Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 12 ta' Diċembru 2013 - Strasburgu
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea: in-numru ta' mħallfin fil-Qorti Ġenerali ***I
 Emenda ta' ċerti Direttivi fir-rigward tar-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi u b'mod partikolari l-Majott *
 Emenda tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott *
 Ekoinnovazzjoni - Impjiegi u Tkabbir permezz tal-politika ambjentali
 Emenda ta' ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri ***II
 Emenda ta' ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti ta' setgħat iddelegati u implimentattivi għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri ***II
 Kontijiet tal-pagamenti ***I
 L-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta ***I
 Emenda ta' ċerti Direttivi fl-oqsma tal-ambjent, l-agrikoltura, il-politika soċjali u s-saħħa pubblika minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott ***I
 Azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033 ***I
 Li jemenda ċerti regolamenti fil-qasam tas-sajd u s-saħħa tal-annimali minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni ***I
 Ebda oġġezzjoni għar-regolament ta' delega: Emenda għal-Annessi I, II u IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati
 L-appell għal impenn vinkolanti u li jitkejjel kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa fl-UE
 Implimentazzjoni tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma
 L-eżitu tas-summit ta’ Vilnjus u l-futur tas-Sħubija tal-Lvant, b’mod partikolari fir-rigward tal-Ukraina
 Rapport ta' progress 2013 dwar l-Albanija
 Tħejjija għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (19-20 ta' Diċembru 2013)
 Problemi kostituzzjonali ta' governanza b'diversi livelli fl-UE
 Ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-istituzzjonijiet li jirrappreżentaw il-gvernijiet nazzjonali
 Infrastruttura Ekoloġika (IE) - Intejbu l-Kapital Naturali tal-Ewropa
 Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2012
 Is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana
 It-tneħħija tal-organi fiċ-Ċina
 Is-sitwazzjoni fis-Sri Lanka

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea: in-numru ta' mħallfin fil-Qorti Ġenerali ***I
PDF 461kWORD 59k
Test
Test konsolidat
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2013 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea billi jżid in-numru ta' Mħallfin fil-Qorti Ġenerali (02074/2011 – C7-0126/2012 – 2011/0901B(COD))(1)
P7_TA(2013)0581A7-0252/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Emenda 1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(2)
P7_TA(2013)0581A7-0252/2013
għall-abbozz tal-Qorti tal-Ġustizzja
P7_TA(2013)0581A7-0252/2013
---------------------------------------------------------
P7_TA(2013)0581A7-0252/2013

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea billi jżid in-numru tal-Imħallfin tal-Qorti Ġenerali

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 19(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 254 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 281 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Eneġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(5)  Wara ż-żieda gradwali tal-kompetenzi tagħha minn mindu ġiet ikkostitwita, in-numru ta’ kawżi li qed jitressqu quddiem il-Qorti Ġenerali qed jikber b’mod kostanti.

(6)  In-numru ta’ kawżi mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali qed ikompli jiżdied matul is-snin, liema fatt fuq perjodu twil għandu bħala konsegwenza żieda ▌fin-numru ta’ kawżi pendenti quddiemha u żieda fit-tul tal-proċeduri.

(7)  Din iż-żieda fit-tul tal-proċeduri tidher li hija diffiċilment aċċettabbli fil-kontront tal-partijiet fil-kawża, b’mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti kemm fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll fl-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

(8)  Is-sitwazzjoni li fiha tinsab il-Qorti Ġenerali għandha kawżi strutturali li jirrigwardaw kemm l-intensifikazzjoni u d-diversifikazzjoni tal-attivitajiet leġiżlattivi u regolamentari tal-istituzzjonijiet, organi u korpi tal-Unjoni kif ukoll il-volum u l-kumplessità tal-proċessi li jintbagħtu lill-Qorti Ġenerali, b’mod partikolari fl-oqsma tal-kompetizzjoni u tal-għajnuna mill-Istat.

(9)  Konsegwentement, għandhom jiġu adottati miżuri sabiex din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata, u l-possibilità, prevista fit-Trattati, li jiżdied in-numru ta’ Mħallfin tal-Qorti Ġenerali, hija ta’ natura li tippermetti li jitnaqqas, fi żmien qasir, kemm il-volum tal-kawżi pendenti kif ukoll it-tul eċċessiv tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

(9a)  Dawn il-miżuri għandhom jinkludu wkoll regolamentazzjoni li tipprovdi soluzzjoni permanenti għall-kwistjoni dwar l-Istati Membri ta’ oriġini tal-Imħallfin, peress li l-arranġament attwali fejn Imħallef huwa maħtur għal kull Stat Membru ma jistax japplika għal sitwazzjoni fejn hemm iżjed Imħallfin milli Stati Membri.

(9b)  Skont l-Artikolu 19(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Qorti Ġenerali tinkludi mill-inqas Imħallef wieħed għal kull Stat Membru. Peress li dan jiżgura diġà bilanċ ġeografiku xieraq u rappreżentazzzjoni tas-sistemi legali nazzjonali, il-ħatra ta' Mħallfin addizzjonali għandha sseħħ esklussivament abbażi tal-kompetenza professjonali u personali tagħhom, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l-għarfien tagħhom tas-sistemi legali tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri. Madankollu, ma jistax ikun hemm aktar minn żewġ Imħallfin għal Stat Membru wieħed,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti ta' Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea qiegħed jiġi emendat kif ġej:

(6a)  L-Artikolu 47(1) jinbidel b’dan li ġej:"

‘L-Artikolu 9a, l-Artikoli 14 u 15, l-Artikolu 17(1), (2), (4) u (5) u l-Artikolu 18 japplikaw għall-Qorti Ġenerali u għall-Membri tagħha.’

"

(7)  ▌L-Artikolu 48 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

‘Fil-Qorti Ġenerali, għandu jkun hemm Imħallef wieħed għal kull Stat Membru u 12-il Imħallfin addizzjonali. Ma jistax ikun hemm aktar minn żewġ Imħallfin għal Stat Membru wieħed,

L-Imħallfin kollha għandhom l-istess status u l-istess drittijiet u obbligi.

Meta, kull tliet snin, l-Imħallfin jiġu parzjalment sostitwiti, nofshom jiġu sostitwiti, alternattivament, jekk hemm numru tal-Imħallfin ikun biż-żewġ; u, f'każ li n-numru ta’ Mħallfin ikun bil-fard, fuq bażi alternata, numru biż-żewġ ta’ Mħallfin u numru bil-fard ta’ Mħallfin, jiġifieri dak in-numru nieqes wieħed, ikunu sostitwiti.’

"

(7a)   Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

'Artikolu 48a

Fir-rigward tal-Imħallfin li se jinħatru għal kull Stat Membru, huwa l-gvern tal-Istat Membru kkonċernat li jiddisponi mid-dritt tal-ħatra.’

"

7b.  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

‘Artikolu 48b

1.  L-Imħallfin addizzjonali jinħatru irrispettivament mill-Istat Membru ta' oriġini tal-kandidati.

2.  Fil-qafas ta’ proċedura għall-ħatra ta' wieħed jew aktar mit-12-il Imħallef addizzjonali, il-Gvernijiet tal-Istati Membri kollha jistgħu jipproponu kandidati. Barra minn hekk, l-Imħallfin irtirati tal-Qorti Ġenerali jistgħu jippreżentaw il-kandidatura tagħhom huma stess bil-miktub lill-President tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

3.  Fil-kuntest ta’ proċedura għall-ħatra ta' wieħed jew aktar mit-12-il Imħallef addizzjonali, il-kumitat imsemmi fl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jagħti opinjoni dwar l-idoneità tal-kandidati sabiex jaqdu d-dmirijiet ta' Imħallef tal-Qorti Ġenerali. Il-kumitat għandu jehmeż mal-opinjoni tiegħu dwar l-idoneità tal-kandidati, lista ta’ kandidati li għandhom l-aktar esperjenza ta’ livell għoli xierqa, ikklassifikati skont il-mertu. Din il-lista għandu jkun fiha numru ta’ kandidati li jikkorrispondi tal-anqas għad-doppju tan-numru ta’ Mħallfin li se jinħatru permezz ta’ ftehim komuni tal-gvernijiet tal-Istati Membri, sakemm hemm numru suffiċjenti ta’ kandidati adattati.’

"

Artikolu 3

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.  It-tnax-il Imħallef maħtura bħala Mħallfin addizzjonali abbażi u wara d-dħul ta’ dan ir-Regolament, għandhom jidħlu fil-kariga immedjatament wara li jieħdu l-ġurament.

Il-mandat ta’ sitta minn dawn l-Imħallfin magħżula bil-polza, jintemm sitt snin wara l-ewwel sostituzzjoni parzjali tal-Qorti Ġenerali wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-mandat tas-sitt Imħallfin l-oħra jintemm sitt snin wara t-tieni sostituzzjoni parzjali tal-Qorti Ġenerali wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) Il-każ kien riferut lura lill-kumitat responsabbli biex jerġà jiġi kkunsidrat skont it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 57(2) (A7-0252/2013).
(2) Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.


Emenda ta' ċerti Direttivi fir-rigward tar-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi u b'mod partikolari l-Majott *
PDF 198kWORD 35k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/112/KE u 2008/118/KE fir-rigward tar-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi u b'mod partikolari l-Majott (COM(2013)0577 – C7-0268/2013 – 2013/0280(CNS))
P7_TA(2013)0582A7-0405/2013

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2013)0577),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0268/2013),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 55, 46(1) u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0405/2013),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


Emenda tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott *
PDF 307kWORD 56k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar l-abbozz għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE minħabba l-bidla fl-istatus tal-Majott (14220/2013 – C7-0355/2013– 2013/0189(NLE))
P7_TA(2013)0583A7-0414/2013

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2013)0413) u l-abbozz tal-Kunsill (14220/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0355/2013)),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 155(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li hu l-bażi ġuridika magħżula mill-Kummissjoni għall-proposta tagħha.

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7‑0414/2013),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif emendat;

2.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Abbozz tal-Kunsill   Emenda
Emenda 1
Abbozz ta' direttiva
Titlu
Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE minħabba l-bidla fl-istatus tal-Majott
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE minħabba l-bidla fl-istatus tal-Majott
Emenda 2
Abbozz ta' direttiva
Kunsiderazzjoni 1
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 349 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 155(2) u 349 tiegħu,
Emenda 4
Abbozz ta' direttiva
Premessa 1
(1)  Permezz tad-Deċiżjoni 2012/419/UE1, il-Kunsill Ewropew iddeċieda li jemenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea b'effett mill-1 ta' Jannar 2014. Għaldaqstant, minn dik id-data 'l quddiem, il-Majott mhux ser tibqa' territorju extra-Ewropew u ser issir reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikoli 349 u 355(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. B'segwitu għal din il-bidla fl-istatus legali tal-Majott, id-dritt tal-Unjoni ser japplika għall-Majott mill-1 ta' Jannar 2014. Madankollu, għandhom jiġu stabbiliti ċerti miżuri speċifiċi, iġġustifikati mis-sitwazzjoni soċjali u ekonomika strutturali partikolari tal-Majott bħala reġjun ultraperiferiku, dwar il-kondizzjonijiet speċjali tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.
(1)  Permezz tad-Deċiżjoni 2012/419/UE1, il-Kunsill Ewropew iddeċieda li jemenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea b'effett mill-1 ta' Jannar 2014. Għaldaqstant, minn dik id-data 'l quddiem, il-Majott mhux ser tibqa' territorju extra-Ewropew u ser issir reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikoli 349 u 355(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. B'segwitu għal din il-bidla fl-istatus legali tal-Majott, id-dritt tal-Unjoni ser japplika għall-Majott mill-1 ta' Jannar 2014. Madankollu, għandhom jiġu stabbiliti ċerti miżuri speċifiċi, iġġustifikati mis-sitwazzjoni soċjali u ekonomika strutturali partikolari tal-Majott bħala reġjun ultraperiferiku.
__________________
__________________
1 ĠU L 204, 31.7.2012, p. 131.
1 ĠU L 204, 31.7.2012, p. 131
Emenda 5
Abbozz ta' direttiva
Forma solenni
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI
Emenda 6
Abbozz ta' direttiva
Artikolu 1
Direttiva 2010/18/UE
Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Fl-Arikolu 3(2) tad-Direttiva /18/UE, għandu jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:
Fl-Arikolu 3(2) tad-Direttiva 2010/18/UE, għandu jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:
"B'deroga mill-ewwel subparagrafu, għall-Majott bħala reġjun ultraperiferiku fit-tifsira tal-Artikolu 349 TFUE, il-perijodu addizzjonali msemmi fih għandu jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2018."
"Għad-dipartiment ultraperiferiku Franċiż ta' Majott, il-perijodu addizzjonali msemmi fih għandu jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2018."
Emenda 7
Abbozz ta' direttiva
Artikolu 2
Din id-Direttiva hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Emenda 8
Abbozz ta' direttiva
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014.

Ekoinnovazzjoni - Impjiegi u Tkabbir permezz tal-politika ambjentali
PDF 345kWORD 109k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar l-Ekoinnovazzjoni - Impjiegi u Tkabbir permezz tal-politika ambjentali (2012/2294(INI))
P7_TA(2013)0584A7-0333/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni ‘Ewropa 2020: Strateġija Ewropea għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv’ (COM(2010)2020),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni ‘Innovazzjoni għal Futur Sostenibbli – Il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Eko-innovazzjoni (Eco-AP)’ (COM(2011)0899),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni ‘Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020: Unjoni tal-Innovazzjoni’ (COM(2010)0546),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni ‘Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza – Inizjattiva ewlenija taħt l-Istrateġija Ewropa 2020" (COM(2011)0021),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni ‘Jitħeġġu t-teknoloġiji għall-iżvilupp sostenibbli: Pjan ta’ Azzjoni għal Teknoloġiji Ambjentali għall-Unjoni Ewropea’ (COM(2004)0038),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni ‘Viżjoni strateġika għal standards Ewropej: Il-mixja ’l quddiem biex jittejjeb u jitħaffef it-tkabbir sostenibbli tal-ekonomija Ewropea sal-2020’ (COM(2011)0311),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni ‘Rio+20: Lejn l-ekonomija ekoloġika u governanza aħjar’ (COM(2011)0363),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni ‘Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050" (COM(2011)0112),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni ‘Aġenda għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi: Kontribut Ewropew lejn livell massimu ta’ impjiegi’ (COM(2010)0682),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament li jistabbilixxi Orizzont 2020 – Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) (COM(2011)0809),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Orizzont 2020’– Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni" (COM(2011)0808),

–  wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni ‘Adattament għat-tibdil fil-klima: Lejn qafas Ewropew għall-azzjoni’ (COM(2009)0147),

–  Wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummisjoni ‘Il-bidla ta’ Sfidi f’Opportunitajiet: Lejn Qafas Strateġiku Komuni għall-finanzjament tar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-UE’ (COM(2011)0048),

–  wara li kkunsidra l-istrument il-ġdid "Garanzija għaż-Żgħażagħ",

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Novembru 2010 dwar Sħubijiet Ewropej għall-Innovazzjoni fl-inizjattiva ewlenija Unjoni ta' Innovazzjoni(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-24 ta’ Mejju 2012 dwar Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Settembru 2011 dwar l-iżvilupp ta' pożizzjoni komuni tal-UE qabel il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Rio+20)(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Marzu 2012 dwar Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fl-2050(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2011 dwar il-finanzjament innovattiv fil-livell globali u Ewropew(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2011 bit-titlu ‘Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva’(6),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm Speċfiku li Jimplimenta l-Orizzont 2020 - Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014 - 2020) (COM(2011)0811),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummisjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) COM(2011)0874),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Mejju 2011 bit-titlu ‘Unjoni tal-Innovazzjoni: inbiddlu l-Ewropa għal dinja wara l-kriżi’,(7)

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Ġunju 2012 bit-titlu ‘Lejn irkupru mogħni bl-impjiegi’(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Settembru 2010 dwar l-iżvilupp tal-potenzjal ta' ħolqien ta' impjiegi ta' ekonomija sostenibbli ġdida(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Settembru 2012 dwar ir-rwol tan-nisa fl-ekonomija ekoloġika(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Mejju 2010 dwar il-White Paper tal-Kummissjoni: "Adattament għat-tibdil fil-klima: Lejn Qafas Ewropew għall-azzjoni’,(11)

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ Settembru 2011 dwar il-Green Paper ‘Il-bidla ta’ Sfidi f’Opportunitajiet: Lejn Qafas Strateġiku Komuni għall-finanzjament tar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-UE’,(12)

–  wara li kkunsidra r-rapport Nru 315 tal-Flash Eurobarometer bit-titlu ‘L-attitudnijiet tal-intraprendituri Ewropej lejn l-eko-innovazzjoni, Marzu 2011’,

–  wara li kkunsidra r-rapport “L-analiżi u t-rapportar dwar ir-riżultati miksuba mill-proġetti ta’ replikazzjoni tas-suq tal-Ekoinnovazzjoni CIP” (Analysing and reporting on the results achieved by CIP Eco-Innovation market replication projects”) mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetitività u l-Innovazzjoni (EACI) ippubblikat f’Mejju 2013;

–  wara li kkunsidra l-Inizjattiva tal-2008 tal-UNEP, l-ILO, l-IOE u l-ITUC dwar l-Impjiegi Ekoloġiċi bit-titlu ‘Impjiegi Ekoloġiċi: Lejn Xogħol Diċenti f’Dinja Sostenibbli u b’Emissjonijiet Baxxi ta’ Karbonju’,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-2009 tal-Greenpeace u tal-Kunsill Ewropew għall-Enerġiji Rinnovabbli (EREC) ‘Naħdmu għall-klima: enerġija li tiġġedded u r-rivoluzzjoni tal-impjiegi ekoloġiċi,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-2007 tal-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trejdjunjins (ETUC) u l-Aġenzija għall-Iżvilupp Soċjali (SDA) bit-titlu ‘It-Tibdil fil-Klima u l-Impjiegi: mpatt tat-tibdil fil-klima fuq l-impjiegi fil-25 pajjiż tal-Unjoni Ewropea u l-miżuri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 sal-2030’,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound ta’ Jannar 2013 bit-titolu "Nagħmlu l-Industriji fl-UE iktar Ekoloġiċi: L-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tal-effetti fuq il-kwantità u l-kwalità tal-impjiegi", u l-bażi ta' data tal-istudji tal-każijiet tiegħu;

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tal-2011 bit-titolu "Relazzjonijiet industrijali u sostenibilità: ir-rwol tas-sħab soċjali fit-tranżizzjoni lejn ekonomija iktar ekoloġika";

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0333/2013),

A.  billi ambjent nadif u b’saħħtu huwa prekundizzjoni għaż-żamma tal-prosperità u għal kwalità ta’ ħajja għolja fl-Ewropa, iżda hekk ukoll hi s-saħħa u l-kompetittività tal-ekonomija;

B.  billi sfidi ambjentali, bħat-tibdil fil-klima, l-iskarsezza tar-riżorsi u d-degradazzjoni tal-bijodiversità, jeħtieġu tranżizzjoni radikali tal-ekonomija tagħna fejn it-teknoloġija nadifa jkollha rwol ewlieni;

C.  billi l-iskala tal-kriżi tippreżenta opportunità unika u storika biex iġġib il-quddiem bidla trasformazzjonali fl-ekonomiji tagħna, twitti t-triq għal żvilupp fit-tul sostenibbli;

D.  billi t-tkabbir tal-GreenTech fis-snin li għaddew wera li l-investiment fit-tkabbir ekoloġiku mhuwiex dazju għoli iżda opportunità ekonomika enormi; Billi għalkemm kważi kull settur sofra telf kbir b’riżultat tar-riċessjoni, is-settur ekoloġiku sofra tnaqqis fit-tkabbir iżda għadu qed jikber;

E.  billi huwa meħtieġ li tiġi sostitwita l-ekonomija intensiva fir-riżorsi kurrenti b’waħda li tuża r-riżorsi b’effiċjenza, billi jiġu trasformati l-industriji stabbiliti f’industriji b’valur miżjud għoli li joħolqu l-impjiegi filwaqt li jipproteġu l-ambjent;

F.  billi soluzzjonijiet favur l-ambjent jattiraw ġenerazzjoni ġdida ta’ manifattura u servizzi ta’ teknoloġija għolja, iżidu l-kompetittività Ewropea u joħolqu impjiegi ġodda ta’ kapaċità għolja;

G.  billi permezz tal-appoġġ għal proċessi ġodda biex inaddfu l-proċessi tal-produzzjoni, il-metodi tal-immaniġġjar ġodda, it-teknoloġiji ġodda u s-servizzi ġodda biex jagħmlu n-negozju iktar ekoloġiku, l-eko-innovazzjoni taġixxi biex tgħin lill-Ewropa tagħmel l-aħjar użu mill-opportunitajiet li għandha, filwaqt li tindirizza l-isfidi kurrenti;

H.  billi l-prezzijiet tar-riżosi żdiedu b’mod estensiv matur l-aħħar snin u l-kompetittività tal-kumpaniji għalhekk hija iktar iddeterminata mill-effiċjenza tar-riżorsi tagħhom;

I.  billi l-istorja wriet li huwa diffiċli għall-awtoritajiet biex jipprevedu liema teknoloġiji innovattivi se jkunu kompetittivi fis-suq;

J.  billi l-inċentivi fiskali jistgħu jkunu għodda utli għat-titjib tal-ekoinnovazzjoni fl-Ewropa.

K.  billi l-Ewropa hija mexxej fl-iżvilupp tat-teknoloġiji l-ġodda; billi jeżistu ħafna ostakoli għall-iżvilupp u l-użu usa’ ta’ teknoloġiji ambjentali, bħal lock-in għat-teknoloġiji eżistenti, is-sinjali tal-prezzijiet li għandhom it-tendenza li jiffavorixxu soluzzjonijiet inqas ekoeffiċjenti, aċċess diffiċli għall-iffinanzjar u għarfien tal-konsumatur baxx; billi l-isfida hija għalhekk li jitjieb ir-rendiment ambjentali ġenerali tal-prodotti tul iċ-ċiklu kollu ta’ ħajjithom, li tingħata spinta qawwija lid-domanda għal prodotti u teknoloġiji ta’ produzzjoni aħjar u li l-konsumaturi jiġu megħjuna jagħmlu għażliet infurmati.

L.  billi t-tikketti li jindikaw il-kredenzjali ambjentali tal-prodotti u s-servizzi għandhom jipprovdu informazjzoni ċara u oġġettiva u jevitaw li jqarrqu bil-konsumatur (“greenwashing”);

M.  billi l-industriji ekoloġiċi llum il-ġurnata jipprovdu 3.4 miljun impjieg u stima ta’ qligħ annwali ta’ EUR 319-il biljun; billi f’ħafna pajjiżi, il-green tech hija diġà jew dalwaqt se ssir l-ikbar teknoloġija li tħaddem;

N.  billi l-ekoinnovazzjoni hija fundamentali għall-iżvilupp mill-UE ta’ strateġija ta’ tkabbir li tkun sostenibbli mil-lat ambjentali, ekonomiku u soċjali, u li twassal għal opportunitajiet ta' impjieg ta' kwalità f’varjetà ta’ setturi;

O.  billi t-Tabella tal-Valutazzjoni tal-Eko-innovazzjoni 2010 (Eco-IS) turi prestazzjoni ta’ eko-innovazzjoni favorevoli f’diversi Stati Membri, iżda minkejja dan, l-ebda pajjiż tal-UE wieħed jew grupp ta’ pajjiżi ma jista’ bħalissa jservi bħala mudell għall-prestazzjoni tal-eko-innovazzjoni fl-UE;

P.  billi r-rapport Nru 315 tal-2011 tal-Flash Eurobarometer, dwar l-attitudnijiet tal-intraprendituri Ewropej lejn l-eko-innovazzjoni, juri li l-SMEs jaffaċċjaw żieda fl-ispejjeż materjali, għalkemm il-maġġoranza introduċew proċessi jew metodi tal-produzzjoni eko-innovattiva ġodda jew imtejba b’mod sinifikanti sabiex inaqqsu l-ispejjeż tal-materjali u li jaffaċċjaw ukoll il-problema ta’ aċċess mhux biżżejjed għal sussidji u inċentivi fiskali eżistenti u talbiet inċerti mis-suq;

Q.  billi l-analiżi tal-Inizjattiva Ekoinnovattiva CIP turi li l-benefiċċji ambjentali, ekonomiċi u tal-impjieg mistennija huma ħafna akbar mill-ispejjeż pubbliċi;

R.  billi l-kejl tal-eko-innovazzjoni huwa rekwiżit prinċipali għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-prestazzjoni u l-progress tal-Istati Membri tal-UE lejn tkabbir intelliġenti u sostenibbli fl-Ewropea, iżda d-disponibbiltà tad-dejta dwar l-eko-innovazzjoni hija limitata u l-kwalità tagħha tvarja b’mod sinifikanti bejn l-indikaturi;

S.  billi min ifassal il-politiki u partijiet interessati oħra għandhom fehmiet differenti dwar x’inhi l-eko-innovazzjoni u lejn xiex għandha timmira;

T.  billi jeżistu kriterji ta’ valutazzjoni differenti użati għad-definizzjoni ta’ termini bħal ‘ekoinnovazzjoni’ u ‘impjiegi ekoloġiċi intelliġenti’ (eż. fi ħdan id-definizzjonijiet tal-ILO, UNEP, CEDEFOP, OECD jew tal-Eurostat), li jistgħu jwasslu għal statistiċi diverġenti dwar l-ekoinnovazzjoni, l-impjiegi ekoloġiċi u t-tkabbir;

U.  billi r-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-7 ta' Settembru 2010 dwar l-iżvilupp tal-potenzjal ta' ħolqien ta' impjiegi ta' ekonomija sostenibbli ġdida tagħmel riferenza għad-definizzjoni ta' impjiegi sostenibbli tal-ILO u tenfasizza li l-ekoinnovazzjoni għandha rwol importanti fis-setturi kollha industrijali u tal-manifattura;

V.  billi attwalment jeżistu aktar minn 240 proġetti ffinanzjati mill-iskema tal-eko-innovazzjoni; billi f'Mejju 2013 il-Kummissjoni nediet sejħa ġdida għall-għażla ta' 45 proġett ieħor tal-ekoinnovazzjoni li joffru soluzzjonijiet ġodda fir-rigward tal-ambjent; billi l-operazzjoni u l-iffinanzjar tal-Inizjattiva Ekoinnovattiva tas-CIP appoġġjaw lill-iżviluppaturi tal-ekoinnovazzjoni Ewropej billi pprovdew il-kapital ta’ riskju li kieku ma kienx ikun aċċessibbli;

W.  billi għall-perjodu 2014-2020 il-programm il-ġdid Orizzont 2020 tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni huwa l-istrument finanzjarju li jimplimenta l-Unjoni tal-Innovazzjoni; billi skont il-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss (MFF 2014-2020) l-Inizjattiva Eko-innovattiva hija wkoll koperta permezz ta’ LIFE (Programm għall-ambjent u l-Azzjoni Klimatika 2014-2020);

X.  billi hemm żieda preokkupanti fir-rata tal-qgħad taż-żgħażagħ u ħtieġa qawwija ta' politiki li jwasslu għal opportunitajiet ta' impjiegi li jkunu aktar u aħjar għaż-żgħażagħ;

Y.  billi l-inizjattiva "Ħiliet Ġodda għal Impjiegi Ġodda" tal-Kummissjoni, li tirrikonoxxi l-kooperazzjoni mal-Istati Membri, intlaqgħet mill-Parlament;

Politiki ġenerali għall-ħolqien ta’ tkabbir sostenibbli u impjiegi intelliġenti

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tibqa’ taħdem fuq viżjoni għall-UE kollha ta’ eko-innovazzjoni fil-kuntest tal-bidla għal ekonomija li tuża r-riżorsi b’effiċjenza u b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju, iżda wkoll biex tiffoka fuq miri konkreti, oqsma ta’ prijorità u tragwardi;

2.  Jappoġġa l-inizjattiva ewlenija tal-Kummissjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020, li għandha l-għan li tibda l-bidla minn issa lejn ekonomija sostenibbli; jenfasizza, barra minn hekk, li investiment immirat għat-trasformazzjoni ekoloġika tar-reġjuni tal-UE huwa wieħed mill-aktar strumenti utli biex jintlaħqu l-għanijiet strateġiċi tal-konverġenza reġjonali u l-koeżjoni territorjali;

3.  Jinnota l-potenzjal għal ħolqien dirett u indirett ta’ impjiegi ta' kwalità bis-saħħa tal-implimentazzjoni sħiħa tal-istrateġija UE 2020; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom f’dan il-qasam; jilqa’ l-promozzjoni mill-Kummissjoni ta’ strateġija integrata għal tkabbir ekoloġiku fl-ambitu tal-inizjattiva emblematika “Unjoni tal-Innovazzjoni” u, b’mod partikolari, il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ekoinnovazzjoni bħala pass fid-direzzjoni t-tajba;

4.  Jisħaq l-importanza tal-leġiżlazzjoni bħala mezz biex tiżdied id-domanda għal teknoloġiji ambjentali; jemmen li l-kompetittività tal-produzzjoni Ewropea tiddependi fuq il-fatt li l-Ewropa tkun minn ta’ quddiem globalment fil-prodotti u l-produzzjoni ekoeffiċjenti;

5.  Jitlob lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji biex jallinjaw il-ħiliet tal-ħaddiema mal-opportunitajiet offruti mis-settur Green Tech, u jħarsu lejn subsetturi differenti u l-ħtiġijiet tagħhom għall-ħaddiema kwalifikati;

6.  Jenfasizza l-benefiċċji ambjentali u ekonomiċi duwali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli ħadra, f'termini tal-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli kemm fl-UE u fid-dinja li qed tiżviluppa, permezz tal-parteċipazzjoni akbar fil-produzzjoni ta' fjuwils u materjali innovattivi, kif ukoll l-opportuniatjiet ta' impjieg li jiġu mill-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-bijomaterjali għan-negozji u għall-konsumaturi pubbliċi, privati u domestiċi; jenfasizza li dawn l-opportunitajiet għandhom joħolqu impjiegi ta’ kwalità u sostenibbli kemm għall-ħaddiema kwalifikati kif ukoll għal dawk li mhumiex; jirrikonoxxi li għandu jiġi żviluppat qafas regolatorju stabbli u għat-tul biex tiġi promossa s-sostenibilità bl-użu ta' strumenti finanzjarji eżistenti;

7.  Jinnota l-isfidi kumplessi fir-rigward tas-sigurtà tal-ikel, tat-tibdil fil-klima, tal-kwalità tal-ħamrija, tal-iskarsezza tal-materja prima, tat-trasformazzjoni lejn sistemi ta’ enerġija rinnovabbli u tal-effiċenza enerġetika, eċċ; jagħraf li l-ekoinnovazzjoni jista’ jkollha rwol importanti biex tindirizza ħafna minn dawn l-isfidi; itenni li din it-tranżizzjoni teħtieġ approċċ olistiku li jkun jinkludi l-edukazzjoni, it-taħriġ, l-iżvilupp tal-ħiliet, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-investiment fis-settur privat u pubbliku u l-iżvilupp tal-infrastruttura, li kollha jikkontribwixxu għal opportunitajiet ta’ impjiegi varji u sostenibbli.

8.  Jemmen li mhumiex biss is-sussidji li l-kumpaniji Ewropej innovattivi jeħtieġu, iżda wkoll leġiżlazzjoni aħjar, rabtiet aħjar mal-bażi ta’ riċerka u aċċess aħjar u aktar divers għall-iffinanzjar u l-finanzjament, li jvarja minn għotjiet, għal self u finanzjament ta’ ekwità; jistieden, għalhekk lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni joħolqu kundizzjonijiet adegwati fuq livell nazzjonali u Ewropew;

9.  Jisħaq li l-impjieg Green Tech m’għandux ikun limitat għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, iż-żieda tal-effiċjenza tal-enerġija u għas-settur tat-trasport, peress li t-tkabbir ekoloġiku huwa opportunità għas-setturi kollha, li għalhekk għandhom jinvestigaw l-għażliet ta’ żvilupp u jtejbu l-għarfien tal-konsumatur dwar l-importanza li jinxtraw prodotti ekoloġiċi;

10.  Jemmen li huwa meħtieġ żvilupp malajr ta’ teknoloġija nadifa sabiex tiżdied il-kompetittività tal-kumpaniji; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni tqiegħed l-ekoinnovazzjoni fiċ-ċentru tal-politika industrijali tagħha;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-iżvilupp tal-istandards tat-tikkettar u definizzjonijiet ċari biex jiġu identifikati u kkomunikati l-kredenzjali ambjentali tal-prodotti u s-servizzi;

12.  Jemmen li ekonomija sostenibbli ġdida għall-UE trid tiżgura żvilupp ekonomiku u soċjali bbilanċjat; jitlob li jkun hemm politika industrijali sostenibbli u ambizzjuża, b’enfasi fuq l-effiċjenza tar-riżorsi; ifakkar li l-effiċjenza tar-riżorsi u l-effiċjenza tal-materjali tnaqqas l-ispejjeż għall-industrija u l-unitajiet domestiċi, tillibera riżorsi għal investiment ieħor u tagħmel lill-ekonomija tal-UE inqas dipendenti fuq riżorsi skarsi u swieq ta’ riżorsi volatili ħafna; jisħaq li l-ekonomija ekoloġika jeħtieġ toffri prospetti għal impjiegi deċenti, li jkunu mħallsa tajjeb, b’opportunitajiet indaqs kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa, b’attenzjoni fuq il-ħarsien tal-ambjent;

13.  Jenfasizza li filwaqt li l-ekoindustriji llum jimpjegaw 3.4 miljun ħaddiem u jipprovdu introjtu annwali li hu stmat EUR 319 biljun, il-potenzjal għall-ħolqien ta' tkabbir reġjonali, l-opportunitajiet ta' impjiegi u benefiċċji ambjentali għadu fil-parti l-kbira tiegħu ma ġiex sfruttat u jfakkar, b'rabta ma' dan li l-ispiża tan-nuqqas ta' azzjoni se tkun għolja;

14.  Jenfasizza li s-suċċess tal-ekoinnovazzjoni jeħtieġ investimenti mmirati u fit-tul, li għandhom ikopru b’mod speċjali l-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ, ir-riċerka u l-iżvilupp, kif ukoll l-infrastruttura, eċċ.;

15.  Jilqa' l-programmi tal-universitá eżistenti u l-programmi tat-taħriġ iffukati fuq sostenibbiltá ekoloġika, ekonomika u soċjali; jenfasizza li jridu jintlaħqu bżonnijiet edukattivi ġodda fir-rigward tal-iżvilupp ta' impjiegi sostenibbli;

16.  Jinsab konvint sew li l-poltika ambjentali bbażata fuq l-ekonomija tas-suq tista' sservi ta' mutur għat-tkabbir u l-impjieg fil-fergħat kollha tal-ekonomija; jenfasizza li kundizzjonijiet ta' qafas prevedibbli u favur l-investiment huma l-bażi li se jippermettu n-negozju innovattiv jagħmlu l-aħjar użu possibbli minn dawn l-opportunitajiet għall-benefiċċju tal-ambjent u tal-impjegati;

17.  Jirrikonoxxi l-fatt li t-tranżizzjoni ekonomika lejn negozji "niċċa" ġodda tista’ tattira lill-ġenerazzjoni żagħżugħa ta’ ħaddiema u twassal għal opportunitajiet ġodda fl-ispettru tal-ekoinnovazzjoni;

Il-kunċett tal-Eko-innovazzjoni

18.  Jilqa’ l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni ‘Innovazzjoni għal Futur sostenibbli – Il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ekoinnovazzjoni (Eco-AP)’ (COM(2011) 0899);

19.  Jenfasizza l-effetti ta’ sinerġija potenzjali tal-ekoinnovazzjoni fil-ħolqien ta’ impjiegi sostenibbli u ta' kwalità, il-protezzjoni tal-ambjent u t-tnaqqis tad-dipendenza ekonomika;

20.  Jenfasizza d-dimensjoni wiesa’ tal-kunċett tal-eko-innovazzjoni, sakemm tiġi definita bħala kwalunkwe forma ta’ innovazzjoni li għandha l-għan li twassal għall-progress fil-kisba tal-mira ta’ żvilupp sostenibbli, billi tnaqqas l-impatti fuq l-ambjent u li tikseb użu tar-riżorsi aktar effiċjenti u responsabbli;

21.  Jitlob lill-Kummissjoni tfassal perċezzjonijiet differenti tal-eko-innovazzjoni u l-isfidi relatati magħha u tibni fehim komuni dwar l-opportunitajiet strateġiċi differenti li l-eko-innovazzjoni toffri għall-futur;

