għandu jkopri l-oqsma kollha ta’ xjenza, teknoloġija u innovazzjoni f’approċċ minn isfel għal fuq fi ħdan l-isfida tas-soċjetà kkonċernata jew teknoloġija abilitanti sabiex jitħalla spazju suffiċjenti għat-tipi kollha ta’ ideat promettenti, notevolment proġetti trasversali u interdixxiplinari, li għandhom ikunu ffinanzjati.

L-istrument tal-SME għandu jipprovdi appoġġ simplifikat u fi stadji. It-tliet fażijiet għandhom ikopru ċ-ċiklu kollu ta’ innovazzjoni. It-tranżizzjoni minn fażi waħda għal li jmiss se tkun bla xkiel, sakemm ikun gie pruvat li l-proġett imissu finanzjament ulterjuri waqt il-fażi preċedenti. M'hemm l-ebda obbligu għall-applikanti biex b'mod sekwenzjali jkopru t-tliet fażijiet kollha. Fl-istess ħin kull fażi għandha tkun miftuħa għall-SMEs kollha:

–  Fażi 1: Valutazzjoni tal-kunċett u fattibilità:

L-SMEs għandhom jirċievu finanzjament sabiex jesploraw il-fattibilità xjentifika jew teknika u l-potenzjal kummerċjali ta’ idea ġdida (prova tal-kunċett) sabiex jiżviluppaw proġett innovattiv. Riżultat pożittiv ta’ din il-valutazzjoni, li fiha r-rabta bejn il-proġett-suġġett u l-ħtiġijiet tal-utenti/xerrejja potenzjali hija kwistjoni importanti, se jippermetti finanzjament taħt il-fażi(jiet) segwenti.

–  Fażi 2: R & Ż, dimostrazzjoni, replika tas-suq:

B'attenzjoni xierqa għall-kunċett tal-vawċer tal-innovazzjoni, r-riċerka u l-iżvilupp se jkunu appoġġati b'attenzjoni partikolari fuq attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (ittestjar, prototip, studji ta’ skalar ’il fuq, disinn, pilotaġġ ta’ proċessi, prodotti u servizzi innovattivi, validazzjoni, verifika tal-prestazzjoni, eċċ) u replikar fis-suq li jinkoraġġixxi l-involviment tal-utenti finali jew ta' klijenti potenzjali. Il-vawċers tal-innovazzjoni se jippromwovu l-parteċipazzjoni ta' imprendituri żgħażagħ.

–  Fażi 3: Kummerċjalizzazzjoni:

Din il-fażi mhux se tipprovdi finanzjament dirett għajr attivitajiet ta’appoġġ, iżda timmira għall-iffaċilitar tal-aċċess għall-kapital privat u ambjenti miftuħa għall-innovazzjoni. Huma previsti rabtiet mal-istrumenti finanzjarji (ara l-Parti II, taqsima 2 'Aċċess għal Finanzjament ta' Riskju' ta’ dan l-Anness), pereżempju billi tingħata prijorità lil SMEs li lestew b'suċċess il-fażi 1 u/jew 2 fi ħdan il-volum separat ta’ riżorsi finanzjarji. L-SMEs għandhom ukoll jibbenefikaw minn miżuri ta’ appoġġ bħan-netwerking, taħriġ, ikkowċjar u parir. Barra minn hekk, din il-parti tista’ torbot ma' miżuri li jippromwovu l-akkwist prekummerċjali u l-akkwist ta’ soluzzjonijiet innovattivi.

Il-promozzjoni, implimentazzjoni u monitoraġġ uniformi tal-istrument tal-SME tul l-Orizzont 2020 se jiżguraw aċċess faċli għall-SMEs. B'dipendenza fuq netwerks ezistenti ta’appoġġ għall-SMEs, bħalma huma in-Netwerk Ewropa għall-Intrapriża u fornituri oħra tas-servizzi għall-innovazzjoni, għandha tiġi stabbilita skema ta' konsulenza għall-SMEs benefiċjarji sabiex jitħaffef l-impatt mill-appoġġ ipprovdut. Barra minn hekk, se jiġu esplorati rabtiet mal-intermedjarji nazzjonali u/jew reġjonali rilevanti biex jiżguraw implimentazzjoni effiċjenti tal-iskema ta' konsulenza.

Korp iddedikat ta’ partijiet interessanti u esperti fir-riċerka u innovazzjoni tal-SME għandu jiġi ffurmat bil-ħsieb li jippromwovi u jakkumpanja l-miżuri speċifiċi tal-SMEs tal-Orizzont 2020.

3.2.  Appoġġ speċifiku

3.2.1.  Appoġġ għall-SMEs ta’ riċerka intensiva

Azzjoni speċifika se tippromwovi l-innovazzjoni transnazzjonali orjentata lejn is-suq tal-SMEs li jwettqu riċerka u żvilupp. Hija timmira għall-SMEs ta’ riċerka intensiva fi kwalunkwe settur li wkoll jeħtieġ juri l-ħila tiegħu li jisfrutta kummerċjalment ir-riżultati tal-proġetti.

L-azzjoni se tkopri l-qasam kollu tax-xjenza u t-teknoloġija b’approċċ minn isfel 'il fuq sabiex tissodisfa l-ħtieġa tal-SMEs li jwettqu riċerka u żvilupp.

L-azzjoni se tkun implimentata minn inizjattiva skont l-Artikolu 185 TFUE msejsa fuq il-Programm Konġunt Eurostars u l-orjentazzjoni mill-ġdid tiegħu tul il-linji ddikjarati fl-evalwazzjoni interim tagħha.

3.2.2.  Tisħiħ tal-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-SMEs

Se jkunu appoġġati l-attivitajiet transnazzjonali li jassistu l-implimentazzjoni u l-ikkumplimentar tal-miżuri speċifiċi għall-SMEs tul l-Orizzont 2020, b'mod partikolari biex tissaħħaħ il-kapaċità innovattiva tal-SMEs. L-attivitajiet jistgħu jinkludu t-tkattir tal-kuxjenza, informazzjoni u disseminazzjoni, attivitajiet ta' taħriġ u mobbiltà , netwerking u skambju tal-aħjar prattiki, żvilupp ta' mekkaniżmi u servizzi ta’ appoġġ għall-innovazzjoni ta' kwalità għolja b'valur miżjud b'saħħtu mill-Unjoni għall-SMEs (pereżempju, ġestjoni tal-proprjetà intellettwali u l-innovazzjoni, it-trasferiment tal-għarfien, l-użu innovattiv tal-ICT u l-ħiliet elettroniċi fl-SMEs), kif ukoll assistenza lill-SMEs biex jikkonnettjaw mal-imsieħba ta’ riċerka u innovazzjoni madwar l-Unjoni, li jippermettulhom li jiġbdu lejhom it-teknoloġija u jiżviluppaw il-kapaċità tagħhom ta’ innovazzjoni. Organizzazzjonijiet intermedjarji li jirrappreżentaw gruppi ta' SMEs innovattivi għandhom jiġu mistiedna jwettqu attivitajiet transreġjonali u transsettorjali ta' innovazzjoni mal-SMEs li għandhom kompetenzi reċiproki ta' rinfurzar, sabiex jiżviluppaw ktajjen ġodda ta' valur industrijali.

Dawn l-attivitajiet għandhom ikunu koordinati ma' miżuri nazzjonali simili meta jkun xieraq. Hija prevista kooperazzjoni mill-qrib man-Netwerk ta' Punti ta' Kuntatt Nazzjonali. Is-sinerġiji mal-politika ta’ koeżjoni tal-UE se jiġu segwiti fil-kuntest tal-istrateġiji nazzjonali u reġjonali ta’ innovazzjoni għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti.

Hija prevista rabta rinfurzata man-Netwerk Ewropew tal-Impriżi (taħt il-Programm għall-Kompetittività tal-Impriżi u l-SMEs) li tiżgura l-koordinazzjoni tiegħu mal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali. L-appoġġ jista’ jvarja minn informazzjoni mtejba u servizzi konsultattivi permezz ta' attivitajiet ta’ gwida, ikkowċjar u tiftix għall-imsieħba għall-SMEs li jixtiequ jiżviluppaw proġetti ta’ innovazzjoni transkonfinali, sal-provvista ta' servizzi ta' appoġġ għall-innovazzjoni. Dan se jikkonsolida l-approċċ ta’ ‘one stop shop’ tan-Netwerk Ewropew tal-Impriżi għall-appoġġ tal-SMEs, flimkien ma’ preżenza qawwija reġjonali u lokali tan-netwerk.

3.2.3.  Appoġġ għall-innovazzjoni mmexxija mis-suq

Se jingħata appoġġ għall-innovazzjoni transnazzjonali mmexxija mis-suq bil-għan li tiżdied il-kapaċità innovattiva tal-SMEs billi jitjiebu l-kundizzjonijiet ta' qafas għall-innovazzjoni kif ukoll billi jiġu indirizzati l-ostakli speċifiċi li jimpedixxu t-tkabbir tal-SMEs innovattivi b’potenzjal għal tkabbir rapidu. Appoġġ speċjalizzat għall-innovazzjoni (pereżempju sfruttar tal-Proprjetà Intellettwali, netwerks ta' akkwirenti, appoġġ lil uffiċċji għat-trasferiment tat-teknoloġija, disinn strateġiku) u analiżi tal-politiki pubbliċi marbuta mal-innovazzjoni għandhom jiġu appoġġati.

PARTI III

SFIDI TAS-SOĊJETÀ

1.  SAĦĦA, BIDLA DEMOGRAFIKA U BENESSERI

Il-promozzjoni effettiva tas-saħħa, appoġġata minn bażi ta' evidenza robusta, tipprevjeni l-mard, u tikkontribwixxi għall-benesseri u għall-kontroll tal-ispejjeż. Il-promozzjoni tas-saħħa, it-tixjiħ attiv, il-benesseri u l-prevenzjoni tal-mard ▌jiddependu wkoll minn fehim tad-determinanti tas-saħħa, minn għodod preventivi effettivi, bħat-tilqim, minn sorveljanza u tħejjija effettivi fir-rigward tas-saħħa u l-mard, u minn programmi effettivi ta' screening.

L-isforzi b'suċċess għall-prevenzjoni, l-iskoperta bikrija, il-ġestjoni, it-trattament u l-kura ta' mard, diżabilità, il-fraġilità u funzjonalità mnaqqsa huma sostnuti mill-fehim fundamentali tal-kawżi, il-proċessi u l-impatti tagħhom, kif ukoll minn fatturi sottostanti għas-saħħa u l-benesseri. Fehim aħjar tas-saħħa u l-mard jirrikjedi rabta mill-qrib bejn riċerka fundamentali, klinika, epidemjoloġika u soċjoekonomika. It-tqassim effettiv tad-dejta u r-rabta ta’ din id-dejta mal-istudji ta’ koorti ta’ skala kbira tad-dinja reali huwa wkoll essenzjali, kif inhi t-traduzzjoni tar-riżultati tar-riċerka fil-klinika, b’mod partikolari mill-imġiba tal-provi kliniċi.

Hija sfida tas-soċjetà li taġġusta għal domandi ulterjuri fis-setturi tas-saħħa u l-kura minħabba l-popolazzjoni li qed tixjieħ. Biex is-saħħa u l-kura jinżammu effettivi għall-etajiet kollha, huma meħtieġa sforzi biex jittejjeb u jitħaffef it-teħid ta' deċiżjonijiet fil-forniment ta' prevenzjoni u trattament, biex tiġi identifikata u appoġġata d-disseminazzjoni tal-aħjar prattika fis-settur tal-kura tas-saħħa, titqajjem kuxjenza u tiġi appoġġata l-kura integrata. Fehim aħjar tal-proċessi tax-xjuħija u l-prevenzjoni ta' mard relatat mal-età huma l-bażi biex iċ-ċittadini Ewropej jibqgħu b'saħħithom u attivi tul ħajjithom kollha. Daqstant importanti hija l-adozzjoni wiesgħa ta' innovazzjonijiet teknoloġiċi, organizzattivi u soċjali li jagħtu s-saħħa lill-persuni akbar fl-età, persuni b'mard kroniku kif ukoll persuni b'diżabbiltà li jibqgħu attivi u indipendenti. Jekk dan isir, ikun se jikkontribwixxi għaż-żieda fit-tul ta' żmien tal-perjodu tal-benessri fiżiku, soċjali u mentali.

Il-programm għandu jindirizza, fl-attivitajiet rilevanti, kundizzjonijiet u mard kroniċi li jinkludu iżda mhumiex limitati għal: mard kardjovaskulari (CVD), kanċer, mard metaboliku u fatturi ta' riskju inklużi dijabete, uġigħ kroniku, is-saħħa newroloġika, newrodeġenerattiva u mentali u diżordnijiet relatati mal-użu ta' sustanza, mard rari, il-piż żejjed u l-obesità, mard awtoimmuni, diżordnijiet rewmatiċi u muskuloskeletali u diversi mard li jaffettwa organi differenti kif ukoll kundizzjonijiet akuti u diversi limitazzjonijiet funzjonali. Bl-istess mod għandhom jiġu indirizzati l-mard infettiv li jinkludi iżda mhux limitat għall-HIV/AIDS, it-tuberkulożi u l-malarja, mard li ġie traskurat u mard relatat mal-faqar u mard li jinġarr mill-annimali, epidemiji emerġenti kif ukoll it-theddida taż-żieda tar-resistenza kontra l-mikrobi u mard okkupazzjonali u diżordnijiet relatati max-xogħol.

Għandha tiġi żviluppata mediċina personalizzata biex tkun adatta għal approċċi preventivi u terapewtiċi skont il-ħtiġijiet tal-pazjent, u teħtieġ tkun sostnuta mill-identifikazzjoni bikrija tal-mard.

Dawn l-attivitajiet kollha se jitwettqu b’tali mod li jipprovdu l-appoġġ tul iċ-ċiklu tar-riċerka u innovazzjoni, li jsaħħu l-kompetittività tal-industriji bbażati fl-Ewropa u l-iżvilupp ta’ opportunitajiet ġodda tas-suq. Se jingħata appoġġ għal approċċi translazzjonali li jintegraw diversi passi tal-proċess ta' innovazzjoni fl-industrija tal-kura tas-saħħa.

L-attivitajiet speċifiċi huma deskritti hawn taħt.

1.1.   Fehim tas-saħħa, il-benesseri u l-mard

1.1.1.  Fehim tad-determinanti tas-saħħa, titjib tal-promozzjoni tas-saħħa u prevenzjoni tal-mard

Fehim aħjar tad-determinanti tas-saħħa huwa meħtieġ sabiex tiġi provduta evidenza għall-promozzjoni effettiva tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard, u għandu jippermetti wkoll l-iżvilupp ta' indikaturi komprensivi tas-saħħa u l-benesseri fl-Unjoni abbażi ta' sorsi ta' dejta eżistenti u sistemi ta' indikaturi. Se jiġu studjati fatturi ambjentali, tal-imġiba (inkluż l-istil ta' ħajja), psikoloġiċi, organizzazzjonali, kulturali, soċjoekonomiċi, bijoloġiċi u ġenetiċi, fis-sensi l-aktar wiesa' tagħhom. L-approċċi se jinkludu studju fit-tul tal-koorti u tar-rabta tagħhom mad-data migbura mir-riċerka "-omika", il-bijomediċina tas-sistemi inklużi applikazzjonijiet rilevanti tal-bijoloġija tas-sistemi u metodi oħrajn.

B'mod partikolari, il-fehim aħjar tal-ambjent bħala determinant tas-saħħa se jirrikjedi approċċ interdixxiplinari li jintegra fost oħrajn, l-approċċi bijoloġiċi molekulari, epidemjoloġiċi u tossikoloġiċi rilevanti għall-bnedmin u d-dejta li tirriżulta mill-istudju tal-modi ta' azzjoni ta' diversi kimiċi, ta' esponiment ikkombinat għal inkwinanti u ta' fatturi oħra li jagħmlu pressjoni fuq l-ambjent u l-klima; għat-twettiq tal-ittestjar tossikoloġiku integrat u t-tfittix ta' alternattivi għall-ittestjar fuq annimali. Approċċi innovattivi għall-valutazzjoni tal-esponiment huma meħtieġa bl-użu ta' bijomarkaturi tal-ġenerazzjoni ġdida bbażata fuq l-'omika' u l-epiġenetika, bijomonitoraġġ uman, valutazzjonijiet tal-esponiment personali u mmudellar għall-fehim ta' esponimenti kkombinati, kumulattivi u emerġenti, li jintegraw fatturi soċjoekonomiċi, kulturali, okkupazzjonali, psikoloġiċi u ta' imġiba. Rabtiet imtejba mad-dejta ambjentali bl-użu tas-sistemi tal-informazzjoni avvanzati se jkunu appoġġati.

B’dan il-mod, il-politiki u l-programmi eżistenti u ppjanati jistgħu jiġu vvalutati u jiġi pprovdut l-appoġġ għall-politika. Bl-istess mod, jistgħu jiġu żviluppati interventi ta' imġiba mtejba, programmi ta' prevenzjoni u edukattivi, inklużi dawk li jappartjenu għal-litteriżmu tas-saħħa fin-nutrizzjoni, l-attività fiżika, it-tilqim u interventi tal-kura primarja oħrajn.

1.1.2.   Fehim tal-mard

Hemm bżonn ta' fehim imtejjeb tas-saħħa u l-mard, matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-bniedem, sabiex ikunu jistgħu jiġu żviluppati miżuri ġodda u aħjar ta' prevenzjoni, dijanjosi, trattament u miżuri ta' riabilitazzjoni. Ir-riċerka interdixxiplinari, bażika u ta' traduzzjoni dwar il-patofiżjoloġija tal-mard hija essenzjali sabiex jitjieb il-fehim tal-aspetti kollha tal-proċessi tal-mard, inkluża r-riklassifikazzjoni tal-varjazzjoni normali u mard ibbażat fuq data molekulari, u sabiex tivvalida u tuża r-riżultati tar-riċerka f'appikazzjonijiet kliniċi.

Ir-riċerka sottostanti se tinkludi u tinkoraġġixxi l-iżvilupp u l-użu ta' għodod u approċċi ġodda għall-ġenerazzjoni ta' data bijomedika u tinkludi l-bijoimmaġni, l"-omika", approċċi mediċinali ta' fluss għoli u abbażi tas-sistemi. Dawn l-attivitajiet se jesiġu rabta mill-qrib bejn ir-riċerka fundamentali u klinika u studji ta’ koorti fit-tul (u l-isferi ta’ riċerka korrispondenti) kif deskritt hawn fuq. Rabtiet mill-qrib mal-infrastrutturi ta’ riċerka u dawk mediċinali (bażijiet tad-dejta, bijobanek, eċċ) se jkunu wkoll meħtieġa għall-istandardizzazzjoni, ħżin, tqassim u aċċess għad-dejta, li huma kollha essenzjali għall-imassimizzar tal-utilità tad-dejta għall-istimular ta’ iktar modi innovattivi u effettivi ta' analizzar u kkombinar ta’ settijiet tad-dejta.

1.1.3.  Titjib tas-sorveljanza u prontezza

Popolazzjonijiet ta' bnedmin huma mhedda minn infezzjonijiet ġodda u emerġenti, inkluż ta' oriġini żoonotika, kif ukoll dawk li jirriżultaw minn resistenza għad-droga għal patoġeni eżistenti u minn konsegwenzi oħra diretti u indiretti tat-tibdil fil-klima u mill-moviment internazzjonali tan-nies. Metodi ġodda jew imtejba għal sorveljanza, dijanjosi, netwerks ta' twissija bikrija, organizzazzjoni tas-servizz tas-saħħa u kampanji ta' tħejjija huma meħtieġa għall-immudellar tal-epidemiji, għal rispons effettiv għall-pandemiċi, kif inhuma l-isforzi sabiex jinżammu u jissaħħu l-kapaċitajiet li jiġġieldu l-mard infettiv li huwa reżistenti għad-droga.

1.2.   Prevenzjoni ta' mard

1.2.1.  Żvilupp ta' programmi ta' prevenzjoni u ta' screening effettivi u titjib tal-valutazzjoni tas-suxxettibbiltà għall-mard

L-iżvilupp ta' programmi ta' prevenzjoni u ta' screening jiddependi mill-identifikazzjoni ta' bijomarkaturi (inkluż dawk funzjonali u tal-imġiba) ta' riskji u ta' tfaċċar ta' mard, u t-tfassil tagħhom għandu jkun informat minn kriterji aċċettati internazzjonalment. L-iskjerament tagħhom jiddependi mill-ittestjar u l-validazzjoni ta' metodi u programmi ta' screening. L-għarfien għandu jiġi ġġenerat u għandhom jiġu żviluppati metodi għall-identifikazzjoni ta' individwi u popolazzjonijiet li huma f'riskju akbar ta' mard klinikament rilevanti. L-Identifikazzjoni ta’ individwi u popolazzjonijiet f’riskju għoli ta’ mard se twassal għal strateġiji personalizzati, stratifikati u kollettivi biex jiġu żviluppati prevenzjoni għall-mard effettiva u kosteffettiva.

1.2.2.   Titjib tad-dijanjosi u l-pronjosi

Fehim imtejjeb tas-saħħa, il-mard u l-proċessi tal-mard matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja huwa meħtieġ għall-iżvilupp ta' dijanjostika u teranostika ġodda u aktar effettivi. Se jiġu żviluppati metodi, teknoloġiji u għodod innovattivi u eżistenti bil-għan li jittejbu b'mod sinifikanti r-riżultati tal-mard permezz ta' dijanjosi u pronjosi aktar bikrija u preċiżi u billi jkun possibbli aktar trattament aċċessibbli u adattat għall-pazjent.

1.2.3.  Żvilupp ta' tilqim preventiv u terapewtiku aħjar

Huma meħtieġa interventi u tilqim preventivi u terapewtiċi aktar effettivi u skemi ta' tilqim ibbażati fuq evidenza għal firxa usa' ta' mard, inkluż mard relatat mal-faqar bħall-HIV/AIDS, it-tuberkulożi, il-malarja u mard infettiv li ġie traskurat kif ukoll għal mard ewlieni ieħor. Din tiddependi fuq fehim aħjar tal-mard u proċessi tal-mard u l-epidemiċi konsegwenti tagħhom, u li jsiru l-provi kliniċi u studji assoċjati.

1.3.  Trattament u ġestjoni tal-mard

1.3.1.  Trattament tal-mard, inkluż l-iżvilupp ta' mediċina riġenerattiva

Meħtieġ li jiġi appoġġat it-titjib ta' teknoloġiji trasversali ta' appoġġ għad-drogi, il-bijoterapiji, it-tilqim u approċċi terapewtiċi oħra, inkluż it-trapjant, il-kirurġija, it-terapija tal-ġene u taċ-ċelloli u l-mediċina nukleari; sabiex jiżdied is-suċċess fil-proċess ta’ żvilupp ta’ drogi u vaċċini (inklużi metodi alternattivi li jissostitwixxu l-ittestjar klassiku tas-sikurezza u l-effettività, eż. l-iżvilupp ta’ metodi ġodda); biex jiġu żviluppati approċċi ta’ mediċina riġenerattiva, inklużi l-approċċi bbażati fuq iċ-ċelloli staminali; biex jiġu żviluppati bijofarmaċewtiċi ġodda, inklużi tilqimiet terapewtiċi; biex jiġu żviluppati apparat u sistemi mediċinali u assistivi; biex jitjiebu t-terapiji paljattivi; biex tinżamm u tiġi msaħħa l-kapaċità tagħna li niġġieldu l-mard ▌u nwettqu interventi mediċi li jiddependu mid-disponibbilità ta' drogi antimikrobjali effettivi u siguri; u biex jiġu żviluppati approċċi komprensivi li jittrattaw komorbożitajiet fl-etajiet kollha u tiġi evitata l-polifarmaċija. Dan it-titjib għandu jiffaċilita l-iżvilupp ta' trattamenti ġodda, iktar effiċjenti, effettivi, sostenibbli u personalizzati għall-mard u għall-ġestjoni tad-diżabilità u l-fraġilità, inklużi t-terapiji avvanzati u t-terapiji ċellulari għat-trattament tal-mard kroniku.

1.3.2.   Trasferiment tal-għarfien għall-prattika klinika u azzjonijiet ta’ innovazzjoni li jistgħu jiġu adattati

Il-provi kliniċi huma mezz importanti għat-trasferiment tal-għarfien bijomediku għal applikazzjoni fil-pazjenti u se jiġi pprovdut appoġġ għal dawn, kif ukoll għat-titjib tal-prattika tagħhom. L-eżempji jinkludu l-iżvilupp ta’ metodoloġiji aħjar li jippermettu lill-provi jiffukaw fuq il-gruppi ta' popolazzjoni rilevanti, inklużi dawk li jbatu minn mard ieħor konkomitanti u/jew li diġà għaddejjin bit-trattament, id-determinazzjoni ta’ effettività komparattiva ta’ interventi u soluzzjonijiet, kif ukoll it-tisħiħ tal-użu ta’ bank ta’ dejta u rekords elettroniċi tas-saħħa bħala sorsi ta’ dejta għall-provi u trasferiment tal-għarfien. L-iżvilupp kliniku u/jew prekliniku tal-mediċini orfni nominati se jiġi appoġġat. B’mod simili, se jingħata l-appoġġ għat-trasferiment ta’ tipi oħra ta’ interventi bħal dawk relatati mal-għajxien indipendenti fl-ambjenti tad-dinja reali.

1.4.  Tixjiħ attiv u l-awtoġestjoni tas-saħħa

1.4.1.  Tixjiħ attiv, għajxien indipendenti u assistit

Riċerka u innovazzjoni multidixxiplinari avvanzati u applikati flimkien ma' xjenzi soċjoekonomiċi, ta' imġiba, ġerontoloġiċi, diġitali u oħrajn huma meħtieġa għal soluzzjonijiet aċċessibbli għall-utenti u kosteffettivi għal għajxien ta' kuljum attiv (fid-dar, fuq il-post tax-xogħol, fi spazji pubbliċi, eċċ) indipendenti u assistit tal-popolazzjoni li qed tixjieħ u l-persuni b'diżabilità b'kont meħud tad-differenzi bejn is-sessi. Dan japplika f’varjetà ta’ambjenti u għal teknoloġiji u sistemi u servizzi li jtejbu l-kwalità tal-ħajja u l-funzjonalità tal-bniedem inklużi l-mobbiltà, teknoloġiji ta’assistenza intelliġenti u personalizzata robotika ta' servizz soċjali u ambjenti ta' assistenza. Il-piloti ta' riċerka u innovazzjoni se jiġu appoġġati biex jivvalutaw l-implimentazzjoni u l-adozzjoni wiesa’ tas-soluzzjonijiet. Se jiġi enfasizzat l-involviment tal-utenti finali, komunitajiet ta' utenti u persuni li jindukraw b'mod formali/informali.

1.4.2.  Sensibilizzazzjoni u għoti ta' setgħa individwali għall-awtoġestjoni tas-saħħa

L-għoti tas-setgħa lill-individwi biex itejbu u jimmaniġjaw is-saħħa tagħhom matul ħajjithom se jirriżulta f'sistemi ta' kura tas-saħħa aktar kosteffettivi billi jippermetti l-ġestjoni ta' mard kroniku barra l-istituzzjonijiet u jtejjeb ir-riżultati tas-saħħa. Dan jesiġi riċerka dwar fatturi soċjoekonomiċi u valuri kulturali, fil-mudelli komportamentali u soċjali, attitudnijiet u aspirazzjonijiet ▌fir-rigward tat-teknoloġiji tas-saħħa personalizzati, għodod mobbli u/jew portabbli, dijanjostika ġdida, sensuri u tagħmir ta' monitoraġġ u servizzi personalizzati inklużi iżda mhux limitati għal għodod ibbażati fuq nanomediċina li jippromwovu stil ta' ħajja b'saħħitha, benesseri, saħħa mentali, kura personali, interazzjoni professjonali taċ-ċittadin/kura tas-saħħa mtejba, programmi ppersonalizzati għall-ġestjoni tal-mard u d-diżabilità biex, fost affarijiet oħra, tissaħħaħ l-awtonomija tal-pazjenti, kif ukoll appoġġ għall-infrastrutturi tal-għarfien. Se jiġu żviluppati u ttestjati soluzzjonijiet bl-użu ta' pjattaformi ta' innovazzjoni miftuħa bħal dimostraturi fuq skala kbira għal innovazzjoni soċjali u ta' servizz.

1.5.  Metodi u data

1.5.1.  Titjib ta' informazzjoni dwar is-saħħa u użu aħjar ta' dejta dwar is-saħħa

L-integrazzjoni ta' infrastrutturi u strutturi u sorsi ta' informazzjoni (inklużi dawk derivati minn studji ta' koorti, protokolli, ġbir tad-dejta, indikaturi, stħarriġ ta' eżami tas-saħħa, eċċ.) kif ukoll l-istandardizzazzjoni, l-interoperabbiltà, il-ħżin, il-kondiviżjoni ta' dejta u l-aċċess għaliha, se jkunu appoġġati sabiex jippermettu li tali dejta tkun sostenibbli fit-tul u tkun tista' tiġi sfruttata sew. Għandha tingħata attenzjoni lill-ipproċessar tad-dejta, il-ġestjoni ta' għarfien, l-immudellar, il-viżwalzzazzjoni, is-sigurtà tal-ICT u l-kwistjonijiet relatati mal-privatezza. B'mod partikolari għandu jkun hemm titjib fid-disponibbiltà tal-informazzjoni u d-data dwar riżultati negattivi u effetti negattivi ta' trattament.

1.5.2.  Titjib ta’ għodod xjentifiċi u metodi sabiex jiġu appoġġati l-ħolqien tal-politika u l-ħtiġijiet regolatorji

Jinħtieġ appoġġ għar-riċerka, l-iżvilupp, l-integrazzjoni u għall-użu ta' għodod, metodi u statistika xjentifiċi għal valutazzjoni rapida, preċiża u prevedibbli dwar is-sikurezza, l-effikaċja u l-kwalità ta' interventi u teknoloġiji tas-saħħa, inklużi drogi, bijoloġika, terapiji avvanzati u apparat mediku ġodda. Dan huwa partikolarment rilevanti għal żviluppi ġodda fi sferi li jinkludu dawk li jirrigwardaw il-bijofarmaċewtiċi, it-tilqim, l-antimikrobiċi, it-terapiji ta' ċelloli/tessut u ġene, l-organi u t-trapjant, il-manifatturar speċjalizzat, il-bijobanek, l-apparat mediku ġdid, prodotti ta’ kombinazzjoni, il-proċeduri dijanjostiċi/ta' trattament, l-ittestjar ġenetiku, l-interoperabbiltà u s-saħħa elettronika, inklużi l-aspetti ta' privatezza. B'mod simili, huwa meħtieġ appoġġ għal metodoloġiji mtejba ta' valutazzjoni tar-riskju, oqfsa ta' konformità, approċċi tal-ittestjar u strateġiji relatati mal-ambjent u s-saħħa. Hemm ukoll bżonn ta’ appoġġ għall-iżvilupp ta’ metodi rilevanti għall-assistenza tal-valutazzjoni ta’ aspetti etiċi tal-isferi msemmija hawn fuq.

1.5.3.  Użu tal-mediċina in-silico għat-titjib tal-ġestjoni u tat-tbassir tal-mard

Is-simulazzjoni bil-kompjuter bl-użu ta' dejta speċifika tal-pazjent u msejsa fuq approċċi mediċinali skont is-sistema u l-immudellar fiżjoloġiku tista' tintuża għat-tbassir tas-suxxettibilità għall-mard, l-evoluzzjoni tal-mard u s-suċċess probabbli ta' trattamenti mediċi. Is-simulazzjoni bbażata fuq mudell tista’ tintuża sabiex issostni l-provi kliniċi, l-prevedibbilità tar-reazzjoni għat-trattament, u l-personalizzazzjoni u l-ottimizzazzjoni tat-trattament.

1.6.  Forniment ta' kura tas-saħħa u kura integrata

1.6.1.   Promozzjoni tal-kura integrata

L-appoġġ għall-ġestjoni ta' mard kroniku barra l-istituzzjonijiet, inklużi pazjenti b'diżabbiltà, jiddependi wkoll minn kooperazzjoni mtejba bejn il-fornituri tal-kura tas-saħħa u l-kura soċjali jew informali. L-applikazzjonijiet ta' riċerka u dawk innovattivi se jkunu appoġġati għat-teħid ta' deċiżjonijiet ibbażat fuq informazzjoni distribwita li tindirizza kemm is-saħħa fiżika kif ukoll dik mentali, u għall-forniment ta' evidenza għall-iskjerament fuq skala kbira u l-isfruttar tas-suq ta' soluzzjonijiet ġodda, inklużi s-servizzi interoperabbli tat-telesaħħa u t-telekura. B'mod partikolari fil-kuntest tat-tibdil demografiku, se jiġu appoġġati wkoll ir-riċerka u l-innovazzjoni sabiex tittejjeb l-organizzazzjoni tal-forminment tal-kura fit-tul kif ukoll l-innovazzjoni ta' politika u ġestjoni. L-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet ġodda u integrati tal-kura għandha timmira lejn l-għoti ta' setgħa personali u t-tisħiħ ta' kapaċitajiet eżistenti kif ukoll tikkonċentra fuq il-kumpens ta' nuqqasijiet.

1.6.2.  Ottimizzar tal-effiċjenza u effettività tal-forniment tal-kura tas-saħħa u t-tnaqqis tal-inugwaljanzi permezz ta' teħid ta' deċiżjonijiet u disseminazzjoni tal-aħjar prattiki bbażati fuq l-evidenza, u t-teknoloġiji u approċċi innovattivi

Hemm bżonn li jkun l-appoġġ għall-iżvilupp ta' approċċ sistemiku għall-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u ekonomiji tas-saħħa, kif ukoll tal-ġbir ta' evidenza u disseminazzjoni tal-aħjar prattika u teknoloġiji u approċċi innovattivi fis-settur tal-kura tas-saħħa, inklużi l-applikazzjonijiet tal-ICT u tas-saħħa elettronika. Se tiġi appoġġata l-analiżi komparattiva tar-riforma fis-sistemi tas-saħħa pubblika fl-Ewropa u fil-pajjiżi terzi u l-valutazzjonijiet tal-impatt ekonomiku u soċjali tagħhom fuq perjodu medju ta' żmien u fit-tul. Se tiġi appoġġata l-analiżi tal-ħtiġijiet tal-forza tax-xogħol futura kemm f’termini ta' għadd kif ukoll ħiliet meħtieġa fir-rigward ta’ mudelli ġodda ta’ kura. Se tiġi appoġġata r-riċerka dwar l-evoluzzjoni tal-inugwaljanzi fis-saħħa, tal-interkonnessjonijiet tagħhom mal-inugwaljanzi ekonomiċi u soċjali oħrajn u dwar l-effettività tal-politiki bl-għan li jnaqqsuhom fl-Ewropa u lil hinn. Fl-aħħarnett, hemm il-ħtieġa li tiġi appoġġata l-valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta' sikurezza tal-pazjent u s-sistemi ta' assigurazzjoni tal-kwalità, inkluż ir-rwol tal-pazjenti fuq is-sikurezza u l-kwalità tal-kura.

1.7.   Aspetti speċifiċi tal-implimentazzjoni

L-implimentazzjoni tal-programm se tinkludi appoġġ għat-trasferiment ta' għarfien u teknoloġija u forom oħra ta' disseminazzjoni, għal azzjonijiet pilota u ta' dimostrazzjoni fuq skala kbira, u għal standardizzazzjoni. B'dan il-mod, se jiġi aċċellerat l-iskjerament ta' prodotti u servizzi fis-suq, u se jiġu vvalidati soluzzjonijiet adattabbli għall-Ewropa u lil hinn minnha. Azzjonijiet bħal dawn mhux biss se jappoġġaw il-kompetittività industrijali Ewropea u l-involviment ta' SMEs innovattivi iżda se jirrikjedu l-involviment attiv tal-partijiet interessati kollha. Se jissegwew programmi u attivitajiet rilevanti oħra, kemm pubbliċi kif ukoll privati fil-livell tal-Unjoni, u fil-livelli nazzjonali u internazzjonali. B'mod partikolari, se jissegwew sinerġiji ma' attivitajiet żviluppati fil-kuntest tal-Programm Saħħa għat-Tkabbir.

Il-Bord Xjentifiku għas-Saħħa se jkun pjattaforma tal-partijiet interessati mmexxija mix-xjenza li jelabora dwar il-kontribut xjentifiku rigward din l-Isfida tas-Soċjetà. Hu se jipprovdi analiżi koerenti ta' riċerka ffukata fuq ix-xjenza u l-ostakoli għall-innovazzjoni u opportunitajiet relatati għal din l-Isfida tas-Soċjetà, jikkontribwixxi għad-definizzjoni tal-prijoritajiet tiegħu għar-riċerka u l-innovazzjoni, iħeġġeġ parteċipazzjoni xjentifika fih mill-UE kollha. Permezz ta' kooperazzjoni attiva mal-partijiet interessati, hu se jgħin biex jinbnew kapaċitajiet u titrawwem il-kondiviżjoni tal-għarfien u kollaborazzjoni aktar b'saħħitha madwar l-Unjoni f'dan il-qasam.

Jista' jiġi kkunsidrat appoġġ għal Inizjattivi għall-Iprogrammar Konġunt (JPI) rilevanti u sħubijiet pubbliċi-pubbliċi u pubbliċi-privati rilevanti.

Se jiġu stabbiliti wkoll rabtiet adatti mal-azzjonijiet tas-Sħubijiet Ewropej għall-Innovazzjoni rilevanti u l-aspetti rilevanti tal-aġendi tar-riċerka u l-innovazzjoni ta' Pjattaformi Ewropej għat-Teknoloġija.

2.  SIGURTÀ TAL-IKEL, AGRIKOLTURA U FORESTRIJA SOSTENIBBLI, RIĊERKA TAL-BAĦAR U MARITTIMA U TAL-ILMIJIET INTERNI U L-BIJOEKONIMIJA

2.1.   Agrikoltura u foresterija sostenibbli

L-għarfien, għodod, servizzi u innovazzjonijiet xierqa huma neċessarji biex jappoġġaw sistemi ta' agrikoltura u foresterija iktar produttivi u favur l-ambjent li jużaw ir-riżorsi b'effiċjenza u reżiljenti li jipprovdu biżżejjed ikel, għalf, bijomassa u materja prima oħra u jipprovdu servizzi tal-ekosistemi filwaqt li fl-istess ħin jipproteġu l-bijodiversitá u jappoġġaw l-iżvilupp ta' għajxien rurali li jrendi. Ir-riċerka u l-innovazzjoni se jipprovdu l-alternattivi għall-integrazzjoni tal-objettivi agronomiċi u ambjentali fil-produzzjoni sostenibbli, biex b'hekk: jiżdiedu l-produttività u l-effiċjenza tar-riżorsi, inkluż l-effiċjenza fl-użu tal-ilma, tal-agrikoltura; tiżdied is-sikurezza tal-produzzjoni tal-annimali u l-pjanti. jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra agrikoli (GHGs); titnaqqas il-produzzjoni tal-iskart; titnaqqas il-lissija tan-nutrijenti u ta' sustanzi kimiċi oħra mill-artijiet kultivati f'ambjenti terresti u akwatiċi; titnaqqas id-dipendenza mill-importazzjonijiet lejn l-Ewropa tal-proteina derivata minn pjanta internazzjonali; jiżdied il-livell tad-diversità fis-sistemi ta' produzzjoni primarja u jitrawwem l-irkupru tad-diversità bijoloġika.

2.1.1.  Żieda fl-effiċjenza tal-produzzjoni u kif wieħed ilaħħaq mal-bidla fil-klima, filwaqt li jiġu żgurati s-sostenibbilità u r-reżiljenza

Attivitajiet li se jsaħħu l-produttività kif ukoll il-kapaċità ta’ adattament tal-pjanti, annimali u sistemi ta’ produzzjoni biex ilaħħqu mal-kundizzjonijiet ambjentali/klimatiċi li qed jinbidlu b’rata mgħaġġla u mar-riżorsi naturali dejjem iktar skarsi. L-innovazzjonijiet riżultantisejgħinu fiċ-ċaqliq lejn ekonomija b'użu baxx tal-enerġija, emissjonijiet baxxi u livell baxx ta' skart, u għal tnaqqis fid-domanda għar-riżorsi naturali matul il-katina kollha tal-provvista tal-ikel u l-għalf. Minbarra l-kontribuzzjoni għas-sigurtà tal-ikel, opportunitajiet ġodda se jinħolqu għall-użu tal-bijomassa u prodotti sekondarji mill-agrikoltura ▌ għal firxa wiesgħa ta' applikazzjonijiet industrijali mhux tal-ikel.

L-approċċi multidixxiplinarji se jiġu mfittxa sabiex itejbu l-prestazzjoni tal-pjanti, l-annimali u l-mikroorganiżmi, filwaqt li jiżguraw l-użu effiċjenti tar-riżorsi (l-ilma, l-art, il-ħamrija, in-nutrijenti, l-enerġija u oħrajn) u l-integrità ekoloġika taż-żoni rurali. L-enfasi se titqiegħed fuq is-sistemi ta’ produzzjoni u prattiki agronomiċi integrati u differenti, inkluż l-użu ta’ teknoloġiji ta’ preċiżjoni u approċċi ta’ intensifikazzjoni ekoloġika sabiex tibbenefika kemm l-agrikoltura konvenzjonali kif ukoll dik organika. Se tiġi promossa wkoll l-ekoloġizzazzjoni urbana, b'forom ġodda ta' agrikoltura, ortikultura u forestrija f'żoni urbani u peri-urbani. Dawn għandhom jiġu kkunsidrati bl-indirizzar ta' rekwiżiti ġodda għal karatteristiċi ta' pjanti, metodi ta' kultivazzjoni, teknoloġiji, kummerċjalizzazzjoni u disinn urban, fir-rigward tas-saħħa u l-benesseri tal-bniedem, l-ambjent u t-tibdil fil-klima. It-titjib ġenetiku tal-pjanti u l-annimali għall-karatteristiċi ta’ adattament, saħħa u produttività se jesiġi l-approċċi kollha xierqa ta’ tgħammir konvenzjonali u modern u l-preservazzjoni u l-użu aħjar ta’ riżorsi ġenetiċi. Se tingħata attenzjoni għall-ġestjoni tal-ħamrija ▌biex tiżdied il-produttività tal-uċuħ. B'kont meħud tal-objettiv ġenerali tal-iżgurar tal-kwalità għolja u l-produzzjoni sana tal-ikel,setiġi promossa s-saħħa tal-annimali u tal-pjanti. L-attivitajiet fil-qasam tas-saħħa tal-pjanti u l-protezzjoni tal-pjantiseiżidu l-għarfien u jappoġġaw l-iżvilupp ta' strateġiji integrati favur l-ambjent għall-ġestjoni ta' pesti, prodotti u għodod għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni ta' patoġeni, għall-kontroll ta' pesti u mard u biex jitnaqqas it-telf ta' rendiment fil-livelli ta' qabel u wara l-ħsad. Fil-qasam tas-saħħa tal-annimali,sejiġu promossi strateġiji għall-eradikazzjoni jew il-ġestjoni effettiva tal-mard inkluż iż-żoonosi u r-riċerka dwar ir-resistenza antimikrobjali. Il-kontroll integrat tal-mard, tal-parassiti u tal-pestisejissaħħaħ, minn fehim aħjar tal-interazzjonijiet ta' aġenti patoġeni, sa sorveljanza, dijanjostika u trattament. L-istudju tal-effetti tal-prattiki fuq il-benessri tal-annimali se jgħin sabiex jiġi indirizzat t-tħassib tas-soċjetà. L-oqsma elenkati hawn fuq se jkunu sostnuti minn aktar riċerka fundamentali biex tindirizza kwistjonijiet bijoloġiċi rilevanti kif ukoll bħala appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni u appoġġati minn valutazzjoni adegwata tal-potenzjal ekonomiku u kummerċjali tagħhom.

2.1.2.  Forniment ta’ servizzi tal-ekosistema u beni pubbliċi

L-agrikoltura u l-foresterija huma sistemi uniċi li jqassmu l-prodotti kummerċjali iżda wkoll beni pubbliċi tas-soċjetà usa' (inkluż il-valur kulturali u rikreazzjonali) u servizzi ekoloġiċi importanti bħal bijodiversità funzjonali u fil-post, pollinazzjoni, ħżin u regolazzjoni tal-ilma, pajsaġġ, funzjonalitajiet tal-ħamrija, tnaqqis tal-erożjoni, reżiljenza għall-għargħar u n-nixfiet u s-sekwestru tal-karbonju/mitigazzjoni tal-GHG. L-attivitajiet ta' riċerkasejikkontribwixxu għal fehim aħjar ta' interazzjonijiet kumplessi bejn is-sistemi ta' produzzjoni primarja u s-servizzi tal-ekosistemi u se jappoġġaw il-forniment ta' dawn il-beni u servizzi pubbliċi, permezz ta' soluzzjonijiet ta' ġestjoni, għodod li jappoġġaw id-deċiżjonijiet u l-valutazzjoni tal-valur kummerċjali u mhux kummerċjali tagħhom. Il-kwistjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu indirizzati jinkludu l-identifikazzjoni tas-sistemi tal-biedja/foresti rurali u (peri-)urbani u l-mudelli tal-pajsaġġ li x'aktarx jiksbu dawn liskopijiet. Ċaqliq fil-ġestjoni attiva tas-sistemi agrikoli - inklużi l-użu tat-teknoloġiji u t-tibdil tal-prattiki - se jżid il-mitigazzjoni tal-GHG u l-kapaċità ta' adattament tas-settur agrikolu għall-effetti avversi tat-tibdil fil-klima.

2.1.3.  Għoti ta' setgħa liż-żoni rurali, appoġġ għall-politiki u innovazzjoni rurali

L-opportunitajiet ta' żvilupp għall-komunitajiet ruralisejiġu mmobilizzati permezz tat-tisħiħ tal-kapaċità tagħhom għall-produzzjoni primarja u t-twassil ta' servizzi tal-ekosistemi, kif ukoll permezz tal-ftuħ ta' possibilitajiet għall-produzzjoni ta' prodotti ġodda u diversifikati (inkluż ikel, għalf, materjali, enerġija), li jissodisfaw id-domanda dejjem tikber għal sistemi ta' katina qasira ta' forniment b'livell baxx ta' karbonju. Ir-riċerka soċjoekonomika u l-istudji tax-xjenza u tas-soċjetà flimkien mal-iżvilupp ta' kunċetti ġodda u innovazzjonijiet istituzzjonali huma meħtieġa sabiex jiżguraw il-koeżjoni ta' żoni rurali u jipprevjenu l-marġinalizzazzjoni ekonomika u soċjali, irawwmu d-diversifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi (inkluż is-settur tas-servizzi), jiżguraw ir-relazzjonijiet xierqa bejn iż-żoni rurali u urbani, kif ukoll jiffaċilitaw l-iskambju tal-għarfien, id-dimostrazzjoni, l-innovazzjoni u d-disseminazzjoni u jrawmu l-ġestjoni parteċipattiva tar-riżorsi. Minbarra dan, hemm bżonn li wieħed iħares lejn il-modi li bihom il-beni pubbliċi fiż-żoni rurali jistgħu jkunu kkonvertiti f'benefiċċji soċjoekonomiċi lokali/reġjonali. Il-ħtiġijiet tal-innovazzjoni ddefiniti fuq livelli reġjonali u lokali se jkunu kkumplimentati b'azzjonijiet trasversali ta' riċerka fuq livelli interreġjonali, Ewropew u internazzjonali. Billi jiġu pprovduti l-għodod analitiċi, indikaturi, mudelli integrati u attivitajiet li jħarsu 'l quddiem meħtieġa, il-proġetti ta' riċerka se jappoġġaw lil dawk li jfasslu l-politika u atturi oħra fl-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-istrateġiji, politiki u leġislazzjoni rilevanti, mhux biss għaż-żoni rurali iżda għall-bijoekonomija kollha. L-għodod u dejta huma wkoll meħtieġa sabiex jippermettu valutazzjoni kif suppost ta' kompromessi potenzjali bejn it-tipi diversi ta' użu ta' riżorsi (art, ilma, ħamrija, nutrijenti, enerġija u oħrajn) u prodotti bijoekonomiċi. Se tkun indirizzata l-valutazzjoni soċjoekonomika u komparattiva tas-sistemi ta’ biedja/foresti u l-prestazzjoni tas-sostenibbilità.

2.1.4.  Forestrija sostenibbli

L-għan huwa li jiġu prodotti b'mod sostenibbli bijoprodotti, ekosistemi, servizzi (inklużi servizzi relatati mal-ilma u mal-mitigazzjoni tal-klima) u bijomassa suffiċjenti, b'kondisderazzjoni debita tal-aspetti ekonomiċi, ekoloġiċi u soċjali tal-forestrija kif ukoll differenzi reġjonali. B'mod ġenerali, l-attivitajiet fis-settur tal-forestrijaseifittxu li jippromwovu foresti multifunzjonali li jipprovdu diversi benefiċċji ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali. L-attivitajietsejiffokaw fuq l-iżvilupp ulterjuri ta' sistemi ta' forestrija sostenibbli li jistgħu jindirizzaw sfidi u domandi soċjetali, inklużi l-ħtiġijiet tas-sidien ta' foresti, bl-istabbiliment ta' approċċi multifunzjonali li jirrikonċiljaw il-ħtieġa li jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv li jieħdu kont tat-tibdil fil-klima. Dawn is-sistemi ta' forestrija sostenibbli huma strumentali fit-tisħiħ tar-reżiljenza tal-foresti u l-protezzjoni tal-bijodiversità u l-ħtieġa li tiġi sodisfatta d-domanda li qed tikber għall-bijomassa. Dansejeħtieġ li jkun sostnut minn riċerka dwar is-saħħa tas-siġar u dwar il-protezzjoni u l-irkupru tal-foresti li jkunu nħakmu minn nirien.

2.2.   Settur agroalimentari sostenibbli u kompetittiv għal dieta sikura u tajba għas-saħħa

Il-ħtiġijiet tal-konsumatur għal ikel sikur, tajjeb għas-saħħa, ta' kwalità għolja u affordabbli għandhom bżonn jiġu indirizzati, filwaqt li jitqiesu l-impatti tal-imġiba tal-konsum tal-ikel u tal-produzzjoni tal-ikel u l-għalf fuq is-saħħa tal-bniedem, l-ambjent u l-ekosistema globali. Se jiġu indirizzati s-sikurezza u s-sigurtà tal-ikel u l-għalf, il-kompetittività tal-industrija agroalimentari u s-sostenibbilità tal-produzzjoni, il-provvista u l-konsum tal-ikel, b'kopertura tal-katina kollha tal-ikel u s-servizzi relatati, kemm jekk konvenzjonali jew organiċi, mill-produzzjoni primarja għall-konsum. Dan l-approċċ se jikkontribwixxi għal (a) ksib ta’ sikurezza u sigurtà tal-ikel għall-Ewropej kollha u l-eradikazzjoni tal-ġuħ fid-dinja (b) tnaqqis tal-piż tal-mard relatat mal-ikel u dieti billi jkun hemm promozzjoni ta' ċaqliq lejn dieti tajbin għas-saħħa u sostenibbli, permezz tal-edukazzjoni tal-konsumatur u innovazzjonijiet fl-agrikoltura u fl-industrija tal-ikel (c) tnaqqis tal-konsum tal-ilma u tal-enerġija fl-ipproċessar tal-ikel, trasport u distribuzzjoni (d) tnaqqis tal-iskart mill-ikel b’50% sal-2030 u (e) il-ksib ta' diversità mifruxa ta' ikel tajjeb għas-saħħa, ta' kwalità għolja u sikur għal kulħadd.

2.2.1.  Għazliet infurmati tal-konsumatur

Il-preferenzi, attitudnijiet, ħtiġijiet, imġiba, stil ta’ ħajja, l-edukazzjoni u l-komponent kulturali tal-kwalitá tal-ikel, se jiġu indirizzati u se tissaħħaħ il-komunikazzjoni bejn il-konsumaturi u l-komunità ta’ riċerka tal-katina tal-ikel u l-partijiet interessati tagħha sabiex jittejjeb il-fehim pubbliku tal-produzzjoni tal-ikel b'mod ġenerali u l-għażla infurmata, il-konsum sostenibbli u b'saħħtu u l-impatti tagħhom fuq il-produzzjoni, it-tkabbir inklużiv u fuq il-kwalità tal-ħajja, speċjalment tal-gruppi vulnerabbli, ikoll ikunu jistgħu jimmaterjalizzaw. L-innovazzjoni soċjali se tirrispondi għall-isfidi tas-soċjetà, u l-mudelli u metodoloġiji innovattivi ta' tbassir fix-xjenza tal-konsumatursejipprovdu data komparabbli u jħejju t-triq għar-reazzjoni għall-ħtiġijiet tal-politika tal-Unjoni.

2.2.2.  Ikel u dieti tajbin għas-saħħa u siguri għal kulħadd

Se jkunu indirizzati l-ħtiġijiet nutrizzjonali, dieta bilanċjata u l-impatt tal-ikel fuq il-funzjonijiet fiżjoloġiċi, il-prestazzjoni fiżika u mentali kif ukoll ir-rabtiet bejn id-dieta, ix-xejriet demografiċi (bħat-tixjiħ) u mard u disturb kroniku ▌. Se jkunu identifikati s-soluzzjonijiet u l-innovazzjonijiet tad-dieti li jwasslu għal titjib fis-saħħa u l-benessri. Il-kontaminazzjoni, ir-riskji u l-esponiment għall-kimika u dawk mikrobjali fuq l-ikel u l-għalf kif ukoll l-allerġeni se jiġu analizzati, ivvalutati, immonitorjati, ikkontrollati u ttraċċjati tul il-ktajjen ta' provvista tal-ikel, l-għalf u tal-ilma tax-xorb mill-produzzjoni u l-ħżin sal-ipproċessar, l-ippakkjar, id-distribuzzjoni, il-forniment tal-ikel u l-preparazzjoni d-dar. L-innovazzjonijiet fis-sikurezza tal-ikel, għodod għall-kejl tar-riskji meta mqabbla mal-benefiċċji u għall-komunikazzjoni tar-riskji ▌u l-istandards imtejba dwar is-sikurezza tal-ikel li għandhom jiġu implimentati matul il-katina tal-ikel se jwasslu għal għal tisħiħ tal-fiduċja tal-konsumatur u l-ħarsien tiegħu fl-Ewropa. Standards globali mtejba tas-sikurezza tal-ikel se jgħinu wkoll biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-industrija Ewropea tal-ikel.

2.2.3.  Industrija agroalimentari sostenibbli u kompetittiva

Il-ħtiġijiet għall-industrija tal-ikel u l-għalf sabiex ilaħħqu mal-bidla tas-soċjetà, dik ambjentali, klimatika u ekonomika minn livell lokali għal dak globali se jiġu indirizzati fl-istadji kollha tal-katina ta’ produzzjoni tal-ikel u l-għalf, inkluż id-disinn tal-ikel, l-ipproċessar, l-ippakkjar, kontroll tal-proċess, tnaqqis tal-iskart, valorizzazzjoni tal-prodotti sekondarji u l-użu jew rimi sikur tal-prodotti sekondarji tal-annimali. Se jiġu ġġenerati teknoloġiji u proċessi innovattivi u sostenibbli li jużaw ir-riżorsi b'effiċjenza, kif ukoll prodotti diversifikati, sikuri, affordabbli u ta’ kwalità għolja li jkunu sostnuti b'evidenza bbażata fuq ix-xjenza. Dan għandu jsaħħaħ il-potenzjal ta' innovazzjoni tal-katina Ewropea ta' provvista tal-ikel, jtejjeb il-kompetittività tagħha, joħloq tkabbir ekonomiku u l-impjiegi u jippermetti lill-industrija Ewropea tal-ikel li tadatta għall-bidliet. Aspetti oħra li għandhom jiġu indirizzati huma t-traċċabiltà, il-loġistika u s-servizzi, il-fatturi soċjoekonomiċi u kulturali, il-benesseri tal-annimali u kwistjonijiet etiċi oħra, ir-reżiljenza tal-katina tal-ikel kontra r-riskji ambjentali u klimatiċi, u ▌l-limitazzjoni tal-impatti negattivi fuq l-attivitajiet tal-katina tal-ikel u ta' dieti li jinbidlu u s-sistemi ta' produzzjoni fuq l-ambjent.

2.3.  L-isfruttar tal-potenzjal tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin

Waħda mill-karatteristiċi prinċipali tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin hija li dawn huma rinnovabbli u l-isfruttar sostenibbli tagħhom jiddependi fuq għarfien fid-dettall u grad għoli ta’ kwalità u produttività tal-ekosistemi akwatiċi. L-objettiv ġenerali huwa l-ġestjoni tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin sabiex jiġu massimizzati l-benefiċċji/dħul soċjali u ekonomiċi mill-oċeani, l-ibħra u l-ilmijiet interni tal-Ewropa.

Dan jinkludi l-ħtieġa li tiġi ottimizzata l-kontribuzzjoni sostenibbli tas-sajd u l-akkwakultura għas-sigurtà tal-ikel fil-kuntest tal-ekonomija globali li titnaqqas id-dipendenza qawwija tal-Unjoni fuq l-importazzjonijiet tal-frott tal-baħar (madwar 60 % tat-total tal-konsum ta' frott tal-baħar Ewropew jiddependi mill-importazzjoni u l-Unjoni hija l-akbar importatriċi fid-dinja ta' prodotti tas-sajd), u li tissaħħaħ l-innovazzjoni tal-baħar u marittima permezz tal-bijoteknoloġiji sabiex tingħata spinta lil tkabbir 'blu' intelliġenti. Skont l-oqfsa attwali tal-politika, b'mod partikolari l-Politika Marittima Integrata u d-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marittima, l-attivitajiet ta' riċerkaseisostnu l-approċċ tal-ekosistema għall-ġestjoni u l-isfruttar ta' riżorsi naturali, filwaqt li jippermettu l-użu sostenibbli ta' oġġetti u servizzi marittimi, u l-'iżvilupp ekoloġiku' tas-setturi involuti. ▌

2.3.1.  Żvilupp ta’ sajd sostenibbli u li jħares l-ambjent

Il-Politika Komuni tas-Sajd ġdida, id-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marittima u l-Istrateġija tal-Unjoni dwar l-Bijodiversità jesiġu sajd Ewropew li jkun iktar sostenibbli, kompetittiv, u li jħares l-ambjent. Iċ-ċaqliq lejn approċċ tal-ekosistema għal ġestjoni tas-sajd se jesiġi għarfien dettaljat tal-ekosistemi tal-baħar. Għarfien, għodod u mudelli ġodda se jiġu żviluppati sabiex itejbu l-fehim dwar dak li jagħmel l-ekosistemi tal-baħar tajbin għas-saħħa u produttivi u sabiex jiġi evalwat u mitigat l-impatt tas-sajd fuq l-ekosistemi tal-baħar (inkluż il-baħar fond). Ser jiġu żviluppati strateġiji u teknoloġiji ġodda tal-ħsad li jipprovdu servizzi lis-soċjetà filwaqt li jinżammu ekosistemi tal-baħar b'saħħithom. Se jitkejlu l-effetti soċjoekonomiċi tal-alternattivi ta' ġestjoni. L-effetti u l-adattament għat-tibdiliet ambjentali, inkluż it-tibdil fil-klima,sejiġu investigati wkoll flimkien ma' għodod ġodda ta' valutazzjoni u ġestjoni sabiex jiġu indirizzati r-riskji u l-inċertezzi. L-attivitajiet se jappoġġaw ir-riċerka dwar il-bijoloġija, ġenetika u dinamika tal-popolazzjonijiet tal-ħut, dwar ir-rwol ta’ speċi prinċipali fl-ekosistemi, dwar l-attivitajiet tas-sajd u l-monitoraġġ tagħhom, dwar l-imġiba tas-settur tas-sajd u l-adattament għas-swieq ġodda, pereżempju l-ekotikkettar fuq l-involviment tal-industrija tas-sajd fit-tfassil tad-deċiżjoni. Se jiġu indirizzati wkoll l-użu maqsum tal-ispazju marittimu ma' attivitajiet oħra, b'mod partikolari ż-żona kostali, u l-impatt soċjoekonomiku tiegħu.

2.3.2.  L-Iżvilupp ta' akkwakultura Ewropea li hija kompetittiva u favur l-ambjent

L-akkwakultura sostenibbli għandha potenzjal għall-iżvilupp ta’ prodotti sikuri, tajba għas-saħħa u kompetittivi mfassla għall-ħtiġijiet u preferenzi tal-konsumatur kif ukoll għal servizzi ambjentali (bijorimedjazzjoni, ġestjoni tal-art u l-ilma, eċċ) u l-produzzjoni tal-enerġija iżda teħtieġ li tkun realizzata bis-sħiħ ġewwa l-Ewropa. L-għarfien u t-teknoloġijisejissaħħu fl-aspetti kollha tad-domestikazzjoni tal-ispeċi stabbiliti u d-diversifikazzjoni għall-ispeċi ġodda filwaqt li jittieħed kont tal-interazzjonijiet bejn l-akkwakultura u l-ekosistemi akkwatiċi sabiex jitnaqqas l-impatt tagħha fuq l-ambjent, u l-effetti tat-tibdil fil-klima u kif is-settur jista' jadatta għalihom. B'mod partikolari jeħtieġ li jitkomplew l-isforzi ta' riċerka dwar is-saħħa u l-mard ta' organiżmi akwatiċi mrobbija ġo farm (inklużi għodod u metodi ta' prevenzjoni u mitigazzjoni), dwar kwistjonijiet ta' nutrizzjoni (inkluż l-iżvilupp ta' ingredjenti alternattivi mfasslin apposta u għalf għall-akwakultura), u dwar ir-riproduzzjoni u t-trobbija li huma fost l-ostakoli prinċipali fl-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura Ewropea. Se tiġi promossa wkoll l-innovazzjoni għas-sistemi ta' produzzjoni sostenibbli fiż-żona interna, fuq il-kosta u lil hinn mill-kosta. Se jitqiesu wkoll l-ispeċifiċitajiet tal-ultra-periferija Ewropea. Se ssir enfasi ukoll fuq il-fehim tad-dimensjonijiet soċjali u ekonomiċi tas-settur sabiex tiġi sostnuta l-produzzjoni kosteffiċjenti u effiċjenti fl-użu tal-enerġija li tissodisfa d-domanda tas-suq u tal-konsumatur, filwaqt li jiġu żgurati kompetittività u prospetti attraenti għall-investituri u produtturi.