22.  Jikkunsidra d-definizzjoni ta’ ‘impjiegi ekoloġiċi’ tal-Eurostat (fis-settur tal-oġġetti u s-servizzi ambjentali), li pereżempju tistipula li t-teknoloġiji u l-prodotti ekoloġiċi jrid ikollhom protezzjoni ambjentali jew skop tal-immaniġġjar tar-riżorsi bħala l-objettiv primarju tagħhom, biex ikunu utli biex jevitaw statistiċi diverġenti, iżda jikkunsidra meħtieġ li jkompli jiżviluppa definizzjoni uniformi mal-UE kollha tat-tkabbir u l-impjiegi ekoloġiċi, li pereżempju tkun tinkludi wkoll is-settur tat-trasport pubbliku; iqis li huwa utli li tiġi kkunsidrata definizzjoni ta’ “impjiegi ekoloġiċi” iktar komprensiva li tinkludi impjiegi/attivitajiet addizzjonali fil-pass li jmiss;

23.  Jenfasizza l-potenzjal ta’ benefiċċju għall-ambjent mhux sfruttat tal-ekoinnovazzjoni, sakemm tkun mistennija li tgħin biex tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, sustanzi niġġiesa oħra u l-ġenerazzjoni tal-iskart, fost l-oħrajn, permezz ta’ żieda fl-użu ta’ materjali riċiklati u tal-produzzjoni ta’ prodotti ta’ kwalità li jħallu impatt anqas fuq l-ambjent, kif ukoll tiffaċilita proċessi ta’ produzzjoni u servizzi li huma favur l-ambjent; jenfasizza l-bżonn għal azzjonijiet immirati fir-rigward tad-diffikultajiet u tal-barrikati li jikkostitwixxu ostakoli għall-kummerċjalizzazzjoni tal-ekoinnovazzjoni u tal-internazzjonalizzazzjoni ta’ dawn il-prodotti u servizzi;

24.  Jitlob lill-Kummissjoni tinkludi rakkomandazzjonijiet dwar l-ekoinnovazzjoni speċifiċi fis-Semestru Ewropew sabiex tippromwovi t-tkabbir sostenibbli

25.  Jagħraf li l-ekoinnovazzjoni tippreżenta opportunitajiet ċari għal negozji “niċċa” ġodda, u toffri possibilitajiet għall-SMEs, għas-“self-starters”, għal dawk li jaħdmu għal rashom u l-imprendituri, li jibbenefikaw minn swieq u mudelli ġodda ta’ negozju, kif ukoll tagħti ħajja ġdida lis-setturi ekonomiċi tradizzjonali eżistenti billi tagħtihom possibilitajiet biex iħaddru l-impjiegi eżistenti, billi jadattaw għal metodi ta' produzzjoni u ta' ħidma li jkunu sostenibbli u effiċjenti mill-użu tar-riżorsi;

26.  Jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa approċċ sistematiku għall-politka tal-eko-innovazzjoni, b’kundizzjonijiet sodi ta’ qafas li jippermettu kundizzjonijiet ekwi għall-eko-innovazzjoni fin-negozji u infrastruttura li tippermetti lin-negozji u lill-konsumaturi jagħmlu għażliet sostenibbli;

27.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw ekostandards għall-akkwist pubbliku biex jiżdied ir-rwol tal-konsumatur inizjali tal-istituzzjonijiet pubbliċi;

28.  Jinnota partikolarment l-importanza tal-aċċess għal żvilupp adattat ta’ taħriġ u ħiliet fi ħdan il-qafas tal-ekoinnovazzjoni, biex tiġi provduta forza tax-xogħol tas-sengħa għal in jimpjega, biex iż-żgħażagħ jiġu mgħammra bl-għarfien, ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jsibu impjieg bl-opportuniatjiet tal-innovazzjonijiet emerġenti, u jiffaċilitaw it-tranżizzjoni tal-ħaddiema minn setturi li sejrin lura lejn setturi emerġenti ġodda u ħodor; jenfasizza f’dan ir-rigward l-opportunitajiet offruti mill-"apprendistati rurali" u forom oħra ta’ taħriġ vokazzjonali għall-iżvilupp ta' dawn is-settijiet ta’ ħiliet ġodda;

29.  Jirrakkomanda li jiġi promoss il-potenzjal kreattiv u innovattiv taż-żgħażagħ biex dawn jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli, u li jitjieb l-aċċess tagħhom għall-fondi;

UE, l-Istati Membri u r-reġjuni

30.  Jenfasizza l-ħtieġa għas-simplifikazzjoni tal-kunċett tal-ekoinnovazzjoni fl-oqsma politiċi kollha, minħabba li l-ekoinnovazzjoni hija qasam tal-politika transversali; Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkoraġġixxu kooperazzjoni fil-ministeri u l-livelli tal-politka u jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-politki fuq bażi regolari;

31.  Jitlob lill-atturi prinċipali kollha jaħdmu flimkien fuq it-tkabbir, l-innovazzjoni u l-impjiegi ekoloġiċi f’kull settur u biex jagħmlu użu mill-istrumenti eżistenti bħal pjattaformi teknoloġiċi, bordijiet esperti fuq il-ħiliet, inizjattivi konġunti tat-teknoloġija, swieq ewlenin, raggruppamenti u gruppi industrijali ta’ livell għoli;

32.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jfasslu leġiżlazzjoni ġdida u jsaħħu l-leġiżlazzjoni eżistenti fil-qasam tal-iżvilupp u l-użu tal-enerġiji rinovabbli u jżidu l-effiċjenza tal-enerġija, jipprovdu ċertezza legali u kundizzjonijiet ekwi u jagħtu spinta lill-investiment pubbliku u privat;

33.  Jitlob lill-Istati Membri jtejbu l-koordinazzjoni ta’ dawn il-politki u b’mod partikolari jappoġġjaw l-isħubiji reġjonali għat-tkabbir, l-innovazzjoni, l-impjiegi u l-opportunitajiet indaqs bejn in-nisa u l-irġiel, kif ukoll inizjattivi transkonfinali;

34.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-potenzjal ta’ impjieg tal-kunċett tal-ekoinnovazzjoni f’ekonomija sostenibbli; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi pjattaforma li tippermetti lill-Istati Membri jikkoordinaw l-isforzi tagħhom fil-ħolqien ta’ impjiegi u tkabbir sostenibbli ġodda;

35.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jaqsmu l-esperjenzi u l-aħjar prattiki fil-qasam tal-opportunitajiet tax-xogħol meta jittrattaw l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tat-tibdil fil-klima;

36.  Jitlob għall-integrazzjoni orizzontali tal-kunċett tal-ekoinnovazzjoni fil-fondi strutturali u ta’ koeżjoni; jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, f’konformità mal-arkitettura legali u istituzzjonali ta’ kull Stat Membru, jadottaw strateġiji ta’ żvilupp f’konformità mal-objettivi tal-Istrateġija UE 2020, bil-għan li jinħolqu impjiegi ġodda f’ekonomija sostenibbli;

37.  Huwa tal-fehma li l-leġiżlazzjoni ambjentali eżistenti u proposta tal-UE għandha potenzjal sinifikanti biex toħloq impjiegi ġodda f’oqsma bħall-arja, il-ħamrija u l-ilma, l-enerġija, is-servizzi pubbliċi, l-agrikoltura, it-trasport, it-turiżmu, il-foresta u l-immaniġġjar ambjentali u jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw din il-leġiżlazzjoni;

38.  Jinsisti dwar l-urġenza li titjieb l-effiċjenza tas-suq tal-karbonju tal-UE biex tingħata ċ-ċertezza tal-investment lit-teknoloġiji li jirrispettaw l-ambjent;

39.  Jitlob għall-ħolqien ta’ rbit isħaħ bejn ir-riċerka bażika u l-innovazzjoni industrijali u bejn l-innovazzjoni u l-proċess tal-manifattura; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tibda’ studji ta’ każijiet ta’ riċerka/konsultazzjoni dwar l-eko-innovazzjoni għal kull Stat Membru;

40.  Jisħaq li l-ekoinnovazzjoni tal-UE tistimula aktar effiċjenza tar-riżorsi lil hinn mill-fruntieri tagħna, u b’hekk tnaqqas il-qerda tar-riżorsi globali; għalhekk iħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu l-istrateġiji nazzjonali tagħhom tal-effiċjenza tar-riżorsi u jaqsmu l-għarfien tagħhom f’fora internazzjonali;

41.  Jenfasizza l-importanza li l-aħjar prattiki tal-ekoinnovazzjoni jiġu integrati aħjar fl-ekonomija reali sabiex il-progress ikun iktar viżibbli fil-ħajja ta’ kuljum tan-nies;

42.  Jenfasizza li r-riċerka hija l-bażi għall-innovazzjoni u l-ekoinnovazzjoni. jindika l-prospetti kbar għal tkabbir li ġġib magħha l-ekoinnovazzjoni kif ukoll il-potenzjal tal-Ewropa biex, f’dan il-qasam, tkun fuq quddiem nett mad-dinja kollha, kif ukoll l-opportunitajiet li dan jimplika għal impjiegi ġodda u ta’ kwalità;

43.  Iqis l-ekoinnovazzjoni bħala konformi bis-sħiħ mar-riċerka u l-innovazzjoni u mal-prijoritajiet ta' investiment dwar il-klima u l-ambjent fil-perjodu ta' ipprogrammar dwar il-fondi strutturali li jmiss;

44.  Jenfasizza r-rwol vitali li jista’ jkollhom is-sħubiji u s-sinerġiji bejn is-settur tal-edukazzjoni, il-kumpaniji u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, biex jipprovdu t-taħriġ relevanti, inklużi ħiliet relatati ma’ "STEM" kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, gwida għall-karriera, apprendistati mħallsa u ta’ kwalità, u opportunitajiet ta’ tagħlim duwali, biex jippermettu aċċess wiesgħa għall-opportunitajiet tal-impjiegi u impjiegi ta’ kwalità li qed joħorġu permezz tal-ekoinnovazzjoni;

45.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu inċentivi għan-negozji, partikolarment għall-SMEs, biex jippromwovu investimenti ikbar fl-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp tas-settur privat; jilqa', f'dan ir-rigward, il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ekoinnovazzjoni;

46.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni transkonfinali biex jassiguraw id-diffużjoni tat-teknoloġija u l-aħjar prattiki fl-UE, u b’hekk iżidu l-kompetittività tal-Ewropa;

47.  Jitlob li jiġi promoss l-isfruttament tal-aqwa ekoinnovazzjonijiet, b’mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, fejn, pereżempju, proċess aktar effettiv tal-produzzjoni tal-faħam, tojlits nexfin għall-ikkompostjar, l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, sistemi tal-purifikazzjoni tal-ilma u bosta innovazzjonijiet oħra, jistgħu jtejbu l-kwalità tal-ħajja b’mod sinifikanti u bi spejjeż relattivament baxxi, itejbu s-saħħa u jippromwovu l-intraprenditorija u l-impjiegi sostenibbli;

48.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri, fil-qafas tal-provvista ta’ tranżizzjoni soċjalment responsabbli lejn impjiegi ħodor u ta’ kwalità għolja, jużaw mill-aktar fis il-Fond Sojali Ewropew għal programmi maħsuba għat-tisħiħ tal-ħiliet, għat-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid tal-impjegati.

Iffinanzjar tal-eko-innovazzjoni

49.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-benefiċċji tal-politiki fiskali u jitlob lill-Istati Membri jmexxu t-taxxi minn fuq l-impjieg għal fuq l-użu tar-riżorsi u t-tniġġis, sabiex jagħtu spinta lill-ekoinnovazzjoni;

50.  Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni tiddefinixxi s-sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent b'riżultat ta' "azzjoni tal-gvern li tikkonferixxi vantaġġ lil konsumaturi jew produtturi, sabiex jiġi ssupplimentat id-dħul tagħhom jew jitnaqqsu l-ispejjeż tagħhom iżda li, minħabba f'hekk, issir diskriminazzjoni fil-konfront ta' prattiki ambjentali tajba"; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw mingħajr dewmien pjanijiet konkreti għat-tneħħija gradwali tas-sussidji dannużi għall-ambjent ibbażati fuq din id-definizzjoni;

51.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jneħħu gradwalment u progressivament is-sussidji kollha dannużi għall-ambjent sal-2020, inklużi sussidji u sostenn finanzjarju fuq fjuwils fossili, u sussidji li jinċentivizzaw l-użu ineffiċjenti tar-riżorsi rinnovabbli, u jirraportaw dwar il-progress li sar permezz tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma;

52.  Jenfasizza li l-ekoinnovazzjoni għandha tibbenefika mill-istrumenti finanzjarji emerġenti tal-UE u mill-mezzi tal-inizjattivi ewlenin, Unjoni għall-Innovazzjoni u Ewropa Effiċjenti fir-Riżorsi, kif ukoll il-Politika ta' Koeżjoni ta' wara l-2013 u Orizzont 2020;

53.  Iqis li huwa importanti li eko-innovazzjonijiet u teknoloġiji ambjentali jkunu vijabbli finanzjament u kompetittivament fuq perjodu twil; iqis li sostenn pubbliku għall-investiment għandu jħeġġeġ metodi ta' produzzjoni favur l-ambjent f'każijiet fejn jingħata sostenn pubbliku;

54.  Jilqa’ l-possibbiltajiet ta’ finanzjament tal-ekoinnovazzjoni taħt il-Politika Komuni dwar l-Agrikoltura u l-programmi COSME, Orizzont 2020 u LIFE, filwaqt li jinsisti li aktar fondi għandhom ikunu disponibbli biex iżidu l-applikazzjoni prattika tal-ekoinnovazzjonijiet diġà żviluppati;

55.  Jitlob lill-Kummissjoni timplimenta l-istrumenti meħtieġa u talloka biżżejjed riżorsi baġitarji biex tiżgura tranżizzjoni bla xkiel bejn il-programmi CIP u Orizzont 2020 fir-rigward tal-ekoinnovazzjoni, u biex ittaffi l-limitazzjonijiet proċedurali u toqol finanzjarju fuq in-negozji żgħar u ta’ daqs medju; jirrimarka li l-parteċipazzjoni bbilanċjata mil-lat ta' ġeneru fit-teħid ta' deċiżjonijiet fil-fażijiet u l-aspetti kollha hija essenzjali;

56.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jinkludu l-eko-innovazzjoni fl-istrateġiji tagħhom għall-perjodu bejn l-2014-2020 bħala mezz ta’ promozzjoni tal-ekonomija ekoloġika, it-tkabbir u l-impjiegi ġodda, u b’hekk jiżguraw l-iżvilupp tal-intraprenditorija fuq kundizzjonijiet ekwi u tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn id-dinja tal-edukazzjoni, in-negozju u x-xjenza;

57.  Jenfasizza, li għalkemm l-oqsma ta' prijorità attwali għas-Sejħa għall-Ekoinnovazzjoni 2012 huma limitati għal numru ta' oqsma ta' konċentrazzjoni, l-inizjattiva ekoinnovazzjoni hi programm trasversali li tappoġġja proġetti ta' ekoinnovazzjoni f'setturi differenti; itenni għaldaqstant li s-setturi u l-attivitajiet kummerċjali kollha għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament;

58.  Jistieden lill-Kummissjoni, speċifikament, tipprogramma riżorsi definiti b’mod ċar iffukati u infurzati għal proġetti ta’ replikazzjoni tas-suq, kapital ta’ riskju, netwerking u internazzjonalizzazzjoni għall-ekoinnovazzjonijiet u l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom fl-UE mill-SMEs;

59.  Jemmen li peress li mudelli ġodda ta’ kummerċ qed jibdew iċaqalqu katini ta’ provvisti tradizzjonali, il-kapaċità li tieħu inkunsiderazzjoni l-globalizzazzjoni u l-effetti tagħha fuq l-ekonomija tal-UE u l-katini tal-provvisti fuq il-perjodu ta’ finanzjament li jmis għandhom ikunu riflessi aħjar fil-prijoritajiet għall-Inizjattiva tal-Eko-innovazzjoni;

60.  Jemmen li l-potenzjal tal-SMEs u l-kooperattivi fil-promozzjoni tal-ekoinnovazzjoni għadu ma ġiex eżawrit; għalhekk jitlob għal possibbiltajiet ta’ finanzjament speċifiċi għall-SMEs u l-kooperattivi fir-rigward tal-kunċetti tal-ekoinnovazzjoni;

61.  Huwa konvint li huma meħtieġa għodod finanzjarji innovattivi sabiex jitjiebu l-opportunitajiet għall-bini tal-kapaċità u n-netwerking;

62.  Jenfasizza li żieda fil-fondi trid isseħħ flimkien ma’ simplifikazzjoni ta’ proċeduri ta’ finanzjament;

63.  Jenfasizza li l-politika futura dwar il-koeżjoni tinkludi strateġija intelliġenti ta' speċjalizzazzjoni bħala kundizzjonalitá ex-ante għar-reġjuni tal-UE; iħeġġeġ lir-reġjuni jniedu kampanji li jqajmu l-kuxjenza mmirati lejn il-gruppi fil-mira kollha bil-għan li tiġi integrata l-ekoinnovazzjoni fi strateġijai intelliġenti ta' speċjalizzazzjoni reġjonali u nazzjonali;

o
o   o

64.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 74 E, 13.3.2012, p. 11.
(2) ĠU C 264 E, 13.9.2013, p. 59.
(3) ĠU C 56 E, 26.2.3013, p. 106.
(4) ĠU C 251 E, 31.8.2013, p. 75.
(5) ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 15.
(6) ĠU C 380 E, 11.12.2012, p. 89.
(7) ĠU C 377 E, 7.12.2012, p. 108.
(8) ĠU C 332 E, 15.11.2013, p. 81.
(9) ĠU C 308 E, 20.10.2011, p. 6.
(10) ĠU C 353 E, 3.12.2013, p. 38.
(11) ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 115.
(12) ĠU C 56 E, 26.2.2013, p. 1.


Emenda ta' ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri ***II
PDF 294kWORD 50k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (13283/1/2013 – C7-0411/2013 – 2011/0039(COD))
P7_TA(2013)0585A7-0421/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (13283/1/2013 – C7‑0411/2013),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0082),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0421/2013),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Istati Membri u tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni mehmużin ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, flimkien mad-dikjarazzjonijiet kollha mehmuzin ma' din ir-riżoluzzjoni;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

ANNESS MAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni konġunta fir-rigward tal-Artikolu 15(6) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u l-Artikolu 25(6) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jqisu li l-inklużjoni tal-Artikolu 15(6) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u l-Artikolu 25(6) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 hi ġustifikata esklużivament abbażi tal-karatteristiċi speċifiċi ta' dawk ir-Regolamenti qabel l-emendar tagħhom minn dan ir-Regolament. Bħala konsegwenza, l-inklużjoni ta' dispożizzjoni, bħal dawk l-Artikoli, hi eċċezzjonali għal dawk iż-żewġ Regolamenti u mhix preċedent għall-abbozzar ta' leġislazzjoni futura.

Għall-finijiet ta' ċarezza, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jifhmu li l-Artikolu 15(6) tar-Regolament (KE) 1225/2009 u l-Artikolu 25(6) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 ma jintroduċux proċeduri għat-teħid ta' deċiżjonijiet li huma differenti minn jew b'żieda ma' dawk previsti fir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Dikjarazzjoni tal-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 f'konnessjoni mal-proċedimenti ta' dazju rigward anti-dumping jew kumpensatorju skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1225/2009 u (KE) Nru 597/2009

Meta Stat Membru jissuġġerixxi emenda fir-rigward ta' abbozz ta' miżuri ta' dazju jew rigward anti-dumping jew kumpensatorju skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1225/2009 u (KE) Nru 597/2009 (ir-“Regolamenti Bażiċi”), skont l-Artikolu 3(4) jew l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 hu għandu:

(a)  jiżgura li l-emenda tiġi proposta fil-waqt, b'mod li jkunu rispettati l-iskadenzi fir-Regolamenti Bażiċi u li tiġi riflessa n-neċessità għall-Kummissjoni li tingħata żmien suffiċjenti biex twettaq kwalunkwe proċedura neċessarja ta' żvelar, tiskrutinizza sew il-proposta, u biex il-Kumitat jeżamina kwalunkwe abbozz ta' miżura emendata proposta;

(b)  jiżgura li l-emenda proposta hi konsistenti mar-Regolamenti Bażiċi kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u mal-obbligi internazzjonali rilevanti;

(c)  jipprovdi ġustifikazzjoni bil-miktub li mill-inqas tkun tindika kif l-emenda ssuġġerita tirrelata mar-Regolamenti Bażiċi u mal-fatti stabbiliti fl-investigazzjoni, iżda jista' wkoll ikun fiha argumenti oħrajn ta' sostenn li l-Istat Membru li jipproponi l-emenda jqis adatti.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

f'konnessjoni mal-proċedimenti ta' dazju rigward anti-dumping jew kumpensatorju skont ir-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u (KE) Nru 597/2009

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-importanza li l-Istati Membri jirċievu informazzjoni fejn previst fir-Regolamenti (KE) Nru 1225/2009 u (KE) Nru 597/2009 (ir-“Regolamenti Bażiċi”) sabiex ikunu jistgħu jikkontribwixxu għal deċiżjonijiet kompletament informati u ser taġixxi biex tikseb dan l-objettiv.

* * *

Sabiex ma jkunx hemm dubju, il-Kummissjoni tifhem ir-referenza għal konsultazzjonijiet fl-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 bħala li jeħtieġu lill-Kummissjoni, ħlief f'każijiet ta' urġenza estrema, tfittex il-fehmiet tal-Istati Membri qabel ma tadotta dazji proviżorji rigward l-anti-dumping jew kumpensatorji.

* * *

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li hi timmaniġġja b'mod effettiv l-aspetti kollha tal-proċeduri ta' dazju rigward anti-dumping jew kumpensatorju previsti fir-Regolamenti (KE) Nru 1225/2009 u (KE) Nru 597/2009, inkluża l-possibbiltà li l-Istati Membri jissuġġerixxu emendi, sabiex ikun żgurat li l-iskadenzi stabbiliti fi, u l-obbligi lejn il-partijiet interessati maħluqa mir-Regolamenti Bażiċi jiġu rispettati u li kwalunkwe miżura finalment imposta tkun konsistenti mal-fatti stabbiliti mill-investigazzjoni u r-Regolamenti Bażiċi kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u f'konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-kodifikazzjoni

L-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri u r-Regolament (UE) Nru 38/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti ta' setgħat delegati u ta' implimentazzjoni għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri li jinvolvu numru sostanzjali ta' emendi għall-atti kkonċernati. Sabiex titjieb il-leġibbiltà tal-atti kkonċernati, il-Kummissjoni ser tipproponi kodifikazzjoni tal-atti malajr kemm jista' jkun ladarba dawk iż-żewġ Regolamenti jiġu adottati, u mill-inqas qabel l-1 ta' Ġunju 2014.

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar atti delegati

Fil-kuntest tar-Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri u r-Regolament (UE) Nru 38/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti ta' setgħat delegati u ta' implimentazzjoni għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri, il-Kummissjoni tfakkar fl-impenn li ħadet fil-paragrafu 15 tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea biex tipprovdi lill-Parlament l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha dwar il-laqgħat tagħha ma' esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha dwar it-tħejjija tal-atti delegati.

(1) ĠU C 251 E, 31.8.2013, p. 126.


Emenda ta' ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti ta' setgħat iddelegati u implimentattivi għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri ***II
PDF 216kWORD 45k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti ta' setgħat iddelegati u implimentattivi għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (13284/1/2013 – C7-0408/2013 – 2011/0153(COD))
P7_TA(2013)0586A7-0419/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (13284/1/2013 – C7‑0408/2013),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0349,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0419/2013),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni mehmużin ma’ din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, flimkien mad-dikjarazzjonijiet kollha mehmużin ma' din ir-riżoluzzjoni;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

ANNESS MAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni konġunta dwar ir-Regolament (KEE) Nru 3030/93 u r-Regolament (KE) Nru 517/94

Huwa nnotat li l-proċeduri previsti fl-Artikolu 2(6), Artikolu 6(2), Artikoli 8 u 10, Artikolu 13(3), Artikolu 15(3), (4) u (5) u Artikolu 19 tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93, Artikolu 4(3) tal-Anness IV għar-Regolament (KEE) Nru 3030/93, u Artikolu 2, Artikolu 3(1) u (3) tal-Anness VII, u Artikolu 3(3), Artikolu 5(2), Artikolu 12(3) u Artikoli 13 u 28 tar-Regolament (KE) Nru 517/94, jinbidlu fi proċeduri għall-adozzjoni tal-atti ddelegati. Huwa nnotat li xi wħud minn dawn l-Artikoli jirreferu għal proċeduri tat-teħid ta' deċiżjonijiet għall-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja fil-qasam tad-difiża kummerċjali.

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jqisu li l-miżuri ta' salvagwardja għandhom jiġu ttrattati bħala miżuri ta' implimentazzjoni. Eċċezzjonalment, fir-Regolamenti speċifiċi eżistenti msemmija hawn fuq, il-miżuri jieħdu l-forma ta' atti ddelegati, peress li l-introduzzjoni ta' miżura ta' salvagwardja tieħu l-forma ta' emenda għall-annessi għar-Regolamenti Bażiċi rilevanti. Dan huwa minħabba l-istruttura partikolari li hi speċifika għar-Regolamenti eżistenti msemmija hawn fuq u, bħala konsegwenza, mhux se jintużaw bħala preċedent għall-abbozzar ta' strumenti futuri ta' difiża kummerċjali u miżuri oħrajn ta' salvagwardja.

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-kodifikazzjoni

L-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri u r-Regolament (UE) Nru 38/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti tas-setgħat iddelegati u implimentattivi għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri se twassal għal għadd sostanzjali ta' emendi tal-atti inkwistjoni. Sabiex titjieb il-leġibbiltà tal-atti kkonċernati, il-Kummissjoni se tipproponi kodifikazzjoni tal-atti malajr kemm jista' jkun ladarba dawk iż-żewġ Regolamenti jiġu adottati, u mill-inqas qabel l-1 ta' Ġunju 2014.

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar atti ddelegati

Fil-kuntest tar-Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri+ u r-Regolament (UE) Nru 38/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti tas-setgħat iddelegati u implimentattivi għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri, il-Kummissjoni tfakkar l-impenn li għamlet fil-paragrafu 15 tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea biex tipprovdi lill-Parlament kull tagħrif u dokumentazzjoni dwar il-laqgħat tagħha mal-esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha għat-tħejjija tal-atti ddelegati.

(1) Testi Adottati 22.11.2012, P7_TA(2012)0447.


Kontijiet tal-pagamenti ***I
PDF 1089kWORD 330k
Test
Test konsolidat
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi (COM(2013)0266 – C7-0125/2013 – 2013/0139(COD))(1)
P7_TA(2013)0587A7-0398/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

[Emenda Nru 1 ħlief jekk jingħad mod ieħor]

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(2)
P7_TA(2013)0587A7-0398/2013
għall-proposta tal-Kummissjoni
P7_TA(2013)0587A7-0398/2013
---------------------------------------------------------
P7_TA(2013)0587A7-0398/2013

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

[...]

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Skont l-Artikolu 26(2) tat-TFUE, is-suq intern għandu jikkostitwixxi żona mingħajr fruntieri interni li fiha jkun żgurat il-moviment liberu tal-oġġetti, il-persuni, is-servizzi u l-kapital. Il-frammentazzjoni tas-suq intern hi ta' ħsara għall-kompetittività, it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi fl-Unjoni. L-eliminazzjoni tal-ostakli diretti u indiretti għall-funzjonament xieraq tas-suq intern hija essenzali għat-tlestija tiegħu. L-azzjoni tal-Unjoni fir-rigward tas-suq intern fis-settur tas-servizzi finanzjarji bl-imnut diġà kkontribwiet sostanzjalment għall-iżvilupp tal-attività transfruntiera tal-fornituri tas-servizzi tal-ħlas, it-titjib tal-għażla tal-konsumatur u żieda fil-kwalità u t-trasparenza tal-offerti.

(2)  F'dan ir-rigward, id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE(4) ("id-Direttiva dwar is-Servizzi ta' Ħlas") [...] stabbiliet rekwiżiti ta' trasparenza bażika għal ħlasijiet imposti mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas fir-rigward ta' servizzi offruti fuq kontijiet tal-ħlas. Dan iffaċilita sostanzjalment l-attività tal-fornituri tas-servizzi ta' ħlas, ħoloq regoli uniformi fir-rigward tal-forniment tas-servizzi tal-ħlas u l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta, naqqas il-piż amministrattiv u ġġenera ffrankar fl-ispejjeż għall-fornituri tas-servizzi tal-ħlas.

(2a)  Il-funzjonament bla problemi tas-suq intern u l-iżvilupp ta’ ekonomija moderna u soċjalment inklussiva jiddependu dejjem iżjed fuq il-forniment universali ta’ servizzi tal-ħlas. Billi l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas, meta jaġixxu skont il-loġika tas-suq, għandhom ħabta jiffukaw fuq konsumaturi li huma attraenti f’sens kummerċjali u effettivament iħallu konsumaturi vulnerabbli mingħajr l-istess għażla ta’ prodotti, il-leġiżlazzjoni l-ġdida f’dan ir-rigward għandha tkun parti minn strateġija ekonomika intelliġenti għall-Unjoni.

(3)  Madankollu, kif indikat mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Lulju 2012 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-Aċċess għas-Servizzi Bankarji Bażiċi(5), għandu jsir aktar sabiex jittejjeb u jiġi żviluppat is-suq intern għal attivitajiet bankarji bl-imnut. Dawn l-iżviluppi għandhom jimxu id f’id mal-isforz biex is-settur finanzjarju fl-Unjoni jibda jaqdi n-negozji u l-konsumaturi. Attwalment, in-nuqqas ta' trasparenza u komparabilità tat-tariffi, kif ukoll id-diffikultajiet fil-bdil tal-kontijiet tal-ħlas għadhom joħolqu ostakli għall-istabbiliment ta' suq integrat għalkollox. Il-problema tal-kwalità diverġenti tal-prodotti u tan-nuqqas ta’ kompetizzjoni fl-attivitajiet bankarji bl-imnut għandha tiġi trattata u għandhom jintlaħqu standards ta’ kwalità għolja.

(4)  Il-kundizzjonijiet attwali tas-suq intern jistgħu jiskoraġġixxu lill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas milli jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-istabbiliment jew li jipprovdu servizzi fl-Unjoni minħabba d-diffikultà biex jiġbdu klijenti meta jidħlu f'suq ġdid. Id-dħul fi swieq ġodda ħafna drabi jinvolvi investimenti kbar. Dawn l-investimenti huma ġġustifikati biss jekk il-fornitur jipprevedi biżżejjed opportunitajiet u domanda korrispondenti min-naħa tal-konsumaturi. Il-livell baxx ta' mobbiltà tal-konsumaturi fir-rigward tas-servizzi finanzjarji bl-imnut huwa fil-biċċa l-kbira dovut għan-nuqqas ta' trasparenza u komparabilità fir-rigward tat-tariffi u s-servizzi offruti, kif ukoll diffikultajiet fir-rigward tal-bdil ta' kontijiet tal-ħlas. Dawn il-fatturi wkoll joħonqu d-domanda. Dan huwa partikolarment veru fil-kuntest transfruntier.

(5)  Barra minn hekk, ostakli sinifikanti għat-tlestija tas-suq intern fil-qasam tal-kontijiet tal-ħlas jistgħu jinħolqu mill-frammentazzjoni tal-oqfsa regolatorji nazzjonali eżistenti. Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-livell nazzjonali fir-rigward tal-kontijiet tal-ħlas, u partikolarment fir-rigward tal-komparabilità tat-tariffi u l-bdil tal-kontijiet tal-ħlas ivarjaw. Għall-bdil, in-nuqqas ta' miżuri vinkolanti uniformi fil-livell tal-Unjoni wassal għal prattiki u miżuri diverġenti fuq livell nazzjonali. Dawn id-differenzi huma saħansitra aktar evidenti fil-qasam tal-komparabilità tat-tariffi, fejn l-ebda miżura, lanqas ta' natura awtoregolatorja, ma teżisti fil-livell tal-Unjoni. Jekk dawn id-differenzi jsiru iktar sinifikanti fil-futur, billi l-banek għandhom it-tendenza li jfasslu l-prattiki tagħhom għas-swieq nazzjonali, dan jgħolli l-ispiża għal min jopera b'mod transfruntier relattivament mal-ispejjeż li jġorru l-fornituri domestiċi u għalhekk jagħmel l-eżerċizzju tan-negozju transfruntier inqas attraenti. L-attività transfruntiera fis-suq intern hija mxekkla minn ostakli li jwaqqfu lill-konsumaturi milli jiftħu kont tal-ħlas barra l-pajjiż. Il-kriterji tal-eliġibbiltà restrittivi eżistenti jistgħu jwaqqfu liċ-ċittadini tal-Unjoni milli jiċċaqalqu liberament fl-Unjoni. Li l-konsumaturi kollha jiġu pprovduti b'aċċess għal kont tal-ħlas jippermetti l-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq intern u jippermettilhom li jiksbu l-benefiċċji tas-suq intern.

(6)  Barra minn hekk, peress li xi klijenti prospettivi ma jiftħux kontijiet, jew minħabba li huma mċaħħda minn dan jew għaliex ma jiġux offruti prodotti adegwati, id-domanda potenzjali għas-servizzi tal-kont tal-ħlas fl-Unjoni bħalissa mhijiex sfruttata b'mod sħiħ. Il-parteċipazzjoni iktar wiesgħa tal-konsumatur fis-suq intern tagħti aktar inċentivi lill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas li jidħlu fi swieq ġodda. Barra minn hekk, il-ħolqien tal-kundizzjonijiet li jippermettu lill-konsumaturi kollha biex ikollhom aċċess għal kont tal-ħlas huwa mezz neċessarju għat-trawwim tal-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq intern u biex jingħataw il-possibilità li jaħsdu l-benefiċċji li ġab miegħu s-suq intern.

(7)  It-trasparenza u l-komparabilità tat-tariffi ġew indirizzati f'inizjattiva awtoregolatorja, mibdija mill-industrija bankarja. Madankollu, ma nstab l-ebda ftehim finali dwar dawn il-linji gwida. F'dak li għandu x'jaqsam mal-bdil, il-prinċipji komuni stabbiliti fl-2008 mill-Kumitat għall-Industrija Bankarja Ewropea jipprovdu mekkaniżmu mudell għall-bdil bejn kontijiet bankarji offrut minn fornituri tas-servizzi tal-ħlas li jinsabu fl-istess Stat Membru. Madankollu, minħabba n-natura mhux vinkolanti tagħhom, dawn il-prinċipji komuni ġew applikati b'mod inkonsistenti madwar l-Unjoni u b'riżultati ineffettivi. Barra minn hekk, il-Prinċipji Komuni jindirizzaw biss il-bdil tal-kontijiet tal-bank fil-livell nazzjonali u ma jindirizzawx il-bdil transfruntier. Fl-aħħar nett, rigward l-aċċess għal kont bażiku tal-ħlas, [...] ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/442/UE [...](6) stiednet lill-Istati Membri sabiex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-applikazzjoni tagħha mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-pubblikazzjoni tagħha. Sal-lum, ftit Stati Membri biss jikkonformaw mal-prinċipji ewlenin tar-Rakkomandazzjoni.

(8)  Sabiex tkun permessa l-mobbiltà finanzjarja effettiva u mingħajr xkiel fit-tul, huwa essenzjali li jiġi stabbilit sett uniformi ta’ regoli sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-mobbiltà baxxa tal-konsumaturi u b’mod partikolari sabiex jittejjeb it-tqabbil tas-servizzi u t-tariffi tal-kontijiet tal-ħlas u biex ikun hemm inċentiv għall-bdil tal-kontijiet tal-ħlas kif ukoll biex jiġi evitat li l-konsumaturi li biħsiebhom jakkwistaw kont tal-ħlas transfruntier jiġu diskriminati abbażi tar-residenza. Barra minn hekk, huwa essenzjali li jiġu adottati miżuri adegwati biex titrawwem il-parteċipazzjoni tal-klijenti fis-suq tal-kontijiet tal-ħlas. Dawn il-miżuri se jinċentivaw id-dħul għall-fornituri ta' servizzi tal-ħlas fis-suq intern u se jiżguraw ambjent ekwu, u b'hekk tissaħħaħ il-kompetizzjoni u l-allokazzjoni effiċjenti ta' riżorsi fis-suq finanzjarju bl-imnut tal-Unjoni għall-benefiċċju tan-negozji u l-konsumaturi. Barra minn hekk, informazzjoni trasparenti dwar it-tariffi flimkien mad-dritt ta’ aċċess għal servizzi ta’ kont bażiku jippermettu liċ-ċittadini tal-UE li jiċċaqilqu u jagħmlu għażliet aktar faċilment fl-Unjoni u għalhekk jibbenefikaw minn suq intern li jiffunzjona b’mod sħiħ fil-qasam tas-servizzi finanzjarji bl-imnut u jikkontribwixxu għat-tkabbir tal-kummerċ elettroniku u għall-iżvilupp ulterjuri tas-suq intern.

(8a)  Huwa essenzjali wkoll li jiġi żgurat li din id-Direttiva ma xxekkilx l-innovazzjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji bl-imnut. Kull sena, isiru vijabbli teknoloġiji ġodda, li jistgħu jirrendu l-mudell attwali tal-kontijiet tal-ħlas skadut. B’mod partikolari, is-servizzi bankarji bil-mowbajl, is-servizzi tat-tip peer-to-peer u l-kards tal-ħlas b’valur maħżun għandhom jiġu inkoraġġuti bħala alternattivi għas-servizzi bankarji tradizzjonali.

(9)  Din id-Direttiva tapplika għal kontijiet tal-ħlas miżmuma mill-konsumaturi. Konsegwentement, kontijiet miżmuma minn negozji, anki żgħar jew mikrointrapriżi, sakemm mhux miżmuma f'kapaċità personali, huma barra mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Barra minn hekk, din id-Direttiva ma tkoprix kontijiet ta' tfaddil, li jista' jkollhom funzjonijiet ta' ħlas aktar limitati. Barra minn hekk, din id-Direttiva ma tkoprix il-karti tal-kreditu, li mhumiex fundamentali għall-ilħuq tal-għanijiet tagħha tat-titjib tal-inklużjoni finanzjarja u tal-funzjonament tas-suq intern.

(10)  Id-definizzjonijiet li hemm f'din id-Direttiva huma allinjati ma' dawk li hemm f'leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, u b'mod partikolari dawk tad-Direttiva 2007/64/KE u dawk tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxu rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemendaw ir-Regolament (KE) Nru 924/2009(7).

(11)  Huwa importanti li l-konsumaturi jkunu kapaċi jifhmu t-tariffi sabiex ikunu jistgħu jqabblu l-offerti minn fornituri differenti ta' servizzi tal-ħlas u jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar liema kont huwa l-aktar adattat għall-ħtiġijiet tagħhom. Paragun bejn it-tariffi ma jistax jintlaħaq meta l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jużaw terminoloġija differenti għall-istess servizzi ▌u jipprovdu informazzjoni f'formati differenti. Terminoloġija standardizzata, flimkien ma’ informazzjoni ▌dwar it-tariffi għall-aktar servizzi ▌rappreżentattivi marbuta mal-kontijiet tal-ħlas f’format konsistenti, jistgħu jgħinu lill-konsumaturi jifhmu u jqabblu t-tariffi.

(12)  Il-konsumaturi jibbenefikaw l-aktar minn informazzjoni li tkun konċiża kemm jista’ jkun, standardizzata u li jkun faċli li titqabbel bejn fornituri differenti ta’ servizzi tal-ħlas. L-għodod disponibbli għall-konsumaturi biex iqabblu offerti tal-kontijiet tal-ħlas għandhom ikunu fuq ħafna livelli u għandhom jitwettqu testijiet fost il-konsumaturi. F’dan l-istadju, it-terminoloġija tat-tariffi għandha tkun standardizzata biss għat-termini u d-definizzjonijiet l-aktar rappreżentattivi fl-Istati Membri sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni rapida.

(13)  It-terminoloġija tat-tariffi għandha tiġi determinata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, filwaqt li wieħed jagħti każ tal-ispeċifiċitajiet tas-swieq lokali. ▌Fejn hu possibbli, it-terminoloġija tat-tariffi għandha tiġi standardizzata fil-livell tal-Unjoni, u b’hekk ikun possibbli t-tqabbil madwar l-Unjoni. L-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) ('ABE') għandha tistabbilixxi linji gwida biex tgħin lill-Istati Membri biex jiddeterminaw is-servizzi li jintużaw l-aktar komunement u li jikkawżaw l-ogħla spejjeż għall-konsumaturi fuq livell nazzjonali. Sabiex tinkiseb l-applikazzjoni effettiva ta’ terminoloġija standardizzata, dawn id-definizzjonijiet għandhom ikunu wiesgħa biżżejjed.

(14)  Ladarba l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu ddeterminaw lista proviżorja tal-aktar servizzi rappreżentattivi marbuta ma' kontijiet tal-ħlas fuq livell nazzjonali flimkien ma' termini u definizzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tanalizzahom sabiex tidentifika, permezz ta' atti delegati, is-servizzi li huma komuni għall-maġġoranza tal-Istati Membri u tipproponi termini ▌standardizzati fil-livell tal-Unjoni ▌.

(15)  Sabiex jgħinu lill-konsumaturi jqabblu b'mod faċli t-tariffi tal-kontijiet tal-ħlas fis-suq intern, il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas għandhom jipprovdu lill-konsumaturi b'dokument komprensiv ta' informazzjoni dwar it-tariffi li jiddikjara t-tariffi għas-servizzi kollha marbuta mal-kont tal-ħlas inkluż fil-lista tal-aktar servizzi rappreżentattivi u kwalunkwe tariffa oħra li tista' tiġi applikata għall-kont. Id-dokument ta’ informazzjoni dwar it-tariffi għandu juża t-termini u d-definizzjonijiet standardizzati stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, meta possibbli. Dan se jikkontribwixxi wkoll biex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwi bejn l-istituzzjonijiet ta' kreditu li jikkompetu fis-suq tal-kontijiet tal-ħlas. ▌Sabiex jgħinu lill-konsumaturi jifhmu t-tariffi li jridu jħallsu għall-kont tal-ħlas tagħhom, glossarju li jipprovdi spjegazzjonijiet ċari, mhux tekniċi u mhux ambigwi għal tal-inqas ▌ is-servizzi marbuta mal-kont tal-ħlas u d-definizzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet relatati għandu jkun disponibbli għalihom. Il-glossarju għandu jservi bħala għodda utli biex jinkoraġġixxi fehim aħjar tat-tifsira tat-tariffi, u jikkontribwixxi sabiex tingħata s-setgħa lill-konsumatur sabiex jagħżel minn għażla usa' ta' offerti ta' kontijiet tal-ħlas. Għandu jiġi introdott ukoll obbligu għall-fornituri ta’ servizzi tal-ħlas biex jinfurmaw lill-konsumaturi, bla ħlas u għal tal-inqas fuq bażi annwali dwar it-tariffi u l-imgħax applikati għall-kont tagħhom. L-informazzjoni ex-post għandha tiġi pprovduta f'sommarju apposta. Għandha tipprovdi stampa ġenerali tal-imgħax miksub, tat-tariffi mġarrba u ta' prenotifiki ta' modifiki fit-tariffi jew ir-rati tal-imgħax. Il-konsumatur għandu jingħata l-informazzjoni meħtieġa biex jifhem ma’ xiex inhuma konnessi l-infiq tat-tariffi u l-imgħax u jivvaluta l-ħtieġa li jew jimmodifika x-xejriet tal-konsum jew imur għand fornitur ieħor. ▌

(16)  Biex jiġu ssodisfati l-bżonnijiet tal-konsumaturi, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar it-tariffi tal-kontijiet tal-ħlas tkun preċiża, ċara u komparabbli. L-ABE għandha għalhekk, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet nazzjonali u wara li jitwettqu testijiet fost il-konsumaturi, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward format ta' preżentazzjoni standardizzat għad-dokument tal-informazzjoni dwar it-tariffi u d-dikjarazzjoni dwar it-tariffi u s-simboli komuni, sabiex jiġi żgurat li dawn ikunu jinftiehmu u komparabbli għall-konsumaturi. ▌Id-dokument tal-informazzjoni dwar it-tariffi u d-dikjarazzjoni dwar it-tariffi għandhom ikunu jintgħarfu b'mod ċar minn komunikazzjonijiet oħra. ▌

(17)  Sabiex jiżguraw [...] użu konsistenti tat-terminoloġija applikabbli fuq il-livell tal-Unjoni madwar l-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu obbligu għall-fornituri tas-servizzi tal-ħlas sabiex jużaw it-terminoloġija applikabbli fil-livell tal-Unjoni flimkien mat-terminoloġija standardizzata nazzjonali li tibqa' identifikata fil-lista provviżorja meta jikkomunikaw mal-konsumaturi, inkluż fid-dokument tal-informazzjoni dwar it-tariffa u d-dikjarazzjoni tat-tariffi. Il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas għandhom ikunu jistgħu jużaw ismijiet ta’ ditti fid-dokument ta’ informazzjoni dwar it-tariffi jew id-dikjarazzjoni tat-tariffi biex jiddeżinjaw is-servizzi jew il-kontijiet tal-ħlasijiet tagħhom sakemm dan ikun b’żieda mat-terminoloġija standardizzata u bħala deżinjazzjoni sekondarja tas-servizzi jew il-kont offruti.

(18)  Siti tal-internet tat-tqabbil indipendenti huma mezz effettiv għall-konsumaturi sabiex jivvalutaw il-merti ta' kontijiet tal-ħlas differenti fi spazju wieħed. Tali siti tal-internet jistgħu jipprovdu l-aħjar bilanċ bejn il-bżonn li l-informazzjoni tkun ċara u konċiża, iżda sħiħa u komprensiva, billi jippermettu lill-utenti jiksbu informazzjoni aktar dettaljata fejn dan huwa ta' interess għalihom. Jistgħu wkoll inaqqsu l-ispejjeż tat-tiftix billi l-konsumaturi ma jkollhomx għalfejn jiġbru l-informazzjoni separatament mingħand fornituri tas-servizzi tal-ħlas. Huwa kruċjali li l-informazzjoni mogħtija f'tali siti tal-internet tkun affidabbli, imparzjali u trasparenti u li l-konsumaturi jiġu infurmati dwar id-disponibbiltà tagħha. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw attivament lill-pubbliku dwar tali siti tal-internet.

(19)  Sabiex jiksbu informazzjoni imparzjali dwar it-tariffi ċċarġjati u r-rati tal-imgħax applikati għall-kontijiet tal-ħlas, il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw siti tal-internet tat-tqabbil li jkunu aċċessibbli għall-pubbliku u indipendenti mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas. L-Istati Membri għandhom għalhekk jaraw li l-konsumaturi jkollhom aċċess b'xejn għal mill-anqas sit tal-internet wieħed indipendenti u aċċessibbli għall-pubbliku fit-territorji rispettivi tagħhom. Dawn is-siti tal-internet tat-tqabbil jistgħu jitħaddmu minn, jew f'isem, l-awtoritajiet kompetenti, jew minn awtoritajiet pubbliċi oħra u/jew minn operaturi privati akkreditati. Sabiex tiżdied il-fiduċja tal-konsumaturi f’siti tal-internet tat-tqabbil oħra disponibbli, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skema volontarja ta’ akkreditazzjoni li tippermetti lill-operaturi privati ta’ siti tal-internet tat-tqabbil sabiex japplikaw għall-akkreditazzjoni skont kriterji tal-kwalità speċifikati. Sit tal-internet tat-tqabbil operat minn, jew f'isem, awtorità kompetenti jew awtorità pubblika oħra għandu jiġi stabbilit fejn ma jkunx ġie akkreditat sit tal-internet operat privatament. Dawn is-siti tal-internet għandhom huma wkoll jikkonformaw mal-kriterji tal-kwalità.

(20)  Hija l-prattika kurrenti li l-fornituri ta' servizzi tal-ħlas joffru kont tal-ħlas f'pakkett ma' prodotti jew servizzi finanzjarji oħra. Din il-prattika tista' tkun mezz sabiex il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jiddiversifikaw l-offerta tagħhom u jikkompetu kontra xulxin, u fl-aħħar mill-aħħar tista' tkun ta' benefiċċju għall-konsumaturi. Madankollu l-istudju tal-Kummissjoni dwar prattiki ta' abbinar fis-settur finanzjarju mwettaq fl-2009 kif ukoll il-konsultazzjonijiet rilevanti u l-ilmenti tal-konsumaturi wrew li l-fornituri ta' servizzi tal-ħlas jistgħu joffru kontijiet bankarji marbuta f'pakkett ma' prodotti mhux mitluba mill-konsumaturi u li mhumiex essenzjali għal kontijiet tal-ħlas, bħal assigurazzjoni tad-djar. Barra minn hekk, ġie osservat li dawn il-prattiki jistgħu jnaqqsu t-trasparenza u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, jillimitaw l-għażliet tax-xiri għall-konsumaturi u jkollhom impatt negattiv fuq il-mobbiltà tagħhom. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jaraw li meta l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas joffru kontijiet tal-ħlas marbuta f’pakketti l-konsumaturi jkunu pprovduti b’informazzjoni dwar jekk huwiex possibbli li l-kont tal-ħlas jinxtara separatament u jekk iva dwar il-kost u l-miżati applikabbli assoċjati ma' kull wieħed mill-prodotti jew mis-servizzi finanzjarji l-oħra inklużi fil-pakkett ▌.

(21)  Il-konsumaturi [...] huma inċentivati biex ibiddlu l-kontijiet biss jekk il-proċess ma jinvolvix piż amministrattiv u finanzjarju eċċessiv. Il-proċedura biex wieħed jaqleb il-kont tal-ħlas għal fornitur ieħor ta' servizzi tal-ħlas għandha tkun ċara, rapida u sikura. Jekk jiġu imposti tariffi mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas fir-rigward tas-servizz ta' bdil, għandhom ikunu raġonevoli u skont l-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2007/64/KE. Sabiex ikun hemm impatt pożittiv fuq il-kompetizzjoni, il-bdil għandu jkun iffaċilitat f'livell transfruntier. Peress li l-bdil transfruntier jista’ jkun iktar kumpless mill-bdil fil-livell nazzjonali u jista’ jirrikjedi li l-fornituri ta’ servizzi tal-ħlas jadattaw u jirfinaw il-proċeduri interni tagħhom, għandhom jiġu previsti perjodi tranżitorji itwal fir-rigward ta' servizz ta' bdil bejn fornituri tas-servizzi tal-ħlas stabbiliti fi Stati Membri differenti.

(21a)  L-Istati Membri għandhom jitħallew, fir-rigward ta' bdil meta żewġ fornituri tas-servizzi tal-ħlas ikunu stabbiliti fit-territorju tagħhom, jistabbilixxu jew iżommu arranġamenti li jvarjaw minn dawk previsti f'din id-Direttiva jekk dan, b'mod ċar, ikun fl-interess tal-konsumatur.

(22)  Il-proċess ta' bdil għandu jkun ċar kemm jista' jkun għall-konsumatur. Għalhekk l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju jkun responsabbli għat-tnedija u l-ġestjoni tal-proċess għan-nom tal-konsumaturi.

(23)  Bħala regola ġenerali u bil-kundizzjoni li l-konsumatur ikun ta l-kunsens tiegħu, il-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju għandu jwettaq, f’isem il-konsumatur, il-bdil tal-ħlasijiet rikorrenti, kif ukoll ▌jittrasferixxi kwalunkwe bilanċ pożittiv li jkun fadal, idealment f’laqgħa waħda mal-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju. Għal dan l-għan, il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jiffirmaw awtorizzazzjoni waħda li tagħti jew tirrifjuta l-kunsens għall-azzjonijiet imsemmija. Qabel ma jagħti l-awtorizzazzjoni, il-konsumatur għandu jiġi infurmat dwar il-passi kollha tal-proċedura li huma meħtieġa biex jitwettaq il-bdil.

(24)  Il-kooperazzjoni tal-fornitur tas-servizzi li titrasferixxi hija meħtieġa sabiex il-bdil jirnexxi. Il-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju għandu jkun jista' jitlob jew lill-konsumatur jew, meta meħtieġ, lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi biex jipprovdi l-informazzjoni li jqis li hi neċessarja sabiex iċaqlaq il-ħlasijiet rikorrenti fuq il-kont tal-ħlas il-ġdid. Madankollu, tali informazzjoni ma għandhiex taqbeż dak li hu meħtieġ sabiex jitwettaq il-bdil u l-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju ma għandux jitlob għal informazzjoni li ma tkunx neċessarja.

(25)  Il-konsumaturi ma għandhomx jiġu soġġetti għal pieni jew għal kwalunkwe danni finanzjarji oħra kkawżati mill-indirizzar ħażin ta' trasferimenti 'l ġewwa ta' kreditu jew debiti diretti. Dan huwa partikolarment importanti għal ċerti kategoriji ta' min iħallas u ta' min jitħallas, bħal kumpaniji tal-utilitajiet, li jużaw mezzi elettroniċi (pereżempju bażijiet ta' dejta) biex jaħżnu l-informazzjoni dwar dettalji tal-kont tal-konsumaturi u jwettqu diversi tranżazzjonijiet perjodiċi li jinvolvu għadd kbir ta' konsumaturi.

(26)  L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li l-konsumaturi li jkollhom l-intenzjoni li jiftħu kont tal-ħlas ma jiġux diskriminati abbażi tan-nazzjonalità jew tal-post ta' residenza tagħhom. Għalkemm huwa importanti li l-fornituri ta' servizzi tal-ħlas jaraw li l-klijenti tagħhom ma jużawx is-sistema finanzjarja għal skopijiet illegali bħal frodi, ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, huma ma għandhomx jimponu xkiel għall-konsumaturi li jridu jibbenefikaw mill-vantaġġi tas-suq intern billi jixtru kontijiet tal-ħlas transfruntieri.

(27)  Konsumaturi li huma legalment residenti fl-Unjoni u li ma għandhomx jiġu diskriminati minħabba n-nazzjonalità jew il-post ta' residenza tagħhom, jew għal xi raġuni oħra msemmija fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea meta japplikaw għal, jew jaċċessaw, kont tal-ħlas fl-Unjoni. Barra minn hekk, l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi għandu jkun żgurat mill-Istati Membri irrispettivament miċ-ċirkostanzi finanzjarji tal-konsumatur, bħall-istatus ta' impjieg tagħhom, il-livell ta' introjtu, l-istorja kreditizja jew il-falliment personali.

(28)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kontijiet b'karatteristiċi bażiċi kif imsemmija f'din id-Direttiva jiġu offruti lill-konsumaturi mill-fornituri kollha tas-servizzi tal-ħlas li joperaw servizzi ġenerali tal-ħlas bl-imnut u li joffru kontijiet tal-ħlas bħala parti integrali min-negozju regolari tagħhom. L-aċċess ma għandux ikun diffiċli wisq u ma għandux jinvolvi spejjeż eċċessivi għall-konsumaturi. Id-dritt ta' aċċess għal kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi fi kwalunkwe Stat Membru għandu jingħata b'konformità mad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8), b'mod partikolari fir-rigward ta' proċeduri ta' diliġenza dovuta tal-konsumaturi. Fl-istess ħin, id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva waħedha m'għandhomx jintużaw bħala raġuni biex jiġu rifjutati konsumaturi kummerċjalment anqas attraenti. Għandu jitqiegħed fis-seħħ mekkaniżmu biex jgħin lill-konsumaturi mingħajr indirizz fiss, lill-persuni li jfittxu l-ażil u lill-konsumaturi li ma jingħatawx permess ta' residenza iżda li t-tkeċċija tagħhom tkun impossibbli għal raġunijiet legali biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Kapitolu II tad-Direttiva 2005/60/KE.

(28a)  Sabiex l-utenti ta' kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi jingħataw servizz xieraq, l-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-fornituri jiżguraw li l-persunal rilevanti jitħarreġ b'mod adegwat u li kunflitti ta' interess potenzjali ma jaffettwawx lil dawk il-konsumaturi b'mod negattiv.

(29)  L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeżiġu li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jivverifikaw jekk il-konsumatur għandux diġà kont tal-ħlas attiv u ekwivalenti fl-istess territorju u jeżiġu li l-konsumatur jiffirma dikjarazzjoni fuq l-unur f'dak ir-rigward. Fornituri tas-servizzi tal-ħlas m'għandhomx ikunu jistgħu jirrifjutaw applikazzjoni għall-aċċess għal kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi għajr fil-każijiet identifikati speċifikament f'din id-Direttiva.

(29a)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jipproċessaw l-applikazzjonijiet sal-iskadenzi stipulati f'din id-Direttiva u li f'każ ta' rifjut il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jinfurmaw lill-konsumatur dwar ir-raġunijiet speċifiċi għal dan sakemm tali divulgazzjoni ma tmurx kontra l-objettivi ta' sigurtà nazzjonali jew tal-ġlieda kontra l-kriminalità finanzjarja.

(30)  Il-konsumaturi għandhom ikunu garantiti aċċess għal firxa ta’ servizzi bażiċi tal-ħlas. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sakemm kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi jitħaddem mill-konsumatur għal użu personali, ma jkunx hemmx limitu għan-numru ta' operazzjonijiet li jiġu provduti lill-konsumatur skont ir-regoli tal-ipprezzar speċifiċi stipulati f'din id-Direttiva. Meta jiddeterminaw x'għandu jitqies bħala użu personali, l-Istati Membri għandhom iqisu l-imġiba eżistenti tal-konsumaturi u l-prattika kummerċjali komuni. Servizzi marbuta mal-kontijiet tal-ħlas bażiċi għandhom jinkludu l-faċilità li jitqiegħdu u jinġibdu l-flus. Il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jagħmlu tranżazzjonijiet tal-ħlas essenzjali bħal li jirċievu introjtu jew benefiċċji, iħallsu l-kontijiet jew it-taxxi u jixtru oġġetti u servizzi, fosthom permezz ta' debitu dirett, trasferiment ta' kreditu u l-użu ta' kard tal-ħlas. Dawn is-servizzi għandhom jippermettu x-xiri ta' oġġetti u servizzi onlajn u għandhom jagħtu lill-konsumaturi l-opportunità biex iniedu ordnijiet tal-ħlas permezz tal-faċilità tas-servizzi bankarji onlajn tal-fornitur tas-servizz tal-ħlas, fejn disponibbli. Madankollu, kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi ma għandux ikun ristrett għal użu online għaliex dan joħloq ostaklu għall-konsumaturi mingħajr aċċess għall-internet. Il-konsumaturi ma għandhomx jingħataw aċċess għal faċilità ta' overdraft ma' kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas sabiex joffru faċilitajiet ta' overdraft u prodotti kreditizji oħra bħala servizzi separati b'mod ċar lil konsumaturi ta' kontijiet tal-ħlas bażiċi, sakemm l-aċċess għall-kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi jew l-użu tiegħu ma jkunx ristrett jew ma jkunx jiddependi mix-xiri ta' tali servizzi kreditizji. Kwalunkwe tariffa imposta għal dawk is-servizzi għandha tkun trasparenti u favorevoli tal-inqas daqs il-politika ta' pprezzar normali tal-fornitur.

(31)  Sabiex jiġi żgurat li kontijiet bażiċi tal-ħlas ikunu disponibbli għall-akbar firxa possibbli ta' konsumaturi, dawn għandhom jiġu offruti mingħajr ħlas jew b'tariffa raġonevoli. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jiżguraw li l-kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi jkun dejjem il-kont tal-ħlas bl-irħas tariffa għall-għoti tal-pakkett minimu ta’ servizzi tal-ħlas speċifikat fl-Istat Membru. Barra minn hekk, kwalunkwe tariffa addizzjonali imposta fuq il-konsumatur għal nuqqas ta’ konformità mat-termini stabbiliti fil-kuntratt għandha tkun raġonevoli u qatt ogħla mill-politika tal-prezzijiet regolari tal-fornitur.

(32)  Il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas għandu jirrifjuta l-ftuħ jew itemm kuntratt għal kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi biss f'ċirkostanzi speċifiċi, pereżempju f'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu jew il-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta' reati. Ukoll f'dawn il-każijiet, rifjut jista' jkun ġustifikat biss fejn il-konsumatur ma jkunx jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' dik il-leġiżlazzjoni u mhux għaliex il-proċedura sabiex tiġi kkontrollata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tkun ta' piż żejjed jew għalja żżejjed.

(33)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitqiegħdu fis-seħħ miżuri xierqa biex jiżdied l-għarfien rigward id-disponibbiltà ta' kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi u l-proċeduri u l-kundizzjonijiet biex jintużaw kif stipulati f'din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri tal-komunikazzjoni jkunu biżżejjed u mmirati sew, u li b'mod partikolari jilħqu lill-konsumaturi bla bank, vulnerabbli u mobbli. Il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas għandhom attivament iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi informazzjoni aċċessibbli u assistenza adegwata rigward il-karatteristiċi speċifiċi tal-kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi li qed jiġi offrut, it-tariffi assoċjati tagħhom u l-kundizzjonijiet tal-użu u wkoll il-passi li l-konsumaturi għandhom isegwu biex jeżerċitaw id-dritt tagħhom biex jiftħu kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi. B'mod partikolari, il-konsumaturi għandhom ikunu infurmati li mhumiex obbligati jakkwistaw servizzi addizzjonali biex jiksbu aċċess għal kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi. Sabiex jiġi mminimizzat ir-riskju li l-konsumaturi jiġu esklużi finanzjarjament, l-Istati Membri għandhom itejbu l-edukazzjoni finanzjarja, inkluż fl-iskejjel, u jiġġieldu kontra d-dejn żejjed. Minbarra dan, l-Istati Membri għandhom jippromwovu inizjattivi ta' fornituri tas-servizzi tal-ħlas sabiex jiffaċilitaw it-tisħib tal-forniment ta' kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi mal-edukazzjoni finanzjarja indipendenti.

(34)  L-Istati Membri għandhom jaħtru awtoritajiet kompetenti li jkollhom is-setgħa jiżguraw l-infurzar ta' din id-Direttiva u li huma mogħtija setgħat ta' investigazzjoni u infurzar. L-awtoritajiet kompetenti maħtura għandhom ikunu indipendenti mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas u għandu jkollhom riżorsi adegwati biex iwettqu dmirijiethom. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jinnominaw awtoritajiet kompetenti differenti sabiex jinfurzaw l-obbligi wiesgħa stabbiliti f'din id-Direttiva.

(35)  Il-konsumaturi għandu jkollhom aċċess għal proċeduri ta' lment u rimedju barra mill-qorti għar-riżoluzzjoni ta' tilwim li jirriżulta mid-drittijiet u l-obbligi stabbiliti b'din id-Direttiva. L-aċċess għal proċeduri ta’ riżoluzzjoni alternattivi tat-tilwim għandu jkun faċli u l-korpi kompetenti għandhom jissodisfaw għadd ta’ kriterji bħar-rappreżentanza ugwali tal-fornituri u l-utenti. Dan l-aċċess huwa diġà żgurat mid-Direttiva 2013/.../UE f'dak li jirrigwarda t-tilwim kuntrattwali rilevanti. Madankollu, il-konsumaturi għandhom ikollhom ukoll aċċess għal proċeduri ta' rimedju bonarju f'każ ta' tilwim prekuntrattwali li jikkonċerna d-drittijiet u l-obbligi stabbiliti minn din id-Direttiva, pereżempju meta dawn ma jingħatawx aċċess għal kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi. Il-konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva tesiġi l-ipproċessar ta' dejta personali tal-konsumaturi. Dan l-ipproċessar huwa rregolat mid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta(9). Din id-Direttiva għandha għalhekk tkun konformi mar-regoli stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE u l-liġijiet nazzjonali li jimplimentawhom.

(36)  Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stipulati f'din id-Direttiva, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-identifikazzjoni tat-terminoloġija standardizzata fil-livell tal-Unjoni għas-servizzi tal-ħlas komuni għal għadd ta' Stati Membri u d-definizzjonijiet relatati għal dawn it-termini.

(38)  Fuq bażi annwali u għall-ewwel darba fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiksbu statistika annwali affidabbli dwar il-funzjonament tal-miżuri introdotti permezz ta’ din id-Direttiva. Huma għandhom jużaw kwalunkwe riżorsa ta' informazzjoni rilevanti u jikkomunikaw dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport annwali abbażi tal-informazzjoni riċevuta.

(39)  Eżami ta' din id-Direttiva għandu jitwettaq erba' snin wara d-dħul fis-seħħ sabiex iqis l-iżviluppi tas-suq, bħall-ħolqien ta' tipi ġodda ta' kontijiet tal-ħlas u servizzi tal-ħlas, kif ukoll żviluppi f'oqsma oħra tal-liġi tal-Unjoni u l-esperjenzi tal-Istati Membri. Ir-reviżjoni għandha tivvaluta jekk il-miżuri introdotti tejbux il-fehim tal-konsumaturi dwar it-tariffi tal-kontijiet tal-ħlas, il-komparabilità tal-kontijiet tal-ħlas u kemm huwa faċli li wieħed ibiddel il-kontijiet. Għandha wkoll tiddetermina kemm ikunu nfetħu kontijiet tal-ħlas bażiċi inkluż minn konsumaturi li qabel kienu bla bank, il-perjodu ta’ pussess ta’ dan it-tip ta’ kont, in-numru ta’ rifjuti għall-ftuħ ta’ kontijiet tal-ħlas bażiċi u t-terminazzjoni ta’ dawn il-kontijiet u r-raġunijiet għalihom, kif ukoll l-ispejjeż assoċjati tagħhom. Għandha wkoll tivvaluta jekk l-iskadenzi estiżi għal fornituri ta' servizzi tal-ħlas li jwettqu bdil transfruntiera għandhomx jinżammu għal perjodu itwal. Barra minn hekk għandha tivvaluta jekk id-dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas meta joffru prodotti f'pakkett humiex biżżejjed jew jekk humiex meħtieġa miżuri addizzjonali. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u, jekk xieraq, akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi.

(40)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(41)  Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2011 dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni, l-Istati Membri refgħu r-responsabbiltà li jakkumpanjaw, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew iktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' Direttiva u l-partijiet li jikkorrispondu magħhom tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta' dawn id-dokumenti hija ġustifikata.

(41a)  Stat Membru għandu jkun jista' jiddeċiedi, soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, li jeżenta lil fornituri tas-servizzi tal-ħlas milli joffru kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-eżenzjonijiet biss meta jkunu garantiti kundizzjonijiet indaqs bejn il-fornituri kollha tas-servizzi tal-ħlas, meta d-dritt ta' aċċess għall-konsumaturi ma jkunx ipperikolat u meta l-klijenti ta' kontijiet bażiċi ma jaffaċċawx ir-riskju ta' stigmatizzazzjoni. L-approvazzjoni m'għandhiex tirriżulta f'sitwazzjoni li fiha fornitur tas-servizzi tal-ħlas wieħed biss joffri dan il-kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi fi Stat Membru.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

MATERJA, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Materja u kamp ta' applikazzjoni

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar it-trasparenza u l-komparabilità tat-tariffi miżmuma lill-klijenti għall-kontijiet tal-ħlas tagħhom miżmumin fl-Unjoni Ewropea u pprovduti minn fornituri tas-servizzi tal-ħlas li jinsabu fl-Unjoni u regoli dwar il-bdil ta' kontijiet tal-ħlas fl-Unjoni.

2.  Din id-Direttiva tiddefinixxi wkoll qafas għar-regoli u l-kundizzjonijiet skont liema l-Istati Membri jiggarantixxu dritt għall-konsumaturi li jiftħu u li jużaw kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi fl-Unjoni.

3.  Il-ftuħ u l-użu ta' kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi, skont din id-Direttiva jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tad-Direttiva 2005/60/KE.

3a.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 15 sa 19, kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi għandu jitqies bħala kont tal-ħlas għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

4.  Din id-Direttiva tapplika għal fornituri ta' servizzi tal-ħlas li jinsabu fl-Unjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet [...] li ġejjin:

(a)  "konsumatur" tfisser persuna fiżika li taġixxi għal għanijiet li ma għandhomx x'jaqsmu mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni tagħha;

(aa)  "residenti legalment" jirreferi għall-istatus ta' ċittadin tal-Unjoni jew nazzjonal ta' pajjiż terz li jkun qed jirrisjedi fit-territorju tal-Unjoni, inklużi persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra tat-28 ta' Lulju 1951 rigward l-istatus tar-rifuġjati, il-Protokoll tal-31 ta' Jannar 1967 tagħha u trattati internazzjonali rilevanti oħra;

(b)  "kont tal-ħlas" tfisser kont miżmum f'isem ta' utent wieħed jew iżjed tas-servizz tal-ħlas li jintuża għat-twettiq ta' tranżazzjonijiet tal-ħlas;

(c)  "servizz tal-ħlas" tfisser servizz tal-ħlas kif iddefinit fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2007/64/KE;

(ca)  "servizzi marbuta mal-kont tal-ħlas" tfisser is-servizzi kollha marbuta mal-operat ta' kont tal-ħlas, inklużi servizzi tal-ħlas u tranżazzjonijiet tal-ħlas fil-kamp ta' applikazzjoni tal-punt (g) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/64/KE;

(d)  "tranżazzjoni tal-ħlas" tfisser att, mibdi minn min jagħmel il-ħlas jew mill-benefiċjarju, ta' tqegħid, trasferiment jew ġbid ta' fondi, irrispettivament minn kwalunkwe obbligi ta' bażi bejn min jagħmel il-ħlas u l-benefiċjarju;

(e)  (e) "fornitur tas-servizzi tal-ħlas" tfisser fornitur tas-servizzi tal-ħlas kif iddefinit fl-Artikolu 4(9) tad-Direttiva 2007/64/KE ħlief għall-finijiet tal-Kapitolu IV, fejn tfisser il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas kollha stabbiliti fit-territorju tal-Istati Membri li joperaw f'servizzi ġenerali tal-ħlas bl-imnut u li joffru kontijiet tal-ħlas bħala parti integrali min-negozju regolari tagħhom;

(f)  "strument tal-ħlas" tfisser strument tal-ħlas kif iddefinit fl-Artikolu 4(23) tad-Direttiva 2007/64/KE;

(g)   "fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi" tfisser il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li mingħandu hija trasferita l-informazzjoni dwar il-ħlasijiet rikorrenti kollha, jew parti minnhom;

(h)   "fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju" tfisser il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li lilu hija trasferita l-informazzjoni dwar il-ħlasijiet rikorrenti kollha, jew parti minnhom;

(i)  "min iħallas" tfisser pesuna fiżika jew ġuridika li jkollha kont tal-ħlas u tippermetti ordni tal-ħlas minn dak il-kont tal-ħlas, jew, fejn ma jkun hemm l-ebda kont tal-ħlas ta' min iħallas, persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel ordni tal-ħlas għall-kont tal-ħlas ta' benefiċjarju;

(j)  "benefiċjarju" tfisser persuna naturali jew legali li hija r-riċevitur intiż ta' fondi li kienu s-suġġett ta' tranżazzjoni tal-ħlas;

(k)  "tariffi" tfisser l-imposti u l-pieni kollha, jekk hemm, li huma pagabbli mill-konsumatur lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas għal, jew b'rabta ma', is-servizzi assoċjati mal-kont tal-ħlas;

(ka)  "rata tal-imgħax tal-kreditu" tfisser kwalunke rata tal-imgħax imħallsa lill-konsumatur b'rabta ma' fondi miżmuma f'kont tal-ħlas;

(l)  "mezz li jservi għal żmien twil" tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-konsumatur jew il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas sabiex jaħżen informazzjoni personalment indirizzata lil dak il-konsumatur b'mod aċċessibbli għal referenza futura għal perjodu ta' żmien adegwat għall-iskopijiet tal-informazzjoni u sabiex jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna;

(m)  "bdil" tfisser, fuq talba tal-konsumatur, trasferiment minn fornitur tas-servizz tal-ħlas għal ieħor tat-tagħrif dwar dawn li ġejjin jew xi wħud minnhom: l-istanding orders għal trasferimenti ta' kreditu, debiti diretti rikorrenti u trasferimenti ta' kreditu' l ġewwa rikorrenti eżegwiti f'kont tal-ħlas, bi jew mingħajr trasferiment tal-bilanċ tal-kont pożittiv minn kont tal-ħlas wieħed lejn l-ieħor jew l-għeluq tal-kont preċedenti. Il-bdil ma jimplikax it-trasferiment tal-kuntratt mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi għall-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju;

(n)  "debitu dirett" tfisser servizz tal-ħlas li jiddebita l-kont tal-ħlas ta' min iħallas, fejn it-tranżazzjoni tal-ħlas tkun mibdija minn min jitħallas bil-kunsens tal-fornitur;

(o)  "trasferiment ta' kreditu" tfisser servizz tal-ħlas ▌għall-ikkreditjar tal-kont tal-ħlas ta' benefiċjarju bi tranżazzjoni tal-ħlas jew sensiliet ta' tranżazzjonijiet tal-ħlas mill-kont tal-ħlas ta' min iħallas mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jżomm il-kont tal-ħlas ta' min iħallas, fuq il-bażi ta' struzzjoni mogħtija minn min iħallas;

(p)  "standing order" tfisser servizz li jikkredita f'intervalli regolari l-kont tal-ħlas ta' benefiċjarju b'sensiela ta' tranżazzjonijiet tal-ħlas mill-kont tal-ħlas ta' min iħallas, eżegwiti mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jżomm il-kont tal-ħlas ta' min iħallas, fuq il-bażi ta' struzzjoni mogħtija minn min iħallas;

(q)  "fondi" tfisser karti tal-flus, muniti u flus skritturali kif ukoll flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2009/110/KE;

(r)  "kuntratt qafas" tfisser kuntratt ta' servizzi tal-ħlas li jirregola l-eżekuzzjoni futura ta' tranżazzjonjiet tal-ħlas individwali u suċċessivi u li jista' jkun fih l-obbligu u l-kundizzjonijiet biex jiġi stabbilit kont tal-ħlas;

(ra)  "ġurnata tax-xogħol" tfisser ġurnata tax-xogħol kif definita fl-Artikolu 4(27) tad-Direttiva 2007/64/KE.