2.3.3.  Spinta lill-innovazzjoni fis-settur tal-baħar u marittima permezz tal-bijoteknoloġija

Iktar minn 90 % tal-bijodiversità tal-baħar tibqa' mhux esplorata, u toffri potenzjal enormi għall-iskoperta ta’ speċi u applikazzjonijiet ġodda fil-qasam tal-bijoteknoloġiji tal-baħar, li huwa prevista illi tiġġenera 10 % ta' tkabbir annwali għal dan is-settur. L-appoġġ se jingħata sabiex jiġi esplorat u sfruttat iktar il-potenzjal kbir offrut mill-bijodiversità tal-baħar u l-bijomassa akkwatika sabiex jinħolqu proċessi, prodotti u servizzi innovattivi u sostenibbli ġodda fuq is-swieq b'applikazzjonijiet potenzjali f'setturi li jinkludu l-industriji kimiċi u tal-materjali, il-farmaċewtika, is-sajd u l-akkwakultura, il-provvista tal-enerġija u l-kożmetika.

2.4.  Industriji b'bażi bijoloġika sostenibbli u kompetittivi u appoġġ għall-iżvilupp ta' bijoekonomija Ewropea

L-objettiv ġenerali huwa li tiġi aċċellerata l-konverzjoni tal-industriji Ewropej ibbażati fuq il-fossili għal industriji b’livelli baxxi ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sostenibbli. Ir-riċerka u l-innovazzjoni se jipprovdu l-mezzi biex titnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni fuq fjuwils fossili u jikkontribwixxu għall-ksib tal-miri tal-politika ta’ Enerġija u tat-tibdil fil-klima għall-2020 (10 % tal-fjuwils tat-trasport minn sorsi rinnovabbli u tnaqqis ta’ 20 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra). L-istimi jikkonkludu li ċaqliq favur materja prima bijoloġika u metodi ta’ ipproċessar bijoloġiku jistgħu jiffrankaw sal-ekwivalenti ta' 2.5 biljun tunnellata ta’ CO2 kull sena sal-2030, b'żieda qawwija fis-swieq għall-materja prima b'bażi bijoloġika u prodotti ġodda tal-konsumatur. Il-ħsad ta' dawn l-elementi potenzjali jesiġi il-bini ta' bażi ta’ għarfien wiesgħa u l-iżvilupp ta’ (bijo)teknoloġiji rilevanti, bl-iffukar prinċipalment fuq tliet elementi essenzjali: a) trasformazzjoni tal-proċessi attwali bbażati fuq il-fossili f'dawk ibbażati fuq bijoteknoloġija effiċjenti fl-enerġija; b) stabbiliment ta' ktajjen ta' provvista affidabbli, sostenibbli u xierqa ta' flussi ta' bijomassa, prodotti sekondarji u skart u netwerk wiesa' ta' bijoraffineriji madwar l-Ewropa; u c) appoġġ għall-iżvilupp tas-suq għal prodotti u proċessi b'bażi bijoloġika, b'kont meħud tar-riskji u l-benefiċċji assoċjati. Se jiġu mħarsa s-sinerġiji mal-objettiv speċifiku tat-‘Tmexxija fit-Teknoloġiji Abilitanti u Industrijali’.

2.4.1.  Trawwim tal-bijoekonomija għall-industriji b'bażi bijoloġika

Il-progress kbir lejn industriji b'livell baxx ta' karbonju, b'użu effiċjenti tar-riżorsi u sostenibblisejiġi appoġġat permezz tal-iskoperta u l-isfruttament ta' riżorsi bijoloġiċi terrestri u akkwatiċi, filwaqt li jiġu minimizzati l-impatti ħziena fuq l-ambjent u l-marka fuq l-ilma, pereżempju l-istabbiliment ta' ċirkuwiti magħluqin ta' nutrijenti, inkluż bejn żoni urbani u rurali. Għandhom jiġu ezaminati l-kompromessi potenzjali bejn l-użi differenti tal-bijomassa. L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq il-bijomassa li ma tikkompetix mal-produzzoni tal-ikel u għandhom iqisu wkoll is-sostenibbiltá tas-sistemi relatati tal-użu tal-art. Se jiġu mmirati l-iżvilupp tal-prodotti b'bażi bijoloġika u l-komposti bijoloġikament attivi għall-industriji u konsumaturi bi kwalitajiet, funzjonalitajiet ġodda u sostenibbiltà mtejba. Il-valur ekonomiku tar-riżorsi rinnovabbli, il-bijoskart u l-prodotti sekondarjisejiġu massimizzati permezz ta' proċessi ġodda u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, inkluża t-trasformazzjoni tal-iskart bijoloġiku f'nutrijenti agrikoli.

2.4.2.  L-iżvilupp ta' bijoraffineriji integrati

L-attivitajiet se jiġu appoġġati biex tingħata spinta lil prodotti b'bażi bijoloġika, l-intermedji u l-bijoenerġija/bijofjuwils, li jiffukaw fil-biċċa l-kbira fuq approċċ kaskata, bi prijoritizzazzjoni lill-ġenerazzjoni ta' prodotti ta' valur miżjud għoli. Se jiġu żviluppati strateġiji u teknoloġiji li jiżguraw provvista tal-materja prima. It-titjib tad-diversi tipi tal-bijomassa għall-użu fit-tieni u t-tielet ġenerazzjoni ta’ bijoraffineriji, inkluża l-forestrija, il-bijoskart u prodotti industrijali sekondarji, se jgħinu jevitaw kunflitti tal-ikel/fjuwil u jappoġġa l-iżvilupp ekonomiku u favur l-ambjent ta' oqsma rurali u kostali fl-Unjoni.

2.4.3.  L-appoġġ għall-iżvilupp tas-suq għall-prodotti u proċessi b'bażi bijoloġika

Miżuri orjentati lejn id-domanda se jiftħu swieq ġodda għall-innovazzjoni bijoteknoloġija. L-istandardizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni fil-livell tal-Unjoni u dak internazzjonali huma meħtieġa, fost oħrajn, għad-determinazzjoni ta' kontenut b'bażi bijoloġika u l-funzjonalitajiet u l-bijodegradabbiltà tal-prodott. Il-metodoloġiji u l-approċċi għall-analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja jeħtieġu li jiġu żviluppati aktar u jiġu kontinwament adattati għall-avvanzi xjentifiċi u industrijali. L-attivitajiet ta’ riċerka li jappoġġaw l-istandardizzazzjoni tal-prodott u l-proċess (inkluża l-armonizzazzjoni ta' standards internazzjonali) u l-attivitajiet regolatorji fil-qasam tal-bijoteknoloġija huma meqjusa essenzjali għall-appoġġ tal-ħolqien ta’ swieq ġodda u t-twettiq ta' opportunitajiet kummerċjali.

2.5.  Riċerka tal-baħar u marittima trasversali

L-għan huwa li jiżdied l-impatt tal-ibħra u l-oċeani tal-UE fuq is-soċjetà u t-tkabbir ekonomiku permezz tal-isfruttament tar-riżorsi tal-baħar kif ukoll l-użu ta' sorsi differenti ta' enerġija tal-baħar u l-firxa wiesgħa ta' użi differenti relatati mal-ibħra. L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq sfidi trasversali tal-baħar u marittimi xjentifiċi u teknoloġiċi bil-ħsieb tar-rilaxx tal-potenzjal tal-ibħra u l-ilmijiet interni mal-firxa tal-industriji tal-baħar u marittimi, filwaqt li jiġi protett l-ambjent u jsir adattament għat-tibdil fil-klima. Dan l-approċċ strateġiku koordinat għar-riċerka tal-baħar u marittima tul l-isfidi u l-pilastri kollha ta' Orizzont 2020 se jappoġġja wkoll l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni rilevanti biex jgħin iwassal l-objettivi ewlenin tat-tkabbir blu.

Minħabba n-natura multidixxiplinari tar-riċerka tal-baħar u dik marittima, il-koordinazzjoni mill-qrib u attivitajiet konġunti ma' partijiet oħra ta' Orizzont 2020, speċjalment l-Isfida Soċjali 5, se jiġu segwiti.

2.5.1.  Impatt tat-tibdil fil-klima fuq l-ekosistemi tal-baħar u l-ekonomija marittima

Ikunu appoġġati attivitajiet biex jiżdied l-għarfien attwali tal-funzjonament tal-ekosistemi tal-baħar u tal-interazzjonijiet bejn l-oċeani u l-atmosfera. Dan iżid l-abbiltà li jiġi vvalutat ir-rwol tal-oċeani fil-klima u l-impatt tat-tibdil fil-klima u tal-aċidifikazzjoni tal-oċeani fuq l-ekosistemi tal-baħar u ż-żoni kostali.

2.5.2.  Żvilupp tal-potenzjal tar-riżorsi tal-baħar permezz ta' approċċ integrat

Il-promozzjoni ta' tkabbir marittimu sostenibbli u fit-tul u l-ħolqien ta' sinerġiji fis-setturi marittimi kollha jeħtieġu approċċ integrat. L-attivitajiet ta' riċerka se jiffukaw fuq il-ħarsien tal-ambjent tal-baħar kif ukoll fuq l-impatt tal-attivitajiet u l-prodotti marittimi fuq is-setturi mhux marittimi. Dan jippermetti avvanzi fil-qasam tal-ekoinnovazzjoni bħal prodotti u proċessi ġodda u l-applikazzjoni ta' kunċetti, għodda u miżuri ta' ġestjoni biex jiġi vvalutat u mitigat l-impatt tal-pressjonijiet eżerċitati mill-bniedem fuq l-ambjent tal-baħar sabiex navvanzaw lejn ġestjoni sostenibbli tal-attivitajiet marittimi.

2.5.3.  Kunċetti u teknoloġiji trasversali li jippermettu tkabbir marittimu

L-avvanzi fit-teknoloġiji trasversali (eż. ICT, elettronika, nanomaterjali, ligi, bijoteknoloġiji, eċċ.) u żviluppi u kunċetti ġodda fl-inġinerija jkomplu jippermettu t-tkabbir. L-attivitajiet jippermettu li jsiru avvanzi kbar fil-qasam tar-riċerka marittima u tal-baħar u l-osservazzjoni tal-oċeani (eż. riċerka fl-ibħra fondi, sistemi ta' osservazzjoni), sensuri, sistemi awtomatiċi għall-monitoraġġ tal-attivitajiet u s-sorveljanza, skrinjar tal-bijodiversità tal-baħar u tal-ġeoperikli, Vetturi Mħaddma b'mod Remot, eċċ.). L-għan huwa li jitnaqqas l-impatt fuq l-ambjent tal-baħar (eż. l-istorbju taħt l-ilma, l-introduzzjoni ta' speċijiet invażivi u sustanzi li jniġġsu mill-baħar u mill-art, eċċ.) u biex titnaqqas kemm jista' jkun l-impronta tal-karbonju tal-attivitajiet tal-bniedem. It-teknoloġiji trasversali jappoġġaw l-implimentazzjoni ta' politiki marittimi u tal-baħar tal-Unjoni.

2.6.  Aspetti speċifiċi tal-implimentazzjoni

Lil hinn mis-sorsi ġenerali tal-parir estern, se jintlabu konsultazzjonijiet speċifiċi mill-Kumitat Permanenti dwar ir-Riċerka Agrikola (SCAR) dwar firxa ta' kwistjonijiet, inklużi l-aspetti strateġiċi permezz tal-attivitajiet ta' antiċipazzjoni tiegħu kif ukoll ir-riċerka agrikola bejn il-livelli nazzjonali u tal-Unjoni. Se jiġu stabbiliti wkoll rabtiet xierqa mal-azzjonijiet tas-Sħubijiet Ewropej għall-Innovazzjoni relevanti u l-aspetti rilevanti tal-aġendi tar-riċerka u l-innovazzjoni ta' Pjattaformi Ewropej għat-Teknoloġija.

L-impatt u d-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka se jkunu appoġġati b'mod attiv permezz ta' azzjonijiet speċifiċi dwar il-komunikazzjoni, l-iskambju ta' għarfien u l-involviment ta' atturi varja tul il-proġetti. L-implimentazzjoni se tikkombina sensiela wiesgħa ta' attivitajiet, inklużi attivitajiet sostanzjali ta' dimostrazzjoni u pilota. Se jitrawwem l-aċċess faċli u miftuħ għar-riżultati ta' riċerka u l-aqwa prattiki ▌.

Permezz ta' appoġġ speċifiku lill-SMEssetkun possibbli parteċipazzjoni akbar ta' azjendi agrikoli, sajjieda u tipi oħra ta' SMEs fl-attivitajiet ta' riċerka u dimostrazzjoni. Se jitiqesu l-ħtiġijiet speċifiċi tas-settur tal-produzzjoni primarja għas-servizzi ta' appoġġ għall-innovazzjoni u l-istrutturi ta' komunikazzjoni. L-implimentazzjoni se tikkombina sensiela wiesgħa ta' attivitajiet, inklużi azzjonijiet tal-iskambju ta' għarfien fejn l-involviment tal-bdiewa jew produtturi primarji oħra u tal-intermedjarji se jkun żgurat b'mod attiv bl-għan li jinġabru fil-qosor il-ħtiġijiet ta' riċerka tal-utenti finali. Se jitrawwem l-aċċess faċli u miftuħ għar-riżultati ta' riċerka u l-aqwa prattiki, fejn xieraq permezz ta' bażijiet tad-dejta.

L-appoġġ għall-istandardizzazzjoni u l-aspetti regolatorji se jintuża biex jgħin it-tħaffif tal-iskjerament fis-suq ta' oġġetti u servizzi b'bażi bijoloġika.

Jista' jitqies l-appoġġ għal Inizjattivi għal Programmar Konġunt (JPI) rilevanti, u sħubiji pubbliċi-pubbliċi u pubbliċi-privati ▌rilevanti.

Se jiġu mfittxa sinerġiji ma' fondi oħra tal-Unjoni, u l-iskjerament ulterjuri tagħhom, li huma relatati ma' din l-isfida tas-soċjetà, bħall-Fondi għall-Iżvilupp Rurali u l-Fondi tas-Sajd.

Se jitwettqu attivitajiet li jħarsu 'l quddiem fost is-setturi tal-bijoekonomija, inkluż l-iżvilupp ta’ bażijiet tad-dejta, indikaturi u mudelli li jindirizzaw dimensjonijiet globali, Ewropej, nazzjonali u reġjonali. Se jiġi żviluppat osservatorju Ewropew tal-bijoekonomija għall-immappjar u l-monitoraġġ tal-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni globali tal-Unjoni u dawk globali inkluża l-valutazzjoni tat-teknoloġija, billi jiġu żviluppati indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, u l-monitoraġġ tal-politiki ta' innovazzjoni fil-bijoekonomija.

3.  ENERĠIJA, SIGURA, NADIFA U EFFIĊJENTI

3.1.  Tnaqqis fil-konsum tal-enerġija u l-marka tal-karbonju permezz ta’ użu intelliġenti u sostenibbli

Is-sorsi tal-Enerġija u x-xejriet ta' konsum tal-industriji, is-sistemi ta' trasport, il-bini, id-distretti, l-irħula u l-ibliet tal-Ewropa, ġeneralment mhumiex sostenibbli u jwasslu għal impatti ambjentali u tibdil fil-klima sinifikanti. Il-ġestjoni tal-enerġija fi żmien reali ta' bini ġdid u eżistenti bi ftit li xejn emissjonijiet, bini li ftit li xejn jikkonsma l-enerġija u bini rikonfigurat kif ukoll bini attiv, industriji effiċjenti ħafna u użu massiv ta' approċċi li huma effiċjenti fl-użu tal-enerġija minn kumpanniji, individwi, komunitajiet, bliet u distrettisejirrikjedu mhux biss avvanzi teknoloġiċi, iżda wkoll soluzzjonijiet mhux teknoloġiċi bħal servizzi ġodda konsultattivi, finanzjarji u li jiġġestixxu d-domanda u kontribut mix-xjenza komportamentali u dik soċjali filwaqt li fl-istess ħin jittieħed kont tal-kwistjonijiet ta' aċċettazzjoni pubblika. B'dan il-mod, effiċjenza mtejba fl-użu tal-enerġija tista' tipprovdi wieħed mill-aktar modi kosteffettivi sabiex titnaqqas il-domanda għall-enerġija, b'hekk tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, bit-tnaqqis tal-impatti ambjentali u klimatiċi u tissaħħaħ il-kompetittività. Biex jintlaħqu dawn l-isfidi l-iżvilupp ulterjuri tal-enerġiji rinnovabbli u l-użu tal-potenzjali tal-effiċjenza tal-enerġija huma importanti.

3.1.1.  Jinġiebu lis-suq tal-massa tekonoloġiji u servizzi għal użu intelliġenti u effiċjenti tal-enerġija

It-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija u l-eliminazzjoni tal-ħela tal-enerġija, filwaqt li jiġu pprovduti s-servizzi meħtieġa mis-soċjetà u l-ekonomija, jeħtieġu mhux biss li jinġiebu fis-suq tal-massa aktar tagħmir, prodotti u servizzi effiċjenti, kostkompetittivi, li jħarsu l-ambjent u aktar intelliġenti iżda wkoll li jiġu integrati komponenti u apparat b'tali mod li dawn jikkooperaw biex jottimizzaw l-użu globali tal-enerġija mill-bini, is-servizzi u l-industrija.

Sabiex jiġu żgurati l-adozzjoni u l-benefiċċji sħaħ għall-konsumaturi (inkluża l-possibbiltà għalihom li jimmonitorja il-konsum tagħhom stess), il-prestazzjoni tal-enerġija ta’ dawn it-teknoloġiji u servizzi għandha bżonn tkun addattata u ottimizata għall-ambjenti ta’ applikazzjoni tagħhom u fihom. Dan jeħtieġ ▌riċerka, żvilupp u ttestjar ta’ Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) innovattivi u tekniki ta' monitoraġġ u kontroll kif ukoll proġetti ta’ dimostrazzjoni u attivitajiet ta’ skjerament prekummerċjali sabiex jiġu żgurati l-interoperabbiltà u l-iskalabbiltà. Tali proġetti għandhom jimmiraw li jikkontribwixxu għal tnaqqis jew ottimizzazzjoni sinifikanti tal-konsum ġenerali tal-enerġija u tal-ispejjeż tal-enerġija bl-iżvilupp ta' proċeduri komuni għall-ġbir, it-tqabbil u l-analiżi tad-dejta dwar il-konsum u l-emissjonijiet tal-enerġija u l-emissjonijiet sabiex isir titjib fil-kejl, it-trasparenza, l-aċċettabbiltà pubblika, l-ippjanar u l-viżibbiltà tal-użu tal-enerġija u fl-impatti ambjentali. F'dawn il-proċessi għandhom jiġu ssalvagwardjati s-sigurtà u l-privatezza mid-disinn għall-protezzjoni ta' tekniki ta' monitoraġġ u kontroll. L-iżvilupp ta' pjattaformi u l-applikazzjoni tagħhom għall-verifika tal-istabbiltà ta' sistemi bħal dawnsejgħinu biex tiġi żgurata l-affidabbiltà.

3.1.2.  Sfruttar tal-potenzjal ta' sistemi ta’ tisħin –tkessiħ effiċjenti u rinnovabbli

Parti sostanzjali tal-enerġija hija kkonsumata għal finijiet ta’ tisħin jew tkessiħ madwar l-Unjoni u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji kosteffettivi u effiċjenti, tekniki ta' integrazzjoni tassistemi, pereżempju konnettività tan-netwerk bil-lingwi u servizzi standardizzati f'dan ilqasam, jistgħu jkollhom impatt kbir fuq it-tnaqqis tad-domanda għall-enerġija. Dan jeħtieġ riċerka u dimostrazzjoni ta’ tekniki ta' disinn u sistemi u komponenti ġodda għall-applikazzjonijiet industrijali, kummerċjali u residenzjali, pereżempju fil-provvista deċentralizzata u distrettwali tal-ilma sħun u t-tisħin u tkessiħ tal-ispazju. Dan għandu jinkludi teknoloġiji differenti: pompi termali solari, ġeotermali, tal-bijomassa u tat-tistħin, sħana u enerġija kombinata, l-irkupru ta' enerġija skartata, eċċ, u jissodisfa r-rekwiżiti ta' bini u distretti bi kważi l-ebda enerġija u jappoġġa bini intelliġenti. Skoperti rivoluzzjonarji oħrajn huma meħtieġa, b'mod partikolari, fil-ħżin tal-enerġija termali minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli u biex jitrawwem l-iżvilupp u l-iskjerament ta' kombinazzjonijiet effiċjenti ta' tisħin ibridu u sistemi ta' tkessiħ, għal applikazzjonijiet ċentralizzati u dawk deċentralizzati.

3.1.3.  Trawwim ta’ Bliet u Komunitaiet Ewropej intelliġenti

Iż-żoni urbani huma wieħed mill-akbar konsumaturi ta’ enerġija fl-Unjoni u jemettu parti kbira korrispondenti ta’ gassijiet serra, filwaqt li jiġġeneraw ammont sostanzjali ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja. Fl-istess ħin, iż-żoni urbani huma affettwati mit-tnaqqis fil-kwalità tal-arja u t-tibdil fil-klima u għandhom jiżviluppaw l-istrateġiji ta' mitgazzjoni u adattament tagħhom stess. Is-sejba ta’ soluzzjonijiet ta’ enerġija innovattivi (eż.effiċjenza tal-enerġija, sistemi ta' provvista tal-elettriku u tat-tisħin u t-tkessiħ, u l-integrazzjoni tal-enerġiji rinnovabbli fl-ambjent tal-edifiċi), integrati ma' sistemi tat-trasport, soluzzjonijiet intelliġenti ta' kostruzzjoni u ppjanar urban, l-iskart u t-trattament tal-ilma, kif ukoll soluzzjonijiet tal-ICT għall-ambjent urban huma għalhekk kruċjali fit-trasformazzjoni lejn soċjetà b'livell baxx ta' karbonju. Inizjattivi immirati bħala appoġġ għall-konvergenza tal-ktajjen ta' valur industrijali tal-enerġija, trasport u s-settur tal-ICT għal applikazzjonijiet urbani intelliġenti għandhom jiġu previsti. Fl-istess ħin, ippjanar u mudelli kummerċjali teknoloġiċi, organizzattivi ġodda jesiġu li jkunu żviluppati u ttestjati fuq skala sħiħa skont il-ħtiġijiet u l-mezzi tal-ibliet u tal-komunitajiet.u taċ-ċ-ċittadini tagħhom. Ir-riċerka hija wkoll meħtieġa sabiex jinftiehmu l-kwistjonijiet soċjali, ambjentali, ekonomiċi u kulturali li huma involuti f'din it-trasformazzjoni.

3.2.  Provvista ta' elettiku bi spiża baxxa u b’livell baxx ta’ karbonju

L-elettriku se jkollu rwol ċentrali fl-istabbiliment ta’ ekonomija ambjentalment sostenibbli b'livell baxxi ta’ karbonju. Is-sorsi ta' enerġija rinnovabbli jinsabu fil-qalba ta' dan l-iżvilupp. L-adozzjoni tal-ġenerazzjoni ta’ elettriku b’livell baxx ta’ karbonju qed isseħħ bil-mod wisq minħabba l-ispejjeż kbar involuti. Hemm bżonn urġenti li jinstabu soluzzjonijiet li jnaqqsu l-ispejjeż b’mod sinifikati, bi prestazzjoni u sostenibilità u aċċettazzjoni pubblika msaħħa, sabiex jiġi aċċellerat l-iskjerament fis-suq tal-ġenerazzjoni tal-elettriku b’livell baxx ta’karbonju. L-attivitajiet għandhom jiffokaw fuq ir-riċerka, l-iżvilupp u dimostrazzjoni fuq skala sħiħa ta' riżorsi rinnovabbli innovattivi, impjanti tal-enerġija li jaħdmu b'karburanti fossilli effiċjenti u flessibbli (inklużi dawk li jużaw gass naturali) u ta' qbid u ħżin ta' diossidu tal-karbonju, jew ta' teknoloġiji li jerġgħu jużaw is-CO2.

3.2.1.  Żvilupp tal-potenzjal sħiħ tal-Enerġija li ġejja mir-riħ

L-objettiv għall-enerġija li ġejja mir-riħ huwa li titnaqqas l-ispiża tal-produzzjoni tal-elettriku ta’ riħ fuq l-art u lil hinn mill-kosta sa madwar 20 % sal-2020 meta mqabbla mal-2010, favur dejjem aktar il-produzzjoni lil hinn mill-kosta, u li tiġi permessa l-integrazzjoni xierqa fil-grilja tal-elettriku. L-attenzjonisetkun fuq l-iżvilupp, l-ittestjar u d-dimostrazzjoni tas-sistemi ta' konverżjoni tal-enerġija mir-riħ tal-ġenerazzjoni li jmiss ta' skala ikbar (inklużi sistemi inovattivi ta’ ħżin ta’ enerġija), effiċjenzi ogħla fil-konverżjoni u disponibbilitajiet ogħla għas-sistemi fuq l-art u dawk lil hinn mill-kosta (inklużi l-postijiet remoti u ambjenti b'temp ostili) kif ukoll proċessi ġodda ta' manifatturar tas-serje. Ser jittieħed kont tal-aspetti ambjentali u tal-bijodiversità tal-iżvilupp tal-enerġija mir-riħ.

3.2.2.  Żvilupp ta' sistemi tal-enerġija solari effiċjenti, affidabbli u kostkompetittivi

L-ispiża tal-enerġija solari, li tkopri l-fotovoltajċi (PV) u l-konċentrazzjoni tal-enerġija solari (CSP), għandha titnaqqas bin-nofs sal-2020 meta mqabbla mal-2010, sabiex iżżid b'mod sostanzjali s-sehem tagħha fis-suq tal-elettriku.

Għall-PV, dansejeħtieġ aktar riċerka dwar, fost affarijijiet oħra, il-kunċetti u s-sistemi ġodda kif ukoll id-dimostrazzjoni u l-ittestjar tal-produzzjoni tal-massa bl-għan li jkun hemm skjerament u integrazzjoni ta' bini tal-PV fuq skala kbira.

Għas-CSP, l-enfasi se tkun fuq l-iżvilupp ta' metodi biex tiżdied l-effiċjenza filwaqt li jitnaqqsu l-ispejjeż u l-impatt ambjentali, li jippermettu skalar industrijali 'il fuq tat-teknoloġiji dimostrati bil-bini ta' impjanti tal-enerġija bla preċedent. Se jiġu ttestjati soluzzjonijiet li jikkombinaw b'mod effiċjenti l-produzzjoni tal-elettriku solari mad-desalinizzazzjoni tal-ilma.

3.2.3.   Żvilupp ta' teknoloġiji kompetittivi u ambjentalment sikuri għall-qbid, it-trasport, l-ħżin u l-użu mill-ġdid ta' CO2

Il-qbid u ħżin tal-karbonju (CCS) huma alternattiva ewlenija li għandha tkun użata b’mod wiesa’ fuq skala kummerċjali f’livell globali sabiex jilqgħu l-isfida ta’ ġenerazzjoni ta’ enerġija dekarbonizzata u industrija b’livell baxx ta’ karbonju sal-2050. L-obejttiv huwa li tiġi minimizzata l-ispiża żejda tas-CCS fis-settur tal-enerġija għall-impjanti mħaddma bil-faħam, bil-gass u bix-shale bituminuż meta mqabbla ma’ impjanti ekwivalenti mingħajr CCS u installazzjonijiet industrijali li huma intensivi fl-enerġija.

Se jingħata appoġġ, b'mod partikolari, sabiex juri l-katina kollha tas-CCS għal portafoll rappreżentattiv ta' alternattivi teknoloġiċi differenti ta' qbid, trasport, ħżin u użu mill-ġdid. Dan se jkun akkumpanjat minn riċerka biex dawn it-teknoloġiji jiġu żviluppati aktar u biex jitwasslu teknoloġiji ta' qbid aktar kompetittivi, komponenti mtejba, sistemi u proċessi integrati, ħżin ġeoloġiku sikur u soluzzjonijiet razzjonali u aċċettazzjoni pubblika għall-użu mill-ġdid ▌ta' CO2 maqbud sabiex ikun possibbli l-iskjerament kummerċjali ta' teknoloġiji tas-CCS għall-impjanti tal-enerġija mħaddma b'fjuwils fossili u industriji oħra intensivi fil-karbonju li jkomplu jitħaddmu wara l-2020. Ser jingħata wkoll appoġġ għal teknoloġiji nodfa tal-faħam bħal teknoloġiji komplementari għas-CCS.

3.2.4.  Żvilupp ta' alternativi ta' enerġija ġeotermali, idro, tal-baħar u rinnovabbli oħrajn

L-enerġija ġeotermali, idro u tal-baħar kif ukoll enerġiji rinnovabbli oħra jistgħu jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tal-provvista Ewropea ta’ enerġija filwaqt li jssaħħu l-flessibilità tagħha għal produzzjoni u użu varjabbli ta' enerġija. L-objettiv huwa li jiġu żviluppati aktar u jitwasslu sal-maturità kummerċjali teknoloġiji kosteffettivi u sostenibbli, u b'hekk jintlaħaq skjerament ta' skala kbira fuq skala industrijali inkluża l-integrazzjoni tal-grilja. Is-sistemi ġeotermali msaħħa huma teknoloġija li għandha tiġi riċerkata, żviluppata u dimostrata aktar notevolment fl-oqsma tal-esplorazzjoni, it-tħaffir u l-produzzjoni ta' sħana. L-enerġiji tal-oċean bħall-enerġija mill-mareat, kurrenti jew mewġ u l-enerġija osmotika joffru enerġija ▌mingħajr emissjonijiet u prevedibbli u jistgħu wkoll jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-potenzjal sħiħ tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta (kombinazzjoni ta' enerġiji tal-baħar). Attivitajiet ta' riċerka għandhom jinkludu r-riċerka innovattiva fuq skala ta' laboratorju f'komponenti u materjali affidabbli u ta' spiża baxxa f'ambjent b'livell għoli ta' korrużjoni u akkumulu ta' organiżmi bijoloġiċi mhux mixtieqa kif ukoll dimostrazzjonijiet taħt il-kundizzjonijiet varjati li jinsabu fl-ilmijiet Ewropej.

3.3.  Fjuwils alternattivi u sorsi mobbli ta' enerġija

Biex jintlaħqu l-miri tal-enerġija u tat-tnaqqis tas-CO2 tal-Ewropa jeħtieġ ukoll li jkun hemm żvilupp ta' fjuwils u sorsi mobbli ta' enerġija ġodda. Dan huwa partikolarment importanti biex tiġi indirizzata l-isfida ta’ trasport intelliġenti, ekoloġiku u integrat. Il-ktajjen tal-valur għal dawn it-teknoloġiji u fjuwils alternattivi mhumiex żviluppati biżżejjed u għandhom ikunu aċċellerati għal skala ta’ dimostrazzjoni.

3.3.1.  Biex il-bijoenerġija issir aktar kompetittiva u sostenibbli

L-objettiv għall-bijoenerġija huwa li t-teknoloġiji l-iktar promettenti jitwasslu sal-maturità kummerċjali, li twassal għal produzzjoni sostenibbli fuq skala kbira ta' bijofjuwils avvanzati ▌ta’ ktajjen ta’ valuri differenti f'approċċ ta' bijoraffineriji għat-trasport bis-superfiċje, dak marittimu u bl-ajru, u sħana u enerġija kombinata u effiċjenti ħafna u green gas mill-bijomassa u l-iskart, inkluż is-CCS. L-għan huwa li tiġi żviluppata u murija t-teknoloġija għal perkorsi differenti tal-bijoenerġija fi skali differenti, billi jitqiesu l-kundizzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi differenti u r-restrizzjonijiet loġistiċi, filwaqt li jiġu minimizzati l-impatti ambjentali u soċjali negattivi marbutin mal-użu tal-art. Riċerka iktar fit-tul se tappoġġa l-iżvilupp ta' industrija sostenibbli tal-bijoenerġija wara l-2020. Dawn l-attivitajietsejikkomplimentaw l-attivitajiet ta’ riċerka upstream (eż. materjal użat għall-produzzjoni, bijoriżorsi) u downstream (eż. integrazzjoni fil-flotot tal-vetturi) imwettqa fi Sfidi tas-Soċjetà oħra rilevanti.

3.3.2.  Tnaqqis tal-hin għall-kummerċjalizzazzjoni tat-teknoloġiji tal-idrogenu u ċelloli tal-fjuwil

Ċelloli tal-fjuwils u l-idroġenu għandhom potenzjal kbir sabiex jikkontribbwixxu għall-indirizzar tal-isfidi fl-enerġija li l-Ewropa qed taffronta. Biex dawn it-teknoloġiji jaslu għall-kompetittività kummerċjali jeħtieġ li jkun hemm tnaqqis sinifikanti fil-ispiża. Pereżempju l-ispiża tas-sistemi taċ-ċelloli tal-fjuwils għat-trasportazzjoni se jkollhom jitnaqqsu b’fattur ta’ 10 matul l-10 snin li ġejjin. Sabiex dan isir, se jingħata appoġġ lil dimostrazzjonijiet ▌u attivitajiet ta' skjerament prekummerċjali għall-applikazzjonijiet tat-trasport portabbli, stazzjonarji u mikrostazzjonarji ▌u s-servizzi relatati, kif ukoll riċerka fit-tul u żvilupp ta’ teknoloġija sabiex tinbena katina kompetittiva taċ-ċellola tal-fjuwils u produzzjoni u infrastruttura sostenibbli tal-idroġenu madwar l-Unjoni. Kooperazzjoni nazzjonali u internazzjonali b'saħħitha hija meħtieġa sabiex tippermetti l-iskoperti rivoluzzjonarji tas-suq ta' skala suffiċjenti, inkluż l-iżvilupp ta' standards xierqa.

3.3.3.  Fjuwils alternattivi ġodda

Hemm firxa ta' alternattivi ġodda b’potenzjal fit-tul, bħal pereżempju fjuwils tal-metall fi trab, fjuwils minn mikroorganiżmi fotosintetiċi (f’ambjenti tal-ilma u l-art) u minn imitazzjonijiet artifiċjali fotosintetiċi u fjuwils solari. Dawn il-perkorsi ġodda jistgħu joffru potenzjal għal iktar konverżjoni effiċjenti tal-enerġija u iktar teknoloġiji kostkompetittivi u sostenibbli ▌. L-appoġġ se jingħata notevolment sabiex minn skala ta’ laboratorju dawn it-teknoloġiji ġodda u oħrajn potenzjali jitwasslu sa skala ta’ dimostrazzjoni bl-għan ta' dimostrazzjoni kummerċjali sal-2020.

3.4.  Grilja tal-elettiku Ewropea unika u intelliġenti

In-netwerks tal-elettriku jridu jwiegbu għal tliet sfidi interkonnessi sabiex tiġi permessa sistema tal-elettriku li hija aċċessibbli għall-konsumatur u dejjem aktar dekarbonizzata: il-ħolqien ta’ suq pan-Ewropew; integrazzjoni ta’ żieda massiva ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli; u l-immaniġġjar tal-interazzjoni bejn miljuni ta’ fornituri u klijenti (fejn id-djar se jkunu, dejjem aktar, it-tnejn), inklużi s-sidien tal-vetturi elettriċi. In-netwerks futuri tal-elettriku se jkollhom rwol ewlieni għat-tranżizzjoni għal sistema tal-enerġija ▌dekarbonizzata, filwaqt li tipprovdi flessibbiltà u kostbenefiċċji addizzjonali għall-konsumaturi. L-għan prevalenti sal-2020 huwa li jiġi trasmess u distribwit madwar 35 %(22) tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli mxerrda u kkonċentrati.

Sforz b'saħħtu ta' riċerka integrata u dimostrazzjonisejappoġġaw l-iżvilupp ta' komponenti, teknoloġiji, u proċeduri ġodda lisejirrispondu għall-partikolaritajiet ta' kemm in-naħa tat-trazmissjoni kif ukoll dik tad-distribuzzjoni tal-grilja, kif ukoll l-ħżin flessibbli tal-enerġija.

Għandhom jitqiesu l-alternattivi kollha sabiex jiġu bbilanċjati b’suċċess il-provvista u d-domanda sabiex jimminimizzaw l-emissjonijiet u l-ispejjeż. Teknoloġiji tal-grilja tal-enerġija ġodda u intelliġenti, teknoloġiji ta' back-up u ta' bilanċjar li jippermettu aktar flessibilità u effiċjenza, inklużi impjanti tal-enerġija konvenzjonali, komponenti tal-grilja ġodda biex titjieb il-kapaċità u l-kwalitá ta' trasmissjoni kif ukoll l-affidabbiltà tal-grilji li għad iridu jiġu żviluppati. Teknoloġiji ġodda tas-sistemi tal-enerġija u infrastruttura ta’ komunikazzjoni diġitali bidirezzjonali għandhom ikunu riċerkati u integrati fil-grilja tal-elettriku u għandhom jintużaw għall-istabbiliment ta' interazzjonijiet intelliġenti ma' grilji oħra tal-enerġija. Dan se jikkontribwixxi għal ippjanar, monitoraġġ, kontroll u tħaddim sigur aħjar tan-netwerks f’kundizzjonijiet normali u ta’ emerġenza, kif ukoll sabiex jiġu mmaniġġjati l-interazzjonijiet bejn il-fornituri u l-klijenti u sabiex il-fluss tal-enerġija jkun trasportat, immaniġġjat u negozjat. Għall-iskjerament tal-infrastruttura futura, indikaturi u analiżi tal-benefiċċju tal-ispiża għandhom iqisu l-kunsiderazzjonijiet tas-sistema tal-enerġija kollha. Barra minn hekk, is-sinerġiji bejn il-grilji intelliġenti u n-netwerks ta’ telekomunikazzjoniseikunu mmassimizzati sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni ta’ investimenti, biex tiżdied is-sikurezza u titħaffef l-adozzjoni tas-servizzi ta’ enerġija intelliġenti.

Mezzi ġodda ta’ ħżin tal-enerġija (inkluż kemm il-batteriji ▌kif ukoll dawk fuq skala kbira bħall-elettriku għal gass) u sistemi tas-twassil ġoddasejipprovdu l-flessibbiltà meħtieġa bejn il-produzzjoni u d-domanda. Teknoloġiji tal-ICT imtejba se jżidu aktar il-flessibilità tad-domanda għall-elettiku billi l-klijenti (industrijali, kummerċjali u residenzjali) jiġu pprovduti bl-għodod neċessarji ta' awtomazzjoni. Hawnhekk is-sigurtà, l-affidabbiltà u l-privatezza huma kwistjonijiet importanti wkoll.

It-tfassil ġdid tal-ippjanar, tas-suq u dak regolatorju jeħtieġu li jixprunaw l-effiċjenza ġenerali u l-kosteffettività tal-katina ta’ provvista tal-elettriku u l-interoperabbiltà tal-infrastrutturi kif ukoll il-ħolqien ta’ suq miftuħ u kompetittiv għat-teknoloġiji tal-grilja, prodotti u servizzi tal-enerġija intelliġenti. Il-proġetti ta’ dimostrazzjoni ta’ skala kbira huma meħtieġa biex jittestjaw u jikkonvalidaw is-soluzzjonijiet u jivvalutaw il-benefiċċji għas-sistema u l-partijiet interessati individwali, qabel ma jintużaw madwar l-Ewropa. Dan għandu ikun akkumpanjat b’riċerka sabiex jinftiehem kif il-konsumaturi u negozji jirreaġixxu għall-inċentivi ekonomiċi, bidliet fl-imġiba, servizzi ta’ informazzjoni u opportunitajiet innovattivi oħra pprovduti mill-grilji intelliġenti.

3.5.  Għarfien u teknoloġiji ġodda

Teknoloġiji ġodda, iktar effiċjenti u kostkompetittivi kif ukoll dawk nodfa, sikuri u tal-enerġija sostenibbliseikunu meħtieġa fit-tul. Il-progress għandu jitħaffef permezz tar-riċerka multidixxiplinarja biex jinkisbu l-iskoperti rivoluzzjonarji xjentifiċi fil-kunċetti relatati mal-enerġija u teknoloġiji abilitanti (pereżempju nanoxjenza, xjenza tal-materjali, fiżika tal-istat solidu, ICT, bijoxjenza, ġeoxjenza, komputazzjoni, spazju); fejn xieraq, esplorazzjoni u produzzjoni ta' riżorsi tal-gass u taż-żejt mhux konvenzjonali, sikuri u ambjentalment sostenibbli kif ukoll l-iżvilupp ta’ innovazzjonijiet fit-teknoloġiji futuri u emerġenti.

Ir-riċerka avvanzata se tkun meħtieġa wkoll sabiex tipprovdi soluzzjonijiet għall-adattament ta’ sistemi ta’ enerġija għall-kundizzjonijiet klimatiċi li qed jinbidlu. Il-prijoritajiet jistgħu jiġu aġġustati għall-ħtiġijiet xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda jew fenomeni osservati ġodda li jistgħu jindikaw żviluppi promettenti jew riskji għas-soċjetà u li jistgħu joħorġu matul l-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020.

3.6.  Teħid tad-deċiżjonijiet u involviment tal-pubbliku robusti

Ir-riċerka dwar l-enerġija għandha tappoġġa u tkun allinjata b'mod qawwi mal-politika dwar l-enerġija. L-għarfien estensiv u r-riċerka dwar l-involviment u l-użu tat-teknoloġiji u servizzi tal-enerġija, infrastrutturi, swieq (inklużi l-oqfsa regolatorji) u l-imġiba tal-konsumatur huma meħtieġa sabiex jipprovdu analiżi robusta lil dawk li jfasslu l-politika. Ser jingħata appoġġ, b’mod partikolari, fil-qafas tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-Pjan-SET, sabiex jiġu żviluppati teoriji, għodod, metodi u mudelli robusti u trasparenti sabiex jiġu vvalutati l-kwistjonijiet ekonomiċi u soċjali prinċipali relatati mal-enerġija; biex jinbnew bażijiet tad-data u xenarji għal Unjoni mkabbra u l-valutazzjoni tal-impatt tal-enerġija u tal-politiki dwar l-enerġija fuq is-sigurtà tal-provvista, il-konsum, l-ambjent, ir-riżorsi naturali, u t-tibdil fil-klima, is-soċjetà u l-kompetittività tal-industrija tal-enerġija; biex jiwettqu attivitajiet ta' riċerka soċjoekonomika kif ukoll ix-xjenza tal-istudji soċjali.

L-isfruttar tal-possibilitajiet offruti mit-teknoloġiji tal-internet u soċjali, l-imġiba tal-konsumatur inkluża dik tal-konsumaturi vulnerabbli bħall-persuni bid-diżabilitajiet u tibdiliet komportamentaliseikunu studjati fil-pjattaformi miftuħa ta’ innovazzjoni bħal pereżempju l-Laboratorji Ħajjin u d-dimostraturi ta’ skala kbira għall-innovazzjoni tas-servizz kif ukoll permezz ta' stħarriġ lonġitudinali (panel surveys) filwaqt li tiġi żgurata l-privatezza.

3.7.  Użu mis-suq tal-innovazzjoni tal-enerġija ▌

L-adozzjoni tas-suq innovattiv u s-soluzzjonijiet ta' replikazzjoni huma essenzjali sabiex jinħarġu teknoloġiji tal-enerġija ġodda f'waqthom u permezz ta’ implimentazzjoni li hija kosteffettiva. Flimkien mar-riċerka u dimostrazzjoni xprunati mit-teknoloġija, jeħtieġu azzjonijiet b’valur miżjud ċar tal-Unjoni bl-għan ta' żvilupp, applikazzjoni, tqassim u replikazzjoni tal-innovazzjonijiet mhux teknoloġiċi b’fattur għoli ta’ influwenza fis-swieq tal-enerġija sostenibbbli tal-Unjoni fost id-dixxiplini u livelli ta’ governanza.

Tali innovazzjonijiet se jiffukaw fuq il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet tas-suq favorevoli fuq il-livell regolatorju, amministrattiv u ta’ finanzjament għat-teknoloġiji u soluzzjonijiet b’livelli baxxi ta’ karbonju, rinnovabbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija. L-appoġġ se jingħata għal miżuri li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-politika tal-enerġija, li jippreparaw l-isfond għat-tnedija tal-investimenti, li jappoġġaw il-bini ta’ kapaċità u li jaġixxu fuq l-aċċettazzjoni pubblika. Se tingħata attenzjoni wkoll lill-innovazzjoni għall-użu intelliġenti u sostenibbli tat-teknoloġiji eżistenti.

Ir-riċerka u l-analiżi ripetutament jikkonfermaw ir-rwol kruċjali tal-fattur uman fis-suċċess u falliment tal-politiki ta’ enerġija sostenibbli. L-istrutturi organizzattivi innovattivi, id-disseminazzjoni u l-iskambju ta’ prattiki tajbin u taħriġ speċifiku u bini tal-kapaċità se jkunu mheġġa

3.8.  Aspetti speċifiċi tal-implimentazzjoni

L-iffissar tal-prijoritajiet għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet f'din l-isfida hija xprunata mill-bżonn li tissaħħaħ ▌ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-enerġija fil-livell Ewropew. Għan ewlieni se jkun l-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Aġenda ta’ riċerka u innovazzjoni tal-Pjan Stategiku Ewropew tat-Teknoloġija tal-Enerġija (Pjan SET)(23) sabiex jintlahqu l-objettivi tal-politika dwar l-Enerġija u t-tibdil fil-klima tal-Unjoni. Għaldaqstant il-pjanijiet direzzjonali u l-pjanijiet ta’ implimentazzjoni tal-Pjan SET se jipprovdu kontribuzzjoni ta’ valur għall-formulazzjoni tal-programmi ta’ ħidma. L-istruttura ta’ governanza tal-Pjan SET se tkun użata bħala bażi ta' prinċipji għall-iffissar tal-prijoritajiet strateġiċi u l-koordinazzjoni tar-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-Enerġija madwar l-Unjoni.

L-Aġenda mhux teknoloġika se tkun iggwidata mill-politika u l-legizlazzjoni dwar l-enerġija tal-Unjoni. Se jiġi appoġġat l-ambjent li jippermetti skjerament ta' massa ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi u ta' servizz murija, proċessi u inizjattivi ta’ politika għal teknoloġiji b’livell baxx ta' karbonju u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija madwar l-Unjoni. Dan jista' jinvolvi appoġġ għall-assistenza teknika għall-iskjerament u l-introduzzjoni i ta’ investimenti fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u fl-enerġija rinnovabbli.

Fil-qasam tal-użu mis-suq, l-attivitajiet għandhom jibnu wkoll fuq l-esperjenza tal-inizjattiva Enerġija Intelliġenti - Ewropa (IEE).

Sħubija mal-partijiet interessati Ewropej se tkun importanti għat-tqassim tar-riżorsi u l-implimentazzjoni konġunta. Jista’ jkun previst, abbażi ta' każijiet individwali, li l-Inizjattivi Industrijali Ewropej ewlenin tal-Pjan SET jinqalbu fi sħubijiet privati pubbliċi formalizzati, jekk jitqies xieraq, sabiex jiżdiedu l-livell u l-koerenza tal-finanzjament ▌u jiġu stimulati azzjonijiet konġunti ta’ riċerka u innovazzjoni kemm fost il-partijiet interessati pubbliċi kif ukoll dawk privati. Se jitqies l-għoti ta' appoġġ, inkluż ma’ Stati Membri, lill-alleanzi tal-atturi ta' riċerka pubblika, partikolarment, l-Alleanza Ewropea għar-Riċerka fl-Enerġija stabbilita taħt il-Pjan SET sabiex jiġu raggruppati riżorsi u infrastrutturi pubbliċi tar-riċerka biex jiġu indirizzati oqsma kritiċi ta' interess Ewropew. Azzjonijiet ta' koordinazzjoni internazzjonali għandhom jappoġġaw il-prijoritajiet tal-pjan SET skont il-prinċipju ta’ ġeometrija varjabbli, filwaqt li jitqiesu l-kapaċitajiet u speċifiċitajiet tal-pajjiżi. Se jiġu stabbiliti wkoll rabtiet mal-azzjonijiet tas-Sħubijiet Ewropej għall-Innovazzjoni rilevanti u mal-aspetti rilevanti tal-aġendi tar-riċerka u l-innovazzjoni ta' Pjattaformi Ewropej għat-Teknoloġija.

Jista' jiġi kkunsidrat appoġġ għal Inizjattivi għall-Iprogrammar Konġunt (JPI) rilevanti u sħubijiet pubbliċi-pubbliċi u pubbliċi-privati rilevanti. L-attivitajiet għandhom jikkonċentraw ukoll biex iżidu l-appoġġ u l-promozzjoni tal-involviment tal-SMEs.

Is-Sistema ta' Informazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea sistema tal-Pjan SET (SETIS)setiġi mmobilizzata biex tiżviluppa, flimkien mal-partijiet interessati, indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) li jimmonitorjaw il-progress tal-implimentazzjoni u lisetiġi riveduta fuq bażi regolari sabiex jitqiesu l-aħħar żviluppi. Fuq livell aktar ġenerali, l-implimentazzjoni taħt din l-Isfida se tipprova ttejjeb l-koordinazzjoni tal-Programmi, inizjattivi u politiki rilevanti tal-Unjoni, bħall-Politika ta’ Koeżjoni, partikolarment permezz ta' strateġiji nazzjonali u reġjonali għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, u l-mekkaniżmi tal-Iskema tan-Negozjar tal-Kwoti tal-Emissjonijiet, pereżempju fir-rigward tal-appoġġ għal proġetti ta’ dimostrazzjoni.

4.  TRASPORT INTELLIĠENTI, EKOLOĠIKU U INTEGRAT

4.1.  Trasport li juża r-riżorsi b’effiċjenza u li jħares l-ambjent

L-Ewropa stabbiliet mira ta' politika li jinkiseb tnaqqis ta' 60 % ta' CO2 sal-2050 meta mqabbel mal-livelli tal-1990. L-għan tagħha huwa li l-użu ta' karozzi bi 'fjuwil konvenzjonali’ fl-ibliet jitnaqqas bin-nofs u tinkiseb loġistika fl-ibliet li hija ħielsa mis-CO2-fiċ-ċentri urbani ewlenin sal-2030. Fjuwils b'livelli baxxi ta' karbonju fl-avjazzjoni għandhom ilaħħqu l-40 % sal-2050, u l-emissjonijiet ta' CO2 mill-fjuwils tal-bunkers marittimi għandhom jitnaqqsu b'40 % sal-2050(24) meta mqabbel mal-livelli tal-2005.

Huwa essenzjali li jitnaqqas dan l-impatt ambjentali permezz ta' titjib teknoloġiku mmirat, b'kunsiderazzjoni li kull mod ta' trasport jiffaċċja sfidi varji u huwa karatterizzat minn ċikli speċifiċi ta' integrazzjoni teknoloġika.

Ir-riċerka u l-innovazzjonisejikkontribwixxu sostanzjalment għall-iżvilupp u l-adozzjoni tas-soluzzjonijiet neċessarji għall-modi kollha tat-trasport, liseinaqqsu drastikament l-emissjonijiet tat-trasport li huma ta' ħsara għall-ambjent (bħal pereżempju CO2, NOx, SOx u l-istorbju), inaqqsu d-dipendenza tiegħu fuq il-fjuwils fossili, u b’hekk inaqqsu l-impatt tat-trasport fuq l-bijodiversità u t-tibdil fil-klima u jħarsu r-riżorsi naturali.

Dan se jsir permezz tal-ħidma fuq l-attivitajiet speċifiċi li ġejjin:

4.1.1.  Inġenji tal-ajru, vetturi u bastimenti iktar nodfa u inqas storbjużi se jtejbu l-prestazzjoni ambjentali u jnaqqwu l-istorbju u vibrazzjoni perċepiti.

L-attivitajiet f'din l-isfera se jiffukaw fuq il-prodotti aħħarin, iżda wkoll jindirizzaw id-disinn ħafif u ekoloġiku tal-proċessi ta' manifattura, b'kunsiderazzjoni għall-proċess taċ-ċiklu tal-ħajja kollu u b'kapaċità ta' riċiklaġġ integrata fil-fażi ta' disinn. L-attivitajietseikopru wkoll l-aġġornar tal-prodotti u s-servizzi eżistenti permezz tal-integrazzjoni ta' teknoloġiji ġodda.

(a)  L-iżvilupp u l-aċċelerazzjoni tal-involviment ta' teknoloġiji ta’ propulsjoni iktar nodfa u silenzjużi huma importanti sabiex jitnaqqsu jew jiġu eliminati l-impatti fuq il-klima u s-saħħa taċ-ċittadini Ewropej eż. CO2, l-istorbju u t-tniġġis mit-trasport. Soluzzjonijiet ġodda u innovattivi huma neċessarji, imsejsa fuq magni u batteriji elettriċi, l-idroġenu u ċ-ċelloli tal-fjuwil, magni li jaħdmu bil-gass, arkitetturi u teknoloġiji avvanzati fil-magni jew propulsjoni ibrida. L-iskoperti rivoluzzjonjarji teknoloġiċisejgħinu wkoll fit-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tas-sistemi ta’ propulsjoni tradizzjonali u dawk ġodda.

(b)  L-esplorazzjoni tal-alternattivi għall-użu ta’ enerġiji alternattivi b'emissjonijiet baxxi se jgħinu fit-tnaqqis tal-konsum ta’ fjuwils fossili. Dan jinkludi l-użu ta’ fjuwils u elettriku sostenibbli mis-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fil-modi kollha ta’ trasport, inkluż l-avjazzjoni, it-tnaqqis tal-konsum tal-fjuwil permess tal-ħsad ta’ enerġija jew provvista diversifikata ta’ enerġija u soluzzjonijiet innovattivi oħra. Approċċi ħolistiċi ġoddaseikunu segwiti u jinkludu l-vetturi, ħżin tal-enerġija, provvista tal-enerġija, infrastruttura għall-provvista tal-fjuwil u l-iċċarġjar, inklużi l-interfaċċji tal-mezz ta' twassil għall-grilja u s-soluzzjonijiet innovattivi għall-użu ta’ fjuwils alternattivi.

(c)  Titjib fil-prestazzjoni ġenerali tal-inġenji tal-ajru, il-bastimenti u l-vetturi permezz tat-tnaqqis tal-piż tagħhom u r-reżistenza aerodinamika idrodinamika jew għad-dawrien bl-użu ta' materjali eħfef, strutturi eħfef u disinn innovattiv,sejikkontribwixxu għal inqas konsum ta’ fjuwil.

4.1.2.  Żvilupp ta’ tagħmir, infrastrutturi u servizzi intelliġenti

Dan se jgħin fl-ottimizzazzjoni tal-operazzjonijiet tat-trasport u fit-tnaqqis tal-konsum tar-riżorsi. L-attenzjonisetkun fuq soluzzjonijiet għall-ippjanar, it-tfassil, l-użu u l-ġestjoni effiċjenti tal-ajruporti, portijiet, pjattaformi loġistiċi u infrastrutturi ta' trasport bis-superfiċje, kif ukoll fuq sistemi ta' manutenzjoni, monitoraġġ u spezzjoni awtonomi u effiċjenti. Se jiġu adottati politiki, mudelli ta' negozju, kunċetti, teknoloġiji u soluzzjonijiet tal-IT ġodda biex tiżdied il-kapaċità. Attenzjoni partikolarisetingħata lir-reżiljenza kontra l-klima tat-tagħmir u tal-infrastrutturi, soluzzjonijiet kosteffiċjenti bbażati fuq approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja, u adozzjoni usa’ ta’ materjali ġodda u teknoloġiji li jippermettu manutenzjoni iktar effiċjenti u spejjeż iktar baxxi. Ser tingħata attenzjoni wkoll lill-aċċessibbiltà, il-faċilità tal-użu mill-utenti u l-inklużività soċjali.

4.1.3.  Titjib tat-trasport u l-mobbiità fiż-żoni urbani

Dan se jibbenefika minn sehem kbir li qiegħed dejjem jikber tal-popolazzjoni li tgħix u taħdem fl-ibliet jew li tużahom għas-servizzi u divertiment. Kunċetti ta’ mobbiltà, organizzazzjoni tat-trasport, mudelli għall-aċċessibbiltà multimodali, loġistika, il-forniment ta' vetturi innovattivi u servizzi pubbliċi urbani u soluzzjonijiet ta’ ppjanar ġodda jeħtieġu jiġu żviluppati u ttestjati, lisejikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-konġestjoni, it-tniġġis fl-arja u l-istorbju, u jtejbu l-effiċjenza tat-trasport urban. Għandhom jiġu żviluppati trasport pubbliku u mhux motorizzat kif ukoll alternattivi oħra ta’ trasport effiċjenti fir-riżorsi għall-passiġġieri u l-merkanzija bħala alternattiva reali għall-użu tal-vetturi privati bil-mutur, appoġġati minn użu ikbar tas-sistemi ta’ trasport intelliġenti kif ukoll minn ġestjoni innovattiva tal-provvista u tad-domanda. Għandha tingħata enfasi fuq l-interazzjoni bejn is-sistema ta' trasport u sistemi urbani oħra.

4.2.  Mobbiltà aħjar, inqas konġestjoni, iktar sikurezza u sigurtà

Il-miri rilevanti tal-politika Ewropea għat-trasport għandhom l-għan li jottimizzaw il-prestazzjoni u l-effiċjenza fid-dawl tad-domanda dejjem akbar għall-mobbiltà, sabiex l-Ewropa issir l-iktar reġjun sikur għall-avjazzjoni, il-ferroviji u trasport fuq l-ilma u tersaq lejn il-mira ta' żero fatalitajiet fit-trasport fit-triq sal-2050 u tnaqqas bin-nofs l-imwiet fit-toroq sal-2020. Sal-2030, 30 % tat-trasport tal-merkanzija bit-triq ta' iktar minn 300 kilometru għandu jaqleb għal trasport bil-ferrovija jew fuq l-ilma. Trasport pan-Ewropew kontinwu, aċċessibbli, bi prezz raġonevoli, orjentat lejn l-utent u effiċjenti għan-nies u l-oġġetti, li jinternalizza wkoll l-ispejjeż esterni, jeħtieġ ġestjoni, informazzjoni u sistema ta’ pagament tat-trasport multimodali Ewropew, kif ukoll interfaċji effiċjenti bejn netwerks fuq distanza twila u dawk ta' mobbiltà urbana.

Sistema ta' trasport Ewropew aħjarsetikkontribwixxi għal użu aktar effiċjenti ta' trasport u se ttejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini.

Ir-riċerka u l-innovazzjoni se jagħmlu kontribuzzjonijiet importanti lejn dawn il-miri ambizzjużi tal-politika, permezz ta’ attivitajiet fl-attivitajiet speċifiċi li ġejjin:

4.2.1.  Tnaqqis sostanzjali tal-konġestjoni tat-traffiku

Dan jista’ jinkiseb permezz tal-implimentazzjoni ta' sistema ta’ trasport intelliġenti, multimodali u kompletament intermodali ‘minn bieb għal bieb' u permezz tal-evitar ta’ użu mhux meħtieġ tat-trasport. Dan ifisser promozzjoni ta’ iktar integrazzjoni bejn il-modi ta’ trasport, l-ottimizzazzjoni tal-ktajjen ta’ trasport u operazzjonijiet u servizzi ta’ trasport integrati aħjar. Tali soluzzjonijiet innovattivisejiffaċilitaw ukoll l-aċċessibbiltà u l-għażliet tal-passiġġieri, inkluż għall-popolazzjoni li qed tixjieħ u l-utenti vulnerabbli u jipprovdu opportunitajiet biex titnaqqas il-konġestjoni billi titjieb il-ġestjoni tal-inċidenti u l-iżvilupp ta' skemi għall-ottimizzazzjoni tat-traffiku.

4.2.2.  Ttitjib sostanzjali fil-mobbiltà tan-nies u tal-merkanzija

Dan jista’ jinkiseb permezz tal-iżvilupp, it-turija u l-użu mifrux ta’ applikazzjonijiet u sistemi ta’ ġestjoni intelliġenti tat-trasport. Dan jesiġi: ippjanar ta' analiżi u ġestjoni tad-domanda, sistemi ta’ informazzjoni u ħlas li huma interoperabbli madwar l-Ewropa; u l-integrazzjoni sħiħa tal-flussi ta’informazzjoni, sistemi ta' ġestjoni, netwerks tal-infrastruttura u servizzi ta' mobbiltà f’qafas multimodali komuni ġdid imsejjes fuq pjattaformi miftuħa. Dansejiżgura wkoll flessibbiltà u reazzjonijiet rapidi għall-ġrajjiet ta’ kriżi u kundizzjonijiet estremi tat-temp billi jiġi kkonfigurat mill-ġdid l-ivjaġġar u t-trasport tul il-modi. Applikazzjonijiet ġodda ta’ pożizzjonament, navigazzjoni u tal-ħin, li huma possibbli permezz tas-sistemi ta’ navigazzjoni bis-satellita Galileo u EGNOS, se jkunu strumentali fil-kisba ta’ dan l-objettiv.

a)  It-teknoloġiji innovattivi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru se jikkontribwixxu għal avvanz fis-sikurezza u effiċjenza b’domanda, dejjem akbar, għall-puntwalità, sabiex jitnaqqas il-ħin moħli f'proċeduri relatati mal-ivvjaġġar fl-ajruporti u sabiex tinkiseb reżiljenza fis-sistema tat-trasport bl-ajru. L-implimentazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-'Ajru Uniku Ewropew’seikunu appoġġati b'attivitajiiet ta' riċerka u innovazzjoni li jipprovdu soluzzjonijiet għal awtomazzjoni u awtonomija akbar fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-operazzjoni u l-kontroll tal-inġenji tal-ajru, integrazzjoni aħjar tal-komponenti tal-ajru u l-art, u soluzzjonijiet ġodda għall-immaniġġar effiċjenti u kontinwu tal-passiġieri u l-merkanzija tul is-sistema ta’ trasport.

(b)  Għat-trasport bl-ilma, l-ippjanar u teknoloġiji ta' ġestjoni mtejba u integrati se jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' 'Ċinturin Blu' fl-ibħra madwar l-Ewropa, sabiex jittejbu l-operazzjonijiet fil-port, għal qafas xieraq għall-passaġġi tal-ilma fuq l-art.

(c)  Għall-ferroviji u t-trasport bit-triq, l-ottimizzazzjoni tal-ġestjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerk se ttejjeb l-użu effiċjenti tal-infrastruttura u tagħmel l-operazzjonijiet transkonfinali iktar faċli. Ġestjoni tat-traffiku fit-triq u sistemi ta’ informazzjoni kooperattivi u komprensivi se jiġu żviluppati, billi jkunu msejsa fuq il-komunikazzjoni minn vettura għal vettura u minn vettura għall-infrastruttura.

4.2.3.  L-iżvilupp ▌ta' kunċetti ġodda tat-trasport tal-merkanzija u l-loġistika

Dan jista’ jnaqqas mill-pressjoni fuq is-sistema ta’ trasport u l-ambjent, u jtejjeb is-sikurezza u l-kapaċità tal-merkanzija. Dawn jistgħu, pereżempju, jikkombinaw il-vetturi ta’ prestazzjoni għolja u impatt ambjentali baxx b'sistemi intelliġenti, siguri abbord u bbażati fuq l-infrastruttura ▌. Dan għandu jkun ibbażat fuq approċċ integrat tal-loġistika fil-qasam tat-trasport. L-attivitajiet se jappoġġaw ukoll l-iżvilupp tal-viżjoni tal-Merkanzija-e ta' proċess ta' trasport tal-merkanzija mingħajr karti, fejn il-flussi ta' informazzjoni elettronika, servizzi u pagamenti huma marbuta mal-flussi fiżiċi tal-merkanzija tul il-modi ta’ trasport.