Artikolu 3

Terminoloġija standardizzata marbuta mal-kontijiet tal-ħlas

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 20, jiddeterminaw lista proviżorja tas-servizzi l-aktar rappreżentattivi marbuta mal-kontijiet tal-ħlas fuq il-livell nazzjonali. Il-lista għandha tkopri tal-anqas l-10 servizzi l-aktar rappreżentattivi disponibbli fuq il-livell nazzjonali. Għandu jkun fiha termini u definizzjonijiet għal kull wieħed mis-servizzi identifikati, filwaqt li fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Istat Membru għandu jintuża terminu wieħed biss għal kull servizz.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jqisu s-servizzi li:

(a)  huma l-aktar li jintużaw mill-konsumaturi f'rabta mal-kont tal-ħlas tagħhom;

(b)  jiġġeneraw l-ogħla spiża għal konsumaturi, kemm inġenerali kif ukoll għal kull unità;

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni soda ta' dawk il-kriterji għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ABE tiżviluppa linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tgħin lill-awtoritajiet kompetenti.

3.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-listi proviżorji msemmija fil-paragrafu 1 sa ... [ 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Fuq talba, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni komplementari rigward id-dejta li abbażi tagħha jkunu kkumpilaw dawk il-listi fir-rigward tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2.

4.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 24, ▌li jistabbilixxu, abbażi tal-listi proviżorji sottomessi skont il-paragrafu 3, terminoloġija standardizzata tal-Unjoni għas-servizzi tal-ħlas marbuta mal-kontijiet tal-ħlas li huma komuni għall-anqas għall-maġġoranza tal-Istati Membri. It-terminoloġija standardizzata tal-Unjoni għandha tkun ċara u konċiża u għandha tinkludi termini u definizzjonijiet komuni għas-servizzi komuni. Fi kwalunkwe lingwa uffiċjali għal kull Stat Membru, terminu wieħed biss għandu jintuża għal kull servizz.

5.  Wara [...] pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 4, kull Stat Membru jintegra mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar, it-terminoloġija standardizzata tal-Unjoni adottata skont il-paragrafu 4 fil-lista proviżorja msemmija fil-paragrafu 1 u jippubblika din il-lista.

Artikolu 4

Dokument tal-informazzjoni dwar it-tariffi u glossarju

1.  L-Istati Membri jiżguraw li fi żmien debitu qabel ma jidħlu f'kuntratt għal kont tal-ħlas ma' konsumatur, il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jipprovdu lill-konsumatur b'dokument ta' informazzjoni komprensiv dwar it-tariffi. Id-dokument ta' informazzjoni dwar it-tariffi jiddikjara s-servizzi disponibbli kollha marbuta mal-kont tal-ħlas li huma inklużi fil-lista tal-aktar servizzi rappreżentattivi msemmija fl-Artikolu 3(5) u t-tarifffi li jikkorrispondu għal kwalunkwe servizz. Ikun fih ukoll kwalunkwe tariffa u rata tal-imgħax addizzjonali li jistgħu jiġu applikati għall-kont. Sabiex issir distinzjoni bejn id-dokument ta' informazzjoni dwar it-tariffi u dokumentazzjoni kummerċjali jew kuntrattwali, jinkludi simbolu komuni fuq nett fl-ewwel paġna. L-Istati Membri jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jinfurmaw lill-konsumaturi dwar kwalunkwe modifika fit-tariffi u jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-konsumatur dokument ta' informazzjoni dwar it-tariffi aġġornat, meta adattat.

Meta t-tariffa għal servizz tkun valida biss għal ċerti mezzi ta' komunikazzjoni, bħal online jew permezz ta' fergħa, jew meta t-tariffa tvarja skont il-mezz użat, dan jiġi indikat b'mod ċar fid-dokument ta' informazzjoni dwar it-tariffi.

1a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas ma jimponu l-ebda tariffa mhux elenkata fid-dokument ta’ informazzjoni dwar it-tariffi.

2.  Fejn wieħed jew aktar mis-servizzi tal-ħlas ▌huwa offrut bħala parti minn pakkett ta’ servizzi tal-ħlas, id-dokument ta’ informazzjoni dwar it-tariffi jiżvela t-tariffa għall-pakkett kollu, is-servizzi inklużi fil-pakkett u n-numru tagħhom, u t-tariffa għal kull servizz li mhuwiex kopert mit-tariffa tal-pakkett.▌

5.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu obbligu fuq il-fornituri ta' servizzi tal-ħlas sabiex iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi glossarju tas-servizzi kollha msemmija fil-paragrafu 1 u d-definizzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet relatati.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-glossarju pprovdut skont l-ewwel subparagrafu jkun abbozzat f’lingwaġġ ċar, mhux ambigwu u mhux tekniku u li ma jkunx qarrieqi.

6.  Id-dokument ta' informazzjoni dwar it-tariffi u l-glossarju jkunu disponibbli b'mod permanenti għall-konsumaturi u l-konsumaturi prospettivi mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas f'forma elettronika fuq is-siti tal-internet tagħhom fejn tkun faċilment aċċessibbli anke għal min mhuwiex konsumatur. Id-dokument ta’ informazzjoni dwar it-tariffi jkun disponibbli mingħajr ħlas mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas fuq mezz li jservi fit-tul fi stabbilimenti aċċessibbli għall-konsumaturi u l-glossarju jitqiegħed għad-dispożizzjoni fuq mezz li jservi fit-tul fuq talba.

7.  L-ABE, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet nazzjonali u wara li jitwettqu testijiet fost il-konsumaturi, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward format ta' preżentazzjoni standardizzata tad-dokument ta' informazzjoni dwar it-tariffi u s-simbolu komuni tiegħu.

L-ABE tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa .. [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.].

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 5

Dikjarazzjoni tat-tariffi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi tal-ħlas jipprovdu lill-konsumaturi, mingħajr ħlas, b’dikjarazzjoni tat-tariffi u r-rati tal-imgħax kollha applikati għall-kont tal-ħlas tagħhom għal tal-inqas fuq bażi annwali.

Il-mezz ta' komunikazzjoni li għandu jintuża biex il-konsumatur jingħata d-dikjarazzjoni tat-tariffi għandu jiġi miftiehem bejn il-partijiet kontraenti. Id-dikjarazzjoni għandha ssir disponibbli f'format stampat fuq it-talba ta' konsumatur.

2.  Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tispeċifika l-informazzjoni li ġejja:

(a)  il-ħlas għal kull unità mitlub għal kull servizz u l-għadd ta' drabi li ntuża s-servizz matul il-perjodu rilevanti jew meta s-servizzi jkunu kkombinati f'pakkett, it-tariffa imposta għall-pakkett kollu kemm hu;

(b)  l-ammont totali ta' tariffi mħallsa għal kull servizz ipprovdut matul il-perjodu rilevanti, meta xieraq filwaqt li jitqiesu l-istrutturi tariffarji speċifiċi relatati ma' pakketti ta' servizzi;

(ba)  ir-rata tal-imgħax tal-overdraft applikata għall-kont, in-numru ta' ġranet meta l-kont kien taħt il-limitu u l-ammont totali ta’ imgħax impost relatat mal-overdraft matul il-perjodu rilevanti;

(bb)  ir-rata tal-imgħax tal-kreditu applikat għall-kont, il-bilanċ medju u l-ammont totali ta' imgħax miksub matul il-perjodu rilevanti;

(c)  il-bilanċ totali (pożittiv jew negattiv) wara t-tnaqqis tat-tariffi kollha u l-applikazzjoni tal-imgħax miksub b'konnessjoni mal-użu tal-kont matul il-perjodu rilevanti;

(ca)  prenotifiki rigward modifiki maħsuba tat-tariffi u r-rati tal-imgħax fil-perjodu sussegwenti.

4.  L-ABE, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet nazzjonali u wara li jitwettqu testijiet fost il-konsumaturi, tiżviluppa standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward format ta' preżentazzjoni standardizzata tad-dokument ta' informazzjoni dwar it-tariffi u s-simbolu komuni tiegħu.

L-ABE tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa .. [ 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 6

Komunikazzjonijiet bl-użu tat-terminoloġija standardizzata

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-komunikazzjonijiet kollha lill-konsumaturi, inklużi l-komunikazzjonijiet kuntrattwali u ta’ kummerċjalizzazzjoni, il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jużaw, fejn applikabbli, it-terminoloġija standardizzata li tinsab fil-lista tas-servizzi tal-ħlas l-aktar rappreżentattivi marbuta ma' kont tal-ħlas imsemmi fl-Artikolu 3(5).

2.  Il-fornituri ta’ servizzi tal-ħlas jistgħu jużaw ismijiet ta’ ditti li jiddeżinjaw is-servizzi jew il-kontijiet tal-ħlas tagħhom fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħhom lill-klijenti, sakemm jidentifikaw b’mod ċar, fejn applikabbli, it-terminu korrispondenti bl-użu tat-terminoloġija standardizzata kif integrata fil-lista msemmija fl-Artikolu 3(5). Il-fornituri ta’ servizzi tal-ħlas jistgħu jużaw tali ismijiet ta’ ditti fid-dokument ta’ informazzjoni dwar it-tariffi jew id-dikjarazzjoni tat-tariffi sakemm dan ikun b’żieda mat-terminoloġija standardizzata u bħala deżinjazzjoni sekondarja tas-servizzi jew il-kont offrut.

Artikolu 7

Siti tal-internet tat-tqabbil fil-livell nazzjonali

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jkollhom aċċess, bla ħlas, għal mill-anqas sit wieħed tal-internet stabbilit skont il-paragrafi 2 jew 3, li għandu jinkludi tal-anqas dan li ġej:

(a)  tqabbil tal-imgħax imħallas jew impost lill-kont tal-ħlas, it-tariffi imposti mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas għal servizzi offruti fuq il-kontijiet tal-ħlas tagħhom fuq il-livell nazzjonali ▌;

(b)  tqabbil ta' determinanti tal-livell ta' servizz provdut mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas, inklużi fatturi bħan-numru u l-lokazzjoni tal-fergħat u n-numru ta' automated teller machines li permezz tagħhom is-servizzi jistgħu jiġu vvalutati;

(c)  għoti ta' informazzjoni komplementari dwar it-terminoloġija standardizzata tal-Unjoni, l-aċċess għall-kontijiet tal-ħlas inklużi l-kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi u dwar il-proċeduri ta’ bdil disponibbli fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali. Tali informazzjoni tista' tingħata permezz ta' links għal siti tal-internet esterni.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skema ta’ akkreditazzjoni obbligatorja għal siti tal-internet li jqabblu l-elementi għat-tqabbil kif deskritt fl-Artikolu 7(1)(a) u (b) offruti fuq kontijiet tal-ħlas operati minn operaturi privati. Sabiex jingħataw l-akkreditazzjoni, is-siti tal-internet tat-tqabbil operati minn operaturi privati:

(a)  ikunu legalment, finanzjarjament u operattivament indipendenti minn kwalunkwe fornitur tas-servizzi tal-ħlas;

(aa)  jiddivulgaw b’mod ċar is-sidien u l-finanzjament tagħhom;

(ab)  jistabbilixxu kriterji ċari u oġġettivi li fuqhom ikun ibbażat it-tqabbil;

(ac)  ikunu imparzjali billi r-reklami tal-fornituri tas-servizzi tal-ħlas, l-aġenti tagħhom, l-affiljati jew id-ditti ma jintwerewx fuq il-paġna ewlenija jew fil-paġni tat-tqabbil tal-prezzijiet;

(b)  jużaw lingwaġġ sempliċi u mhux ambigwu u, kif applikabbli, it-terminoloġija standardizzata tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(5);

(c)  jipprovdu informazzjoni preċiża u aġġornata u jiddikjaraw il-ħin tal-aħħar aġġornament;

(d)  jipprovdu lill-utenti riżultati oġġettivi u eżawrjenti li jqisu bis-sħiħ kwalunkwe kriterju ta’ tiftix magħżul mill-utenti u, meta l-informazzjoni ppreżentata ma tkunx ħarsa ġenerali kompleta tas-suq, issir dikjarazzjoni ċara ta’ dan, qabel jintwerew ir-riżultati;

(da)  jaċċettaw talbiet għall-inklużjoni fis-sit minn kwalunkwe fornitur tas-servizzi tal-ħlas fl-Istat Membru kkonċernat;

(e)  joperaw proċedura effettiva tat-trattament tal-mistoqsijiet u l-ilmenti.

Meta l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jintalbu ħlas għall-elenkar f'siti bħal dawn, l-imposti għandhom ikunu nondiskriminatorji u għandhom jiġu ppubblikati fis-sit tal-internet.

3.  Fejn ma jkun akkreditat l-ebda sit tal-internet skont il-paragrafu 2, l-Istati Membri jiżguraw li jiġi stabbilit sit tal-internet operat minn, jew f'isem, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 20 jew minn xi awtorità pubblika kompetenti oħra. Fejn ikun ġie akkreditat sit tal-internet skont il-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu sit tal-internet addizzjonali operat mill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 20 jew minn xi awtorità pubblika kompetenti oħra. Siti tal-internet imħaddma minn awtorità kompetenti skont il-paragrafu 1 ikunu jikkonformaw mal-paragrafu 2 (a) sa (e).

4.  L-Istati Membri ▌għandhom jirrifjutaw jew jirtiraw l-akkreditazzjoni minn operaturi privati f’każ ta’ nuqqas rikorrenti jew persistenti ta’ konformità mal-obbligi fil-paragrafu 2.

4a.  Il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas ma jkunux responsabbli għal informazzjoni mhux korretta jew mhux aġġornata li tirrigwarda lilhom jew lis-servizzi tagħhom, li tkun inkluża f'sit tal-internet tat-tqabbil akkreditat jew mhux akkreditat, meta l-fornitur tas-sit tal-internet ma jkunx ikkoreġa tali informazzjoni fuq it-talba tal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas.

4b.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jiġu infurmati dwar id-disponibbiltà tas-siti tal-internet imsemmija fil-paragrafu 1 u dwar is-siti tal-internet akkreditati skont il-paragrafi 2 jew 3.

Artikolu 7a

Sit tal-internet tat-tqabbil tal-Unjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-ABE bis-siti tal-internet tat-tqabbil li joperaw skont l-Artikolu 7(1), (2) u (3).

2.  Sa ... [ tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], l-ABE tipprovdi sit tal-internet tat-tqabbil tal-Unjoni aċċessibbli li jippermetti lill-konsumaturi jqabblu l-kontijiet tal-ħlas offruti fis-suq intern. Sabiex jikkomplementa dik l-informazzjoni, is-sit tal-internet tat-tqabbil tal-Unjoni jipprovdi lill-konsumaturi glossarju li jkun fih it-terminoloġija standardizzata tal-Unjoni adottata skont l-Artikolu 3(5) u linji gwida prattiċi dwar il-bdil transfruntier tal-kontijiet tal-ħlas.

Artikolu 8

Kontijiet offruti bħala pakkett

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta kont tal-ħlas jiġi offrut flimkien ma' servizz jew prodott finanzjarju ieħor bħala parti minn pakkett, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jinforma lill-konsumatur dwar jekk huwiex possibbli li jixtri l-kont tal-ħlas separatament u jipprovdi informazzjoni separata dwar l-ispejjeż u t-tariffi assoċjati ma' kull wieħed mill-prodotti u s-servizzi offruti fil-pakkett.

KAPITOLU III

BDIL

Artikolu 9

Forniment tas-servizz tal-bdil

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jipprovdu servizz ta' bdil kif deskritt fl-Artikolu 10 lil kwalunkwe konsumatur li jkollu kont tal-ħlas ma' fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jinsab fl-Unjoni u li jkun irranġa għall-ftuħ ta' kont tal-ħlas ġdid mal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju.

L-Istati Membri jistgħu, fir-rigward ta' bdil meta ż-żewġ fornituri tas-servizzi tal-ħlas jinsabu fit-territorju tagħhom, jistabbilixxu jew iżommu arranġamenti li jkunu differenti minn dawk deskritti fl-Artikolu 10 jekk ikun ċar li dan ikun fl-interess tal-konsumatur u l-bdil jitlesta fi żmien mhux itwal mill-istess perjodi globali ta' żmien deskritti fl-Artikolu 10.

Artikolu 10

Is-servizz tal-bdil

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizz ta' bdil jiġi inizjat mill-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju u pprovdut skont ir-regoli stipulati fil-paragrafi 2 sa 7.

2.  Is-servizz ta' bdil jiġi inizjat mill-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju. Sabiex jagħmel dan, il-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju jikseb awtorizzazzjoni bil-miktub mingħand il-konsumatur biex iwettaq is-servizz ta' bdil. F'każ ta' kontijiet konġunti, l-awtorizzazzjoni bil-miktub għandha tinkiseb mid-detenturi kollha tal-kont.

L-awtorizzazzjoni ssir b'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn is-servizz ta' bdil qed jiġi inizjat jew bi kwalunkwe lingwa oħra miftiehma bejn il-partijiet.

L-awtorizzazzjoni tkun tippermetti lill-konsumatur jipprovdi jew jirrifjuta kunsens speċifiku għas-servizz tal-ħlas li jittrasferixxi sabiex iwettaq kull wieħed mill-kompiti indikati fil-paragrafu 3(e) u [...] (f) u jipprovdi jew jirrifjuta kunsens speċifiku lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju sabiex iwettaq kull wieħed mill-kompiti indikati fil-paragrafu 4(c) u (d) u l-paragrafu 5. L-awtorizzazzjoni għandha tippermetti lill-konsumatur jitlob speċifikament it-trażmissjoni mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi l-informazzjoni indikata fil-paragrafi 3(a) u [...] (b).

L-awtorizzazzjoni għandha tispeċifika wkoll id-data minn meta l-ħlasijiet rikorrenti jiġu operati mill-kont miftuħ ma' fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju.

Din id-data tkun mill-inqas sebat ijiem ta' xogħol wara d-data li fiha l-fornitur tas-servizz tal-ħlas li qed jittrasferixxi jirċievi t-talba biex iwettaq il-bidla mingħand il-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju skont l-Artikolu 10(6).

3.  Fi żmien jumejn ta' xogħol minn meta jirċievi l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju jitlob lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi sabiex iwettaq id-dmirijiet segwenti:

(a)  jibgħat lill-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju u, jekk speċifikament mitlub mill-konsumatur skont il-paragrafu 2, lill-konsumatur lista tal-istanding orders kollha eżistenti għal trasferimenti ta' kreditu u l-mandati ta' debitu dirett inizjati mid-debitur, jekk tkun disponibbli;

(b)  jibgħat lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju u, jekk speċifikament mitlub mill-konsumatur skont il-paragrafu 2, lill-konsumatur l-informazzjoni disponibbli dwar trasferimenti ’l ġewwa ta’ kreditu u d-debiti diretti inizjati mid-debitur eżegwiti fuq il-kont tal-konsumatur fit-13-il xahar preċedenti;

(c)  jittrażmetti lill-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju dik l-informazzjoni l-oħra kif meħtieġ biex il-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju jwettaq il-bdil;

(d)  fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi ma jipprovdix sistema għar-ridirezzjoni awtomatizzata tat-trasferimenti 'l ġewwa ta' kreditu u d-debiti diretti lejn il-kont li l-konsumatur ikollu mal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju, ▌jieqaf jaċċetta debiti diretti u trasferimenti 'l ġewwa ta' kreditu mid-data speċifikata fl-awtorizzazzjoni;

(e)  fejn il-konsumatur ikun ta l-kunsens tiegħu skont il-paragrafu 2, jittrasferixxi kwalunkwe bilanċ pożittiv li jibqa' lejn il-kont miftuħ jew miżmum mal-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju fid-data speċifikata mill-konsumatur; ▌

(f)  fejn il-konsumatur ikun ta l-kunsens tiegħu skont il-paragrafu 2, jagħlaq il-kont miżmum mal-fornitur tas-servizz tal-ħlas li jittrasferixxi fid-data speċifikata mill-konsumatur;

(fa)  jikkanċella l-istanding orders u t-trasferimenti ta' kreditu b'data ta' eżekuzzjoni mid-data speċifikata fl-awtorizzazzjoni.

4.  Malli jirċievi l-informazzjoni mitluba mingħand il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jitrasferixxi msemmi fil-paragrafu 3, il-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju jwettaq il-kompiti segwenti:

(a)  jistabbilixxi fi żmien sebat ijiem ta' xogħol, l-istanding orders għat-trasferimenti ta' kreditu mitluba mill-konsumatur u jeżegwihom mid-data speċifikata fl-awtorizzazzjoni;

(b)  jaċċetta debiti diretti mid-data speċifikata fl-awtorizzazzjoni;

(ba)  fejn rilevanti, jinforma lill-konsumaturi dwar id-drittijiet tagħhom fir-rigward tad-debiti diretti tas-SEPA skont l-Artikolu 5(3)(d) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012;

(c)  fejn il-konsumatur ikun ta l-kunsens tiegħu skont il-paragrafu 2, jinforma lil dawk li jħallsu li jagħmlu trasferimenti ta’ kreditu rikorrenti fil-kont tal-ħlas tal-konsumatur bid-dettalji tal-kont tal-konsumatur mal-fornitur tal-ħlas destinatarju. Jekk il-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju ma jkollux l-informazzjoni kollha li jeħtieġ biex jinforma lill min iħallas, fi żmien jumejn jistaqsi lill-konsumatur jew, fejn meħtieġ u soġġett għall-kunsens tal-konsumatur, lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi, wara li jitlob permess mingħand il-konsumatur, biex jipprovdi l-informazzjoni nieqsa;

(d)  fejn il-konsumatur ikun ta l-kunsens tiegħu skont il-paragrafu 2, jinforma lill-benefiċjarji li jużaw debitu dirett biex jiġbru l-fondi mill-kont tal-konsumatur bid-dettalji tal-kont tal-konsumatur mal-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju u d-data li minnha d-debiti diretti jinġabru minn dak il-kont. Jekk il-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju ma jkollux l-informazzjoni kollha li jeħtieġ biex jinforma lill min iħallas, fi żmien jumejn jistaqsi lill-konsumatur jew, fejn meħtieġ u soġġett għall-kunsens tal-konsumatur, lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi, wara li jitlob il-permess tal-konsumatur, biex jipprovdi l-informazzjoni nieqsa;

(e)  fejn il-konsumatur jintalab jipprovdi l-informazzjoni nieqsa għall-finijiet tal-punti (c) u (d), jipprovdi lill-konsumatur b’ittri standard, b'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn is-servizz ta' bdil qed jiġi inizjat jew bi kwalunkwe lingwa oħra miftiehma bejn il-partijiet , li jipprovdu dettalji dwar il-kont il-ġdid u d-data tal-bidu indikata fl-awtorizzazzjoni.

4a.  L-Istati Membru jiżguraw li jiġu stipulati skadenzi fuq livell nazzjonali għal min iħallas u għall-benefiċjarji sabiex ikunu kkunsidrati d-dettalji tal-kont il-ġdid tal-konsumatur mibgħuta mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju. L-Istati Membri jiżguraw ukoll li l-konsumaturi jkunu konxji minn tali skadenzi u obbligazzjonijiet implikati.

5.  Fejn il-konsumatur ikun ta l-kunsens speċifiku tiegħu skont il-paragrafu 2, il-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju jista' jwettaq kull kompitu addizzjonali meħtieġ għat-twettiq ta' dan il-bdil.

6.  Malli jirċievi talba mingħand il-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)  jibgħat lill-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju l-informazzjoni indikata fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 3, fi żmien sebat ijiem ta' xogħol minn meta jirċievi t-talba;

(b)  fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi ma jipprovdix sistema għar-ridirezzjoni awtomatizzata tat-trasferimenti 'l ġewwa ta' kreditu u d-debiti diretti lejn il-kont li l-konsumatur ikollu mal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju, iwaqqaf it-trasferimenti 'l ġewwa ta' kreditu u jieqaf jaċċetta debiti diretti fuq il-kont tal-ħlas mid-data mitluba mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju;

(c)  jittrasferixxi kwalunkwe bilanċ pożittiv li jibqa' mill-kont tal-ħlas lejn il-kont miżmum mal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju;

(d)  ladarba l-passi elenkati fil-punti (a), (b) u (c) jkunu twettqu, jagħlaq il-kont tal-ħlas;

(e)  iwettaq kull kompitu addizzjonali meħtieġ biex isir il-bdil, skont il-paragrafu 5.

6a.  Il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi ma jkunx mitlub jagħlaq il-kont tal-ħlas skont il-punt (d) tal-paragrafu 6 jekk il-konsumatur ikollu obbligi pendenti lejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas. Il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jinforma minnufih lill-konsumatur meta dawn l-obbligi pendenti ma jippermettux li l-kont tal-ħlas tiegħu jingħalaq.

7.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 55(2) tad-Direttiva 2007/64/KE, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas ma jibblokkax strumenti tal-ħlas qabel id-data miftehma mal-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju sabiex il-forniment tas-servizzi tal-ħlas lill-konsumatur ma jkunx interrott matul il-proċess tal-bdil.

8.  L-Istati Membri jiżguraw li d-dispożizzjonijiet kollha li jinsabu fil-paragrafi 1 sa 7 ħlief għal dawk li jinsabu fil-paragrafu 4(c) u (d) japplikaw ukoll meta s-servizz ta' bdil ikun inizjat minn fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jinsab fi Stat Membru ieħor.

9.  Fil-każ indikat fil-paragrafu 8, l-iskadenzi indikati fil-paragrafi 3, 4 u 6 jiġu rdoppjati ħlief fir-rigward ta' tranżazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 meta kemm il-kontijiet tal-ħlas li jittrasferixxu kif ukoll dawk destinatarji jkunu denominati f'euro. Din id-dispożizzjoni tkun soġġetta għal reviżjoni skont l-Artikolu 27.

Artikolu 11

Tariffi konnessi mas-servizz tal-bdil

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jkunu jistgħu jaċċessaw mingħajr ħlas l-informazzjoni personali tagħhom dwar standing orders u debiti diretti eżistenti miżmuma jew mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi jew minn dak destinatarju.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi jipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju skont il-paragrafu 6 (a) tal-Artikolu 10 mingħajr ma jżomm tariffa mingħand il-konsumatur jew il-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tariffi, jekk ikun hemm, li jkunu applikati mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi lill-konsumatur għat-terminazzjoni ta' kont tal-ħlas miżmum miegħu jiġu determinati b'konformità mal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2007/64/KE.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tariffi, jekk ikun hemm, applikati mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi jew dak destinatarju lill-konsumatur għal kwalunkwe servizz mogħti skont l-Artikolu 10, għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 1 , 2 u 3, humaraġonevoli.

Artikolu 11a

Ridirezzjoni awtomatizzata

Sakemm, wara li twettaq valutazzjoni tal-impatt regolatorju, il-Kummissjoni ma tiddeċidix mod ieħor, l-Istati Membri sa ... [ sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], jiżguraw li tiġi stabbilita faċilità li tipprovdi ridirezzjoni awtomatizzata tal-ħlasijiet minn kont tal-ħlas għal kont tal-ħlas ieħor fl-istess Stat Membru flimkien ma' notifiki awtomatizzati lill-benefiċjarji jew lil min iħallas meta t-trasferimenti tagħhom jiġu ridiretti.

Artikolu 12

Telf finanzjarju għall-konsumaturi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe tariffa jew telf finanzjarju ieħor li jġarrbu l-konsumaturi li jirriżulta minn nuqqas ta' konformità ta' fornitur tas-servizzi tal-ħlas involut fil-proċess ta' bdil mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 10 jitħallsu lura minn dak il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas fi żmien tlett ijiem ta' xogħol minn meta jkun stabbilit in-nuqqas ta' konformità. L-oneru tal-provi jkun fuq il-fornitur tas-servizz tal-ħlas, li għandu juri li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 jkunu ġew rispettati.

2.  Il-konsumaturi ma jġorru l-ebda telf finanzjarju li jirriżulta minn żbalji jew dewmien fl-aġġornament tad-dettalji tal-kont tal-ħlas tagħhom minn min iħallas jew mill-benefiċjarju. L-Istati Membri jiżguraw li min iħallas u l-benefiċjarji jinżammu responsabbli meta ma jirrispettawx l-iskadenzi stipulati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 10(4a).

Artikolu 13

Informazzjoni dwar is-servizz tal-bdil

1.  L-Istati Membri jiżguraw li fornituri ta' servizzi tal-ħlas iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi l-informazzjoni li ġejja dwar is-servizz tal-bdil:

(a)  ir-rwoli tal-fornituri tas-servizz li jkunu qed jittrasferixxu u dawk destinatarji għal kull pass tal-proċess ta' bdil, kif indikat fl-Artikolu 10;

(b)  il-perjodu ta' żmien għat-tlestija tal-passi rispettivi;

(c)  it-tariffi, jekk ikun hemm, imposti għall-proċess ta' bdil tal-fornitur;

(d)  kull informazzjoni li l-konsumaturi jintalbu jipprovdu;

(e)  il-proċeduri alternattivi ta' riżoluzzjoni ta' tilwim tal-iskema msemmija fl-Artikolu 21.

2.  L-informazzjoni tiġi pprovduta mingħajr ħlas fuq mezz li jservi fit-tul fil-fergħat kollha tal-fornituri tas-servizzi tal-ħlas aċċessibbli għall-konsumaturi u tkun disponibbli f'forma elettronika fuq is-siti tal-internet tagħhom f'kull ħin.

KAPITOLU IV

AĊĊESS GĦAL KONTIJIET TAL-ĦLAS

Artikolu 14

Nonndiskriminazzjoni

L-Istati Membri jiżguraw li l-konsumaturi legalment residenti fl-Unjoni ma jkunux diskriminati minħabba n-nazzjonalità jew il-post ta' residenza tagħhom, jew minħabba kwalunkwe bażi oħra msemmija fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, meta japplikaw għal jew jaċċessaw kont tal-ħlas fl-Unjoni. Il-kondizzjonijiet applikabbli għall-pussess ta' kont tal-ħlas bażiku ma jkun bl-ebda mod diskriminatorju. Forma ta' diskriminazzjoni viżibbli permezz ta', pereżempju, dehra differenti tal-kard jew numru tal-kont jew tal-kard differenti, għandha tiġi pprojbita.

Artikolu 15

Dritt ta' aċċess għal kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ▌kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi jkun offrut lill-konsumaturi mill-fornituri kollha tas-servizzi tal-ħlas li joperaw servizzi tal-ħlas bl-imnut b'mod ġenerali u li joffru kontijiet tal-ħlas bħala parti integrali tan-negozju regolari tagħhom. L-Istati Membri jiżguraw li kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi ma jiġux offruti biss minn fornituri ta' servizzi tal-ħlas li jipprovdu l-kont biss permezz ta' faċilitajiet ▌onlajn.

Stat Membru jista' jiddeċiedi li jeżenta lil fornituri tas-servizzi tal-ħlas mill-obbligu msemmi fl-ewwel subparagrafu soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Kwalunkwe eżenzjoni bħal din għandha tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u restrittivi. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-eżenzjonijiet meta jkunu garantiti kundizzjonijiet indaqs bejn il-fornituri kollha tas-servizzi tal-ħlas, meta d-dritt tal-konsumaturi għall-aċċess ma jkunx ipperikolat u meta l-eżenzjoni ma twassalx għal sitwazzjoni fl-Istat Membru kkonċernat li fiha l-klijenti ta' kontijiet bażiċi jaffaċċaw ir-riskju li jiġu stigmatizzati. [Ams. 4/rev and 5/rev]

1a.  L-Istati Membri jistgħu jagħmlu eżenzjoni mill-obbligu skont il-paragrafu 1 meta l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas:

(a)  ikunu elenkati fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10),

(b)  joperaw mingħajr skop ta' qligħ;

(c)  jeħtieġu sħubija abbażi ta' kriterji definiti, bħall-professjoni.

Kwalunkwe eżenzjoni bħal din għandha ssir mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' aċċess mill-konsumaturi għall-kont tal-ħlas bil-karatteristiċi bażiċi.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fit-territorju tagħhom ikun hemm sistema li tiżgura d-dritt tal-konsumaturi li jiftħu u jużaw kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi kif imsemmija fl-Artikolu 14, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  dan id-dritt japplika irrispettivament mill-post tar-residenza tal-konsumatur, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2a;

(aa)  ikun hemm mekkaniżmu fis-seħħ li jgħin lill-konsumaturi mingħajr indirizz fiss, dawk li jfittxu l-ażil u konsumaturi li mhumiex mogħtija permess għal residenza iżda li t-tkeċċija tagħhom hija impossibbli minħabba raġunijiet legali biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Kapitolu II tad-Direttiva 2005/60/KE;

(b)  l-eżerċizzju tad-dritt ma jkunx magħmul diffiċli jew oneruż iżżejjed fuq il-konsumatur;

(ba)  ikun hemm mekkaniżmu fis-seħħ li jiżgura li l-konsumaturi vulnerabbli li huma bla bank, kif ukoll il-konsumaturi mobbli jiġu infurmati dwar id-disponibbiltà ta' kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi;

(bb)  is-servizz ta' bdil previst fl-Artikoli 10 u 11 ta' din id-Direttiva japplika wkoll meta l-konsumatur ikun jixtieq jibdel għal kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi minn kont tal-ħlas ieħor fil-kamp ta' applikazzjoni tas-servizz ta' bdil.

2a.  Sabiex jeżerċitaw id-dritt stipulat fil-paragrafu 2, l-Istati Membri jeżiġu li l-konsumaturi jkollhom rabta ġenwina mal-Istat Membru fejn jixtiequ jiftħu u jużaw kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi.

Meta l-konsumatur jintalab juri tali rabta, l-Istati Membri jiżguraw li ma jkunx ta' piż żejjed għall-konsumatur biex jagħmel hekk. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu lista li tistipula s-sura li tali rabta jista' jkollha. Dik il-lista tinkludi tal-inqas iċ-ċittadinanza, ir-rabtiet familjari, iċ-ċentru tal-interessi, il-post tax-xogħol, tal-apprendistat jew tat-taħriġ, it-tiftix ta' opportunitajiet ta' xogħol jew rabtiet professjonali oħra, il-post tal-istudju jew tat-taħriġ vokazzjonali, ir-residenza, il-proprjetà u kwalunkwe applikazzjoni pendenti għall-ażil jew għall-migrazzjoni.

L-ABE tiżviluppa linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tgħin lill-awtoritajiet kompetenti fl-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu.

Il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jikkunsidraw l-informazzjoni mogħtija mill-konsumatur u jistgħu jeżiġu li l-konsumatur ikun preżenti fiżikament jew rappreżentat legalment minn terza persuna fl-eqreb fergħa disponibbli biex jinfetaħ il-kont.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun possibbli għall-konsumaturi li jagħtu prova tal-eżistenza ta' rabta ġenwina fi żmien xahar wara li l-kont ikun infetaħ mill-bogħod minn qabel. Qabel issir tali verifika, inkluża l-attendenza personali meta din tkun meħtieġa, il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jitħallew jillimitaw l-użu tal-kont.

2b.  Qabel jinfetaħ kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jivverifikaw jekk il-konsumatur għandux kont tal-ħlas attiv u ekwivalenti fit-territorju ta' dak l-Istat Membru u jistgħu jeżiġu li l-konsumatur jiffirma dikjarazzjoni fuq l-unur f'dak is-sens.

3.  Fornitur tas-servizzi tal-ħlas ma jistax jirrifjuta applikazzjoni għall-aċċess għal kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi għajr fil-każijiet li ġejjin:

(a)  fejn id-diliġenza dovuta tal-konsumatur imwettqa skont il-Kapitolu II tad-Direttiva 2005/60/KE tidentifika riskju sinifikanti li l-kont se jintuża bi ksur tal-liġi tal-Unjoni;

(b)  f'każijiet fejn l-Istat Membru jkun eżerċita l-għażla msemmija fil-paragrafu 2b ta' dan l-Artikolu, meta konsumatur ikollu kont tal-ħlas ma' fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jinsab fit-territorju tiegħu, li jippermettilu juża s-servizzi tal-ħlas imsemmija fl-Artikolu 16(1).

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jipproċessaw l-applikazzjonijiet għall-aċċess għal kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi fi żmien sebat ijiem ta' xogħol minn meta tasal applikazzjoni kompluta, inkluża prova tal-identità. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każijiet indikati fil-paragrafu 3, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jinforma minnufih lill-konsumatur ▌, bil-miktub u mingħajr ħlas, dwar ir-rifjut u r-raġunijiet speċifiċi għalih, sakemm tali żvelar ma jmurx kontra l-għanijiet tas-sigurtà nazzjonali jew tal-politika pubblika. Barra minn hekk, il-konsumatur ikun infurmat dwar, tal-inqas, mezz wieħed ta' appell jew servizz ta' konsultazzjoni disponibbli għalih mingħajr ħlas jew bi prezz raġonevoli u dwar il-mekkaniżmi ta' soluzzjoni alternattiva tat-tilwim disponibbli.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każijiet indikati fil-paragrafu 3(b), il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jadotta miżuri xierqa skont il-Kapitolu III tad-Direttiva 2005/60/KE.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aċċess għal kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi ma jsirx kundizzjonali fuq l-akkwist ta' servizzi addizzjonali jew ta' ishma tal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas.

Artikolu 16

Karatteristiċi ta' kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi jkun jinkludi s-servizzi ▌li ġejjin:

(a)  servizzi li jippermettu li jsiru l-operazzjonijiet kollha meħtieġa għall-ftuħ, it-tħaddim u l-għeluq ta' kont tal-ħlas.

(b)  servizzi li jippermettu li jitqiegħdu flus f'kont tal-ħlas.

(c)  servizzi li jippermettu ġbid ta' flus kontanti fl-Unjoni minn kont tal-ħlas, mill-bank u minn ATMs fil-ħinijiet u barra l-ħinijiet tal-ftuħ tal-bank;

(d)  l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet tal-ħlas li ġejjin fl-Unjoni:

(i)  debiti diretti SEPA u mhux fl-euro;

(ii)  tranżazzjonijiet tal-ħlas SEPA u mhux fl-euro permezz ta' għodda tal-ħlas (eż. permezz ta' kard tal-ħlas jew prodott tas-softwer), inkluż ħlasijiet online;

(iii)  trasferimenti ta' kreditu SEPA u mhux fl-euro, inklużi standing orders, fit-terminals, fil-banek u permezz tal-faċilitajiet online tal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sakemm kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi huwa mħaddem mill-konsumatur għall-użu personali, ma hemmx limitu għan-numru ta' operazzjonijiet ipprovduti għall-konsumatur skont ir-regoli tal-ipprezzar speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 17. Meta jiddeterminaw x'għandu jitqies bħala użu personali, l-Istati Membri jqisu l-imġiba eżistenti tal-konsumaturi u l-prattika kummerċjali komuni.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur ikun kapaċi jamministra u jibda tranżazzjonijiet tal-ħlas mill-kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi tal-konsumatur fil-fergħat tal-fornitur tas-servizz tal-ħlas jew permezz tal-faċilitajiet tal-ibbankjar onlajn ▌, fejn disponibbli.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi ma jinkludix faċilitajiet ta' self kurrenti ħlief, fejn ikun meqjus xieraq, faċilità ta' lqugħ temporanju għal ammonti żgħar. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas joffru faċilitajiet ta' self kurrenti u prodotti ta' kreditu oħra bħala servizzi separati biċ-ċar għall-klijenti li jkollhom kont tal-ħlas bażiku. L-aċċess għal kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażi jew l-użu tiegħu ma jkunx ristrett għax-xiri ta' tali servizzi jew prodotti ta' kreditu, u ma jkunx kundizzjonali għalihom. It-tariffi imposti għal dawk is-servizzi jkun trasparenti u favorevoli tal-inqas daqs il-politika ta' pprezzar normali tal-fornitur.

4a.  Il-Kummissjoni ghandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 sabiex taġġorna l-lista tas-servizzi li jagħmlu parti mill-kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi, wara li tikkunsidra l-evoluzzjoni tal-mezzi tal-ħlas u tat-teknoloġija.

Artikolu 17

Tariffi assoċjati

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzi indikati fl-Artikolu 16 jiġu offruti mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas b'xejn jew b'tariffa raġonevoli. L-Istati Membri jeżiġu li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jiżguraw li fost il-prodotti li joffru, il-kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi jkun dejjem il-kont tal-ħlas bl-irħas tariffa għall-forniment tal-pakkett minimu ta' servizzi tal-ħlas speċifikat fl-Istat Membru skont l-Artikolu 16(1) u (2).

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tariffi ddebitati lill-konsumatur għal nuqqas ta' konformità mal-impenji tal-konsumatur stipulati fil-kuntratt ta' qafas huma raġonevoli u qatt ogħla mill-politika tal-prezzijiet normali tal-fornitur.

Artikolu 18

Kuntratt ta' qafas u terminazzjoni

1.  Kuntratti ta' qafas li jipprovdu aċċess għal kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi jkunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/64/KE sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-paragrafi 2 u 3.

2.  Il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jista', esklussivament, itemm il-kuntratt qafas b'mod unilaterali fejn tkun issodisfata mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  il-konsumatur ikun uża l-kont apposta għal skopijiet illegali;

(b)  ma kien hemm l-ebda tranżazzjoni fuq il-kont għal aktar minn 24 xahar konsekuttiv u l-ħlasijiet dovuti lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas ma kinux saru;

(c)  il-konsumatur ikun konxjament ipprovda informazzjoni żbaljata sabiex jikseb il-kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi fejn l-informazzjoni korretta kienet tirriżulta fir-rifjut tal-applikazzjoni;

(ca)  il-konsumatur ma jkunx kapaċi jiġġustifika l-eżistenza ta' rabta ġenwina mal-Istat Membru kkonċernat, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2a), fi żmien xahar wara li l-kont ikun infetaħ mill-bogħod minn qabel;

(d)  il-konsumatur ma jkunx għadu legalment residenti fl-Unjoni jew ikun sussegwentement fetaħ it-tieni kont tal-ħlas fl-Istat Membru fejn huwa diġà jkollu kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas itemm il-kuntratt ta' kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi, huwa jinforma lill-konsumatur bir-raġunijiet u l-ġustifikazzjoni għat-terminazzjoni, dwar tal-inqas mezz wieħed ta' appell jew servizz ta' konsultazzjoni disponibbli għalih mingħajr ħlas jew bi prezz raġonevoli u dwar il-mekkaniżmi ta' soluzzjoni alternattiva tat-tilwim disponibbli, mill-inqas xahar qabel it-terminazzjoni tidħol fis-seħħ, bil-miktub u mingħajr ħlas, sakemm tali żvelar ma jmurx kontra l-għanijiet tas-sigurtà nazzjonali.

Artikolu 19

Informazzjoni ġenerali dwar kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ miżuri adegwati sabiex titqajjem kuxjenza ▌dwar id-disponibbiltà ta' kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi, il-kundizzjonijiet ta' pprezzar tagħhom, il-proċeduri li jridu jiġu segwiti sabiex jiġi eżerċitat id-dritt ta' aċċess għal kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi u l-metodi biex jinkiseb aċċess għal mezzi ta' soluzzjoni alternattiva tat-tilwim. L-Istati Membri jiżguraw li l-miżuri tal-komunikazzjoni jkunu biżżejjed u mmirati sew, u li b'mod partikolari jilħqu lill-konsumaturi bla bank, vulnerabbli u mobbli.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fornituri ta' servizzi tal-ħlas iqiegħdu b'mod attiv għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi informazzjoni aċċessibbli u assistenza adegwata dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kontijiet tal-ħlas bażiċi offruti, it-tariffi assoċjati tagħhom u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom. L-Istati Membri jiżguraw ukoll li l-konsumatur jiġi infurmat li mhux obbligat jakkwista servizzi addizzjonali biex jikseb aċċess għal kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi.

2a.  L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-istituzzjonijiet edukattivi u s-servizzi ta' konsultazzjoni sabiex jiżviluppaw servizzi għall-aktar konsumaturi vulnerabbli biex jipprovdulhom gwida u assistenza fil-ġestjoni responsabbli tal-finanzi tagħhom. L-Istati Membri jinkoraġġixxu inizjattivi biex jinkiseb dan u jtejbu l-edukazzjoni finanzjarja fl-iskejjel u f'postijiet oħra. Ir-riskju ta' esklużjoni finanzjarja jkun minimizzat għall-konsumaturi kollha. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu inizjattivi ta' fornituri tas-servizzi tal-ħlas li jfitxxu t-tisħib tal-forniment ta' kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi ma' servizzi ta' edukazzjoni finanzjarja indipendenti.

2b.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas mitluba biex joffru kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi jippubblikaw, kull sena, dejta dwar l-għadd ta' kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi li saru applikazzjonijiet għalihom, ġew rifjutati, infetħu u ngħalqu matul is-sena rilevanti. Id-dejta rilevanti tinġabar u tiġi ppubblikata fil-livell ta' fergħat u f'dak korporattiv.

2c.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw, inkluż fuq is-sit tal-internet tagħhom, awditu tal-prestazzjoni ta' kull fornitur tas-servizzi tal-ħlas f'termini tal-konformità tiegħu mar-rekwiżit tad-dritt ta' aċċess. Għal dan il-għan, il-fornituri tal-ħlas rilevanti jiġu klassifikati indipendentement skont il-prestazzjoni tagħhom fil-forniment ta' kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi u klassifika tal-aqwa għaxar banek skont is-sehem mis-suq tiġi ppubblikata kull sena. Id-dejta rilevanti kollha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni u lill-ABE.

KAPITOLU V

AWTORITAJIET KOMPETENTI U SOLUZZJONI ALTERNATTIVA TAT-TILWIM

Artikolu 20

Awtoritajiet kompetenti

1.  L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti biex jiżguraw u jissorveljaw il-konformità effettiva ma' din id-Direttiva. Dawk l-awtoritajiet kompetenti jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw din il-konformità. Huma jkunu indipendenti mill-fornituri ta' servizzi ta' ħlas. Dawn ikunu awtoritajiet kompetenti skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament 1093/2010.

2.  L-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu indipendenti mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas u jkollhom il-poteri u r-riżorsi kollha meħtieġa biex iwettqu dmirijiethom. Meta jkun hemm iktar minn awtorità waħda kompetenti sabiex tiżgura u tissorvelja l-konformità effettiva ma' din id-Direttiva, l-Istati Membri jiżguraw li dawk l-awtoritajiet jikkollaboraw mill-qrib sabiex ikunu jistgħu jwettqu b'mod effettiv id-dmirijiet rispettivi tagħhom. Dawk l-awtoritajiet għandhom jikkoperaw mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħrajn biex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta u sħiħa tal-miżuri stabbiliti f'din id-Direttiva.

2a.  L-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonsultaw regolarment il-partijiet interessati rilevanti, inklużi r-rappreżentanti tal-konsumaturi, sabiex jiżguraw u jissorveljaw konformità effettiva ma' din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit ta' indipendenza msemmija fil-paragrafu 1.

3.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-korpi msemmija fil-paragrafu 1 sa ... [ sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Huma jgħarrfu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe diviżjoni ta' dmirijiet ta' dawk l-awtoritajiet. Huma jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bdil sussegwenti li jikkonċerna n-nomina u l-kompetenzi rispettivi ta' dawk l-awtoritajiet.

Artikolu 21

Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri ta' lment u rimedju bonarju adegwati u effettivi għas-soluzzjoni ta' tilwim bejn il-konsumaturi u l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas li jirrigwarda d-drittijiet u l-obbligi stabbiliti skont din id-Direttiva. Għal dawn il-finijiet, l-Istati Membri jinnominaw korpi eżistenti u, fejn xieraq, jistabbilixxu korpi ġodda.

1a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jaderixxu ma' korp wieħed jew aktar għas-soluzzjoni alternattiva tat-tilwim li jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a)  il-perjodu ta' limitazzjoni biex it-tilwima tinġieb quddiem qorti jkun sospiż għat-tul tal-proċedura għal soluzzjoni alternattiva tat-tilwim;

(b)  il-proċedura tkun mingħajr ħlas jew bi spiża moderata, kif speċifikat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali;

(c)  mezzi elettroniċi ma jkunx l-uniċi mezzi li bih il-partijiet jistgħu jiksbu aċċess għall-proċedura;

(d)  ikun hemm rappreżentazzjoni ndaqs ta' fornituri, konsumaturi u utenti oħra.

1b.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-kontijiet tal-ħlas jimpenjaw ruħhom ma' korp ta' soluzzjoni alternattiva tat-tilwim wieħed jew aktar.

1c.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ABE bil-korpi msemmija fil-paragrafu 1 sa ... [ sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Huma jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla sussegwenti li tkun tikkonċerna lil dawn il-korpi.

1d.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jinfurmaw lill-konsumatur rigward il-korpi ta' soluzzjoni alternattiva tat-tilwim li jkopruhom u li huma kompetenti biex jittrattaw tilwim potenzjali bejniethom u l-konsumatur. Huma jispeċifikaw ukoll jekk jimpenjawx ruħhom jew humiex obbligati jew le li jużaw dawk il-korpi għas-soluzzjoni tat-tilwim mal-konsumaturi.

1e.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1b tingħata b'mod ċar, li jinftiehem u faċilment aċċessibbli fis-sit tal-internet tal-fornituri, jekk dan ikun jeżisti u fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti ta' bejgħ jew ta' servizz bejn il-fornitur u l-konsumatur.

KAPITOLU VI

SANZJONIJIET

Artikolu 22

Miżuri amministrattivi u l-applikazzjoni ta' penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra ▌applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Tali penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Kwalunkwe penali pekunarja kemm jista' jkun tiġi kkwantifikata fil-livell tal-Unjoni, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

2.  L-ABE toħroġ linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar it-tipi ta' penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra u l-livell ta' penali amministrattivi pekunjarji.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw kwalunkwe penali jew miżura oħra imposta għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva mingħajr dewmien żejjed, inkluża l-informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet relatati mal-penali sa ... [ 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u bi kwalunkwe emenda sussegwenti fihom.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 23

Atti delegati

Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 rigward l-Artikolu 3(4).

Artikolu 24

L-eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 23 hija mogħtija għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 23 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din issir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 23 jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 26

Evalwazzjoni

1.  Fuq bażi annwali u għall-ewwel darba sa ... [ 3 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)  konformità mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas mad-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 3 sa 6;

(b)  l-għadd ta' siti tal-internet tat-tqabbil akkreditati stabbiliti skont l-Artikolu 7 u l-aħjar prattiki rigward is-sodisfazzjon tal-utent fir-rigward tas-siti tal-internet tat-tqabbil;

(c)  l-għadd ta' kontijiet tal-ħlas li ġew mibdula, iż-żmien medju li jittieħed biex jitlesta l-proċess tal-bdil, it-tariffa medja totali miżmuma għall-bdil, in-numru ta' rifjuti ta' bdil, l-iżjed problemi komuni li jiltaqgħu magħhom il-konsumaturi matul il-proċess tal-bdil;

(d)  l-għadd ta' kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi miftuħa, it-tul ta' żmien li dawn il-kontijiet jinżammu miftuħa, l-għadd ta' rifjuti u ta' għeluq tal-kont u r-raġunijiet għalihom u l-imposti assoċjati;

(da)  il-miżuri meħuda biex jgħinu lill-membri vulnerabbli tas-soċjetà fir-rigward ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw il-baġitjar u d-dejn eċċessiv.

2.  Il-Kummissjoni tipprovdi rapport annwali abbażi tal-informazzjoni li tirċievi mill-Istati Membri.

Artikolu 27

Klawżola ta' rieżami

1.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sa ... [ erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva flimkien ma' proposta, jekk ikun xieraq.

Ir-rapport jinkludi:

(a)  lista tal-proċeduri kollha ta' ksur imressqa mill-Kummissjoni minħabba l-implimentazzjoni ħażina jew mhux kompluta ta' din id-Direttiva;

(b)  valutazzjoni tal-impatt ta' din id-Direttiva fuq l-armonizzazzjoni u l-integrazzjoni tal-attivitajiet bankarji bl-imnut fl-Unjoni u fuq il-kompetizzjoni u l-livelli medji tat-tariffi fl-Istati Membri;

(c)  strateġiji sabiex madwar l-Unjoni tiżdied it-trasparenza u l-komparabbiltà fil-kwalità għall-forniment ta' servizzi tal-ħlas inkluża t-trasparenza fil-mudelli tan-negozju u fl-istrateġiji tal-investiment u r-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji;

(d)  valutazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-implimentazzjoni tal-portabbiltà sħiħa fl-Unjoni kollha tan-numri tal-kontijiet tal-ħlas inkluż pjan direzzjonali b' passi konkreti meħtieġa għal din l-implimentazzjoni;

(e)  valutazzjoni tal-karatteristiċi tal-konsumaturi li jkunu fetħu kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi sa mit-traspożizzjoni tad-Direttiva;

(f)  eżempji tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri sabiex titnaqqas l-esklużjoni tal-konsumaturi mill-aċċess għas-servizzi tal-ħlas;

(g)  valutazzjoni tal-imposti fuq il-kontijiet tal-ħlas bażiċi, billi jitqiesu l-kriterji elenkati fl-Artikolu 17(3);

(h)  valutazzjoni tal-għażliet biex jiġi stabbilit limitu massimu fl-Unjoni kollha għat-tariffi annwali totali relatati mal-ftuħ u l-użu ta' kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi u modi ta' kif jiġi adattat dan il-limitu għaċ-ċirkostanzi nazzjonali;

(i)  valutazzjoni tal-impatt tal-forniment ta' kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi fuq is-suq għal kontijiet tal-ħlas oħra li joffru servizzi simili.

2.  Ir-reviżjoni tivvaluta, fuq il-bażi wkoll tal-informazzjoni riċevuta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 26, jekk għandhiex temenda u taġġorna l-lista ta' servizzi li huma parti minn kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi, wara li tikkunsidra l-evoluzzjoni tal-mezzi tal-ħlas u t-teknoloġija.

3.  Ir-reviżjoni tivvaluta wkoll jekk ▌il-miżuri addizzjonali flimkien ma' dawk adottati skont l-Artikoli 7 u 8 fir-rigward ta' siti tal-internet tat-tqabbil u offerti f'pakkett humiex meħtieġa.

Artikolu 28

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri jadottaw u jippubblikaw, sa ... [ sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta d-dokumenti li jakkumpanjaw in-notifika tat-traspożizzjoni tal-miżuri pprovduti mill-Istati Membri ma jkunux suffiċjenti għal valutazzjoni sħiħa tal-konformità ta' dawk il-miżuri ma' ċerti dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista', fuq talba tal-ABE u bil-ħsieb li twettaq il-kompiti tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010, jew fuq inizjattiva tagħha stess, teżiġi li l-Istati Membri jipprovdu aktar informazzjoni dettaljata dwar it-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva u l-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri.

2.  Huma japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri japplikaw il-Kapitolu III minn ... [ 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] fir-rigward tas-servizzi tal-bdil bejn fornituri tas-servizzi tal-ħlas li jinsabu fl-istess Stat Membru u, għal kontijiet tal-ħlas denominati f'euro, bejn fornituri tas-servizzi tal-ħlas li jinsabu fl-Unjoni fir-rigward ta' servizzi tal-ħlas denominati f'euro.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu u sakemm il-Kummissjoni ma tiddeċidix mod ieħor permezz ta' abbozz ta' valutazzjoni tal-impatt regolatorju, l-Istati Membri japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III minn … [ 48 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] fir-rigward ta' servizz ta' bdil bejn fornituri tas-servizzi tal-ħlas li jinsabu fl-Unjoni għal kontijiet tal-ħlas denominati f'munita li mhijiex l-euro.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri japplikaw l-Artikolu 4(1) sa (6), l-Artikolu 5(1) u (2) u l-Artikolu 6(1) u (2) fi żmien 18-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tal-lista msemmija fl-Artikolu 3(5).

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri li, sal-1 ta' Jannar 2014, ikollhom sistema leġiżlattiva nazzjonali li tiggarantixxi access għal kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi lil konsumaturi residenti legalment fit-territorju tagħhom, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV minn … [ 48 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

3.  Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.

4.  L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 29

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu  30

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri b'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi [...],

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) Il-każ kien riferut lura lill-kumitat responsabbli biex jerġà jiġi kkunsidrat skont it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 57(2) (A7-0398/2013).
(2) Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
(3) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-ĠU.
(4) ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1.
(5) Testi adottati, P7_TA(2012)0293.
(6) ĠU L 190 ,21.7.2011, p. 87.
(7) ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22.
(8) Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni ta' l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).
(9) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(10) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).