4.2.4.  Tnaqqis tar-rati ta’ inċidenti, fatalitajiet u mwiet u titjib tas-sigurtà

Dan se jinkiseb permezz ta’ indirizzar tal-aspetti inerenti għall-organizzazzjoni, ġestjoni u monitoraġġ tal-prestazzjoni u riskju tas-sistemi ta’ trasport; u permezz ta' ffukar fuq it-tfassil, il-manifatturar u l-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru, vetturi u bastimenti, infrastrutturi u terminali. L-attenzjonisetkun fuq is-sikurezza passiva u attiva, sikurezza preventiva, u proċessi ta' awtomazzjoni u taħriġ imsaħħa biex jitnaqqas ir-riskju u l-impatt tal-iżbalji umani. Sabiex jiġi antiċipat, evalwat u mitigat aħjar l-impatt tat-temp, il-perikli naturali u sitwazzjonijiet oħra ta' kriżi se jkunu mfassla għodod u tekniki speċjali. L-attivitajietsejiffukaw ukoll fuq l-integrazzjoni tal-aspetti ta’ sigurtà fl-ippjanar u ġestjoni tal-flussi tal-passiġġieri u l-merkanzija, fuq il-konċepiment tal-ajruplani, vetturi u bastimenti, fuq il-ġestjoni tat-traffiku u tas-sistema u fuq it-tfassil ta' infrastrutturi tat-trasport u tat-terminali tal-merkanzija u l-passiġġieri. It-trasport intelliġenti u l-applikazzjonijiet tal-konnettività jistgħu jipprovdu wkoll għodod utli għal sigurtà mtejba. L-attivitajietsej jiffukaw ukoll fuq it-titjib tas-sigurtà tal-utenti kollha tat-triq speċjalment dawk fl-akbar riskju, partikolarment f'żoni urbani. ‑{}‑

4.3.  Tmexxija globali għall-industrija Ewropea tat-trasport

Billi jkunu fuq quddiem fl-iżvilupp teknoloġiku u fit-titjib tal-kompetittività ta' proċessi ta' manifattura eżisteni, ir-riċerka u l-innovazzjonisejikkontribwixxu għat-tkabbir u impjiegi ta’ ħiliet għolja fl-industrija Ewropea tat-trasport, fid-dawl tal-kompetizzjoni dejjem akbar. F'riskju huwa l-iżvilupp ulterjuri tal-kompetittività ta’ settur ekonomiku kbir li jirrappreżenta direttament 6.3% tal-PDG tal-Unjoni u li jħaddem 13-il miljun ruħ fl-Ewropa. Objettivi speċifiċi jinkludu l-iżvilupp ta’ mezzi ta’ trasport innovattivi tal-ġenerazzjoni li jmiss u mezzi ta' trasport li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, fl-ajru, it-trasport fuq l-ilma u dak bl-art, li jiżgura manifatturar sostenibbli ta' sistemi innovattivi u tagħmir u tħejjija tal-bażi għall-mezzi tat-trasport futuri, permezz tal-ħidma fuq teknoloġiji, kunċetti u disinni ġodda, sistemi ta' kontroll intelliġenti, proċessi ta' żvilupp u produzzjoni effiċjenti, servizzi innovattivi u proċeduri ta' ċertifikazzjoni. L-Ewropa għandha l-għan li ssir il-mexxej dinji fl-effiċjenza, il-prestazzjoni ambjentali u s-sigurtà fil-modi kollha ta’ trasport u li ssaħħaħ it-tmexxija tagħha fis-swieq globali kemm għall-prodotti aħħarin kif ukoll għas-sottosistemi.

Ir-riċerka u l-innovazzjoni għandhom jiffukaw fuq l-attivitajiet speċifiċi li ġejjin:

4.3.1.  L-iżvilupp tal-mezzi ta’ trasport tal-ġenerazzjoni li jmiss bħala l-mezz ta' kif jiġi żgurat is-sehem tas-suq fil-futur.

Dansejgħin fit-tisħiħ tat-tmexxija Ewropea fl-oqsma tal-ingenji tal-ajru, ferroviji ta’ veloċità għolja, trasport tal-ferrovija konvenzjonali u (sub)urban, vetturi tat-triq, elettromobbiltà, vapuri tal-passigieri, laneċ tal-passigieri u vapuri b'teknoloġija għolja u pjattaformi marittimi. Dan se jistimula wkoll il-kompetittività tal-industriji Ewropej fit-teknoloġiji u sistemi li jmiss u jappoġġa d-diversifikazzjoni tagħhom lejn is-swieq ġodda, inkluż fis-setturi oħra għajr dawk tat-trasport. Dan jinkludi l-iżvilupp ta’ inġenji tal-ajru, vetturi u bastimenti innovattivi, sikuri u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u li jinkorporaw sistemi effiċjenti ta' propulsjoni, prestazzjoni għolja u sistemi ta' operazzjoni u kontroll intelliġenti.

4.3.2.  Sistemi ta' kontroll abbord u intelliġenti

Dawn huma meħtieġa sabiex jiġu rrealizzati livelli ogħla ta’ prestazzjoni u integrazzjoni tas-sistemi fit-trasport. L-interfaċċji xierqa għall-komunikazzjonijiet bejn l-inġenji tal-ajru, vetturi u infrastrutturi fil-kombinazzjonijiet kollha rilevantisejiġu żviluppati, b'kont meħud tal-impatti tal-kampijiet elettromanjetiċi, bil-ħsieb li jiġu definiti standards operattivi komuni. Dawn jistgħu jinkludu it-twassil ta' informazzjoni dwar il-ġestjoni tat-traffiku u l-utenti direttament lit-tagħmir fil-vetturi, appoġġati minn data dwar it-traffiku f'ħin reali dwar il-kondizzjonijiet u l-konġestjoni fit-toroq mill-istess tagħmir.

4.3.3.  Proċessi ta’ produzzjoni avvanzati

Dawnsejippermettu l-addattar, spiża taċ-ċiklu tal-ħajja u ħin għall-iżvilupp iktar baxxi u l-iffaċilitar tal-istandardizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru, vetturi u bastimenti kif ukoll il-komponenti tagħhom, tagħmir u infrastruttura relatata. L-attivitajiet f'dan il-qasam se jiżviluppaw disinn u tekniki ta’ manifattura mgħaġġla u kosteffiċjenti, inkluż l-assemblaġġ, kostruzzjoni, manutenzjoni u reċiklaġġ, permezz tal-għodod u awtomazzjoni diġitali, u kapaċità li jiġu integrati s-sistemi kumplessi. Danseirawwem ktajjen ta’ provvista kompetittivi li huma kapaċi li jfornu lis-suq fi żmien qasir u b'inqas spejjeż mingħajr ma jikkompromettu s-sikurezza u s-sigurtà operattiva. L-applikazzjonijiet tat-trasport ta' materjali innovattivi huma wkoll prijorità kemm għall-objettivi ambjentali u kompetittivi kif ukoll għal aktar sikurezza u sigurtà.

4.3.4.  Esplorazzjoni ta’ kunċetti ta’ trasport kompletament ġodda

Dan se jgħin biex jissaħħaħ il-vantaġġ kompetittiv Ewropew f'perspettiva fit-tul. Ir-riċerka multidixxiplinari strateġika u l-attivitajiet tal-prova kunċettwali għandhom jindirizzaw soluzzjonijiet ta’ trasport innovattivi. Dansejinkludi tipi kompletament awtomatizzati u tipi oħrajn ġodda ta’ inġenji tal-ajru, vetturi u bastimenti b’potenzjal fit-tul u prestazzjoni ambjentali għolja kif ukoll servizzi ġodda.

4.4.  Riċerka soċjoekonomika u komportamentali u attivitajiet għall-ġejjieni għat-tfassil tal-politika

Azzjonijiet għall-appoġġ tal-analiżi u l-iżvilupp tal-politika inkluż il-ġbir ta' evidenza dwar il-kawżalità biex wieħed jifhem l-imġiba dwar l-aspetti spatjali, soċjoekonomiċi u soċjetali aktar usa' tat-trasport huma neċessarji għall-promozzjoni tal-innovazzjoni u għall-ħolqien ta' bażi ta' evidenza kondiviża biex jintlaħqu l-isfidi mqajma mit-trasport. L-attivitajiet se jimmiraw għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tar-riċerka u innovazzjoni tal-politiki Ewropej għat-trasport u għall-mobbiltà, studji prospettivi u antiċipazzjoni teknoloġika, u lejn it-tisħiħ taż-Żona Ewropea għar-Riċerka.

L-intendiment tal-ispeċifiċitajiet lokali u reġjonali, l-imġiba u l-perċezzjonijiet tal-utenti, l-aċċettazzjoni soċjali, l-impatt tal-miżuri tal-politika, il-mobbiltà, ħtiġijiet u xejriet li jinbidlu, l-evoluzzjoni tad-domanda futura, mudelli tan-negozju huma ta’ importanza vitali għall-evoluzzjoni tas-sistema Ewropea tat-trasport. Ser jitwettaq żvilupp tax-xenarji li jqisu x-xejriet soċjetali, evidenza dwar l-imwiet, objettivi tal-politika u antiċipazzjoni teknoloġika f’perspettiva tal-2050. Fid-dawl tal-intendiment aħjar tar-rabtiet bejn l-iżvilupp territorjali, il-koeżjoni soċjali u s-sistema Ewropea tat-trasport, hemm bżonn ta’ mudelli robusti li fuqhom jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet tal-politika sodi.

Ir-riċerkasetiffoka fuq kif għandhom jonqsu l-inugwaljanzi soċjali u territorjali fl-aċċess għall-mobbiltà, u kif għandha titjieb il-pożizzjoni tal-utenti tat-trasport vulnerabbli. Il-kwistjonijiet ekonomiċi għandhom ukoll ikunu indirizzati, bl-iffukar tal-modi ta' internalizzazzjoni tal-esternalitajiet tat-trasport fost il-modi, kif ukoll il-mudelli ta' tassazzjoni u pprezzar. Hija meħtieġa riċerka prospettiva biex tivvaluta r-rekwiżiti futuri għall-ħiliet u impjiegi, l-iżvilupp u l-adattament tar-riċerka u l-innovazzjoni kif ukoll il-kooperazzjoni transnazzjonali.

4.5.  Aspetti speċifiċi tal-implimentazzjoni

L-attivitajietsejiġu organizzati b'mod li jiġi permess approċċ integrat u speċifiku għal kull mezz kif adatt. Ser tkun meħtieġa viżibbiltà u kontinwità multiannwali sabiex jittieħed kont tal-ispeċifiċitajiet ta' kull mezz ta' trasport u n-natura olistika tal-isfidi kif ukoll aspetti rilevanti tal-aġendi ta' riċerka u innovazzjoni strateġiċi tal-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija.

Jista' jiġi kkunsidrat appoġġ għal Inizjattivi ta' Ipprogrammar Konġunt (JPI) rilevanti u l-isħubijiet pubbliċi-pubbliċi u pubbliċi-privati rilevanti. Ser jiġu stabbilit wkoll rabtiet adegwati mal-azzjonijiet tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni rilevanti. L-attivitajiet għandhom jikkonċentraw ukoll biex iżidu l-appoġġ u l-promozzjoni tal-involviment tal-SMEs.

5.  AZZJONI DWAR IL-KLIMA, L-AMBJENT, L-UŻU EFFIĊJENTI TAR-RIŻORSI U TAL-MATERJA PRIMA

5.1.  Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-adattar għalih

Il-konċentrazzjonijiet attwali ta’ CO2 fl-atmosfera huma kważi 40 % ogħla minn dawk fil-bidu tar-rivoluzzjoni industrijali u fl-ogħla livelli esperjenzati fl-aħħar 2 miljun sena. Gassijiet serra mhux ta’ CO2 jikkontribwixxu wkoll għat-tibdil fil-klima u għandhom rwol sinifikanti li qiegħed dejjem jikber. Mingħajr azzjoni deċiżiva, it-tibdil fil-klima jista’ jiswa lid-dinja mill-inqas 5 % tal-PDG kull sena; u sa 20 % taħt ċerti xenarji. B’kuntrast ma' dan, b'azzjoni bikrija u effettiva, l-ispejjeż netti jistgħu jkunu limitati għal madwar 1 % tal-PDG kull sena. Li tintlaħaq il-mira ta’ 2°C u l-evitar tal-agħar impatti tat-tibdil fil-klima se jesiġu li l-pajjiżi żviluppati jaqtgħu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra sa 80-95 % sal-2050 meta mqabbla mal-livelli tal-1990.

Għalhekk, l-għan ta' din l-attività huwa li jiġu żviluppati u vvalutati miżuri u strateġiji innovattivi, kosteffettivi u sostenibbli ta' adattament u ta' mitigazzajoni, li jindirizzaw kemm il-gassijiet serra b'CO2 kif ukoll dawk mingħajr CO2 u aerosols, u jenfasizzaw kemm soluzzjonijiet ekoloġiċi teknoloġiċi u dawk li mhumiex, permezz tal-ġenerazzjoni ta' evidenza għal azzjoni infurmata, bikrija u effettiva u n-netwerking tal-kompetenzi meħtieġa.

Sabiex jintlaħaq dan, ir-riċerka u l-innovazzjoni għandha tiffoka fuq dan li ġej:

5.1.1.  Titjib tal-fehim tat-tibdil fil-klima u l-għoti ta’ projezzjonijiet tal-klima li huma affidabbli

Intendiment aħjar tal-kawżi u l-evoluzzjoni tat-tibdil fil-klima u projezzjonijiet klimatiċi iktar preċiżi huma kruċjali sabiex is-soċjeta’ tipproteġi l-ħajjiet, oġġetti u infrastrutturi u tiżgura t-teħid effettiv ta’ deċiżjonijiet u alternattivi adegwati ta' mitigazzjoni u adattament. Huwa essenzjali li titjieb iktar il-bażi ta’ għarfien xjentifiku tal-katalizzaturi klimatiċi, proċessi, mekkaniżmi, reazzjonijiet u limiti assoċjati mal-iffunzjonar ▌tal-ekosistemi terrestri, tal-baħar u polari u l-atmosfera. Intendiment aħjarsejippermetti ukoll li ssir identifikazzjoni aktar preċiża tat-tibdil fil-klima u l-attribuzzjoni għal fatturi naturali u antropoġeniċi kawżali. L-affidabbiltà mtejba tal-previżjonijiet u tbassir klimatiċi fuq skali temporali u spazjali pertinentiseikunu appoġġati permezz tat-titjib fil-kalkoli u permezz tal-iżvilupp ta' xenarji u mudelli aktar preċiżi, inkluż mudelli tas-sistema tad-Dinja akkoppjati kompletament b'kont meħud tal-istorja tal-paleoklima.

5.1.2.  Valutazzjoni tal-impatti, l-vulnerabbiltajiet u l-iżvilupp ta’ miżuri ta' adattament u ta' prevenzjoni u ġestjoni tar-riskju innovattivi u kosteffettivi

Hemm għarfien mhux komplut dwar l-kapaċità tas-soċjetà, l-ekonomija u l-ekosistemi li jadattaw għat-tibdil fil-klima. Hemm għarfien mhux komplut dwar l-kapaċità tas-soċjetà, l-ekonomija u l-ekosistemi li jadattaw għat-tibdil fil-klima. Miżuri effettivi, ġusti u soċjalment aċċettabbli lejn ambjent, ekonomija u soċjetà reżiljenti għall-klima jesiġu analiżi integrata tal-impatti, vulnerabbiltajiet, esponiment tal-popolazzjoni, riskji u l-ġestjoni tagħom, effetti sekondarji bħall-migrazzjoni u l-kunflitti, spejjeż u opportunitajiet assoċjati mat-tibdil u varjabbiltà fil-klima, filwaqt li jitqiesu l-avvenimenti estremi u perikli ikkaġunati mill-klima u r-rikorrenza tagħhom. Din l-analiżisetkun żviluppata ukoll fuq l-impatti avversi tat-tibdil fil-klima fuq il-bijodiversità, ekosistemi u servizzi tal-ekosistema, riżorsi tal-ilma, infrastrutturi u assi ekonomiċi u naturali. Se jkun hemm enfasi fuq l-ekosistemi naturali tal-iktar valur u ambjenti mibnija, kif ukoll setturi soċjali, kulturali u ekonomiċi ewlenin madwar l-Ewropa. L-azzjonijietsejinvestigaw l-impatti u r-riskji dejjem jibkru għas-saħħa tal-bniedem li jirriżultaw mit-tibdil fil-klima, il-perikli li jiġu mill-klima u l-konċentrazzjonijiet miżjuda tal-gassijiet serra fl-atmosfera. Ir-riċerka se tevalwa it-tweġibiet innovattivi, distribwiti b’mod ġust u kosteffettivi ta’ adattament għat-tibdil fil-klima, inkluż il-protezzjoni u l-adattament ta’ riżorsi naturali u ekosistemi, u effetti relatati, sabiex tinforma u tappoġġa l-iżvilupp tagħhom u l-implimentazzjoni fuq il-livelli u skali kollha. Dan ukollsejinkludi l-impatti, spejjeż, riskji u benefiċċji potenzjali, ta’ alternattivi ta’ ġeoinġinerija. L-interkonnessjonijiet , kunflitti u sinerġiji kumplessi ta’ alternattivi ta' adattament u ta' politiki ta' prevenzjoni tar-riskju ma' politiki tal-klima u settorjali oħra se jkunu investigati, inklużi l-impatti fuq l-impjiegi u l-istandards ta' għajxein ta' gruppi vulnerabbli.

5.1.3.  Appoġġ ta' politiki ta' mitigazzjoni, inkluż studji li jiffukaw fuq l-impatt minn politiki settorjali oħrajn

It-tranżizzjoni tal-Unjoni għal ekonomija u soċjetà kompetittivi, li jużaw ir-riżorsi b’effiċjenza u reżiljenti għat-tibdil fil-klima sal-2050 tesiġi id-disinn ta’ strateġiji effettivi, fit-tul, b’emissjonijiet baxxi u avvanzi ewlenin fil-ħila tagħna li ninnovaw. Ir-riċerka se tivvaluta r-riskji ambjentali u soċjoekonomiċi, l-opportunitajiet u l-impatti tal-alternattivi tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Hijasetivvaluta wkoll l-impatt fuq politiki settorjali oħra. Ir-riċerka se tappoġġa l-iżvilupp u l-validazzjoni ta’ mudelli ġodda ta’ klima-enerġija-ekonomija, filwaqt li tqis l-istrumenti ekonomiċi u esternalitajiet rilevanti, bl-għan li jiġu ttestjati l-alternattivi ta' politika ta' mitigazzjoni u perkorsi ta' teknoloġija b’livell baxx ta’ karbonju fi skali differenti u għas-setturi ekonomiċi u soċjali ewlenin fil-livell tal-Unjoni u dak globali. L-azzjonijietsejiffaċilitaw l-innovazzjoni teknoloġika, istituzzjonali soċjoekonomika billi jitjiebu r-rabtiet bejn ir-riċerka u l-appliazzjoni u bejn l-intraprendituri, utenti aħħarin, riċerkaturi, dawk li jfasslu l-politika u istituzzjonijiet ta’ għarfien.

5.2.  Protezzjoni tal-ambjent, ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali, l-ilma, il-bijodiversità u l-ekosistemi

Is-soċjetajiet jaffrontaw sfida ewlenija biex jistabbilixxu bilanċ sostenibbli bejn il-ħtiġijiet tal-bniedem u l-ambjent. Ir-riżorsi ambjentali, inkluż l-ilma, l-arja, il-bijomassa, il-ħamrija fertili, il-bijodiversità, l-ekosistemi u s-servizzi li dawn jipprovdu, isostnu l-iffunzjonar tal-ekonomija Ewropea u globali u l-kwalità tal-ħajja. L-opportunitajiet kummerċjali globali relatati mar-riżorsi naturali huma mistennija li jammontaw għal iktar minn EUR 2 triljun sal-2050(25). Minkejja dan, l-ekosistemi fl-Ewropa u globalment, qed jiġu degradati lil hinn mill-kapaċità naturali li jiġu riġenerati u r-riżorsi ambjentali qed jiġu sfruttati iżżejjed u saħansitra distrutti. Pereżempju, 1000 km² ta' wħud mill-iktar ħamrija fertili u ekosistemi ta’ valur jintilfu kull sena fl-Unjoni, filwaqt li jintilef kwart tal-ilma. Il-kontinwazzjoni ta’ dawn il-mudelli mhijiex alternattiva. Ir-riċerka għandha tikkontribwixxi sabiex jinqelbu x-xejriet li jagħmlu ħsara lill-ambjent u sabiex jiġi żgurat li l-ekosistemi jkomplu jipprovdu riżorsi, oġġetti u servizzi li huma essenzjali għall-benesseri u prosperità ekonomika u l-iżvilupp sostenibbli.

Għalhekk, il-mira ta' din l-attività hija li jiġu pprovduti għarfien u għodod għall-ġestjoni u l-protezzjoni tar-riżorsi naturali li jikseb bilanċ sostenibbli bejn ir-riżorsi limitati u l-ħtiġijiet tal-preżent u tal-futur tas-soċjetà u l-ekonomija.

Sabiex jintlaħaq dan, ir-riċerka u l-innovazzjoni għandha tiffoka fuq dan li ġej:

5.2.1.  Insaħħu l-fehim tagħna dwar il-bijodiversitá u l-iffunzjonar tal-ekosistemi, l-interazzjonijiet tagħhom mas-sistemi soċjali u r-rwol tagħhom fis-sostenn għall-ekonomija u l-benessri talbniedem.;

L-azzjonijiet tas-soċjetà jirriskjaw li permezz tagħhom jiskattaw il-bidliet fl-ambjent li huma irriversibbli u li jbiddlu l-karattru tal-ekosistemi u tal-bijodiversità tagħhom. Huwa vitali li dawn ir-riskji jiġu antiċipati permezz tal-valutazzjoni, monitoraġġ u tbassir tal-impatt tal-attivitajiet tal-bniedem, inkluż il-bdil fl-użu tal-art, u l-bidliet ambjentali fuq il-benesseri tal-bniedem. Ir-riċerka dwar l-ekosistemi tal-baħar (miż-żoni kostali għall-baħar fond inkluża s-sostenibbiltà tar-riżorsi tal-baħar), polari, tal-ilma ħelu, terrestri u urbani, inkluż l-ekosistemi dipendenti fuq l-ilma ta' taħt l-art,seittejjeb l-intendiment tagħna tal-interazzjonijiet kumplessi bejn ir-riżorsi naturali u s-sistemi soċjali, ekonomiċi u ekoloġiċi, inklużi l-punti kritiċi naturali, u r-reżiljenza, jew fraġilità, tas-sistemi umani u bijoloġiċi. Dansejeżamina kif il-bijodiversità u l-ekosistemi jiffunzjonaw u jirreaġixxu għall-impatti antropoġeniċi, kif dawn jistgħu jiġu rrestawrati, u kif dansejaffettwa l-ekonomiji u l-benesseri tal-bniedem. Dansejinvestiga wkoll soluzzjonijiet għall-indirizzar tal-isfidi għar-riżorsi fil-kuntest Ewropew u internazzjonali. Dansejikkontribwixxi għall-politiki u prattiki li jiżguraw li l-attivitajiet soċjali u ekonomiċi joperaw fi ħdan il-limiti tas-sostenibbilità u l-adattabilità tal-ekosistemi u bijodiversità

5.2.2.  L-iżvilupp ta' approċċi integrati li jindirizzaw l-isfidi relatati mal-ilma u t-tranżizzjoni għall-ġestjoni sostenibbli u l-użu ta' riżorsi u servizzi tal-ilma

Id-disponibbiltà u l-kwalità tal-ilma ħelu saru kwistjonijiet globali b'implikazzjonijiet ekonomiċi u soċjali ta' portata kbira. Bid-domanda dejjem tikber għal użi differenti u ta' spiss konfliġġenti (eż. l-industrija agrikola, l-attivitajiet rekreazzjonali, is-servizzi pubbliċi, l-ekosistemi u l-manteniment tal-pajsaġġ, ir-ristawr u t-titjib ambejntali), il-vulnerabbiltà akbar tar-riżorsi aggravata bit-tibdil tal-klima u dak globali, l-urbanizzazzjoni, it-tniġġis u l-isfruttament eċċessiv tar-riżorsi ta' ilma ħelu, il-manteniment u t-titjib tal-kwalità u d-disponibbiltà tal-ilma, u t-tnaqqis tal-impatt tal-attivitajiet tal-bnedmin fuq l-ekosistemi tal-ilma ħelu qed issir sfida kritika għall-utenti tal-ilma f'diversi setturi kif ukoll għall-ekosistemi akkwatiċi.

Ir-riċerka u l-innovazzjoni se tindirizza dawn il-pressjonijiet u se tipprovdi strateġiji integrati, għodod, teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi biex tlaħħaq mal-bżonnijiet attwali u futuri. Hija mmirata biex tiżviluppa strateġiji ta' ġestjoni tal-ilma xierqa, ittejjeb il-kwalità tal-ilma, tindirizza l-iżbilanċi bejn id-domanda għall-ilma u d-disponibbiltà jew il-provvista fl-livelli u skali differenti, tagħlaq il-ċiklu tal-ilma, tippromwovi mġiba sostenibbli tal-utent finali u r-riskji relatati mal-ilma filwaqt li ssostni l-integrità , l-istruttura u l-funzjonament tal-ekosistemi akkwatiċi f'konformità mal-politiki prevalenti tal-UE.

5.2.3.  Jiġu pprovduti għarfien u għodod għat-teħid ta' deċiżjonijiet u involviment pubblku effettivi

Sistemi soċjali ekonomiċi u ta’ governanza għad iridu jindirizzaw l-ezawriment tar-riżorsi u l-ħsara lill-ekosistemi. Ir-riċerka u l-innovazzjoni se jsostnu d-deċiżjonijiet tal-politika meħtieġa sabiex jiġu mmaniġġjati r-riżorsi naturali u l-ekosistemi sabiex jevitaw, jew jadattaw għal tibdil klimatiku u ambjentali ta' sfrattu u sabiex jippromwovu l-bidla istituzzjonali, ekonomika, komportamentali u teknoloġika li tiżgura s-sostenibbiltà. Għalhekk ir-riċerkaseissostni l-iżvilupp ta' sistemi li jagħtu valur lill-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistemi, inkluż l-intendiment tal-istokk ta' kapital naturali u l-fluss tas-servizzi tal-ekosistemi. Ser titqiegħed enfasi fuq l-ekosistemi u s-servizzi tal-ekosistema kritiċi rilevanti għall-politika, bħall-ilma ħelu, l-ibħra u l-oċeani (inklużi ż-żoni kostali), il-foresti, ir-reġjuni polari, il-kwalità tal-arja, il-bijodiversità, l-użu tal-art u l-ħamrija. Ir-reżiljenza tas-soċjetajiet u l-ekosistemi għas-sustanzi li jniġġsu u l-patoġeni u għall-avvenimenti katastrofiċi, inklużi l-perikli naturali (bħall-perikli siżmiċi u volkaniċi, l-għargħar u n-nixfa) u n-nirien tal-foresti,sejkunu appoġġati permezz tat-titjib tal-kapaċitajiet għat-tbassir, avviż bikri u valutazzjoni tal-vulnerabbiltajiet u l-impatti, inkluża d-dimensjoni ta’ bosta riskji. B'hekk ir-riċerka u l-innovazzjoni se jipprovdu appoġġ għall-politiki ambjentali u tal-użu effiċjenti tar-riżorsi, u l-alternattivi għal governanza effettiva bbażata fuq l-evidenza fi ħdan il-limiti ta' operat sikur. Se jiġu żviluppati modi innovattivi sabiex tiżdied il-koerenza tal-politika, jissolvew il-kompromessi u jiġu mmaniġġjati l-interessi kunfliġġenti, u titjieb il-kuxjenza pubblika dwar ir-riżultati tar-riċerka u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fit-teħid tad-deċiżjonijiet.

5.3.  Żgurar ta' provvista sostenibbli ta’ materja prima mhux tal-enerġija u mhux agrikola

Is-setturi bħal dawk tal-kostruzzjoni, kimika, vetturi, aerospazju, makkinarju u tagħmir, li għandhom valur miżjud kkombinat ta' iktar minn EUR 1,000 biljun u jipprovdu impjieg għal madwar 30 miljun persuna, kollha jiddependu fuq l-aċċess għall-materja prima. L-Unjoni hija awtosuffiċjenti fil-minerali ta’ kostruzzjoni. Madankollu, filwaqt li l-Unjoni hija waħda mill-ikbar manifatturi tad-dinja ta’ ċerti minerjali industrijali, tibqa’ importatriċi netta ta’ ħafna minnhom. Minbarra dan, l-UE hija dipendenti ħafna fuq l-importazzjoni ta’ minerali metalliċi u hija totalment dipendenti fuq l-importazzjoni ta’ ċerta materja prima kritika.

Ix-xejriet riċenti jindikaw li d-domanda għall-materja prima se tkun xprunata mill-iżvilupp ta’ ekonomiji emerġenti u minn diffużjoni rapida ta’ teknoloġiji abilitanti ewlenin. L-Ewropa trid tiżgura ġestjoni sostenibbli u tassigura provvista sostenibbli ta’ materja prima minn ġewwa u barra l-konfini tagħha għas-setturi kollha li jiddependu fuq l-aċċess għall-materja prima. Il-miri tal-politika għall-materja prima kritika huma deskritti fl-Inizjattiva tal-Kummissjoni dwar il-Materja Prima(26).

Għalhekk l-għan ta’ din l-attività huwa t-titjib tal-bażi ta’ għarfien dwar il-materja prima u jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi għall-esplorazzjoni, estrazzjoni, ipproċessar, użu mill-ġdid, riċiklaġġ u rkupru kosteffettivi, u li jħarsu l-ambjent, tal-materja prima u għas-sostituzzjoni tagħhom b'alternattivi ekonomikament attraenti u ambjentalment sostenibbli b’inqas impatt ambjentali.

Sabiex jintlaħaq dan, ir-riċerka u l-innovazzjoni għandha tiffoka fuq dan li ġej:

5.3.1.  Titjib tal-bażi ta' għarfien dwar id-disponibbiltà tal-materja prima

Se tittejjeb il-valutazzjoni tad-disponibbiltà fit-tul tar-riżorsi globali u tal-Unjoni, inkluż l-aċċess għall-minjieri urbani (skart li ġej mill-miżbla u mill-minjieri), riżorsi tal-baħar kostali u tal-fond tal-baħar (pereżempju t-tħaffir f'qiegħ il-baħar għal minerali tal-art rari) u l-inċertezzi assoċjati. Dan l-għarfien se jgħin is-soċjetà tilħaq użu , reċiklaġġ u użu mill-ġdid iktar effiċjenti ta’ materja prima skarsa jew li tagħmel ħsara lill-ambjent. Dan se jiżviluppa wkoll regoli, prattiki u standards globali li jirregolaw l-esplorazzjoni, estrazzjoni u ipproċessar ekonomikament vijabbli, ambjentalment sodi u soċjalment aċċettabbli, inklużi l-prattiki fl-użu tal-art u l-ippjanar spazjali fil-baħar abbażi ta' approċċ tal-ekosistemi.

5.3.2.  Promozzjoni tal-provvista u l-użu sostenibbli tal-materja prima, inkluż ir-riżorsi minerali, mill-art u l-baħar, li jkopru l-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, l-ipproċessar, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-irkupru

Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma meħtieġa tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-materjali, sabiex tiġi żgurata provvista u ġestjoni affordabbli, affidabbli u sostenibbli tal-materja prima li hija essenzjali għall-industriji tal-UE. L-iżvilupp u l-użu ta' teknoloġiji tal-esplorazzjoni, estrazzjoni u ipproċessar ekonomikament vijabbli, soċjalment aċċettabbli u li jħarsu l-ambjent se jagħtu spinta lill-użu effiċjenti tar-riżorsi. Dan se jinkludi r-riżorsi minerali, mill-art u l-baħar, u se jisfrutta wkoll il-potenzjal tal-minjieri urbani. Teknoloġiji ġodda, ekonomikament vijabbli u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, ta' riċiklaġġ u ta' rkupru ta' materjali, kif ukoll mudelli u proċessi kummerċjali, inklużi proċessi u sistemi ta' ċirkwit magħluq, se jikkontribwixxu wkoll għat-tnaqqis tad-dipendenza tal-Unjoni fuq il-provvista ta' materja prima primarja. Dan se jinkludi l-bżonn ta' użu itwal, reċiklaġġ u rkupru ta’ kwalità ogħla, u l-bżonn li titnaqqas drastikament il-ħela tar-riżorsi. Se jiġi applikat approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ, mill-provvista ta’ materja prima disponibbli sa tmiem iċ-ċiklu, li jirrikjedi użu minimu tal-enerġija u r-riżorsi.

5.3.3.  Insibu alternattivi għall-materja prima kritika

B’antiċipazzjoni tat-tnaqqis possibbli tad-disponibbiltà globali ta’ ċerti materji, minħabba pereżempju restrizzjonijiet kummerċjali, se jkunu investigati u żviluppati sostituti u alternattivi sostenibbli għall-materja prima kritika, bi prestazzjoni funzjonali simili. Dan għandu jnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni fuq il-materja prima primarja u jtejjeb l-impatt fuq l-ambjent.

5.3.4.  Jitjiebu l-kuxjenza u l-ħiliet tas-Soċjetà dwar il-materja prima

Il-qalba meħtieġa għal ekonomija iktar awtodipendenti u li tuża r-riżorsi b’effiċjenza se tesiġi bidla kulturali, fl-imġiba, soċjoekonomika, sistemika u istituzzjonali. Sabiex tiġi indirizzata l-problema dejjem akbar tan-nuqqas ta’ ħiliet fis-settur tal-materja prima fl-Unjoni (inkluża l-industrija Ewropea tal-minjieri ), se jiġu mħeġġa aktar sħubijiet effettivi bejn l-universitajiet, l-istituti ta' studju ġeoloġiċu, l-industrija u partijiet interessati oħra. Dan ukoll se jkun essenzjali biex jappoġġa l-iżvilupp ta’ ħiliet innovattivi "ħodor". Flimkien ma' dan il-kuxjenza pubblika dwar l-importanza tal-materja prima lokali għall-ekonomija Ewropea għadha limitata. Sabiex jiġu ffaċilitati l-bidliet strutturali meħtieġa, ir-riċerka u l-innovazzjoni se jkollhom l-għan li jagħtu s-setgħa liċ-ċittadini, lil dawk li jfasslu l-politika, lill-professjonisti u l-istituzzjonijiet.

5.4.  It-twettiq tat-transizzjoni lejn ekonomija u soċjetà ħodor permezz tal-ekoinnovazzjoni

L-Unjoni ma tistax tirnexxi f’dinja ta’ konsum ta’ riżorsi, degradazzjoni ambjentali u telf tal-bijodiversità dejjem jikbru. Id-diżakkoppjament tat-tkabbir mill-użu tar-riżorsi naturali jesiġi bidliet strutturali ta’ kif tali riżorsi jiġu użati, użati mill-ġdid u mmaniġġjati, filwaqt li jiġi salvagwardjat l-ambjent tagħna. L-ekoinnovazzjonijiet se jippermettulna nnaqqsu l-pressjoni fuq l-ambjent, inżidu l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, u nqiegħdu l-Unjoni fit-triq lejn ekonomija li tuża r-riżorsi u l-enerġija b’effiċjenza. L-ekoinnovazzjoni toħloq ukoll opportunitajiet ewlenin għat-tkabbir u l-impjiegi, u żżid il-kompetittività Ewropea fi ħdan is-suq globali, li huwa stmat li jikber għal suq ta’ triljun euro wara l-2015(27). 45 % tal-kumpaniji diġà introduċew xi tip ta’ ekoinnovazzjoni. Huwa stmat li madwar 4 % tal-ekoinnovazzjonijiet wasslu għal tnaqqis ta' iktar minn 40 % fl-użu materjali għal kull unità ta' output(28), u dan jenfasizza l-potenzjal kbir għall-futur. Madankollu, mhix ħaġa rari li teknoloġiji, proċessi, servizzi u prodotti ekoinnovattivi li jippromettu ħafna u jkunu teknikament avvanzati ma jidhrux fis-suq minħabba sfidi ta’ qabel il-kummerċjalizzazzjoni u ma jilħqux il-potenzjal ambjentali u ekonomiku sħiħ tagħhom għax l-investituri privati jqisu ż-żieda fl-iskala kif ukoll l-introduzzjoni tagħhom fis-suq bħala riskju kbir wisq.

Għaldaqstant l-għan ta’ din l-attività huwa li jitrawwmu l-forom kollha tal-ekoinnovazzjoni li jippermettu t-tranżizzjoni għal ekonomija ħadra.

Sabiex jintlaħaq dan, ir-riċerka u l-innovazzjoni għandhom jiffokaw fuq dan li ġej:

5.4.1.  It-tisħiħ tat-teknoloġiji, proċessi, servizzi u prodotti ekoinnovattivi inkluż li jiġu studjati mezzi biex jitnaqqsu l-kwanitiajiet ta' materja prima fil-produzzjoni u l-konsum, u biex jingħelbu l-ostakoli f'dan il-kuntest u tingħata -ispinta għall-adozzjoni tagħhom fis-suq ▌

Se jkunu appoġġati l-forom kollha ta’ ekoinnovazzjoni, kemm inkrementali kif ukoll radikali, li jikkombinaw l-innovazzjoni teknoloġika, organizzattiva, tas-soċjetà, komportamentali, kummerċjali u politika, u li jsaħħu l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili. Dan se jsostni ekonomija aktar ċirkolari, filwaqt li jitnaqqsu l-impatti ambjentali, tiżdied ir-reżiljenza ambjentali u jitqiesu l-effetti ta' reazzjoni fuq l-ambjent u potenzjalment fuq setturi oħra. Dan se jinkludi innovazzjoni orjentata lejn l-utenti, mudelli kummerċjali, simbjożi industrijali, sistemi ta’ servizz tal-prodott, disinn tal-prodott, approċċi taċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ u ta’ minn nieqa sa nieqa kif ukoll li jiġu studjati mezzi għat-tnaqqis tal-kwantitajiet ta' materja prima fil-produzzjoni u l-konsum, u biex jingħelbu l-ostakoli f'dan il-kuntest. Se jiġi indirizzat il-potenzjal li ssir qalba għal xejriet ta’ konsum aktar sostenibbli. L-għan se ikun it-titjib tal-effiċjenza fl-użu ta’ riżorsi billi jitnaqqsu, f’termini assoluti, il-fatturi ta' produzzjoni, l-iskart u r-rilaxx ta’ sustanzi ta' ħsara (pereżempju dawk indikati fir-Regolament tar-REACH(29) u oħarjn) tul il-katina ta’ valur u jitrawwem l-użu mill-ġdid, reċiklaġġ u s-sostituzzjoni tar-riżorsi. Se tingħata attenzjoni lill-iffaċilitar tat-transizzjoni mir-riċerka għas-suq, bl-involviment tal-industrija u b'mod partikulari l-istart-ups u l-SMEs innovattivi, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-utenti aħħarin, mill-iżvilupp ta’ prototipi u d-dimostrazzjoni tal-prestazzjoni teknika, soċjali u ambjentali, sal-ewwel applikazzjoni u r-replikazzjoni fis-suq ta' tekniki, prodotti, servizzi jew prattiki ekoinnovattivi ta' rilevanza għall-Unjoni. L-azzjonijiet għandhom jikkontribwixxu biex ineħħu l-ostakoli għall-iżvilupp u l-applikazzjoni fil-wisa' tal-ekoinnovazzjoni, joħolqu jew ikabbru swieq għas-soluzzjonijiet ikkonċernati u jtejbu l-kompetittività tal-intrapriżi tal-Unjoni, l-aktar SMEs, fis-swieq dinjin. In-netwerking fost l-ekoinnovaturi se jfittex ukoll li jtejjeb id-disseminazzjoni u l-isfruttament tal-għarfien u jorbot b'mod aħjar il-provvista mad-domanda.

5.4.2.  Appoġġ għall-politiki innovattivi u bidliet tas-soċjetà

Il-bidliet strutturali u istituzzjonali huma meħtieġa biex jippermettu t-tranżizzjoni lejn ekonomija u soċjetà ħodor. Ir-riċerka u l-innovazzjoni se jinidirizzaw l-ostakli ewlenin għall-bidla tas-soċjetà u tas-suq u se jimmiraw għall-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi, mexxejja kummerċjali u dawk li jfasslu l-politika biex jadottatw imġiba innovattiva u sostenibbli, b'kontributi mix-Xjenzi Soċjali u l-Istudji Umanistiċi. Se jkunu żviluppati għodod, metodi u mudelli robusti u trasparenti li jivvalutaw u jwasslu għall-bidliet ekonomiċi, soċjetali, kulturali u istituzzjonali ewlenin meħtieġa sabiex tinkiseb bidla fundamentali lejn ekonomija u soċjetà ħodor. Ir-riċerka se tesplora kif għandhom jiġu promossi l-istili ta' ħajja u l-mudelli ta' konsum sostenibbli, bl-inklużjoni tar-riċerka soċjoekonomika, ix-xjenza komportamentali, l-involviment tal-utent u l-aċċettazzjoni pubblika tal-innovazzjoni, kif ukoll attivitajiet li jtejbu l-komunikazzjoni u l-kuxjenza pubblika. Se jsir użu sħiħ mill-azzjonijiet ta’ dimostrazzjoni.

5.4.3.  Kejl u valutazzjoni tal-progress lejn ekonomija ħadra

Jeħtieġ li jiġu żviluppati indikaturi robusti fl-iskali spazjali kollha xierqa li huma kumplimentari għall-PDG, metodi u sistemi li jappoġġaw u jivvalutaw it-tranżizzjoni lejn ekonomija ħadra u l-effettività tal-alternattivi tal-politika rilevanti. Xprunati minn approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja, ir-riċerka u l-innovazzjoni se jtejbu l-kwalità u l-disponibbiltà tad-dejta, metodi u sistemi ta’ kejl rilevanti għall-użu effiċjenti tar-riżorsi u l-ekoinnovazzjoni u jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' skemi ta' kumpens innovattivi. Ir-riċerka soċjoekonomika se tipprovdi fehim aħjar tal-kawżi primarji tal-imġiba tal-manifattur u konsumatur u b’hekk tikkontribwixxi għad-disinn ta’ iktar strumenti ta' politika effettivi sabiex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni għal ekonomija li tuża r-riżorsi b’effiċjenza u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Minbarra dan, il-metodoloġiji ta’ valutazzjoni tat-teknoloġija u l-immudellar integrat se jkunu żviluppati biex jappoġġaw il-politiki tal-użu effiċjenti tar-riżorsi u ekoinnovazzjoni fil-livelli kollha, filwaqt li tiżdied il-politika ta' koerenza u jissolvew il-kompromessi. Ir-riżultati se jippermettu l-monitoraġġ, il-valutazzjoni u t-tnaqqis fil-flussi ta’ materjal u enerġija involvuti fil-produzzjoni u l-konsum, u se jippermettu lil dawk li jfasslu l-politika u lin-negozji jintegraw l-ispejjeż ambjentali u l-esternalitajiet fl-azzjonijiet u deċiżjonijiet tagħhom.

5.4.4.  It-trawwim tal-użu effiċjenti tar-riżorsi permezz tas-sistemi diġitali:

L-innovazzjonijiet fit-teknoloġiji tal-informazzjoni u komunikazzjoni jistgħu jikkostitwixxu għodda prinċipali għall-appoġġ tal-użu effiċjenti tar-riżorsi. Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, ICT moderna u innovattiva se tikkontribrixxi għal gwadann sinifikanti ta' effiċjenza fil-produttività, notevolment permezz tal-proċessi awtomatizzati, monitoraġġ fil-ħin reali u sistemi ta' appoġġ għad-deċiżjoni. L-użu tal-ICT se jipprova jaċċellera d-dimaterjalizzazzjoni progressiva tal-ekonomija, billi tiżdied il-qalba lejn servizzi diġitali, u sabiex jiffaċilita l-bidliet ta' imġiba tfil-konsum u mudelli kummerċjali permezz tal-użu tal-ICT tal-futur.

5.5.  L-iżvilupp ta' sistemi komprensivi u sostnuti ta' osservazzjoni u informazzjoni ambjentali fuq livell dinji

L-osservazzjoni ambjentali komprensiva u s-sistemi ta’ informazzjoni huma essenzjali sabiex jiżguraw il-forniment tad-dejta u l-informazzjoni fit-tul meħtieġa sabiex tiġi indirizzata din l-isfida. Dawn is-sistemi se jintużaw sabiex jiġu ssorveljati, ivvalutati u mbassra l-kondizzjoni, l-istatus u x-xejriet tal-klima, ir-riżorsi naturali inkluża l-materja prima, l-ekosistemi terrestri u tal-baħar (miż-żoni kostali sal-baħar fond) u s-servizzi tal-ekosistema, kif ukoll sabiex jevalwaw politiki u alternattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju, ta' mitigazzjoni u ta' adattament għat-tibdil fil-klima, fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-informazzjoni u l-għarfien miksub bis-saħħa ta' dawn is-sistemi se jintużaw sabiex jistimulaw l-użu intelliġenti tar-riżorsi strateġiċi; sabiex jappoġġaw l-iżvilupp tal-politiki bbażati fuq l-evidenza; sabiex irawwmu servizzi ambjentali u klimatiċi ġodda; u sabiex jiżviluppaw opportunitajiet ġodda fis-swieq globali.

Il-kapaċitajiet, teknoloġiji, u infrastrutturi tad-dejta għall-osservazzjoni u l-monitoraġġ tad-dinja għandhom ikunu msejsa fuq l-avvanzi fl-ICT, teknoloġiji tal-ispazju u netwerks abilitanti, osservazzjonijiet b'sensuri remoti, sensuri ġodda fil-post, servizzi mobbli, netwerks ta’ komunikazzjoni, għodod parteċipatorji tas-servizz tal-web u informatika u infrastruttura tal-immudellar mtejba, bil-għan li kontinwament tiġi provduta informazzjoni, previżjonijiet u projezzjonijiet fil-mument opportun u preċiżi. Se jiġi mħeġġeġ l-aċċess liberu, miftuħ u mingħajr restrizzjonijiet għad-dejta u informazzjoni interoperabbli, kif ukoll il-ħżin, il-ġestjoni u d-disseminazzjoni effettivi u - jekk meħtieġ - siguri, tar-riżultati tar-riċerka. L-attivitajiet se jgħinu biex jiġu ddefiniti attivitajiet operattivi futuri tal-Programm Ewropew ta' Monitoraġġ tad-Dinja (Copernicus) u jittejjeb l-użu ta' dejta tal-Copernicus għal attivitajiet ta' riċerka.

5.6.   Il-wirt kulturali

Il-beni tal-wirt kulturali huma uniċi u ma jistgħux jiġu sostitwiti fil-forma tanġibbli tagħhom kif ukoll fil-valur intanġibbli, l-importanza kulturali u s-sinifikat tagħhom. Dawn huma mutur importanti tal-koeżjoni soċjetali, tal-identità u tal-benesseri kif ukoll jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għat-tkabbir sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi. Madankollu, il-wirt kulturali Ewropew huwa soġġett għad-deterjorament u ħsara, u huwa aggravat ulterjorment mill-esponiment dejjem jiżdied għall-attivitajiet tal-bnedmin (eż. it-turiżmu) u eventi estremi ta' maltemp li jirriżultaw mit-tibdil fil-klima kif ukoll minħabba perikli u diżastri naturali oħrajn.

L-għan ta' din l-attività huwa li tipprovdi tagħrif u soluzzjonijiet innovattivi, permezz ta' strateġiji, metodoloġiji, teknoloġiji, prodotti u servizzi ta' adattament u mitigazzjoni għall-preservazzjoni u l-ġestjoni tal-wirt kulturali tanġibbli fl-Ewropa li jinsab fil-periklu minħabba t-tibdil fil-klima.

Sabiex jintlaħaq dan, ir-riċerka u l-innovazzjoni multidixxiplinarji se jiffokaw fuq dan li ġej:

5.6.1.  L-identifikazzjoni tal-livelli ta' reżiljenza permezz ta' osservazzjonijiet, monitoraġġ u mmudellar

Se jiġu żviluppati tekniki ġodda u mtejba għall-valutazzjoni, il-monitoraġġ u l-immudellar tal-ħsara biex tittejjeb il-bażi ta' għarfien xjentifiku tal-impatt fuq il-wirt kulturali tat-tibdil fil-klima u fatturi oħra ambjentali u umani tar-riskju. L-għarfien u l-fehim iġġenerati bl-għajnuna ta' xenarji, mudelli u strumenti, fosthom l-analiżi tal-perċezzjoni tal-valur, se jgħinu biex tingħata bażi xjentifika solida għall-iżvilupp ta' strateġiji, politiki u standards ta' reżiljenza, f'qafas koerenti għall-valutazzjoni tar-riskji u l-ġestjoni tal-beni tal-wirt kulturali.

5.6.2  Għarfien aħjar ta' kif il-komunitajiet jipperċepixxu u jirreaġixxu għat-tibdil fil-klima u l-perikli siżmiċi u volkaniċi

Ir-riċerka u l-innovazzjoni, permezz ta' approċċi integrati, se jiżviluppaw soluzzjonijiet effiċjenti fl-użu tar-riżorsi għall-prevenzjoni, l-adattament u l-mitigazzjoni, li jinvolvu metodoloġiji, teknoloġiji, prodotti u servizzi innovattivi għall-preservazzjoni tal-beni tal-wirt kulturali, pajsaggi kulturali u habitats storiċi

5.7.   Aspetti speċifiċi tal-implimentazzjoni

L-attivitajiet għandhom isaħħu l-parteċipazzjoni tal-UE fil-proċessi multilaterali u inizjattivi u l-kontribuzzjoni finanzjarja lejhom, bħall-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar il-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-Pjattaforma Intergovernattiva dwar is-Servizzi tal-Bijodiversità u l-Ekosistema (IPBES), u l-Grupp dwar l-Osservazzjonijiet tad-Dinja (GEO). Il-kooperazzjoni mal-finanzjaturi pubbliċi u privati tar-riċerka ewlenin kif ukoll man-netwerks ta' riċerka ewlenin se ttejjeb l-effiċjenza tar-riċerka globali u Ewropea u tikkontribwixxi għall-governanza tar-riċerka globali.

Il-kooperazzjoni fix-Xjenza u t-teknoloġija għandha tikkontribwixxi lill-mekkaniżmu ta’ teknoloġija globali tal-UNFCCC u tiffaċilita l-iżvilupp tat-teknoloġija, innovazzjoni u trasferiment bħala appoġġ għall-adattament tal-klima u l-mitigazzjoni tal-gassijiet serra.

Għandu jiġi esplorat mekkaniżmu, imsejjes fuq ir-riżultati tal-Konferenza tal-NU RIO+20, li b'mod sistematiku jiġbor, iqabbel u janalizza l-għarfien xjentifiku u teknoloġiku dwar il-kwistjonijiet ewlienin ta' żvilupp sostenibbli u l-ekonomija ekoloġika, li għandu jinkludi qafas għall-kejl tal-progress. Dan għandu jikkumplimenta l-gruppi u korpi xjentifiċi ezistenti u jfittex is-sinerġiji magħhom.

L-azzjonijiet ta’ riċerka taħt din l-isfida se jikkontribwixxu għas-servizzi operattivi tal-Programm Ewropew ta' Monitoraġġ tad-Dinja (Copernicus) billi tiġi provduta bażi ta’għarfien ta' żvilupp għall-Copernicus.

Jista' jiġi kkunsidrat appoġġ għal Inizjattivi għall-Iprogrammar Konġunt (JPI) rilevanti u sħubijiet pubbliċi-pubbliċi u pubbliċi-privati rilevanti.

Se jiġu stabbiliti wkoll rabtiet xierqa mal-azzjonijiet tas-Sħubijiet Ewropej għall-Innovazzjoni rilevanti u l-aspetti rilevanti tal-aġendi tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Pjattaformi Ewropej għat-Teknoloġija.

Miżuri speċifiċi se jiżguraw li r-riżultati mir-riċerka u l-innovazzjoni fl-oqsma tal-klima, l-użu effiċjenti tar-riżorsi u l-materja prima jkunu użati b'mod mifrux minn programmi oħrajn tal-Unjoni, bħal pereżempju l-programm LIFE+, il-fondi strutturali u ta' innovazzjoni Ewropew, u programmi ta’ kooperazzjoni esterna.

Fost l-oħrajn, l-attivitajiet se jibnu wkoll fuq dawk imwettqin fil-Programm ta' Ekoinnovazzjoni u jsaħħuhom.

L-azzjonijiet se jipprovdu wkoll: l-analiżi kontinwa tal-progress xjentifiku u teknoloġiku fl-Unjoni u l-pajjiżi u reġjuni sħab tagħha; investigazzjoni bikrija tal-opportunitajiet tas-suq għat-teknoloġiji u prattiki ambjentali; kif ukoll it-tbassir fir-rigward tar-riċerka u l-innovazzjoni u l-politika.

6.   L-EWROPA F'DINJA LI QED TINBIDEL – SOĊJETAJIET INKLUŻIVI, INNOVATTIVI U RIFLESSIVI

Din it-taqsima tinkludi attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni li jikkontribwixxu biex is-soċjetajiet isiru aktar inklużivi, innovattivi u riflessivi, u wkoll għal miżuri speċifiċi li jappoġġaw kwistjonijiet trasversali partikolari msemmija f'din il-parti Sfida għas-Soċjetà(30).

6.1.  Soċjetajiet inklużivi

Ix-xejriet attwali prezenti fis-soċjetajiet Ewropej iġibu magħhom opportunitajiet għal Ewropa iktar magħquda iżda ukoll riskji u sfidi. Dawn l-opportunitajiet, riskji u sfidi jeħtieġu li jkun mifhuma u antiċipati sabiex l-Ewropa tevolvi bis-solidarjetà u l-kooperazzjoni adegwati fuq livelli soċjali, ekonomiċi, politiċi, edukattivi u kulturali, filwaqt li titqies id-dinja dejjem aktar interkonnessa u interdipendenti.

F’dan il-kuntest, l-objettiv huwa li nifhmu, nanalizzaw u niżviluppaw l-inklużjoni soċjali, ekonomika u politika, kif ukoll is-swieq tax-xogħol aktar inklużivi, jiġu miġġielda l-faqar u l-marġinalizzazzjoni, jissaħħu d-drittijiet tal-bniedem, l-inklużività diġitali, l-ugwaljanza, is-solidarjetà u d-dinamiċi interkulturali permezz tal-appoġġ għax-xjenza mill-aktar avvanzata, ir-riċerka interdixxiplinarja, l-iżvilupp ta' indikaturi, l-avvanzi teknoloġiċi, l-innovazzjonijiet organizzattivi, l-iżvilupp ta' raggruppamenti reġjonali tal-innovazzjoni u forom ġodda ta' kollaborazzjoni u kokreazzjoni. Ir-riċerka u attivitajiet oħra għandhom jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020, kif ukoll politiki ▌oħra rilevanti tal-Unjoni. Ir-riċerka fix-Xjenzi Soċjali u fl-Umanistika għandha rwol prinċipali f'dan il-kuntest. L-ispeċifikazzjoni, il-monitoraġġ, il-valutazzjoni u l-indirizzar tal-objettivi tal-istrateġiji u l-politiki Ewropej se jesiġu riċerka ffukata ▌li tippermetti lil dawk li jfasslu l-politika li janalizzaw u jivvalutaw l-impatt u l-effettività tal-miżuri previsti, partikolarment dawk favur l-inklużjoni soċjali. Għal dan il-għan, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni soċjetali sħiħa għandhom jinkludu l-oqsma kollha tal-ħajja u l-etajiet kollha.

Se jiġu segwiti l-objettivi speċifiċi li ġejjin biex wieħed jifhem u jrawwem jew jimplimenta:

6.1.1.   Il-mekkaniżmi biex jiġi promoss tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv

L-Ewropa żviluppat kombinazzjoni speċifika u pjuttost unika ta' progress ekonomiku, politiki soċjali mmirati lejn livell għoli ta' koeżjoni soċjali, valuri kulturali u umanistiċi kondiviżi li jħaddnu d-demokrazija u l-istat tad-dritt komuni għal kulħadd, id-drittijiet tal-bniedem, ir-rispett u l-konservazzjoni tad-diversità, kif ukoll il-promozzjoni tal-edukazzjoni u x-xjenzi, l-arti u d-dixxiplini umanistiċi bħala muturi fundamentali tal-progress u tal-benessri soċjali u ekonomiku. It-tiftixa kostanti għal tkabbir ekonomiku iġġorr għadd ta' spejjeż umani, soċjali, ambjentali u ekonomiċi importanti. Tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fl-Ewropa jimplika bidliet sostanzjali fil-mod kif it-tkabbir u l-benessri soċjetali huma ddefiniti, imkejla (anke permezz tal-kejl tal-progress lil hinn mill-indikatur tal-PDG użat normalment), iġġenerati u sostnuti biż-żmien.

Ir-riċerka se tanalizza l-iżvilupp tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, stili ta’ ħajja sostenibbli, fehim kulturali u imġiba u valuri soċjoekonomiċi u kif dawn jirrelataw mal-paradigmi, politiki u funzjonament ta' istituzzjonijiet, komunitajiet, swieq, ditti, sistemi ta' governanza u twemmin fl-Ewropa u r-relazzjonijiet tagħhom ma' reġjuni u ekonomiji oħrajn. Din se tiżviluppa għodod għal valutazzjoni aħjar tal-impatti kuntestwali u reċiproki ta' tali evoluzzjonijiet, tqabbel il-politiki pubbliċi mad-diversità tal-isfidi fl-Ewropa kollha, u tanalizza alternattivi ta' politika u mekkaniżmi tat-teħid tad-deċiżjonijiet f’oqsma bħall-impjiegi, tassazzjoni, inugwaljanzi, faqar, inklużjoni soċjali, edukazzjoni u ħiliet, żvilupp tal-komunità, kompetittività u s-Suq Intern bil-għan li jiġu mifhuma l-kundizzjonijiet u l-opportunitajiet il-ġodda għal integrazzjoni Ewropea akbar u r-rwol tal-elementi u s-sinerġiji soċjali, kulturali, xjentifiċi u ekonomiċi tiegħu bħala għejun ta' vantaġġi komparattivi tal-Unjoni f'livell dinji.

Se jiġu analizzati l-implikazzjonijiet għat-tkabbir, is-suq tax-xogħol u l-benessri tat-tibdil demografiku minħabba soċjetajiet li qed jixjieħu u movimenti migratorji. F'dan il-kuntest, sabiex l-isfida tat-tkabbir futur tkun tista' tiġi affrontata, huwa importanti li jitqiesu l-komponenti differenti tat-għarfien, billi r-riċerka tiffoka fuq kwistjonijiet ta' tagħlim, ta' edukazzjoni u ta' taħriġ, jew fuq ir-rwol u l-post taż-żgħażagħ fis-socjetà. Ir-riċerka se tiżviluppa wkoll strumenti aħjar għall-valutazzjoni tal-impatti għas-sostenibbiltà tal-linji ta' politika ekonomiċi differenti. Din se tanalizza wkoll kif jevolvu l-ekonomiji nazzjonali u liema forom ta’ governanza fuq livell Ewropew u internazzjonali jistgħu jgħinu sabiex jiġu evitati l-iżbilanċi makroekonomiċi, id-diffikultajiet monetarji, il-kompetizzjoni fiskali, il-qgħad u l-problemi ta’ impjiegi u forom oħra ta’ dizordni soċjetali, ekonomiku u finanzjarju. Din se tqis l-interdipendenzi dejjem jikbru bejn l-ekonomiji, is-swieq u s-sistemi finanzjarji tal-UE u dawk globali u l-isfidi li jirriżultaw għall-iżvilupp istituzzjonali u l-amministrazzjoni pubblika. Fl-isfond tal-kriżi tad-dejn pubbliku Ewropew, se jkun hemm enfasi fuq ir-riċerka sabiex tiddefinixxi l-kundizzjonijiet għal qafas biex ikun hemm sistemi finanzjarji u ekonomiċi Ewropej stabbli.

6.1.2.  Organizzazzjonijiet affidabbli, prattiki, servizzi u linji politiċi li huma neċessarji biex jinbnew soċjetajiet reżiljenti, inklużivi, parteċipatorji, miftuħa u kreattivi fl-Ewropa, b'mod partikolari billi jitqiesu l-migrazzjoni, l-integrazzjoni u t-tibdil demografiku

Il-fehim tat-trasformazzjonijiet soċjali, kulturali u politiċi fl-Ewropa jesiġi l-analiżi ta’ prattiki demokratiċi u aspettattivi li qed jinbidlu, kif ukoll l-evoluzzjoni storika tal-identitajiet, id-diversità, it-territorji, ir-reliġjonijiet, il-kulturi, il-lingwi u l-valuri. Dan jinkludi fehim tajjeb tal-istorja tal-integrazzjoni Ewropea. Ir-riċerka se tidentifika l-modi sabiex jiġu adattati u mtejba s-sistemi tal-welfare, servizzi pubbliċi u dimensjoni usa’ tas-sigurtà soċjali tal-politiki sabiex tinkiseb koeżjoni, l-ugwaljanza bejn is-sessi, jitrawmu soċjetajiet parteċipatorji, miftuħin u kreattivi u tiġi promossa iktar ugwaljanza soċjali u ekonomika u solidarjetà interġenerazzjonali. Ir-riċerka se tanalizza kif is-soċjetajiet u politiki isiru aktar Ewropej fis-sens wiesa’ permezz tal-evoluzzjonijiet tal-identitajiet, kulturi u valuri, iċ-ċirkolazzjoni tal-għarfien, ideat u twemmin u kombinazzjoni ta' prinċipji u prattiki ta’ reċiproċità, komunalità u ugwaljanza, b'attenzjoni partikolari għall-migrazzjoni, l-integrazzjoni u t-tibdil demografiku. Ir-riċerka għandha tanalizza kif il-popolazzjonijiet li huma vulnerabbli (eż. ir-Roma) jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ fl-edukazzjoni, fis-soċjetà u fid-demokrazija, notevolament permezz tal-kisbiet ta’ diversi ħiliet u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem. Għaldaqstant, l-analiżi ta' kif jirreaġixxu s-sistemi politiċi jew le għal tali evoluzzjonijiet soċjali u kif huma jevolvu għandha tkun ċentrali. Ir-riċerka se tindirizza wkoll l-evoluzzjoni ta’ sistemi ewlenin li jipprovdu forom ta' bażi tar-rabtiet umani u soċjali, bħall-familja, ix-xogħol, l-edukazzjoni u l-impjiegi u li jgħinu fil-ġlieda kontra l-inugwaljanzi u l-esklużjoni soċjali u l-faqar. Il-koeżjoni soċjali u l-ġustizzja ġusta u prevedibbli, l-edukazzjoni, id-demokrazija, it-tolleranza u d-diversità huma fatturi li jeħtieġu jkunu kkunsidrati b'attenzjoni bil-għan li jiġu identifikati u sfruttati aħjar il-vantaġġi komparattivi Ewropej fuq livell dinji u li jingħata sostenn aħjar u bbażat fuq l-evidenza għall-politiki. Ir-riċerka għandha tqis l-importanza tal-mobbiltà u l-migrazzjoni, inklużi l-flussi intra-Ewropej, u d-demografija fl-iżvilupp futur tal-poltiki Ewropej.

Minbarra dan, fehim tad-diffikultajiet u opportunitajiet li jirriżultaw mill-adozzjoni tal-ICT, kemm fuq livelli individwali kif ukoll dawk kollettivi, huwa importanti sabiex jinfetħu toroq ġodda ta’ innovazzjoni inklużiva. Minħabba l-importanza soċjoekonomika dejjem akbar tal-inklużjoni diġitali, azzjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni ▌se jippromwovu s-soluzzjonijiet tal-ICT inklużivi u l-kisba effettiva tal-ħiliet diġitali li jwasslu għall-għoti ta’ setgħa liċ-ċittadini u forza tax-xogħol kompetittiva. L-enfasi se tingħata lill-avvanzi teknoloġiċi ġodda li jippermettu titjib radikali fil-personalizzazzjoni, faċilità u aċċessibilità għall-utent permezz ta’ fehim aħjar tal-imġiba u valuri tal-utenti, taċ-ċittadini u l-konsumaturi, inklużi l-persuni b’diżabilità. Din se tesiġi approċċ ta’ riċerka u innovazzjoni bl-"inklużjoni mid-disinn”.

6.1.3.   Ir-rwol tal-Ewropa bħala attur globali, b'mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġustizzja globali.

Is-sistema storika, politika, soċjali u kulturali distinta tal-Ewropa hija dejjem iktar konfrontata mill-impatt tal-bidliet globali. Sabiex tiġi żviluppata iktar l-azzjoni esterna tagħha fil-viċinat tagħha stess u lil hinn kif ukoll ir-rwol tagħha bħala attur globali, l-Ewropa għandha ttejjeb il-kapaċitajiet tagħha ta' definizzjoni, prijoritizzazzjoni, spjegazzjoni, valutazzjoni u promozzjoni tal-objettivi ta' politika tagħha f'interazzjoni ma' reġjuni tad-dinja u soċjetatjiet oħra sabiex ikun hemm aktar kooperazzjoni jew prevenzjoni jew soluzzjoni tal-kunflitti. F’dan ir-rigward, għandha ttejjeb ukoll il-kapaċitajiet tagħha ta’ antiċipazzjoni u reazzjoni għall-evoluzzjoni u impatti tal-globalizzazzjoni. Dan jesiġi fehim akbar tal-istorja, kulturi u sistemi politiċiekonomiċi ta' reġjuni oħrajn tad-dinja , u li nitgħallmu minnhom, kif ukoll tar-rwol u l-influwenza tal-atturi transnazzjonali. Finalment, l-Ewropa għandha wkoll tikkontribwixxi lill-governanza globali u lill-ġustizzja globali, fi sferi ewlenin bħall-kummerċ, l-iżvilupp, ix-xogħol, il-kooperazzjoni ekonomika, l-ambjent, l-edukazzjoni, l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tal-bniedem, id-difiża u s-sigurtà. Dan jimplika l-potenzjal li jinbnew kapaċitajiet ġodda kemm jekk f’termini ta’ għodod, servizzi, sistemi u strumenti ta’ analiżi jew f’termini ta’ diplomazija fl-arena internazzjonali formali u informali ma' atturi governattivi u dawk mhux governattivi.

6.1.4.  Il-promozzjoni ta' ambjenti sostenibbli u inklużivi permezz ta' ppjanar u disinn spazjali u urban innovattivi.

80% taċ-ċittadini tal-UE llum jgħixu fil-bliet u madwarhom u, għaldaqstant, l-ippjanar u d-disinn urban inadegwati jista' jkollhom konsegwenzi tremendi fuq ħajjithom. Il-fehim ta' kif jiffunzjonaw għaċ-ċittadini kollha, id-disinn tagħhom, kemm wieħed jista’ jgħix kuntent fihom, kemm jistgħu jiġbdu l-investiment u l-ħiliet, fost l-oħrajn, huwa kruċjali għas-suċċess tal-Ewropa fil-ħolqien tat-tkabbir, impjiegi u ta' ġejjieni sostenibbli.

Ir-riċerka u l-innovazzjoni Ewropea għandha tipprovdi strumenti u metodi għall-ippjanar u disinn urbani u periubani aktar sostenibbli, miftuħin, innovattivi u inklużivi; fehim aħjar tad-dinamika tas-soċjetajiet urbani u tat-tibdil soċjali u tar-rabta tal-enerġija, l-ambjent, it-trasport u l-użu tal-art, inkluża l-interazzjoni maż-żoni rurali tal-madwar; fehim aħjar tad-disinn u l-użu tal-ispazju pubbliku fil-bliet ukoll fil-kuntest tal-migrazzjoni sabiex jittejbu l-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp u jonqsu r-riskji urbani u l-kriminalità; metodi ġodda biex jitnaqqsu l-pressjonijiet fuq ir-riżorsi naturali u jistimolaw it-tkabbir ekonomiku sostenibbli filwaqt li jtejbu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini urbani Ewropej; viżjoni li tħares 'il quddiem fir-rigward tat-tranżizzjoni soċjoekonomika lejn mudell ġdid ta' żvilupp urban li jsaħħaħ il-bliet tal-UE bħala ċentri ta' innovazzjoni u ċentri ta' ħolqien tal-impjiegi u tal-koeżjoni soċjali.

6.2.  Soċjetajiet innovattivi

Is-sehem tal-Unjoni tal-produzzjoni tal-għarfien globali għadu konsiderevoli, iżda jeħtieġ li l-impatti soċjoekonomiċi tagħha jiġu mmassimizzati. Se jsiru sforzi biex tiżdied l-effiċjenza tal-politiki ta' riċerka u innovazzjoni u tas-sinerġiji transnazzjonali tal-politiki u l-koerenza tagħhom. L-innovazzjoni għandha tkun indirizzata f'sens wiesa’, inklużi l-politika, l-innovazzjoni xprunata mis-soċjetà, mill-utent u mis-suq ta’ skala kbira. Se jitqiesu l-esperjenza u l-qawwa innovattiva tal-Industriji Kreattivi u Kulturali. Dawn l-attivitajiet se jappoġġaw l-iżvilupp u l-iffunzjonar taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u b’mod partikolari l-inizjattivi Ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020 favur l-‘Unjoni tal-Innovazzjoni’ u l-‘Aġenda Diġitali għall-Ewropa’.

Se jiġu indirizzati l-objettivi li ġejjin:

6.2.1.  It-tisħiħ tal-bażi ta’ evidenza u tal-appoġġ għall-Unjoni tal-Innovazzjoni u ż-Żona Ewropea għar-Riċerka.

Sabiex jiġu vvalutati u prijoritizzati l-investimenti u jissaħħu l-Unjoni tal-Innovazzjoni u ż-Żona Ewropea għar-Riċerka, se jiġu appoġġati l-analiżi tal-politiki , is-sistemi u l-atturi tar-riċerka, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni fl-Ewropa u pajjiżi terzi, kif ukoll l-iżvilupp ta’ indikaturi, infrastrutturi ta’ dejta u informazzjoni. Jeħtieġ ukoll li jiġu previsti attivitajiet li jħarsu 'l quddiem u inizjattivi pilota, analiżi ekonomika u tal-ġeneru, monitoraġġ tal-politika, tagħlim reċiproku, għodod u attivitajiet ta' koordinazzjoni u l-iżvilupp ta' metodoloġiji għall-istudju u l-valutazzjonijiet tal-impatt, billi jiġu sfruttati r-reazzjonijiet diretti mill-partijiet interessati ▌, l-impriżi, l-awtoritajiet pubbliċi, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini. Din l-analiżi għandha titwettaq f'koerenza mal-istudji dwar is-sistemi ta’ edukazzjoni ogħla fl-Ewropa u f'pajjiżi terzi fi ħdan l-"Erasmus għal kulħadd".

Sabiex jiġi żgurat suq uniku għar-riċerka u innovazzjoni, għandhom jiġu implimentati miżuri biex jinċentivaw imġiba kompatibbli mall-ERA. Għandhom ikunu appoġġati l-attivitajiet li jsostnu l-politiki relatati mal-kwalità tat-taħriġ fir-riċerka, il-mobbiltà u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, inklużi inizjattivi li jipprovdu għas-servizzi ta' mobbiltà, reklutaġġ miftuħ, il-parteċipazzjoni tan-nisa fix-xjenzi, id-drittijiet tar-riċerkaturi u l-konnessjonijiet mal-komunitajiet ta' riċerkaturi globali. Dawn l-attivitajiet se jkunu implimentati filwaqt li jfittxu sinerġiji u koordinazzjoni mill-qrib mal-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie taħt ix-“Xjenza eċċellenti”. L-istituzzjonijiet li jipprezentaw kunċetti innovattivi għall-implimentazzjoni rapida tal-prinċipji tal-ERA, inkluż il-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni tal-proprjetà intellettwali f'attivitajiet ta' trasferiment tal-għarfien u l-Kodiċi ta' Prattika għall-universitajiet u istituzzjonijiet pubbliċi ta' riċerka oħrajn(31), se jkunu appoġġati.

Fir-rigward tal-koordinazzjoni tal-politiki, għandha tiġi stabbilita faċilita għall-parir ta' politika sabiex il-parir espert dwar il-politika jkun disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali meta jiġu ddefiniti l-Programmi ta’ Riforma Nazzjonali u l-istrateġiji ta’ riċerka u innovazzjoni.

Sabiex tiġi implimentata l-inizjattiva tal-Unjoni tal-Innovazzjoni, hemm ukoll il-ħtieġa ta’ appoġġ għall-innovazzjoni xprunata mis-suq, innovazzjoni miftuħa, innovazzjoni tas-settur pubbliku u soċjali bl-għan ta’ tisħiħ tal-kapaċità ta’ innovazzjoni tad-ditti u t-trawwim tal-kompetittività Ewropea. Dan se jesiġi titjib fil-kundizzjonijiet qafas globali għall-innovazzjoni kif ukoll l-indirizzar tal-ostakli speċifiċi li jipprevjenu t-tkabbir ta 'kumpaniji innovattivi. Se jkunu appoġġati mekkaniżmi b'saħħithom ta' appoġġ għall-innovazzjoni (pereżempju ġestjoni mtejba tar-raggruppamenti, sħubijiet privati-pubbliċi u kooperazzjoni tan-netwerk), servizzi ta’ appoġġ għall-innovazzjoni ta' speċjalizzazzjoni għolja (dwar, pereżempju, il-ġestjoni/sfruttar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPR), in-netwerking tas-sidien u l-utenti tal-IPR, il-ġestjoni tal-innovazzjoni, il-kapaċitajiet intraprenditorjali, in-netwerks ta' akkwirenti) u analiżi tal-politiki pubbliċi b'konnessjoni mal-innovazzjoni. Kwistjonijiet speċifiċi għall-SMEs se jiġu appoġġati taħt l-għan speċifiku "Innovazzjoni fl-SMEs".

6.2.2.  Jiġu esplorati forom ġodda ta' innovazzjoni, b'enfasi speċjali fuq l-innovazzjoni soċjali u l-kreattività u jinftiehem kif kull forma ta' innovazzjoni tiġi żviluppata, tirnexxi jew tfalli

L-innovazzjoni soċjali tiġġenera oġġetti, servizzi, proċessi u mudelli ġodda li jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-soċjetà u joħolqu relazzjonijiet soċjali ġodda. Billi l-mezzi ta' innovazzjoni qed jinbidlu kontinwament, tinħtieġ aktar riċerka fl-iżvilupp tal-forom kollha ta' innovazzjoni u l-mod kif l-innovazzjoni tissodisfa l-ħtiġijiet tas-soċjetà. Huwa importanti li jinftiehem kif l-innovazzjoni u l-kreattività soċjali jistgħu jwasslu għal bidla fl-istrutturi, il-prattiki u l-politiki eżistenti u kif dawn jistgħu jkunu mħeġġa u skalati 'l fuq. Huwa importanti li ssir valutazzjoni ta' pjattaformi onlajn li joħolqu netwerking bejn iċ-ċittadini ▌. Se jingħata wkoll appoġġ għall-użu tad-disinn fil-kumpanniji, in-netwerking u l-isperimentazzjoni tal-użu tal-ICT biex itejbu l-proċessi tat-tagħlim, kif ukoll għan-networks ta' intraprendituri u innovaturi soċjali. Ir-riċerka se tiffoka wkoll fuq il-proċessi tal-innovazzjoni u kif dawn jiżviluppaw, jirnexxu jew ifallu (inkluż it-teħid tar-riskju u r-rwol ta' kuntesti regolatorji differenti).

Se jkun essenzjali li tiġi promossa l-innovazzjoni sabiex jitrawwmu servizzi pubbliċi effiċjenti, miftuħa u li jiffukaw fuq iċ-ċittadin (eż. Gvern elettroniku). Dan se jeħtieġ riċerka multidixxiplinari fuq teknoloġiji u innovazzjoni ġodda fuq skala kbira relatati b’mod partikolari mal-privatezza diġitali, l-interoperabbiltà, l-identifikazzjoni elettronika ippersonifikata, id-dejta miftuħa, l-interfaċċji dinamiċi għall-utent, il-pjattaformi għat-tagħlim tul il-ħajja u t-tagħlim informatiku, is-sistemi ta’ tagħlim distribwit, il-konfigurazzjoni, l-integrazzjoni u l-innovazzjoni tas-servizz pubbliku li jiffoka fuq iċ-ċittadin xrpunati mill-utenti, inklużi x-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi. Tali azzjonijiet se jindirizzaw ukoll id-dinamika tan-netwerk soċjali u l-crowd-sourcing u smart-sourcing għall-koproduzzjoni ta’ soluzzjonijiet li jindirizzaw il-problemi soċjali, bbażati, pereżempju, fuq settijiet ta’ dejta miftuħa. Dawn se jgħinu fl-immaniġġjar tat-teħid ta' deċiżjonijiet kumplessi, b’mod partikolari l-immaniġġjar u l-analiżi ta' kwantitajiet enormi ta' dejta għall-immudellar kollaborattiv tal-politika, simulazzjoni tat-teħid tad-deċiżjoni, tekniki ta' viżwalizzazzjoni, immudellar tal-proċess u sistemi parteċipatorji, kif ukoll fl-analiżi tar-relazzjonijiet li jinbidlu bejn iċ-ċittadini u s-settur pubbliku.

Se jiġu żviluppati miżuri speċifiċi biex jinvolvu s-settur pubbliku bħala aġent għall-innovazzjoni u t-tibdil, fil-livell nazzjonali u tal-UE, b'mod partikolari permezz ta' miżuri ta' appoġġ għall-politika u miżuri transkonfinali ta' innovazzjoni fil-livell ġeografiku l-aktar wiesa' li jippermettu l-użu intelliġenti tal-ICT fl-amministrazzjonijiet pubbliċi u minnhom, għal forniment kontinwu ta' servizzi pubbliċi liċ-ċittadini u lin-negozji.

6.2.3.   Isir użu mill-potenzjal innovattiv, kreattiv u produttiv tal-ġenerazzjonijiet kollha

L-attivitajiet se jikkontribwixxu biex jiġu esplorati l-opportunitajiet tal-Ewropa li tkun innovattiva f'termini ta' prodotti u teknoloġiji ġodda, servizzi mtejba u mudelli ta' negozju u soċjali ġodda adattati għall-istruttura demografika tas-soċjetà li qed tinbidel. L-attivitajiet se jsaħħu l-isfruttar tal-potenzjal tal-ġenerazzjonijiet kollha billi jrawmu l-iżvilupp ta' politiki intelliġenti li jagħmlu t-tixjiħ attiv realtà f'kuntest interġenerazzjonali li qed jevolvi u billi jappoġġaw l-integrazzjoni tal-ġenerazzjonijiet taż-żgħażagħ Ewropej fl-oqsma kollha tal-ħajja soċjali, kulturali u ekonomika, billi jtiqiesu, fost l-oħrajn, il-perċezzjoni fil-konfront tal-opportunitajiet għall-innovazzjoni fil-kuntest tal-livelil għolja ta' qgħad f'bosta reġjuni tal-UE.

6.2.4.   Il-Promozzjoni ta’ kooperazzjoni koerenti u effettiva ma’ pajjiżi terzi

L-attivitajiet orizzontali se jiżguraw l–iżvilupp strateġiku tal-kooperazzjoni internazzjonali tul l-Orizzont 2020 u jindirizzaw l-objettivi trasversali tal-politika . L-attivitajiet li jappoġġaw il-djalogi bilaterali, multilaterali u bireġjonali, fir-riċerka u innovazzjoni, ma’ pajjiżi terzi, reġjuni, fora internazzjonali u organizzazzjonijiet se jiffaċilitaw l-iskambju ta’ politika, tagħlim reċiproku u iffissar tal-pijoritajiet, jippromwovu l-aċċess reċiproku għall-programmi u jimmonitorjaw l-impatt tal-kooperazzjoni. L-attivitajiet ta’ netwerking u ġemellaġġ se jiffaċilitaw l-isħubija ottimali bejn l-atturi tar-riċerka u l-innovazzjoni fuq iż-żewġ naħat u jtejbu l-kompetenzi u l-kapaċità ta’ kooperazzjoni f’pajjiżi terzi inqas avvanzati. L-attitivajiet se jippromwovu l-koordinazzjoni ta' politiki u programmi ta’ kooperazzjoni tal-Unjoni u dawk nazzjonali, kif ukoll azzjonijiet konġunti tal-Istati Membri u Pajjiżi Assoċjati ma’ pajjiżi terzi sabiex isaħħu l-impatt ġenerali. Finalment, il-preżenza tar-riċerka u innovazzjoni Ewropea fil-pajjiżi terzi għandha tkun ikkonsolidata u msaħħa, notevolment bl-esplorazzjoni tal-ħolqien tad-‘djar ta’ xjenza u innovazzjoni’ virtwali Ewropej, servizzi lill-organizzazzjonijiet Ewropej li jestendu l-attivitajiet tagħhom f’pajjiżi terzi u l-ftuħ ta’ ċentri ta’ riċerka stabbiliti b’mod konġunt ma’ pajjiżi terzi għal organizzazzjonijiet jew riċerkaturi minn Stati Membri oħra u Pajjiżi Assoċjati.

6.3.  Soċjetajiet riflessivi – Wirt kulturali u identità Ewropea

L-għan huwa li jsir kontribut għall-fehim tal-bażi intellettwali tal-Ewropa: l-istorja tagħha u l-bosta influwenzi Ewropej u mhux Ewropej; bħala ispirazzjoni għall-ħajjiet tagħna llum. L-Ewropa hija kkaratterizzata minn varjetà ta' nies (fosthom il-minoranzi u l-popli indiġeni), tradizzjonijiet u identitajiet reġjonali u nazzjonali differenti kif ukoll b'livelli differenti ta' żvilupp ekonomiku u tas-soċjetà. Il-migrazzjoni u l-mobilità, il-mezzi tax-xandir, l-industrija u t-trasport, jikkontribwixxu għad-diversità tal-fehmiet u l-istili tal-ħajja. Din id-diversità u l-opportunitajiet tagħha għandhom ikunu rikonoxxuti u kkunsidrati.

Ġabriet Ewropej f'libreriji, inklużi dawk diġitali, arkivji, mużewijiet, galleriji u istituzzjonijiet pubbliċi oħrajn għandhom rikkezza ta' dokumentazzjoni u oġġetti rikki mhux sfruttati għal studju. Dawn ir-riżorsi fl-arkivji, flimkien mal-wirt mhux tanġibbli, jirrappreżentaw l-istorja ta' Stati Membri individwali iżda wkoll il-patrimonju kollettiv ta' Unjoni Ewropea li żviluppat maż-żmien. Tali materjal għandu jsir aċċessibbli, ukoll permezz ta' teknoloġiji ġodda, għar-riċerkaturi u ċ-ċittadini sabiex wieħed ikun jista' jħares lejn il-futur permezz tal-arkivju tal-passat. L-aċċessibbiltà u l-preservazzjoni tal-patrimonju kulturali f'dawn il-forom hija meħtieġa għall-vitalità tal-impenji ħajjin fil-kulturi Ewropej u bejn kultura Ewropea u oħra issa u jikkontribwixxu għal tkabbir ekonomiku sostenibbli.

Il-fokus tal-attivitajiet għandu jkun:

6.3.1.  L-istudju tal-wirt, il-memorja, l-identità, l-integrazzjoni u l-interazzjoni u t-traduzzjoni kulturali, inkluż ir-rappreżentazzjonijiet tagħha f'kollezzjonijiet, arkivji u mużewijiet kulturali u xjentifiċi, biex il-preżent ikun infurmat u mifhum aħjar b'interpretazzjonijiet aktar rikki tal-imgħoddi.

L-attivitajiet se jikkontribwixxu għal analiżi kritika ta' kif wirt tanġibbli u mhux tanġibbli Ewropew żviluppa tul iż-żmien, inkluż il-lingwi, il-memorji, il-prattiki, l-istituzzjonijiet u l-identitajiet. Dawn se jinkludu studji tal-interpretazzjonijiet u l-prattiki ta' interazzjonijiet, integrazzjoni u esklużjoni kulturali.

Proċess ta' integrazzjoni Ewropea intensifikat issottolija li teżisti sfera usa' ta' identità Ewropea - waħda li tikkomplementa tipi oħra ta' identitajiet fl-Ewropa. Fil-kollezzjonijiet, arkiviji, mużewijiet u libreriji xjentifiċi Ewropej u mhux Ewropej u siti ta' partimonju kulturali Ewropej u mhux Ewropej tinsab medda wiesgħa ta' evidenza u testimonjanzi tal-identità Ewropea. Dawn joffru materjali u dokumenti li jippermettu l-fehim aħjar tal-proċessi li jibnu l-identità u li jippermettu riflessjonijiet dwar proċessi soċjali, kulturali jew anki ekonomiċi li jikkontribwixxu għall-forom passati, preżenti u futuri tal-identità Ewropea. L-objettiv hu li niżviluppaw innovazzjonijiet u nużaw u nanalizzaw oġġetti u/jew dokumentazzjoni f'kollezzjonijiet kulturali u xjentifiċi, arkivji u mużewijiet biex nttejbu l-fehim tagħna dwar kif l-identità Ewropea tista' tiġi traċċjata, mibnija jew dibattuta.

Se jiġu esplorati l-kwistjonijiet tal-multilingwiżmu, it-traduzzjoni u ċ-ċirkolazzjoni ta' ideat madwar l-Ewropa u minn u lejn l-Ewropa u kif dawn jiffurmaw parti minn wirt intelletwali Ewropew komuni.

6.3.2.  Ir-riċerka fl-istorja, il-lettaratura, l-arti, il-filosofija u r-reliġjonijiet tal-pajjiżi u r-reġjuni Ewropej u kif dawn sawru d-diversità Ewropea kontemporanja

Id-diversità kulturali hija aspett importanti li jikkostitwixxi s-singularità Ewropea u li tipprovdi sors ta' qawwa, dinamiżmu u kreattività. L-attivitajiet se jindirizzaw id-diversità kontemporanja Ewropea u kif din id-diversità issawret permezz tal-istorja, waqt li se jgħinu wkoll biex issir analiżi dwar kif din id-diversità twassal għal żviluppi interkulturali ġodda, jew anki tensjonijiet u kunflitti. Ir-rwol tal-arti, il-mezzi ta' komunikazzjoni, l-pajsaġġi, il-litteratura, il-lingwi, il-filosofija u r-reliġjonijiet, fir-rigward ta' din id-diversità, se jkun ċentrali għaliex huma joffru diversi interpretazzjonijiet tar-realtajiet soċjali, politiċi u kulturali u jinfluwenzaw il-viżjonijiet u l-prattiki tal-individwi u l-atturi soċjali.

6.3.3.  Ir-riċerka dwar ir-rwol tal-Ewropa fid-dinja, fuq l-influwenza reċiproka u r-rabtiet bejn ir-reġjuni tad-dinja, u ħarsa minn barra lejn il-kulturi Ewropej

L-attivitajiet se jindirizzaw il-kumplessità tar-rabtiet soċjoekonomiċi u kulturali bejn l-Ewropa u r-reġjuni l-oħra tad-dinja u jivvalutaw il-potenzjalità għal skambji interkulturali u djalogi mtejbin filwaqt li jqisu l-iżviluppi soċjali, politiċi u ekonomiċi aktar ġenerali. Huma se jgħinu fl-analiżi tal-iżvilupp tal-opinjonijiet diversi fl-Ewropa dwar ir-reġjuni l-oħra tad-dinja u viċi versa.

6.4.  Aspetti speċifiċi tal-implimentazzjoni

Sabiex tiġi promossa kombinazzjoni ottimali ta' approċċi, se titwaqqaf kooperazzjoni bejn din l-Isfida Soċjetali u l-pilastru tat-Tmexxija Industrijali fil-forma ta' azzjonijiet trasversali li jolqtu l-qasam tal-interazzjoni bejn il-bnedmin u t-teknoloġija. L-innovazzjoni teknoloġika bbażata fuq l-ICT se jkollha rwol importanti fit-tisħiħ tal-produttività u fl-involviment tal-kreattività taċ-ċittadini mill-ġenerazzjonijiet kollha f'soċjetà innovattiva.

L-implimentazzjoni taħt din l-Isfida se tgawdi wkoll mill-appoġġ tal-amministrazzjoni u l-koordinazzjoni ta' netwerks internazzjonali għal riċerkaturi u innovaturi eċċellenti bħal COST u EURAXESS, u għahekk tikkontribwixxi wkoll għaz-Żona Ewropea tar-Riċerka.

Jista' jiġi kkunsidrat appoġġ għal Inizjattivi għall-Iprogrammar Konġunt (JPI) rilevanti u sħubijiet pubbliċi-pubbliċi u pubbliċi-privati rilevanti.

Se jiġu stabbiliti wkoll rabtiet mal-azzjonijiet tas-Sħubijiet Ewropej għall-Innovazzjoni rilevanti u mal-aspetti rilevanti tal-aġendi tar-riċerka u l-innovazzjoni ta' Pjattaformi Ewropej għat-Teknoloġija.

L-azzjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni taħt din l-isfida se jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Unjoni ta' kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni, billi tinvolvi ruħha b'mod aktar strateġiku fil-kooperazzjoni xjentifika, teknoloġika u ta' innovazzjoni mas-sħab prinċipali tagħha fil-pajjiżi terzi. F'dan ir-rigward, il-Forum Strateġiku għall-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika (SFIC) se jkompli jagħti konsulenza strateġika lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar id-dimensjoni internazzjonali taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

7.   SOĊJETAJIET SIGURI - IL-PROTEZZJONI TAL-LIBERTÀ U S-SIGURTÀ TAL-EWROPA U Ċ-ĊITTADINI TAGĦHA

L-Unjoni Ewropea, iċ-ċittadini tagħha u s-sħab internazzjoni tagħha huma affrontati b’firxa ta’ theddid u sfidi għas-sigurtà bħall-kriminalità, it-terroriżmu u emerġenzi tal-massa minħabba diżastri kkawżati mill-bniedem jew naturali. Dawn jistgħu jaqsmu l-fruntieri u jimmiraw għal objettivi fiżiċi jew iċ-ċiberspazju. Pereżempju l-attakki kontra infrastruttui kritiċi, netwerks u s-siti tal-Internet tal-awtoritajiet pubbliċi u l-entitajiet privati, mhux biss jimminaw il-fiduċja taċ-ċittadin iżda wkoll jaffettwaw serjament is-setturi essenzjali bħall-enerġija, it-trasport, is-saħħa, il-finanzi u t-telekomunikazzjonijiet.

Sabiex jiġi antiċipat, evitat u mmaniġġat dan it-theddid, jeħtieġ li jiġu żviluppati u applikati teknoloġiji, soluzzjonijiet, għodda ta' tbassir u għarfien innovattivi, tiġi stimulata l-kooperazzjoni bejn il-fornituri u l-utenti, jinstabu soluzzjonijiet tas-sigurtà ċivili, tittejjeb il-kompetittività tas-sigurtà, l-industrija u s-servizzi, inkluż l-ICT, Ewropej, u jiġi evitat u miġġieled l-abbuż tal-privatezza u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fuq l-Internet, u f'postijiet oħra, filwaqt li jiġu żgurati d-drittijiet u l-libertà individwali taċ-ċittadini Ewropej.

Għaldaqstant il-koordinazzjoni u t-titjib taż-żona ta’ riċerka u innovazzjoni tas-sigurtà se jkunu element essenzjali u se jgħinu fl-immappjar tal-isforzi ta’ riċerka preżenti, inkluż it-tbassir, u jtejbu il-kundizzjonijiet legali u l-proċeduri rilevanti għall-koordinazzjoni, inklużi l-attivitajiet prenormattivi.

L-attivitajiet f'din l-isfida se jkollhom fokus esklużiv fuq applikazzjonijiet ċivili li se jsegwu approċċ orjentat lejn il-missjoni, jippromwovu l-kooperazzjoni effiċjenti tal-utenti finali, l-industrija u r-riċerkaturi, u jintegraw id-dimensjonijiet soċjetali rilevanti filwaqt li jikkonformaw ma' prinċipji etiċi. Huma se jappoġġaw il-politiki tal-Unjoni għas-sigurtà interna u esterna, inkluża l-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni u l-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni tagħha, u jtejbu iċ-ċibersigurtà, il-fiduċja u l-privatezza fis-Suq Diġitali Uniku. L-attivitajiet se jinkludu fokus fuq ir-riċerka u l-iżvilupp tal-ġenerazzjoni li jmiss ta' soluzzjonijiet innovattivi, permezz tal-ħidma fuq kunċetti u disinni oriġinali, u standards interoperabbli. Dan se jsir billi jiġu żviluppati teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi li jindirizzaw il-lakuni fis-sigurtà u jwasslu għal tnaqqis fir-riskju minn theddid għas-sigurtà.

Se jiġu indirizzati l-objettivi li ġejjin:

7.1.   Il-ġlieda kontra l-kriminalità, it-traffikar illegali u t-terroriżmu, inkluż il-fehim u l-indirizzar tal-ideat u t-twemmin terroristiċi

Il-ambizzjoni hija kemm li jkunu evitat inċidenti kif ukoll li jkunu mmitigati l-konsegwenzi potenzjali tagħhom. Dan jesiġi teknoloġiji u kapaċitajiet ġodda għall-ġlieda kontra u l-prevenzjoni tal-kriminalità (inkluż iċ-ċiberkriminalità), it-traffikar illegali u t-terroriżmu (inkluż iċ-ċiberterroriżmu), inkluż il-fehim tal-kawżi u l-impatti tar-radikalizzazzjoni u tal-estremiżmu vjolenti, u l-indirizzar tal-ideat u t-twemmin terroristiċi wkoll biex jiġi evitat theddid relatat mal-avjazzjoni.

7.2.  Il-protezzjoni u t-titjib tar-reżiljenza ta' infrastrutturi kritiċi, ktajjen tal-provvista u mezzi tat-trasport

Teknoloġiji, proċessi, metodi u kapaċitajiet dedikati ġodda se jgħinu biex jiġu protetti infrastrutturi (inklużi f'żoni urbani), sistemi u servizzi kritiċi li huma essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-soċjetà u l-ekonomija (inklużi l-komunikazzjonijiet, it-trasport, il-finanzi, is-saħħa, l-ikel, l-ilma, l-enerġija, il-loġistika u l-katina tal-provvista, u l-ambjent). Dan se jinkludi l-analizzar u l-assigurar tal-infrastrutturi kritiċi pubbliċi u privati b'netwerks u servizzi kontra kwalunkwe tip ta’ theddid, inkluż theddid relatat mal-avjazzjoni. Dan se jinkludi wkoll il-protezzjoni tar-rotot tat-trasport marittimu

7.3.   it-tisħiħ tas-sigurtà permezz ta' mmaniġġjar tal-fruntieri

It-teknoloġiji u kapaċitajiet huma wkoll meħtieġa sabiex isaħħu s-sistemi, it-tagħmir, l-għodod, il-proċessi u l-metodi għall-identifikazzjoni rapida sabiex jittejbu s-sigurtà u l-immaniġġjar tal-fruntieri tal-art, marittimi u dawk kostali, inklużi kemm il-kwistjonijiet ta’ kontroll kif ukoll dawk ta’ sorveljanza, filwaqt li jiġi sfruttat il-potenzjal kollu tal-EUROSUR. Dawn se jiġu żviluppati u ttestjati filwaqt li jitqiesu l-effettività, il-konformita’ mal-prinċipji legali u etiċi, il-proporzjonalità, l-aċċettazzjoni soċjali u r-rispett tad-drittijiet fundamentali tagħhom. Ir-riċerka se tappoġġa wkoll it-titjib tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri Ewropej, anke permezz ta’ iktar kooperazzjoni mal-pajjiżi kandidati, kandidati potenzjali u pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat.

7.4.  Titjib taċ-ċibersigurtà

Iċ-ċibersigurtà hija prerekwiżit għan-nies, negozji u servizzi pubbliċi sabiex jibbenefikaw mill-opportunitajiet offruti mill-Internet jew minn kwalunkwe netwerk ieħor addizzjonali tad-dejta u infrastrutturi tal-komunikazzjoni. Din tesiġi li tiġi provduta sigurtà mtejba għas-sistemi, netwerks, apparat ta’ aċċess u softwer u servizzi, inkluż il-cloud computing, filwaqt li titqies l-interoperabbiltà ta' teknoloġiji multipli. Ir-riċerka u l-innovazzjoni se jiġu appoġġati biex jgħinu fil-prevenzjoni, l-iskoperta u l-ġestjoni ta' ċiberattakki f'ħin reali madwar id-dominji u ġuriżdizzjonijiet multipli, u jipproteġu l-infrastrutturi kritiċi tal-ICT. Is-soċjetà diġitali hija fi żvilupp sħiħ b'użi u abbużi, li jinbidlu b’mod kostanti, tal-Internet, modi ġodda ta’ interazzjoni soċjali, servizzi ġodda mobbli u bbażati fil-post u t-tfaċċar tal-Internet tal-Affarijiet. Dan jesiġi tip ta' riċerka ġdida li għandha tkun attivata mill-applikazzjonijiet u xejriet ta' użu u tas-soċjetà emerġenti. Se jitwettqu inizjattivi ta’ riċerka bi prontezza, inkluża r-Riċerka u l-Iżvlupp proattiva sabiex jirreaġixxu malajr għall-iżviluppi komtemporanji ġodda fil-fiduċja u s-sigurtà. Se tingħata attenzjoni partikolari lill-protezzjoni tat-tfal, għaliex dawn huma ferm vulnerabbli għall-forom emerġenti ta' ċiberkriminalità u ċiberabbuż.

Il-ħidma f'dan il-qasam għandha titwettaq f'koordinazzjoni mill-qrib mal-fergħa tal-ICT tal-pilastru "Tmexxija Industrijali".

7.5.  Tiżdied ir-reżiljenza tal-Ewropa għall-kriżijiet u d-diżastri

Din tesiġi l-iżvilupp ta' teknoloġiji u kapaċitajiet ddedikati li jappoġġaw it-tipi differenti ta’ operazzjonijiet ta’ ġestjoni ta’ emerġenza f'sitwazzjonijiet ta' kriżi u ta' diżastru (bħal pereżempju il-protezzjoni ċivili, it-tifi tan-nar, il-kontaminazzjoni ambjentali, it-tniġġis tal-baħar, ▌ id-difiza ċivili, ▌l-iżvilupp ta’ kompiti ta’ salvataġġ tal-infrastrutturi ta’ informazzjoni medika, il-proċessi ta’ rkupru minn diżastru u l-istabilizzazzjoni ta' wara krizi), kif ukoll l-infurzar tal-liġi. Ir-riċerka se tkopri l-katina sħiħa tal-ġestjoni tal-kriżijiet u r-reżiljenza, u tappoġġa t-twaqqif ta' kapaċità Ewropea ta' reazzjoni għall-emerġenzi.

7.6.  L-iżgurar tal-privatezza u l-libertà, inkluż fl-Internet u t-tisħiħ tal-fehim legali u etiku tas-soċjetà tal-oqsma kollha tas-sigurtà, tar-riskju u l-ġestjoni

Is-salvagwardja tad-dritt tal-bniedem tal-privatezza inkluż fis-soċjetà diġitali tesiġi l-iżvilupp ta’ oqfsa u teknoloġiji ta' privatezza mid-disinn biex ikunu ta' pedament għal prodotti u servizzi ġodda. It-teknoloġiji se jkunu żviluppati biex jippermettu li l-utenti jikkontrollaw id-dejta personali tagħhom u l-użu tagħha minn partijiet terzi; kif ukoll għodod li jiskopru u jimblukkaw kontenut illegali u ksur tad-dejta u biex jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem onlajn filwaqt li jipprevjenu li l-imġiba tan-nies b’mod individwali jew fi gruppi tkun limitata mit-tiftix u pprofilar illegali.

Kwalunkwe soluzzjoni u teknoloġija ġdida ta' sigurtà għandha bżonn li tkun aċċettabbli għas-soċjetà, tkun konformi mal-liġi tal-UE u dik internazzjonali, tkun effettiva u proporzjonata fl-identifikazzjoni u l-indirizzar tat-theddida għas-sigurtà. Fehim aħjar tad-dimensjonijiet soċjoekonomiċi, kulturali u antropoloġiċi tas-sigurtà, tal-kawżi ta’ nuqqas ta’ sigurtà, ir-rwol tal-midja u l-komunikazzjoni u l-perċezzjonijiet taċ-ċittadin huma għalhekk essenzjali. Se jiġu indirizzati l-kwistjonijiet etiċi u legali u l-protezzjoni tal-valuri umani u d-drittijiet fundamentali, kif ukoll kwistjonijiet ta' riskju u ta' ġestjoni.

7.7.  Titjib tal-istandardizzazzjoni u l-interoperabbiltà tas-sistemi, inkluż għal finijiet ta' emerġenza.

L-attivitajiet prenormattivi u ta' standardizzazzjoni se jiġu appoġġati fost l-oqsma kollha ta' missjoni. Se tingħata attenzjoni għad-distakki ta' standardizzazzjoni u għall-ġenerazzjoni li jmiss ta' strumenti u teknoloġiji. L-attivitajiet fost l-oqsma kollha ta' missjoni se jindirizzaw ukoll l-integrazzjoni u l-interoperabbiltà tas-sistemi u s-servizzi, inklużi l-aspetti bħall-komunikazzjoni, l-arkitetturi distribwiti u l-fatturi umani, inkluż għal finijiet ta' emerġenza.

7.7a. Appoġġ għall-politiki tas-sigurtà esterni tal-Unjoni inkluż permezz tal-prevenzjoni tal-kunflitti u l-bini tal-paċi

Jinħtieġu teknoloġiji, kapaċitajiet u soluzzjonijiet ġodda biex jappoġġjaw il-politiki tas-sigurtà esterni tal-Unjoni f'kompiti ċivili li jvarjaw mill-protezzjoni ċivili għall-għajnuna umanitarja, l-immaniġġjar tal-konfini jew il-bini tal-paċi u l-istabilizzazzjoni wara kriżi, inklużi l-prevenzjoni tal-kunflitti, il-bini tal-paċi u l-medjazzjoni. Dan se jirrikjedi riċerka dwar ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti u r-restawr tal-paċi u l-ġustizzja, l-identifikazzjoni bikrija ta' fatturi li jwasslu għall-kunflitt u dwar l-impatt ta' proċessi tal-ġustizzja riparatorja .

Dan jesiġi ukoll il-promozzjoni tal-interoperabbiltà bejn il-kapaċitajiet ċivili u militari fil-kompiti ċivili li jvarjaw mill-protezzjoni ċivili sal-għajnuna umanitarja, il-ġestjoni tal-fruntieri jew iż-żamma tal-paċi. Dan se jinkludi l-iżvilupp teknoloġiku fil-qasam sensittiv tat-teknoloġiji ta’ użu duwali sabiex itejjeb l-interoperabbiltà bejn il-protezzjoni ċivili u l-forzi militari u fost il-forzi tal-protezzjoni ċivili madwar id-dinja, kif ukoll l-aspetti ta’ affidabbilità, ta’ organizzazzjoni, legali u etiċi, kwistjonijiet kummerċjali, il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità u l-integrità tal-informazzjoni u t-traċċabiltà tat-tranżazzjonijiet u proċessi kollha. [test imressaq minn dik li kienet it-Taqsima 7.5]

7.8.   Aspetti speċifiċi tal-implimentazzjoni

Peress li l-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni se jkollhom fokus esklussiv fuq applikazzjonijiet ċivili, il-koordinazzjoni mal-attivitajiet tal-Aġenzija Ewropea tad-Difiża (EDA) se tkun segwita b’mod attiv sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-EDA, notevolment permezz tal-Qafas Ewropew ta' Kooperazzjoni diġà stabbilit, u b'hekk ikun rikonoxxut li jeżistu oqsma ta' teknoloġija ta' użu duwali▌. Il-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, bħall-FRONTEX, l-EMSA, l-ENISA u l-Europol, se jiġu wkoll msaħħa aktar sabiex titjieb il-koordinazzjoni ta’ Programmi u politiki tal-Unjoni fil-qasam kemm tas-sigurtà interna kif ukoll dik esterna, u inizjattivi oħra tal-Unjoni.

Filwaqt li titqies in-natura partikolari tas-sigurtà, se jiġu stabbiliti arranġamenti speċifiċi fir-rigward tal-ipprogrammar u governanza, inklużi arranġamenti mal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9 ta' din id-Deċiżjoni. L-informazzjoni klassifikata jew sensittiva relatata mas-sigurtà se tkun protetta u rekwiżiti partikolari u kriterji partikolari għal kooperazzjoni internazzjonali jistgħu jkunu speċifikati fi programmi ta’ ħidma. Dan se jkun rifless ukoll fl-ipprogrammar u l-arranġamenti ta' governanza għal Soċjetajiet Siguri (inklużi aspetti komitoloġiċi).

PARTI IIIa

IT-TIXRID TAL-EĊĊELLENZA U T-TWESSIGĦ TAL-PARTEĊIPAZZJONI

[din it-taqsima kollha ġiet allinjata mar-Regolament ta' Qafas]

Hemm differenzi sinifikanti madwar l-Ewropa fil-prestazzjoni tar-riċerka u innovazzjoni li jeħtieġ li jiġu indirizzati b'miżuri speċifiċi. Dawn il-miżuri se jimmiraw għall-isfruttar tal-eċċellenza u l-innovazzjoni u se jkunu distinti, u fejn xieraq, komplimentari u sinerġistiċi mal-politiki u l-azzjonijiet tal-fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej. Dawn jinkludu:

–  Li l-istituzzjonijiet ta' riċerka ta' eċċellenza u reġjuni tar-RŻI bi prestazzjoni baxxa jiġu kkombinati: Li l-għanijiet li jinħolqu ċentri ta' eċċellenza ġodda (jew jiġu aġġornati b'mod sinifikanti dawk eżistenti) fl-Istati Membri u firreġjuni tar-RŻI bi prestazzjoni baxxa jiġu kkombinati. Se jkun hemm fokus fuq il-fażi preparatorja għall-istabbiliment jew l-aġġornament u l-immodernizzar ta' dawn l-istituzzjonijiet, li tkun iffaċilitata bi proċess ta' kombinament ma' kontroparti ewlenija fl-Ewropa, inkluż l-appoġġ għall-iżvilupp ta' pjan ta' negozju. Huwa mistenni li jittieħed impenn mir-reġjun jew l-Istat Membru riċevitur (pereżempju appoġġ permezz tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej). Soġġett għall-kwalità tal-pjan ta' negozju, il-Kummissjoni tista' tipprovdi aktar appoġġ finanzjarju għall-ewwel passi tal-implimentazzjoni taċ-ċentru. Se jitqiesu l-ħolqien ta' rabtiet ma' raggruppamenti innovattivi u r-rikonoxximent tal-eċċellenza fl-Istati Membri u fir-reġjuni tar-RŻI bi prestazzjoni baxxa, inkluż mill-analiżi inter pares u l-għoti ta' tikketti ta' eċċellenza lil dawk l-istituzzjonijiet li jissodisfaw l-istandards internazzjonali.

–  Il-ġemellaġġ ta' istituzzjonijiet ta' riċerka: Il-ġemellaġġ għandu l-għan li jsaħħaħ b'mod sinifikanti qasam definit ta' riċerka f'istituzzjoni emerġenti permezz ta' rabtiet ma' tal-anqas żewġ istituzzjonijiet mexxejja fuq livell internazzjonali f'qasam definit. Se jkun appoġġat sett komprensiv ta' miżuri li jsaħħu din ir-rabta (pereżempju skambji tal-persunal, żjarat minn esperti, taħriġ fuq il-post jew virtwali għal żmien qasir, workshops; attendenza għal konferenzi; organizzazzjoni ta' attivitajiet konġunti tat-tip skolasajf; attivitajiet ta' disseminazzjoni u ta' komunikazzjoni).

–  'Presidenti tal-ERA': L-istabbiliment tal-“Presidenti tal-ERA" sabiex jiġu attirati akkademiċi brillanti lejn istituzzjonijiet b'potenzjal ċar ta' riċerka ta' eċċellenza, sabiex jgħinu lil dawn l-istituzzjonijiet jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal u għalhekk joħolqu kundizżonijiet ugwali għar-riċerka u l-innovazzjoni fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka. Dan se jinkludi appoġġ istituzzjonali għall-ħolqien ta’ ambjent kompetittiv ta’ riċerka u l-kundizzjonijiet qafas neċessarji għall-attirar, iż-żamma u l-iżvilupp tal-aħjar talent ta’ riċerka fi ħdan dawn l-istituzzjonijiet. Sinerġiji possibbli b'attivitajiet ERC għandhom jiġu esplorati.

–  Faċilità ta' Appoġġ tal-Politika (PSF): Din se jkollha l-għan li ttejjeb it-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki ta' riċerka u innovazzjoni nazzjonali/reġjonali. Hija se toffri konsulenza esperta lill-awtoritajiet pubbliċi f'livell nazzjonali jew reġjonali fuq bażi volontarja, li tkopri l-ħtiġijiet biex isir aċċess għal korp rilevanti ta' għarfien, biex wieħed jibbenefika mill-għarfien ta' esperti internazzjonali, biex jintużaw metodoloġiji u għodod mill-aktar avvanzati, biex tingħata konsulenza mfassla apposta.

–  L-appoġġ għall-aċċess għan-netwerks internazzjonali għal riċerkaturi u innovaturi eċċellenti li neqsin minn involviment suffiċjenti fin-netwerks Ewropej u internazzjonali. Dan għandu jinkludi l-appoġġ provdut permezz tal-COST.

—  It-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva u operattiva ta' netwerks transnazzjonali ta' Punti ta' Kuntatt Nazzjonali, inkluż permezz tat-taħriġ, appoġġ finanzjarju u tekniku, filwaqt li jittejbu l-qafas għat-tħaddim tal-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali u l-fluss tal-informazzjoni bejnhom u l-korpi ta' implimentazzjoni tal-Orizzont 2020, sabiex il-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali jkunu jistgħu jappoġġjaw aħjar lill-parteċipanti potenzjali.

PARTI IIIb

IX-XJENZA MAS-SOĊJETÀ U GĦAS-SOĊJETÀ

[din it-taqsima kollha ġiet allinjata mar-Regolament ta' Qafas]

L-għan huwa li tinbena kooperazzjoni effettiva bejn ix-xjenza u s-soċjetà, jiġi reklutat talent ġdid għax-xjenza u biex l-eċċellenza xjentifika tiġi kkombinata mal-kuxjenza u r-responsabilità soċjali.

Il-qawwa ta’ sistema xjentifika u teknoloġika Ewropea tiddependi mill-kapaċità tagħha li tiġbor it-talent u l-ideat kull fejn jeżistu. Dan jista’ jinkiseb biss jekk jiġu żviluppati djalogu produttiv u rikk u kooperazzjoni attiva bejn ix-xjenza u s-soċjetà biex jiżguraw xjenza aktar responsabbli u jippermettu l-iżvilupp ta’ linji ta' politika aktar rilevanti għaċ-ċittadini. Avvanzi rapidi fir-riċerka xjentifika u l-innovazzjoni kontemproranji wasslu biex qamu kwistjonijiet importanti etiċi, legali u soċjali li jaffettwaw ir-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà.

It-titjib tal-kooperazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà biex ikun jista’ jitwessa’ l-appoġġ soċjali u politiku tax-xejnza u tat-teknoloġija fl-Istati Membri kollha huwa dejjem aktar kwistjoni kruċjali li l-kriżi ekonomika attwali aggravat ħafna. L-investiment pubbliku fix-xjenza jirrikjedi kostitwenza soċjali u politika vasta li tikkondividi l-valuri tax-xjenza, li tkun edukata u impenjata fil-proċessi tagħha u kapaċi tirrikonoxxi l-kontributi tagħha lill-għarfien, is-soċjetà u l-progress ekonomiku.

Il-fokus tal-attivitajiet għandu jkun:

(a)  Li jagħmlu l-karrieri xjentifiċi u teknoloġiċi attraenti għall-istudenti żgħażagħ, u jrawmu l-interazzjoni sostenibbli bejn l-iskejjel u l-istituzzjonijiet tar-riċerka, l-industrija u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

(b)  Li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi, b’mod partikolari permezz tal-appoġġ għall-bidliet fl-organizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tar-riċerka u fil-kontenut u disinn tal-attivitajiet ta' riċerka.

(c)  Li jintegraw is-soċjetà fil-kwistjonijiet tax-xjenza u l-innovazzjoni, politiki u attivitajiet sabiex jintegraw l-interessi u l-valuri taċ-ċittadini u jżidu l-kwalità, ir-rilevanza, l-aċċettabbiltà soċjali u s-sostenibbiltà tal-eżiti tar-riċerka u l-innovazzjoni f'diversi oqsma ta' attività, mill-innovazzjoni soċjali sa oqsma bħall-bijoteknoloġija u n-nanoteknoloġija;

(d)  Li jiżviluppaw l-aċċessibilità u l-użu tar-riżultati ta' riċerka ffinanzjata b'mod pubbliku;

(e)  Li jiżviluppaw il-governanza għall-avvanz tar-riċerka u l-innovazzjoni responsabbli mill-partijiet interessati kollha (ir-riċerkaturi, l-awtoritajiet pubbliċi, l-industrija u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili), li hija sensittiva għall-bżonnijiet u t-talbiet tas-soċjetà; u l-promozzjoni ta’ qafas ta’ etika għar-riċerka u l-innovazzjoni

(f)  Li jieħdu prekawzzjonijiet debiti u proporzjonali fl-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni billi jantiċipaw u jevalwaw l-impatti potenzjali fuq l-ambjent, is-saħħa u s-sigurtà;

(g)  Li jtejbu l-għarfien dwar il-komunikazzjoni tax-xjenza sabiex itejbu l-kwalità u l-effettività tal-interazzjonijiet bejn ix-xjentisti, il-midja ġenerali u l-pubbliku.

PARTI IV

AZZJONIJIET DIRETTI MHUX NUKLEARI TAĊ-ĊENTRU KONĠUNT TAR-RIĊERKA (JRC)

Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għandu jikkontribwixxi għall-objettivi u l-prijoritajiet ġenerali tal-Orizzont 2020 billi jipprovdi appoġġ xjentifiku u tekniku għall-politiki tal-Unjoni b'kollaborazzjoni mal-partijiet interessati tar-riċerka nazzjonali u reġjonali rilevanti, fejn xieraq. L-attivitajiet tal-JRC se jitwettqu b'kont meħud tal-inizjattivi rilevanti fil-livell tar-reġjuni, l-Istati Membri jew l-UE, fil-perspettiva tat-tfassil taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

1.  XJENZA EĊĊELLENTI

Il-JRC se jwettaq riċerka biex itejjeb il-bażi tal-evidenza xjentifika għat-tfassil tal-politika ▌u sabiex jeżamina l-oqsma emerġenti tax-xjenza u t-teknoloġija, inkluż permezz ta' programm ta’ riċerka esploratorja.

2.  TMEXXIJA INDUSTRIJALI

Il-JRC se jikkontribwixxi għall-innovazzjoni u l-kompetittività:

(a)  Billi jkompli jikkontribrixxi għall-orjentazzjoni strateġika u l-aġenda tax-xjenza tal-istrumenti rilevanti tar-riċerka indiretta, bħall-Isħubijiet Ewropej għall-Innovazzjoni, kif ukoll l-isħubijiet privati-pubbliċi u sħubijiet pubbliċi-pubbliċi.

(b)  Billi jappoġġa t-trasferiment tal-għarfien u t-teknoloġija permezz tad-definizzjoni tal-oqfsa tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali għal strumenti differenti ta' riċerka u innovazzjoni, u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni fit-trasferiment tal-għarfien u teknoloġija fost l-organizzazzjonijiet ta' riċerka pubblika kbar.

(c)  Permezz ta' kontribuzzjonijiet sabiex jiġi ffaċiltat l-użu, l-istandardizzazzjoni u validazzjoni tat-teknoloġiji u dejta tal-ispazju, b’mod partikolari sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà.

3.  SFIDI TAS-SOĊJETÀ

3.1.  Is-saħħa, il-bidla demografika u l-benessri

Il-JRC se jikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni ta' metodi, standards u prattiki f'appoġġ għall-legizlazzjoni tal-UE li timmira għall-protezzjoni tas-saħħa u tal-konsumatur permezz ta’:

(a)  Valutazzjoni tar-riskji u opportunitajiet ta’ teknoloġiji u kimiki ġodda, inklużi n-nanomaterjali, fl-ikel, l-għalf u l-prodotti tal-konsumatur; l-iżvilupp u l-validazzjoni tal-kejl armonizzat, metodi ta’ identifikazzjoni u kwantifikazzjoni, strateġiji ta’ ttestjar integrat u għodod mill-aktar avvanzati għall-valutazzjoni tal-periklu tossikoloġiku, inklużi l-metodi alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali; il-valutazzjoni tal-effetti fuq is-saħħa mit-tniġġis ambjentali.

(b)  L-iżvilupp u l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-ittestjar tas-saħħa u prattiki ta’ skrinjar inkluż l-ittestjar ġenetiku u l-iskrinjar tal-kanċer.

3.2.  ▌Is-sikurezza tal-ikel, l-agrikoltura u l-foresterija sostenibbli, ir-riċerka dwar il-baħar u dik marittima u dwar l-ilmijiet interni u l-bijoekonomija

Il-JRC se jappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki ta’ agrikoltura u sajd Ewropej, inkluż is-sigurtà tal-ikel u l-iżvilupp tal-bijoekonomija permezz ta':

(a)  L-istabbiliment ta’ sistema globali u għodod għat-tbassir tal-uċuħ tar-raba u monitoraġġ tal-produttività tal-uċuħ tar-raba; appoġġ għat-titjib tal-prospetti fuq medda ta' żmien qasir u dak medju għall-komoditajiet agrikoli, inklużi l-effetti mbassra tat-tibdil fil-klima.

(b)  Il-kontribut lill-innovazzjoni bijoteknoloġika u effiċjenza mtejba fl-użu tar-riżorsi sabiex jiġi prodott ‘iktar b’inqas’ permezz ta’ analiżi u mmudellar teknoekonomiċi.

(c)  L-immudellar tax-xenarju għat-tfassil tad-deċiżjoni fil-politiki agrikoli u analiżi tal-impatt tal-politika fuq livelli makro/reġjonali/mikro; analiżi tal-impatt tal-"PAK lejn l-2020' fuq l-ekonomiji li qed jiżviluppaw/emerġenti.

(d)  L-iżvilupp ulterjuri tal-metodi għall-kontroll tas-sajd u l-infurzar u t-traċċabilità tal-ħut u prodotti tal-ħut; l-iżvilupp ta’ indikaturi robusti tas-saħħa tal-ekosistema u l-immudellar bijoekonomiku sabiex jinftiehmu aħjar l-effetti diretti (pereżempju is-sajd) u l-effetti indiretti (tibdil fil-klima) u l-attivitajiet umani fuq d-dinamika tal-stokkijiet tal-ħut, l-ambjent tal-baħar u l-impatt soċjoekonomiku tagħhom.

3.3.  Enerġija sigura, nadifa u effiċjenti

Il-JRC se jiffoka fuq il-miri tal-20/20/20 għall-klima u l-enerġija u t-tranżizzjoni tal-Unjoni lejn ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ karbonju sal-2050 bir-riċerka dwar l-aspetti teknoloġiċi u soċjoekonomiċi ta’:

(a)  Sigurtà tal-provvista ta’ enerġija, b’mod partikolari fir-rigward tal-konnessjonijiet u interdipendenzi mal-provvista tal-enerġija u s-sistemi ta' trażmissjoni extra-Ewropej; l-immappjar ta’ sorsi ta’ enerġija indiġeni primarji u esterni infrastrutturi li tiddependi fuqhom l-Ewropa.

(b)  Netwerks ta’ trażmissjoni tal-enerġija/elettriku, b’mod partikolari l-immudellar u s-simulazzjoni tan-netwerks trans-Ewropej ta’ enerġija, l-analiżi tat-teknoloġiji tal-grids intelliġenti/super grids, u s-simulazzjoni f'ħin reali tas-sistemi tal-enerġija.

(c)  L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, b’mod partikolari l-metodoloġiji għall-monitoraġġ u valutazzjoni tal-kisbiet tal-istrumenti tal-politika ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija, l-analiżi teknoekonomika tal-użu tat-teknoloġiji effiċjenti fl-enerġija u strumenti u grids intelliġenti.

(d)  Teknoloġiji b'livell baxx ta' karbonju (inkluża s-sikurezza tal-enerġija nukleari fil-programm Euratom), b’mod partikolari l-valutazzjoni tal-prestazzjoni u r-riċerka prenormativa tat-tekonoloġiji prospettivi b'livell baxx ta' karbonju; l-analiżi u l-immudellar ta' katalizzaturi u ostakli għall-iżvilupp u l-użu tagħhom; il-valutazzjoni tar-riżorsi rinnovabbli u l-punti ta' konġestjoni, bħal pereżempju l-materja prima kritika, fil-katina tal-provvista tat-teknoloġiji b'livell baxx ta' karbonju; l-iżvilupp kontinwu tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Pjan Strateġiku għat-Teknoloġija tal-Enerġija (SETIS) u l-attivitajiet relatati.

3.4.  Trasport intelliġenti, ekoloġiku u integrat

Il-JRC se jappoġġa l-miri tal-2050 ta' sistema tat-trasport kompetittiva, intelliġenti, li tuża r-riżorsi b’effiċjenza u integrata għat-trasport sikur u sigur tan-nies u prodotti permezz tal-istudji tal-laboratorju. immudellar u approċċi ta' monitoraġġ dwar:

(a)  Teknoloġiji strateġiċi tat-trasport b'livell baxx ta' karbonju għall-modi kollha tat-trasport, inkluża l-elettrifikazzjoni tat-trasport bit-triq u inġenji tal-ajru/bastimenti/vetturi imħaddma b'fjuwil alternattiv, u l-iżvilupp ulterjuri taċ-ċentru intern ta’ ikklirjar tal-Kummissjoni għall-ġbir u disseminazzjoni tal-informazzjoni dwar it-teknoloġiji rilevanti; id-disponibbiltà u l-kosti tal-fjuwils u sorsi tal-enerġija mhux fossili, inklużi l-impatti tat-trasport tat-triq elettrifikat fuq il-grids tal-elettriku u l-ġenerazzjoni tal-elettriku.

(b)  Vetturi nodfa u effiċjenti, b’mod partikolari d-definizzjoni tal-proċeduri armonizzati ta' testjar u l-valutazzjoni tat-teknoloġiji innovattivi f'termini ta’ emissjonijiet, effiċjenza u sikurezza tal-fjuwils konvenzjonali u alternattivi; l-iżvilupp ta’ metodoloġiji mtejba għall-kejl tal-emissjoni u kalkoli ta’ pressjonijiet ambjentali; il-koordinazzjoni u l-armonizzar tal-attivitajiet ta' inventarji u monitoraġġ tal-emissjonijiet fuq livell Ewropew.

(c)  Sistemi ta’ mobbiltà intelliġenti sabiex tinkiseb mobbiltà sigura, intelliġenti u integrata, inklużi l-valutazzjoni teknoekonomika tas-sistemi u komponenti ġodda tat-trasport, l-applikazzjonijiet għal ġestjoni mtejba tat-traffiku u l-kontribut għat-tfassil ta' approċċ integrat għad-domanda u l-ġestjoni tat-trasport.

(d)  Is-sikurezza integrata tat-trasport, b’mod partikolari l-provvista ta’ għodod u servizzi għall-ġbir, it-tqassim u l-analizzar tal-informazzjoni dwar l-aċċidenti u l-inċidenti fis-setturi tat-trasport tal-avjazzjoni, marittimu u tal-art; it-tisħiħ tal-prevenzjoni tal-inċidenti permezz ta’ analiżi u tagħlimiet dwar is-sikurezza transmodali filwaqt li jingħata kontribut għall-iffrankar tal-ispejjeż u l-gwadann tal-effiċjenza.

3.5.  Azzjoni klimatika, l-ambjent, l-effiċjenza tar-riżorsi u l-materja prima

Il-JRC se jikkontribwixxi għal Ewropa aktar ekoloġika, għas-sigurtà tal-provvista tar-riżorsi u ġestjoni sostenibbli globali tar-riżorsi naturali permezz ta':

(a)  L-aċċess għal dejta u informazzjoni ambjentali interoperabbli permezz tal-iżvilupp ulterjuri tal-istandards u arranġamenti tal-interoperabbiltà, għodod ġeospazjali u infrastrutturi innovattivi tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni, bħall-Infrastruttura għall-Informazzjoni Spazjali fl-Unjoni Ewropea (INSPIRE), u inzzjattivi tal-Unjoni u globali oħrajn.

(b)  Il-kejl u monitoraġġ ta' fatturi varjabbli ambjentali ewlenin u l-valutazzjoni tal-istat u l-bidla tar-riżorsi naturali permezz tal-iżvilupp ulterjuri tal-indikaturi u s-sistemi ta' informazzjoni li jikkontribwixxu għall-infrastrutturi ambjentali; il-valutazzjoni tas-servizzi tal-ekosistema, inklużi l-valutazzjoni tagħhom u l-effetti tat-tibdil fil-klima.

(c)  L-iżvilupp ta’ qafas integrat tal-immudellar għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà bbażat fuq il-mudelli tematiċi bħall-ħamrija, l-użu tal-art, l-ilma, il-kwalità tal-arja, il-bijodiversità, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, il-foresterija, l-agrikultura, l-enerġija u t-trasport, li jindirizza wkoll l-effetti tat-tibdil fil-klima u r-reazzjonijiet għalih.