L-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta ***I
PDF 662kWORD 304k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-ippjanar spazjali marittimu u għall-ġestjoni integrata tal-kosta (COM(2013)0133 – C7-0065/2013 – 2013/0074(COD))(1)
P7_TA(2013)0588A7-0379/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Kunsiderazzjoni 1a (ġdida)
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/631/UE tat-13 ta’ Settembru 2010 rigward il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll dwar il-Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali fil-Mediterran għall-Konvenzjoni għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran1;
__________________
1 ĠU L 279, 23.10.2010, p. 1.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 1
(1)  Id-domanda għolja u li qed tiżdied b'rata mgħaġġla għall-ispazju marittimu għal skopijiet differenti, bħall-impjanti tal-enerġija rinnovabbli, it-tbaħħir marittimu u l-attivitajiet tas-sajd, il-konservazzjoni tal-ekosistema u t-turiżmu u l-impjanti tal-akkwakultura, kif ukoll pressjonijiet multipli fuq ir-riżorsi kostali jeħtieġu approċċ ta' ppjanar u ġestjoni integrati.
(1)  Id-domanda għolja u li qed tiżdied b’rata mgħaġġla għall-ispazju marittimu għal skopijiet differenti, bħall-impjanti tal-enerġija rinnovabbli, l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni taż-żejt u l-gass, it-tbaħħir marittimu u l-attivitajiet tas-sajd, il-konservazzjoni tal-ekosistema u l-bijodiversità, l-estrazzjoni tal-materja prima, it-turiżmu u l-impjanti tal-akkwakultura, kif ukoll pressjonijiet multipli fuq ir-riżorsi kostali jeħtieġu approċċ ta’ ppjanar u ġestjoni integrati.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 2
(2)   Fil-Politika Marittima Integrata ġie żviluppat approċċ bħal dan għall-Unjoni Ewropea għall-ġestjoni tal-oċeani inkluża, bħala l-pilastru ambjentali tagħha, id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin. L-għan tal-Politika Marittima Integrata huwa li tappoġġa l-iżvilupp sostenibbli tal-ibħra u l-oċeani u li tiżviluppa teħid tad-deċiżjonijiet ikkoordinat, koerenti u trasparenti fir-rigward tal-politiki settorjali tal-Unjoni li jaffettwaw l-oċeani, l-ibħra, il-gżejjer, ir-reġjuni kostali u l-aktar imbiegħda u s-setturi marittimi, inkluż permezz ta’ strateġiji dwar il-baċir tal-baħar jew l-istrateġiji makroreġjonali.
(2)   Fil-Politika Marittima Integrata ġie żviluppat approċċ bħal dan għall-Unjoni Ewropea għall-ġestjoni tal-oċeani u l-governanza marittima inkluża, bħala l-pilastru ambjentali tagħha, id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin. L-għan tal-Politika Marittima Integrata huwa li tappoġġa l-iżvilupp sostenibbli tal-ibħra u l-oċeani u li tiżviluppa teħid tad-deċiżjonijiet ikkoordinat, koerenti u trasparenti fir-rigward tal-politiki settorjali tal-Unjoni li jaffettwaw l-oċeani, l-ibħra, il-gżejjer, ir-reġjuni kostali u l-aktar imbiegħda u s-setturi marittimi, inkluż permezz ta’ strateġiji dwar il-baċir tal-baħar jew l-istrateġiji makroreġjonali.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 3
(3)  Il-Politika Marittima Integrata tidentifika l-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta bħala għodod ta’ politika trasversali sabiex l-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet interessati japplikaw approċċ integrat u koordinat. L-applikazzjoni ta’ approċċ ibbażat fuq l-ekosistemi se tikkontribwixxi għall-promozzjoni tat-tkabbir sostenibbli tal-ekonomiji marittimi u kostali u l-użu sostenibbli ta' riżorsi tal-baħar u kostali.
(3)  Il-Politika Marittima Integrata tidentifika l-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta bħala għodod ta’ politika trasversali sabiex l-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet interessati japplikaw approċċ integrat, koordinat u transkonfinali. L-applikazzjoni ta’ approċċ ibbażat fuq l-ekosistemi se tikkontribwixxi għall-promozzjoni tat-tkabbir sostenibbli tal-ekonomiji marittimi u kostali u l-użu sostenibbli ta' riżorsi tal-baħar u kostali.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 5
(5)   Fil-Komunikazzjoni riċenti tagħha dwar it-Tkabbir Blu, Opportunitajiet għal Tkabbir Sostenibbli fis-Settur tal-Baħar u dak Marittimu, il-Kummissjoni identifikat għadd ta’ inizjattivi li għaddejjin bħalissa tal-UE li huma maħsuba biex jimplimentaw l-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. Il-Komunikazzjoni identifikat ukoll għadd ta' attivitajiet fis-settur li l-inizjattivi għat-tkabbir blu għandu jiffoka fuqhom fil-futur u li għandhom ikunu appoġġati adegwatament minn pjanijiet spazjali marittimi u strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta.
(5)   Fil-Komunikazzjoni riċenti tagħha dwar l-Opportunitajiet tat-Tkabbir Blu għal Tkabbir Sostenibbli fis-Settur tal-Baħar u dak Marittimu, il-Kummissjoni identifikat għadd ta’ inizjattivi li għaddejjin bħalissa tal-UE li huma maħsuba biex jimplimentaw l-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. Il-Komunikazzjoni identifikat ukoll għadd ta' attivitajiet fis-settur li l-inizjattivi għat-tkabbir blu għandu jiffoka fuqhom fil-futur u li għandhom ikunu appoġġati adegwatament minn pjanijiet spazjali marittimi u strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta. L-appoġġ ċar tal-Istati Membri għal dawn l-oqsma strateġiċi identifikati għandu jippermetti li jingħataw ċertezza legali u prevedibbiltà għall-investimenti tal-atturi pubbliċi u privati, li jkollhom effett ta' lieva fuq il-politiki settorjali kollha relatati mal-ispazju marittimu u kostali.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 7
(7)  Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS) tiddikjara fil-preambolu tagħha li l-kwistjonijiet relatati mal-użu tal-ispazju oċeaniku huma marbuta mill-qrib ma' xulxin u jeħtieġ li jitqiesu bħala entità sħiħa. L-ippjanar tal-ispazju oċeaniku huwa l-azzjoni ta' avvanz u l-istrutturar loġiċi tal-użu tad-drittijiet mogħtija skont l-UNCLOS u għodda prattika fl-assistenza lill-Istati Membri biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom.
(7)  Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS) tiddikjara fil-preambolu tagħha li l-kwistjonijiet relatati mal-użu tal-ispazju oċeaniku huma marbuta mill-qrib ma' xulxin u jeħtieġ li jitqiesu bħala entità sħiħa. L-ippjanar tal-ispazju oċeaniku huwa l-azzjoni ta' avvanz u l-istrutturar loġiċi tal-użu tad-drittijiet mogħtija skont l-UNCLOS u għodda prattika fl-assistenza lill-Istati Membri u l-awtoritajiet subnazzjonali kompetenti biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 10
(10)   Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u ċ-ċarezza legali, il-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku għall-ippjanar spazjali marittimu u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta għandhom jiġu definiti f’konformità mal-istrumenti leġiżlattivi eżistenti tal-Unjoni u l-liġi marittima internazzjonali.
(10)   Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u ċ-ċarezza legali, il-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku għall-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta għandhom jiġu definiti f’konformità mal-istrumenti leġiżlattivi eżistenti tal-Unjoni u l-liġi marittima internazzjonali, b'mod partikolari UNCLOS.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 12
(12)   Filwaqt li huwa xieraq li l-Unjoni tistabbilixxi regoli dwar pjanijiet spazjali marittimi u strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta, l-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jibqgħu responsabbli għat-tfassil u d-determinazzjoni, fi ħdan l-ilmijiet tal-ibħra u ż-żoni kostali tagħhom, tal-kontenut ta' dawn il-pjanijiet u l-istrateġiji, inkluż it-tqassim tal-ispazju marittimu għall-attivitajiet tas-setturi differenti.
(12)   Filwaqt li huwa xieraq li l-Unjoni tistabbilixxi qafas trasparenti u koerenti dwar pjanijiet spazjali marittimi u strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta, l-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jibqgħu responsabbli għat-tfassil u d-determinazzjoni, fi ħdan l-ilmijiet tal-ibħra u ż-żoni kostali tagħhom, tal-kontenut ta dawn il-pjanijiet u l-istrateġiji, inkluż it-tqassim tal-ispazju marittimu għall-attivitajiet tas-setturi u l-użu marittimu differenti.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 13
(13)   Sabiex jirrispettaw il-proporzjonalità u s-sussidjarjetà, kif ukoll biex ikun minimizzat il-piż amministrattiv addizzjonali, it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom kemm jista' jkun jibnu fuq regoli u mekkaniżmi nazzjonali eżistenti. L-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta għandhom jibnu fuq il-prinċipji u l-elementi stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2002/413/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/631/UE.
(13)   Sabiex jirrispettaw il-proporzjonalità u s-sussidjarjetà, kif ukoll biex ikunu minimizzati l-piżijiet amministrattivi addizzjonali, it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta din id-Direttiva għandhom kemm jista jkun jibnu fuq regoli u mekkaniżmi nazzjonali eżistenti u fuq dawk tal-Konvenzjoni dwar Ibħra Reġjonali. L-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta għandhom jibnu fuq il-prinċipji u l-elementi stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2002/413/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2002 rigward l-implimentazzjoni tal-Ġestjoni Integrata taż-Żona tal-Kosta fl-Ewropa18a u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/631/UE.
______________
18a ĠU L 148, 6.6.2002, p. 24.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 15
(15)   L-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta għandhom japplikaw l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistemi kif imsemmi fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2008/56/KE sabiex jiżguraw li l-pressjoni kollettiva tal-attivitajiet kollha tinżamm fi ħdan livelli kompatibbli mal-ksib ta’ status ambjentali tajjeb u li ma tkunx kompromessa l-kapaċità tal-ekosistemi tal-baħar li jirreaġixxu għall-bidliet ikkawżati mill-bniedem, filwaqt li jippermettu l-użu sostenibbli ta' oġġetti u servizzi tal-baħar mill-ġenerazzjonijiet ta’ issa u tal-ġejjieni.
(15)   L-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta għandhom japplikaw l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistemi kif imsemmi fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2008/56/KE, billi jikkunsidraw il-prinċipju tas-sussidjarjetà u jqisu l-prinċipju ta' prekawzjoni u l-prinċipju li azzjoni preventiva għandha tittieħed, kif stabbilit fl-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sabiex jiżguraw li l-pressjoni kollettiva tal-attivitajiet marittimi u kostali kollha tinżamm fi ħdan livelli kompatibbli mal-ksib ta’ status ambjentali tajjeb u mal-konservazzjoni ta' riżorsi naturali, u li ma tkunx kompromessa l-kapaċità tal-ekosistemi tal-baħar li jirreaġixxu għall-bidliet ikkawżati mill-bniedem, filwaqt li jippermettu l-użu sostenibbli ta oġġetti u servizzi tal-baħar mill-ġenerazzjonijiet ta’ issa u tal-ġejjieni.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 16
(16)   L-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta se jikkontribwixxu, fost oħrajn, sabiex jintlaħqu l-għanijiet tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli19, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd20, id-Deċiżjoni Nru 884/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE dwar il-linji gwida Komunitarji sabiex jiġi żviluppat netwerk trans-Ewropew tat-trasport21, id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin, l-Istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-202022, il-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi23, l-Istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima24 kif ukoll, fejn hu xieraq, dawk dwar il-Politika Reġjonali tal-UE, inkluż il-baċir tal-baħar u l-istrateġiji makroreġjonali.
(16)   L-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta se jikkontribwixxu, fost oħrajn, sabiex jintlaħqu l-għanijiet tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli19, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd20, id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi20a, id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa20b, id-Deċiżjoni Nru 884/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE dwar il-linji gwida Komunitarji għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport21, id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin, l-Istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-202022, il-Pjan Direzzjonali għal Ewropa bUżu Effiċjenti tar-Riżorsi23, l-Istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima24 u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2009)0008 bit-titolu “L-iskopijiet strateġiċi u r-rakkomandazzjonijiet għall-politika tat-trasport marittimu tal-UE sal-2018”, kif ukoll, fejn hu xieraq, dawk dwar il-Politika Reġjonali tal-UE, inkluż il-baċir tal-baħar u l-istrateġiji makroreġjonali.
_______________
_________________
19 ĠU C 140, 5.6.2009, pp. 16-62.
19 ĠU C 140, 5.6.2009, p. 16.
20 ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59-80.
20 ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
20a ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7.
20b ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.
21 ĠU C 167, 30.04.2004, p. 1.
21 ĠU L 167, 30.4.2004, p. 1.
22 COM(2011)0244 finali.
22 COM(2011)0244 finali.
23 COM(2011)0571 finali.
23 COM(2011)0571 finali.
24 COM(2013)XXXX.
24 COM(2013)XXXX.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 17
(17)   L-attivitajiet marittimi u dawk kostali huma spiss interrelatati mill-qrib. Dan jirrikjedi pjanijiet spazjali marittimi u strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta li jkunu koordinati jew integrati sabiex jiggarantixxu l-użu sostenibbli tal-ispazju marittimu u l-ġestjoni taż-żoni kostali filwaqt li jitqiesu l-fatturi soċjali, ekonomiċi u ambjentali.
(17)   L-attivitajiet marittimi u dawk kostali huma spiss interrelatati u interdipendenti mill-qrib. Dan jirrikjedi pjanijiet spazjali marittimi u strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta li jkunu koordinati, marbutin flimkien jew integrati sabiex jiggarantixxu l-użu sostenibbli tal-ispazju marittimu u l-ġestjoni taż-żoni kostali filwaqt li jitqiesu l-fatturi soċjali, ekonomiċi u ambjentali u l-objettivi.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 18
(18)   Sabiex jinkisbu l-għanijiet ta' din id-Direttiva, il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta għandhom ikopru ċ-ċiklu sħiħ tal-identifikazzjoni tal-problema, il-ġbir ta' informazzjoni, l-ippjanar, it-teħid ta' deċiżjonijiet, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u jkunu bbażati fuq l-aqwa għarfien xjentifiku disponibbli. Għandu jsir l-aqwa użu tal-mekkaniżmi stabbiliti f'leġiżlazzjoni eżistenti jew futura, inkluża d-Deċiżjoni 2010/477/UE dwar kriterji u standards metodoloġiċi għal status ambjentali tajjeb ta’ ilmijiet tal-ibħra jew l-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar l-Għarfien dwar il-Baħar 202025.
(18)   Sabiex jinkisbu l-għanijiet ta' din id-Direttiva, il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta għandhom ikopru ċ-ċiklu sħiħ tal-identifikazzjoni tal-problema, il-ġbir ta' informazzjoni, l-ippjanar, it-teħid ta' deċiżjonijiet, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni, ir-reviżjoni jew l- aġġornar, u għandhom ikunu bbażati fuq l-aqwa għarfien xjentifiku disponibbli u l-aktar riċenti. Għandu jsir l-aqwa użu tal-mekkaniżmi stabbiliti f'leġiżlazzjoni eżistenti jew futura, inkluża d-Deċiżjoni 2010/477/UE dwar kriterji u standards metodoloġiċi għal status ambjentali tajjeb ta’ ilmijiet tal-ibħra jew l-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar l-Għarfien dwar il-Baħar 202025.
____________
_______________
25 COM(2010)0461 finali.
25 COM(2010)0461 finali.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 19
(19)   L-iskop ewlieni tal-ippjanar spazjali marittimu huwa li jiġu identifikati u mmaniġġjati l-użi u l-kunflitti spazjali fiż-żoni marittimi. Sabiex jintlaħaq dak l-iskop, jeħtieġ li tal-inqas l-Istati Membri jiżguraw li l-proċess jew il-proċessi tal-ippjanar jirriżultaw f’mappa komprensiva li tidentifika l-użi differenti tal-ispazju marittimu, filwaqt li jitqiesu l-bidliet fit-tul minħabba t-tibdil fil-klima.
(19)   L-iskopijiet ewlenin tal-ippjanar spazjali marittimu huma li jiġu identifikati u mmaniġġjati l-użi spazjali, ikunu mminimizzati l-kunflitti transsettorjali fiż-żoni marittimi u jissaħħaħ it-tkabbir sostenibbli fis-settur marittimu. Sabiex jintlaħqu dawk l-iskopijiet, jeħtieġ li tal-inqas l-Istati Membri jiżguraw li l-proċess jew il-proċessi tal-ippjanar jirriżultaw f’mappa komprensiva li tidentifika l-użi differenti tal-ispazju marittimu, filwaqt li jitqiesu l-bidliet fit-tul minħabba t-tibdil fil-klima.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 20
(20)   L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw u jikkoordinaw il-pjanijiet u l-istrateġiji tagħhom mal-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz rilevanti fir-reġjun jew is-subreġjun tal-baħar jew iż-żona kostali kkonċernata skont id-drittijiet u l-obbligi ta' dawn l-Istati Membri u pajjiżi terzi taħt il-liġi Ewropea u dik internazzjonali. Il-kooperazzjoni transkonfinali effikaċi bejn l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi ġirien teħtieġ l-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti f'kull Stat Membru. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kooperazzjoni ma' Stati Membri oħra jew pajjiżi terzi. Minħabba d-differenzi bejn diversi reġjuni jew subreġjuni tal-baħar u ż-żoni kostali, mhuwiex xieraq li f'din id-Direttiva jiġi preskritt fid-dettall kif għandhom ikunu dawn il-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni.
(20)   L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw u, kemm jista’ jkun, jikkoordinaw il-pjanijiet u l-istrateġiji tagħhom mal-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz rilevanti fir-reġjun jew is-subreġjun tal-baħar jew iż-żona kostali kkonċernata skont id-drittijiet u l-obbligi ta dawn l-Istati Membri u pajjiżi terzi taħt il-liġi Ewropea u dik internazzjonali. Il-kooperazzjoni transkonfinali effikaċi bejn l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi ġirien teħtieġ l-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti f'kull Stat Membru. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kooperazzjoni ma Stati Membri oħra jew pajjiżi terzi. Minħabba d-differenzi bejn diversi reġjuni jew subreġjuni tal-baħar u ż-żoni kostali, mhuwiex xieraq li f'din id-Direttiva jiġi preskritt fid-dettall kif għandhom ikunu dawn il-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 21a (ġdida)
(21a)  Għall-iskopijiet tal-aġġustament taż-żoni kostali għat-tibdil fil-klima, u għall-ġlieda kontra l-fenomeni tal-erożjoni u tal-avvanz eċċessiv tal-kosti, għar-riskji ta' ingress tal-baħar, għad-deterjorament tal-istatus ekoloġiku u għat-telf tal-bijodiversità tal-ekosistemi tal-kosti, huwa ta' importanza estrema li l-ġestjoni tas-sediment kostali ssir b'mod sostenibbli u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, bil-għan li tibbilanċja żoni problematiċi oħra li huma esposti għal riskju akbar. Id-depożiti tas-sedimenti taħt il-baħar li qegħdin fuq il-blata kontinentali jistgħu jintużaw f'każijiet fejn ikun hemm nuqqas ta' sedimenti fis-sistema kostali.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 22
(22)   Il-ġestjoni ta’ żoni marittimi u kostali hija kumplessa u tinvolvi livelli differenti ta' awtoritajiet, operaturi ekonomiċi u partijiet interessati oħra. Sabiex ikun garantit l-iżvilupp sostenibbli b'mod effettiv, huwa essenzjali li l-partijiet interessati, l-awtoritajiet u l-pubbliku jiġu kkonsultati fi stadju adattat fit-tħejjija ta’ pjanijiet spazjali marittimi u strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta skont din id-Direttiva, f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE. Eżempju tajjeb għad-dispożizzjonijiet dwar il-konsultazzjoni pubblika jista' jinstab fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/35/KE.
(22)   Il-ġestjoni ta’ żoni marittimi u kostali hija kumplessa u tinvolvi livelli differenti ta' awtoritajiet, operaturi ekonomiċi u partijiet interessati oħra. Sabiex ikun garantit l-iżvilupp sostenibbli bmod effettiv, huwa essenzjali li l-partijiet interessati, l-awtoritajiet u l-pubbliku jkunu kkonsultati fi stadju adattat fit-tħejjija ta’ pjanijiet spazjali marittimi u strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta skont din id-Direttiva, fkonformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 25
(25)   Sabiex jiġi żgurat li l-istabbiliment tal-pjanijiet spazjali marittimi u tal-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta ikun ibbażat fuq dejta affidabbli u biex ikun evitat piż amministrattiv żejjed, huwa essenzjali li l-Istati Membri jiġbru l-aħjar dejta u informazzjoni disponibbli permezz tal-użu ta' strumenti u għodod eżistenti għall-ġbir tad-dejta, bħal dawk żviluppati fil-kuntest tal-inizjattiva tal-Għarfien dwar il-Baħar 2020.
(25)   Sabiex jiġi żgurat li l-istabbiliment tal-pjanijiet spazjali marittimi u tal-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta ikun ibbażat fuq dejta affidabbli u biex ikun evitat piż amministrattiv żejjed, huwa essenzjali li l-Istati Membri jiġbru u jużaw l-aħjar dejta u informazzjoni disponibbli billi jħeġġu lill-partijiet interessati rilevanti jaqsmu d-dejta u l-informazzjoni tagħhom u permezz tal-użu ta strumenti u għodod eżistenti għall-ġbir tad-dejta, bħal dawk żviluppati fil-kuntest tal-inizjattiva tal-Għarfien dwar il-Baħar 2020.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 25a (ġdida)
(25a)  Sabiex tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva b'mod mifrux u kkoordinat mal-Unjoni kollha, huwa xieraq li jiġu identifikati, fost l-istrumenti finanzjarji eżistenti, riżorsi biex jappoġġjaw il-programmi dimostrattivi u l-iskambju ta' prattiki tajba u proċessi virtużi fl-istrateġiji, il-pjanijiet u l-governanza tal-ġestjoni tal-ambjent kostali u tal-ispazju marittimu.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 28
(28)  It-traspożizzjoni f'waqtha tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva hija essenzjali peress li l-UE adottat għadd ta’ inizjattivi ta’ politika li għandhom jiġu implimentati sas-sena 2020 u li din id-Direttiva għandha l-għan li ssostni. Għalhekk għandha tiġi adottata l-iqsar data ta' skadenza possibbli għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva.
(28)  It-traspożizzjoni f’waqtha tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva hija essenzjali peress li l-UE adottat għadd ta’ inizjattivi ta’ politika li għandhom jiġu implimentati sas-sena 2020 u li din id-Direttiva għandha l-għan li ssostni u li tikkomplementa. Għalhekk għandha tiġi adottata l-iqsar data ta' skadenza possibbli għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1
1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas għall-ippjanar spazjali marittimu u għall-ġestjoni integrata tal-kosta u għandha l-għan li tippromwovi t-tkabbir sostenibbli tal-ekonomiji marittimi u kostali u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u dawk kostali.
1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas għall-ippjanar spazjali marittimu li jinvolvi il-ġestjoni integrata tal-kosta u għandha l-għan li tippromwovi t-tkabbir u l-iżvilupp sostenibbli tal-ekonomiji marittimi u kostali u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u dawk kostali, billi tappoġġja b’mod partikolari l-oqsma ta’ prijorità identifikati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Settembru 2012 dwar it-Tkabbir Blu, Opportunitajiet għal Tkabbir Sostenibbli fis-Settur tal-Baħar u dak Marittimu.
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 2
2.   Fi ħdan il-Politika Marittima Integrata tal-Unjoni, dan il-qafas jipprovdi għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta' pjanijiet spazjali marittimi u ta' strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta bl-iskop li jintlaħqu l-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 5.
2.   Fi ħdan il-Politika Marittima Integrata tal-Unjoni, din id-Direttiva tipprovdi qafas għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta pjanijiet spazjali marittimi u ta strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta bl-iskop li jintlaħqu l-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 5, filwaqt illi tqis l-interazzjonijiet bejn l-art u l-baħar u l-kooperazzjoni transfruntiera mtejba fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet rispettivi tal-UNCLOS.
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1
1.  Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-ilmijiet tal-ibħra u għaż-żoni kostali.
1.  Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-ilmijiet tal-ibħra u għaż-żoni kostali kollha tal-Unjoni, f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali eżistenti.
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 2
2.   Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal attivitajiet li l-uniku għan tagħhom hu d-difiża jew is-sigurtà nazzjonali. Kull Stat Membru għandu, madankollu, ifittex li jiżgura li tali attivitajiet jitwettqu b'mod li jkun kompatibbli mal-għanijiet ta' din id-Direttiva.
2.   Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal attivitajiet li l-uniku għan tagħhom hu d-difiża jew is-sigurtà nazzjonali. L-Istati Membri għandhom, madankollu, ifittxu li jiżguraw li tali attivitajiet jitwettqu b'mod li jkun kompatibbli, safejn ikun raġonevoli u prattikabbli, mal-objettivi ta' din id-Direttiva.
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – punt 1
1.   "Żona kostali" tfisser żona ġeomorfoloġika fuq iż-żewġ naħat ta' żona ta' xatt il-baħar bil-limitu fuq in-naħa tal-baħar ikun il-limitu estern tal-ibħra territorjali tal-Istati Membri u l-limitu fuq in-naħa tal-art ikun il-limitu kif definit mill-Istati Membri fl-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta tagħhom.
1.  Żona kostali tfisser xatt il-baħar u ż-żona ġeomorfoloġika fuq iż-żewġ naħat tax-xatt il-baħar kif definit mill-Istati Membri fil-liġijiet rispettivi tagħhom, bil-limitu fuq in-naħa tal-baħar li ma jaqbiżx l-ibħra territorjali tagħhom.
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – punt 2
2.   "Politika Marittima Integrata" tfisser il-politika tal-Unjoni bl-għan li trawwem teħid tad-deċiżjonijiet koordinat u koerenti biex jiġi mmassimizzat l-iżvilupp sostenibbli, it-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni soċjali tal-Istati Membri, b'mod partikolari fir-rigward tar-reġjunijiet kostali, insulari u l-aktar imbiegħda fl-Unjoni, kif ukoll is-setturi marittimi, permezz ta' politiki koerenti relatati mas-settur marittimu u kooperazzjoni internazzjonali rilevanti.
2.  Politika Marittima Integrata tfisser il-politika tal-Unjoni li ġiet stabbilita biex trawwem governanza marittima transsettorjali u transkonfinali koordinata u koerenti biex jiġi mmassimizzat l-iżvilupp sostenibbli, it-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni soċjali tal-Istati Membri, bmod partikolari fir-rigward tar-reġjuni kostali, insulari u l-aktar imbiegħda fl-Unjoni, kif ukoll is-setturi marittimi, permezz ta politiki koerenti relatati mas-settur marittimu u kooperazzjoni internazzjonali rilevanti.
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – punt 2a (ġdid)
2a.  “Pjanijiet tal-ispazju marittimu” tfisser il-pjanjew il-pjanijiet li jirriżulta(w) minn proċess pubbliku għall-analiżi u l-ippjanar tat-tqassim spazjali u temporali tal-attivitajiet umani f’żoni marittimi biex jinkisbu l-għanijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali definiti f'din id-Direttiva, u f’konformità mal-politiki nazzjonali rilevanti, biex jiġi identifikat l-użu tal-ispazju marittimu għal użi differenti tal-baħar, u jitħeġġeġ b'mod partikolari l-użu għal diversi raġunijiet.
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – punt 2b (ġdid)
2b.  “Strateġiji tal-ġestjoni kostali integrata” tfisser il-prattiki u/jew l-istrateġiji formali u informali li jimmiraw il-ġestjoni integrata tal-proċessi kollha ta’ politika li jaffettwaw iż-żona kostali, u jindirizzaw l-interazzjonijiet bejn l-art u l-baħar tal-attivitajiet kostali b’mod koordinat bil-ħsieb li jiġi żgurat l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni kostali u tal-baħar. Dawn l-istrateġiji jiżguraw li d-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni jew ta’ żvilupp jittieħdu b’mod koerenti fis-setturi kollha sabiex jevitaw, jew tal-inqas jillimitaw, il-kunflitti dwar l-użu taż-żoni kostali.
Vot Separat
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – punt 4
3.  "Reġjun tal-baħar jew sub-reġjun’ tal-baħar" tfisser r-reġjuni u sub-reġjuni msemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/56/KE.
3.  ‘Reġjun tal-baħar’ tfisser ir-reġjuni tal-baħar imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/56/KE.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – punt 4
4.  Ilmijiet tal-ibħra tfisser l-ilmijiet, qiegħ il-baħar u s-subsoil kif definiti fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/56/KE.
4.  Ilmijiet tal-ibħra tfisser l-ilmijiet, qiegħ il-baħar u s-subsoil tan-naħa tal-baħar tal-linja bażi minn fejn il-medda tal-ilmijiet territorjali hija mkejla, li testendi sat-tarf nett taż-żona fejn Stat Membru jkollu u/jew jeżerċita drittijiet ta’ ġurisdizzjoni, skont l-UNCLOS, bl-eċċezzjoni ta’ ilmijiet li jmissu mal-pajjiżi u t-territorji msemmija fl-Anness II għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u d-Dipartimenti u l-Kollettivitajiet Esteri Franċiżi.
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – punt 7
7.   "Stat ambjentali tajjeb" tfisser l-istatus ambjentali msemmi fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2008/56/KE.
7.  Stat ambjentali tajjeb tfisser l-istatus ambjentali msemmi fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2008/56/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/477/UE.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1
1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u jimplimenta pjan jew pjanijiet spazjali marittimu/i u strateġija jew strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta. Dawn jistgħu jkunu ppreparati f’dokumenti separati.
1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u jimplimenta l-ippjanar spazjali marittimu. Fejn Stat Membru ma jintegrax l-interazzjonijiet bejn l-art u l-baħar fil-pjan spazjali marittimu, dawk l-interazzjonijiet għandhom jiġu indirizzati permezz ta' ġestjoni kostali integrata. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk isegwux approċċ integrat jew jistabbilixxux pjanijiet spazjali marittimi u strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta b’mod separat.
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  L-Istati Membri jew l-awtoritajiet reġjonali jew lokali kompetenti għandhom jibqgħu responsabbli għat-tfassil u d-determinazzjoni tal-kontenut ta’ dawn il-pjanijiet u l-istrateġiji, inkluż it-tqassim tal-ispazju marittimu għall-attivitajiet tas-setturi differenti u l-użi marittimi u tal-baħar.
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 3
3.   Meta jistabbilixxu pjanijiet spazjali marittimi u strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta, l-Istati Membri għandhom iqisu b’mod xieraq il-partikolaritajiet tar-reġjuni u s-subreġjuni, l-attivitajiet tas-settur rispettiv, l-ilmijiet tal-baħar u ż-żoni kostali kkonċernati u l-impatti potenzjali tat-tibdil fil-klima.
3.   Meta jistabbilixxu pjanijiet spazjali marittimi u strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta, l-Istati Membri għandhom iqisu b’mod xieraq il-partikolaritajiet u l-bżonnijiet tar-reġjuni tal-baħar u kostali u s-subreġjuni, u l-opportunitajiet ippreżentati minnhom, l-attivitajiet tas-settur rispettiv eżistenti u futuri, l-ilmijiet tal-baħar u ż-żoni kostali kkonċernati u l-impatti tat-tibdil fil-klima.
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  B’mod partikolari, fil-każ tar-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni, l-Artikolu 349 tat-TFUE għandu jiġi rispettat filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċjali u r-restrizzjonijiet ta’ dawn ir-reġjuni.
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 5
Il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta għandhom japplikaw approċċ ibbażat fuq l-ekosistema biex jiffaċilitaw il-koeżistenza u jevitaw il-kunflitti bejn attivitajiet ta' setturi li jikkompetu bejniethom fl-ilmijiet tal-ibħra u ż-żoni kostali, u għandhom l-għan li jikkontribwixxu biex:
1.  Il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji tal-ġestjoni kostali integrata għandhom japplikaw l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema filwaqt li jiġu kkunsidrati kriterji ekonomiċi, soċjali u ambjentali fl-istess livell biex jappoġġjaw l-iżvilupp u t-tkabbir sostenibbli fis-settur marittimu. Huma għandhom iħeġġu l-koeżistenza tal-attivitajiet tas-settur relevanti b'mod kompatibbli, jimminimizzaw il-kunflitti bejn dawk l-attivitajiet fl-ilmijiet tal-baħar u ż-żoni kostali, u jħeġġu l-kooperazzjoni transkonfinali u l-użu multiplu tal-istess spazju marittimu minn setturi differenti.
2.  Il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni kostali integrata għandu jkollhom l-għan li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Unjoni li ġejjin:
(a)   jiżguraw il-provvista tal-enerġija tal-Unjoni billi jippromwovu l-iżvilupp ta' sorsi tal-enerġja tal-baħar, l-iżvilupp ta' forom ġodda u rinnovabbli tal-enerġija, l-interkonnessjoni ta' netwerks tal-enerġija, u l-effiċjenza enerġetika;
(a)   jiżguraw il-provvista tal-enerġija tal-Unjoni billi jippromwovu l-iżvilupp ta' sorsi tal-enerġja tal-baħar, l-iżvilupp ta' forom ġodda u rinnovabbli tal-enerġija, l-interkonnessjoni ta' netwerks tal-enerġija, u l-effiċjenza enerġetika;
(b)   jippromwovu l-iżvilupp tat-trasport marittimu u jipprovdu rotot ta' tbaħħir effiċjenti u kosteffikaċi mal-Ewropa kollha, inkluż l-aċċessibbiltà għall-port u s-sikurezza tat-trasport;
(b)   jippromwovu l-iżvilupp tat-trasport marittimu mal-Ewropa kollha, inkluż l-aċċessibbiltà tal-portijiet, is-sikurezza tat-trasport, il-konnessjonijiet multimodali u s-sostenibilità;
(c)   irawmu l-iżvilupp sostenibbli u t-tkabbir tas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, inkluż l-impjiegi fis-settur tas-sajd u s-setturi konnessi;
(c)   irawmu l-iżvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd u t-tkabbir sostenibbli tas-settur tal-akkwakultura, inkluż l-impjiegi fis-settur tas-sajd u s-setturi konnessi;
(d)   jiżguraw il-preżervazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-ambjent kif ukoll l-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali, sabiex jintlaħaq status ambjentali tajjeb, jitwaqqaf it-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tas-servizzi tal-ekosistemi u jitnaqqsu r-riskji tat-tniġġis tal-baħar;
(d)   jiżguraw il-preżervazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-ambjent permezz ta' netwerk rappreżentattiv u koerenti taż-żoni protetti kif ukoll l-użu prudenti, prekawzjonarju u razzjonali tar-riżorsi naturali, sabiex jintlaħaq status ambjentali tajjeb, jitwaqqaf it-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tas-servizzi tal-ekosistemi u jitnaqqsu u jiġu evitati r-riskji tat-tniġġis tal-baħar u taż-żoni kostali;
(e)   jiżguraw żoni kostali u tal-baħar li jifilħu jirreżistu għall-klima.
(e)   jiżguraw li żoni kostali u tal-baħar ikunu iktar reżiljenti għall-impatti tat-tibdil fil-klima sabiex jiġu protetti żoni kostali vulnerabbli.
3.  Il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni kostali integrata jista' jkollhom l-għan li jikkontribwixxu għal aktar objettivi nazzjonali bħal:
(a)  il-promozzjoni tal-estrazzjoni ta’ materja prima sostenibbli;
(b)  il-promozzjoni tat-turiżmu sostenibbli;
(c)  l-iżgurar tal-preżervazzjoni u l-protezzjoni tal-wirt kulturali;
(d)  il-garanzija tal-użu rekreattiv u oħrajn għall-pubbliku;
(e)  il-preservazzjoni tal-karatteristiċi ekonomiċi u soċjali tradizzjonali tal-ekonomija marittima.
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 1
1.   Il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta għandhom jistabbilixxu passi operattivi sabiex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 5 filwaqt li jqisu l-attivitajiet kollha rilevanti u l-miżuri applikabbli għalihom.
1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi passi proċedurali sabiex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 5, filwaqt li jqisu l-attivitajiet rilevanti, l-użu u l-miżuri applikabbli għalihom.
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b
(b)   jiżguraw kooperazzjoni transkonfinali effettiva bejn l-Istati Membri, u bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-partijiet interessati tas-setturi ta' politika rilevanti;
(b)   jiżguraw parteċipazzjoni effettiva tal-partijiet interessati tas-setturi ta politika rilevanti skont l-Artikolu 9;
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba)  jiżguraw kooperazzjoni transkonfinali effettiva bejn l-Istati Membri skont l-Artikolu 12;
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt c
(c)   jidentifikaw l-effetti transkonfinali tal-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta fuq l-ilmijiet tal-ibħra u ż-żoni kostali taħt is-sovranità u/jew il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiżi terzi fl-istess reġjun jew subreġjun tal-baħar u jittrattawhom b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta' dawn il-pajjiżi skont l-Artikoli 12 u 13.
(c)   jidentifikaw l-effetti transkonfinali tal-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta fuq l-ilmijiet tal-ibħra u ż-żoni kostali taħt is-sovranità u/jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi fl-istess reġjun jew subreġjun tal-baħar u jittrattawhom bkooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta dawk il-pajjiżi skont l-Artikolu 13.
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca)  minn naħa waħda, jkunu bbażati fuq l-aqwa dejta disponibbli u, min-naħa l-oħra, jiżguraw il-flessibbiltà meħtieġa biex jitqiesu l-iżviluppi futuri;
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 1
1.  Il-pjanijiet spazjali marittimi għandu jkun fihom tal-anqas immappjar tal-ilmijiet tal-baħar li jidentifikaw id-distribuzzjoni spazjali u temporali attwali u potenzjali tal-attivitajiet marittimi kollha rilevanti sabiex jinkisbu l-għanijiet kif stipulat fl-Artikolu 5.
1.  Il-pjanijiet spazjali marittimi għandu jkun fihom tal-anqas immappjar tal-ilmijiet tal-baħar li jidentifikaw id-distribuzzjoni spazjali u temporali attwali, intenzjonata u potenzjali tal-użi u tal-attivitajiet marittimi kollha rilevanti u l-komponenti tal-ekosistemi importanti sabiex jinkisbu l-għanijiet kif stipulat fl-Artikolu 5.
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.   Meta jkunu qed jistabbilixxu l-pjanijiet spazjali marittimi l-Istati Membri għandhom iqisu, tal-anqas, l-attivitajiet li ġejjin:
2.   Meta jkunu qed jistabbilixxu l-pjanijiet spazjali marittimi l-Istati Membri għandhom iqisu, fost oħrajn, l-użi u l-attivitajiet li ġejjin:
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a sa g
(a)   l-impjanti għall-estrazzjoni tal-enerġija u l-produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli;
(a)   l-impjanti għall-estrazzjoni tal-enerġija u l-produzzjoni ta enerġija rinnovabbli u l-konsenja sal-art;
(b)   is-siti u l-infrastrutturi tal-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass;
(b)   is-siti u l-infrastrutturi tal-esplorazzjoni u tal-estrazzjoni taż-żejt, tal-gass u ta’ materja prima oħra;
(c)   ir-rotot tat-trasport marittimu;
(c)   ir-rotot tat-trasport marittimu;
(d)   il-kejbil ta' taħt il-baħar u r-rotot tal-pipeline;
(d)   il-kejbil ta' taħt il-baħar u r-rotot tal-pipeline;
(e)   iż-żoni tas-sajd;
(e)   iż-żoni tas-sajd eżistenti u potenzjali;
(f)   is-siti ta' trobbija fuq il-baħar;
(f)   iż-żoni tal-marikultura;
(g)   is-siti ta' konservazzjoni tan-natura.
(g)   is-siti tal-protezzjoni u tal-konservazzjoni tan-natura u tal-ispeċijiet, żoni tan-Natura 2000, ekosistemi tal-baħar sensittivi oħrajn u ż-żoni tal-madwar, bi qbil mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u dik nazzjonali;
(h)  it-turiżmu tal-baħar u kostali;
(i)  is-siti ta’ protezzjoni ta’ wirt kulturali;
(j)  iż-żoni tat-taħriġ militari.
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 1
1.   L-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta għandu jkun fihom tal-anqas, inventarju tal-miżuri eżistenti applikati f'żoni kostali u analiżi tal-ħtieġa għal azzjonijiet addizzjonali sabiex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 5. L-istrateġiji għandhom jipprovdu għal-implimentazzjoni ta' politika integrata u transsettorjali u jikkunsidraw l-interazzjonijiet bejn l-attivitajiet terrestri u marittimi.
1.   Meta tkun qed tiġi stabbilita l-ġestjoni integrata tal-kosta, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk jużawx sett ta' prattiki jew strateġija waħda jew aktar. Huma għandhom jidentifikaw miżuri eżistenti applikati fżoni kostali u jagħmlu analiżi tal-ħtieġa għal azzjonijiet addizzjonali sabiex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 5. Il-ġestjoni integrata tal-kosta għandha ssaħħaħ l-implimentazzjoni ta’ politika integrata u transsettorjali u tikkunsidra l-interazzjonijiet bejn l-attivitajiet terrestri u marittimi sabiex tiġi żgurata konnettività bejn l-art u l-baħar.
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.   Meta jkunu qed jistabbilixxu l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta, l-Istati Membri għandhom iqisu, tal-inqas, l-attivitajiet li ġejjin:
2.   Meta jkunu qed jistabbilixxu l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta, l-Istati Membri għandhom iqisu:
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a
(a)  l-utilizzazzjoni ta' riżorsi naturali speċifiċi inklużi l-impjanti għall-estrazzjoni tal-enerġija u l-produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli;
imħassar
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa)  prattiki u strateġiji diġà stabbiliti f'konformità mar-Rakkomandazzjoni 2002/413/KE;
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt ab (ġdid)
(ab)  il-prattiki, in-netwerks u l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni transkonfinali formali u informali eżistenti;
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt ac (ġdid)
(ac)  l-attivitajiet, l-impjanti, il-faċilitajiet u l-infrastruttura rilevanti;
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b
(b)  l-iżvilupp tal-infrastruttura, tal-faċilitajiet tal-enerġija, tat-trasport, tal-portijiet, tax-xogħlijiet marittimi u ta' strutturi oħra inkluża l-infrastruttura ekoloġika;
imħassar
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt c
(c)  l-agrikoltura u l-industrija;
imħassar
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt d
(d)  is-sajd u l-akkwakultura;
imħassar
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt e
(e)   il-konservazzjoni, ir-restawr u l-ġestjoni tal-ekosistemi kostali, is-servizzi tal-ekosistema u n-natura, il-pajsaġġi kostali u l-gżejjer;
(e)   il-protezzjoni, il-konservazzjoni, ir-restawr u l-ġestjoni tal-ekosistemi kostali, tad-deltas u l-art mistagħdra protetti, is-servizzi tal-ekosistema u n-natura, il-pajsaġġi kostali u l-gżejjer;
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt f
(f)  il-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima.
(f)  il-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, b'mod partikolari ż-żieda fir-reżiljenza tal-ekosistemi.
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mezzi għall-parteċipazzjoni pubblika tal-partijiet kollha interessati fi stadju bikri fl-iżvilupp tal-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mezzi għal parteċipazzjoni pubblika billi jinfurmaw u jikkonsultaw lill-partijiet interessati rilevanti u l-awtoritajiet u l-pubbliku kkonċernati fi stadju bikri fl-iżvilupp tal-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li dawk il-partijiet interessati u l-awtoritajiet u l-pubbliku kkonċernati jkollhom aċċess għar-riżultati hekk kif dawn jiġu ffinalizzati.
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 2
2.  Il-parteċipazzjoni pubblika għandha tiżgura li l-partijiet interessati rilevanti u l-awtoritajiet u l-pubbliku kkonċernati jkunu kkonsultati dwar l-abbozz tal-pjanijiet u l-istrateġiji u jkollhom aċċess għar-riżultati hekk kif dawn ikunu disponibbli.
imħassar
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 3
3.  Meta jkunu qed jistabbilixxu mezzi għall-konsultazzjoni pubblika, l-Istati Membri għandhom jaġixxu skont id-dispożizzjonijiet rilevanti f'leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni Ewropea.
imħassar
Emenda 59
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 1
1.   L-Istati Membri għandhom jorganizzaw il-ġbir tal-aħjar dejta disponibbli u l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa għall-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta.
1.   L-Istati Membri għandhom jorganizzaw il-ġbir u l-użu tal-aħjar dejta disponibbli u l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa għall-pjanijiet spazjali marittimi u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta.
Emenda 60
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 3
3.  Meta jkunu qed jorganizzaw il-ġbir u l-iskambju tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu, sa fejn huwa possibbli, ta' strumenti u għodod żviluppati skont il-Politika Marittima Integrata.
3.  Meta jkunu qed jorganizzaw il-ġbir u l-iskambju tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu, sa fejn huwa possibbli, minn strumenti u għodod żviluppati skont il-Politika Marittima Integrata u politiki tal-Unjoni rilevanti oħrajn, bħal dawk stipulati fid-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE)27a.
_____________
27a ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1.
Emenda 61
Proposta għal direttiva
Artikolu 11
Il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta huma suġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/42/KE.
Il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta huma suġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/42/KE u tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43/KEE fejn japplikaw.
Emenda 62
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 1
1.  Kull Stat Membru li għandu konfini ma' żona kostali jew żona marittima ta' Stat Membru ieħor għandu jikkoopera biex jiżgura li l-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta jkunu koerenti u kkoordinati maż-żona kostali jew ir-reġjun u/jew is-subreġjun kollha kkonċernati. Kooperazzjoni bħal din għandha b'mod partikolari tqis kwistjonijiet ta' natura transnazzjonali, bħall-infrastruttura transkonfinali.
1.  Kull Stat Membru li għandu konfini ma' żona kostali jew żona marittima ta' Stat Membru ieħor għandu jieħu l-passi neċessarji biex jikkoopera biex jiżgura li l-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta jkunu koerenti u kkoordinati maż-żona kostali jew ir-reġjun u/jew is-subreġjun kollha kkonċernati. Kooperazzjoni bħal din għandha b’mod partikolari tqis kwistjonijiet ta’ natura transnazzjonali, bħall-infrastruttura transkonfinali, u għandha timmira għal viżjoni komuni għal kull strateġija ta' baċini tal-baħar eżistenti u futuri.
Emenda 63
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Sabiex jiġi permess li sseħħ il-kooperazzjoni, l-Istati Membri għandhom, fejn possibbli, jikkoordinaw iż-żmien meta jseħħu Pjanijiet Spazjali Marittimi ġodda jew iċ-ċikli ta’ reviżjoni ta’ dawk eżistenti.
Emenda 64
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt a
(a)   strutturi ta' kooperazzjoni reġjonali istituzzjonali li jkopru ż-żona kostali jew ir-reġjun jew is-subreġjun tal-baħar ikkonċernati, jew
(a)   Konvenzjonijiet dwar l-Ibħra Reġjonali jew strutturi oħra ta kooperazzjoni reġjonali istituzzjonali li jkopru ż-żona kostali jew ir-reġjun jew is-subreġjun tal-baħar ikkonċernati, jew
Emenda 65
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt b
(b)  netwerk dedikat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jkopru reġjun tal-baħar u/jew subreġjun ikkonċernat.
(b)  netwerk tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jkopru ż-żona kostali, ir-reġjun tal-baħar u/jew subreġjun ikkonċernati, jew.
Emenda 66
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba)  kwalunkwe approċċ ieħor li jilħaq ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1.
Emenda 67
Proposta għal direttiva
Artikolu 13
L-Istati Membri li jmissu ma' żona kostali jew żona marittima ta' pajjiż terz għandhom jagħmlu kull sforz biex jikkoordinaw il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta tagħhom ma’ dak il-pajjiż terz fir-reġjun jew is-subreġjun tal-baħar u ż-żona kostali relatata kkonċernati.
L-Istati Membri li jmissu ma’ żona kostali jew żona marittima ta’ pajjiż terz għandhom, f’konformità mal-liġijiet u l-konvenzjonijiet marittimi internazzjonali, jikkonsultaw dak il-pajjiż u jagħmlu kull sforz biex jikkooperaw u jikkoordinaw il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta tagħhom ma’ dak il-pajjiż terz fir-reġjun jew is-subreġjun tal-baħar u ż-żona kostali relatata kkonċernati.
Emenda 87
Proposta għal direttiva
Artikolu 14
1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar għal kull żona kostali u reġjun jew subreġjun tal-baħar ikkonċernat, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, inkluż biex jiżgura l-kooperazzjoni ma' Stati Membri oħra kif definit fl-Artikolu 12 u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi kif definit fl-Artikolu 13.
1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar għal kull żona kostali u reġjun tal-baħar ikkonċernat, l-awtorità jew l-awtoritajiet inkarigati mill-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, inkluż biex jiżgura l-kooperazzjoni ma' Stati Membri oħra kif definit fl-Artikolu 12 u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi kif definit fl-Artikolu 13.
2.  Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'lista tal-awtoritajiet kompetenti, flimkien mal-elementi ta’ informazzjoni elenkati fl-Anness I ta' din id-Direttiva.
2.  Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'lista tal-awtoritajiet inkarigati, flimkien mal-elementi ta’ informazzjoni elenkati fl-Anness I ta' din id-Direttiva.
3.  Fl-istess waqt, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni lista tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom fir-rigward ta’ dawk il-korpi internazzjonali li fihom huma jipparteċipaw u li huma rilevanti għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.
3.  Fl-istess waqt, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni lista tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom fir-rigward ta’ dawk il-korpi internazzjonali li fihom huma jipparteċipaw u li huma rilevanti għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.
4.  Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 1 sa sitt xhur minn meta jidħol fis-seħħ tibdil bħal dan.
4.  Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 1 sa sitt xhur minn meta jidħol fis-seħħ tibdil bħal dan.
4a.  F'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, kull Stat Membru jista' jaħtar l-awtoritajiet inkarigati tiegħu skont il-livelli istituzzjonali u ta' governanza li japplikaw.
Emenda 68
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 2
2.  Dan ir-rapport għandu tal-anqas ikun fih informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikoli 6 sa 13.
2.  Dan ir-rapport għandu tal-anqas ikun fih informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikoli 6 sa 13. Fejn ikun possibbli, il-kontenut u l-format tar-rapport għandhom jiġu armonizzati mal-ispeċifikazzjonijiet relevanti stipulati fid-Direttiva 2008/56/KE.
Emenda 69
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 3
3.   Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ta' progress lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jiddeskrivi fil-qosor il-progress li sar fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.
3.   Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ta progress lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard minn sena wara d-data ta’ skadenza għall-istabbiliment tal-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta, li jiddeskrivi fil-qosor il-progress li sar fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva
Emenda 70
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar:
1.   Il-Kummissjoni għandha, mingħajr preġudizzju għall-ispeċifikazzjonijiet rigward pjanijiet u strateġiji sostantivi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar:
Emenda 71
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt a – parti introduttorja
(a)   l-ispeċifikazzjonijiet operattivi għall-ġestjoni tad-dejta msemmija fl-Artikolu 10, sakemm dawn ma jkunux ġew stabbiliti minn leġiżlazzjoni oħra tal-UE, bħad-Direttiva 2007/2/KE jew 2008/56/KE, dwar
(a)   l-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-proċess għall-ġestjoni tad-dejta msemmija fl-Artikolu 10, sakemm dawn ma jkunux ġew stabbiliti minn atti legali oħra tal-Unjoni, bħad-Direttiva 2007/2/KE jew 2008/56/KE, dwar
Emenda 72
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt a – inċiż 1
–  il-qsim tad-dejta, u l-ħidma f'konnessjoni ma' proċessi eżistenti tal-ġestjoni u l-ġbir tad-dejta; kif ukoll
–  il-qsim effettiv tad-dejta, u l-ħidma f’konnessjoni ma’ sistemi ta’ proċessi eżistenti tal-ġestjoni u l-ġbir tad-dejta; kif ukoll
Emenda 73
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt b – parti introduttorja
(b)   l-istadji operattivi għall-istabbiliment u r-rappurtar dwar il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta li jikkonċernaw:
(b)   l-istadji relatati mal-proċess li jikkontribwixxu għall-istabbiliment u r-rappurtar dwar il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta li jikkonċernaw:
Emenda 74
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt b – inċiż 3
–  il-modalitajiet ta' kooperazzjoni transkonfinali;
–   il-modalitajiet l-aktar effettivi ta kooperazzjoni transkonfinali;
Emenda 75
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt b – inċiż 4
–  konsultazzjoni pubblika.
imħassar
Emenda 76
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 2
2.   Fejn issir referenza għall-paragrafu 1, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Emenda 77
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 2
2.  Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Kull Stat Membru għandu jiddeċiedi kif għandha ssir din ir-referenza.
2.  Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Kull Stat Membru għandu jiddeċiedi kif għandha ssir din ir-referenza.
Emenda 78
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 4
4.  Il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta msemmijin fl-Artikolu 4(1) għandhom jiġu stabbiliti fi ħdan perjodu ta’ 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
4.  Il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta msemmijin fl-Artikolu 4(1) għandhom jiġu stabbiliti fi ħdan perjodu ta’ 48 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
Emenda 79
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 5
5.   Ir-rapporti msemmija fl-Artikolu 15(1) għandhom jingħataw mhux aktar tard minn 42 xahar wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, u kull sitt snin minn hemm 'il quddiem.
5.   Ir-rapporti msemmija fl-Artikolu 15(1) għandhom jingħataw mhux aktar tard minn 54 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, u kull sitt snin minn hemmil quddiem.
Emenda 80
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 6
6.  Ir-rapport ta' progress imsemmi fl-Artikolu 15(3) għandu jiġi ppreżentat mhux aktar tard minn 6 xhur wara d-data msemmija fil-paragrafu 5, u kull 6 snin minn hemm 'il quddiem.
6.  Ir-rapport ta’ progress imsemmi fl-Artikolu 15(3) għandu jiġi ppreżentat mhux aktar tard minn 6 xhur wara d-data msemmija fil-paragrafu 5, u kull erba’ snin minn hemm ’il quddiem.
Emenda 81
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 6a (ġdid)
6a.  L-obbligi ta’ traspożizzjoni f’din id-Direttiva m’għandhomx japplikaw għal Stati Membri mingħajr kosta.