(d)  L-appoġġ għall-miri tal-politika ta’ żvilupp tal-Unjoni permezz tal-promozzjoni tat-trasferiment tat-teknoloġija, il-monitoraġġ tar-riżorsi essenzjali (bħal pereżempju l-foresti, il-ħamrija u l-provvista tal-ikel), u riċerka sabiex jiġu limitati l-impatti tat-tibdil fil-klima u l-impatti ambjentali tal-użu tar-riżorsi, u sabiex jiġu riżolti l-kompromessi fil-kompetizzjoni għall-art għall-produzzjoni tal-ikel jew tal-enerġija, b'art għal, pereżempju , il-bijodiversità.

(e)  Il-valutazzjoni integrata relatata mal-politiki tal-produzzjoni u konsum sostenibbli, inkluża s-sigurtà tal-provvista tal-materja prima strateġika, l-użu effiċjenti tar-riżorsi, il-proċessi ta' produzzjoni u t-teknoloġiji b’livell baxx ta’ karbonju u nodfa, l-iżvilupp ta' prodotti u servizzi, ix-xejriet tal-konsum u l-kummerċ; żvilupp ulterjuri u integrazzjoni fl-analiżi tal-politika tal-Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja.

(f)  L-analiżi integrata tal-impatt tal-alternattivi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u/jew l-adattament ibbażat fuq l-iżvilupp ta' sett kwantitattiv ta' għodod ta' mudelli fuq skala reġjonali u globali, li jvarjaw mil-livell settorjali għal dak makroekonomiku.

3.6.  L-Ewropa f'dinja li qed tinbidel - Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u riflessivi

Il-JRC se jikkontribwixxi għall-miri tal-Unjoni tal-Innovazzjoni ▌u l-Ewropa Globali permezz tal-attivitajiet li ġejjin:

(a)  Analiżijiet komprensivi tal-katalizzaturi u ostakli għar-riċerka u l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta’ pjattaforma tal-immudellar għall-valutazzjoni tal-impatti mikro- u makroekonomiċi.

(b)  Kontributi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Unjoni tal-Innovazzjoni permezz ta' tabelli tar-riżultati, l-iżvilupp ta' indikaturi eċċ. u t-tħaddim ta' sistema pubblika ta' informazzjoni u intelligence li tilqa' dejta u informazzjoni rilevanti.

(c)  It-tħaddim ta' pjattaforma pubblika ta' informazzjoni u intelligence biex tassisti l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali bi speċjalizzazzjoni intelliġenti; analiżi ekonomika kwantitattiva tal-mudell spazjali tal-attività ekonomika, b'mod partikolari fl-indirizzar tad-differenzi ekonomiċi, soċjali u territorjali u t-tibdiliet fil-mudell bħala reazzjoni għall-iżviluppi teknoloġiċi.

(d)  L-ekonometrika u l-analiżi makroekonomika tar-riforma tas-sistema finanzjarja sabiex jikkontribwixxu għaz-zamma ta' qafas effiċjenti tal-Unjoni għall-ġestjoni tal-krizi finanzjarja; filwaqt li jibqa' jiġi pprovdut appoġġ metodoloġiku għall-monitoraġġ tal-pożizzjonijiet baġitarji tal-Istati Membru fir-rigward tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir.

(e)  Il-monitoraġġ tal-funzjonament taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ERA) u l-analiżi tal-katalizzaturi ta' wħud mill-elementi ewlenin tagħha u l-ostakli għaliha (bħall-mobbiltà tar-riċerka, il-ftuħ tal-programmi nazzjonali tar-riċerka) u l-proponiment ta' alternattivi rilevanti ta' politika; għad għandhom rwol importanti fl-ERA permezz tan-netwerking, it-taħriġ u l-ftuħ tal-faċilitajiet u l-bażijiet ta' dejta tagħha lill-utenti fl-Istati Membri u fil-Pajjiżi Kandidati u Assoċjati.

(f)  L-iżvilupp ta’ analiżi kwantitattiva ekonomika tal-Ekonomija Diġitali; titwettaq riċerka dwar l-impatt tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni fuq il-miri tas-Soċjetà Diġitali; isir studju tal-impatt ta' kwistjonijiet sensittivi ta' sigurtà fuq il-ħajja tal-individwi (Għajxien Diġitali).

3.7.  Soċjetajiet sikuri - Protezzjoni tal-libertà u s-sigurtà tal-Ewropa u ċ-ċittadini tagħha

Il-JRC se jikkontribwixxi għall-miri tas-Sigurtà u ċ-Ċittadinanza permezz tal-attivitajiet li ġejjin:

(a)  L-iffukar fuq l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-vulnerabilità tal-infrastrutturi kritiċi (inklużi s-sistemi ta’ navigazzjoni globali, swieq finanzjarji); it-titjib tal-għodod għall-ġlieda kontra l-frodi tal-baġit tal-Unjoni u għas-sorveljanza marittima; kif ukoll il-valutazzjoni tal-prestazzjoni operazzjonali tat-teknoloġiji għall-identità personali, jew li jaffettwaha (l-identità diġitali).

(b)  It-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni għat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastru u l-ġestjoni tad-diżastri naturali kkawżati mill-bniedem, l-aktar permezz tal-iżvilupp ta’ sistemi ta' informazzjoni globali ta' twissija bikrija ta' perikli multipli u ta' ġestjoni tar-riskji, bl-użu tat-teknoloġiji għall-Osservazzjoni tad-Dinja.

(c)  It-tkomplija tal-provvista ta’ għodod għall-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-isfidi ta’ sigurtà globali, bħat-terroriżmu u n-nonproliferazzjoni (kimika, bijoloġika, radjoloġika u nukleari (fil-programm Euratom)), theddid li jirriżulta mill-instabbiltà soċjopolitika u mard li jittieħed. Oqsma ġodda li għandhom jiġu indirizzati jinkludu l-vulnerabbiltà u r-reżijlenza għat-theddid emerġenti jew ibridu, pereżempju l-aċċessibiltà għall-materja prima, il-piraterija, l-iskarsezza/kompetizzjoni tar-riżorsi u l-effetti tat-tibdil fil-klima fuq l-okkorrenza tad-diżastri naturali.

4.  ASPETTI SPEĊIFIĊI TAL-IMPLIMENTAZZJONI

Skont il-prioritajiet tal-Ewropa Globali, il-JRC se jsaħħaħ il-kooperazzjoni xjentifika mal-organizzazzjonijiet internazzjonali ewlenin u pajjiżi terzi (pereżempju korpi tan-NU, l-OECD, l-Istati Uniti, il-Ġappun, ir-Russja, iċ-Ċina, il-Brażil, l-Indja) fl-oqsma li għandhom dimensjoni globali qawwija bħat-tibdil fil-klima, is-sigurtà tal-ikel, jew in-nanateknoloġiji. Din il-kooperazzjoni se tkun ikkoordinata mill-qrib mal-attivitajiet internazzjonali ta' kooperazzjoni tal-Unjoni u l-Istati Membri.

Sabiex jiġi pprovdut servizz imsaħħaħ għat-tfassil tal-politika, il-JRC se jiżviluppa iktar il-ħila tiegħu li janalizza u jipprovdi alternattivi ta' politika transettorjali u jwettaq valutazzjonijiet tal-impatt relatati. Din il-ħila għandha tkun appoġġata b’mod partikolari permezz tat-tisħiħ ta':

(a)  l-immudellar f’oqsma ewlenin (pereżempju l-enerġija u t-trasport, l-agrikoltura, il-klima, l-ambjent, l-ekonomija). L-attenzjoni se tkun kemm fuq il-mudelli settorjali kif ukoll dawk integrati (għall-valutazzjonijiet tas-sostenibbiltà), u tkopri l-aspetti xjentifiċi tekniċi kif ukoll dawk ekonomiċi.

(b)  Studji li jħarsu 'l quddiem li jipprovdu analiżi tax-xejriet u avvenimenti fix-xjenza, teknoloġija u soċjetà u dwar kif dawn jistgħu jaffetwaw il-politiki pubbliċi, jinfluwenzaw l-innovazzjoni, jirrinfurzaw il-kompetittività u t-tkabbir sostenibbli. Dan ikun jista' jista' jippermetti lill-JRC jiġbed l-attenzjoni għal kwistjonijiet li jistgħu jesiġu l-intervent ta' politika fil-futur u jantiċipa l-ħtiġijiet tal-konsumaturi.

Il-JRC se jsaħħaħ l-appoġġ tiegħu għall-proċess ta’ standardizzazzjoni u għall-istandards bħala komponent orizzontali fl-appoġġ għall-kompetittività Ewropea. L-attivitajiet se jinkludu r-riċerka prenormativa, l-iżvilupp ta' materjali u kejl ta’ referenza, u l-armonizzazzjoni tal-metodoloġiji. Ġew identifikati ħames oqsma ċentrali (l-enerġija, it-trasport; l-Aġenda Diġitali; is-sigurtà u s-sikurezza (inkluż dawk nukleari fil-programm Euratom); il-protezzjoni tal-konsumatur). Minbarra dan, il-JRC għandu jkompli jippromwovi id-disseminazzjoni tar-riżultati tiegħu u jipprovdi l-appoġġ dwar il-ġestjoni tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni.

Il-JRC se jistabbilixxi kapaċità fix-xjenzi komportamentali sabiex tkun ta' appoġġ għall-iżvilupp ta' regolamentazzjoni aktar effettiva, komplimentari għall-attivitajiet tal-JRC f'oqsma magħżula bħall-politiki ta' nutrizzjoni, ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija u dwar il-prodotti.

Ir-riċerka soċjoekonomika se tkun parti mill-attivitajiet fl-oqsma rilevanti bħall-Aġenda Diġitali, il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli jew is-saħħa pubblika.

Sabiex tintlaħaq il-missjoni tiegħu bħala ċentru ta’ referenza għall-Unjoni, biex ikompli jkollu rwol vitali fl-ERA, u biex jidħol f’oqsma ġodda ta’ riċerka, huwa essenzjali għall-JRC li jiddisponi minn infrastruttura avvanzata. Il-JRC se jkompli l-programm ta’ rinnovazzjoni u tiġdid sabiex jiżgura l-konformità mar-regolamenti ambjentali u tas-sikurezza u sigurtà applikabbli, u se jinvesti fl-infrastruttura xjentifika, inkluż l-iżvilupp tal-pjattaformi, faċilitajiet tal-immudellar, faċilitajiet għal oqsma ġodda bħall-ittestjar ġenetiku, eċċ. Tali investimenti se jkunu mwettqa f’koordinazzjoni mill-qrib mal-pjan direzzjonali tal-Forum Strateġiku Ewropew għall-Infrastrutturi tar-Riċerka (ESFRI) u jitqiesu l-faċilitajiet eżistenti fl-Istati Membri.

ANNESS II

Indikaturi tal-prestazzjoni

It-tabella li ġejja tispeċifika, għall-objettivi speċifiċi ta' Orizzont 2020, għadd ▌ta' indikaturi ewlenin għall-valutazzjoni tar-riżultati u l-impatti li jistgħu jiġu rfinati matul l-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020.

1.  PARTI I. PRIJORITÀ 'XJENZA EĊĊELLENTI'

Indikaturi għall-objettivi speċifiċi:

Kunsill Ewropew għar-Riċerka

–  Sehem tal-pubblikazzjonijiet mill-proġetti ffinanzjati mill-ERC li huma fost l-ewwel 1 % l-aktar ikkwotati għal kull qasam tax-xjenza

Teknoloġiji Futuri u Emerġenti

–  Pubblikazzjonijiet fil-ġurnali analizzati inter pares ta' impatt qawwi

–  Applikazzjonijiet ta' privattivi u privattivi miksuba f'Teknoloġiji Futuri u Emerġenti

Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie dwar il-ħiliet, it-taħriġ u l-iżvilupp tal-karriera

–  Ċirkolazzjoni transettorjali u bejn il-pajjiżi tar-riċerkaturi, inklużi l-kandidati għal Dottorat

Infrastrutturi Ewropej għar-riċerka (inkluż l-Infrastutturi elettroniċi)

–  L-għadd ta' riċerkaturi li għandhom aċċess għall-infrastrutturi tar-riċerka permezz tal-appoġġ tal-Unjoni.

2.  PARTI II. PRIORITÀ 'TMEXXIJA INDUSTRIJALI'

Indikaturi għall-objettivi speċifiċi:

Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali (ICT, Nanoteknoloġiji, Materjali Avvanzati, Bijoteknoloġiji, Manifatturar avvanzat u Spazju)

–  L-applikazzjonijiet tal-privattivi u privattivi miksuba fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali differenti

–  Is-sehem ta' kumpaniji parteċipanti li jintroduċu innovazzjonijiet ġodda fil-kumpanija jew fis-suq (li jkopru l-perjodu tal-proġett u tliet snin miżjuda miegħu)

–  L-għadd ta' pubblikazzjonijiet pubbliċi privati konġunti

L-aċċess għal finanzjament ta’ riskju

–  L-investimenti totali mmobilizzati minn investimenti permezz tal-finanzjament tad-dejn u l-Kapital ta' Riskju

–  L-għadd ta' organizzazzjonijiet iffinanzjati u l-ammont ta' fondi privati mmobilizzati

Innovazzjoni fl-SMEs

–  Is-sehem tal-SMEs parteċipanti li jintroduċu innovazzjonijiet ġodda fil-kumpanija jew fis-suq (li jkopru l-perjodu tal-proġett u tliet snin miżjuda miegħu)

–  Tkabbir u ħolqien ta' impjiegi f'SMEs parteċipanti

3.  PARTI III. PRIORITÀ 'SFIDI TAS-SOĊJETÀ'

Indikaturi għall-objettivi speċifiċi:

Għall-Isfidi kollha tas-Soċjetà:

–   Pubblikazzjonijiet f'ġurnali analizzati inter pares ta' impatt qawwi fil-qasam tal-Isfidi differenti tas-Soċjetà.

–   Applikazzjonijiet ta' privattivi u privattivi miksuba fil-qasam ta' Sfidi differenti tas-Soċjetà Sfidi

–   L-għadd ta' prototipi u attivitajiet ta' ttestjar

–  L-għadd ta' pubblikazzjonijiet pubbliċi-privati konġunti

Barra minn dan, għal kull waħda mill-isfidi, għandu jiġi vvalutat il-progress meta mqabbel mal-kontribut għall-objettivi speċifiċi li huma ddettaljati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [Orizzont 2020].

4.  PARTI IV. AZZJONIJIET DIRETTI MHUX NUKLEARI TAĊ-ĊENTRU KONĠUNT TAR-RIĊERKA

Indikaturi għall-objettivi speċifiċi:

–   lL-għadd ta' okkorrenzi ta' impatti speċifiċi tanġibbli fuq politiki Ewropej li jirriżultaw minn appoġġ tekniku u xjentifiku mogħtija miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka

–   L-għadd ta’ pubblikazzjonijiet analizzati bejn il-pari f’ġurnali ta’ impatt għoli

ANNESS III

Monitoraġġ

Il-Kummissjoni se tissorvelja l-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020 u b'mod partikolari dan li ġej:

1.  Il-kontribut għat-twettiq taż-Żona ta'Riċerka Ewropea

2.  It-twessigħ tal-parteċipazzjoni

3.  Il-parteċipazzjoni tal-SMEs

4.  Ix-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi

5.  Ix-xjenza u s-soċjetà

6.  Is-sessi

7.  Il-kooperazzjoni internazzjonali

8.  L-ivilupp sostenibbli u t-tibdil fil-klima, inkluża l-informazzjoni dwar in-nefqa relatata mat-tibdil fil-klima

9.  Il-pont li jgħaqqad l-iskoperta mal-applikazzjoni fis-suq

10.  L-Aġenda Diġitali

11.  Parteċipazzjoni tas-settur privat

12.  Il-finanzjament għal sħubijiet pubbliċi-privati u sħubijiet pubbliċi-pubbliċi

13.  Il-komunikazzjoni u d-disseminazzjoni

14.  Ix-xejriet tal-parteċipazzjoni ta' esperti indipendenti

ANNESS IV

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8a(2)

1.  Informazzjoni dwar proġetti individwali, li jippermettu l-monitoraġġ tul il-ħajja kollha ta' kull proposta, li tkopri b'mod partikolari:

–  il-proposti ppreżentati,

–  ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet għal kull proposta,

–   il-ftehimiet dwar l-għotjiet,

–  il-proġetti lesti.

2.  Informazzjoni dwar l-eżitu ta' kull sejħa u l-implimentazzjoni ta' proġett, li tkopri b'mod partikolari:

–  ir-riżultati ta' kull sejħa,

–  l-eżiti tan-negozjati dwar il-ftehimiet dwar l-għotjiet,

–  l-implimentazzjoni tal-proġett, inklużi d-dejta dwar il-pagament u l-eżitu tal-proġetti.

3.  Informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm, inkluża l-informazzjoni rilevanti fil-livell tal-Programm Qafas, il-programm speċifiku u kull tema u l-JRC, kif ukoll is-sinerġiji ma' programmi oħra rilevanti tal-Unjoni.

4.  Informazzjoni dwar l-eżekuzzjoni tal-baġit tal-Orizzont 2020, inkluża informazzjoni dwar l-impenji u l-pagamenti għall-inizjattivi tal-Artikolu 185 u 187.

ANNESS V

Konfigurazzjonijiet tal-Kumitati għall-Programm

Lista tal-konfigurazzjonijiet(32) tal-Kumitati għall-Programm tal-Orizzont 2020 f'konformità mal-Artikolu 9.1a:

1.  Konfigurazzjoni strateġika: Ħarsa ġenerali strateġika tal-implimentazzjoni tal-programm kollu, il-koerenza bejn il-partijiet differenti tal-programm u kwistjonijiet trasversali li jinkludu "It-tixrid tal-eċċellenza u t-twessigħ tal-parteċipazzjoni", u "Ix-xjenza mas-soċjetà u għas-Soċjetà"

Parti I - Xjenza ta' Eċċellenza:

2.  Il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERC), It-Teknoloġiji Futuri u Emerġenti (FET) u l-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie (MSCA)

3.  L-infrastrutturi tar-riċerka

Parti II - Tmexxija industrijali:

4.  It-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT)

5.  In-nanoteknoloġiji, il-materjali avvanzati, il-bijoteknoloġija, il-manifattura u l-ipproċessar avvanzati

6.  L-ispazju

7.  L-SMEs u l-aċċess għall-iffinanzjar ta’ riskju

Parti III - L-Isfidi tas-Soċjetà:

8.  Is-saħħa, il-bidla demografika u l-benessri

9.  Is-sikurezza tal-ikel, l-agrikoltura u l-foresterija sostenibbli, ir-riċerka dwar il-baħar u dik marittima u dwar l-ilmijiet interni, u l-bijoekonomija

10.  Enerġija sigura, nadifa u effiċjenti

11.  Trasport intelliġenti, ekoloġiku u integrat

12.  Azzjoni klimatika, l-ambjent, l-effiċjenza tar-riżorsi u l-materja prima

13.  L-Ewropa f'dinja li qed tinbidel ‑ Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u riflessivi

14.  Soċjetajiet sikuri - Protezzjoni tal-libertà u s-sigurtà tal-Ewropa u ċ-ċittadini tagħha

(1)Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013.
(2)ĠU C , , p.
(3)ĠU C , , p.
(4)ĠU , , p.
(5)ĠU L 57, 24.2.2007, p. 14.
(6)COM(2010)2020
(7)ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(8)ĠU L 107, 30.4.1996, p. 12.
(9)ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86.
(10)ĠU L 400, 30.12.2006, p. 243.
(11)ĠU L 400, 30.12.2006, p. 272.
(12)ĠU L 400, 30.12.2006, p. 299.
(13)ĠU L 400, 30.12.2006, p. 368.
(14)ĠU L [], [], p. []
(15) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni ta’ proprjetà intelletwali f’attivitajiet għat-trasferiment ta’ għarfien u Kodiċi ta’ Prattika għal universitajiet u organizzazzjonijiet ta’ riċerka pubbliċi oħrajn (C(2008) 1329, ta' 10.4.2008).
(16)Fil-prinċipju mill-inqas 80 %
(17) Il-Faċilità Reġjonali għall-Imsieħba (RPF - Regional Partner Facility) hi infrastruttura tar-riċerka ta' importanza nazzjonali jew reġjonali f'termini ta' gwadann soċjoekonomiku, taħriġ jew l-attirar ta' riċerkaturi u persuni tekniċi, li hija rikonoxxuta bħala sieħba fir-rigward ta' infrastruttura ESFRI pan-Ewropea jew xi infrastruttura tar-riċerka oħra mill-aqwa. Il-kwalità tal-RPF inkluż il-livell tas-servizz xjentifiku, il-ġestjoni u l-politika ta' aċċess tagħha għandha tissodisfa l-istess standards meħtieġa għall-infrastrutturi tar-riċerka pan-Ewropej.
(18)Hekk kif ir-riċerka kollha ssir intensiva mil-lat tal-kompjuters u d-dejta, l-aċċess għall-infrastrutturi elettroniċi avvanzati sar essenzjali għar-riċerkaturi kollha. Pereżempju, GÉANT tikkonnettja 40 miljun utent f’iktar minn 8,000 istituzjoni madwar 40 pajjiż, filwaqt li l-infrastruttura tal-grilja Ewropea hija l-iktar infrastuttura informatika distribwita fid-dinja b’iktar minn 290 sit f’50 pajjiż. Il-progress li ma jieqaf qatt fl-ICT u l-bżonnijiet dejjem akbar tax-xjenza għall-komputazzjoni u pproċessar ta' ammonti massivi ta’ dejta jippreżentaw sfidi kbar ta’ finanzjament u ta’ organizzazzjoni għall-iżgurar ta’ servizzi mingħajr xkiel għar-riċerkaturi.
(19)L-Internet tal-oġġetti se jkun ikkoordinat bħala kwistjoni trasversali.
(20)Inklużi netwerks ibbażati fl-ispazju.
(21)ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(22) Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SEC(2009) 1295 li jakkompanja l-Komunikazzjoni dwar "L-Investiment fl-Iżvilupp ta' Teknoloġiji b'livell baxx ta' Karbonju (SET-Plan)" COM(2009) 519 finali
(23)COM(2007) 723
(24) White Paper tal-Kummissjoni dwar "Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport — Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti" COM(2011) 144 final.
(25)L-istimi żviluppati minn PricewaterhouseCoopers għall-“opportunitajiet kummċerjali globali relatati mas-sostenibbiltà tar-riżorsi naturali (inkluż l-enerġija, foresterija, ikel u agrikoltura, ilma u metalli)” u WBCSD (2010) Viżjoni 2050: L-Aġenda Ġdida għall-Kummerc, Kunsill Kummerċjali Dinji għall-Iżvilupp Sostenibbli: Ġinevra, URL: http://www.wbcsd.org/web/projects/BZrole/Vision2050-FullReport_Final.pdf
(26) COM(2008)0699
(27)Dipartiment tal-Politika Ekonomika u Xjentifika tal-Parlament Ewropew: “L-Ekoinnovazzjoni – Inpoġġu l-UE fit-triq lejn ekonomija li tuża r-riżorsi u l-enerġija b’effiċjenza, Studju u noti ta’ informazzzjoni”, Marzu 2009.
(28)Ossservatorju tal-Ekoinnovazzjoni "The Eco-Innovation Challenge - Pathways to a resource-effiċient Europe - Annual Report 2010", Mejju 2011.
(29) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006,
(30) Mingħajr preġudizzju għall-baġit allokat għal din l-Isfida Soċjetali.
(31) COM(2008)1329 finali, 10.4.2008
(32) Bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-programm, għal kull laqgħa tal-kumitat tal-programm kif definit fl-aġenda, il-Kummissjoni se tirrimborża, skond il-linji gwida stabbiliti tagħha, l-infiq ta' rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru, kif ukoll għal espert/konsulent wieħed għal kull Stat Membru għal dawk il-punti tal-aġenda fejn Stat Membru jeħtieġ kompetenza speċifika.


L-Istatistika Ewropea ***I
PDF 496kWORD 123k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 dwar l-Istatistika Ewropea (COM(2012)0167 – C7-0101/2012 – 2012/0084(COD))
P7_TA(2013)0505A7-0436/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0167),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0101/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Kungress tad-Deputati ta' Spanja u s-Senat Spanjol u l-Kunsill Federali Awstrijak, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew għas-6 ta' Novembru 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0436/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regoalment (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 dwar l-Istatistika Ewropea

P7_TC1-COD(2012)0084


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE u għall-Isvizzera)

[Emenda 43]

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Is-Sistema Statistika Ewropea (is-SSE), bħala partenarjat, irnexxielha ġeneralment tikkonsolida b'suċċess l-attivitajiet tagħha biex tiżgura l-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea ta' kwalità għolja, regolata u affidabbli, inkluż bit-titjib tal-governanza tas-sistema.

(2)  Madankollu, ġew identifikati dgħufijiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-qafas tal-immaniġġar tal-kwalità statistika. Dawn id-dgħufijiet servew biex enfasizzaw il-ħtieġa li tiġi żgurata indipendenza tal-awtoritajiet tal-istatistika minn pressjoni politika possibbli fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni.

(3)  Il-Kummissjoni ssuġġeriet li tittieħed azzjoni biex jiġu indirizzati dawn id-dgħufijiet u biex tissaħħaħ il-governanza tas-SSE fil-Komunikazzjoni tagħha tal-15 ta' April 2011 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill "Lejn immaniġġjar sod tal-kwalità għall-Istatistika Ewropea" . B'mod partikolari, din issuġġeriet emenda mmirata tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4).

(4)  Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-20 ta' Ġunju 2011, il-Kunsill ECOFIN laqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni u saħaq fuq l-importanza li jitjiebu kontinwament il-governanza u l-effiċjenza tas-SSE.

(5)  Barra minn hekk, għandu jitqies l-impatt fuq id-dominju tal-istatistika tal-iżviluppi riċenti fil-kuntest tal-qafas tal-governanza ekonomika tal-Unjoni, b'mod partikolari, l-aspetti marbuta mal-indipendenza statistika bħall-proċeduri trasparenti tar-reklutaġġ u tas-sensja, l-allokazzjonijiet baġitarji u t-tħabbir minn qabel tad-dati tar-rilaxx tal-istatistika, kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), kif ukoll dawk marbuta mar-rekwiżit għall-korpi responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-regoli fiskali nazzjonali li jgawdu minn awtonomija funzjonali kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6).

(6)  Dawk l-aspetti li jirrelataw mal-indipendenza professjonali, bħar-reklutaġġ trasparenti u l-proċessi ta' ssensjar, l-allokazzjonijiet tal-baġit u l-kalendarji tar-rilaxx tal-istatistika ma għandhomx jibqgħu limitati għall-istatistika prodotta għall-finijiet tas-sistema tas-sorveljanza fiskali u l-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv iżda għandhom japplikaw għall-istatistika Ewropea kollha żviluppata, prodotta u mxerrda mis-SSE.

(6a)  Il-kwalità tal-istatistika Ewropea u r-rilevanza tagħha għal-teħid ta' deċiżjonijiet abbażi ta' evidenza għandha tiġi rieżaminata fuq bażi kontinwa, inter alia billi jiġi analizzat il-valur miżjud tagħha għall-kisba tal-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020 kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 intitolata ‘Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv', inkluż dik relatata mat-tkabbir, l-impjiegi u l-ekonomija soċjali. Meta tkun rilevanti, il-kopertura tal-istatistika Ewropea għandha tiġi adattata.

(7)  Barra minn hekk, l-adegwatezza tar-riżorsi attribwiti fuq bażi annwali jew multiannwali u maħsuba biex jissodisfaw il-ħtiġijiet statistiċi, hija kundizzjoni meħtieġa għall-iżgurar tal-indipendenza professjonali tal-awtoritajiet tal-istatistika u tal-kwalità għolja tad-dejta tal-istatistika.

(8)  Għal dan il-għan, l-indipendenza professjonali tal-awtoritajiet tal-istatistika għandha tissaħħaħ u għandhom jiġu żgurati standards minimi, applikabbli mal-Unjoni kollha, u għandhom jiġu pprovduti garanziji speċifiċi lill-kapijiet tal-istituti nazzjonali tal-istatistika (NSIs), ▌f'termini tal-prestazzjoni tal-kompiti statistiċi, l-immaniġġar organizzazzjonali u l-allokazzjoni tar-riżorsi. Il-proċeduri għar-reklutaġġ ta' kapijiet tal-NSIs għandhom ikunu trasparenti u bbażati biss fuq kriterji professjonali, b'attenzjoni dovuta għall-opportunitajiet ugwali u, b'mod partikolari, il-bilanċ tal-ġeneru. Għal dan il-għan, il-parlamenti nazzjonali għandu jkollhom ukoll rwol sħiħ u għandhom, fejn xieraq u f'konformità mal-liġi nazzjonali, isaħħu l-indipendenza tal-proċeduri tal-istatistika u jżidu r-responsabilità demokratika tal-politika tal-istatistika.

(8a)  Filwaqt li statistika Ewropea kredibbli teħtieġ indipendenza professjonali qawwija min-naħa ta' dawk li jipproduċu l-istatistika, l-istatistika Ewropea għandha tirrispondi għall-ħtiġijiet tal-politika u għandha tipprovdi appoġġ statistiku għal inizjattivi ġodda tal-politika fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni.

(8b)  Huwa neċessarju li l-indipendenza tal-Eurostat tiġi kkonsolidata u ggarantita permezz ta' skrutinju u kontroll parlamentari effettiv.

(9)  Barra minn hekk, ir-rwol ta' koordinazzjoni li diġà ġie attribwit lill-NSIs għall-istatistika Ewropea prodotta permezz tas-SSE għandu jiġi ċċarat fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni, sabiex tinkiseb, fil-livell nazzjonali, koordinazzjoni aktar effiċjenti tal-attivitajiet statistiċi fi ħdan is-SSE, inkluż l-immaniġġar tal-kwalità, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kompiti statistiċi mwettqa mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ). Il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni kontinwi bejn l-NSIs u l-Eurostat hija wkoll parti importanti tal-koordinazzjoni effiċjenti tal-attivitajiet statistiċi fi ħdan is-SSE. Is-separazzjoni istituzzjonali tas-SEBĊ u l-indipendenza tal-banek ċentrali għandha tiġi rispettata fil-qafas tal-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta' statistika Ewropea taħt l-istruttura ta' governanza rispettiva u l-programmi ta' ħidma tal-istatitika tas-SSE u s-SEBĊ.

(10)  Sabiex jitnaqqas il-piż fuq l-awtoritajiet tal-istatistika u dawk li jwieġbu, l-NSIs u awtoritajiet nazzjonali oħra għandhom ikollhom aċċess immedjat u bla ħlas għar-rekords amminsitrattivi, inklużi dawk mimlija b'mod elettroniku, u jkunu jistgħu jużaw u jintegraw dawn ir-rekords mal-istatistika.

(10a)  L-istatistika Ewropea għandha tkun faċli biex titqabbel u biex isir aċċess għaliha u għandha tiġi aġġornata fil-pront u regolarment sabiex jiġi żgurat li l-politiki u l-inizjattivi ta' finanzjament tal-Unjoni jikkunsidraw bis-sħiħ l-iżviluppi fl-Unjoni, b'mod partikolari l-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika.

(11)  L-NSIs għandhom ukoll jiġu kkonsultati fi stadju bikri dwar it-tfassil tar-rekords amministrattivi ġodda li jistgħu jipprovdu d-dejta għal finijiet statistiċi u dwar it-tibdil ippjanat jew it-twaqqif tas-sorsi amministrattivi eżistenti. Dawn għandhom ukoll jirċievu metadejta rilevanti mingħand is-sidien tad-dejta amministrattiva u jikkoordinaw l-attivtajiet ta' standardizzazzjoni dwar ir-rekords amministrattivi li jkunu rilevanti għall-produzzjoni tad-dejta statistika.

(12)  Il-kunfidenzjalità tad-dejta miksuba mir-rekords amministrattivi għandha titħares skont il-linji gwida u l-prinċipji komuni applikabbli għad-dejta kunfidenzjali kollha użata għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea. Għandhom jiġu stabbiliti u ppubblikati wkoll oqfsa għall-valutazzjoni tal-kwalità u t-trasparenza applikabbli għal din id-dejta.

(12a)  L-utenti kollha għandu jkollhom aċċess għall-istess dejta fl-istess ħin u l-embargi għandhom ikunu strettament rispettati. L-NSIs għandhom jistabbilixxu kalendarji tar-rilaxx ta' statistika għall-pubblikazzjoni ta' dejta perjodika.

(13)  Il-kwalità tal-istatistika Ewropea tista' tissaħħaħ u l-fiduċja tal-utenti tista' tiġi infurzata billi jiġu involuti l-gvernijiet nazzjonali fir-responsabbiltà tal-applikazzjoni rigoruża tal-Kodiċi tal-Prattika tal-Istatistika Ewropea (il-Kodiċi tl-Prattika). Għal dan il-għan, Impenn dwar il-Fiduċja fl-Istatistika ('Impenn'), stabbilit f'kull Stat Membru u li jikkunsidra speċifiċitajiet nazzjonali, għandu jinkludi impenji speċifiċi minn kull gvern biex jimplimenta l-prinċipji statistiċi li jinsabu fil-kodiċi ta' Prattika. Dan l-Impenn jista' jinkludi oqfsa nazzjonali għall-assigurazzjoni tal-kwalità, inklużi awtovalutazzjonijiet, azzjonijiet ta' titjib u mekkaniżmi ta' monitoraġġ.

(13a)  Il-websajt tal-Kummissjoni (Eurostat) għandha tippermetti aċċess faċli għal serje ta' dejta li tkun kompluta u faċli għall-utent. Fejn possibbli, aġġornamenti perjodiċi għandhom jipprovdu informazzjoni minn sena għal sena u minn xahar għal xahar dwar kull Stat Membru.

(14)  Billi l-produzzjoni tal-istatistika Ewropea trid tkun imsejsa fuq ippjanar operattiv u finanzjarju fuq medda twila ta' żmien sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' indipendenza, il-programm statistiku Ewropew għandu jkopri l-istess perjodu bħall-qafas finanzjarju multiannwali.

(15)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 jagħti setgħat lill-Kummissjoni biex timplimenta wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE(7). B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8), li jħassar id-Deċiżjoni 1999/468/KE, is-setgħat ikkonferiti lill-Kummissjoni ▌jridu jiġu allinjati ma' dak il-qafas legali l-ġdid u dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn l-atti ta' implimentazzjoni ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti la fuq l-Istati Membri u lanqas fuq l-unitajiet li jwieġbu.

(19)  Billi l-mira ta’ dan ir-Regolament ma tistax tintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda tkun tista', minħabba l-iskala u l-effetti tagħha tintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex tintlaħaq din il-mira.

(20)  Il-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea ġie kkonsultat.

(20a)  Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 għandu jiġi emendat,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 223/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)  Fl-Artikolu 2(1), il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:"

‘(a) "indipendenza professjonali" tfisser li l-istatistika għandha tkun żviluppata, prodotta u mxerrda b'mod indipendenti, partikolarment fir-rigward tal-għażla ta' tekniki, definizzjonijiet, metodoloġiji u sorsi li jridu jintużaw, kif ukoll l-għażla taż-żmien u l-kontenut tal-forom kollha ta' tixrid, ħielsa minn kull pressjoni politika jew minn gruppi ta' interess jew minn awtoritajiet nazzjonali jew tal-Unjoni;"

"

(2)  Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:"

‘1. L-awtorità nazzjonali tal-istatistika maħtura minn kull Stat Membru bħala l-korp responsabbli għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet kollha ▌għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea fil-livell nazzjonali skont dan ir-Regolament (NSI) għandha taġixxi bħala l-uniku punt ta' kuntatt għall-Kummissjoni (Eurostat) f'materji ta' statistika f'dan ir-rigward.

Ir-responsabbiltà ta' koordinazzjoni tal-NSI għandha tkopri l-awtoritajiet nazzjonali l-oħra kollha responsabbli għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea prodotta skont dan ir-Regolament mill-awtoritajiet l-oħra kollha li jipparteċipaw fis-SSE. B'mod partikolari, l-NSI għandu jkun responsabbli li jikkoordina, fil-livell nazzjonali, l-ipprogrammar u r-rappurtar tal-istatisika, il-monitoraġġ tal-kwalità, il-metodoloġija ċara, it-trażmissjoni tad-dejta u l-komunikazzjoni dwar l-azzjonijiet statistiċi tas-SSE." L-NSI u l-bank ċentrali nazzjonali rilevanti (BĊN), fil-kapaċità tiegħu bħala membru tas-SEBĊ li jimplimenta l-programmi ta' ħidma tal-istatistika tas-SEBĊ, għandhom jikkooperaw dwar kwistjonijiet relatati mal-istatistika Ewropea li huma komuni għas-SSE u s-SEBĊ, bil-ħsieb li tiġi żgurata produzzjoni ta' statistika Ewropea kompluta u koerenti permezz tas-SSE u s-SEBĊ fl-oqsma ta' kompetenza rispettivi tagħhom.’;

"

(3)  Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

'Artikolu 5a

Kapijiet tal-NSIs u kapijiet tal-istatistika ta' awtoritajiet nazzjonali oħra

1.  Fis-sistema nazzjonali tal-istatistika tagħhom, l-Istati Membri għandom jiżguraw l-indipendenza professjonali ta' uffiċjali responsabbli għall-kompiti stipulati f'dan ir-Regolament.

2.  Għal dan il-għan, il-kapijiet tal-NSIs:

   (a) għandu jkollhom ir-responsabilità unika li jiddeċiedu dwar proċessi, metodi statistiċi, standards u proċeduri, u dwar il-kontenut u l-kalendarju tar-rilaxxi tal-istatistika u l-pubblikazzjonijiet għall-istatistika Ewropea żviluppata, prodotta u mxerrda mill-NSI;
   (b) għandhom jingħataw is-setgħa li jiddeċiedu dwar il-kwistjonijiet kollha li jirrigwardaw l-immaniġġjar intern tal-NSI;
   (c) għandhom jaġixxu b'manjiera indipendenti fit-twettiq tal-kompitu statistiku tagħhom, mingħajr ma jfittxu u lanqas jieħdu istruzzjonijiet minn ebda gvern jew istituzzjoni oħra, korp, uffiċċju jew entità;
   (d) għandhom ikunu responsabbli għall-attivitajiet tal-istatistika u l-eżekuzzjoni tal-baġit tal-NSI;
   (e) għandhom jippubblikaw rapport annwali u fejn xieraq jagħtu kummenti dwar kwistjonijiet ta' allokazzjoni tal-baġit relatati mal-attivitajiet tal-istatistika tal-NSI;
   (f) għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet tal-istatistika tal-awtoritajiet nazzjonali kollha li jikkontribwixxu għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea, kif imsemmija fl-Artikolu 5;
   (g) għandhom jipproduċu linji gwida nazzjonali, fejn meħtieġ, biex jiżguraw kwalità fl-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika kollha Ewropea fi ħdan is-sistema statistika nazzjonali, u għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw konformità ma' dawn il-linji gwida fi ħdan l-NSI; u
   (h) għandhom jirrappreżentaw is-sistema statistika nazzjonali fi ħdan is-SSE.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet nazzjonali oħra responsabbli għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta' statistika Ewropea jwettqu tali kompiti f'konformità mal-linji gwida nazzjonali prodotti mill-kap tal-NSI.

4.  Il-proċeduri għar-reklutaġġ, it-trasferiment u t-tneħħija ta' kapijiet tal-NSIs u, fejn xieraq, kapijiet tal-istatistika ta' awtoritajiet nazzjonali oħra li jipproduċu statistika Ewropea għandhom ikunu trasparenti u bbażati fuq kriterji professjonali biss, u mhux fuq raġunijiet politiċi. Huma għandhom jiżguraw li l-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali jiġi rispettat, b'mod partikolari fir-rigward tal-ġeneru. Għandhom jingħataw raġunijiet dettaljati għat-tneħħija ta' kap ta' NSI. Dawn il-proċeduri għandhom isiru pubbliċi.

4a.  L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu entità nazzjonali biex jassiguraw l-indipendenza professjonali tal-produtturi tal-istatistika Ewropea fl-Istat Membru. Il-kapijiet tal-NSIs u, fejn xieraq, il-kapijiet tal-istatistika ta' awtoritajiet nazzjonali li jipproduċu statistika Ewropea jistgħu jieħdu parir minn tali entitajiet. Il-proċeduri għar-reklutaġġ, it-trasferiment u t-tneħħija tal-membri ta' tali entitajiet għandhom ikunu trasparenti u bbażati biss fuq kriterji professjonali, u mhux fuq raġunijiet politiċi.’;

"

(4)  Fl-Artikolu 6, il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej:"

‘2. Fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha taġixxi b'mod indipendenti biex tiżgura l-produzzjoni tal-istatistika Ewropea skont ir-regoli stabbiliti u l-prinċipji tal-istatistika permezz ta' kooperazzjoni u koordinazzjoni mal-NSIs. ▌

3.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5 tal-Protokol dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u l-Bank Ċentrali Ewropew ('l-istatut SEBĊ'), il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkoordina l-attivitajiet tal-istatistika tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, b'mod partikolari bil-għan li tiġi żgurata il-konsistenza u il-kwalità tad-dejta u l-imminimizzar tal-piż tar-rappurtar. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni (Eurostat) tista' tistieden kull istituzzjoni jew korp tal-Unjoni biex jikkonsultaha jew biex jikkoopera magħha għall-iskop tal-iżvilupp ta' metodi u sistemi għal skopijiet ta' statistika fil-qasam rispettiv tal-kompetenza tagħhom. Tali istituzzjoni jew korp li tipproponi li tipproduċi statistika għandha tikkonsulta mal-Kummissjoni (Eurostat) u għandha tikkunsidra kwalunkwe rakkomandazzjoni li tista' tagħmel f'dak il-kuntest’;

"

(4a)  Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

'Artikolu 6a

Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni (Eurostat)

1.  L-uffiċċju tal-istatistika tal-Kummissjoni (Eurostat) għandu jkun immexxi minn Direttur Ġenerali. Id-Direttur Ġenerali għandu jinħatar mill-Kummissjoni, għal mandat ta' seba' snin li ma jiġġeddidx, skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 2.

2.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika sejħa għall-applikazzjonijiet f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-mandat tad-Direttur Ġenerali fil-kariga. Il-proċedura għar-reklutaġġ, it-trasferiment u t-tneħħija tad-Direttur Ġenerali għandha tiżgura li l-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali jiġi rispettat, b'mod partikolari fir-rigward tal-ġeneru, għandha tkun trasparenti u għandha tkun ibbażata fuq kriterji professjonali biss, u mhux fuq raġunijiet politiċi. Il-Kummissjoni għandha taħtar lid-Direttur Ġenerali wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill.

3.  Id-Direttur Ġenerali għandu jkollu r-responsabbiltà esklużiva li jiddeċiedi dwar il-proċessi, il-metodi tal-istatistika, l-istandards u l-proċeduri, u dwar il-kontenut u l-kalendarju tar-rilaxxi u tal-pubblikazzjonijiet tal-istatistika kollha prodotta mill-Kummissjoni (Eurostat). Id-Direttur Ġenerali għandu jkollu s-setgħa li jiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet kollha li jirrigwardaw il-ġestjoni interna tal-Kummissjoni (Eurostat). Meta jwettaq dawn il-kompiti, id-Direttur Ġenerali għandu jaġixxi b'mod indipendenti u m'għandu la jitlob u lanqas jieħu istruzzjonijiet minn ebda gvern jew istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija. Jekk id-Direttur Ġenerali jqis li miżura meħuda mill-Kummissjoni tpoġġi l-indipendenza tiegħu f'dubju, hu għandu jinforma minnufih lill-Parlament Ewropew.

4.  Id-Direttur Ġenerali għandu jkun responsabbli għall-attivitajiet statistiċi u għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kummissjoni (Eurostat). Hu għandu jidher kull sena fil-qafas ta' Djalogu tal-Istatistika quddiem il-kumitat rilevanti tal-Parlament Ewropew biex jiddiskuti kwistjonijiet relatati mal-governanza tal-istatistika, il-metodoloġija, l-innovazzjoni statistika, u jesprimi kummenti dwar kwistjonijiet tal-allokazzjoni tal-baġit relatati mal-attivitajiet tal-istatistika tal-Kummissjoni (Eurostat).

5.  Qabel ma timponi kwalunkwe miżura dixxiplinari fuq id-Direttur Ġenerali, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Parlament Ewropew. L-impożizzjoni ta' kwalunkwe miżura dixxiplinari fuq id-Direttur Ġenerali għandha tkun soġġetta għal deċiżjoni motivata, li għandha tintbagħat għal skopijiet ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika.';

"

(5)  fl-Artikolu 11, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

‘3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jimplimentaw il-prinċipji tal-istatistika kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)sabiex tinżamm il-fiduċja fl-istatistika Ewropea. Id-dettalji ta' dawn il-prinċipji għandhom jiġu stabbiliti fil-Kodiċi ta' Prattika.

3a.  'L-Impenn għall-Fiduċja fl-Istatistika' ('Impenn') għandu jkollu l-għan li jiżgura l-fiduċja tal-pubbliku fl-Istatistika Ewropea u l-progress lejn l-implimentazzjoni tal-priċipji tal-istatistika li jinsabu fil-Kodiċi ta' Prattika bl-involviment tal-Istati Membri u bl-involviment tal-Kummissjoni biex jiġu stabbiliti l-mezzi xierqa, billi jiġu ppubblikati fuq il-websajt tagħhom, l-impenji speċifiċi tal-politika, li jimxu lejn fiduċja ġenerali fl-istatistika, inkluż sommarju għaċ-ċittadini.

3b.  L-impenji għandhom jiġu monitorjati regolarment mill-Kummissjoni abbażi tar-rapporti annwali mibgħuta mill-Istati Membri.

Fl-assenza ta' pubblikazzjoni ta' Impenn sa ...(9), Stat Membru rilevanti għandu jissottometti lill-Kummissjoni rapport ta' progress, filwaqt li jippubblikah, dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta' Prattika, u, fejn applikabbli, l-isforzi li jkunu saru biex jiġi stabbilit tali Impenn.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-Impenji pubblikati u, fejn xieraq, dwar ir-rapporti ta' progress, sa ...(10)*.

3c.  L-Impenji minn naħa tal-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jiġu monitorjati regolarment mill-Bord Konsultattiv ta' Governanza tal-Istatistika Ewropea (ESGAB) fuq il-bażi ta' rapport annwali preżentati lill-Kummissjoni. L-ESGAB għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dawn l-impenji sa … (11).’;

"

(6)  L-Artikolu 12 huwa b'dan emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafi 2 u 3 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:"

2. Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-kwalità, bħall-valuri fil-mira u l-istandards minimi għall-produzzjoni tal-istatistika, jistgħu wkoll jiġu stabbiliti fil-leġiżlazzjoni settorjali.

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tal-kriterji ta' kwalità stipulati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għad-dejta koperta minn leġiżlazzjoni settorjali f'oqsma speċifiċi tal-istatistika, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddefinixxu l-modalitajiet, l-istruttura u l-perjodiċità tar-rapporti ta' kwalità li tjippevedi għalihom il-leġiżlazzjoni settorjali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).

3.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) b'rapporti dwar il-kwalità tad-dejta trażmessa, inkluż kwanunkwe tħassib li jkollhom fir-rigward tal-preċiżjoni tad-dejta. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-kwalità tad-dejta trażmessa fuq il-bażi ta' analiżi xierqa, u għandha tħejji u tippubblika rapporti u komunikazzjonijiet dwar il-kwalità tal-istatistika Ewropea.’;

"

(b)  Il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu:"

3a. Fl-interess tat-trasparenza, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, fejn xieraq, tiżvela pubblikament il-valutazzjoni tagħha tal-kwalità tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali għall-istatistika Ewropea.

3b.  Fejn il-leġiżlazzjoni settorjali tipprevedi multi għal każijiet fejn l-Istati Membri jippreżentaw statistika difettuża, il-Kummissjoni tista', f'konformità mat-Trattati u tali leġiżlazzjoni settorjali, tagħti bidu għal investigazzjonijiet u tmexxihom skont kif meħtieġ, inkluż, fejn xieraq, ispezzjonijiet fuq il-post sabiex tistabbilixxi jekk tali difetti kinux serji jew intenzjonati jew minħabba negliġenza grassa. Il-Kummissjoni tista' titlob li informazzjoni relevanti tiġi pprovduta mill-Istat Membru taħt investigazzjoni.

3c.  Fejn il-Kummissjoni tqis li Stat Membru naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt dan ir-Regolament jew taħt il-leġiżlazzjoni settorjali applikabbli fir-rigward tar-rappreżentazzjoni ta' dejta statistika, hija għandha taġixxi f'konformità mal-Artikolu 258 tat-Trattat.’;

"

(7)  Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:"

‘1. Il-programm statistiku Ewropew għandu jipprovdi il-qafas għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea, filwaqt li jiddefinixxi l-oqsma ewlenin u l-miri tal-azzjonijiet previsti għal perjodu li jikkorrispondi għal dak tal-qafas finanzjarju multiannwali. Huwa għandu adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. L-impatt u l-effettività tiegħu fil-konfront tal-ispejjeż għandhom jiġu vvalutati bl-involviment ta' esperti indipendenti.";

"

(7a)  Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:"

‘2. Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tiddeċiedi dwar azzjoni statistika diretta temporanja sakemm:

   (a) l-azzjoni ma tipprevedix il-ġbir ta' dejta li jkopri iktar minn tliet snin ta' referenza;
   (b) id-dejta tkun diġà disponibbli jew aċċessibbli fi ħdan l-NSIs jew awtoritajiet nazzjonali oħra responsabbli, jew tista' tinkiseb direttament, permezz tal-użu tal-kampjuni adatti għall-osservazzjoni tal-popolazzjoni statistika fil-livell tal-Unjoni b'koordinament xieraq mal-NSIs u ma' awtoritajiet nazzjonali oħra; u
   (c) l-Unjoni għandha tagħmel kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-NSIs u lil awtoritajiet nazzjonali oħra biex tkopri l-ispejjeż żejda li jkunu ġarrbu, f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).’;

"

(7b)  L-Artikolu 17 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

'Artikolu 17

Programm annwali ta' ħidma

Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kumitat SSE il-programm ta' ħidma annwali tagħha sat-30 ta' April għas-sena ta' wara.

Fit-tħejjija tal-programm ta' ħidma, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jingħataw prijoritajiet effettivi inkluż ir-rieżami, ir-rappurtar dwar il-prijoritajiet statistiċi u l-allokazzjoni ta' riżorsi finanzjarji. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kemm tista' l-kummenti tal-Kumitat SSE. Il-programmi ta' ħidma tagħha għandhom ikunu bbażati fuq il-Programm Ewropew tal-Istatistika u għandhom jindikaw, b'mod partikulari:

   (a) l-azzjonijiet li l-Kummissjoni tqis li għandhom prijorità, filwaqt li tikkunsidra l-ħtiġijiet tal-politika tal-Unjoni u r-restrizzjonijiet finanzjarji kemm nazzjonali u tal-Unjoni u kif ukoll il-piż tar-rispons;
   (b) l-inizjattivi li jirrigwardaw ir-rieżami tal-prijoritajiet, inklużi l-prijoritajiet negattivi, u t-tnaqqis tal-piż kemm fuq il-fornituri tad-dejta u l-produtturi tal-istatistika; u
   (c) il-proċeduri u kull strument legali previst mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma.';

"

(8)  Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

'Artikolu 17a

L-aċċess, l-użu u l-integrazzjoni tar-rekords amministrattivi

1.  Sabiex jitnaqqas il-piż fuq dawk li jwieġbu, l-NSIs, awtoritajiet nazzjonali oħra kif imsemmija fl-Artikolu 4 u l-Kummissjoni (Eurostat) għandu jkollhom id-dritt ta' aċċess immedjat u mingħajr ħlas għar-rekords amministrattivi kollha, kif ukoll id-dritt li jużaw dawn ir-rekords amministrattivi u jintegrawhom mal-istatistika, iżda biss safejn hu meħtieġ għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea prodotta skont dan ir-Regolament.

2.  L-NSIs u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jiġu kkonsultati u għandhom jipparteċipaw fit-tfassil inizjali, fl-iżvilupp sussegwenti u fil-waqfien tar-rekords amministrattivi li nħolqu u nżammu minn korpi oħra, u b'hekk jiġi ffaċilitat l-użu ulterjuri ta' dawn ir-rekords għall-iskop tal-produzzjoni tal-istatistika. Dawn għandu jiġu mistiedna jipparteċipaw fl-attivitajiet ta' standardizzazzjoni dwar ir-rekords amministrattivi li huma rilevanti għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea.

3.  Mingħajr preġudizju għall-Istatut tas-SEBĊ u l-indipendenza tal-banek ċentrali, l-aċċess u l-involviment tal-NSIs, ta' awtoritajiet nazzjonali oħra u tal-Kummissjoni (Eurostat) skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu limitati għar-rekords amministrattivi fis-sistema amministrattiva pubblika rispettiva tagħhom stess.

4.  Rekords amministrattivi magħmula disponibbli mid-detenturi tagħhom lill-NSIs, awtoritajiet nazzjonali oħra u l-Kummissjoni (Eurostat) sabiex jintużaw għall-produzzjoni ta' statistika Ewropea għandhom ikunu akkumpanjati b'metadejta relevanti.

5.  L-NSIs u d-detenturi ta' rekords amministrattivi għandhom jistabbilixxu l-mekkaniżmi neċessarji ta' kooperazzjoni.';

"

(8a)  Fl-Artikolu 20(4), it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:"

'L-NSIs, awtoritajiet nazzjonali oħra u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw armonizzazzjoni tal-prinċipji u l-linji gwida fir-rigward tal-ħarsien fiżiku u loġiku tad-dejta kunfidenzjali. Il-Kummissjoni għandha tiżgura tali armonizzazzjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).’;

"

(9)  Fl-Artikolu 23, it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:"

'L-arranġamenti, ir-regoli u l-kundizzjonijiet għall-aċċess fil-livell tal-Unjoni għandhom jiġu stabbiliti skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).";

"

(10)  L-Artikolu 24 qed jitħassar.

(10a)  L-Artikolu 26 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

‘Artikolu 26

Ksur tal-kunfidentjalità tal-istatistika

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jipprevjenu u jippenalizzaw ksur tal-kunfidenzjalità tal-istatistika. Il-pieni stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.';

"

(12)  L-Artikolu 27 jinbidel b'dan li ġej:"

Artikolu 27

Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

____________________

* Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni.’.

"

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 374, 4.12.2012, p. 2.
(2) ĠU C 374, 4.12.2012, p. 2.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013.
(4)Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ dejta suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
(5)Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet tal-baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12).
(6) Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta' Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11).
(7) Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).
(8) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(9) ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (2012/0084(COD)).
(10)* ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (2012/0084(COD)).
(11) Tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (COD 2012/0084).
(12) Ir-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


Programm tal-UE għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni ***I
PDF 295kWORD 72k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni (COM(2011)0609 – C7-0318/2011 – 2011/0270(COD))
P7_TA(2013)0506A7-0241/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0609),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 46(d), l-Artikolu 149, l-Artikolu 153(2)(a) u t-l-Artikolu 175(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0318/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata mressqa, fi ħdan il-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Parlament Svediż, li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Frar 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-3 ta' Mejju 2012(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra tal-10 ta' Lulju 2013 sabiex tiġi approvata l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0241/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali ("EaSI") u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali

P7_TC1-COD(2011)0270


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1296/2013.)

(1) ĠU C 143, 22.5.2012, p. 88.
(2) ĠU C 225, 27.7.2012, p. 167.


Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE)***I
PDF 95kWORD 59k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) (COM(2011)0874 – C7-0498/2011 – 2011/0428(COD))
P7_TA(2013)0507A7-0294/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0874),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0498/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' April 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-19 ta' Lulju 2012(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill,, permezz tal-ittra tas-17 ta' Lulju 2013 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0294/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007

P7_TC1-COD(2011)0428


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1293/2013.)

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

STQARRIJIET TAL-KUMMISSJONI

Ammont massimu li jista' jirċevi Proġett Integrat wieħed

Il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lill-fatt li tiżgura distribuzzjoni proporzjonata tal-fondi fost il-proġetti integrati sabiex jiġu ffinanzjati kemm jista' jkun proġetti integrati u tiġi garantita distribuzzjoni bilanċjata ta’ proġetti integrati fost l-Istati Membri kollha. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni se tipproponi, meta jiġi diskuss l-abbozz tal-programm ta’ ħidma mal-membri tal-Kumitat LIFE, l-ammont massimu li proġett integrat wieħed ikun jista' jirċievi. Din il-proposta se tkun ippreżentata bħala parti mill-metodoloġija għall-għażla tal-proġetti li għandha tiġi adottata bħala parti mill-programm ta’ ħidma multiannwali.

L-istatus tal-finanzjament tal-Bijodiversità fil-pajjiżi u territorji extra-Ewropej

Il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lill-protezzjoni tal-ambjent u l-bijodiversità f’pajjiżi u territorji extra-Ewropej , kif jidher mill-proposta għal Deċiżjoni tal-Assoċjazzjoni tal-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li tinkludi dawn is-setturi fl-oqsma tal-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi u territorji extra-Ewropej u tispjega l-azzjonijiet differenti li jistgħu jkunu eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni Ewropea f’dan ir-rigward.

L-azzjoni ta’ tħejjija BEST kienet inizjattiva ta’ suċċess li tħaddnet mill-pajjiżi u t-territorji ultraperiferiċi u tat riżultati tanġibbli għall-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistema. Billi l-BEST qed tasal fi tmiemha, il-Kummissjoni qed tikkunsidra b’mod favorevoli li tagħtiha segwitu skont wieħed mill-istrumenti l-ġodda, jiġifieri programm dwar il-Beni u l-Isfidi Pubbliċi Globali taħt l-Istrument ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp.

Din il-possibbiltà speċifika għall-finanzjament tal-bijodiversità fil-pajjiżi u territorji extra-Ewropej se tkun ikkomplementata mill-opportunitajiet offruti taħt l-Artikolu 6 tal-Programm LIFE għall-perjodu 2014-2020.

(1) ĠU C 191, 29.6.2012, p. 111.
(2) ĠU C 277, 13.9.2012, p. 61.


Programm ta' azzjoni għat-tassazzjoni ***I
PDF 291kWORD 62k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' azzjoni għat-tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (Fiscalis 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1482/2007/KE (COM(2012)0465 – C7-0242/2012 – 2011/0341B(COD))
P7_TA(2013)0508A7-0399/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0465),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 114, 197 u 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0242/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill fl-ittra tat-28 ta' Mejju 2013 biex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Frar 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0399/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta’ azzjoni biex jittejjeb it-tħaddim tas-sistemi ta' tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea għall-perijodu 2014-2020 (Fiscalis 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1482/2007/KE

P7_TC1-COD(2011)0341B


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1286/2013.)

(1) ĠU C 143, 22.5.2012, p. 48.


Programm ta' azzjoni għad-dwana ***I
PDF 298kWORD 50k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' azzjoni għad-dwana fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (Dwana 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE (COM(2012)0464 – C7-0241/2012 – 2011/0341A(COD))
P7_TA(2013)0509A7-0026/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0706) u l-proposta emendata (COM(2012)0464),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 33 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0241/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill fl-ittra tas-17 ta' Lulju 2013 biex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regola 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7‑0026/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta’ azzjoni għad-dwana fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (Dwana 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE

P7_TC1-COD(2011)0341A


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1294/2013.)

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI MILL-PARLAMENT EWROPEW

Approċċi effettivi, effiċjenti, moderni u armonizzati fir-rigward tal-kontrolli doganali fil-fruntiera esterna tal-Unjoni huma essenzjali:

—  biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha,

—  biex jiġi kkumbattut il-kummerċ illegali filwaqt li jingħata lok għall-iffaċilitar ta' attività leġittima tan-negozju,

—  biex jiġu żgurati s-sikurezza u s-sigurtà tal-Unjoni u l-abitanti tagħha, u l-protezzjoni tal-ambjent,

—  biex jiġu protetti d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u

—  biex tiġi żgurata l-konformità mal-politika kummerċjali komuni.

Sabiex jitwettqu kontrolli bħal dawn, huwa kruċjali li d-dwana jkollha aċċess għall-għodod adegwati, bħal tagħmir u teknoloġija ta' rilevament. Il-ħtieġa ta' dawn l-għodod tidher, fost l-oħrajn, fir-Rapport dwar it-Theddid mill-Kriminalità Organizzata tal-2011 tal-Europol, li jgħid li l-impatt ekonomiku tal-kuntrabandu tas-sigaretti jirrappreżenta telf fil-baġits tal-Istati Membri u tal-Unjoni li huwa stmat għal madwar EUR 10 biljun kull sena.

Bħalissa, id-diversi strumenti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) disponibbli biex jikkofinanzjaw il-kisba ta' għodod bħal dawn mhumiex sfruttati kemm jista' jkun. Biex tinkiseb allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi ta' finanzjament, il-Parlament jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta rapport, mhux aktar tard min-nofs l-2018, dwar l-għoti tar-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex jinxtraw l-għodod adatti għall-kontrolli doganali fil-qasam imsemmi f'punt (a) tal-Artikolu 3(1) tat-TFUE, inkluż il-possibbiltà li dawn ir-riżorsi jiġu allokati permezz ta' fond uniku.


Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Emenda għal Solvenza II) ***I
PDF 289kWORD 38k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/138/KE dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvenza II) rigward id-dati tat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni u d-data tar-revoka ta' ċerti Direttivi (COM(2013)0680 – C7-0315/2013 – 2013/0327(COD))
P7_TA(2013)0510A7-0352/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0680),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 53(1) u l-Artikolu 62 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0315/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0352/2013),

A.  Billi għal raġunijiet ta' urġenza huwa ġustifikat li ssir il-votazzjoni qabel ma tagħlaq l-iskadenza ta' tmien ġimgħat stabbilita fl-Artikolu 6 tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità;

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2013/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/138/KE (Solvenza II) rigward id-data tat-traspożizzjoni tagħha u d-data tal-applikazzjoni tagħha, u d-data tat-tħassir ta’ ċerti Direttivi (Solvenza I)

P7_TC1-COD(2013)0327


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Direttiva Nru 2013/58/UE.)


Is-sitwazzjoni attwali tal-aġenda ta' Doha għall-iżvilupp
PDF 269kWORD 73k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar is-sitwazzjoni attwali tal-Aġenda ta' Doha għall-Iżvilupp u l-preparamenti għad-Disa' Konferenza Ministerjali (2013/2740(RSP))
P7_TA(2013)0511B7-0494/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Doha tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) tal-14 ta' Novembru 2001,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Ħong Kong tad-WTO tat-18 ta' Diċembru 2005,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' April 2006 dwar il-valutazzjoni taċ-Ċiklu ta' Doha wara l-Konferenza Ministerjali ta' Ħong Kong tad-WTO(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' April 2008 bl-isem "Lejn Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ riformata"(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Aġenda ta' Doha għall-Iżvilupp (DDA), u partikolarment dawk tad-9 ta' Ottubru 2008(3), tas-16 ta' Diċembru 2009(4) u tal-14 ta' Settembru 2011(5),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni adottata fit-29 ta' Mejju 2013 fit-28 sessjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija tal-Konferenza Parlamentari dwar id-WTO,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet formulati fil-laqgħat informali tal-Kumitat tan-Negozjati Kummerċjali tal-11 ta' April 2013 u tat-3 ta' Ġunju 2013 u fil-laqgħa formali tal-Kumitat tan-Negozjati Kummerċjali tat-22 ta' Lulju 2013,

–  wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju tan-Nazzjonijiet Uniti,

–  wara li kkunsidra r-Raba' Eżami Globali tal-Għajnuna għall-Kummerċ li sar mit-8 sal-10 ta' Lulju 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi ċ-Ċiklu ta' Doha tnieda fl-2001 bl-objettivi li jinħolqu opportunitajiet kummerċjali ġodda, jissaħħu r-regoli kummerċjali multilaterali u jiġu ttrattati l-iżbilanċi attwali fis-sistema kummerċjali billi l-esiġenzi u l-interessi tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u speċjalment il-pajjiżi l-anqas żviluppati jitqiegħdu fil-qalba tan-negozjati; billi tali objettivi jirriżultaw mill-konvinzjoni li sistema multilaterali bbażata fuq regoli aktar ġusti u ekwi, tista' tikkontribwixxi għal kummerċ ġust u ħieles għas-servizz tal-iżvilupp ekonomiku tal-kontinenti kollha kif ukoll għat-taffija tal-faqar;

B.  billi l-UE kienet konsistentement favur approċċ multilaterali b'saħħtu bbażat fuq ir-regoli fir-rigward tal-kummerċ, filwaqt li tirrikonoxxi li l-approċċi komplementari bħall-ftehimiet bilaterali, reġjonali u plurilaterali jistgħu wkoll irawmu l-ftuħ tal-kummerċ, speċjalment billi jiżblokkaw il-liberalizzazzjoni u jaġġornaw regoli u dixxiplini f'oqsma politiċi ttrattati b'inqas reqqa fid-WTO, u jistgħu ssostnu s-sistema multilaterali, bil-patt li tali ftehimiet jirrispettaw ir-regoli tad-WTO;

C.  billi d-WTO u r-regoli minquxa fil-ftehimiet koperti mid-WTO irriżultaw strumentali biex jevitaw protezzjoniżmu konsolidat u mifrux bħala reazzjoni għall-kriżi finanzjarja u ekonomika l-aktar gravi mit-Tletinijiet;

D.  billi l-kummerċ multilaterali miftuħ u ġust qiegħed ikun limitat aktar minn ostakli nontariffarji (ONT) milli mit-tariffi kummerċjali, li qegħdin sostanzjalment jitneħħew hekk kif tavvanza l-globalizzazzjoni;

E.  billi l-Laqgħa Ministerjali tad-WTO biex jiġi konkluż iċ-Ċiklu ta' Doha daħlet f'fażi ta' stall fi tmiem Lulju 2008;

F.  billi kien hemm diversi tentattivi u inizjattivi f'dawn l-aħħar snin immirati biex tingħata l-ispinta tant bżonjuża lill-Aġenda ta' Doha għall-Iżvilupp f'fażi ta' stall;

G.  billi d-Disa' Konferenza Ministerjali tad-WTO se ssir fl-Indoneżja mill-3 sas-6 ta' Diċembru 2013,

1.  Itenni l-impenn totali tiegħu lejn il-valur dejjiemi tal-multilateraliżmu, iżda jsostni riforma strutturali tad-WTO bżonjuża biex tiġi garantita aħjar sistema kummerċjali miftuħa, ġusta u mhux diskriminatorja bbażata fuq regoli kondiviżi li tqis aktar ir-rwol u l-interessi tal-impriżi żgħar u medji (SMEs);

2.  Jenfasizza l-importanza sistemika li jintlaħaq riżultat ambizzjuż u bbilanċjat fid-Disa' Konferenza Ministerjali li jkun aċċettabbli għall-membri kollha tad-WTO u li jgħin biex titwitta t-triq għal negozjati multilaterali ulterjuri;

3.  Jappella għal aġenda kummerċjali bbażata fuq kummerċ ħieles u ġust għall-ġid ta' kulħadd, li jmissha jkollha l-iżvilupp fil-qalba tal-proċess; jenfasizza l-importanza li fin-negozjati jitqiesu bis-sħiħ l-esiġenzi u l-interessi speċjali tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp b'introjtu baxx u tal-pajjiżi l-anqas żviluppati; itenni l-bżonn perentorju biex jiġi żgurat li l-prinċipju ta' trattament speċjali u differenzjat (S&DT) jikkostitwixxi parti integrali tal-livelli kollha tan-negozjati, li jirrifletti d-diversi livelli ta' żvilupp ekonomiku tal-membri tad-WTO kif definit fil-paragrafu 44 tad-Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Doha; jikkunsidra li d-dispożizzjonijiet S&DT sinifikanti għandhom isiru aktar preċiżi, suġġett għal rieżamijiet perjodiċi u mmirati;

4.  Jemmen li l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ hija strument importanti biex jiggarantixxi tkabbir u żvilupp ekonomiku sostenibbli, iżda għandha bżonn tkun akkumpanjata minn politiki xierqa paralleli li jħaddnu interventi makro- u mikroekonomiċi, inklużi t-trasparenza fil-baġit, il-politiki fiskali u t-tassazzjoni ġusta, is-semplifikazzjoni amministrattiva, l-edukazzjoni u t-taħriġ, ir-riformi istituzzjonali u l-politiki soċjali, bil-għan li jiġu massimizzati u mqassma aħjar il-vantaġġi tar-riformi kummerċjali u kontrobilanċjat b'mod effikaċi kwalunkwe effett negattiv;

5.  Jisħaq fuq il-fatt li l-membri tad-WTO irrikonoxxew li, billi għad hemm pajjiżi li ma għandhomx il-kapaċità umana, istituzzjonali u infrastrutturali biex jipparteċipaw b'mod effikaċi fil-kummerċ internazzjonali, is-sistema multilaterali għandha bżonn tkun akkumpanjata minn titjib fil-kapaċità tal-kummerċ li hija fattur essenzjalment komplementari għall-Aġenda ta' Doha għall-Iżvilupp; jemmen ukoll, madankollu, li l-assistenza għall-pajjiżi li qed ifittxu li jaderixxu mad-WTO għandha tibqa' prijorità;

6.  Jenfasizza f'dan il-kuntest ir-rwol pożittiv li żvolġiet l-Inizjattiva "Għajnuna għall-Kummerċ"; jiddispjaċih bil-fatt li, għall-ewwel darba mit-tnedija tagħha fl-2005, fl-2011 l-ammont tal-impenji tnaqqas minħabba l-kriżi finanzjarja, dan wassal f'inqas sostenn għall-proġetti l-kbar ta' infrastrutturi ekonomiċi u fi tnaqqis tal-impenji fis-settur tat-trasport u tal-enerġija; josserva li l-assistenza teknika fil-qasam tal-attivitajiet kummerċjali u multilaterali, bħat-trattament tariffarju preferenzjali previst fil-qafas tad-WTO, tista' tikkontribwixxi għall-kumpens ta' dan it-tnaqqis tal-impenji; jistieden lill-membri tad-WTO, partikolarment lill-pajjiżi żviluppati u lill-ekonomiji emerġenti, jisfruttaw aktar din il-possibiltà;

7.  Jinsisti fuq in-neċessità li s-sistema WTO tiġi rinnovata fid-dawl tal-esiġenzi tal-SMEs fil-kummerċ internazzjonali u tan-neċessità ta' regoli semplifikati, kemm f'termini ta' faċilitazzjoni kummerċjali kif ukoll ta' sistemi ta' qrati arbitrali internazzjonali, bil-għan li jiġu evitati d-diffikultajiet li joħorġu minn tilwim mal-awtoritajiet doganali jew kummerċjali f'ċerti pajjiżi membri tad-WTO;

8.  Jiġbed l-attenzjoni għar-Raba' Konferenza ta' Reviżjoni tal-Għajnuna għall-Kummerċ li saret f'Lulju 2013 f'Ġinevra, li wriet il-benefiċċji tal-katini tal-valur dinji għall-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp; jiġbed madankollu l-attenzjoni lejn il-fatt li l-parteċipanti identifikaw il-limitazzjonijiet marbuta mal-kummerċ li jipprevjenu lill-impriżi tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp milli jaqbdu mal-katini tal-valur jew jitilgħu f'pożizzjonijiet aqwa fihom, jiġifieri, infrastruttura inadegwata, kostijiet għoljin tat-trasport anki ta' dak marittimu, aċċess inadegwat għall-finanzjament tal-kummerċ, inkapaċità ta' attrattiva tal-investiment dirett barrani, nuqqas ta' vantaġġ komparattiv u kostijiet għoljin għad-dħul fis-suq;

9.  Jirrikonoxxi l-importanza tas-settur agrikolu; jemmen li l-UE għandha ssostni miżuri intiżi li jittrattaw it-tħassib marbut mas-sigurtà alimentari tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp; ifakkar, f'dan ir-rigward, li l-UE għandha tiggarantixxi koerenza bejn id-diversi politiki tal-UE fil-qasam tal-azzjoni esterna, kif stabbiliti partikolarment fl-Artikoli 205 sa 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-politika ta' żvilupp u l-politika kummerċjali komuni, filwaqt li tqis l-esiġenzi u t-tħassib kemm tal-Istati Membri tal-UE kif ukoll dawk tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp;

10.  Jistieden lill-pajjiżi żviluppati u lill-ekonomiji emerġenti jimxu fuq l-eżempju tal-inizjattiva tal-UE "Kollox ħlief armi", li toffri lill-pajjiżi l-anqas żviluppati aċċess għas-suq totalment mingħajr dazju u mingħajr kwoti, u tiżgura l-implimentazzjoni tad-deroga għas-servizzi għall-pajjiżi l-anqas żviluppati;

11.  Iqis li ftehim dwar il-faċilitazzjoni tal-kummerċ jaf isarraf f'vantaġġi konsiderevoli għall-membri kollha tad-WTO, u partikolarment għall-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp kif ukoll għall-operaturi ekonomiċi rilevanti, billi jżid it-trasparenza u ċ-ċertezza tad-dritt u jnaqqas il-kostijiet amministrattivi kif anki t-tul tal-proċeduri doganali, li, min-naħa tagħhom, ikunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-opportunitajiet offruti mill-prevalenza dejjem ikbar tal-katina tal-provvista reġjonali u globali u l-SMEs ikunu jistgħu jieħdu vantaġġ minn swieq aktar miftuħa; jindika li għandhom ikomplu jkunu disponibbli l-bini ta' kapaċità u l-assistenza teknika għall-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp biex jitħallew iżidu l-kapaċitajiet produttivi tagħhom bil-għan li jkunu jistgħu jibbenefikaw minn sehem akbar tal-valur miżjud fil-katini tal-valur globali;

12.  Ifakkar li, skont studju reċenti tal-impatt fuq l-Aġenda ta' Doha għall-Iżvilupp ikkummissjonat mill-UE, il-faċilitazzjoni tal-kummerċ tkun ekwivalenti, f'termini ekononomiċi, għall-gwadanji mil-liberalizzazzjoni tal-beni u tas-servizzi lkoll flimkien; ifakkar li t-titjib tal-proċeduri doganali biss jista' jżid EUR 68 biljun fis-sena mal-PDG dinji, u li għal bosta pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp il-faċilitazzjoni tal-kummerċ tkun tirrappreżenta l-għajn ewlenija ta' gwadann;

13.  Iqis li, fi ħdan id-WTO, għandha tingħata prijorità neċessarja lill-ostakli għall-kummerċ u għall-investimenti li għandhom riperkussjonijiet fuq is-settur tas-servizzi, fosthom l-ICT u t-telekomunikazzjonijiet, is-servizzi professjonali u għall-impriżi, is-servizzi finanzjarji, l-e-commerce, il-kostruzzjoni, il-bejgħ bl-imnut u d-distribuzzjoni; huwa tal-fehma li miżuri nontariffarji ta' dan it-tip, fosthom ir-regolamentazzjonijiet nazzjonali, ir-restrizzjonijiet fil-qasam tal-proprjetà u varji miżuri kontra l-kriżi (inklużi d-dispożizzjonijiet diskriminatorji fis-settur tal-akkwist pubbliku), huma ta' importanza partikolari fid-dawl tal-valur miżjud ogħla mogħti mill-kummerċ fis-settur tas-servizzi u tal-pożizzjoni tal-akbar esportatur li għandha l-UE fis-settur imsemmi;

14.  Jilqa' pożittivament, għalhekk, il-ftuħ tan-negozjati dwar Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA) plurilaterali li qiegħed iżomm mal-objettiv tat-Tmien Konferenza Ministerjali li jeżamina modi ġodda għall-membri tad-WTO biex ikomplu jilliberalizzaw il-kummerċ tas-servizzi; jisħaq fuq l-impenn tal-UE fil-promozzjoni tal-ħidma f'dan il-qasam u fil-ħidma favur il-fatt li t-TiSA jsir multilaterali billi tiżgura li tadotta minnu d-definizzjonijiet, ir-regoli u l-prinċipji tiegħu li jifformaw il-qalba tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS); jissottolinja l-importanza li jiġi żgurat li kwalunkwe ftehim ikun ambizzjuż, jespandi l-kamp ta' applikazzjoni u japprofondixxi r-regoli fil-qasam tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tas-servizzi, filwaqt li fl-istess ħin jinżammu l-objettivi politiċi nazzjonali tal-membri tad-WTO u d-dritt tagħhom li jirregolaw is-servizzi ta' interess ġenerali u jassumu impenji bilaterali u multilaterali, u li r-riżultat ikun ankrat bis-sod fl-arkitettura tad-WTO;

15.  Iqis li t-trasferiment tat-teknoloġija jista' jkun vettur għat-tkabbir ekonomiku u jrawwem il-kummerċ; jilqa' l-issuktar mill-ġdid tan-negozjati dwar l-espansjoni tal-Ftehim dwar it-Teknoloġija tal-Informazzjoni li jżid kemm il-firxa tal-prodotti koperti kif ukoll in-numru ta' pajjiżi fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu; jinkoraġġixxi bis-saħħa lill-partijiet kollha tan-negozjati biex ikomplu bl-isforzi tagħhom bl-għan li jintlaħaq ftehim fil-ħin għad-Disa' Konferenza Ministerjali;

16.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-reviżjoni tal-Ftehim multilaterali tad-WTO dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA) hekk kif intlaħaq qbil dwaru f'Marzu 2012 u jirrikonoxxi l-importanza li l-UE tapprova l-GPA riveduta qabel id-Disa' Konferenza Ministerjali, bil-għan li jidħol fis-seħħ sal-2014; jemmen li regoli aktar ċari u aktar rigorużi għall-proċeduri ta' aġġudikazzjoni se jrawmu t-trasparenza fl-akkwisti pubbliċi u, flimkien ma' kopertura estiża tal-beni u tas-servizzi u tal-entitajiet, se joffru opportunitajiet akbar għall-firmatarji tiegħu; jistieden lill-membri tad-WTO, partikolarment lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u lill-osservaturi attwali tal-GPA, jikkunsidraw li jissieħbu fil-ftehim biex jieħdu vantaġġ mid-dispożizzjonijiet il-ġodda biex il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp iżidu l-flessibilità u jgawdu mill-benefiċċji tiegħu;

17.  Huwa sodisfatt li f'Ġunju 2013 ittieħdet deċiżjoni pożittiva biex tiġi prorogata l-eżenzjoni tar-regoli tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ (TRIPS) bi tmien snin oħra sal-1 ta' Lulju 2021 għall-pajjiżi l-anqas żviluppati li tirrappreżenta mod ieħor kif jiġi żgurat li s-sistema kummerċjali dinjija ma tadottax approċċ "wieħed tajjeb għal kulħadd" iżda pjuttost tqis l-ispeċifiċitajiet ta' kull pajjiż fil-fażi tal-iżvilupp;

18.  Jinkoraġġixxi lill-membri tad-WTO jappoġġaw b'mod proattiv l-isforzi ta' din l-organizzazzjoni intiżi li jistabbilixxu rabtiet ta' xogħol effiċjenti u effikaċi u kooperazzjoni aktar intensa ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn li l-attivitajiet tagħhom għandhom impatt fuq in-negozjati kummerċjali dinjin, partikolarment l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u n-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji u l-korpi tagħha bħall-Konferenza tan-NU dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp, l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura, il-Programm tan-NU għall-Ambjent, il-Programm tan-NU ta' Żvilupp u l-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima, kif ukoll il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), il-Bank Dinji u l-OECD, bil-għan li jiġi żgurat is-sostenn reċiproku u s-sinerġiji bejn il-kwistjonijiet ta' natura kummerċjali u mhux kummerċjali; isostni l-isforzi mmirati għall-adozzjoni ta' standards internazzjonali u għall-kooperazzjoni f'ambitu ta' regolamentazzjoni;

19.  Jitlob li tiġi eżaminata bir-reqqa l-problema ta' kif jiġi ttrattat aħjar it-tħassib mhux kummerċjali fl-ambitu tar-regoli tad-WTO, bl-iskop li l-membri tagħha jitħallew isegwu l-objettivi politiċi leġittimi, filwaqt li jissalvagwardaw l-aċċess għas-suq; jenfasizza li, f'dan ir-rigward, l-isforzi sabiex jiġu adottati u implimentati b'mod effikaċi standards internazzjonali fil-qasam soċjali, tax-xogħol, ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem għandu jkollhom appoġġ b'saħħtu u li għandha tingħata l-għajnuna meħtieġa lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp sabiex ikun possibbli li dawn jilħqu dawn l-istandards;

20.  Huwa konvint li l-assenza ta' differenzjazzjoni suffiċjenti bejn il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, minkejja d-diversità kbira tal-livelli ta' żvilupp ekonomiku tagħhom u tal-esiġenzi partikolari tagħhom, tista' tkun ostaklu għall-adozzjoni ta' miżuri effikaċi favur dawn il-pajjiżi, skont l-objettiv iddikjarat taċ-Ċiklu ta' Doha u hija askaptu tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp li huma l-aktar fil-bżonn; iħeġġeġ lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp l-aktar avvanzati jassumu s-sehem ta' responsabilità tagħhom diġà matul iċ-ċiklu ta' negozjati attwali u jiżguraw li l-kontribut tagħhom ikun proporzjonat għal-livell ta' żvilupp tagħhom u għall-kompetittività settorjali tagħhom;

21.  Huwa tal-fehma li jeħtieġ li tiġi eżaminata serjament il-kwistjoni tal-kategorizzazzjoni jew sottokategorizzazzjoni, mhux biss tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp iżda wkoll tal-membri kollha l-oħra tad-WTO, abbażi ta' kriterji oġġettivi mhux esklużivament marbuta mal-prodott nazzjonali gross, fid-dawl ta' applikazzjoni differenzjata possibbli tal-ftehimiet eżistenti jew ta' dawk li n-negozjati dwarhom għadhom għaddejjin;

22.  Jemmen li hija essenzjali l-konklużjoni taċ-Ċiklu ta' Doha, li ilu għaddej żmien twil, bil-mandat tiegħu għall-iżvilupp realizzat; iħeġġeġ, għaldaqstant, lill-membri kollha tad-WTO jeżaminaw, fid-dawl ta' tali objettiv aħħari, l-għażliet kollha possibbli bil-għan li jintlaħaq riżultat bilanċjat;

23.  Jinsisti li l-UE għandha tkompli tiżvolġi rwol ta' tmexxija fil-promozzjoni tal-progress konkret fi ħdan in-negozjati tad-WTO li għaddejjin, bl-iskop li tinkiseb konklużjoni taċ-Ċiklu ta' Doha fil-futur qrib, u taġevola l-parteċipazzjoni totali tal-pajjiżi l-anqas żviluppati fil-kummerċ globali, billi tagħmilha ta' pont bejn id-diversi pożizzjonijiet tal-membri tad-WTO;

24.  Jisħaq fuq l-importanza fundamentali tad-WTO għal dak li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni u mal-applikazzjoni tal-impenji vinkolanti u tar-riżoluzzjoni tat-tilwim kummerċjali;

25.  Iqis li l-membri tad-WTO madankollu għandhom jintensifikaw l-isforzi tagħhom f'oqsma oħrajn identifikati mid-Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Doha, bħall-kummerċ fil-beni u fis-servizzi ambjentali li jista' jagħti kontribut sinifikanti lill-iżvilupp sostenibbli u lill-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; jistieden lill-membri tad-WTO jieħdu nota tal-Lista tal-Beni Ambjentali mfassla mill-APEC; iħeġġeġ lill-UE tkompli tagħmel pressjoni bil-għan li jingħata bidu għal Ftehim dwar it-Teknoloġiji Ambjentali mmirat lejn it-tnaqqis tat-tariffi għall-prodotti ta' teknoloġija ambjentali u tfittex li tiġi ċċarata r-relazzjoni ġuridika eżistenti bejn ir-regoli tad-WTO u l-ftehimiet ambjentali multilaterali;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżguraw li l-Parlament jibqa' involut mill-qrib fil-preparamenti tad-Disa' Konferenza Ministerjali li se ssir f'Bali mit-3 sas-6 ta' Diċembru 2013, jinżamm aġġornat fil-pront u, jekk ikunu il-każ, jiġi konsultat matul il-Konferenza Ministerjali; jistieden lill-Kummissjoni tkompli ssostni quddiem il-membri l-oħra tad-WTO il-bżonn li tiżdied l-importanza tad-dimensjoni parlamentari tad-WTO;

27.  Jistieden lill-membri tad-WTO jiżguraw il-leġittimità demokratika billi tissaħħaħ id-dimensjoni parlamentari tad-WTO; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa li jkun żgurat li l-parlamentari jkollhom aċċess aħjar għan-negozjati kummerċjali u jkunu involuti fil-formulazzjoni u fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tad-WTO u li l-politiki kummerċjali jkunu eżaminati adegwatament fl-interessi taċ-ċittadini; jitlob, għalhekk, it-twaqqif ta' delegazzjoni parlamentari permanenti tal-UE għad-WTO;

28.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lid-Direttur Ġenerali tad-WTO.

(1) ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 155.
(2) ĠU C 259 E, 29.10.2009, p. 77.
(3) ĠU C 9 E, 15.1.2010, p. 31.
(4) ĠU C 286 E, 22.10.2010, p. 1.
(5) ĠU C 51 E, 22.2.2013, p. 84.


Pjan ta' Azzjoni dwar l-Intraprenditorija 2020: Tkebbis mill-ġdid tal-ispirtu tal-intraprendenza fl-Ewropa
PDF 317kWORD 81k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-pjan ta' azzjoni dwar l-Intraprenditorija 2020 – Tkebbis mill-ġdid tal-ispirtu tal-intraprendenza fl-Ewropa (2013/2532(RSP))
P7_TA(2013)0512B7-0466/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar il-pjan ta' azzjoni dwar l-Intraprenditorija 2020 – Tkebbis mill-ġdid tal-ispirtu tal-intraprendenza fl-Ewropa (O-000110/2013 – B7-0520/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

I.L-ispirtu tal-intraprendenza u t-taħriġ intraprenditorjali

1.  Jistenna li l-miżuri kollha proposti fil-livell nazzjonali u Ewropew għall-promozzjoni tal-intraprenditorija se jikkonċernaw it-tipi kollha ta’ intrapriżi, pereżempju l-professjonijiet indipendenti, il-kooperattivi, l-intrapriżi tas-snajja' u l-intrapriżi soċjali;

2.  Ifakkar li l-kompetenzi u l-ħiliet kummerċjali u intraprenditorjali jirrappreżentaw kompetenzi ewlenin fl-ambitu tat-tagħlim tul il-ħajja u li meta wieħed jikkunsidra t-tkabbir ekonomiku baxx kif ukoll ir-rata għolja ta’ qgħad, hemm il-ħtieġa ta’ miżuri aktar deċiżivi fuq żmien qasir jew medju għat-tisħiħ tal-intraprenditorija u biex din tiġi ffaċilitata aktar, speċjalment fost iż-żgħażagħ;

3.  Jagħraf li l-Istati Membri huma responsabbli għan-negozju, it-taħriġ intraprenditorjali u soċjali u li l-iskemi ta' taħriġ spiss ikunu aktar immirati u effettivi fir-rigward tal-ispejjeż jekk ikunu strutturati fil-livelli lokali u nazzjonali; jikkunsidra li l-inizjattivi tal-UE jistgħu u għandhom jikkumplimentaw l-azzjonijiet tal-Istati Membri f’dan il-qasam b’mod utli, partikolarment permezz ta’ kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki;

4.  Jenfasizza l-ħtieġa li jingħataw inċentivi lil min iħaddem u joffri taħriġ u opportunitajiet lil persuni b'ħiliet limitati jew bla taħriġ (fosthom ir-Rom) biex jiksbu esperjenza prattika direttament fil-post tax-xogħol;

5.  Huwa mħasseb dwar it-tnaqqis fin-numru ta’ ċittadini tal-UE li jikkunsidraw il-possibbiltà li jaħdmu għal rashom fil-klima attwali ta’ inċertezza ekonomika; iqis li l-UE u l-Istati Membri għandhom iżidu l-isforzi koordinati tagħhom biex itejbu l-kultura intraprenditorjali fl-Ewropa u jesploraw il-possibiltà li jiġu adottati miżuri speċifiċi u miri biex jerġgħu jagħmlu l-intraprenditorija attraenti, inkluż għal impjegati kwalifikati b'esperjenza professjonali u partikolarment fis-setturi li huma ta' importanza strateġika għall-Unjoni. jemmen, pereżempju, li għandha tiġi stabbilita konnessjoni b'saħħitha bejn tali inizjattivi u l-attivitajiet tal-Kummissjoni fil-qasam tal-politika industrijali; jemmen li tali miżuri għandhom jinkludu azzjonijiet li jiffaċilitaw il-ħolqien ta' negozji;

6.  Jieħu nota tal-miżuri u l-inizjattivi mressqa mill-Kummissjoni dwar it-taħriġ intraprenditorjali u jitlob lill-Istati Membri jimplimentawhom mill-aktar fis possibbli, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-inizjattiva tal-UE 'Ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda'; jilqa' s-sejħa lill-Istati Membri biex jinkludu t-taħriġ intraprenditorjali bħala kompetenza ewlenija fil-programmi nazzjonali;

7.  Jemmen li sabiex intraprendituri potenzjali ġodda jingħataw il-ħiliet biex imexxu negozju b’mod li jkabbar il-kontribut pożittiv lis-soċjetà filwaqt li jkunu minimizzati l-impatti negattivi fuq il-poplu u l-ambjent, għandhom jittieħdu inizjattivi biex jiġu inklużi kriterji ta’ sostenibilità u responsabilità soċjali b’saħħithom fl-edukazzjoni intraprenditorjali;

8.  Jikkunsidra n-'Network ta’ Rappreżentanti tal-SMEs' bħala forum fundamentali potenzjali għall-iskambju ta’ opinjonijiet dwar il-prattiki kkonsolidati u biex ikun ivvalutat il-progress li twettaq fir-rigward tal-implimentazzjoni;

9.  Jappoġġja l-ambizzjoni li ssostni l-introduzzjoni prevista tal-garanzija għaż-żgħażagħ u d-disponibbiltà li din tingħata riżorsi finanzjarji adegwati, bħala l-ewwel strument biex jittaffew l-effetti ta’ qgħad fuq skala wiesgħa fost iż-żgħażagħ, partikolarment fil-pajjiżi milquta serjament bil-kriżi; jenfasizza l-importanza tal-miżuri previsti għall-promozzjoni tal-intraprenditorija u tat-taħriġ intraprenditorjali, peress li dawn huma mmirati lejn żvilupp sostenibbli u ma għandhom kważi l-ebda effett sekondarju; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jivvalutaw aktar miżuri, bħal ħelsien mit-taxxa, biex jinkoraġġixxi lill-SMEs jimpjegaw liż-żgħażagħ;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-miżuri tagħha ta' 'back-up', konsulenza u assistenza lill-impriżi, b’mod partikolari lil impriżi iżgħar, permezz ta’ organizzazzjonijiet intermedjarji u biex tistabbilixxi programmi li jiffavorixxu azzjonijiet ta’ orjentament u assistenza mmexxija minn intraprendituri b’esperjenza li jkunu mmotivati biex jagħmluha ta’ mentor jew tutor ma’ intraprendituri żgħażagħ li jkunu se jiftħu kumpaniji ġodda jew biex isalvaw impriżi fi kriżi billi japplikaw in-knowhow u l-esperjenza tagħhom;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-ħolqien ta’ clusters, jiġifieri netwerks ta’ intrapriżi u assoċjazzjonijiet ta’ intrapriżi li jgħinu biex jiżviluppaw vantaġġ kompetittiv, biex jibbenefikaw mill-ġestjoni komuni tar-riżorsi umani u jwasslu għal żieda fil-kompetittività;

12.  Jinnota li l-intrapriżi żgħar u medji li jadottaw it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (TIC) jikbru b’rata darbtejn jew tliet darbiet aktar malajr; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni tiffavorixxi miżuri li jippermettu lill-intraprendituri jisfruttaw l-opportuntajiet kollha offruti mis-suq uniku diġitali;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jkomplu jiżviluppaw il-programm Erasmus għal intraprendituri żgħażagħ u jżidu n-numru ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali, fejn dan għadu meħtieġ; jipproponi li jsir użu akbar mill-istrutturi eżistenti tan-Netwerk Enterprise Europe; iqis li jeħtieġ ikun hemm objettiv ta’ 10 000 skambju fis-sena u rata minima ta’ tkabbir annwali ta’ 10 % sakemm jinkiseb dan l-objettiv;

14.  Jinnota li jeżisti potenzjal fl-iżvilupp ulterjuri tal-programmi ta’ skambju Leonardo għal apprendisti u jenfasizza l-ħtieġa tal-hekk imsejħa 'organizzazzjonijiet intermedjarji' li jappoġġjaw lill-SMEs fl-organizzazzjoni tax-xogħol (p.e. it-tfittxija ta’ sħab adegwati barra l-pajjiż, alloġġi, eċċ.); jenfasizza l-potenzjal intraprenditorjali tal-gradwati li jkollhom ċertifikati fil-qasam akkademiku u prattiku;

15.  Jipproponi li l-Istati Membri jkunu jistgħu jitolbu fondi supplimentari mill-Fond ta’ Globalizzazzjoni u l-Fond Soċjali Ewropew sakemm dawn jintużaw għal miżuri fuq żmien qasir bħall-appoġġ u l-konsulenza għat-tnedija ta’ attività intraprenditorjali u għal trasferimenti u mhux biex tiġi ġġustifikata r-rilokazzjoni ulterjuri tal-intrapriżi;

16.  Jipproponi kollaborazzjoni aktar b’saħħitha tal-istrumenti eżistenti u futuri għall-promozzjoni tal-intraprenditorija biex jinħolqu inċentivi u sinerġiji fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali;

17.  Jistenna li l-Kummissjoni li jmiss tindirizza l-promozzjoni tal-intraprenditorija u tat-taħriġ intraprenditorjali bħala suġġett prinċipali fl-ambitu tal-portfolju tagħha u tagħti ħajja lis-sħubija Ewropea, filwaqt li l-progress miksub mill-Istati Membri jitkejjel skont il-kriterji li ġejjin, fost l-oħrajn:

   (a) l-inklużjoni tal-edukazzjoni intraprenditorjali fil-kurrikula nazzjonali tal-iskejjel, b’mod partikolari elementi orjentati lejn il-prattika bħal proġetti ta’ kumpanija skolastika u apprendistati obbligatorji qabel it-tmiem tal-edukazzjoni sekondarja;
   (b) il-livell tal-appoġġ mill-Fond Strutturali li jintużaw għat-taħriġ intraprenditorjali;
   (c) in-numru ta’ persuni f'moduli intraprenditorjali fi ħdan Skemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ jew fi programmi ta’ mobilità għal intraprendituri ġodda, partikolarment iż-żgħażagħ,
   (d) in-numru ta’ persuni li jixtiequ joħolqu intrapriża wara li jkunu ħadu sehem f’dawn l-inizjattivi,

18.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jadottaw b'urġenza strateġiji nazzjonali, reġjonali u lokali bil-għan li jinkludu t-taħriġ intraprenditorjali fl-iskemi ta’ taħriġ tal-iskejjel (taħriġ skolastiku primarju u sekondarju, taħriġ professjonali, taħriġ fil-livell avvanzat u supplimentari); jistenna li dawn l-istrateġiji jkopru t-tipi kollha ta' intrapriżi kif ukoll l-impatti soċjali u ambjentali ta' intraprenditorija; jenfasizza l-importanza li t-taħriġ soċjali, ekonomiku u intraprendorjali jkun jinkludi elementi interattivi u prattiċi;

19.  Iqis li l-Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali (VET) jistgħu jipprovdu l-ħiliet, l-għarfien u l-kompetenzi meħtieġa fis-suq tax-xogħol speċjalment għall-persuni mingħajr impjieg, kif ukoll konsultazzjoni relatata mat-tfittxija ta’ impjieg; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-provvediment tal-VET fl-Ewropa kollha biex jitjiebu t-trasparenza, ir-rikonoxximent u l-kwalità tal-kompetenzi u l-kwalifiki, u b’hekk tiġi ssimplifikata l-mobilità tal-apprendisti u tal-ħaddiema;

20.  Jenfasizza li l-għarfien dwar il-funzjonament tas-swieq, tal-ekonomija u tas-sistemi finanzjarji huwa indispensabbli għal ġestjoni amministrattiva tajba u għalhekk għandu jkun integrat fis-sistemi nazzjonali ta’ formazzjoni ta’ bażi, kif ukoll fil-programmi ta’ taħriġ tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkludu mingħajr dewmien l-edukazzjoni finanzjarja fil-programmi edukattivi tagħhom;

21.  Jisħaq fuq l-importanza ta' apprendistati għaż-żgħażagħ fis-setturi ekonomiċi bi prospetti tajbin, bħala pass siewi fit-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għall-ħajja professjonali;

22.  Jilqa’ l-kunċett ta’ Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI), li bil-konċentrazzjoni tiegħu fuq l-intraprenditorija permezz tal-integrazzjoni tal-komponenti tat-trijangolu tal-għarfien tar-riċerka, l-edukazzjoni ogħla u l-innovazzjoni, huwa mutur importanti għall-innovazzjoni fir-rigward tal-isfidi maġġuri tas-soċjetà u għaldaqstant strument importanti għall-ħolqien tat-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa; jenfasizza, għalhekk, li l-KKI kollha għandu jkollhom l-intraprenditorija integrata fl-istruttura tagħhom u fl-approċċ tagħhom lejn ir-riċerka, l-innovazzjoni u t-taħriġ; jenfasizza li l-KKI għandhom jintegraw u jaqsmu bejniethom l-aħjar prattiki rigward l-użu ta' kunċetti u teknoloġiji innovattivi ta' edukazzjoni u taħriġ; jirrakkomanda wkoll li titwettaq valutazzjoni fit-tul dwar il-ħolqien ta' KKI mmirata biex ikomplu jiġu żviluppati tali kunċetti innovattivi ta' edukazzjoni u taħriġ b'konċentrazzjoni partikolari fuq l-edukazzjoni intraprenditorjali;

II.L-ambjent u l-kundizzjonijiet ta’ qafas għall-intraprenditorija

23.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-grupp tal-BEI isaħħu l-isforzi ta’ informazzjoni tagħhom sabiex b’kooperazzjoni mal-assoċjazzjonijiet tal-SMEs jagħmlu mezz biex l-SME ikunu iktar konxji dwar il-possibilitajiet ta’ finanzjament;

24.  Jenfasizza li l-ħolqien ta’ alternattivi ta’ finanzjament alternattivi għandhom importanza massima għall-ħolqien ta’ intrapriżi ġodda; jenfasizza l-ħtieġa li tkun eliminita d-distinzjoni bejn kapital proprju u kapital barrani u li għandha tiġi introdotta eżenzjoni fiskali għall-investiment; jenfasizza li peress li l-kreditu mill-banek huwa wieħed mill-forom l-aktar importanti tal-SMEs, huwa importanti li tingħata attenzjoni għad-disponibilità ta’ kreditu kif ukoll it-tisħiħ ta' finanzjament minn fondi proprji permezz ta’ kundizzjonijiet ta’ qafas aħjar għall-kapital ta’ riskju, inkluż is-sostenn għall-fondi tal-SMEs u l-appoġġ ta' investiment kollettiv (crowd investment) mingħajr spejjeż għolja għall-prospett; jitlob li jiġi stabbilit ammont ta’ eżenzjoni fiskali għall-investimenti minn investituri privati;

25.  Ifakkar li l-ispejjeż amministrattivi għadhom wieħed mill-ostakli l-aktar importanti fil-ftuħ jew fil-kontinwazzjoni ta’ intrapriżi; jinsisti li t-tneħħija tal-ispejjeż amministrattivi żejda tibqa’ fuq nett fost il-prijoritajiet ewlenin u jistenna mill-Kummissjoni li jmiss proposti konkreti ta’ politika u f’termini ta’ miżuri għall-perjodu sal-2020, fil-qafas tas-Small Business Act, li jistgħu jinkludu objettivi konkreti u kwantitattivi (p.e. it-tnaqqis tat-tariffi amministrattivi b’25 % minn issa sal-2020);

26.  Jilqa’ l-miżuri proposti mill-Kummissjoni għal din il-linja ta’ azzjoni u jinnota l-punti rilevanti tal-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2012 dwar l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs): kompetittività u opportunitajiet kummerċjali(1), u fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Frar 2013 dwar it-titjib tal-aċċess ta’ SMEs għal finanzjamenti(2);

27.  Jilqa’ t-talbiet li l-Kummissjoni mill-ġdid qed tagħmel lill-Istati Membri biex inaqqsu l-ispejjeż u ż-żmien meħtieġ biex titwaqqaf kumpanija; jinnota l-progress limitat miksub mis-Small Business Act sal-lum u jħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom f’dan ir-rigward;

28.  Jenfasizza li t-tipi differenti ta’ mudelli tan-negozju, bħan-negozji tal-familja, intrapriżi kooperattivi u oħrajn għandhom jiġu kkunsidrati meta jinħoloq ambjent favorevoli għan-negozji permezz ta’ servizzi xierqa ta’ appoġġ għan-negozji;

29.  Jinnota li l-miżuri ta’ appoġġ tal-UE favur l-SMEs jibqgħu żbilanċjati u li ħafna Stati Membri għandhom ma kkunsidrawx il-karatteristiċi tal-intrapriżi ż-żgħar fit-tfassil tal-leġiżlazzjoni.

30.  Jenfasizza li l-aċċess għall-finanzjament jibqa’ wieħed mill-ostakli prinċipali fl-iżvilupp tal-SMEs; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta b'mod komprensiv jekk l-istrumenti tal-finanzjament immirati lejn l-SMEs, bħal pereżempju l-istrument tal-mikrofinanzjament PROGRESS, jiffaċilitawx effettivament l-aċċess tal-SMEs għall-iffinanzjar, meta jitqies b’mod partikolari l-fatt li ċerti istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri jimponu kundizzjonijiet ta’ kreditu eċċessivament riġidi għall-SMEs;

31.  Jilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni biex tgħin lill-Istati Membri jtejbu l-kundizzjonijiet fiskali u amministrattivi tagħhom għal trasferimenti ta’ negozji; iqis li jeħtieġ titjib fl-indirizzar fiskali ta’ forom ta’ finanzjament innovattivi bħal finanzjamenti fi gruppi, finanzjamenti ta’ kapital ta’ riskju jew finanzjamenti minn business angel; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-appoġġ tagħhom għat-trasferiment tan-negozji permezz ta’ strumenti finanzjarji fil-livell nazzjonali, b’mod partikolari permezz ta’ garanziji fuq self, kif ukoll forom oħra ta' finanzjament bħal finanzjamenti fi gruppi jew finanzjamenti minn business angel, u jilqa' l-enfasi tal-Kummissjoni fuq pjattaformi ta' finanzjament kollettiv (crowdfunding platforms); jemmen li t-trasferiment tan-negozju għandu jkun iffaċilitat ukoll permezz ta' inizjattivi ta' taħriġ adegwat dwar il-ħiliet maniġerjali, bħal f'każijiet fejn in-negozji jiġu ttrasferiti lill-impjegati;

32.  Jinnota li r-regoli kkumplikati tal-VAT ilhom żmien twil iservu ta’ xkiel fost l-ostakli ewlenin li jwaqqfu l-intraprendituri milli jużaw il-potenzjal tas-suq uniku; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta l-proposti ppjanati biex tallinja r-regoli u tnaqqas l-ispejjeż tal-komformità mal-VAT f'dikjarazzjoni unika malajr kemm jista’ jkun, sabiex tiffaċilita l-adozzjoni tagħhom matul it-terminu leġiżlattiv attwali;

33.  Jikkunsidra l-miżuri proposti biex jitnaqqas il-piż amministrattiv (li jistgħu jinkludu piż mhux meħtieġ jew sproporzjonat permezz ta' regolazzjoni) u piż burokratiku bħala kumplimentari għall-prinċipji tas-Small Business Act; jiddispjaċih dwar il-fatt li ma jissemmewx inizjattivi importanti fil-pjan ta’ azzjoni, bħal pereżempju l-miżuri ta’ implimentazzjoni tat-testijiet tal-SME fil-livell nazzjonali, ir-rwol futur tal-grupp ta’ livell għoli għat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi jew l-istabbiliment ta’ scoreboard dwar piżijiet regolatorji fl-UE u l-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni, taħt it-tmexxija tar-Rappreżentant tagħha tal-SMEs, biex tfassal pjan direzzjonali fil-ħin għar-rieżami jew ir-reviżjoni tal-għaxar miżuri tal-UE li jservu tal-akbar ostaklu, sabiex tnaqqas il-piż mhux meħtieġ u eċċessiv; jafferma li, fi kwalunkwe każ, tali tnaqqis m'għandux inaqqas l-istandards soċjali u ambjentali ewlenin;

34.  Jistieden lill-Istati Membri jagħtu intrapriżi li għadhom jibdew perjodu ta' konċessjoni fir-rigward ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u għat-taxxi kollha 'on account' sabiex l-intrapriżi jħallsu biss it-taxxi fuq il-profitt effettivament iġġenerat fl-ewwel snin; jinsisti li din is-sistema tkun kompletament trasparenti sabiex ma jkunux jistgħu jsiru abbużi minnha;

35.  Jenfasizza l-importanza tat-trasferiment tal-għarfien bejn ċentri tal-għarfien, bħall-istituti tar-riċerka u ċ-ċentri tal-eċċellenza, u l-SMEs għas-suċċess tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu ddefiniti b’mod ċar il-proċess tat-trasferiment tal-għarfien fil-prattika u l-benefiċċji tiegħu għas-suċċess tal-clusters intraprenditorjali;

36.  Jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li toffri ċans ieħor għall-fallimenti onesti u biex tnaqqas il-piż amministrattiv tar-regolamenti li joħnoq l-imprendituri;

37.  Jenfasizza l-importanza tal-professjonijiet indipendenti għall-intraprenditorija fl-Ewropa; jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni ħabbret li se tistabbilixxi grupp ta’ ħidma inkarigat mill-analiżi tal-karatteristiċi speċjali u l-ħtiġijiet tal-professjonijiet indipendenti; jitlob lill-Kummissjoni tqis il-konklużjonijiet ta' dan il-grupp ta' ħidma meta twettaq valutazzjonijiet tal-impatt għal proposti leġiżlattivi, kif ukoll biex tissorvelja l-miżuri relatati mas-Small Business Act; jinnota li dan jista’ jwassal sabiex tinħoloq Karta Ewropea tal-professjonijiet indipendenti;

38.  Jenfasizza l-importanza li jiġu żviluppati ħiliet ta’ innovazzjoni b’mod ġenerali u li tiġi appoġġjata l-innovazzjoni li toriġina minn impjegati kemm f’kumpaniji ġodda kif ukoll f’dawk eżistenti; jenfasizza wkoll li l-parti l-kbira tal-intrapriżi l-ġodda li jkollhom l-akbar suċċess ikunu ħarġu minn kumpaniji eżistenti fejn impjegati jkollhom l-opportunità jiżviluppaw l-idea tagħhom f’oqfsa sikuri u għonja fir-riżorsi; jenfasizza, barra minn hekk, li bosta intraprendituri ġodda huma kkwalifikati u oħrajn ma għandhomx kwalifiki, u għaldaqstant l-isforzi intraprenditorjali ma għandhomx ikunu mmirati biss lejn persuni akkademiċi; jinnota li t-taħriġ vokazzjonali orjentat lejn il-prattika għandu rwol importanti wkoll fl-isforzi għall-promozzjoni tal-intraprenditorija u l-innovazzjoni;

39.  Jenfasizza l-importanza li jiġu żviluppati inċentivi għall-impjegati biex jibdew kumpaniji tagħhom stess fuq bażi part-time;

40.  Jitlob l-użu ta' dispożizzjonijiet ta' flessibilità għall-Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (COSME) fi ħdan il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP), partikolarment fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji; jinsisti li, fl-ambitu tal-QFP, jitkomplew il-programmi ta’ mikrokreditu, pereżempju l-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress u JASMINE (l-Azzjoni Konġunta għas-Sostenn tal-Istituzzjonijiet Mikrofinanzjarji fl-Ewropa);

41.  Jenfasizza li l-ħolqien ta’ alternattivi ta’ finanzjamenti flessibbli għandu importanza massima għall-intrapriżi li għadhom jibdew u l-SMEs sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess tagħhom għall-finanzjament; jirrikonoxxi li kontribuzzjonijiet differenti ta’ kapital barrani u kapital proprju u kapital ibridu (hybrid capital) jistgħu jkunu adegwati għal mudelli ta’ negozju differenti u għalhekk jistieden lill-Istati Membri jneħħu d-distinzjoni għal skopijiet ta’ taxxa bejn kapital proprju u kapital barrani u jikkunsidraw li jintroduċu eżenzjoni għall-parteċipazzjoni kapitali għall-investiment fl-ekonomija reali biex jistimulaw it-tkabbir sostenibbli u joħolqu l-impjiegi; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-benefiċċji tat-titolizzazzjoni tal-mikro-kreditu;

42.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jinkoraġġixxu s-separazzjoni ta’ kuntratti għall-akkwist pubbliku f’lottijiet sabiex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-offerti pubbliċi, pereżempju billi jiġi applikat il-prinċipju 'apply or explain' fil-liġi nazzjonali tagħhom dwar l-akkwist;

43.  Jiddispjaċih li f’uħud mill-Istati Membri għad hemm rekwiżiti riġidi wisq għal intrapriżi ġodda; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri jnaqqsu għal xahar il-perjodu meħtieġ għall-għoti ta’ liċenzji u permessi oħra biex jinfetaħ negozju ġdid;

44.  Jenfasizza l-importanza tal-fatt li persuni gradwati li matul l-istudji tagħhom ikunu pparteċipaw f’korsijiet speċjalizzati dwar intraprenditorija għandhom jingħataw assistenza biex jibdew intrapriża tagħhom;

45.  Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu punt uniku fejn is-servizzi kollha ta’ appoġġ għan-negozji jkunu kkombinati, inkluż fil-qasam tal-aċċess għall-finanzjament minn sorsi varji, il-konsulenza dwar il-ftuħ ta’ negozji ġodda u informazzjoni dwar opportunitajiet ta’ negozju fi ħdan l-UE u barra minnha;

46.  Jistieden lill-Istati Membri jadottaw approċċ ibbilanċjat fil-liġijiet tagħhom dwar il-limiti ta’ żmien u r-risoluzzjoni ta’ tilwim dwar dejn sabiex fallimenti onesti jingħataw "ċans ieħor" u r-riskji għall-kredituri jiġu minimizzati;

III.L-intraprendituri bħala mudelli eżemplari u l-għan li jintlaħqu gruppi speċifiċi fil-mira

47.  Jappoġġa l-introduzzjoni ta’ 'Jum Ewropew tal-Intraprenditorija' li għandu jkun dirett primarjament lejn il-midja u jiġbed l-attenzjoni fuq stejjer ta’ suċċess intraprenditorjali; iqis li għandha ssir enfasi partikolari fuq l-eżempji ta’ intraprendituri kapaċi joħolqu valur ekonomiku miżjud filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji ċentrali tas-sostenibilità u r-responsabilità soċjali fl-UE; jittama li l-iskejjel u l-istituzzjonijiet ta’ tagħlim jipparteċipaw fl-avveniment permezz ta’ laqgħat mal-intraprendituri u żjajjar fl-impriżi;

48.  Jenfasizza l-potenzjal kbir tan-nisa bħala intraprendituri u jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta data affidabbli b’mod li l-leġiżlazzjoni tal-preżent tkun tista' tiġi vvalutata aħjar u biex jiġu eliminati l-ostakli possibbli għall-intraprendituri nisa;

49.  Jenfasizza l-potenzjal tal-kooperattivi u l-intrapriżi soċjoekonomiċi bħala strumenti għall-ġenerazzjoni tal-impjiegi, u partikolarment l-impjiegi fost iż-żgħażagħ, minħabba r-rwol li għandhom fl-iżvilupp lokali sostenibbli, mhux biss f’termini ekonomiċi iżda wkoll f’termini soċjali u f’termini ta’ impjiegi;

50.  Jenfasizza li l-ICT għandu rwol determinanti fil-prestazzjoni tal-intraprenditorija u jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżviluppaw u jippromwovu programmi biex jibnu l-ħiliet tal-ICT, partikolarment għaż-żgħażagħ u għan-nisa;

51.  Iqis li għandha tingħata attenzjoni speċjali lil gruppi oħra li huma sottorappreżentati fid-dinja intraprenditorjali bħaż-żgħażagħ, l-anzjani, il-persuni b’diżabilità u l-immigranti;

52.  Huwa tal-fehma li l-isfidi demografiċi jeħtieġu strateġija aktar wiesgħa li tgħaqqad il-ħolqien tal-impjiegi mal-ħtiġijiet ġodda u emerġenti tas-suq tax-xogħol Ewropew; jemmen li, f'dan ir-rigward, għandu jsir aktar progress biex titjieb il-mobilità tal-ħaddiema tal-UE, fosthom ir-riċerkaturi u professjonisti oħrajn, bil-ħsieb li naslu għal Ewropa mingħajr ostakli fis-suq intern tal-UE;

53.  Jenfasizza li n-nuqqas ta’ kwalifiki skolastiċi u professjonali barranin jirrapreżenta ostaklu sinifikanti għall-ħolqien ta’ intrapriżi mill-migranti; jitlob, għalhekk, li jkun hemm ftehim mill-aktar fis dwar id-Direttiva dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali;

o
o   o

54.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P7_TA(2012)0387.
(2) Testi adottati, P7_TA(2013)0036.


L-implimentazzjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni
PDF 360kWORD 118k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (abbażi tar-Rapport Annwali tal-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni) (14605/1/2012 – 2013/2105(INI))
P7_TA(2013)0513A7-0360/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-implimentazzjoni tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (abbażi tar-Rapport Annwali tal-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni) (14605/1/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 21, 24 u 36 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra t-Titolu V tat-TUE u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2012,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Konferenza InterParlamentari għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni u tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni tas-6 ta’ Settembru 2013,

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà bit-titolu ‘Ewropa Sikura f'Dinja Aħjar’, adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta’ Diċembru 2003, u r-rapport dwar l-implimentazzjoni tagħha bit-titolu ‘Nipprovdu s-Sigurtà f'Dinja li qed Tinbidel’, adottat mill-Kunsill Ewropew fil-11 u t-12 ta’ Diċembru 2008,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tal-1 ta’ Diċembru 2011 u tat-23 ta’ Lulju 2012, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-akkomunament u l-kondiviżjoni tal-kapaċitajiet militari tat-23 ta’ Marzu 2012,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-istrateġija ta’ sigurtà marittima tas-26 ta’ April 2010,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Il-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika ta’ Informazzjoni tas-27 ta’ Mejju 2011 u l-konklużjonijiet preċedenti tal-Kunsill dwar iċ-ċibersigurtà,

–  wara li kkunsidra l-Kodiċi ta’ Kondotta dwar l-Akkomunament u l-Kondiviżjoni adottat mill-ministri tad-difiża tal-UE fid-19 ta’ Novembru 2012,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Lulju 2013 bl-isem “Lejn settur tad-difiża u tas-sigurtà aktar kompetittiv u effiċjenti” (COM(2013)0542),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità(1),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-12 ta’ Settembru 2013, dwar id-dimensjoni marittima tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni(3) u dwar l-istrutturi militari tal-UE: is-sitwazzjoni attwali u l-prospetti futuri(4), tat-22 ta’ Novembru 2012 dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni(5), dwar il-klawsoli ta’ difiża reċiproka u solidarjetà tal-UE: dimensjonijiet politiċi u operattivi(6), dwar ir-rwol tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni f'każ ta’ kriżijiet ikkawżati mill-klima u ta’ diżastri naturali(7), u dwar iċ-Ċibersigurtà u ċ-Ċiberdifiża(8), tal-14 ta’ Diċembru 2011 dwar l-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq is-settur tad-difiża fl-Istati Membri tal-UE(9), tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar l-iżvilupp tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona(10) u tat-23 ta’ Novembru 2010 dwar il-kooperazzjoni ċivili-militari u l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ċivili-militari(11),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni tat-13 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-reviżjoni tal-2013 tal-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-SEAE(12)2u r-Reviżjoni tas-SEAE tal-2013 ippreżentata mir-Rappreżentant Għoli f’Lulju 2013(13)3,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-15 ta’ Ottubru 2013 tar-Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni dwar il-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni,

–  wara li kkunsidra r-rapport tas-SEAE dwar ir-reviżjoni tal-proċeduri tal-immaniġġjar ta’ kriżijiet tal-PSDK adottat mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) fit-18 ta’ Ġunju 2013,

–  wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 119(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0360/2013),

Is-sigurtà u d-difiża Ewropea f’dinja li qed tinbidel

1.  Jinnota l-bidliet sinifikanti u kontinwi fl-ambjent ġeopolitiku kkaratterizzat minn theddidiet multidimensjonali u asimmetriċi, mit-tkabbir ta’ setgħat emerġenti u minn bidla strateġika fl-attenzjoni tal-Istati Uniti lejn ir-reġjun tal-Paċifiku, mill-instabilità dejjem tiżdied fil-viċinat tan-nofsinhar tal-UE, minn żieda fl-isfidi marittimi tas-sigurtà, mill-proliferazzjoni tal-armi tal-qerda tal-massa u żieda fit-traffikar illeċitu ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir, u minn kriżi finanzjarja u ekonomika severa u fit-tul b’impatt ewlieni fuq il-PDG ta’ ħafna mill-Istati Membri tal-UE u, b’konsegwenza ta’ dan, fuq il-baġits tad-difiża nazzjonali fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku;

2.  Jemmen li l-valutazzjoni mill-ġdid u t-tisħiħ tar-rwol tal-Ewropa fid-dinja jikkostitwixxu waħda mill-ikbar sfidi tas-seklu 21 u li wasal iż-żmien għall-Istati Membri tal-Unjoni biex juru r-rieda politika meħtieġa biex jagħmlu lill-UE attur globali rilevanti u tipprovdi s-sigurtà b’awtonomija strateġika reali; iqis li hija meħtieġa bidla fil-mentalità min-naħa tal-Istati Membri sabiex jiġi ankrat approċċ Ewropew ma’ politika impenjata u effettiva tas-sigurtà u d-difiża;

3.  Jilqa’, għaldaqstant, id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li ssir diskussjoni ddedikata għas-sigurtà u d-difiża fis-Summit ta’ Diċembru 2013; iqis li din tipprovdi opportunità f’waqtha biex tenfasizza fl-ogħla livell politiku u tikkomunika lill-pubbliku fl-Ewropa li l-kwistjonijiet ta’ sigurtà u difiża għadhom importanti, u li d-dimensjoni Ewropea hija iktar rilevanti minn qatt qabel; jemmen bis-sħiħ li l-UE għandha l-ħtieġa li tkun kapaċi tipprovdi s-sigurtà liċ-ċittadini tagħha, li tippromwovi u tiddefendi l-valuri fundamentali tagħha, tassumi s-sehem tagħha tar-responsabbiltà fil-paċi dinjija u li jkollha rwol effettiv fil-prevenzjoni u l-immaniġġjar tal-kriżijiet reġjonali fil-viċinat usa' tagħha, li tikkontribwixxi għar-riżoluzzjoni tagħhom u li tipproteġi ruħha mill-effetti negattivi ta’ dawn il-kriżijiet;

4.  Jilqa’ wkoll ir-rapport tar-Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni dwar il-PSDK, li jidentifika għadd ta’ ostakli li tiffaċċja l-politika; jiddispjaċih madankollu, li r-rapport ma jissuġġerixxix aktar azzjonijiet konkreti biex jimla l-lakuni tal-PSDK;

5.  Jistenna bil-ħerqa li jittieħdu deċiżjonijiet ta’ sustanza fis-Summit ta’ Diċembru u li jressaq ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu ma’ dan ir-rapport, li jibnu fuq il-pożizzjonijiet rilevanti meħuda mill-Parlament fil-passat riċenti u li tingħata attenzjoni mill-qrib lid-dibattitu li għaddej dwar it-tliet kwistjonijiet ewlenin (raggruppamenti) identifikati mill-Kunsill Ewropew f’Diċembru 2012;

L-isfruttar tal-potenzjal tat-trattati

6.  Jinnota li t-Trattat ta’ Lisbona introduċa bosta strumenti ġodda fil-qasam tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) li għadhom ma tpoġġewx fil-prattika;

7.  Jenfasizza f’dan ir-rigward il-possibilità li tiġi stabbilita kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) fost l-Istati Membri (Artikolu 46(6) tat-TUE), li jiġu fdati strumenti u kapaċitajiet ta’ ppjanar u kondotta militari tal-PSDK b’mod partikolari lil dak il-grupp ta’ Stati Membri (Artikoli 42(5) u 44(1) tat-TUE), u li jiġi stabbilit fond ta’ tnedija għall-attivitajiet preparatorji għall-missjonijiet li mhumiex debitati lill-baġit tal-Unjoni (Artikolu 41(3) tat-TUE) u li mhumiex inkorporati fil-mekkaniżmu ATHENA; jistieden għalhekk lill-President tal-Kunsill Ewropew u lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli biex jistabbilixxu l-fond ta’ tnedija; jenfasizza f’dan il-kuntest l-importanza li jiġu ssimplifikati l-kwistjonijiet tal-PSDK f’dawk il-politiki tal-UE li għandhom impatt multidimensjonali fuq is-sigurtà u d-difiża jew li jikkontribwixxu għall-PSDK, bħall-iżvilupp u d-drittijiet tal-bniedem, ir-riċerka industrijali u l-innovazzjoni, is-suq intern, il-politiki internazzjonali tal-kummerċ u tal-ispazju u oħrajn, sabiex jappoġġjaw lil dawk l-Istati Membri li huma involuti fit-tisħiħ ulterjuri tal-PSDK;

8.  Jenfasizza l-importanza ta’ dawn id-dispożizzjonijiet miftiehma komunement għall-iżvilupp tal-PSDK u jitlob lill-Kunsill Ewropew biex imexxi diskussjoni serja dwar l-implimentazzjoni tagħhom b’mod koerenti; jitlob lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-President tal-Kummissjoni u lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli (VP/RGħ) biex ikollhom rwol attiv f'dan il-proċess;

L-ewwel raggruppament: żieda fl-effettività, il-viżibbiltà u l-impatt tal-PSDK

9.  Jindika li, skont it-Trattati, l-għan tal-UE huwa li tippromwovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benessri tal-popli tagħha (Artikolu 3 tat-TUE) u li l-azzjoni tagħha fix-xena internazzjonali għandha tfittex li tikkonsolida u tappoġġja d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, u biex tipprevjeni l-kunflitti u ssaħħaħ is-sigurtà internazzjonali, f’konformità mal-għanijiet u l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, mal-prinċipji tal-Att Finali ta’ Ħelsinki u mal-għanijiet tal-Karta ta’ Pariġi, inklużi dawk relatati mal-fruntieri esterni (Artikolu 21 tat-TUE); huwa konvint li l-PSDK isservi dawn l-għanijiet u jenfasizza l-bżonn li tiġi aġġornata;

10.  Jenfasizza li l-assi ewlieni tal-Unjoni Ewropea huwa d-disponibbiltà ta’ politiki u strumenti varji, ikkumbinati permezz tal-hekk imsejjaħ ‘approċċ komprensiv’, u li huwa possibbli li jinkisbu riżultati aħjar fil-livelli kollha billi tiġi integrata aħjar il-PSDK f’dan l-approċċ; jilqa’ f’dan ir-rigward ir-reviżjoni tal-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-SEAE ippubblikata mill-VP/RGħ f’Lulju 2013, li tagħraf il-problemi tal-koordinazzjoni u dawk relatati mal-ħeffa u l-effettività tat-teħid ta' deċiżjonijiet fil-qasam tal-PSDK; jistenna bil-ħerqa li jittieħdu deċiżjonijiet speċifiċi fis-Summit ta’ Diċembru u jistenna li tiġi integrata ulterjorment il-PSDK biex tiġi analizzata bir-reqqa fil-Komunikazzjoni konġunta li jmiss tal-VP/RGħ u mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-approċċ komprensiv;

11.  Itenni l-konvinzjoni tiegħu li għalkemm elementi tal-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà tal-2003, kif supplimentati fl-2008, jibqgħu validi, l-UE għandha bżonn tirrevedi u tikkumplimenta din l-istrateġija billi tqis l-iżviluppi riċenti u firxa ġdida ta’ sfidi u riskji għas-sigurtà u tiddefinixxi mill-ġdid l-interessi, l-objettivi u l-prijoritajiet strateġiċi tagħha, b’enfasi akbar fuq il-ħarsien taċ-ċittadini tagħha, fuq id-difiża tal-infrastrutturi kritiċi u fuq il-viċinat tagħha, u billi tikkombina s-sottostrateġiji reġjonali u tematiċi differenti; jemmen li tali eżerċizzju għandu jipprovdi qafas strateġiku iktar ċar għall-azzjoni esterna mill-UE, itejjeb il-konsistenza u, fl-istess waqt, jikkomunika aħjar liċ-ċittadini l-isfidi u r-riskji li jiffaċċjaw fil-futur; jitlob għalhekk li l-Kunsill Ewropew iniedi dibattitu dwar il-qafas strateġiku xieraq għall-Unjoni, jagħti mandat lill-VP/RGħ biex iressaq il-proposti f’dan ir-rigward qabel tmiem l-2014 u jiżgura segwitu sostenibbli, kif definit primarjament fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà;