(1) Il-każ kien riferut lura lill-kumitat responsabbli biex jerġà jiġi kkunsidrat skont it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 57(2) (A7-0379/2013).


Emenda ta' ċerti Direttivi fl-oqsma tal-ambjent, l-agrikoltura, il-politika soċjali u s-saħħa pubblika minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott ***I
PDF 435kWORD 86k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda ċerti Direttivi fl-oqsma tal-ambjent, l-agrikoltura, il-politika soċjali u s-saħħa pubblika minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni (COM(2013)0418 – C7-0176/2013 – 2013/0192(COD))
P7_TA(2013)0589A7-0399/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0418),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 43(2), 114 ,153(2), 168 u 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0176/2013),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kunsill tal-10 ta’Ottubru 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Settembru 2013(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0399/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda ċerti Direttivi fl-oqsma tal-ambjent, l-agrikoltura, il-politika soċjali u s-saħħa pubblika minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni

P7_TC1-COD(2013)0192


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 114, l-Artikolu 153(2), l-Artikolu 168 u l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li bagħtu l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(4),

Billi:

(1)  Permezz tad-Deċiżjoni 2012/419/EU(5), il-Kunsill Ewropew emenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. Għaldaqstant, minn dik id-data l-Majott ma jibqax territorju barrani jew pajjiż extra-Ewropew skont it-tifsira tal-Artikolu 198 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u jsir reġjun ultraperifiku skont it-tifsira tal-Artikoli 349 u 355(1) TFUE. B'segwitu għal din il-bidla fl-istatus legali tal-Majott, id-dritt. Il-liġi tal-Unjoni se tapplikajapplika għall-Majott minn dik id-datamill-1 ta' Jannar 2014. Huwa xieraq li jkun hemm provvediment għal ċerti miżuri speċifiċi ġustifikati mis-sitwazzjoni strutturali, soċjali, abjentali u ekonomika partikolari tal-Majott u l-istatus il-ġdid tiegħu bħala reġjun ultraperiferiku, f’għadd ta’ oqsma. [Em. 1]

(2)  Huwa xieraq li jittieħed kont tas-sitwazzjoni partikolari fil-Majott fir-rigward tal-istat tal-ambjent, li jitlob għal titjib konsiderevoli sabiex ikun hemm konformità mal-objettivi ambjentali stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni, li għalihom huwa meħtieġ żmien addizzjonali. Miżuri speċifiċi sabiex gradwalment jitjieb l-ambjent għandhom jiġu adottati fi ħdan limiti speċifiċi ta’ żmien.

(3)  Sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tad-drenaġġ urban(6), jeħtieġ li jittieħdu miżuri fil-Majott biex jiżguraw li agglomerazzjonijiet huma pprovduti b’sistemi ta’ ġbir tad-drenaġġ urban. Dawn il-miżuri jitolbu għal xogħlijiet ta’ infrastruttura li għandhom isegwu proċeduri amministrattivi u ta’ ppjanar u barra minn hekk jeħtieġu l-istabbiliment ta’ sistemi ta’ kejl u monitoraġġ ta' skariki ta’ drenaġġ. Għalhekk, jeħtieġ li jingħata perjodu ta’ żmien suffiċjenti lil Franza biex tissodisfa dawn ir-rekwiżiti.

(4)  Fil-qasam tal-agrikoltura, fir-rigward id-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE tad-19 ta’ Lulju 1999 li tistabilixxi standards minimi għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbidu(7) ta’ min jinnota li, fil-Majott, it-tiġieġ li jbidu l-bajd jitrawmu f’gaġeġ mhux arrikkiti. Minħabba investiment r-restrizzjonijiet ekonomiċi u soċjali li jeżistu fil-Majott u l-investiment konsiderevoli u xogħol x-xogħol ta’ tħejjija meħtieġ biex jissostitwixxi l-gaġeġ mhux arrikkiti b’gaġeġ arrikkiti jew sistemi alternattivi, huwa neċessarju, fir-rigward ta’ tiġieġ li jbidu li jkunu bdew ibidu fl-1 ta’ Jannar 2014, biex tiġi posposta l-projbizzjoni tal-użu ta’ gaġeġ mhux arrikkiti għal perjodu ta’ mhux aktar minn 12-il xaharerba' snin minn dik id-data. Sostituzzjoni tal-gaġeġ matul iċ-ċiklu ta’ tiġieġ li jbidu b’hekk għandha tiġi evitata. Sabiex tkun evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, bajd li ġej minn stabbilimenti li jużaw gaġeġ mhux arrikkiti għandhom jitqiegħdu fuq is-suq biss fis-suq lokali tal-Majott. Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli neċessarji, bajd prodott f’gaġeġ mhux arrikkiti għandu jkollu marka speċjali. [Em. 2]

(5)  Fir-rigward tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma(8), l-implimentazzjoni kif imiss ta’ dik id-Direttiva rigward pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar jeħtieġ li Franza tadotta u timplimenta pjanijiet ta’ ġestjoni li fihom miżuri tekniċi u amministrattivi biex jiksbu stat tajjeb tal-ilma għal, u biex tipprevjeni d-deterjorazzjoni tal-korpi kollha tal-ilmijiet tal-wiċċ. Perjodu biżżejjed ta’ żmien jeħtieġ li jingħata għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri.

(6)  Fir-rigward tad-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar l-immaniġġar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm u li tħassar id-Direttiva 76/160/KEE(9), l-istat attwali tal-ilmijiet tal-wiċċ fil-Majott jitlob titjib konsiderevoli sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva. Il-kwalità tal-ilmijiet għall-għawm tiddependi direttament fuq it-trattament tad-drenaġġ urban mormi, u d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/7/KE jistgħu biss jiġu mħarsa progressivament ladarba agglomerazzjonijiet li jaffettwaw il-kwalità ta’ drenaġġ urban jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva 91/271/KEE. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu adottati limiti speċifiċi ta’ żmien jeħtieġu li jiġu adottati speċifiċi sabiex jippermettu lil Franza biex tilħaq l-istandards tal-Unjoni rigward il-kwalità tal-ilma għall-għawm fil-Majott bħala reġjun ultraperiferiku ġdid u minħabba s-sitwazzjoni soċjali, ambjentali u ekonomika speċjali tiegħu. [Em. 3]

(7)  Fil-qasam tal-politika soċjali, għandu jittieħed kont tad-diffikultajiet ta' konformità mad-Direttiva 2006/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar il-ħtiġijiet minimi ta' saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jirriżultaw mill-aġenti fiżiċi (radjazzjoni ottika artifiċjali)(10) fil-Majott mill-1 ta’ Jannar 2014. Ma hemm l-ebda faċilità teknika disponibbli fil-Majott minħabba s-sitwazzjoni soċjali u ekonomika speċjali prevalenti tiegħu għall-implimentazzjoni ta’ miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma’ dik id-Direttiva f’dak il-qasam ta’ radjazzjoni ottika artifiċjali. Għalhekk, huwa possibbli xieraq li tagħti deroga lil Franza tingħata deroga minn ċerti dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 2017, sakemm dawk l-istrutturi mhumiex disponibbli fil-Majott u mingħajr preġudizzju għall-prinċipji ġenerali ta’ protezzjoni u prevenzjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema. [Em. 4]

(8)  Sabiex tiggarantixxi livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq ix-xogħol, il-konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali għandha tiġi żgurata, ir-riskji li jirriżultaw mid-deroga għandhom jitnaqqsu għal minimu u l-ħaddiema kkonċernati għandhom jibbenefikaw minn tisħiħ fis-sorveljanza tas-saħħa. Huwa importanti li jitnaqqas it-tul tad-deroga kemm jista’ jkun. Għalhekk, il-miżuri ta’ deroga nazzjonali għandhom jiġu riveduti kull sena u rtirati hekk kif iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikawhom ma jibqgħux jeżistu.

(9)  Fir-rigward tad-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transfruntiera(11), it-traspożizzjoni tagħha teħtieġ numru ta’ adattamenti biex tkun żgurata l-kontinwità tal-kura u informazzjoni lill-pazjenti. Huwa għalhekk xieraq li Franza tingħata perjodu addizzjonali ta’ 30 xahar mill-1 ta’ Jannar 2014 biex iddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma’ dik id-Direttiva fir-rigward tal-Majott.

(10)  Id-Direttivi 91/271/KEE, 1999/74/KE, 2000/60/KE, 2006/7/KE, 2006/25/KE u 2011/24/UE għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 91/271/KEE

Id-Direttiva 91/271/KEE hija emendata kif ġej:

(1)  Fl-Artikolu 3, jidħol il-paragrafu 1a li ġej:"

"1a. Permezz ta’ deroga mill-ewwel u t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, fir-rigward tal-Majott, Franza għandha tiżgura li l-agglomerazzjonijiet kollha jkunu pprovduti b’sistemi ta’ ġbir għad-drenaġġ urban mormi:

   sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020 għal agglomerazzjonijiet ta’ aktar minn 10 000 15 000 p.e., li se jkopru mill-inqas 70 % tat-tagħbija ġġenerata fil-Majott; [Em. 5]
   sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2027 għall-agglomerazzjonijiet kollha ta’ aktar minn 2 000 p.e. " [Em. 6]

"

(2)  Fl-Artikolu 4, jidħol il-paragrafu 1a li ġej:"

"1a Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, fir-rigward tal-Majott, Franza għandha tiżgura li d-drenaġġ urban mormi li jidħol f’sistemi ta’ ġbir għandu, qabel ma jkun skarigat, jkun suġġett għal trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti:

   sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020 għal agglomerazzjonijiet ta’ aktar minn 15 000 p.e., flimkien ma' dawk l-agglomerazzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5 (2a), li se jkopru mill-inqas 70 % tat-tagħbija ġġenerata fil-Majott;
   sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2027 għall-agglomerazzjonijiet kollha ta’ aktar minn 2 000 p.e. " [Em. 7]

"

(3)  L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)  Għandu jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:"

"2a. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, fir-rigward tal-Majott, Franza għandha tiżgura li d-drenaġġ urban mormi li jidħol f’sistemi ta’ ġbir hu, qabel ma jkun skarigat, suġġett għal trattament iktar strett minn dak deskritt fl-Artikolu 4:

   sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020 għal agglomerazzjonijiet ta’ aktar minn 10 000 15 000 p.e., flimkien ma' dawk l-agglomerazzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4(1a), li se jkopru mill-inqas 70 % tat-tagħbija ġġenerata fil-Majott; [Em. 8]
   sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2027 għall-agglomerazzjonijiet kollha ta’ aktar minn 2 000 p.e. " [Em. 9]

"

(3a)  Fl-Artikolu 7, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:"

"Permezz ta' deroga mill-ewwel paragrafu, il-limitu ta' żmien definit fih, fir-rigward tal-Majott, għandu jkun il-31 ta' Diċembru 2027." [Em. 10]

"

(4)  L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)  Fil-paragrafu 1 għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

“Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, fir-rigward tal-Majott, Franza għandha tistabbilixxi programm għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva sat-30 ta’ Ġunju 2014.”

"

(b)  Fil-paragrafu 2 għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

“Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, fir-rigward tal-Majott, Franza għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar il-programm sal-31 ta’ Diċembru 2014.”

"

Artikolu 2

Emenda tad-Direttiva 1999/74/KE

Fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/74/KE, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

‘3. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, fil-Majott, tiġieġ li jbidu li jkunu bdew ibidu fl-1 ta’ Jannar 2014 u mrobbija f’dik id-data jistgħu jkomplu jiġu mrobbija f’gaġeġ kif imsemmi f’dan il-Kapitolu jistgħu jkomplu jiġu mrobbija f’dawn il-gaġeġ sal-31 ta’ Diċembru 2017. [Em. 11]

Mill-1 ta’ Jannar 2014, l-ebda gaġġa bħal dawk li għalihom saret referenza f’dan il-Kapitolu ma tista’ tinbena jew tiddaħħal f’servizz għall-ewwel darba fil-Majott.

Il-bajd li ġej minn stabbilimenti li jrabbu tiġieġ li jbidu fil-gaġeġ kif imsemmi f’dan il-Kapitolu għandhom jitqiegħdu biss fis-suq lokali tal-Majott. Dak il-bajd u l-pakki tagħhom għandhom ikunu identifikati b’mod ċar b’marka speċjali, li jippermettu l-kontrolli neċessarji. Deskrizzjoni ċara ta’ dan l-immarkar speċjali għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.”

"

Artikolu 3

Emendi lid-Direttiva 2000/60/KE

Id-Direttiva 2000/60/KE hija emendata kif ġej:

(1)  L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

“Fir-rigward tal-Majott, il-limitu ta’ żmien imsemmi fil-punti (a)(ii), (a)(iii), (b)(ii) u (c) għandu jkun it-22 ta’ Diċembru 2021.”

"

(b)  fil-paragrafu 4, is-sentenza tal-introduzzjoni għandha tinbidel b’dan li ġej:"

“Il-limiti ta’ żmien stabbiliti skont il-paragrafu 1 jistgħu jiġu estiżi għall-finijiet ta’ kisba tal-għanijiet f’fażijiet għal korpi ta’ ilma, sakemm ma titfaċċax aktar deterjorazzjoni fl-istat ta’ korp tal-ilma affettwat meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ntlaħqu: '

"

(2)  L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 7, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

“Fir-rigward tal-Majott, il-limiti taż-żmien imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu t-22 ta’ Diċembru 2015 u t-22 ta’ Diċembru 2018 rispettivament.”

"

(b)  fil-paragrafu 8, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

“Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun it-22 ta’ Diċembru 2021.”

"

(3)  L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 6, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

“Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun it-22 ta’ Diċembru 2015.”

"

(b)  fil-paragrafu 7, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

“Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun it-22 ta’ Diċembru 2021.”

"

Artikolu 4

Emendi għad-Direttiva 2006/7/KE

Id-Direttiva 2006/7/KE hija emendata kif ġej:

(1)  L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

“Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun il-31 ta’ Diċembru 2019.”

"

(b)  fil-paragrafu 3, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

“Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun il-31 ta’ Diċembru 2031.”

"

(2)  Fl-Artikolu 6(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

“Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun it-30 ta' Ġunju 2015.”

"

(3)  Fl-Artikolu 13(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

“Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun it-30 ta' Ġunju 2014.”

"

Artikolu 5

Emenda tad-Direttiva 2006/25/KE

Fid-Direttiva 2006/25/KE, l-Artikolu 14 a li ġej huwa mdaħħal:"

“Artikolu 14a

1.  Mingħajr preġudizzju għall-prinċipji ġenerali ta’ protezzjoni u prevenzjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, Franza tista’ sal-31 ta’ Diċembru 2017 tidderoga mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex tikkonforma ma’ din id-Direttiva fil-Majott sakemm tali applikazzjoni teħtieġ faċilitajiet tekniċi speċifiċi u li dawn il-faċilitajiet ma jkunux disponibbli fil-Majott.

L-ewwel subparagrafu ma japplikax għall-obbligi fl-Artikolu 5(1) ta’ din id-Direttiva kif ukoll għal dawk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jirriflettu l-prinċipji ġenerali stabbiliti fid-Direttiva 89/391/KEE.

2.  Kull deroga minn din id-Direttiva li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ miżuri li kienu jeżistu fl-1 ta’ Jannar 2014 jew mill-adozzjoni ta’ miżuri ġodda għandha tkun preċeduta minn konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali skont il-liġijiet u l-prattika nazzjonali. Dawn id-derogi għandhom ikunu applikati b'kundizzjonijiet li jiggarantixxu, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi partikolari prevalenti fil-Majott, li r-riskji li jirriżultaw għall-ħaddiema għandhom jitnaqqsu għall-minimu possibbli u li l-ħaddiema kkonċernati jibbenefikaw minn sorveljanza msaħħa tas-saħħa.

3.  Il-miżuri ta’ deroga nazzjonali għandhom jiġu riveduti kull sena, wara konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali, u għandha tiġi rtirata hekk kif iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikawhom ma għadhomx jeżistu.”

"

Artikolu 6

Emenda tad-Direttiva 2011/24/KE

Fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 2011/24/UE, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:"

'3. Permezz ta' deroga mill-ewwel sentenza tal-paragrafu 1, Franza għandha ddaħħal fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex tkun konformi ma’ din id-Direttiva fir-rigward tal-Majott sat-30 ta’ Ġunju 2016.”

"

Artikolu 7

Traspożizzjoni

1.  Franza għandha tadotta u tippubblika l-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva kif ġej:

(a)  fir-rigward tal-Artikolu 1(1), (2) u (3), sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2018;

(b)  fir-rigward tal-Artikolu 1(4), sad-dati msemmija fil-punti (a) u (b) rispettivament;

(c)  fir-rigward tal-Artikolu 2, sal-1 ta’ Jannar 2014;

(d)  fir-rigward tal-Artikolu 3(1), sal-31 ta' Diċembru 2018;

(e)  fir-rigward tal-Artikolu 3(2) u (3), sad-dati msemmija hemmhekk;

(f)  fir-rigward tal-Artikolu 4(1)(a), sal-31 ta' Diċembru 2018;

(g)  fir-rigward tal-Artikolu 4(1)(b), sat-30 ta' Ġunju 2021;

(h)  fir-rigward tal-Artikolu 4(2) u (3), sad-dati msemmija hemmhekk;

(i)  fir-rigward tal-Artikolu 5, sal-1 ta’ Jannar 2014, sakemm Franza ma tagħmilx użu mill-possibbiltà prevista f’dak l-Artikolu;

(j)  fir-rigward tal-Artikolu 6, sad-data msemmija hemmhekk;

B'hekk Franza għandha tikkomunika minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta Franza tadotta dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza mal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Franza se tiddetermina kif għandha ssir tali referenza.

2.  Franza għandha tikkomunika lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li tadotta fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 8

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014. [Em. 12]

Artikolu 9

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) Punt 4 tal-Minuti tal-21 ta' Ottubru 2013 (P7_PV(2013)10-21)
(2) ĠU C 341, 21.11.2013, p. 97.
(3)ĠU C 341, 21.11.2013, p. 97.
(4) Pożizzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013.
(5)ĠU L 204, 31.7.2012, p. 131.
(6)ĠU L 135, 30.5.1991, p. 1.
(7)ĠU L 203, 3.8.1999, p. 53.
(8)ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.
(9)ĠU L 64, 4.3.2006, p. 37.
(10)ĠU L 114, 27.4.2006, p. 38.
(11)ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45.


Azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033 ***I
PDF 587kWORD 174k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033 (COM(2012)0407 – C7-0198/2012 – 2012/0199(COD))
P7_TA(2013)0590A7-0226/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0407),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 167(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0198/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-15 ta’ Frar 2012(1) u tat-30 ta’ Novembru 2012(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7-0226/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb li tadotta d-Deċiżjoni Nru .../2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033 u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE
[Emenda 84(3)]

P7_TC1-COD(2012)0199


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 167(5) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni(4),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(5),

Billi:

(1)  It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jimmira għal unjoni dejjem eqreb fost il-popli tal-Ewropa u jagħti lill-Unjoni Ewropea l-kompitu, inter alia, li tikkontribwixxi għat-tisbiq tal-kulturi tal-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta d-diversità nazzjonali u reġjonali tagħhom u fl-istess waqt tagħti prominenza lill-patrimonju kulturali komuni. F’dan ir-rigward, l-Unjoni, fejn meħtieġ, tappoġġja u tissupplimenta l-azzjoni tal-Istati Membri biex itejbu l-għarfien u t-tixrid tal-kultura u l-istorja tal-popli Ewropej.

(2)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ▌dwar Aġenda Ewropea għall-kultura f’dinja li qed tiġi globalizzata approvata mill-Kunsill fir-Riżoluzzjoni tas-16 ta' Novembru 2007(6)u mill-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' April 2008(7), tistabbilixxi l-għanijiet għal attivitajiet futuri tal-Unjoni fil-qasam tal-kultura. Dawn l-attivitajiet għandhom jippromwovu d-diversità kulturali u d-djalogu interkulturali. Għandhom jippromwovu wkoll il-kultura bħala katalizzatur għall-kreattività fil-qafas tat-tkabbir u l-impjiegi, kif ukoll element vitali fir-relazzjonijiet internazzjonali tal-Unjoni.

(2a)  Il-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali, li daħlet fis-seħħ fit-18 ta' Marzu 2007 and li tagħha l-Unjoni hi firmatarja, għandha l-għan li tipproteġi u tippromwovi d-diversità kulturali u l-interkulturalità u tkabbar l-għarfien dwar il-valur tad-diversità kulturali fil-livelli lokali, nazzjonali u internazzjonali.

(3)  Id-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8) ▌stabbilixxiet azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin mill-2007 sal-2019

(4)  L-evalwazzjonijiet tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura kif ukoll il-konsultazzjoni pubblika dwar il-ġejjieni tal-azzjoni wara l-2019 jiżvelaw li l-Kapitali progressivament saru waħda mill-inizjattivi kulturali l-aktar ambizzjużi fl-Ewropa kif ukoll waħda mill-aktar apprezzati miċ-ċittadini Ewropej.

(5)  Barra mill-għanijiet oriġinali tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura li kienu li tiġi enfasizzata r-rikkezza u d-diversità tal-kulturi Ewropej u l-karatteristiċi li jaqsmu bejniethom u li jiġi promoss għarfien reċiproku akbar bejn iċ-ċittadini Ewropej, l-ibliet bit-titolu progressivament żiedu dimensjoni ġdida wkoll billi użaw l-effett ta’ lieva tat-titolu biex jistimulaw l-iżvilupp aktar ġenerali tal-belt f'konformitá mal-istrateġiji u l-prijoritajiet rispettivi tagħhom.

(6)  L-għanijiet tal-azzjoni dwar il-Kapitali Ewropej tal-Kultura huma għalkollox konformi mal-għanijiet tal-Programm Ewropa Kreattiva stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9) li għandu l-għan li jissalvagwardja, jiżviluppa u jippromwovi d-diversità kulturali u lingwistika Ewropea, li jippromwovi l-patrimonju kulturali Ewropew u li jsaħħaħ il-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej, b'mod partikolari fis-settur awdjo-viżiv, bil-għan li jsostni tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Dawn għandhom jgħinu ukoll billi joħolqu sens ta' appartenenza fir-rigward taż-żona kulturali komuni, u jistimolaw id-djalogu interkulturali u l-fehim reċiproku.

(6a)   Sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet, hu importanti li l-bliet li jkollhom dan it-titolu jiżviluppaw rabtiet bejniethom, min-naħa fis-setturi kulturali u kreattivi tagħhom u mill-oħra, f'setturi bħall-edukazzjoni, ir-riċerka, l-ambjent, l-iżvilupp urban jew it-turiżmu kulturali. B'mod partikolari, l-esperjenza tal-imgħoddi wriet il-potenzjal tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura meta dawn jaġixxu bħala katalist għall-iżvilupp lokali u t-turiżmu kulturali kif enfasizzat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ġunju 2010 bl-isem "L-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja: qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew", li intlaqgħat mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta' Ottubru 2010 (10)u approvata mill-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Settembru 2011(11).

(6b)   Hu importanti wkoll li l-bliet detenturi tat-titolu jfittxu li jippromwovu l-inklużjoni soċjali u l-opportunitajiet indaqs u biex jagħmlu dak kollu possibbli biex jiżguraw l-akbar parteċipazzjoni possibbli tal-elementi kollha tas-soċjetà ċivili fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-programm kulturali, billi tingħata attenzjoni speċjali lill-gruppi marġinalizzati u żvantaġġjati.

(7)  L-evalwazzjonijiet u l-konsultazzjoni pubblika wrew, b'mod konvinċenti, li l-Kapitali Ewropej tal-Kultura għandhom bosta benefiċċji potenzjali meta jiġu ppjanati bir-reqqa. Jibqgħu l-ewwel u qabel kollox inizjattiva kulturali, iżda jistgħu wkoll iġibu magħhom benefiċċji ekonomiċi u soċjali sinifikanti, b’mod partikolari meta jiġu inkorporati fil-qafas ta’ strateġija ta’ żvilupp fit-tul immexxi mill-kultura fil-belt ikkonċernata.

(8)  L-azzjoni tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura huma wkoll ta’ sfida kbira. L-organizzazzjoni ta’ programm ta’ attivitajiet kulturali għal sena sħiħa mhix xi ħaġa faċli u xi Kapitali Ewropej tal-Kultura kellhom suċċess aktar minn oħrajn fl-isfruttament tal-potenzjal. Għalhekk, l-azzjoni għandha tissaħħaħ biex tgħin l-ibliet kollha jisfruttaw bis-sħiħ it-titolu.

(9)  It-titolu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għandu jkompli jibqa’ riservat għal bliet, irrispettivament mid-daqs tagħhom, iżda biex jilħaq pubbliku usa’ u jikbru l-impatti, dawk l-ibliet għandhom ukoll ikomplu jkollhom il-possibilità li jinvolvu ż-żona ta’ madwarhom.

(10)  L-għoti tat-titolu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura għandu jibqa’ jkun ibbażat fuq programm kulturali maħluq speċifikament għas-sena tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura u li għandu jkollu dimensjoni Ewropea qawwija ħafna. Dan il-programm għandu wkoll ikun parti minn strateġija fit-tul li jkollha impatt sostenibbli fuq l-iżvilupp tal-ambjent ekonomiku, kulturali u soċjali lokali.

(11)  Il-proċess ta’ għażla fuq żewġ stadji bbażat fuq lista kronoloġika tal-Istati Membri u mwettaq minn bord Ewropew ta' esperti indipendenti (il-"bord") wera li huwa ġust u trasparenti. Dan ippermetta li l-ibliet itejbu l-applikazzjonijiet tagħhom bejn il-fażi ta’ qabel l-għażla u l-aħħar fażi tal-għażla abbażi ta’ parir espert mill-bord, u żgura tqassim ġust tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura madwar l-Istati Membri kollha. Barra minn hekk biex tkun salvagwardjata l-kontinwità tal-azzjoni u biex ikun evitat it-telf ta' esperjenza u għarfien li tista' tinħoloq jekk il-membri kollha jinbidlu fl-istess ħin, il-membri tal-bord għandhom jinbidlu gradwalment.

(11a)  L-għarfien espert nazzjonali għandu jibqa' jkun żgurat billi l-Istati Membri jitħallew jaħtru sa żewġ esperti fuq il-bord responsabbli mill-għażla u l-monitoraġġ tal-ibliet.

(12)  Il-kriterji tal-għażla għandhom ikunu aktar espliċiti biex jagħtu aktar gwida aħjar lill-ibliet kandidati fir-rigward tal-għanijiet u tar-rekwiżiti li jridu jikkonformaw magħhom sabiex jiksbu t-titolu ta' Kapitali Ewropea tal-Kultura. Il-kriterji tal-għażla għandhom jitkejlu faċilment biex jgħinu lill-bord ▌fl-għażla u fil-monitoraġġ tal-ibliet. ▌F'dan ir-rigward għandha ssir enfasi partikolari fuq il-pjanijiet tal-bliet kandidati għal attivitajiet dwar il-patrimonju inklużi fi strateġija ta’ politika kulturali fit-tul li jistgħu joħolqu impatt kulturali, ekonomiku u soċjali sostenibbli.

(13)  Il-fażi ta’ preparazzjoni bejn in-nomina ta’ belt u s-sena tat-titolu hija ta’ importanza kruċjali għas-suċċess ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura. Hemm qbil ġenerali wiesa' fost il-partijiet interessati li l-miżuri ta’ akkumpanjament introdotti bid-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE kienu utli ħafna għall-bliet. Dawk il-miżuri għandhom jiġu żviluppati aktar b’mod partikolari permezz ta’ laqgħat u żjarat ta’ monitoraġġ aktar frekwenti fl-ibliet mill-membri tal-bord, u permezz ta’ skambju ta' esperjenza aktar sod bejn il-Kapitali Ewropej tal-Kultura tal-imgħoddi, tal-preżent u tal-ġejjieni, kif ukoll bejn l-ibliet kandidati. L-ibliet magħżula jistgħu jiżviluppaw ukoll rabtiet ma' Kapitali Ewropej tal-Kultura oħrajn.

(14)  Il-premju Melina Mercouri kiseb valur simboliku qawwi li jmur lil hinn ħafna mill-ammont tal-premju li jista’ jingħata mill-Kummissjoni. Madankollu, biex jiġi żgurat li l-ibliet nominati jissodisfaw l-impenji tagħhom, il-kondizzjonijiet għall-ħlas tal-premju għandhom ikunu aktar stretti u espliċiti.

(14a)  L-ibliet kandidati għandhom jesploraw il-possibilità, fejn xieraq, li jfittxu appoġġ finanzjarju mill-programmi u mill-fondi tal-Unjoni.

(15)  Huwa importanti li l-ibliet ikkonċernati jagħmluha ċara fil-materjal kollu ta’ komunikazzjoni tagħhom li l-Kapitali Ewropej tal-Kultura huma azzjoni tal-Unjoni.

(16)  L-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni tar-riżultati tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura tal-imgħoddi ma jistgħux jipprovdu dejta primarja dwar l-impatt tat-titolu u huma bbażati fuq dejta miġbura fil-livell lokali. Għalhekk, l-ibliet infushom għandhom ikunu l-atturi ewlenin fil-proċess tal-evalwazzjoni u għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ kejl effettivi.

(17)  L-esperjenza tal-imgħoddi wriet li l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati tista’ tgħin biex jinġiebu aktar qrib lejn l-Unjoni billi jiġu enfasizzati l-aspetti komuni tal-kulturi Ewropej Il-Kapitali Ewropej tal-Kultura għandha għalhekk tkun miftuħa mill-ġdid għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali wara l-2019.

(17a)  Madankollu, għal raġunijiet ta' ekwità mal-ibliet fl-Istati Membri, kull belt fil-pajjiżi kandidati jew pajjiżi kandidati potenzjali għandha titħalla tipparteċipa f'kompetizzjoni waħda biss tul il-perjodu mill-2020 sal-2033. Barra minn hekk, ukoll għal raġunijiet ta’ ekwità mal-Istati Membri, kull pajjiż kandidat jew pajjiż kandidat potenzjali għandu jitħalla jilqa' t-titolu darba biss matul il-perjodu mill-2020 sal-2033. Għalhekk, bliet minn dawk il-pajjiżi kandidati jew pajjiż kandidat potenzjali li diġà ngħataw it-titolu tul il-perjodu kopert minn din id-Deċiżjoni ma għandhomx jitħallew jipparteċipaw f'kompetizzjonijiet sussegwenti f'dak l-istess perjodu.

(18)  Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u, partikolarment, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-ħatra tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura, is-setgħat implimentattivi għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni.

(19)  Id-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE għandha titħassar u tiġi sostitwita b'din id-Deċiżjoni. Id-dispożizzjonijiet tagħha għandhom madankollu jkomplu japplikaw għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura kollha sal-2019 li kienu diġà nominati jew huma fil-proċess li jiġu nominati.

(20)  Ladarba l-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, b'mod partikolari li tiġi ssalvagwardjata u promossa d-diversità ta' kulturi fl-Ewropa, biex jiġu enfasizzati l-elementi komuni kondiviżi u tiġi promossa l-kontribuzzjoni tal-kultura għall-iżvilupp fit-tul tal-ibliet, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba l-ħtieġa, b’mod partikolari, ta’ kriterji u proċeduri komuni, ċari u trasparenti għall-għażla u l-monitoraġġ tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura, kif ukoll ta’ koordinazzjoni aktar b’saħħitha bejn l-Istati Membri, iżda jistgħu, minħabba l-firxa u l-effetti mistennija tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-deċiżjoni ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Stabbiliment

▌Azzjoni tal-Unjoni Ewropea intitolata "Kapitali Ewropej tal-Kultura" (l-"azzjoni") hija b'dan stabbilita għas-snin 2020 sal-2033.

Artikolu 2

Għanijiet

1.  L-għanijiet ġenerali tal-azzjoni għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)  li tiġi salvagwardata u promossa d-diversità tal-kulturi fl-Ewropa u jiġu enfasizzati l-aspetti komuni li għandhom bejniethom, kif ukoll sabiex jikber is-sens ta' appartenza għal spazju kulturali komuni;

(b)  li titrawwem il-kontribuzzjoni tal-kultura għall-iżvilupp fit-tul tal-ibliet f'konformità mal-istrateġiji u l-prijoritajiet rispettivi tagħhom.

2.  L-għanijiet speċifiċi tal-azzjoni għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)  li ttejjeb il-medda, id-diversità u d-dimensjoni Ewropea tal-offerta kulturali fl-ibliet, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni transnazzjonali;

(b)  li tkabbar l-aċċess u l-parteċipazzjoni fil-kultura;

(c)  li ssaħħaħ il-kapaċità tas-settur kulturali u r-rabtiet tiegħu ma' setturi oħra;

(d)  li tgħolli l-profil internazzjonali tal-bliet permezz tal-kultura.

Artikolu 3

Aċċess għall-azzjoni

-1. Il-kompetizzjoni għat-titolu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għandha tkun miftuħa biss għall-ibliet, li jistgħu jinvolvu ż-żoni tal-madwar tagħhom.

-1a. L-għadd ta' Kapitali Ewropej tal-Kultura f'sena partikolari ("sena tat-titolu") ma għandux ikun aktar minn tlieta.

Il-ħatra għandha tapplika għal massimu ta' belt waħda fi kwalunkwe wieħed miż-żewġ Stati Membri li jidhru fil-kalendarju li jinsab fl-Anness ("kalendarju") u, fis-snin rilevanti, għal belt waħda mill-pajjiżi kandidati u potenzjali jew għal bliet minn pajjiż wieħed li jsir membru tal-Unjoni fiċ-ċirkostanzi li jinsabu fil-paragrafu 3a.

1.  L-ibliet fl-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jinħatru bħala Kapitali Ewropej tal-Kultura għal sena waħda skont il-kalendarju.

3.  L-ibliet f’pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali li jipparteċipaw fil-Programm Ewropa Kreattiva jew fil-programmi sussegwenti tal-Unjoni li jappoġġaw il-kultura fid-data tal-pubblikazzjoni tas-sejħa għal preżentazzjoni ta' applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 jistgħu japplikaw għat-titolu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura, għal sena waħda biss, fil-qafas ta’ kompetizzjoni miftuħa organizzata kull tielet sena ▌ b’konformità mal-kalendarju fl-anness.

▌L-ibliet fil-pajjiżi kandidati u dawk kandidati potenzjali għandhom jitħallew jipparteċipaw biss f'kompetizzjoni waħda matul il-perjodu mill-2020 sal-2033.

Barra minn hekk, kull pajjiż kandidat jew kandidat potenzjali għandu jitħalla jilqa' t-titolu darba biss matul il-perjodu mill-2020 sal-2033.

3a.  Pajjiżi li jsiru membri tal-Unjoni wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni iżda qabel il-31 ta' Diċembru 2026 għandhom ikunu intitolati jilqgħu t-titolu tal-Belt Kulturali Ewropea skont ir-regoli u l-proċeduri applikabbli għal Stati Membri seba' snin wara l-adeżjoni. Il-kalendarju għandu jkun aġġornat kif meħtieġ. Pajjiżi li jaderixxu għall-Unjoni wara il-31 ta' Diċembru 2026 ma għandhomx ikunu intitolati jipparteċipaw f'din l-azzjoni ta' Kapitali Ewropea tal-Kultura bħala Stati Membri.

Madankollu, fi snin fejn diġà hemm tliet Kapitali Ewropej tal-Kultura skont il-kalendarju, l-ibliet fil-pajjiżi aderenti għall-Unjoni għandhom ikunu intitolati biss jilqgħu t-titolu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura fis-sena disponibbli li jmiss fil-kalendarju, fl-ordni tal-adeżjoni tagħhom.