12.  Jitlob li din ir-reviżjoni tal-qafas strateġiku tal-UE tiġi tissarraf fit-tfassil ta' White Paper dwar il-politika ta’ sigurtà u difiża tal-UE u jissuġġerixxi li l-Kunsill Ewropew ikun jista’ jniedi dan il-proċess meħtieġ; barra minn hekk, iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE biex iqisu serjament id-dimensjoni Ewropea fl-istrateġiji ta’ sigurtà nazzjonali, fil-White Papers u fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-qasam tad-difiża; jistieden lill-VP/RGħ biex jiżviluppa mudell komuni għat-tfassil tar-reviżjonijiet nazzjonali konkorrenti;

13.  Jindika l-ħtieġa li jiġi garantit li l-UE tkun f’pożizzjoni li tikkontribwixxi, permezz ta’ operazzjonijiet ta' mmaniġjar ta' kriżi, għall-prevenzjoni, l-istabbilizzazzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti;

14.  Jemmen li l-introduzzjoni ta’ klawżola ta’ difiża reċiproka u ta’ klawżola ta’ solidarjetà mit-Trattati (Artikolu 42(7) tat-TUE u Artikolu 222 tat-TFUE) isaħħu s-sens ta’ destin komuni fost iċ-ċittadini Ewropej; ifakkar lill-Istati Membri li l-Unjoni tista' biss twettaq ir-rwol globali tagħha fi spirtu ta' impenn, fehim reċiproku u solidarjetà ġenwina, b'hekk issaħħaħ is-sigurtà tal-Ewropa u dik taċ-ċittadini tagħha; ifaħħar, għalhekk, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għall-Proposta Konġunta dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni mill-Unjoni tal-klawsola ta' solidarjetà u jitlob lill-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern biex itennu mill-ġdid l-impenn tagħhom lejn is-solidarjetà politika reċiproka u biex jipprovdu interpretazzjoni operattiva ċara taż-żewġ klawsoli;

15.  Jinnota bi tħassib li n-numru u l-puntwalità tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK, u l-iżvilupp tal-mezzi u l-kapaċitajiet ċivili u speċjalment militari għall-PSDK ma jilħqux dak li huwa meħtieġ minħabba l-viċinat dejjem inqas sikur u instabbli tal-UE; jiddeplora, b’mod partikolari, l-ambitu ġenerali limitat tal-missjonijiet tal-PSDK relatati mal-kriżijiet fil-Libja u fil-Mali u jiddispjaċih għan-nuqqas ta’ flessibbiltà fil-proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni li jammontaw għal reazzjonijiet effettivi mdewma f’xenarji ta’ kriżijiet, kif juru ż-żewġ eżempji; jitlob biex is-sitwazzjoni tiġi sorveljata u biex jinżamm l-impenn operattiv fl-Ewropa tal-Lvant u l-Kawkasu tan-Nofsinhar, li ta riżultati pożittivi; jitlob aktar ambizzjoni u sforzi serji biex jitjieb it-tfassil tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet futuri tal-PSDK taħt ‘proċess ta’ tagħlimiet miksuba’ u biex jiġu żviluppati strateġiji ta’ ħruġ xierqa; jistieden lill-VP/RGħ biex jidderieġi dan il-proċess u jilqa' f'dan ir-rigward ir-rapport tagħha ppubblikat fil-15 ta' Ottubru 2013 bħala pass importanti dwar kif il-PSDK issir aktar effettiva u proattiva;

16.  Jenfasizza l-bżonn li titjieb il-viżibbiltà tal-immaniġġjar tal-kriżi Ewropea u li jitqiegħdu l-isforzi kollha taħt il-PSDK, u li jsir użu, fejn xieraq, mid-dispożizzjoni fl-Artikolu 44 tat-TUE għal deċiżjoni tal-Kunsill li tafda l-implimentazzjoni ta’ kompitu lil grupp ta’ Stati Membri li għandhom ir-rieda u l-kapaċità meħtieġa għal tali kompitu;

17.  Jesprimi t-tħassib tiegħu, abbażi tal-esperjenza tal-passat riċenti, li l-approċċ komprensiv għall-immaniġġjar tal-kriżi għadu ma laħaqx il-potenzjal sħiħ tiegħu; iqis li l-missjonijiet u l-operazzjonijiet huma aktar sinifikanti meta jintisġu fi strateġija reġjonali, kif juri l-eżempju pożittiv tal-Qarn tal-Afrika; jieħu nota tas-‘Suġġerimenti għal proċeduri tal-immaniġġjar ta’ kriżijiet għall-operazzjonijiet ta’ mmaniġġjar ta’ kriżijiet tal-PSDK’ approvat mill-Istati Membri fit-18 ta’ Ġunju 2013;

18.  Jitlob li l-problemi funzjonali tal-missjonijiet ċivili tal-PSDK, notevolment dawk li jirrigwardjaw il-ħeffa tal-iskjerament u tal-persunal, jiġu ttrattati billi jiġi rivedut il-qafas legali u finanzjarju tagħhom, li spiss jikkomplika l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet u jwassal għal dewmien; jitlob għal żieda fin-numru ta’ pjanifikaturi strateġiċi kwalifikati u politikament indipendenti, li huwa żgħir wisq ikkumparat man-numru ta’ missjonijiet; jitlob barra minn hekk lill-Istati Membri biex joħolqu ‘korpi ta’ riżerva ċivili’ li jistgħu jiġu skjerati malajr jekk ikun meħtieġ; jilqa’ f’dan ir-rigward il-maħżen permanenti tal-PSDK stabbilit riċentament;

19.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-2001 li talbet il-ħolqien ta’ Korp Ewropew għall-Paċi Ċivili; jilqa’ l-isforzi riċenti biex jinħoloq Korp Volontarju ta’ Għajnuna Umanitarja fil-Kummissjoni u grupp ta’ esperti fil-medjazzjoni, id-djalogu, u r-rikonċiljazzjoni fis-Servizz għall-Azzjoni Esterna; jilqa’ wkoll l-eżistenza u l-kontinwazzjoni tas-Sħubija għat-Tisħiħ tal-Paċi bejn is-Servizz għall-Azzjoni Esterna u partijiet interessati tas-soċjetà ċivili rilevanti;

20.  Jenfasizza r-rwol importanti tal-medjazzjoni u d-djalogu fil-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti b’mod paċifiku; ifaħħar il-progress li għamel is-SEAE fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ medjazzjoni tiegħu u jtenni l-appoġġ tiegħu għat-titjib ulterjuri tal-kapaċitajiet tal-Ewropa f’dan il-qasam; jemmen li l-involviment b’suċċess tal-Parlament fil-proċessi ta’ medjazzjoni wera r-rwol importanti li jista’ jkollhom il-membri parlamentari fl-appoġġ għall-proċessi ta’ medjazzjoni u djalogu u għandu l-intenzjoni li jkompli jżid l-isforzi tiegħu f’dan il-qasam;

21.  Jipproponi l-inklużjoni ta’ konsulenti dwar id-drittijiet tal-bniedem u dwar il-ġeneru fil-missjonijiet kollha tal-PSDK u jinkoraġġixxi skambju tal-aħjar prattiki fost il-missjonijiet tal-PSDK sabiex jitqies bis-sħiħ it-tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem u għall-protezzjoni u l-inklużjoni sħiħa tan-nisa fir-riżoluzzjoni tal-kunflitti u ta’ wara l-kunflitti, jistieden lill-Kunsill u lis-SEAE biex jieħdu passi ulterjuri biex jinkludu aspetti tal-ġeneru fl-ippjanar tal-persunal għall-missjonijiet tal-PSDK;

22.  Jenfasizza l-fatt li l-operazzjonijiet militari ta’ suċċess jirrikjedu funzjoni ċara ta’ kmand u kontroll; itenni għalhekk it-talba tiegħu għall-istabbilment ta’ kwartieri ġenerali ta’ operazzjonijiet militari permanenti; jinnota b’dispjaċir in-nuqqas ta’ progress fuq din il-kwistjoni u r-reżistenza qawwija ta’ xi Stati Membri; jenfasizza li PSDK effettiva teħtieġ appoġġ ta’ twissija bikrija u informazzjoni sigrieta adegwat; iqis, għalhekk, li dawn il-kwartieri ġenerali għandhom jinkludu ċelloli għall-ġbir ta’ informazzjoni sigrieta u għall-għarfien tat-twissijiet bikrija jew tas-sitwazzjoni;

23.  Itenni l-appoġġ tiegħu għal soluzzjoni temporanja u jiġbed l-attenzjoni lejn il-proposta tiegħu biex jitjieb l-istat taċ-Ċentru ta’ Operazzjonijiet għall-Qarn tal-Afrika li huwa attiv bħalissa u biex tiġi pprovduta għajnuna għall-ippjanar militari u għall-koordinazzjoni bejn l-atturi fil-qasam operattiv; jitlob lill-VP/RGħ biex tiżviluppa tali opzjoni, fi ħdan ir-restrizzjonijiet tad-daqs u l-infrastruttura attwali tiegħu, biex jitjieb l-użu tar-riżorsi attwali u biex tiġi eżaminata l-fattibbiltà li ż-żona ġeografiku ta' operazzjonijiet titwessa’ biex tinkludi reġjuni oħra importanti; iqis li dan il-korp għandu jkollu kapaċità legali u jiġi assenjat ir-rwol li jikkoordina l-akkwist bejn Brussell u l-kwartieri ġenerali tal-missjoni individwali, u juża l-ekonomiji ta’ skala biex jimmassimizza t-tfaddil;

24.  Jinnota l-fatt li l-gruppi tattiċi tal-UE għadhom qatt ma ġew skjerati u jikkunsidra li l-eżistenza tagħhom se tkun diffiċli biex tkun iġġustifikata maż-żmien; jenfasizza li dawn jikkostitwixxu għodda importanti għall-ġenerazzjoni tal-forzi f’waqtha, għat-taħriġ u għar-reazzjoni rapida; jilqa’ d-deċiżjoni li din il-kwistjoni tiġi indirizzata matul is-Summit ta’ Diċembru; huwa konvint li l-UE għandu jkollha għad-dispożizzjoni tagħha forzi tattiċi permanenti lesti biex jidħlu fl-azzjoni fi żmien qasir, b’komponenti tal-art, tal-baħar, ċibernetiċi u tal-forzi speċjali u b’livell għoli ta’ ambizzjoni; jenfasizza l-fatt li l-gruppi tattiċi tal-UE għandhom ikunu skjerati għal kull tip ta' kriżi, inkluż il-kriżi umanitarja kkawżata mill-klima; huwa favur approċċ iktar flessibbli u mmirat biex itejjeb ir-rispons u l-adattabbiltà għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi differenti, u li titjieb il-modularità sabiex jimtlew il-lakuni matul il-fażijiet inizjali tat-tnedija tal-operazzjonijiet tal-PSDK mingħajr ma tiġi kompromessa, madankollu, il-kapaċità operattiva tal-grupp tattiku b’mod ġenerali;

25.  Jenfasizza l-fatt li għandhom isiru aktar sforzi biex inizjattivi bħall-Eurocorps u l-Grupp tal-Ajru Ewropew ikunu integrati fil-livell tal-UE;

26.  Jikkonferma li s-sistema finanzjarja attwali ta’ ‘spejjeż jitħallsu fejn jitnefqu’ tikkostitwixxi problema serja għall-PSDK, li twassal għal dewmien jew imblukkar totali fit-teħid ta' deċiżjonijiet, notevolment fuq l-iskjerament rapidu tal-gruppi tattiċi; jirrakkomanda li l-Istati Membri jaqblu fuq mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-UE bbażat fuq qsim tal-piżijiet għall-użu tal-gruppi tattiċi taħt il-bandiera tal-UE, sabiex jingħatalhom futur realistiku; jitlob ukoll li fl-interess tal-koerenza u l-effettività ‒ is-SEAE għandu jikseb il-kontroll tal-istrumenti finanzjarji marbuta mal-miżuri tal-immaniġġjar ta’ kriżijiet ippjanati u mmexxija minnu; jistenna li l-VP/RGħ u l-Istati Membri interessati jressqu proposti konkreti f’dan ir-rigward;

27.  Jesprimi t-tħassib tiegħu, barra minn hekk, li l-kriżi ekonomika u tad-dejn jista’ jkollha impatt fuq ir-rieda tal-Istati Membri tal-UE li jikkontribwixxu għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK, b’mod partikolari dawk b’implikazzjonijiet militari u tad-difiża; jitlob għalhekk estensjoni tal-ambitu tal-mekkaniżmu ATHENA u l-użu ta’ fond ta’ tnedija (Artikolu 41(3) tat-TUE) biex jiġi żgurat l-iffinanzjar rapidu tal-kompiti urġenti; jenfasizza madankollu li anke jekk jinħtieġ li l-PSDK terġa’ tiġi enerġizzata, dan għandu jsir skont il-limitazzjonijiet baġitarji;

28.  Jistieden lill-Istati Membri biex jisfruttaw il-possibilitajiet offruti mill-PESCO u biex jibdew jimplimentaw din id-dispożizzjoni tat-Trattat biex jittrattaw ‘l-għeja mill-PSDK’ prevalenti u tikber il-kooperazzjoni u l-integrazzjoni militari; jitlob lill-Kunsill Ewropew biex jagħti linji gwida ċari għall-implimentazzjoni tagħha u jistieden lill-Istati Membri li mhumiex interessati biex jaġixxu b’mod kostruttiv; jenfasizza li għandha tibqa’ miftuħa l-possibbiltà ta’ sħubija fi stadju aktar tard sabiex tiġi żgurata l-flessibbiltà u tiġi evitata Ewropa b’żewġ veloċitajiet;

29.  Jirrimarka li l-UE għandha interess vitali f'ambjent marittimu sigur u miftuħ li jippermetti l-passaġġ ħieles tal-kummerċ u l-użu paċifiku, legali u sostenibbli tar-rikkezzi tal-oċeani; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żviluppata politika barranija marittima tal-UE li timmira li tipproteġi u tippreserva l-infrastruttura kritika, ir-rotot tal-baħar miftuħ u r-riżorsi naturali u tqiegħed enfasi fuq ir-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti fi ħdan il-kuntest tal-liġi internazzjonali u b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar; jistenna bil-ħerqa l-adozzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar is-Sigurtà Marittima, b'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' April 2010, u jitlob għall-iżvilupp ta' pjan ta' implimentazzjoni speċifiku; jindika li l-integrazzjoni tas-sorveljanza marittima fost is-setturi u l-fruntieri diġà hija għodda intersettorjali tal-Politika Marittima Integrata tal-UE (PMI); jenfasizza l-importanza li jiġi implimentat b’mod rapidu l-proġett tal-Ambjent Komuni għall-Qsim tal-Informazzjoni u l-bini ta’ ‘pont’ bejn il-PMI u l-PSDK biex jitjieb il-qsim tal-informazzjoni bejniethom;

30.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi evitata l-militarizzazzjoni ta’ reġjuni bħall-Artiku u jenfasizza l-ħtieġa li jintużaw mezzi paċifiċi għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti inklużi strumenti ta’ kummerċ;

31.  Jitlob li l-Kunsill Ewropew jikkonferma mill-ġdid l-importanza tal-ispazju, li jsejjes l-awtonomija strateġika tal-UE u tal-Istati Membri tagħha u l-potenzjal li jintrebaħ l-aċċess awtonomu għall-ispazju permezz tal-iżvilupp ta’ lanċaturi u satelliti; itenni l-importanza tal-ġbir ta’ informazzjoni sigrieta preċiża għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet kemm ċivili kif ukoll militari tal-PSDK; jenfasizza b’mod partikolari r-rwol tal-assi bbażati fuq l-ispazju fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kunflitti u tal-immaniġġjar tal-kriżijiet qabel, waqt, u wara kriżi; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa politika speċifika biex tappoġġja l-iżvilupp ta’ assi tal-ispazju li għandhom użu multiplu;

32.  Itenni l-importanza dejjem tikber li jiġi indirizzat it-theddid tas-sigurtà ċibernetika; jistieden lill-Kunsill Ewropew biex jiżviluppa linji gwida għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE tas-Sigurtà Ċibernetika u biex jieħu miżuri konkreti fir-rigward tal-protezzjoni tal-infrastruttura ċibernetika, u l-investiment fit-tisħiħ ta’ kooperazzjoni madwar l-UE fuq il-proċeduri tal-immaniġġjar tal-kriżijiet, l-eżerċizzji ċibernetiċi, it-taħriġ u l-edukazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ biex jiżguraw li l-politika tas-sigurtà ċibernetika tiġi ppromulgata b’mod transsettorjali, sabiex tiġi żgurata l-konnessjoni adegwata bejn il-politiki tas-sigurtà interni u esterni tal-UE, u lill-Istati Membri kollha biex jiżviluppaw jew jiffinalizzaw l-Istrateġiji tas-Sigurtà Ċibernetika nazzjonali rispettivi tagħhom u biex jimmiraw għal livell ogħla ta' sinkronizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni;

33.  Jitlob lill-Kunsill Ewropew biex jafferma mill-ġdid is-sinifikat tal-provvista tal-enerġija tal-Ewropa u tal-aċċess diversifikat u sostenibbli għar-riżorsi tal-enerġija; jinnota li xi Stati Membri m’għandhomx il-kapaċità li jiddiversifikaw il-provvisti tal-enerġija tagħhom u b’hekk isiru dejjem aktar vulnerabbli; f’dan ir-rigward, jappoġġja b’mod qawwi l-isforzi kollaborattivi tal-Istati Membri f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi; jenfasizza li l-protezzjoni tal-infrastruttura kritika fl-Ewropa għandha tattiva l-klawsola tad-difiża reċiproka u/jew ta’ solidarjetà; Jinnota wkoll li l-operazzjoni ATALANTA diġà qed twettaq rwol ta’ sigurtà tal-enerġija billi tikkumbatti lill-pirati li ħatfu numru ta’ tankers taż-żejt mill-2008 ‘l hawn; jemmen, għaldaqstant, li dawn l-aspetti jeħtieġ li jkunu parti mill-approċċ strateġiku meħtieġ; jenfasizza f’dan il-kuntest li l-provvista tal-enerġija hija fattur kruċjali għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet ta’ suċċess tal-PSDK;

34.  Jenfasizza l-importanza tal-effiċjenza enerġetika fil-qasam tad-difiża, u b’mod partikolari, jenfasizza l-ħtieġa li jiġi vvalutat l-impatt tal-konsum tal-enerġija fuq il-baġits tad-difiża u l-effettività militari u li tiġi żviluppata strateġija komprensiva tal-effiċjenza enerġetika għall-forzi armati;

35.  Jenfasizza l-importanza li l-UE tiżviluppa ulterjorment is-sħubijiet u li tkabbar id-djalogu dwar is-sigurtà man-NU, mal-organizzazzjonijiet reġjonali u mal-partijiet rilevanti, inkluż ma’ pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant dawk tal-Viċinat tan-Nofsinhar;

36.  Jirrimarka li l-UE għandha tinvolvi ruħha ulterjorment man-NU, mal-Unjoni Afrikana, mal-OSKE u mal-ASEAN sabiex taqsam l-analiżi u tikkoopera fl-indirizzar tal-isfidi tal-politika ambjentali u tat-tibdil fil-klima, inklużi l-implikazzjonijiet tas-sigurtà tagħha; jenfasizza l-bżonn għal azzjoni preventiva u jħeġġeġ lill-UE biex tiżviluppa u ttejjeb il-kapaċitajiet ta’ twissija bikrija;

37.  Jitlob kooperazzjoni iktar b’saħħitha bejn l-istrutturi tal-UE u tan-NATO permezz ta’ approċċ kumplimentari u koordinazzjoni aktar mill-qrib sabiex jgħin biex tiġi evitata d-duplikazzjoni bejn iż-żewġ imsieħba u biex tindirizza b'mod effettiv it-theddidiet ġodda; huwa konvint li t-tisħiħ tal-PSDK ma jagħmilx ħsara, iżda filfatt isaħħaħ, lis-sigurtà kollettiva u lir-rabtiet transatlantiċi; isostni li l-iżvilupp tal-kapaċitajiet difensivi fil-kuntest tal-UE huwa ta’ benefiċċju għan-NATO wkoll; jinnota l-kollaborazzjoni kostruttiva rigward inizjattiva ta’ akkomunament u kondiviżjoni tal-UE u l-inizjattiva ta’ difiża intelliġenti tan-NATO; jilqa’ l-intenzjoni tar-Repubblika ta’ Ċipru li tissieħeb fil-Programm ta’ Sħubija għall-Paċi tan-NATO li tista’ twassal għal bidla u tħeġġeġ lit-Turkija biex tadotta attitudni ugwalment kostruttiva; iħeġġeġ l-iżvilupp ta’ qafas komprensiv għall-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO u t-tkabbir tad-djalogu politiku b’rispett sħiħ lejn it-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kull parti;

38.  Huwa tal-opinjoni li l-UE teħtieġ tkun kapaċi taġixxi b’mod awtonomu, iżda dejjem f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Karta tan-NU filwaqt li tiżgura rispett sħiħ lejn il-liġi umanitarja internazzjonali;

It-tieni raggruppament: tisħiħ tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ difiża

39.  Jikkonferma t-tħassib li tnaqqis ulterjuri fil-baġits tad-difiża nazzjonali jagħmluha impossibbli li jiġu miżmuma l-kapaċitajiet militari kritiċi u ser jirriżultaw f’telfa irriversibbli ta’ kompetenzi u teknoloġiji; jinnota li n-nuqqasijiet fil-kapaċitajiet tal-Istati Membri saru apparenti matul l-operazzjonijiet fil-Libja u fil-Mali u li l-kriżi ekonomika aggravat il-problemi strutturali eżistenti; itenni l-opinjoni tiegħu, madankollu, li l-problema hija anqas ta’ natura baġitarja milli ta’ natura politika;

40.  Jinnota l-proposti magħmula mill-VP/RGħ fir-rapport tagħha dwar il-PSDK ta’ Ottubru 2013, u l-aktar dawk immirati biex joħolqu inċentivi għall-kooperazzjoni fil-qasam tal-kapaċitajiet tad-difiża, inkluż inċentivi ta' taxxa; jenfasizza l-opportunità għall-Istati Membri li jgawdu mill-benefiċċji sħaħ li jaħdmu iktar mill-qrib flimkien biex jiġġeneraw effiċjenza militari u li jiddeċiedu li jottimizzaw u jonfqu riżorsi skarsi b’mod aħjar u iktar intelliġenti, permezz ta’ tnaqqis koordinat ta’ duplikazzjoni mhux meħtieġa u kapaċitajiet żejda u skaduti;

41.  Jilqa’ r-reviżjoni li għaddejja bħalissa tal-Pjan ta’ Żvilupp tal-Kapaċitajiet bħala l-bażi għall-kunċett tat-trasformazzjoni konġunta fuq żmien twil għall-bini tal-kapaċità; jemmen li dan il-kunċett ta’ trasformazzjoni għandu jiġi diskuss b’mod regolari u l-implimentazzjoni tiegħu għandha tiġi simplifikata u riveduta kif xieraq;

42.  Jiġbed l-attenzjoni għall-missjoni tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA), kif dispost fl-Artikoli 42(3) u 45 tat-TUE, skont liem l-Aġenzija hija fdata b’kompiti importanti f’termini tal-implimentazzjoni ta’ kooperazzjoni strutturata permanenti, il-formulazzjoni ta’ politika Ewropea għall-kapaċitajiet u l-armamenti, l-iżvilupp tal-kapaċitajiet militari tal-Istati Membri, u t-tisħiħ tal-bażi industrijali u teknoloġika tas-settur tad-difiża iżda mingħajr implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-UE;

43.  Iqis li, għalkemm mhux rimedju, l-akkomunament u l-kondiviżjoni tal-kapaċitajiet militari jikkostitwixxi rispons importanti għan-nuqqasijiet fil-kapaċitajiet Ewropej; jilqa’ r-rwol faċilitattiv tal-EDA u l-progress li nkiseb s’issa; jemmen li l-akkomunament u l-kondiviżjoni m’għandhomx jiġu meqjusa biss f’termini ta’ provvisti konġunti, iżda wkoll f’termini ta’ integrazzjoni, u għandhom ikopru l-manutenzjoni kondiviża u l-utilizzazzjoni tal-kapaċitajiet;

44.  Jitlob għat-tisħiħ tar-rwol tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) fil-koordinazzjoni tal-kapaċitajiet, bl-għan li trażżan id-duplikazzjonijiet u l-programmi paralleli bejn l-Istati Membri li huma spiża żejda għall-persuni taxxabbli.

45.  Jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex itejbu l-kondiviżjoni tal-informazzjoni fl-ippjanar tad-difiża u, f'konformità mal-Kodiċi ta’ Kondotta dwar l-Akkomunament u l-Kondiviżjoni, jinkludu s-soluzzjonijiet tal-akkomunament u l-kondiviżjoni fiċ-ċikli ta’ ppjanar tad-difiża nazzjonali u fil-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet;

46.  Jenfasizza li l-fiduċja reċiproka, it-trasparenza u l-affidabbiltà huma fatturi ewlenin għas-suċċess ta’ kwalunkwe impenn komuni fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża; huwa konvint li l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ difiża għandu jkun minsuġ f’approċċ strateġiku li jiddetermina t-taħlita xierqa ta’ kapaċitajiet u l-għanijiet li għalihom għandhom jintużaw;

47.  Fid-dawl ta’ dan, jistenna li s-Summit dwar id-Difiża li ġej:

   (a) jipprovdi gwida politika u strateġika, li tikkonferma mill-ġdid l-impenn tal-Istati Membri lejn l-iżvilupp tal-kapaċitajiet u l-livell ta’ ambizzjoni deskritt fid-Dikjarazzjoni dwar it-Tisħiħ tal-Kapaċitajiet tal-2008;
   (b) jistabbilixxi l-pedamenti għal ippjanar tassew kollettiv, li jkollu firxa mill-ippjanar strateġiku sal-akkwist u l-iżvilupp teknoloġiku, filwaqt li jagħti attenzjoni partikolari lejn il-kwistjonijiet tal-arranġamenti u l-inċentivi finanzjarji;
   (c) iħaffef l-implimentazzjoni tal-proġetti attwali, partikolarment dawk li jirrigwardaw il-mezzi ta’ għajnuna strateġiċi, u li jipprovdu appoġġ politiku għall-proġetti ewlenin tal-EDA, jiġifieri, ir-Riforniment ta’ Fjuwil fl-Ajru, il-Komunikazzjoni bis-Satellita, l-Inġenji tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod, id-Difiża Ċibernetika u l-Ajru Uniku Ewropew;
   (d) jagħti l-kompitu lill-VP/RGħ u lill-EDA biex, b’mod parallel mal-Kummissjoni, iressqu proposti prattiċi ġodda li jirrigwardaw l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ difiża sal-aħħar tal-2014;
   (e) jistabbilixxi proċess ta’ monitoraġġ li regolarment jivvaluta l-progress miksub;
   (f) itenni l-valur tal-kollaborazzjoni mill-qrib man-NATO u mal-imsieħba strateġiċi fid-dominju tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet;
   (g) iqis it-tnedija ta’ xogħol ta’ żvilupp fuq Għan Militari Ewlieni 2025, possibilment ikkumplimentat minn Għan Primarju Industrijali;

It-tielet raggruppament: tisħiħ tal-industrija tad-difiża tal-Ewropa

48.  Jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu ‘Lejn settur tad-difiża u tas-sigurtà aktar kompetittiv u effiċjenti’, li tressaq xi ideat u proposti ġodda; jappoġġja bis-sħiħ l-isforzi tal-Kummissjoni biex tkabbar is-suq tad-difiża interna u tas-sigurtà u biex tiżviluppa politika tal-industrija tad-difiża, li tipprovdi appoġġ adegwat għall-SMEs li għandhom rwol ewlieni fl-innovazzjoni, fir-R&Ż, fil-ħolqien tal-impjiegi u fit-tkabbir ekonomiku, f’konformità mal-istrateġija Ewropa 2020;

49.  Jenfasizza l-fatt li t-tisħiħ tal-bażi teknoloġika u industrijali tas-settur tad-difiża huwa għan tal-Unjoni minqux fl-Artikoli 42(3) u 45 tat-TUE; jenfasizza li Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB) solida li hija kapaċi ssostni lill-PSDK, sabiex tkompli ttejjeb il-kapaċitajiet militari tal-Ewropa, filwaqt li tippreserva l-awtonomija strateġika tal-UE hija kruċjali għal difiża Ewropea effettiva; jenfasizza r-rabta bejn l-iżvilupp tar-riċerka, tal-industrija u tal-kapaċitajiet, li huma kollha elementi meħtieġa għat-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi u l-kompetittività, kif ukoll għal PSDK aktar b’saħħitha;

50.  Itenni l-ħtieġa għal industrija Ewropea tad-difiża b’saħħitha u inqas frammentata li hija kapaċi tappoġġja l-PSDK u ttejjeb l-awtonomija strateġika tal-UE; jenfasizza l-importanza taċ-ċertifikazzjoni u l-istandardizzazzjoni fit-titjib tal-interoperabilità tal-forzi armati; jitlob lill-Kunsill Ewropew biex jagħti l-mandat lill-EDA sabiex tipprepara pjan direzzjonali għall-iżvilupp ta’ standards tal-industrija tad-difiża, u lill-Istati Membri biex jissimplifikaw il-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni Ewropej permezz tar-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati u biex jarmonizzaw il-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni tagħhom;

51.  Jenfasizza li l-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tal-bidla u tar-ristrutturar huma parti integrali ta’ kwalunkwe politika industrijali; iqis, għalhekk, li l-integrazzjoni ulterjuri tas-suq fis-settur tad-difiża għandha tmur id f’id mad-djalogu soċjali attiv u mal-mitigazzjoni tal-impatti negattivi fuq l-ekonomiji reġjonali u lokali, li tagħmel użu sħiħ mill-istrumenti finanzjarji tal-UE, bħall-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni;

52.  Jitlob lill-Kunsill Ewropew biex jieħu azzjoni f’dawn l-oqsma permezz ta’ finanzjament sod tar-R&Ż, inkluż fil-livell Ewropew; jappoġġja l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni effettiva u kosteffiċjenti bejn is-sigurtà ċivili u l-attivitajiet ta’ riċerka tad-difiża; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa kontinwa għal reġim effettiv ta’ esportazzjoni b’użu doppju;

53.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkunu żgurati sorsi ġodda ta' finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tad-difiża, jiġifieri permezz tal-Orizzont 2020;

Rimarki tal-għeluq

54.  Jappoġġja b’mod sħiħ li jsir dibattitu fuq it-tliet raggruppamenti fis-Summit dwar id-Difiża ta’ Diċembru; jenfasizza l-importanza ugwali tagħhom u l-fatt li huma marbuta flimkien minn loġika inerenti li taqdi l-istess objettivi strateġiċi;

55.  Jitlob lill-Kunsill Ewropew, kif ukoll lil dawk li jfasslu l-politika fil-livelli kollha fl-Istati Membri tal-Unjoni, biex juru aktar ambizzjoni u kuraġġ fit-tnedija ta’ dibattitu pubbliku, peress li dan huwa aktar importanti fi żmien ta’ awsterità ekonomika; jenfasizza l-ħtieġa għal aktar investiment u biex tikber il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà u tad-difiża, u li tiġi spjegata r-relazzjoni kawżali bejn is-sigurtà u d-difiża fuq naħa, u l-libertà, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-prosperità fuq l-oħra;

56.  Jenfasizza r-rabta indiviżibbli bejn is-sigurtà interna u esterna u li ambjent paċifiku, sigur u stabbli huwa prekundizzjoni għall-preservazzjoni tal-mudell politiku, ekonomiku u soċjali fl-Ewropa;

57.  Jesprimi t-tamiet kbar tiegħu li dan il-Kunsill Ewropew mhux ser ikun avveniment iżolat, iżda l-punt tal-bidu ta’ proċess kontinwu li jirrivedi l-kwistjonijiet ta’ sigurtà u difiża fil-livell tal-Kunsill Ewropew fuq bażi regolari; jiffavorixxi, bħala segwitu għall-Kunsill Ewropew, l-istabbiliment ta’ pjan direzzjonali b’punti ta’ riferiment u skedi ta’ żmien speċifiċi u mekkaniżmu ta’ rappurtar; hu favur l-istabbiliment ta’ Kunsill tal-Ministri tad-Difiża fuq żmien medju biex il-kwistjonijiet ta’ sigurtà u difiża jingħataw il-piż li jixirqilhom;

58.  Jimpenja ruħu li jżomm u jsaħħaħ rabtiet aktar mill-qrib mal-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri permezz ta’ laqgħat regolari sabiex jippromwovi d-djalogu u l-iskambju ta’ fehmiet dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà u ta’ difiża;

59.  Jemmen li l-PSDK hija pilastru bażiku tal-proċess ta’ integrazzjoni Ewropew;

o
o   o

60.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-VP/RGħ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO, lill-President tal-Assemblea Parlamentari tan-NATO, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-President fil-kariga tal-OSKE, lill-President tal-Assemblea Parlamentari tal-OSKE, lill-President tal-Assemblea tal-Unjoni Afrikana u lis-Segretarju Ġenerali tal-ASEAN.

(1) ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1.
(2) ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76.
(3) Testi adottati, P7_TA(2013)0380.
(4) Testi adottati, P7_TA(2013)0381.
(5) Testi adottati, P7_TA(2012)0455.
(6) Testi adottati, P7_TA(2012)0456.
(7) Testi adottati, P7_TA(2012)0458.
(8) Testi adottati, P7_TA(2012)0457.
(9) ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 9.
(10) ĠU C 377 E, 7.12.2012, p. 51.
(11) ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 7.
(12)2 Testi adottati, P7_TA(2012)0278.
(13)3 http://eeas.europa.eu/library/publications/2013/3/2013_eeas_review_mt.pdf


Il-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea
PDF 361kWORD 112k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (2013/2125(INI))
P7_TA(2013)0514A7-0358/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Artikoli 21, 42, 45 u 46, u l-Artikoli 173, 179-190, u 352 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Protokoll Nru 10,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-13 u l-14 ta’ Diċembru 2012 u l-proċess li jwassal għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew dwar id-difiża skedata għad-19 u l-20 ta’ Diċembru 2013,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-24 ta' Lulju 2013 bl-isem “Lejn settur tad-difiża u tas-sigurtà aktar kompetittiv u effiċjenti” (COM(2013)0542),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2007 bl-isem "Strateġija għal industrija tad-difiża Ewropea aktar b’saħħitha u kompetittiva" (COM(2007)0764),

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà, adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2003, u r-rapport dwar l-implimentazzjoni tagħha, li ġie approvat mill-Kunsill Ewropew fil-11 u t-12 ta' Diċembru 2008,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni dwar it-titjib tal-Politika Ewropea tas-Sigurtà u d-Difiża, adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2008, u d-dikjarazzjoni dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet, adottata mill-Kunsill fil-11 ta' Diċembru 2008,

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija għall-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea, adottata mill-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) fl-14 ta’ Mejju 2007,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/411/PESK tat-12 ta' Lulju 2011 li tiddefinixxi l-istatut, is-sede u r-regoli operattivi tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2004/551/PESK(1),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/81/KE dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2012 dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni(3), u tal-14 ta’ Diċembru 2011 dwar l-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq is-settur tad-difiża fl-Istati Membri tal-UE(4),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0358/2013),

Politika operattiva ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni teħtieġ bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea b’saħħitha

1.  Ifakkar li Politika operattiva ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni teħtieġ bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea (EDTIB) b’saħħitha, li tikkostitwixxi element ewlieni għall-kapaċità tal-Ewropa li tiżgura s-sigurtà taċ-ċittadini tagħha, tħares il-valuri tagħha u tippromwovi l-interessi tagħha; jirrimarka li s-settur tad-difiża Ewropea hu sors ewlieni ta' tkabbir u innovazzjoni, karatteristiċi ewlenin għall-istabbiltà u s-sigurtà; jemmen li t-twaqqif u l-iżvilupp tal-EDTIB kompetittiva għandhom ikunu parti mill-prijoritajiet strateġiċi tal-UE;

2.  Ifakkar il-livell ta’ ambizzjonijiet operattivi stabbiliti fid-Dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-11 ta’ Diċembru 2008 u l-ħidmiet ċivili u militari stabbiliti fl-Artikolu 43(1) TUE; ifakkar l-impenn tal-Istati Membri li jtejbu l-kapaċitajiet militari tagħhom; jistieden lill-Kunsill Ewropew sabiex iniedi l-iżvilupp ta’ politika Ewropea dwar il-kapaċitajiet u l-armamenti (ECAP) għal dak il-għan, kif stipolat fl-Artikolu 42(3) TUE;

3.  Jenfasizza li filwaqt li ċerti pajjiżi terzi bħaċ-Ċina, l-Indja, il-Brażil u r-Russja qed iżidu l-infiq tad-difiża tagħhom, il-baġits tal-UE f’dan ir-rigward qed isofru minn tnaqqis; jiġbed l-attenzjoni għat-tibdil strateġiku fix-xenarju globali, it-tnaqqis fil-baġits tad-difiża ikkawżat b’mod speċjali mill-kriżi ekonomika u finanzjarja, il-pass mgħaġġel tal-iżvilupp teknoloġiku u l-fatt li l-kumpaniji Ewropej tad-difiża qed jaġġustaw għal din is-sitwazzjoni billi jagħmlu enfasi fuq l-esportazzjonijiet f’pajjiżi terzi, akkost li jittrasferixxu teknoloġiji sensittivi, u tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, u billi jċaqalqu l-produzzjoni barra mill-UE;

4.  Jinsab imħasseb dwar it-tnaqqis fl-investiment tad-difiża u jitlob lill-Istati Membri, l-EDA u l-Kummissjoni biex jieħdu kontromiżuri bħala reazzjoni għall-espożizzjoni dejjem tiżdied tal-EDTIB fil-futur għar-riskju li tiġi kkontrollata u mxekkla fl-attivitajiet tagħha minn setgħat terzi b’interessi strateġiċi differenti; iħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni industrijali Ewropea bil-għan li jiżguraw kemm jista' jkun awtonomija strateġika, billi jiżviluppaw u jipproduċu kapaċitajiet militari u ta' sigurtà effiċjenti bl-użu tat-teknoloġiji l-aktar avvanzati;

5.  Jenfasizza li bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-politiki tal-UE dwar l-industrija, l-ispazju u r-riċerka jestendu fl-ambitu tad-difiża; jinnota li l-programmi tal-Unjoni f’oqsma oħra bħas-sigurtà interna u fil-fruntieri, il-ġestjoni tad-diżastri u l-iżvilupp joffru prospett sinifikanti li jsir żvilupp konġunt tal-kapaċitajiet għal dawk il-politiki u għat-twettiq tal-missjonijiet tal-PSDK;

6.  Ifakkar il-ħtieġa li jsir progress fil-konsolidazzjoni tal-EDTIB, u jinnota li - quddiem teknoloġiji li dejjem qed isiru sofistikati u l-ispejjeż li qed jiżdiedu, il-kompetizzjoni internazzjonali li qed tiżdied, u baġits tad-difiża u volumi ta’ produzzjoni li qed jonqsu - hemm kamp ta' applikazzjoni kontinwu għal proġetti tad-difiża multinazzjonali u m'għadhiex aktar possibbli fl-ebda Stat Membru li l-industrija tad-difiża tkun sostenibbli fuq bażi strettament nazzjonali; jiddisjaċih għall-fatt li, filwaqt li nkiseb ċertu livell ta’ konċentrazzjoni fl-industriji ajruspazjali Ewropej, is-setturi tat-tagħmir tal-art u dak navali għadhom frammentati ħafna bejn il-pajjiżi;

7.  Jenfasizza li l-kostruzzjoni tal-industrija tad-difiża Ewropea għandha sseħħ b’mod sostenibbli, fl-Istati Membri kollha, fuq il-bażi tal-infrastruttura industrijali eżistenti u tan-normi stabbiliti fil-politiki industrijali Ewropej kif imsemmi fl-Artikolu 173 TFUE, u mhux biss skont il-prinċipju ta’ kompetizzjoni ħielsa;

8.  Ifakkar lill-Istati Membri tal-UE, lill-VP/RGħ, lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża li iżjed minn żewġ deċennji wara l-Gwerra Bierda u wara li kellhom il-benefiċċju ta' baġits għad-difiża nazzjonali relattivament għoljin l-Istati Membri tal-UE ma kinux kapaċi jilħqu l-Miri Ewlenin ta’ Ħelsinki u għanijiet oħra ta’ żvilupp ta’ kapaċitajiet militari konġunti;

9.  Ifakkar li jekk l-Ewropa tixtieq iżżomm industrija ta’ sigurtà u difiża solida, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-baġits tad-difiża tagħhom biex jevitaw duplikazzjonijiet u jsaħħu l-programmi ta’ riċerka konġunti;

10.  Jinnota li minkejja l-kriżi u t-tnaqqis baġitarju, iċ-ċittadini Ewropej għadhom qegħdin jitolbu koordinazzjoni u kooperazzjoni Ewropea fid-difiża u fl-industrija, li huma jqisu bħala fattur li jippromwovi s-sigurtà, l-effiċjenza u t-tfaddil;

11.  Jinnota l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-24 ta' Lulju 2013 u r-rapport mir-RGħ/VP tal-15 ta' Ottubru 2013 dwar il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni; iqis li hu ta’ dispjaċir li l-Kummissjoni u s-SEAE ma ħarġux dikjarazzjoni Ewropea konġunta bi preparazzjoni għas-samit dwar id-difiża tal-Kunsill Ewropew f’Diċembru ta’ din is-sena; jistenna s-suġġerimenti leġiżlattivi speċifiċi mill-Kummissjoni dwar l-użu tal-Fondi ta' Investiment Strutturali Ewropej, l-Enterprise Europe Network (EEN), il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond għall-Aġġustament Globali Ewropew sabiex ikun assigurat żvilupp ekwu tal-industrija tad-difiża f’kull parti tal-Unjoni Ewropea;

12.  Ifakkar li l-Kummissjoni u l-ministri tad-difiża tal-UE diġà enfasizzaw il-ħtieġa għal azzjoni urġenti f’dan il-qasam fl-2007 b’Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dedikata u bi strateġija tal-EDA dwar l-EDTIB; jiddispjaċih għall-opportunitajiet regolarment mitlufa bit-tressiq ta’ rapporti ta’ implimentazzjoni u ta’ aġġornament ta’ strateġiji wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona; iqis li hu ta’ dispjaċir li l-komunikazzjoni l-ġdida ma teżaminax il-qagħda preżenti tal-istrateġiji preċedenti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-EDA sabiex fil-futur jiżviluppaw strateġija konġunta tal-EDTIB, ibbażata fuq l-esperjenzi tal-passat;

13.  Iqis, minn valutazzjoni proprja wiesgħa tiegħu, li ż-żewġ strateġiji ġew implimentati b’mod insuffiċjenti minħabba nuqqas ta’ fehim komuni tal-EDTIB li jirriżulta minn interessi nazzjonali u industrijali differenti, u l-persistenza ta’ drawwiet nazzjonali stabbiliti fis-setturi tal-armamenti; jieħu nota tal-fatt li hemm Stati Membri mingħajr ebda industrija tad-difiża nazzjonali proprja u/jew industriji niċċa tagħhom li jitħabtu biex jiksbu l-aħjar valur għall-flus globalment, b’industriji tad-difiża anqas kompetittivi li jiffavorixxu fornituri ta’ provvista nazzjonali kif ukoll b’industriji tad-difiża nazzjonali qawwija li jaċċettaw kompetizzjoni globali b’saħħitha;

14.  Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li jpoġġi fuq l-aġenda tas-samit tiegħu f’Diċembru t-tisħiħ tad-difiża Ewropea; jappella lill-Kunsill Ewropew sabiex jagħti l-ispinta ġdida meħtieġa u jfassal linji gwida, prijoritajiet politiċi ġenerali u skedi ta’ żmien għas-sostenn ta’ bażi industrijali u teknoloġika ta' difiża tassew Ewropea, li għandha tkun appoġġata minn integrità u miżuri xierqa għall-bini tal-fiduċja u li għandha tkun orjentata mill-kapaċità u tippromwovi sinerġiji, tipprevedi għall-użu effiċjenti tar-riżorsi limitati, tevita d-duplikazzjoni u tkun integrata u kompetittiva fis-suq globali;

L-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti u l-konsolidazzjoni tad-domanda

15.  Iqis li hu ta’ dispjaċir li l-isforzi tal-passat għall-konsolidazzjoni tad-domanda ma tejbux il-frammentazzjoni tad-domanda fl-UE, bi 28 konsumatur tad-difiża nazzjonali u saħansitra b’għadd akbar ta’ konsumaturi ta’ prodotti għall-użu ċivili u militari; jiddispjaċih dwar ir-riżultati limitati tal-Pjan ta’ Żvilupp tal-Kapaċitajiet tal-EDA; għalhekk, jistieden lill-Kunsill Ewropew sabiex iniedi proċess ta’ rieżami tad-difiża tal-Ewropa u jsarraf fir-realtà l-koordinazzjoni tal-proċessi tal-ippjanar tad-difiża nazzjonali fil-livell tal-UE; abbażi ta’ din il-valutazzjoni, jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà biex tibda proċess estensiv għall-iżvilupp ta’ White Paper dwar is-Sigurtà u d-Difiża Ewropea sabiex tiffaċilita l-ambizzjonijiet strateġiċi tal-UE u l-proċessi ta’ żvilupp tal-kapaċitajiet;

16.  Jappella lill-Istati Membri biex jesploraw ulterjorment il-possibbiltà li jissinkronizzaw u jippjanaw b’mod konġunt il-ġestjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-kapaċitajiet tad-difiża tagħhom f'kooperazzjoni mal-EDA; iqis li sinerġiji ta' livell ogħla li jwasslu għal politika Ewropea komuni dwar kapaċitajiet u armamenti, kif imsemmi fl-Artikolu 42 TUE, tkun prerekwiżit biex l-armonizzazzjoni ta’ rekwiżiti militari ssir armonizzazzjoni tal-akkwist tat-tagħmir fost l-Istati Membri, b’hekk jinħolqu l-kundizzjonijiet tajbin għar-ristrutturar transnazzjonali b’suċċess tal-industrija tad-difiża tal-UE li tkun orjentata lejn id-domanda;

17.  Jinnota l-ħidma tal-proċess ta’ ppjanar tad-difiża tan-NATO, li permezz tiegħu membri tal-Alleanza, inklużi 26 Alleat Ewropew, jikkoordinaw - fejn xieraq - biex jiżguraw li jiġu żviluppati u miżmuma l-kapaċitajiet tad-difiża tajba biex ikunu indirizzati sfidi futuri; jinnota li n-NATO ilha ħafna li rrikonoxxiet il-ħtieġa għal kooperazzjoni mill-qrib mal-industrija, mhux l-anqas biex tassisti l-iżvilupp ta’ rekwiżiti ta’ kapaċità militari, b’mod speċjali rigward l-istandardizzazzjoni u l-interoperabbiltà, filwaqt li trawwem kooperazzjoni teknoloġika u industrijali transatlantika tad-difiża;

Politika Industrijali

18.  Iqis li politika tad-difiża industrijali Ewropea għandu jkollha l-għan li tottimizza l-kapaċitajiet tal-Istati Membri billi tikkoordina l-iżvilupp, l-użu u ż-żamma ta’ varjetà ta’ kapaċitajiet, installazzjonijiet, tagħmir u servizzi sabiex titwettaq firxa wiesgħa ta’ kompiti, inklużi l-missjonijiet l-aktar eżiġenti, bit-tisħiħ tal-industrija tad-difiża Ewropea, bil-promozzjoni tar-riċerka u tal-kooperazzjoni teknoloġika u bl-iżvilupp ta' programmi ta' kooperazzjoni fil-qasam tal-apparat;

19.  Jirrikonoxxi l-importanza tal-industriji tad-difiża Ewropej għall-innovazzjoni u t-tkabbir, li jagħtu lok, direttament u indirettament, għal madwar 400 000 impjieg fl-Unjoni; jenfasizza l-fatt li filwaqt li l-ekonomija tad-difiża Ewropea qed tiffaċċja diversi sfidi, hemm bżonn ta' approċċ ġdid li jevita d-duplikazzjoni u li jwassal għal ekonomiji ta' skala akbar u kompetizzjoni industrijali akbar;

20.  Jemmen li wasal iż-żmien li jiġi promoss approċċ volontarju sabiex tittieħed azzjoni dwar il-frammentazzjoni tas-suq tad-difiża industrijali Ewropew, filwaqt li jiġi kkonsolidat aktar (u tinbeda l-armonizzazzjoni) fir-rigward tad-domanda, il-provvista, ir-regoli u l-istandards u li wasal ukoll iż-żmien li jsir investiment f’politika industrijali integrata u sostenibbli bbażata fuq ir-riċerka, l-innovazzjoni, l-effiċjenza akbar tar-riżorsi, strateġija għall-materja prima, it-tisħiħ tal-SMEs u l-iżvilupp ta’ netwerks reġjonali; jappoġġja bis-sħiħ l-isforzi tal-Kummissjoni biex issaħħaħ is-suq intern tad-difiża u tas-sigurtà permezz ta' assistenza adegwata lill-SMEs li għandhom rwol importanti fl-innovazzjoni, fl-iżvilupp ta' kapaċitajiet speċjalizzati u ta' teknoloġiji tal-ogħla livell u l-ħolqien ta’ impjiegi skont l-istrateġija “Ewropa 2020”;

21.  Iqis li huwa importanti għall-Istati Membri li jżidu l-kooperazzjoni biex iwieġbu għall-isfidi industrijali u jinnota li l-limitazzjonijiet baġitarji u l-kompetizzjoni globali li dejjem qed tiżdied ifissru li l-UE teħtieġ sħubijiet interni u raggruppamenti oħra kif ukoll kondiviżjoni tal-kompiti; jappoġġja lill-EDA fix-xogħol tagħha ta' inċentiv għall-akkomunamenti reġjonali;

22.  Hu tal-fehma li n-natura ferm speċifika tas-swieq tad-difiża għandha tiġi rikonoxxuta fid-dawl tal-kontroll tal-esportazzjoni u l-obbligi tal-antiproliferazzjoni u r-rekwiżiti stretti ta' kunfidenzjalità li japplikaw, u l-fatt li n-numru ta' kumpaniji li jfornu lis-suq huwa limitat u li d-domanda tiġi kważi esklussivament mill-gvernijiet;

23.  Jemmen li l-industrija tad-difiża hija speċifika ħafna fin-natura tagħha, minħabba żvilupp tal-prodotti li jieħu fit-tul u l-ħtieġa li jinżammu sistemi operattivi fis-servizz għal bosta deċennji, spejjeż sostanzjali u li dejjem jiżdiedu tal-programmi u fl-aħħar il-fatt li l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tiddependi ħafna fuq il-gvernijiet tal-Istati Membri;

24.  Jappoġġja l-potenzjal u jinkoraġġixxi l-użu doppju tal-prodotti tal-industriji tas-sigurtà u tad-difiża, partikolarment fl-oqsma tal-ispazju, tal-baħar, tal-avjazzjoni u tat-telekomunikazzjonijiet; jenfasizza li l-industrija tad-difiża hija motivatur ewlieni biex aktar ’il quddiem jintużaw teknoloġiji avvanzati għal skopijiet kummerċjali

25.  Iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew jagħti l-appoġġ kollu possibbli lill-EDTIB, u, għal dak l-għan, l-ewwel u qabel kollox jiddefinixxi b'mod aktar ċar il-kamp ta' applikazzjoni tagħha, partikolarment fir-rigward ta' dawk involuti billi jagħtihom status speċjali, dak ta’ Operaturi Ekonomiċi tad-Difiża fl-Ewropa (OEDEs);

26.  Jitlob li l-OEDEs jingħataw dak l-istatus minħabba l-valur miżjud li jagħtu lill-Ewropa kemm mill-aspett teknoloġiku kif ukoll dak soċjoekonomiku; għalhekk iqis li huma biss dawn l-operaturi ekonomiċi tad-difiża fl-Ewropa li għandhom jibbenefikaw mill-programmi Ewropej;

27.  Jemmen li l-kunċett ta’ "Operaturi Ekomomiċi tad-Difiża fl-Ewropa" għandu jiġi rikonoxxut u li għandhom jiġu ssodisfati kriterji raġonevoli relatati mal-impjiegi, l-għarfien xjentifiku u teknoloġiku, it-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-produzzjoni fi ħdan l-UE bl-għan li jiġu protetti;

28.  Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw il-bażijiet industrijali u teknoloġiċi tad-difiża tagħhom u ċ-ċentri ta’ eċċellenza fuq teknoloġiji ewlenin, u jipprovdulhom mekkaniżmi ta’ governanza korporattiva effikaċi fi ħdan l-Unjoni Ewropea, biex b'hekk isaħħu l-interdipendenza bejn dawn il-faċilitajiet;

29.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni bejn il-kumpaniji tad-difiża ewlenin u l-universitajiet; jenfasizza li l-bażi tal-għarfien tal-universitajiet tista’ titwessa’ permezz ta’ din il-kooperazzjoni;

30.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea jnaqqsu kemm jista’ jkun l-ostakli regolatorji żejda, itejbu d-djalogu bejn l-impriżi tad-difiża u jippromwovu r-razzjonalizzazzjoni tagħhom sabiex ikunu jistgħu jakkwistaw it-tagħmir l-aktar adattat għall-ħtiġijiet tagħhom fejn jidħlu l-prestazzjoni u l-ispejjeż; jitlob għar-ristrutturazzjoni urġenti tal-impriżi Ewropej, li jingħelbu l-ostakli nazzjonali u tiġi adottata viżjoni globali

31.  Huwa tal-fehma li intrapiżi żgħar u ta’ daqs medju, li jiddisinjaw u jimmanifatturaw ħafna prodotti innovattivi għandhom rwol vitali biex imantnu u jikkonsolidaw l-EDTIB; jinnota li l-frammentazzjoni tas-suq tad-difiża Ewropea hija ostaklu għall-impriżi żgħar u medji biex jikkummerċjalizzaw il-prodotti tagħhom; jappella lill-Istati Membri, l-EDA u lill-Kummissjoni biex jaħdmu flimkien ħalli jiżviluppaw modi biex jikkonsolidaw l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju b'mod sostenibbli u biex jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għall-akkwist tad-difiża; jenfasizza li grazzi għal sistema komuni ta’ standardizzazzjoni u ċertifikazzjoni, l-impriżi Ewropej, inklużi l-SMEs, jistgħu jibbenefikaw peress li din ittejjeb l-aċċess tagħhom għas-swieq Ewropej u globali, joħolqu x-xogħol u jżidu l-aċċess tagħhom għall-finanzjament tal-UE;

Il-ħtieġa għal approċċ komuni għall-istandardizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni

32.  Itenni l-importanza fundamentali tal-istandardizzazzjoni tat-tagħmir tad-difiża għat-twaqqif ta' suq uniku Ewropew kompetittiv tad-difiża, kif ukoll biex jiġu żgurat l-interoperabilità u l-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni dwar programmi tal-armamenti, l-integrazzjoni u t-tqassim tal-proġetti, u l-interoperabilità sostnuta fost il-forzi tal-Istati Membri, b'hekk jitnaqqsu l-livelli ta' spejjeż ta' manutenzjoni u dawk operattivi u jiġi żgurat li jista' jsir l-aħjar użu tal-kapaċitajiet ta' difiża tal-Istati Membri f'operazzjonijiet konġunti;

33.  Ifakkar li hemm proliferazzjoni ta’ standards industrijali li jikkompetu kontra xulxin għall-prodotti ċivili u militari; jiddispjaċih dwar is-suċċess limitat tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet (STANAG) u r-rakkomandazzjonijiet (STANREC) ta’ standardizzazzjoni tan-NATO; jistieden lill-Kummissjoni u lill-EDA biex jippromwovu l-użu ta’ ġabra koerenti ta' standards komuni fid-difiża u biex jiżviluppaw “standards ibridi” f’oqsma b’użu doppju; jappella lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li l-passi futuri tagħhom biex jistabbilixxu l-istandards tad-difiża jkunu bbażati fuq is-suġġerimenti ċivili mressqa mill-Kummissjoni u mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni;

34.  Jistieden lill-Istati Membri jesploraw il-possibbiltajiet li toffri l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) biex jiżviluppaw l-istandards Ewropej tal-prodotti u l-applikazzjonijiet militari, pereżempju, għall-bini ta’ vapuri sptarijiet jew fil-qasam ta' sistemi tal-ajru ppilotati mill-bogħod.

35.  Jilqa’ l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-istandardizzazzjoni, u jistieden lill-Kunsill Ewropew biex jinnota dan u jressaq proposti konkreti f’dan il-qasam;

36.  Jappella lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw il-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni Ewopea bir-rikonoxximent reċiproku ta’ ċertifikati u l-iżvilupp ta’ proċeduri komuni Ewropej ta’ ċertifikazzjoni ċivili u militari;

Żgurar tas-sigurtà tal-provvista;

37.  Fil-kuntest tar-ristrutturar tal-industrija, jenfasizza wkoll l-importanza li jiġi żgurat li s-sigurtà tal-provvista ma tkunx f’riskju; jistieden lill-Istati Membri, lill-EDA u lill-Kummissjoni sabiex jiżviluppaw malajr reġim komprensiv u ambizzjuż dwar is-sigurtà tal-provvista fl-UE kollha, b'mod partikolari għal materjal strateġiku u teknoloġiji kritiċi, abbażi ta' sistema ta’ garanziji reċiproċi u analiżi tar-riskji u tal-ħtiġijiet, u possibbilment bl-użu tal-bażi legali ta’ kooperazzjoni strutturata permanenti;

38.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri, bħala l-ewwel passi lejn dan l-għan, biex jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tal-liċenzji ġenerali u globali skont id-Direttiva 2009/43/KE dwar trasferimenti ta' produtti relatati mad-difiża fl-UE u biex tħaffef ix-xogħol biex jibda jitħaddem l-Arranġament Qafas tal-2006 għas-Sigurtà tal-Provvista f'Ċirkustanzi ta' Urġenza Operattiva;

39.  Jistieden lill-EDA u lill-Kummissjoni biex iressqu strateġija konġunta ta’ ħelsien mid-dipendenza rigward teknoloġiji kritiċi, b’mod partikolari fir-rigward ta’ aċċess mhux limitat u disponibbiltà ta’ teknoloġiji essenzjali ewlenin ċivili jew militari (b’użu doppju), bħall-innovazzjoni ta’ mikro/nanoelettronika, intelliġenza artifiċjali u fotonika, li għandhom jiġu kkunsidrati bħala kritiċi għall-missjonijiet tal-PSDK; jistieden lill-Istati Membri jużaw l-EDTIB biex isaħħu l-awtosuffiċjenza tal-UE f’dawn is-setturi ewlenin tal-infrastruttura.

Spinta ġdida għall-kooperazzjoni tal-armamenti

40.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jindirizzaw il-kapaċitajiet industrijali eċċessivi li jirriżultaw minn tnaqqis fid-domanda billi jniedu proġetti ġodda konġunti, billi jibbażaw aktar fuq l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, li ma tintużax biżżejjed u ma għandhiex biżżejjed finanzjament, u billi nitgħallmu mil-lezzjonijiet tal-operazzjonijiet konġunti reċenti li wrew nuqqasijiet, pereżempju, fil-qasam tat-trasport bl-ajru strateġiku u tattiku, u l-osservazzjoni tal-arju u tal-ispazju; jirrakkomanda b'mod partikolari l-iżvilupp ta' teknoloġiji abilitanti ewlenin b’applikazzjonijiet ċivili-militari, li huma tassew neqsin fil-maġġoranza tal-Istati Membri tal-UE, bħas-Sistemi ta’ Inġenji tal-Ajru Telepilotati (RPAS), bit-trawwim tal-iżvilupp ta’ teknoloġiji avanzati u jgħinu biex iżommu l-kompetenzi ewlenin fl-Ewropa; iħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-UE fi proġetti konġunti permezz tal-kiri u/jew tal-ksib ta’ kapaċitajiet għal użu doppju u tal-akkwist possibbli ta’ prototipi;

41.  Iqis li, fid-dawl tal-esperjenzi tal-passat, il-kondiviżjoni tal-attivitajiet ta’ żvilupp u ta’ produzzjoni fil-kuntest tal-programmi konġunti ta’ armi għandha tiġi organizzata strettament skont il-prinċipju tal-effiċjenza industrijali u l-prestazzjoni ekonomika, sabiex jiġu evitati d-duplikazzjoni u ż-żieda kontinwa tal-ispejjeż;

42.  Jistieden lill-Istati Membri biex jagħtu preferenza, meta jesploraw akkwisti teknoloġiċi tad-difiża fuq skala kbira, lil proġetti jew skemi konġunti intra-UE, jew teknoloġiji ġodda bbażati fl-Ewropa, li jistgħu jrawmu, fl-istess ħin, aktar kummerċ Ewropew, aktar kooperazzjoni kif ukoll kompetizzjoni akbar fuq il-kwalità u l-prezzijiet tas-suq globali tad-difiża;

43.  Iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew, fil-kuntest tal-arranġament amministrattiv eżistenti bejn l-EDA u l-Organizzazzjoni Konġunta għall-Kooperazzjoni fil-Qasam tal-Armamenti (OCCAR), sabiex jiżgura l-implimentazzjoni b’suċċess ta’ proġetti komuni u jinħolqu rabtiet aktar b’saħħithom bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet;

44.  Jappella lill-Kunsill Ewropew sabiex jippermetti lill-EDA tassumi r-rwol istituzzjonali tagħha, kif definit fl-Artikoli 42(3) u 45 tat-TUE, billi jgħaddilha r-riżorsi meħtieġa; itenni l-ħtieġa urġenti lill-Istati Membri biex jipprovdu finanzjament adegwat lill-EDA għall-firxa sħiħa tal-missjonijiet u l-kompiti tagħha; huwa tal-opinjoni li dan isir l-aħjar permezz ta’ finanzjament tal-persunal u tal-ispejjeż tal-Aġenzija mill-baġit tal-Unjoni, mill-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss;

Appoġġ għall- missjonijiet tal-PSDK permezz ta’ riċerka u żvilupp fl-Ewropa

45.  Jinnota li l-kriżi ekonomika u finanzjarja kif ukoll it-tnaqqis fil-baġit tad-difiża tal-maġġoranza tal-Istati Membri għandhom ir-riskju li jwasslu għal tnaqqis, telf jew dewmien konsiderevoli fil-programmi ta' riċerka u innovazzjoni teknoloġika ta’ kważi l-Istati Membri kollha, u dan probabbilment ser ikompli jaffettwa l-industrija tad-difiża Ewropea u l-progress xjentifiku tal-Unjoni f’dan il-qasam; jenfasizza li hemm ir-riskju li din is-sitwazzjoni tissarraf f’telf ta’ impjiegi fuq terminu medju u twil u f'telf ta' kapaċità u għarfien industrijali;

46.  Jenfasizza l-importanza tar-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur tad-difiża u s-sigurtà u l-importanza tal-programm ta’ riċerka Orizzont 2020; b'mod partikolari, is-seba' sfida soċjetali ddedikata lil "Soċjetajiet sikuri: il-protezzjoni tal-libertà u s-sikurezza tal-Ewropa u taċ-ċittadini tagħha"; jenfasizza l-importanza li titrawwem il-kooperazzjoni multinazzjonali fost l-Istati Membri u l-aġenziji rispettivi tagħhom f'dan il-qasam; jemmen, li minħabba l-livell għoli ta' kunfidenzjalità inerenti għar-riċerka innovattiva għall-industrija tad-difiża, huwa vitali li tiġi ffinanzjata tali riċerka b'mod relatat mal-ħtiġijiet; jemmen, f'dan il-kuntest, li għandu jitqies l-istabbiliment ta' Istitut tad-Difiża u tas-Sigurtà Ewropea fil-qafas tal-JRC;

47.  Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tniedi azzjoni preparatorja għal riċerka ffinanzjata mill-UE b’appoġġ għall-missjonijiet tal-PSDK u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tagħmel proposta speċifika bħala prekursur għal dawn il-programmi kmieni fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss;

48.  Jikkunsidra li l-innovazzjoni u r-riċerka tad-difiża relatata mal-EDTIB tkompli tikkostitwixxi bażi etikament valida; jinnota li kapitolu sħiħ tat-Trattat ta’ Lisbona huwa ddedikat lill-politika komuni tas-sigurtà u d-difiża, dan jinkludi riċerka teknoloġika għad-difiża u d-definizzjoni ta’ difiża komuni tal-Unjoni; jistieden lill-Istati Membri u lill-EDA biex iżidu b’mod sinifikanti l-kwantità u l-kwalità ta’ proġetti konġunti ta’ riċerka u żvilupp;

49.  Ifakkar li l-Artikolu 179 tat-TFUE jitlob lill-Unjoni tippromwovi l-attivitajiet kollha ta' riċerka meqjusa neċessarji bis-saħħa tat-Trattati;

50.  Ifakkar li, f'Novembru 2007, il-Ministri għad-Difiża Ewropej qablu dwar parametri ta’ referenza kollettivi biex iżidu n-nefqa għar-riċerka u t-teknoloġija b’rabta mad-difiża għal 2 % tan-nefqa kollha għad-difiża u biex iġibu n-nefqa kollaborattiva Ewropea għar-riċerka u t-teknoloġija b’rabta mad-Difiża għal livell ta' 20 %;

51.  Jappoġġja lit-Task Force tad-Difiża, li tinkludi l-Kummissjoni Ewropea, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA), fl-isforzi tagħha biex tiżgura li mir-riżultati tar-riċerka tal-programm Orizzont 2020 tkun tista’ tibbenefika wkoll ir-riċerka relatata mal-innovazzjoni fil-qasam tad-difiża u biex jiġu ottimizzati s-sinerġiji bejn l-applikazzjonijiet ċivili u militari; jitlob ukoll biex jiġu esplorati modi biex jintuża l-finanzjament pubbliku-privat permezz tal-ħolqien ta’ impriżi konġunti, skont l-Artikolu 187 tat-TFUE;

52.  Jinkoraġixxi lill-EDA sabiex tibni fuq ir-rekord tal-prestazzjoni tagħha ta’ programmi ta’ investiment konġunti ta’ suċċess u sabiex taħdem flimkien mal-Kummissjoni sabiex iniedu programmi ta’ riċerka u żvilupp, ibbażati fuq l-Artikolu 185 tat-TFUE;

53.  Jenfasizza l-importanza tas-sinerġiji bejn ir-riċerka ċivili u r-riċerka militari fl-oqsma b’valur miżjud għoli; jenfasizza li, filwaqt li jitqies li ċerti proġetti għandhom aktar użi ċivili u oħrajn huma kwistjonijiet sovrani, il-possibilità ta' użu doppju aktar effikaċi tista' tiġi esplorata bl-għan tal-akkomunament tal-ispejjeż, peress li dawn huma setturi li joħolqu t-tkabbir u l-impjiegi; jenfasizza wkoll li tali sinerġiji jistgħu jieħdu wkoll il-forma ta' provvista konsolidanti minn sorsi Ewropej privati għal swieq disponibbli;

54.  Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu pjattaforma adattata biex jidderieġu r-riċerka fil-qasam tad-difiża lejn l-isfera ċivili billi jagħtu attenzjoni lil applikazzjonijiet għat-teknoloġiji avvanzati; jistieden lill-Istati Membri jidderieġu wkoll ir-riċerka fil-qasam tad-difiża lejn il-ġestjoni tad-diżastri naturali (matul dawn l-aħħar erbgħin sena, in-numru ta’ diżastri naturali fl-Ewropa żdied b’erba’ darbiet);

55.  Jemmen li l-industrija tad-difiża fl-UE għandha żżomm livell għoli ta’ innovazzjoni kemm fl-aspett militari kif ukoll fl-aspett ċivili tagħha, sabiex tindirizza t-theddidiet u l-isfidi kollha li se jkollhom jiffaċċjaw l-Istati Membri u l-UE fis-snin li ġejjin, billi tibbaża fuq l-avvanzi teknoloġiċi l-aktar promettenti, sew jekk jiġu żviluppati speċifikament għad-difiża, sew għal applikazzjonijiet ċivili;

56.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkun żgurat li r-riżultati tar-riċerka jkunu salvagwardati b'mod xieraq permezz ta' politika komuni tal-proprjetà intellettwali u jemmen li r-rwol tal-EDA f'dan il-qasam għandu jkun imsaħħaħ aktar sabiex jiffaċilita, fi stadju bikri, kooperazzjoni teknoloġika u industrijali futura bejn is-sħab Ewropej;

Spazju

57.  Jinsab konvint li s-settur tal-ispazju jikkontribwixxi għall-awtonomija strateġika tal-UE u li l-possibilità għall-Istati Membri li jkollhom aċċess indipendenti għandha rwol vitali fil-qasam tad-difiża u s-sigurtà; jenfasizza l-importanza li tinżamm l-eċċellenza ta’ din l-industrija teknoloġikament innovattiva u effiċjenti sabiex tkun żgurata l-indipendenza teknoloġika tal-Unjoni Ewropea;

58.  Jilqa’ l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ sistema satellitari Ewropea (Galileo, Copernicus u EGNOS); jenfasizza li l-iżvilupp ta’ tali sistema ser jagħti spinta kbira mhux biss lill-industrija spazjali iżda anke lill-awtonomija tal-Ewropa u u li jipprovdi opportunità biex jiġi żviluppat komponent kritiku tal-bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea;

59.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi protetta l-infrastruttura spazjali Ewropea billi tiġi żviluppata l-kapaċità tagħha ta’ monitoraġġ tal-ispazju u ta’ sorveljanza tal-oġġetti fl-orbita (SST);

ICT u sikurezza informatika

60.  Jirrimarka li l-era diġitali toffri sfidi akbar għas-sigurtà u s-sikurezza tal-infrastruttura u t-teknoloġija, u għalhekk jenfasizza l-ħtieġa ta’ kooperazzjoni akbar u skambju ta’ għarfien bejn l-Istati Membri, minn naħa, u bejn l-Unjoni Ewropea u s-sħab ewlenin tagħha mill-oħra;

61.  Jenfasizza l-importanza li jitfasslu standards Ewropej fil-qasam tal-ICT u taċ-ċibersigurtà u li dawn jiġu integrati mal-istandards internazzjonali;

62.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkooperaw flimkien biex jiżguraw li ċ-ċibersigurtà tkun element prinċipali u għalhekk għandha tkun partikolarment promossa permezz tar-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur tas-sikurezza u tad-difiża u għandha tkun parti mill-istrateġija għal żmien qasir, medju u fit-tul;

63.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iqisu sistematikament l-isfidi għaċ-ċibersigurtà fil-programmi Ewropej ċivili jew militari, eżistenti u tal-futur (Galileo, Copernicus, Ajru Uniku/SESAR, eċċ);

Tisħiħ tas-suq intern fit-tagħmir tad-difiża

64.  Ifakkar li l-Istati Membri jeħtieġ iżidu b’mod urġenti t-trasparenza u l-ftuħ tas-swieq tad-difiża tagħhom, filwaqt li jenfasizza l-ispeċifiċità tas-swieq tad-difiża u jirrimarka li din taffettwa interessi vitali tas-sigurtà nazzjonali u għalhekk, ma tistax titqiegħed b'mod ugwali ma' setturi oħra; jappella lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni sabiex jiżguraw li d-direttivi tal-2009 dwar it-trasferimenti u l-akkwisti tad-difiża jkunu applikati b'mod korrett u koerenti, b'mod partikolari fir-rigward ta' kwalunkwe eżenzjoni mir-regoli tal-UE skont l-Artikolu 346 TFUE, sabiex jissaħħaħ is-suq uniku billi titnaqqas il-kumplessità tar-regoli tal-akkwist fis-settur tad-difiża fejn ikun xieraq;

65.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex iżżid l-isforzi tagħha ħalli toħloq kundizzjonijiet ugwali fis-suq tad-difiża, li jillimitaw għall-anqas livell possibbli l-użu ta’ prattiki tas-suq li huma ta’ xkiel tad-derogi ġustifikati kif suppost; jinnota, b'mod partikolari, il-ħtieġa li jissaħħaħ il-kontroll tal-għajnuna mill-istat u jħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-livelli ta’ trasparenza fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat u l-prattiki tal-akkwist fis-settur tad-difiża, fir-rigward tal-awtoritajiet u l-aġenziji Ewropej kif ukoll għall-pubbliku ġenerali;

66.  Jinsab mħasseb dwar il-fatt li numru ta’ Stati Membri qed iħejju biex jixtru ġettfajters F-16 użati mingħajr ma jagħtu opportunità ġusta lil kumpaniji Ewropej biex jikkompetu; iqis li tali prattika tmur kontra l-għan tal-Kunsill Ewropew li jsaħħaħ il-Bażi Industrijali tad-Difiża Ewropea; ifakkar lil dawn l-Istati Membri fil-ħtieġa wkoll li jiġu implimentati l-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u trasparenza kif stabbilit fit-Trattat ta’ Lisbona anke fir-rigward tal-bejgħ minn gvern għal gvern;

67.  Jitlob lill-Istati Membri, lill-EDA u lill-Kummissjoni jaħdmu flimkien sabiex gradwalment ineħħu r-rekwiżiti ta’ kumpens, filwaqt li jrawmu l-integrazzjoni tal-industriji tal-Istati Membri iżgħar fil-bażi teknoloġika u industrijali tad-difiża Ewropea permezz ta’ mezzi oħra għajr il-kumpens; iħeġġeġ lill-Istati Membri b’mod partikolari biex jagħmlu użu sħiħ mid-dispożizzjonijiet tad-Direttivi dwar is-sottokuntrattar u l-Liċenzji Ġenerali biex jintlaħaq dan l-għan;

68.  Jenfasizza li użu akbar ta’ tekniki ta’ akkwist innovattivi – speċjalment fir-rigward ta' dawk relatati mal-aggregazzjoni tar-rekwiżiti, l-użu tal-ICT u l-istabbiliment ta’ inċentivi għar-R&Ż – għandhom jiġu promossi fl-akkwist tad-difiża, peress li jistgħu jiġu adattati b’mod partikolari għal dan il-qasam u jista' jkollhom rwol ewlieni fit-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi u fl-ispejjeż relatati mal-proċeduri tal-akkwist; jemmen li fl-istess ħin il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetá intellettwali u tal-għarfien għandhom jiġu żgurati; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu użu strateġiku mill-akkwist tad-difiża u biex jimplimentaw prinċipji innovattivi fl-għoti tal-akkwist ibbażati fuq il-kunċett tal-Offerta l-Aktar Vantaġġuża Ekonomikament;

69.  Jikkunsidra li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà għandu jkollhom aċċess għal proċedura tal-akkwist speċifika fir-rigward ta’ kuntratti fejn jeħtieġ jiġi żviluppat prodott jew servizz innovattiv, jew xogħlijiet innovattivi u x-xiri sussegwenti tal-provvisti, tas-servizzi jew tax-xogħlijiet li jirriżultaw minnhom, li ma jistgħux jintlaħqu permezz ta' soluzzjonijiet diġà disponibbli fis-suq;

70.  Jikkunsidra ulterjorment li tali proċedura ttejjeb il-funzjonament tas-suq intern u l-iżvilupp ta’ suq tat-tagħmir tad-difiża Ewropew kif ukoll għal bażi teknoloġika u industrijali tad-difiża Ewropea u tistimula tkabbir għal SMEs innovattivi; jenfasizza li tali proċedura diġà ġiet maqbula fid-Direttivi riveduti tal-Akkwist Klassiku u tal-Utilitajiet, u tippermetti lill-awtoritajiet kontraenti jistabbilixxu sħubija ta’ innovazzjoni fit-tul għall-iżvilupp u x-xiri sussegwenti ta’ prodotti, servizzi jew xogħlijiet ġodda innovattivi, u tipprovdi “l-forza tas-suq” neċessarja u tinċentiva l-iżvilupp ta’ soluzzjoni innovattiva mingħajr ma tillimita s-suq;

71.  Jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni Ewropea biex tikkunsidra dawn l-iżviluppi fir-rapport ta’ implimentazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar id-Direttiva għall-għoti ta' kuntratti fil-qasam tad-Difiża (id-Direttiva 2009/81/KE), li għandu jitressaq sal-21 ta’ Awwissu 2016, u biex takkumpanja dan ir-rapport bi proposta leġiżlattiva li temenda d-Direttiva 2009/81/KE, u tintroduċi l-proċedura ta’ sħubija ta’ innovazzjoni għall-kuntratti kkonċernati;

72.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex huma wkoll jieħdu passi li jneħħu d-duplikazzjoni u l-kapaċità eċċessiva fis-settur billi jagħtu spinta lill-kooperazzjoni fis-suq intern; jenfasizza l-benefiċċji potenzjali tal-akkwist konġunt f’termini tal-ekonomiji ta’ skala u tal-interoperabbiltà; jinnota li proġetti konġunti jnaqqsu l-ispejjeż u jippermettu investimenti fit-tul;

73.  Ifakkar li l-kuntratti mogħtija fil-qasam tad-difiża u s-sigurtà ta' spiss ikunu teknikament kumplessi jenfasizza li sabiex ikunu faċilitati l-offerti transkonfinali, hemm bżonn li jiġu riveduti r-rekwiżiti tekniċi mhux kompatibbli jew mhux proporzjonati sabiex jonqsu u, fejn possibbli, jiġu eliminati l-ostakoli għas-suq intern;

L-EDTIB f'kuntest globali

74.  Jinnota li l-iżvilupp ta’ EDTIB vijabbli jista’ jitfassal biss bħala parti mis-suq globali u jinkoraġixxi lill-Kummissjoni u lill-Kunsill Ewropew sabiex jindirizzaw il-kwistjoni b’perspettiva globali; jikkunsidra li l-adozzjoni ta’ miżuri protezzjonisti tmur kontra l-għan li tissaħħaħ il-kompetittività tal-industrija tad-difiża Ewropea;

75.  Jikkundanna l-inugwaljanza attwali f’termini ta’ aċċess tas-suq reċiproku bejn l-Istati Uniti u l-Ewropa u l-iżbilanċ li jirriżulta minnha fis-suq tad-difiża; jappella għal sforzi sabiex tintlaħaq reċiproċità ġenwina fl-aċċess tal-akkwist pubbliku tad-difiża miż-żewġ naħat tal-Atlantiku;

76.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkonformaw strettament mal-obbligi stipulati fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari, u li jiżguraw li jivvalutaw bir-reqqa l-applikazzjonijiet kollha għal-liċenzji skont it-tmien kriterji kollha kif meħtieġ; jistieden lill-Istati Membri u lill-UE biex jaġixxu f’fora internazzjonali favur aktar trasparenza fis-swieq tal-akkwist fis-settur tad-difiża internazzjonali sabiex tiżdied il-kontrollabbiltà tal-flussi kummerċjali globali tal-armamenti, b'mod partikolari bil-promozzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi; jitlob lill-Istati Membri jirrattifikaw it-Trattat malajr sabiex ikun jista’ jidħol fis-seħħ, wara l-kunsens tal-Parlament;

o
o   o

77.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Assemblea Parlamentari tan-NATO u lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO.

(1) ĠU L 183, 13.7.2011, p. 16
(2) ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76
(3) Testi adottati, P7_TA(2012)0455.
(4) ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 9.


It-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tal-UEM
PDF 231kWORD 64k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (2013/2841(RSP))
P7_TA(2013)0515B7-0496/2013

Il-Parlament Ewropew,

—  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ottubru 2013 bit-titolu "It-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja" (COM(2013)0690 final),

—  wara li kkunsidra r-rapport tal-President tal-Kunsill Ewropew, Herman Van Rompuy, lill-Kunsill Ewropew tas-26 ta' Ġunju 2012 bit-titolu "Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina"(1),

—  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Novembru 2012 bit-titolu "Pjan ta' azzjoni għal unjoni ekonomika u monetarja profonda u ġenwina: It-tnedija ta’ Dibattitu Ewropew’ (COM(2012)0777),

—  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2012 dwar il-pjan direzzjonali għat-tlestija tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja(2),

—  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Marzu 2013 bit-titolu "Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Profonda u Ġenwina: L-introduzzjoni ta' Strument ta' Konverġenza u Kompetittività" (COM(2013)0165),

—  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Marzu 2013 bit-titolu "Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Profonda u Ġenwina: Koordinazzjoni ex ante ta' pjanijiet għal riformi maġġuri ta' politika ekonomika" (COM(2013)0166),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-14 ta’ Marzu 2013(3), tat-28 ta' Ġunju 2013(4) u tal-25 ta’ Ottubru 2013(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2012 bit-titolu "Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina"(6),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2013 bit-titolu "Lejn Investiment Soċjali għat-Tkabbir u l-Koeżjoni – inkluża l-implimentazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew 2014-2020" (COM(2013) 0083) u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Ġunju 2013 dwarha(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet għall-2013(8),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Ottubru 2009 bit-titolu "Is-solidarjetà fis-saħħa: it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE" (COM(2009)0567),

–  wara li kkunsidra s-smigħ pubbliku organizzat mill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali fid-9 ta' Lulju 2013 dwar "Id-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) – Skema Ewropea għall-benefiċċji tal-qgħad",

–  wara li kkunsidra d-Dokument dwar l-Istabbilizzaturi Awtomatiċi tal-4 ta' Ottubru 2013 imħejji mill-Grupp ta' Ħidma tad-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni tal-Kummissjoni,

–  wara li kkunsidra n-nota ta' politika tat-13 ta' Settembru 2013 imħejjija miċ-Ċentru tal-Politika Ewropea (EPC) bit-titolu "Developing the social dimension of a deep and genuine Economic and Monetary Union" ("L-iżvilupp tad-dimensjoni soċjali ta' Unjoni Ekonomika u Monetarja profonda u ġenwina"),

–  wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni ta' Notre Europe bit-titolu "Blueprint for a Cyclical Shock Insurance in the Euro Area" ("Pjan ta' Azzoni għal Assigurazzjoni kontra x-Xokkijiet Ċikliċi fiż-Żona tal-Euro") ta' Settembru 2013,

–  wara li kkunsidra n-nota ta' diskussjoni tal-persunal tal-Fond Monetarju Internazzjonali ta' Settembru 2013 bit-titolu "Toward a Fiscal Union for the Euro area" ("Lejn Unjoni Fiskali għaż-Żona tal-Euro")(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2013 bit-titolu "L-impatt tal-kriżi fuq l-aċċess għall-kura tal-gruppi vulnerabbli"(10),

–  wara li kkunsidra d-dokument tal-Kummissjoni bit-titolu "EU Employment and Social Situation: Quarterly Review" ("Is-sitwazzjoni tal-UE fil-qasam tal-impjiegi u dak soċjali: Eżami Trimestrali") ta' Ottubru 2013,

–  wara li kkunsidra l-mistqoqsija lill-Kummissjoni dwar id-dimensjoni soċali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (O-000122/2013 – B7‑0524/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-qgħad fl-UE laħaq livell allarmanti ta' 26,6 miljun persuna(11);

B.  billi r-rati ta' qgħad fost iż-żgħażagħ laħqu livelli ogħla minn qatt qabel, b'medja ta' 23 % għall-UE b'mod globali;

C.  billi l-qgħad fit-tul żdied fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri u laħaq l-ogħla livell li qatt intlaħaq fl-UE kollha kemm hi;

D.  billi l-qgħad strutturali u d-diskrepanzi bejn il-provvista u d-domanda tax-xogħol għadhom qed jiżdiedu;

E.  billi l-livelli ta' faqar komplew jiżdiedu fl-UE mill-2007 'l hawn, filwaqt li l-introjtu tal-unitajiet domestiċi kompla jonqos, u dan wassal biex 24,2 % tal-popolazzjoni tal-UE bħalissa jinsabu f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali;

F.  billi l-faqar fost dawk li jaħdmu kompla jiżdied b'mod kostanti minn meta bdiet il-kriżi;

G.  billi ż-żieda fir-rata tal-faqar fost dawk li jaħdmu u l-għadd ta' unitajiet domestiċi mingħajr impjieg wasslu għal livelli li qed jiżdiedu ta' faqar fost it-tfal;

H.  billi l-inugwaljanzi kemm fl-Istati Membri kif ukoll bejniethom, speċjalment fiż-żona tal-euro, komplew jiżdiedu;

I.  billi hemm diverġenzi persistenti bejn l-Istati Membri, li qed jirriżultaw f’polarizzazzjoni rapida tar-rati tal-qgħad, u billi tali diverġenzi qed jiżdiedu wkoll fost ir-reġjuni u l-gruppi soċjali f’xi pajjiżi;

J.  billi l-iżbilanċi soċjali kibru b'rata aktar mgħaġġla fiż-żona tal-euro milli fl-UE kollha kemm hi;

K.  billi l-Monitoraġġ tal-Prestazzjoni tal-Protezzjoni Soċjali identifika tendenzi soċjali importanti li għandhom ikunu mħarsa;

L.  billi r-rati ta' qgħad fil-periferija taż-żona tal-euro laħqu medja ta' 17,3 % fl-2012, apparagun ta' 7,1 % fil-qalba taż-żona tal-euro;

M.  billi r-rata ta' żgħażagħ fil-periferija taż-żona tal-euro li jinsabu barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs) laħqet medja ta' 22,4 % fl-2012, apparagun ta' 11,4 % fil-qalba taż-żona tal-euro;

N.  billi l-livelli ta' faqar żdiedu f'żewġ terzi tal-Istati Membri, iżda stabbilizzaw ruħhom fit-terz l-ieħor;

O.  billi ttieħdu passi kbar favur it-tisħiħ tal-governanza ekonomika tal-UE; billi, madankollu, il-prospettiva li jinkisbu l-miri tal-Ewropa 2020 attwalment hija mhedda;

P.  billi d-diskussjoni dwar l-iżbilanċi soċjali għandha titqiegħed fuq l-istess livell bħad-diskussjoni dwar l-iżbilanċi makroekonomiċi;

Q.  billi l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali organizza smigħ pubbliku fit-9 ta' Lulju 2013 dwar "Id-dimensjoni soċjali tal-UEM – Skema Ewropea għall-benefiċċji tal-qgħad", fejn ġiet diskussa u esplorata l-idea ta' stabbilizzaturi awtomatiċi fil-livell taż-żona tal-euro u l-arranġamenti possibbli għall-introduzzjoni tagħhom;

R.  billi t-Trojka kkonfermat li l-parteċipazzjoni ta' kwalità għolja tas-sħab soċjali u djalogu soċjali b'saħħtu, anki fil-livell nazzjonali, huma neċessarji u jistgħu jikkontribwixxu għas-suċċess ta' kwalunkwe riforma, b'mod partikolari r-riformi tal-UEM;

S.  billi s-sitwazzjoni ekonomika f'xi Stati Membri kkompromettiet il-kwalità tal-impjiegi, il-protezzjoni soċjali u l-istandards tas-saħħa u s-sikurezza;

1.  Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "It-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja" u jikkunsidraha bħala pass 'il quddiem lejn il-bini ta' dimensjoni soċjali tal-UEM;

2.  Jirrikonoxxi espliċitament li l-implimentazzjoni tad-dimensjoni soċjali tal-UEM hija soġġetta għall-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-aħjar mod kif tista' tinkiseb hu permezz tal-metodu tal-aħjar prattika u l-metodu tal-evalwazzjoni bejn il-pari fil-livell Ewropew;

3.  Jemmen, madankollu, li hemm bżonn proposti aktar speċifiċi sabiex jiġi żgurat li l-governanza ekonomika tirrispetta d-dimensjoni soċjali;

4.  Iħeġġeġ sabiex il-kunsiderazzjonijiet soċjali jitqiegħdu fil-qalba tal-integrazzjoni Ewropea u jiġu integrati fil-politiki u l-inizjattivi kollha tal-UE;

5.  Iqis li d-dimensjoni soċjali għandha tkun fattur ta' rikonċiljazzjoni/kompromess f'termini ta' tagħlim komparattiv (benchlearning);

6.  Jinnota li l-għan tad-dimensjoni soċjali tal-UEM huwa li tipprovdi sigurtà soċjali u livell ta' għajxien suffiċjenti għall-ġenerazzjonijiet attwali u futuri; għalhekk, iqis li huwa importanti li ċ-ċittadini tal-UE jaraw li l-Unjoni tagħhom hija kapaċi tippromwovi l-progress soċjali;

7.  Iqis li l-iżvilupp ta' Ewropa soċjali, bil-mira ta' "unjoni soċjali", hija konsegwenza tal-integrazzjoni Ewropea;

8.  Jappoġġa l-istabbiliment propost ta' klassifika ta' indikaturi ewlenin fil-qasam tal-impjiegi u f'dak soċjali li tkun tikkomplementa l-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku (MIP) bil-għan li tagħmel il-konsegwenzi soċjali tal-politiki ekonomiċi u oħrajn aktar trasparenti permezz ta' valutazzjonijiet tal-impatt ex ante u ex post u permezz tal-monitoraġġ, u li tista' tintuża għall-abbozzar tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi (JER) tal-Kummissjoni;

9.  Jirrifjuta kwalunkwe armonizzazzjoni jew allinjament li jirriżultaw fit-tnaqqis tal-istandards soċjali fl-Istati Membri;

10.  Jinnota l-fatt li l-indikaturi proposti jikkostitwixxu mod wieħed ta' kif tista' tiġi żgurata kopertura komprensiva tas-sitwazzjonijiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-impjiegi u f'dak soċjali;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-indikaturi rilevanti kollha jkunu sensittivi għad-differenza bejn is-sessi;

12.  Jitlob li l-indikatur propost dwar il-livelli ta' qgħad fost iż-żgħazagħ jinkludi ż-żgħażagħ sal-età ta' 30 sena fuq bażi volontarja, kif previst mill-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

13.  Jitlob li l-klassifika tkun tinkludi indikaturi dwar il-livelli tal-faqar fost it-tfal, l-aċċess għall-kura tas-saħħa, il-persuni mingħajr dar u indiċi tax-xogħol deċenti sabiex tkun tista' ssir valutazzjoni xierqa tas-sitwazzjoni soċjali fl-UE;

14.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jieħdu azzjoni konkreta biex jagħmlu l-impatt soċjali tal-politiki u r-riformi aktar trasparenti, permezz tal-valutazzjoni tal-impatt ex ante u ex post u permezz tal-monitoraġġ ta' riformi tal-politika;

15.  Jistieden lill-Kunsill jiddefinixxi punti ta' riferiment speċifiċi għall-indikaturi tal-impjiegi u dawk soċjali fil-forma ta' bażi ta' protezzjoni soċjali tal-UE, bil-għan li jippromwovu l-konverġenza soċjali vertikali u l-progress soċjali;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippermettu lill-Parlament u lis-sħab soċjali jkunu involuti fid-definizzjoni tal-indikaturi tal-impjiegi u dawk soċjali;

17.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi appoġġat il-potenzjal kbir ta' intraprenditorija soċjali bir-rispett għall-aspetti kollha ta' innovazzjoni soċjali fil-livell Ewropew, sabiex jiġu promossi s-sistemi soċjali nazzjonali, jiġi stimolat it-tkabbir u jinħolqu impjiegi ġodda fl-ekonomija "bajda" u "ħadra", speċjalment għaż-żgħażagħ, fl-Istati Membri u r-reġjuni;

18.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-monitoraġġ tal-iżviluppi fil-qasam tal-impjiegi u f'dak soċjali jkun kapaċi jikkontribwixxi għal fehim aħjar u jimmira lejn it-tnaqqis tad-diverġenzi soċjali bejn l-Istati Membri u l-prevenzjoni tad-dumping soċjali;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq monitoraġġ tal-konformità tar-rapporti tal-Istati Membri kollha mal-miri tal-Ewropa 2020, b'mod partikolari rigward it-tnaqqis tal-faqar u l-impjiegi, u tagħti ħarsa bir-reqqa lejn l-interkonnessjonijiet u l-interdipendenza bejn il-politiki;

20.  Jiddispjaċih għall-fatt li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq bid-data tat-2 ta' Ottubru 2013 ma tittrattax ir-rwol tal-istabbilizzaturi u l-arranġamenti relatati magħhom;

21.  Jilqa' l-involviment propost tas-sħab soċjali fil-proċess tas-Semestru Ewropew, fost l-oħrajn fil-qafas tal-Kumitat għad-Djalogu Soċjali, qabel l-adozzjoni annwali tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir (SAT);

22.  Jilqa' s-sejħa biex isir l-aħjar użu mill-baġit tal-UE bil-għan li tiġi żviluppata d-dimensjoni soċjali tal-UEM u li jingħata aktar appoġġ lill-mobbiltà volontarja tal-ħaddiema, sabiex b'hekk jinkiseb l-akbar benefiċċju mill-potenzjal tal-UE fil-qasam tal-impjiegi;

23.  Jitlob lis-sħab soċjali jkollhom rwol saħansitra aktar attiv fis-Semestru Ewropew; iqis li n-natura formali żżejjed tad-djalogu makroekonomiku hija deplorevoli;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni tintegra aħjar ir-riżoluzzjoni tal-Parlament imsemmija hawn fuq bid-data tat-23 ta' Ottubru 2013, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq bid-data tat-2 ta' Ottubru 2013 u din ir-riżoluzzjoni dwarha fl-abbozzar tas-SAT 2014;

25.  Ifakkar li l-governanza tajba tal-UEM u l-impatt tagħha jistgħu jkunu effikaċi biss jekk ikunu involuti l-partijiet interessati kollha, inklużi s-sħab soċjali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-partijiet interessati kollha, inklużi s-sħab soċjali, ikunu involuti fil-governanza ekonomika, u b'mod partikolari fil-proċess tas-Semestru Ewropew;

26.  Jistieden lill-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2013 jiddefinixxi l-passi 'l quddiem li jridu jittieħdu fir-rigward tat-tisħiħ tal-aspett soċjali tal-UEM;

27.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Kunsill Ewropew.

(1) EUCO 00120/2012.
(2) EUCO 00205/2012.
(3) EUCO 00023/2013.
(4) EUCO 00104/2/2013.
(5) EUCO 00169/2013.
(6) Testi adottati, P7_TA(2012)0430.
(7) Testi adottati, P7_TA(2013)0266.
(8) Testi adottati, P7_TA(2013)0447.
(9) SDN/13/09.
(10) Testi adottati, P7_TA(2013)0328.
(11) "EU Employment and Social Situation: Quarterly Review" ("Is-sitwazzjoni tal-UE fil-qasam tal-impjiegi u dak soċjali: Eżami Trimestrali"), Ottubru 2013.


Bangladexx: id-drittijiet tal-bniedem u l-elezzjonijiet li jmiss
PDF 222kWORD 56k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-Bangladexx: id-drittijiet tal-bniedem u l-elezzjonijiet li jmiss (2013/2951(RSP))
P7_TA(2013)0516RC-B7-0497/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Bangladexx, b'mod partikolari dawk tat-23 ta' Mejju 2013(1), ta1-14 ta' Marzu 2013(2), tas-17 ta' Jannar 2013(3), tal-10 ta' Lulju 2008(4) u tas-6 ta' Settembru 2007(5),

–  wara li kkunsidra l-ittra mibgħuta mill-Kapijiet ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea biex jitfakkar il-Jum Ewropew kontra l-Piena tal-Mewt fl-10 ta' Ottubru 2013,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni maħruġa mid-Delegazzjoni tal-UE għall-Bangladexx fit-12 ta' Awwissu 2013 dwar id-detenzjoni ta' Adilur Rahman Khan,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonaijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem, Navi Pillay, tas-6 ta' Novembru 2013 dwar l-għoti tal-piena tal-mewt fil-Bangladexx lil 152 suldat minħabba r-ribelljoni mdemmija fl-2009,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fid-9 ta' Diċembru 1998,

–  wara li kkunsidra l-Eżami Perjodiku Universali dwar il-Bangladexx tal-2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-UE għandha relazzjonijiet tajbin u fit-tul mal-Bangladexx, anke permezz tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sħubija u Żvilupp;

B.  billi l-elezzjonijiet parlamentari fil-Bangladexx għandhom isiru qabel il-25 ta' Jannar 2014, wara ħames snin ta' tmexxija minn gvern ċivili elett; billi elezzjonijiet ħielsa, ġusti u trasparenti huma essenzjali sabiex tissaħħaħ il-governanza demokratika relattivament stabbli li żviluppa l-pajjiż matul dawn l-aħħar ħames snin;

C.  billi sal-lum inqatlu madwar 30 ruħ fil-Bangladexx, u mijiet oħra ndarbu, waqt vjolenza politika matul strajkijiet ġenerali ('hartals') imsejħa mill-Bangladesh Nationalist Party (BNP) immexxi mill-ex Prim Ministru, Begum Khaleda Zia, flimkien mal-alleat tiegħu, il-partit Jamaat-e-Islami, fejn intalab li l-elezzjoni li jmiss tkun issorveljata minn gvern temporanju 'ta' ebda partit' kif ukoll intalab li jirriżenja l-Prim Ministru Sheikh Hasina;

D.  billi dan l-għeluq ta' postijiet tax-xogħol wassal għall-arrest mill-gvern ta' ħames mexxejja ewlenin tal-oppożizzjoni, kif ukoll – skont sorsi tal-BNP – għall-arrest ta' madwar 1 000 partitarju tal-BNP f'żoni rurali mill-Ġimgħa, 8 ta' Novembru 2013;

E.  billi l-ministri fil-kariga rriżenjaw u l-Prim Ministru Hasina, tal-Lega Awami, offra li jifforma 'gvern tal-partiti kollha', iżda billi sal-lum il-partit ewlieni tal-oppożizzjoni ma aċċettax din l-offerta;

F.  billi, matul is-snin, kemm il-BNP kif ukoll il-Lega Awami kellhom fehmiet kontradittorji u li kostantement jinbidlu dwar il-merti ta' gvern temporanju, filwaqt li f'Mejju 2011 il-Qorti Suprema ddikjarat bħala illegali d-dispożizzjoni kostituzzjonali li ilha fis-seħħ 15-il sena li tagħti mandat lil gvern elett biex jittrasferixxi s-setgħa meta jintemm il-mandat tiegħu lil amministrazzjoni temporanja mhux partiġġana li tissorvelja elezzjoni parlamentari ġdida; billi, madankollu, il-Qorti Suprema ddikjarat li s-sistema li ġiet annullata tista' titkompla għal żewġ termini parlamentari oħra għall-fini tas'"sikurezza tal-istat u tal-poplu tiegħu"; billi s-sistema ġiet skreditata mill-aħħar gvern temporanju appoġġat mill-armata fl-2007-2008, meta rrifjuta li jorganizza elezzjonijiet għal kważi sentejn u bagħat lill-mexxejja taż-żewġ partiti ewlenin, Sheikh Hasina u Begum Khaleda Zia (flimkien ma' binha Tarique Rahman), il-ħabs;

G.  billi, wara din is-sentenza, il-Lega Awami daħħlet il-15-il Abbozz ta' Liġi dwar l-Emendar tal-Kostituzzjoni u warrbet is-sistema ta' gvern temporanju, minkejja r-rifjut tal-partit tal-oppożizzjoni BNP li jikkoopera rigward ir-riforma;

H.  billi, mindu Sheikh Hasina tela' fil-gvern, saru ħames elezzjonijiet reġjonali fil-Bangladexx li l-Lega Awami tilfet u li ma wasslu għal ebda dikjarazzjoni rigward irregolaritajiet;

I.  billi l-parti l-fqira tal-popolazzjoni tal-Bangladexx, li tiddependi fuq paga li titħallas bil-ġurnata għas-sopravivenza tagħha, hija milquta severament mill-istrajkijiet, u billi l-ekonomija fraġli tal-Bangladexx, li diġà kellha taffaċċja l-inċidenti trawmatiċi reċenti fis-settur tat-tessuti, x'aktarx li tbati aktar;

J.  billi qed isiru allegazzjonijiet li Jamaat-e-Islami qed jippromwovi l-istrajkijiet sabiex jostakola l-proċedimenti tal-kawżi tad-delitti tal-gwerra kontra l-mexxejja tiegħu;

K.  billi fil-5 ta' Novembru 2013, f'wieħed mill-akbar proċessi fl-istorja, 152 suldat ingħataw pieni tal-mewt mill-qorti speċjali mwaqqfa biex jitressqu każijiet ta' reati mwettqa matul ir-ribelljoni tal-2009, meta 74 ruħ, inklużi 57 uffiċjal tal-armata, inqatlu brutalment; billi l-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Navi Pillay, esprimiet allarm rigward dawn il-pieni tal-mewt, wara rapporti li l-akkużati ġew ittorturati u li l-proċessi tal-massa ma mxewx skont l-istandards tad-drittijiet tal-bniedem;

L.  billi attivisti ta' NGOs, avukati, ġurnalisti u sindakalisti li jiddefendu d-drittijiet ċivili għadha qed issirilhom pressjoni, u billi l-awtoritajiet naqsu milli jniedu investigazzjonijiet effettivi dwar qtil extraġudizzjarju, torturi u għejbien, bħal fil-każ tal-mexxej tal-partit laburista u d-difensur tad-drittijiet tal-bniedem, Aminul Islam;

1.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-paraliżi kontinwa tal-ħajja ta' kuljum fil-bangladexx b'riżultat tal-istrajkijiet ġenerali organizzati mill-partiti tal-oppożizzjoni, BNP u Jamaat-e-Islami, u tal-konfrontazzjoni bejn iż-żewġ kampi politiċi - Il-Lega Awami u l-oppożizzjoni - fil-perjodu qabel l-elezzjonijiet parlamentari;

2.  Jiddispjaċih rigward il-fatt li l-parlament tal-Bangladexx ma rnexxilux jikseb il-kunsens tal-partiti kollha għall-eżerċizzju tal-poter mill-gvern fil-perjodu ta' qabel l-elezzjonijiet, filwaqt li jitqies li l-biċċa l-kbira tad-demokraziji jgħaddu minn dan l-istadju mingħajr gvern temporanju, u jistieden urġentement lill-Gvern tal-Bangladexx u lill-oppożizzjoni biex iqiegħdu l-interessi tal-Bangladexx qabel kollox u biex isibu kompromess li jagħti lill-poplu tal-Bangladexx l-opportunità li jesprimu r-rieda demokratika tagħhom;

3.  Jirrikonoxxi r-reputazzjoni tal-Bangladexx bħala soċjetà tolleranti u multikonfessjonarja, u jikkundanna l-gruppi u l-fazzjonijiet li qed jippruvaw iqajmu tensjonijiet interkomunitarji għall-finijiet tagħhom; jistieden lill-gruppi u lill-individwi kollha jeżerċitaw it-tolleranza u r-rażan, speċjalment fil-perjodu ta' qabel, matul u wara l-elezzjonijiet;

4.  Jistieden lill-partiti kollha ma jibbojkottjawx l-elezzjonijiet, billi dan iċaħħad liċ-ċittadini minn għażla politika u jdgħajjef l-istabbiltà soċjali u ekonomika tal-bangladexx u l-progress impressjonanti tiegħu fir-rigward tal-iżvilupp, partikolarment f'dak li jikkonċerna l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju, il-ġestjoni tad-diżastri, id-drittijiet tal-ħaddiema, u l-għoti tas-setgħa lin-nisa;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni Elettorali tal-Bangladexx torganizza u tissorvelja l-elezzjonijiet ġenerali li jmiss b'mod għalkollox trasparenti; jappoġġa r-rikonoxximent ta' partiti politiċi ġodda li biħsiebhom jieħdu sehem fl-elezzjonijiet ġenerali li jmiss u li jissodisfaw kriterji raġonevoli għall-parteċipazzjoni u r-rappreżentanza politika;

6.  Jistieden lill-partiti politiċi kollha biex ma jwettqux atti vjolenti jew ma jinstigawx il-vjolenza matul il-proċess elettorali u jevitaw ripetizzjoni tal-ġlied vjolenti politikament immotivat li seħħ fl-ewwel sitt xhur tal-2013; jesprimi t-tħassib serju tiegħu, f'dan ir-rigward, dwar l-eskalazzjoni riċenti ta' vjolenza politikament immotivata li wasslet biex inqatlu ħafna nies fi tmiem Ottubru tal-2013;

7.  Jirrikonoxxi l-ħtieġa għal rikonċiljazzjoni, ġustizzja u responsabbiltà għad-delitti mwettqa matul il-gwerra għall-indipendenza tal-1971; jenfasizza u jappoġġa r-rwol importanti tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali f'dan ir-rigward;

8.  Jiddeplora, madankollu, l-għadd li qed jiżdied ta' persuni li qed jistennew li jingħataw il-piena tal-mewt fil-Bangladexx u l-pieni tal-mewt tal-massa li ngħataw fil-proċessi ta' dawk involuti fir-ribelljoni tal-2009 tal-gwardji tal-fruntiera; jinsisti li jiġu applikati l-istandards nazzjonali u internazzjonali relatati mal-proċessi ekwi u l-proċess dovut;

9.  Itenni l-oppożizzjoni qawwija tiegħu għall-użu tal-piena tal-mewt fil-każijiet kollha u taħt kwalunkwe ċirkustanza, u jistieden lill-awtoritajiet kompetenti fil-Bangladexx biex idaħħlu moratorju uffiċjali fuq l-eżekuzzjonijiet bħala l-ewwel pass lejn it-tneħħijal-abolizzjoni tal-piena kapitali;

10.  Jistieden lill-Gvern tal-Bangladexx jerġa' jdaħħal l-ambjent abilitanti għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, li kkontribwixxa ferm għall-iżvilupp tal-Bangladexx, sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet tagħhom liberament;

11.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Bangladexx iwettqu minnufih investigazzjonijiet indipendenti u trasparenti dwar każijiet li jinvolvu ksur tad-drittijiet tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi theddid, attakki, qtil, torturi u trattament ħażin, sabiex jidentifikaw lil dawk kollha responsabbli u jittellgħu l-qorti; jissottolinja, b'mod partikolari, il-każ tal-mexxej tal-partit laburista, Aminul Islam, kif ukoll il-każijiet tal-ġurnalisti Sagar Sarowar u Meherun Runi;

12.  Jilqa' l-inizjattiva konġunta tal-Gvern tal-Bangladexx u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), b'kollaborazzjoni mal-gvern, ir-rappreżentanti tal-impjegaturi u tal-ħaddiema, dwar "It-titjib tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol fis-Settur tal-Ħwejjeġ Magħmulin u Lesti"; iħeġġeġ lill-marki tal-ħwejjeġ Ewropej u internazzjonali biex iwettqu l-wegħdiet li għamlu wara l-waqgħa tal-fabbrika Rana Plaza, anke skont il-ftehim dwar in-Nirien u s-Sikurezza tal-Bini fil-Bangladexx;

13.  Jistieden lill-Gvern tal-Bangladexx iwarrab ir-rekwiżit ta' 30 % 'rappreżentanza' għar-reġistrazzjoni tat-trade unions, jestendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-Att dwar ix-Xogħol biex ikopri kategoriji ta' ħaddiema li attwalment huma esklużi, jadotta projbizzjoni li l-impjegaturi jindaħlu fi kwistjonijiet interni tat-trade unions, jestendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-Att dwar ix-Xogħol biex japplika għal żoni ta' pproċessar tal-esportazzjoni, u jagħti drittijiet ta' negozjar kollettiv lill-Assoċjazzjonijiet tal-Welfare tal-Ħaddiema (WWA), filwaqt li jiffaċilita r-reġistrazzjoni ta' WWAs;

14.  Jistenna bil-ħerqa li l-Bangladexx jikkoopera għalkollox mal-Entitajiet previsti mit-Trattati tan-NU u li jestendi stedina permanenti lill-Proċeduri Speċjali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU;

15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Bangladexx.

(1) Testi adottati, P7_TA(2013)0230.
(2) Testi adottati, P7_TA(2013)0100.
(3) Testi adottati, P7_TA(2013)0027.
(4) ĠU C 294 E, 3.12.2009, p. 77.
(5) ĠU C 187 E, 24.7.2008, p. 240.


Qatar: is-sitwazzjoni tal-ħaddiema migranti
PDF 223kWORD 56k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-Qatar: is-sitwazzjoni tal-ħaddiema migranti (2013/2952(RSP))
P7_TA(2013)0517RC-B7-0498/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Marzu 2011 dwar ir-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf(1),

–  wara li kkunsidra l-Laqgħa Konġunta tal-Kunsill u Ministerjali bejn il-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf u l-UE li saret f'Manama, il-Baħrejn, fit-30 ta' Ġunju 2013,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u tal-Membri tal-Familji tagħhom tat-18 ta' Diċembru 1990,

–  wara li kkunsidra l-aħbar maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Assoċjazzjonijiet tal-Futbol (FIFA) tat-2 ta' Diċembru 2010 dwar l-għażla tal-Qatar bħala l-pajjiż fejn għandha ssir il-kompetizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-2022,

–  wara li kkunsidra r-ratifika mill-Qatar tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar ix-Xogħol Furzat jew Obbligatorju (C029) tat-12 ta' Marzu 1998;

–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tal-Ministeru tal-Qatar għaċ-Ċivil u d-Djar dwar l-applikazzjoni tal-Liġi tax-Xogħol Nru 14/2004 dwar ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ ta' liċenzji lil ċittadini tal-Qatar li jixtiequ jimpjegaw ħaddiema barranin, tat-22 ta' Awwissu 2005, u dwar il-Liġi tal-Qatar Nru 4 tal-2009 dwar l-Isponsorizzazzjoni;

–  wara li kkunsidra l-istqarrija tal-missjoni ta' François Crépeau, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-migranti, tal-10 ta' Novembru 2013;

–  wara li kkunsidra r-rapporti ta' Human Rights Watch u Amnesty International dwar is-sitwazzjoni tal-ħaddiema tal-kostruzzjoni fil-Qatar fiż-żmien qabel it-Tazza tad-Dinja u ż-żjara reċenti tas-Segretarju Ġenerali ta' Amnesty International fil-Qatar,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi huwa stmat li fil-Qatar hemm 1,35 miljun barrani, li jirrappreżentaw kważi 90 % tal-ħaddiema fil-pajjiż; billi l-migranti huma impjegati l-aktar fil-kostruzzjoni, fis-servizzi u fix-xogħol domestiku; billi dawn iċ-ċifri jagħmlu li l-Qatar għandu l-ogħla proporzjon fid-dinja ta' ħaddiema migranti għall-popolazzjoni nazzjonali; billi tal-anqas 500 000 ħaddiem migrant ieħor mistennija jmorru l-Qatar biex jaċċelleraw ix-xogħol ta' kostruzzjoni bi tħejjija għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-2022; billi l-maġġoranza tal-ħaddiema migranti huma mill-Indja u n-Nepal, iżda wkoll mill-Bangaladexx, il-Pakistan, il-Filippini u s-Sri Lanka;

B.  billi, skont il-Konfederazzjoni Internazzjonali tat-Trade Unions (ITUC), ċifri miksuba mill-Ambaxxati tal-Indja u tan-Nepal fil-Qatar juru li kull sena medja ta' 200 ħaddiem minn dawk il-pajjiżi jmutu fil-Qatar, sitwazzjoni li tista' tkompli sejra għall-agħar fiż-żmien qabel it-Tazza tad-Dinja tal-2022;

C.  billi l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) wissiet li l-Qatar għadu ma implimentax bis-sħiħ il-konvenzjoni internazzjonali li tipprojbixxi l-użu ta' xogħol furzat jew obbligatorju, li l-pajjiż irratifika fl-1998; billi l-ILO waqqfet kumitat tripartitiku biex jirrevedi l-evidenza u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-gvern tal-Qatar dwar kif għandu jwettaq l-impenji internazzjonali tiegħu;

D.  billi l-President tal-Kumitat Nazzjonali tal-Qatar għad-Drittijiet tal-Bniedem ammetta li "kienu nqalgħu xi problemi" u wiegħed li huwa u l-gvern kienu qed jagħmlu ħilithom kollha biex jirranġawhom; billi l-awtoritajiet tal-Qatar ħabbru li l-liġijiet tax-xogħol se jiġu emendati u li qed jibnu djar għall-ħaddiema;

E.  billi r-regoli dwar l-isponsorizzazzjoni tal-viżi, magħrufa bħala s-sistema tal-"kafala", ifissru li l-ħaddiema ma jistgħux jibdlu xogħolhom mingħajr il-permess ta' min iħaddimhom u ma jistgħux iħallu l-pajjiż dment li min iħaddimhom ma jkunx iffirmalhom il-permess ta' ħruġ; billi s-sistema tal-"kafala" spiss tiġi sfruttata, minħabba li min iħaddem spiss iżomm il-passaporti u l-pagi tal-ħaddiema, u billi l-ħaddiema jkollhom iħallsu sa USD 3 500 biex jiksbu viża mingħand il-'kafil', jew sponsor, b'tali mod li l-ħaddiema migranti jispiċċaw bi djun eċċessivament kbar;

F.  billi l-Konfederazzjoni Internazzjonali tat-Trade Unions (ITUC) ressqet ilment lill-Ministeru tax-Xogħol tal-Qatar kontra għadd ta' kumpaniji Qatarin f'Marzu 2013; billi d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet tax-Xogħol tal-Ministeru tax-Xogħol tal-Qatar fl-2012 irċieva 6 000 ilment mingħand ħaddiema; billi l-ITUC u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Ħaddiema tal-Kostruzzjoni u l-Injam (Building and Wood Workers' International, BWI) ikkundannaw din is-sitwazzjoni, u ressqu lmenti konġunti lill-ILO dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-libertà ta' assoċjazzjoni fil-Qatar;

1.  Iqis deplorevoli l-imwiet ta' ħaddiema migranti fil-Qatar u jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tagħhom;

2.  Huwa mħasseb dwar is-sitwazzjoni tal-ħaddiema migranti fil-Qatar, inklużi sigħat twal ta' xogħol, kundizzjonijiet tax-xogħol perikolużi, xogħol li jibqa' xhur sħaħ mhux imħallas, il-konfiska tal-passaporti ta' tali ħaddiema, kif ukoll il-fatt li dawn jiġu sfurzati jgħixu f'kampijiet iffullati, ma jingħatawx id-dritt li jiffurmaw unions u m'għandhomx aċċess għal ilma tax-xorb bla ħlas minkejja sħana estrema;

3.  Jirrikonoxxi l-isfidi li jiffaċċjaw l-awtoritajiet Qatarin biex jiġġestixxu l-forza tax-xogħol nazzjonali, li kważi 90 % tagħha huma ħaddiema migranti, kif ukoll l-isfidi prattiċi relatati mal-infurzar tal-liġi f'dan ir-rigward;

4.  Jilqa' l-aħbar maħruġa mill-gvern Qatari li se jħejji lista sewda ta' kumpaniji li jabbużaw mill-ħaddiema migranti; jilqa' l-isforzi magħmula mill-gvern u, b'mod partikolari, mill-Kunsill Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem (KNDB) tal-Qatar sabiex jissensibilizzaw il-ħaddiema migranti dwar id-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom skont id-dritt internazzjonali; ifaħħar, f'dan ir-rigward, id-deċiżjoni tal-KNDB li jwaqqaf ċentru ġdid maħsub biex jindirizza u jsolvi l-ilmenti tal-ħaddiema migranti;

5.  Jistieden lill-awtoritajiet Qatarin jimplimentaw b'mod effikaċi l-leġiżlazzjoni eżistenti f'dan il-qasam, inkluż billi jinfurzaw il-projbizzjoni dwar il-konfiska tal-passaporti, billi jieħdu passi legali kontra l-vjolazzjonijiet u billi jimponu sanzjonijiet sinifikanti fuq kumpaniji u individwi li jiksru l-liġijiet maħsuba biex jipproteġu d-drittijiet tal-migranti; jilqa' l-impenn tal-awtoritajiet Qatarin biex jadottaw leġiżlazzjoni dwar il-ħaddiema domestiċi li tinkludi l-protezzjoni sinifikanti tad-drittijiet tax-xogħol u mekkaniżmi ta' konformità effikaċi; jappella, f'dan ir-rigward, sabiex jiġi adottat malajr l-abbozz ta' liġi dwar il-ħaddiema domestiċi li bħalissa qed jiġi diskuss mill-Kunsill Suprem tal-Affarijiet tal-Familja; jinnota li l-maġġoranza tal-ħaddiema domestiċi huma nisa;

6.  Jilqa' l-proposta mill-awtoritajiet governattivi rilevanti li jwettqu investigazzjonijiet dwar l-allegazzjonijiet kollha u l-wegħda tal-awtoritajiet Qatarin li jżidu n-numru ta' spetturi tax-xogħol inkarigati mill-monitoraġġ tal-infurzar ta' liġijiet tax-xogħol xierqa; jistenna li l-ispetturi tax-xogħol jirċievu taħriġ dwar l-istandards tad-drittijiet tal-bniedem u jittama li huma u jwettqu xogħolhom se jkollhom l-appoġġ ta' interpreti;

7.  Huwa mħasseb dwar il-qagħda ta' individwi li jinsabu detenuti biss minħabba li “ħarbu” minn min iħaddimhom u jistieden lill-awtoritajiet Qatarin iwaqqfu tali prattiki; iħeġġeġ ukoll sabiex il-migranti kollha mċaħħda mil-libertà tagħhom ikollhom mezz biex jikkuntattjaw lill-familji u s-servizzi konsulari tagħhom, ikollhom aċċess għal avukat u interpretu u jkollhom id-dritt li jirribattu d-detenzjoni tagħhom minnufih;

8.  Jilqa' l-progress li ġie rrappurtat fit-triq lejn is-sejbien ta' soluzzjoni għall-problemi li qed jiffaċċjaw il-plejers tal-futbol Franċiżi Zahir Belounis u Stéphane Morello, li waqgħu fl-ambitu tas-sistema ta' sponsorizzazzjoni u b'hekk ma tħallexw jitilqu mill-pajjiż, u jistieden lill-awtoritajiet Qatarin u lill-FIFA biex jiżguraw li tali każijiet ma jerġgħux iseħħu;

9.  Jistieden lill-Qatar jirratifika l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u tal-Membri tal-Familji tagħhom, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali;

10.  Jistieden lill-Qatar biex jirratifika l-konvenzjonijiet tal-ILO, inklużi dawk dwar il-ħaddiema migranti, il-libertà ta' assoċjazzjoni, id-dritt ta' organizzazzjoni u ta' negozjar kollettiv, il-ħaddiema domestiċi u l-aġenziji privati tal-impjiegi, u biex jikkunsidra li jitlob assistenza teknika mingħand l-ILO sabiex jiżgura li l-leġiżlazzjoni u l-prattika Qatarin huma konformi ma' dawn il-konvenzjonijiet;

11.  Jappella sabiex jitwaqqfu iżjed rifuġji għall-ħaddiema migranti, b'enfasi speċjali fuq rifuġji għan-nisa u t-tfal li jkunu adattati għal ħtiġijiethom; jilqa' l-aħbar maħruġa fid-9 ta' Novembru 2013 rigward il-kostruzzjoni ta' djar għal 60 000 ħaddiem, li għandhom jiftħu f'Diċembru 2013;

12.  Itenni li r-ratifika u l-implimentazzjoni sħiħa tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u tal-Membri tal-Familji tagħhom min-naħa ta' dawk l-istati li huma membri tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf (GCC), inkluż il-Qatar, għandhom ikunu kwistjoni ewlenija fir-relazzjonijiet UE-GCC;

13.  Jappella għar-responsabbiltà tal-korporazzjonijiet Ewropej li qed jibnu stadiums jew proġetti infrastrutturali oħra fil-Qatar sabiex jipprovdu kundizzjonijiet tax-xogħol konformi mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u jħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE jieħdu passi sabiex jiżguraw li l-kumpaniji tal-inġinerija, tal-kostruzzjoni u tal-konsulenza tagħhom jikkonformaw mal-linji gwida tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi u mal-prinċipji ta' Ruggie;

14.  Jistieden lill-awtoritajiet Qatarin jaħdmu mill-qrib mal-awtoritajiet rilevanti fil-pajjiżi ta' oriġini tal-ħaddiema migranti, li għandhom iwettqu l-monitioraġġ tar-rwol tal-aġenziji ta' reklutaġġ li jipprovdu l-ħaddiema migranti lill-Qatar; jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jappoġġa l-gvernijiet tal-pajjiżi ta' oriġini, b'mod partikolari fl-Asja, sabiex joffru trattament aħjar lill-ħaddiema migranti;

15.  Jilqa' t-talba tal-union internazzjonali tal-plejers tal-futbol, il-FIFPro, li esperti indipenenti fuq il-post tax-xogħol, maħtura mill-FIFA u mill-ILO, jingħataw aċċess għas-siti kollha u s-setgħa li jfasslu rakkomandazzjonijiet vinkolanti sabiex jiżguraw li l-istandards internazzjonali tax-xogħol jiġu rispettati fil-Qatar;

16.  Ifakkar lill-FIFA li r-responsabbiltà tagħha tmur lil hinn mill-iżvilupp tal-futbol u l-organizzazzjoni ta' kompetizzjonijiet u jistedinha biex, bl-appoġġ attiv tal-membri Ewropej tagħha, tibgħat messaġġ ċar u qawwi lill-Qatar sabiex it-tħejjijiet għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-2022 ma jitħallewx jittiefsu minn allegazzjonijiet ta' xogħol furzat;

17.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-gvern u l-parlament tal-Istat tal-Qatar, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-membri tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf, il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Assoċjazzjonijiet tal-Futbol (FIFA), l-Unjoni tal-Assoċjazzjonijiet tal-Futbol Ewropew (UEFA), l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u l-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem.

(1) ĠU C 274 E, 17.8.2012, p. 1.


Ġustizzja ġusta fil-Bolivja, b'mod partikolari l-każijiet ta' Előd Tóásó u Mario Tadic
PDF 211kWORD 42k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar ġustizzja ekwa fil-Bolivja, b'mod partikolari l-każijiet ta' Előd Tóásó u Mario Tadić (2013/2953(RSP))
P7_TA(2013)0518RC-B7-0499/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 10 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li ġie ffirmat u ratifikat mill-Bolivja, u b'mod partikolari l-Artikoli 9, 10, 14, 15 u 16 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti, li ġiet iffirmata u ratifikata mill-Bolivja,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, u b'mod partikolari l-Artikoli 1, 2, 3, 5, 6 u 7 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 47 u 48 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li ġiet iffirmata u ratifikata mill-Bolivja,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Inter-Amerikana dwar il-Prevenzjoni u l-Ikkastigar tat-Tortura, li ġiet iffirmata u ratifikata mill-Bolivja,

–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni u l-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali tal-Bolivja,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-23 ta' Mejju 2012 mill-Kumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Minoranza u l-Affarijiet Ċiviċi u Reliġjużi u l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Assemblea Nazzjonali Ungeriża; wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni adottata mill-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Bolivja fit-12 ta' Ġunju 2012 b'risposta għad-dikjarazzjoni Ungeriża,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fil-Bolivja,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fis-16 ta' April 2009, fil-belt ta' Santa Cruz de la Sierra fil-Bolivja, il-Forzi Speċjali Bolivjani arrestaw lil Előd Tóásó, ċittadin Ungeriż, u lil Mario Tadić, ċittadin Kroat; billi tliet persuni oħra, fosthom Árpád Magyarosi, ċittadin Rumen, Michael Martin Dwyer, ċittadin Irlandiż, u Eduardo Rózsa-Flores, ċittadina Unġeriża, mietu matul l-isparar;

B.  billi Előd Tóásó u Mario Tadić ġew u baqgħu arrestati mingħajr akkuża f'detenzjoni ta' qabel il-proċess, mingħajr kunsiderazzjoni tal-liġi Bolivjana li tistabbilixxi tul massimu ta' detenzjoni ta' qabel il-proċess ta' 36 xhar, perjodu li kellu jintemm fis-16 ta' April 2012;

C.  billi hu allegat li mhux qed jiġu mħarsa d-drittijiet bażiċi tal-bniedem ta' Előd Tóásó u Mario Tadić, kemm matul l-arrest tagħhom kif ukoll matul il-proċedimenti kriminali;

D.  billi fit-18 ta' Mejju 2010, meta Előd Tóásó u Mario Tadić kienu diġà miżmuma taħt kustodja, l-Artikolu 239 tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali tal-Bolivja, li jirreferi għat-tul ta' żmien ta' detenzjoni ta' qabel il-proċess, ġie emendat biex il-perjodu massimu jitwal minn 12-il xahar għal 36 xahar, b'effett retroattiv;

E.  billi fis-17 ta' Diċembru 2010 ġew formulati pubblikament akkużi ta' terroriżmu;

F.  billi l-Opinjoni Nru 63/2011 (l-Istat Plurinazzjonali tal-Bolivja) tal-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja ddikjarat li l-Bolivja kisret id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem f'diversi punti u affermat mill-ġdid li Előd Tóásó kien arrestat mingħajr mandat u miżmum illegalment fil-ħabs; billi l-Grupp ta' Ħidma tan-NU, għaldaqstant talab lill-Gvern tal-Bolivja biex immedjatament jeħles lill-Előd Tóásó;

1.  Jitlob lill-awtoritajiet Bolivjani jiżguraw proċess ġust u indipendenti fil-każijiet ta' Előd Tóásó u Mario Tadić;

2.  Jieħu nota tar-rapport adottat u sussegwentement disseminat b'mod wiesa' mill-parlament Bolivjan, ibbażat fuq l-investigazzjoni politika tiegħu dwar il-każ;

3.  Jitlob li ssir investigazzjoni indipendenti, li tinvolvi esperti internazzjonali, dwar l-imwiet ta' Árpád Magyarosi, Michael Martin Dwyer u Eduardo Rózsa-Flores;

4.  Jitlob lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex iżomm il-każ fuq nett fl-aġenda matul il-kuntatti tiegħu mal-Gvern tal-Bolivja, u sabiex jieħu miżuri u passi konkreti dwar il-kwistjoni;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Assemblea Leġiżlattiva Plurinazzjonali tal-Istat Plurinazzjonali tal-Bolivja, lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU.

Avviż legali - Politika tal-privatezza