Jekk belt minn pajjiż aderenti għall-Unjoni tkun ipparteċipat qabel f'kompetizzjoni għal pajjiżi kanditati u dawk kandidati potenzjali, hi ma tistax tipparteċipa fl-ebda kompetizzjoni sussegwenti għall-Istati Membri. Meta belt ta' pajjiż aderenti tkun ġiet maħtura bħala Belt Kulturali Ewropea matul il-perjodu mill-2020 sal-2033 skont il-paragrafu 3, dak il-pajjiż ma għandux ikun intitolat jinnomina belt oħra minn tiegħu bħala Belt Kulturali Ewropea f'din l-azzjoni wara l-adeżjoni tiegħu.

Jekk aktar minn pajjiż wieħed jaderixxi mal-Unjoni fl-istess data u jekk ma jkunx hemm qbil dwar l-ordni ta' parteċipazzjoni fl-azzjoni bejn dawk il-pajjiżi, il-Kunsill għandu jorganizza tlugħ bix-xorti.

Artikolu 4

Applikazzjonijiet

2.  Għandha titħejja formola ta’ applikazzjoni komuni bbażata fuq il-kriterji stipulati fl-Artikolu 5 ("formola ta' applikazzjoni") mill-Kummissjoni li għandha tintuża mill-kandidati kollha. Fejn belt tinvolvi ż-żona tagħha tal-madwar, l-applikazzjoni għandha ssir taħt l-isem tal-belt.

3.  Kull applikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq programm kulturali b’dimensjoni Ewropea qawwija. Il-programm kulturali għandu jkun ta' sena u għandu jinħoloq b'mod speċifiku għat-titolu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura, skont il-kriterji stipulati fl-Artikolu 5. ▌

Artikolu 5

Kriterji

Il-kriterji għall-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet ("il-kriterji ") jinqasmu f’sitt kategoriji: "kontribut għall-istrateġija fit-tul", ▌"dimensjoni Ewropea", "kontenut kulturali u artistiku", "kapaċità li twassal", "komunikazzjoni" u "ġestjoni".

1.  Għal dik li huwa "kontribut għall-istrateġija fit-tul", għandu jittieħed kont tal-fatturi li ġejjin:

(a)  il-fatt li l-istrateġija kulturali tal-belt tkun fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni, li tinkludi l-azzjonijiet u l-pjanijiet tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sostenn ta’ attivitajiet kulturali lil hinn mis-sena tat-titolu;

(b)  il-pjanijiet għat-tisħiħ tal-kapaċità tas-setturi kulturali u kreattivi, inkluż l-iżvilupp ta' kollegamenti fit-tul bejn is-setturi kulturali, ekonomiċi u soċjali fil-belt ikkonċernata;

(d)  l-effetti kulturali, l-impatt soċjali u ekonomiku, inkluż l-iżvilupp urban fit-tul li huwa previst li t-titolu jkollu fuq il-belt;

(e)  il-pjanijiet għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-impatt tat-titolu fuq il-belt u għat-tixrid tar-riżultati tal-evalwazzjoni.

4.  Għal dik li hija "dimensjoni Ewropea", il-fatturi li ġejjin għandhom jiġu eżaminati:

(a)  l-ambitu u l-kwalità tal-attivitajiet li jippromwovu d-diversità kulturali tal-Ewropa, id-djalogu interkulturali u l-fehim reċiproku akbar bejn iċ-ċittadini Ewropej;

(b)  l-ambitu u l-kwalità tal-attivitajiet li jenfasizzaw l-aspetti komuni tal-kulturi Ewropej, il-patrimonju u l-istorja, kif ukoll l-integrazzjoni Ewropea u temi attwali Ewropej;

(c)  l-ambitu u l-kwalità tal-attivitajiet li fihom huma rrappreżentati l-artisti Ewropej, il-kooperazzjoni mal-operaturi jew l-ibliet speċjalment Kapitali Ewropej tal-Kultura oħrajn f'pajjiżi differenti, inkluż fejn xieraq, ta' Kapitali Ewropej tal-Kultura oħra u s-sħubiji transnazzjonali;

(d)  strateġija biex jiġi attirat l-interess ta’ pubbliku Ewropew u internazzjonali wiesa’.

4a.  Għal dak li huwa "kontenut kulturali u artistiku", il-fatturi li ġejjin għandhom jiġu eżaminati:

(a)  viżjoni artistika u strateġija ċari u koerenti għall-programm kulturali tas-sena;

(b)  l-involviment ta’ artisti u organizzazzjonijiet kulturali lokali fil-ħolqien u l-implimentazzjoni tal-programm kulturali;

(c)  il-firxa u d-diversità tal-attivitajiet proposti u l-kwalità artistika ġenerali tagħhom;

(d)  il-kapaċità li tgħaqqad il-forom tal-arti tradizzjonali u l-wirt kulturali lokali ma’ espressjonijiet kulturali ġodda, innovattivi u sperimentali.

4b.  Għal dik li hija "kapaċità ta’ rendiment", l-ibliet kandidati għandhom juru li:

(a)  l-applikazzjoni għandha l-appoġġ politiku wiesa' u impenn finanzjarju sostenibbli mill-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali;

(b)  il-belt għandha, jew ser ikollha, l-infrastruttura vijabbli u xierqa biex tilqa' t-titolu.

5.  Għal dik li hija "komunikazzjoni", il-fatturi li ġejjin għandhom jiġu eżaminati:

(a)  l-involviment tal-popolazzjoni lokali u s-soċjetà ċivili fil-preparazzjoni tal-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura;

(b)  il-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda u sostenibbli għal firxa wiesgħa ta’ ċittadini biex jattendu jew jipparteċipaw f'attivitajiet kulturali, partikolarment iż-żgħażagħ, il-volontiera u l-emarġinati u l-iżvantaġġjati, inklużi l-minoranzi. Attenzjoni speċjali għandha tingħata wkoll ▌għall-aċċessibbiltà ta’ dawn l-attivitajiet għal persuni b'diżabilità u għall-anzjani;

(c)  l-istrateġija ġenerali għall-iżvilupp tal-udjenza, u partikolarment il-ħolqa mal-edukazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-iskejjel.

6.  Għal dik li hija "ġestjoni", il-fatturi li ġejjin għandhom jiġu eżaminati:

(a)  il-fattibbiltà tal-istrateġija għall-ġbir tal-fondi u tal-baġit propost li tinkludi, fejn xieraq, il-pjanijiet biex jinstab appoġġ finanzjarju mill-programmi u mill-fondi tal-Unjoni. Dan il-baġit għandu jkopri l-fażi tat-tħejjija, is-sena tat-titolu fiha nnifsha, l-evalwazzjoni u dispożizzjonijiet għal attivitajiet ta' segwitu, u ippjanar ta' kontinġenza;

(b)  l-istruttura tal-governanza u ta' rendiment prevista għall-implimentazzjoni tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura, li għandha tinkludi dispożizzjoni dwar kooperazzjoni adegwata bejn l-awtorità lokali u l-istruttura ta' rendiment, inkluż it-tim artistiku;

(c)  il-proċeduri għall-ħatra tad-diretturi ġenerali u artistiċi u l-oqsma ta' azzjoni tagħhom ;

(d)  l-istrateġija ta' kummerċjalizzazzjoni u ta’ komunikazzjoni, li għandha tkun komprensiva u għandha tenfasizza li l-Kapitali Ewropej tal-Kultura hi azzjoni tal-Unjoni;

(da)  l-eżiztenza ta' istruttura ta' rendiment li l-persunal tagħha jkollu l-ħiliet u l-esperjenza xierqa għall-ippjanar, il-ġestjoni u t-twettiq tal-programm kulturali għas-sena tat-titolu.

Artikolu 6

Bord ta' Esperti

1.   Bord Ewropew ta’ esperti indipendenti ("▌il-bord") għandu jiġi stabbilit biex iwettaq il-proċeduri tal-għażla u l-monitoraġġ.

1a.  Il-bord għandu jikkonsisti minn għaxar esperti maħtura mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni skont il-paragrafu 2 ("esperti Ewropej").

Barra minn hekk, għall-għażla u l-monitoraġġ tal-belt minn Stat Membru, l-Istat Membru kkonċernat għandu jkun intitolat jaħtar sa żewġ esperti (l-"esperti nazzjonali") skont il-proċeduri tiegħu stess u f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni .

2.   ▌

Wara li torganizza sejħa ta' turija ta' interess, il-Kummissjoni għandha tipproponi grupp ta' membri potenzjali ta' esperti Ewropej.

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni sussegwentement għandhom jagħżlu tliet esperti kull wieħed minn dan il-grupp u jaħtruhom skont il-proċeduri rispettivi tagħhom. Il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jagħżel espert mill-grupp u jaħtar lil dak l-espert skont il-proċeduri tiegħu.

Fl-għażla tal-esperti Ewropej, kull waħda minn dawk l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom ifittxu li jiżguraw il-komplementarjetà tal-kompetenzi, it-tqassim ġeografiku bbilanċjat u bilanċ bejn is-sessi fil-kompożizzjoni ġenerali tal-bord.

2a.   L-esperti kollha għandhom ikunu ċittadini tal-Unjoni. Huma għandhom ikunu indipendenti b'esperjenza u għarfien espert sostanzjali fis-settur kulturali, fl-iżvilupp kulturali tal-ibliet, jew fl-organizzazzjoni tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura jew f'avveniment kulturali internazzjonali ta' ambitu u skala simili. Huma għandhom ikunu wkoll f'pożizzjoni li jiddedikaw numru xieraq ta' ġranet tax-xogħol fis-sena lill-bord.

Il-Bord għandu jinnomina l-president tiegħu.

3.  L-esperti Ewropej għandhom jinħatru għal perjodu ta' tliet snin.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, fir-rigward tal-ewwel darba li jitwaqqaf il-bord, il-Parlament Ewropew għandu jaħtar l-esperti tiegħu għal tliet snin, il-Kunsill għal sena, il-Kummissjoni għal sentejn u l-Kumitat tar-Reġjuni ▌għal sena▌.

4.   L-esperti kollha tal-bord ▌għandhom jiddikjaraw kwalunkwe konflitt ta’ interess attwali jew potenzjali fir-rigward ta’ belt kandidata speċifika. Fil-każ ta' dikjarazzjoni bħal din minn espert, jew jekk jiġi żvelat tali kunflitt ta' interess, dak l-espert għandu jirriżenja u l-istituzzjoni jew il-korp rilevanti tal-Unjoni jew Stat Membru għandu jibdel dak l-espert għall-bqija tal-mandat, bi qbil mal-proċedura rilevanti.

5.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika, fuq il-websajt tagħha, ir-rapporti kollha tal-bord.

Artikolu 7

Sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet fl-Istati Membri

1.  Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-organizzazzjoni tal-kompetizzjoni bejn l-ibliet tiegħu f'konformità mal-kalendarju ▌.

2.  L-Istati Membri għandhom jippubblikaw sejħa għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet mill-anqas sitt snin qabel ▌is-sena tat-titolu.

B'deroga, dawk l-Istati Membri li huma intitolati li jinnominaw Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2020, għandhom jippubblikaw din is-sejħa malajr kemm jista' jkun wara ...(12). Kull sejħa għal sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, immirata lejn l-ibliet kandidati għat-titolu, għandha tinkludi l-formula ta' applikazzjoni ▌.

L-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet mill-ibliet kandidati għal kull sejħa għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għandha tkun skedata mhux qabel 10 xhur minn meta tiġi pubblikata.

3.  L-applikazzjonijiet għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni mill-Istat Membru konċernat.

Artikolu 8

Preselezzjoni fl-Istati Membri

1.  Kull ▌Stat Membru kkonċernat għandu jlaqqa' l-bord ▌għal laqgħa ta' qabel l-għażla mal-ibliet kandidati mill-anqas ħames snin qabel is-sena tat-titolu ▌.

2.  Il-bord,wara li jevalwa l-applikazzjonijiet skont il-kriterji, għandu jilħaq ftehim dwar lista mqassra ta' bliet kandidati ▌u għandu joħroġ rapport tal-preselezzjoni dwar l-applikazzjonijiet kollha li jagħti, inter alia, rakkomandazzjonijiet lill-ibliet kandidati tal-lista mqassra.

3.  Il-bord ▌għandu jippreżenta rapport ta' preselezzjoni lill-Istati Membri kkonċernati u lill-Kummissjoni. Kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati għandu japprova formalment il-lista mqassra bbażata fuq ir-rapporti tal-bord.

Artikolu 9

Għażla fl-Istati Membri

1.  L-ibliet kandidati fil-lista mqassra għandhom ilestu u jirrevedu l-applikazzjonijiet tagħhom bil-ħsieb li jikkonformaw mal-kriterji kif ukoll jieħdu kont tar-rakkomandazzjonijiet fir-rapport ta' qabel l-għażla, u għandhom jippreżentawhom lill-Istat Membru kkonċernat, li mbagħad għandu jippreżentahom lill-Kummissjoni.

2.  Kull Stat Membru kkonċernat għandu jlaqqa' l-bord ▌għal laqgħa ta' għażla finali mal-ibliet kandidati fil-lista mqassra sa mhux aktar tard minn disa’ xhur wara l-laqgħa ta' preselezzjoni.

Fejn meħtieġ, l-Istat Membru kkonċernat, b'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jista' jestendi dik l-iskadenza għal perjodu raġonevoli.

3.  Il-bord ▌għandu jevalwa l-applikazzjonijiet kompletati u rieżaminati.

4.  Il-bord ▌għandu joħroġ rapport tal-għażla dwar l-applikazzjonijiet b'rakkomandazzjoni għan-nomina ta' belt waħda fl-Istat Membru kkonċernat bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura. Madankollu, jekk ebda belt kandidata ma tissodisfa l-kriterji kollha, il-bord ▌jista' jirrakkomanda li dik is-sena t-titolu ma jingħatax.

Ir-rapport tal-għażla għandu jkollu wkoll rakkomandazzjonijiet lill-belt ikkonċernata dwar il-progress li jrid isir sas-sena tat-titolu.

Il-bord għandu jippreżenta rapport ta' preselezzjoni lill-Istati Membri kkonċernati u lill-Kummissjoni. ▌

Artikolu 10

Preselezzjoni u għażla fil-pajjiżi kandidati u dawk kandidati potenzjali

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-organizzazzjoni tal-kompetizzjoni bejn l-ibliet fil-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali.

2.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sejħa għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet mill-anqas sitt snin qabel ▌is-sena tat-titolu. ▌

Kull sejħa għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, immirata lejn l-ibliet kandidati għat-titolu, għandu jkun fiha formola ta' applikazzjoni.

L-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet taħt kull sejħa għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għandha tkun skedata mhux qabel 10 xhur mill-pubblikazzjoni.

4.  Il-preselezzjoni tal-ibliet għandha titwettaq mill-bord ▌mill-anqas ħames snin qabel ▌is-sena tat-titolu, abbażi tal-formola tal-applikazzjoni. Mhi se tiġi organizzata l-ebda laqgħa mal-ibliet kandidati.

Il-bord,wara li jevalwa l-applikazzjonijiet skont il-kriterji, għandu jilħaq ftehim dwar lista mqassra ta' bliet kandidati ▌u għandu joħroġ rapport tal-preselezzjoni dwar l-applikazzjonijiet kollha li jagħtu, inter alia, rakkomandazzjonijiet lill-ibliet kandidati tal-lista mqassra. Il-bord għandu jippreżenta r-rapport tiegħu ta' preselezzjoni tiegħu lill-Kummissjoni ▌.

5.  L-ibliet kandidati fil-lista mqassra għandhom ilestu u jirrevedu l-applikazzjonijiet tagħhom bil-ħsieb li jikkonformaw mal-kriterji kif ukoll jieħdu kont tar-rakkomandazzjonijiet fir-rapport tal-preselezzjoni, u għandhom jippreżentawhom lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tlaqqa' l-bord ▌għal laqgħa ta' għażla finali mal-ibliet kandidati fil-lista mqassra mhux aktar tard minn disa' xhur wara l-laqgħa ta' preselezzjoni. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista' testendi dik l-iskadenza għal perjodu raġonevoli.

Il-bord ▌għandu jevalwa l-applikazzjonijiet kompletati u rieżaminati.

Huwa għandu joħroġ rapport tal-għażla dwar l-applikazzjonijiet tal-ibliet kandidati fil-lista mqassra flimkien ma’ rakkomandazzjoni għan-nomina bħala Kapitali Ewropea tal-Kultura ta’ massimu ta’ belt waħda f’pajjiż kandidat jew pajjiż kandidat potenzjali.

Madankollu, jekk ebda belt kandidata ma tissodisfa l-kriterji kollha, il-bord ▌jista' jirrakkomanda li dik is-sena t-titolu ma jingħatax .

Ir-rapport tal-għażla għandu jkollu wkoll rakkomandazzjonijiet lill-belt ▌ ikkonċernata dwar il-progress ▌li jrid isir sas-sena tat-titolu.

Il-bord għandu jippreżenta r-rapport tal-għażla tiegħu lill-Kummissjoni ▌.

Artikolu 11

Nomina

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti implimentattivi, tinnomina uffiċjalment il-Kapitali Ewropej tal-Kultura, wara li tikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-bord ▌. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat tar-Reġjuni bl-għażla tagħha.

Artikolu 12

Kooperazzjoni bejn l-ibliet nominati

▌Bliet nominati għall-istess sena għandhom ifittxu li jiżviluppaw rabtiet bejn il-programmi kulturali tagħhom, u l-kooperazzjoni tista' titqies fil-qafas tal-proċedura ta' monitoraġġ kif stabbilit fl-Artikolu 13.

Artikolu 13

Monitoraġġ

1.  Il-bord ▌għandu jissorvelja t-tħejjija tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura u jipprovdi l-ibliet b’appoġġ u gwida minn meta jiġu nominati sal-bidu tas-sena tat-titolu.

2.  Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha ssejjaħ tliet laqgħat li għandhom jattendu għalihom il-bord ▌u l-ibliet nominati ▌: l-ewwel laqgħa għandha sseħħ tliet snin qabel ▌is-sena tat-titolu; it-tieni laqgħa għandha sseħħ tmintax-il xahar qabel ▌is-sena tat-titolu u t-tielet laqgħa għandha sseħħ xahrejn qabel ▌ is-sena tat-titolu. L-Istat Membru jew il-pajjiż kandidat jew kandidat potenzjali kkonċernat jista’ jinnomina osservatur għal dawk il-laqgħat.

L-ibliet għandhom joħorġu rapporti dwar il-progress lill-Kummissjoni sitt ġimgħat qabel kull waħda mil-laqgħat.

Matul il-laqgħat, il-bord ▌għandu jagħmel rendikont tal-preparazzjonijiet u jagħti parir bil-ħsieb li jgħin lill-ibliet jiżviluppaw programm kulturali ta’ kwalità għolja u strateġija effettiva. Il-bord għandu jagħti attenzjoni speċjali lir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fir-rapport dwar l-għażla u fir-rapporti ta’ monitoraġġ preċedenti.

3.  Wara kull laqgħa, il-bord ▌għandu joħroġ rapport dwar l-istat tal-preparazzjonijiet u dwar kwalunkwe passi li għandhom jittieħdu.

Il-bord għandu jittrażmetti r-rapporti ta' monitoraġġ lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-ibliet u l-Istati Membri jew il-pajjiżi kkonċernati. ▌

4.  Barra mil-laqgħat ta' monitoraġġ, il-Kummissjoni tista' torganizza żjarat mill-bord ▌fl-ibliet innominati kull meta jkun meħtieġ.

Artikolu 14

Premju

1.  ▌Il-Kummissjoni tista' tagħti premju fi flus ("il-premju") b'unur Melina Mercouri lil belt nominata soġġett għall-finanzjament disponibbli fil-qafas finanzjarju pluriennali rilevanti.

L-aspetti legali u finanzjarji tal-Premju għandhom jiġu ttrattati fil-qafas tal-programmi rispettivi tal-Unjoni ta' appoġġ għall-kultura.

2.  ▌Il-premju għandu jitħallas sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Marzu tas-sena tat-titolu, kemm-il darba l-belt ikkonċernata żżomm mal-impenji li tkun għamlet fl-istadju tal-applikazzjoni, tikkonforma mal-kriterji u tieħu kont tar-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-rapporti tal-għażla u tal-monitoraġġ.

L-impenji magħmula fl-istadju tal-applikazzjoni għandhom jitqiesu miżmuma mill-belt nominata meta ma tkun saret l-ebda bidla sostanzjali lill-programm u l-istrateġija bejn l-istadju tal-applikazzjoni u s-sena tat-titolu, u b'mod partikolari meta:

(a)  il-baġit inżamm f'livell li fih jista' jitwettaq programm kulturali ta' kwalità għolja f'konformità mal-applikazzjoni u l-kriterji;

(b)  l-indipendenza tat-tim artistiku tkun ġiet rispettata b'mod adegwat;

(c)  id-dimensjoni Ewropea tkun baqgħet qawwija biżżejjed fil-verżjoni finali tal-programm kulturali;

(d)  l-istrateġija ta' kummerċjalizzazzjoni u komunikazzjoni u l-materjal ta' komunikazzjoni użat mill-belt nominata jkunu jirriflettu biċ-ċar il-fatt li l-Kapitali Ewropej tal-Kultura hija inizjattiva tal-Unjoni;

(e)  il-pjanijiet għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-impatti tat-titolu fuq il-belt ikkonċernata jkunu fis-seħħ.

Artikolu 15

Arranġamenti prattiċi

Il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari:

(a)  tiżgura l-koerenza ġenerali tal-azzjoni;

(b)  tiżgura l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u l-bord ▌;

(c)  fid-dawl tal-għanijiet u l-kriterji, tistabbilixxi linji gwida biex jassistu fl-għażla u l-proċeduri ta' monitoraġġ f'kooperazzjoni mill-qrib mal-bord ▌;

(d)  tipprovdi appoġġ tekniku lill-bord ▌;

(e)  tagħmel pubblika l-informazzjoni rilevanti kollha u tikkontribwixxi għall-viżibbiltà tal-azzjoni fil-livell Ewropew u internazzjonali;

(f)  trawwem l-iskambju tal-esperjenza u tal-aħjar prassi bejn il-Kapitali Ewropej tal-Kultura tal-imgħoddi, tal-preżent u tal-futur, kif ukoll l-ibliet kandidati, u tippromwovi tqassim aktar mifrux tar-rapporti ta' evalwazzjoni tal-ibliet u l-lezzjonijiet meħuda.

Artikolu 16

Evalwazzjoni

1.  L-evalwazzjoni tar-riżultati ta’ kull Kapitali Ewropea tal-Kultura għandha tkun ▌ir-responsabbiltà tal-belt ikkonċernata.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida u indikaturi komuni għall-ibliet abbażi tal-għanijiet u tal-kriterji ▌sabiex tiżgura approċċ koerenti fil-proċedura ta' evalwazzjoni.

L-ibliet għandhom iħejju r-rapporti ta' evalwazzjoni tagħhom u jittrażmettuhom lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru tas-sena ta' wara s-sena tat-titolu. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapporti ta' evalwazzjoni fuq il-websajt.

2.  Barra l-evalwazzjonijiet tal-ibliet, il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li l-evalwazzjoni esterna u indipendenti tar-riżultati tal-azzjoni jsiru fuq bażi regolari. ▌

L-evalwazzjoni esterna u indipendenti għandha tiffoka fuq il-fatt li tqiegħed il-Kapitali Ewropej tal-Kultura kollha tal-imgħoddi f’kuntest Ewropew, b’mod li jistgħu jsiru paraguni u jittieħdu tagħlimiet għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura tal-ġejjieni, kif ukoll għall-ibliet Ewropej kollha. Hija għandha tivvaluta l-azzjoni bħala entità sħiħa, inklużi l-effiċjenza tal-proċessi involuti fit-tmexxija tagħha, l-impatt tagħha u kif tista’ tittejjeb.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat tar-Reġjuni r-rapporti li ġejjin imsejsa fuq dawk l-evalwazzjonijiet, akkumpanjati, jekk ikun xieraq, minn proposti rilevanti:

(a)  l-ewwel rapport interim ▌mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024;

(b)  it-tieni rapport interim ▌mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2029;

(c)  rapport ▌ex post sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2034.

Artikolu 17

Tħassir u dispożizzjonijiet tranżitorji

Id-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE hija b'dan imħassra. Hija għandha madankollu tkompli tapplika fil-każ ta’ bliet li ġew nominati jew huma fil-proċess li jiġu nominati bħala Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin mill-2012 sal-2019.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi ▌

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

Kalendarju

2020

Il-Kroazja

L-Irlanda

2021

Ir-Rumanija

Il-Greċja

Pajjiż kandidat jew potenzjalment kandidat

2022

Il-Litwanja

Il-Lussemburgu

2023

L-Ungerija

Ir-Renju Unit

2024

L-Estonja

L-Awstrija

Pajjiż kandidat jew potenzjalment kandidat

2025

Is-Slovenja

Il-Ġermanja

2026

Is-Slovakkja

Il-Finlandja

2027

Il-Latvja

Il-Portugall

Pajjiż kandidat jew potenzjalment kandidat

2028

Ir-Repubblika Ċeka

Franza

2029

Il-Polonja

L-Isvezja

2030

Ċipru

Il-Belġju

Pajjiż kandidat jew potenzjalment kandidat

2031

Malta

Spanja

2032

Il-Bulgarija

Id-Danimarka

2033

Il-Pajjiżi l-Baxxi

L-Italja

Pajjiż kandidat jew potenzjalment kandidat

(1) ĠU C 113, 18.4.2012, p. 17
(2) ĠU C 17, 19.1.2013, p. 97.
(3) Emendi: it-test ġdid jew emendat huwa indikat b'tipa qawwija korsiva; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
(4) ĠU C 113, 18.4.2012, p. 17 u ĠU C 17, 19.1.2013, p. 97.
(5) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013.
(6) ĠU C 287, 29.11.2007, p. 1.
(7) ĠU C 247 E, 15.10.2009, p. 32.
(8)Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin mill-2007 sal-2019 (ĠU L 304, 3.11.2006, p. 1).
(9) Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014-2020) u li tħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1718/2006/KE, Nru 1855/2006/KE u Nru 1041/2009/KE (ĠU L 347, 2013/12/20, p. 221).
(10) 14944/10.
(11) ĠU C 56 E, 26.2.2013, p. 41.
(12) Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.


Li jemenda ċerti regolamenti fil-qasam tas-sajd u s-saħħa tal-annimali minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni ***I
PDF 437kWORD 90k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti Regolamenti fil-qasam tas-sajd u s-saħħa tal-annimali minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni (COM(2013)0417 – C7-0175/2013 – 2013/0191(COD))
P7_TA(2013)0591A7-0425/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0417),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 43(2) u 168(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0175/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 349 u 355(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kunsill tal-10 ta' Ottubru 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tat-18 ta' Settembru 2013(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0425/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti Regolamenti fil-qasam tas-sajd u s-saħħa tal-annimali minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni

P7_TC1-COD(2013)0191


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli l-Artikolu 43(2) u, l-Artikolu 168(4)(b) u l-Artikolu 349 tiegħu, [Em. 1]

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li bagħtu l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(4),

Billi:

(1)  Permezz tad-Deċiżjoni 2012/419/UE(5), il-Kunsill Ewropew emenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. Għaldaqstant, minn dik id-data l-Majott ma jibqax territorju barrani biex isir u jsir reġjun ultraperifiku skont l-Artikoli 349 u 355(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Wara din il-bidla fl-istatus legali tal-Majott, il-liġi tal-Unjoni se tapplika għall-Majott mill-1 ta' Jannar 2014. Huwa xieraq li jkun hemm provvediment għal ċerti miżuri speċifiċi ġustifikati mis-sitwazzjoni strutturali, soċjali u ekonomika partikolari tal-Majott f’għadd ta’ oqsmali hi aggravata minħabba l-bogħod, l-insularità, id-daqs żgħir, it-topografija u l-klima diffiċli tagħha. [Em. 2]

(2)  Fil-qasam tas-sajd u s-saħħa tal-annimali, ir-Regolamenti li ġejjin għandhom jiġu emendati.

(3)  Fir-rigward tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta’ Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar(6), l-ibħra madwar il-Majott għandhom ikunu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ purse-seines dwar għal ġlejjeb ta' tonn u ta' ħut simili fiż-żona sa 24 mil nawtiku mil-linji ta’ bażi tal-gżira għandu jkun projbit sabiex ikunu ppreservati ġlejjeb ta’ ħut migratorji kbar qrib il-gżira tal-Majott. [Em. ma jikkonċernawx il-lingwi kollha]

(4)  Fir-rigward ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura(7), fid-dawl tal-iskemi frammentati ħafna u ta' marketing sottożviluppati tal-Majott, l-applikazzjoni tar-regoli dwar it-tikkettar ta’ prodotti tas-sajd jimponu fuq bejjiegħa bl-imnut piż li mhuwiex proporzjonat mal-informazzjoni li għandu jkun trasmess lill-konsumatur. Għalhekk huwa xieraq li tiġi pprovduta deroga temporanja mir-regoli dwar l-ittikkettjar ta’ prodotti tas-sajd offruti għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari fil-Majott.

(5)  Fir-rigward tal-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd(8), miżuri speċifiċi għandhom jiġu introdotti fir-rigward ir-reġistru tal-flotta u s-sistema ta’ aċċess.

(6)  L-ewwel nett, parti importanti tal-flotta li ttajjar il-bandiera ta’ Franza u li topera mid-dipartiment Franċiż tal-Majott hija komposta minn bastimenti ta’ anqas minn disa' 10 metri li huma mxerrda madwar il-gżira, ma għandhomx postijiet ta’ nżul speċifiċi u għad iridu jiġu identifikati, imkejla u attrezzati bl-għodda minima tas-sigurtà sabiex jiġu inklużi fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni; bħala konsegwenza, Franza ma tkunx tista' tispiċċa dan ir-reġistru sal-31 ta’ Diċembru 20162020. Franza għandha, madankollu, tinstalla r-reġistru tal-flotta provviżorja li tiggarantixxi identifikazzjoni minima tal-bastimenti ta’ dan is-segment sabiex tiġi evitata l-proliferazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd informali. [Em. 4]

(7)  It-tieni nett, hu meħtieġ għall-ħarsien tal-qagħda ekoloġika u bijoloġika sensittivatal-ibħra madwar il-Majott u l-preservazzjoni tal-ekonomija lokali ta' dik il-gżira, b'kunsiderazzjoni tal-qagħda strutturali, soċjali u ekonomika tagħhomtagħha, biex jiġu limitati xi attivitajiet tas-sajd f'dawk l-ibħra għal bastimenti reġistrati fil-portijiet ta' dik il-gżira. [Em. 5]

(8)  Fir-rigward tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi tal-Komunità(9), aspett partikolari tal-Majott hu li l-ebda għan ma ġie stabbilit għall-flotta tagħha skont ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 li jirreferi għall-Programm ta’ Gwida Pluriennali 1997-2002. Mil-lat ta’ konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd, huwa xieraq li tiffriża l-kapaċità tas-sajd tal-flotot fil-livelli attwali, speċjalment għas-segment ta’ bastimenti kbar b’kapaċità kbira tas-sajd. Madankollu, għal bastimenti iżgħar, fid-dawl tal-fatt li Franza ppreżentat lill-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) pjan ta’ żvilupp li jindika l-evoluzzjoni mistennija tal-flotta bbażata fil-Majott, li l-ebda parti kontraenti tal-IOTC, inkluża l-Unjoni, ma oġġezzjonat għalih, huwa xieraq minħabba ċ-ċirkostanzi soċjali u ekonomiċi speċifiċi attwali tal-Majott, li l-għanijiet ta’ dak il-pjan jintużaw bħala livelli ta’ referenza għall-kapaċità tal-flotta rreġistrati fil-portijiet tal-Majott u li jippermettu lil Franza biex tiżdied il-flotta tagħha biex tissodisfa l-objettivi tal-pjan ta’ żvilupp tagħha. [Em. 6]

(9)  Fir-rigward ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002(10), (ir-Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali), għandu jiġi nnotat li l-Majott ma għandux kapaċità industrijali għall-ipproċessar ta' prodotti sekondarji tal-annimali. Huwa għalhekk xieraq li jippermetti lil Franza perjodu ta’ ħames snin sabiex tiġi stabbilita l-infrastruttura meħtieġa għall-identifikazzjoni, l-immaniġġar, it-trasport, it-trattament u r-rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali fil-Majott f’konformità sħiħa mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

(10)  Fir-rigward ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006(11) , jidher li Franza mhux se tkun f'pożizzjoni li tkun konformi mal-obbligi kollha tal-Unjoni għas-segment "il-Majott. Speċi pelaġiċi u tal-qiegħ. Tul < 9 m"10 m" tal-flotta tal-Majott sad-data li fiha l-Majott isir reġjun ultraperiferiku. Il-bastimenti ta’ dak is-segment, imxerrdin madwar il-gżira, ma jkollhomx postijiet ta’ nżul speċifiċi u għad iridu jiġu identifikati. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jitħarrġu s-sajjieda u kontrolluri u li jistabbilixxu infrastruttura amministrattiva u fiżika xierqa. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi pprovduta deroga temporanja minn ċerti regoli li jikkonċernaw il-kontroll ta’ bastimenti tas-sajd u l-karatteristiċi tagħhom, l-attivitajiet tagħhom fuq il-baħar, l-apparat tagħhom u l-qabdiet tagħhom fl-istadji kollha mill-bastiment għas-suq fir-rigward ta’ dak is-segment tal-flotta. Madankollu, sabiex tissodisfa mill-anqas xi wħud mill-aktar objettivi importanti tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, Franza għandha tistabbilixxi sistema nazzjonali ta’ kontroll li jippermettilha tikkontrolla u tissorvelja l-attivitajiet ta’ dak is-segment tal-flotta u sabiex tosserva l-obbligi ta’ rappurtar internazzjonali tal-Unjoni. [Em. 7]

(11)  Ir-Regolamenti (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 104/2000, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 639/2004, (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1224/2009 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 850/98

Ir-Regolament (KE) Nru 850/98 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)  Fl-Artikolu 2(1) il-punt (h) għandu jinbidel b’dan li ġej:"

"(h) Ir-Reġjun 8:

L-ibħra kollha barra mix-xtut tad-dipartimenti Franċiżi ta' Réunion u l-Majott li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' Franza.";

"

(1a)  Fl-Artikolu 2, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

"3a. Il-‘Park Naturali Marittimu tal-Majott’ għandu jfisser iż-żona ekonomika esklużiva (ZEE) tal-Majott (68 381 km2). Fuq l-art, il-Park se jestendi sal-parti ta' fuq tal-bajja, li tikkorrispondi għal-limitu taż-żona pubblika marittima."

"

(2)  L-artikolu  li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 34:"

"Artikolu 34a

Restrizzjonijiet fuq attivitajiet tas-sajd fiż-żona ta' 24 mil madwar il-gżira tal-Majott

Bastimenti Il-bastimenti għandhom ikunu projbiti milli jużaw xi purse-seines dwar għal ġlejjeb ta' tonn u ta' ħut simili fiż-żona sa 24 mil nawtiku mil-linji ta’ bażi tal-gżira tal-Majott, imkejla mil-linji bażi minn fejn huma mkejla l-ibħra territorjali. [Em. ma jikkonċernawx il-lingwi kollha]

Is-sajd taħt tagħmir f'wiċċ il-baħar biex jinġema l-ħut (FADs) u taħt mammali tal-baħar kbar u klieb il-baħar baliena (FADs naturali) għandu jkun projbit fil-Park Naturali Marittimu kollu tal-Majott. " [Em. 10]

"

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-paragrafu 3:"

"3a. Sas-16 Sal-31 ta’ Diċembru 2016 2021, il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal prodotti offruti għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari fil-Majott.” [Em. 11]

"

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2371/2002

Ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)  Fl-Artikolu 15, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

"5. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, Franza għandha tkun eżentata sal-31 ta’ Diċembru 2016 2021 mill-obbligu li tinkludi fir-reġistru tagħha ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni dawk il-bastimenti li huma anqas minn disa' 10 metri f'tul totali u li joperaw mill-Majott. [Em. 12]

6.  Sal-31 ta’ Diċembru 2016 2021, Franza għandha żżomm reġistru provviżorja ta’ bastimenti tas-sajd li huma anqas minn disa' 10 metri f'tul totali u li joperaw mill-Majott. Dak ir-reġistru għandu jinkludi, għal kull bastiment, mill-inqas l-isem, it-tul totali tiegħu u kodiċi ta’ identifikazzjoni.” [Em. 13]

"

(2)  L-artikolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 18:"

"Artikolu 18a

Il-Majott

B’deroga mill-Artikolu 17, fl-ibħra sa 100 mil nawtiku mil-linji ta’ bażi tal-Majott, u fil-Park Naturali Marittimu tal-Majott kollu, Franza tista’ tadotta l-miżuri ta' konservazzjoni li jkunu kkunsidrati meħtieġa għall-preservazzjoni tar-riżorsi naturali protetti mil-leġiżlazzjoni li tistabbilixxi dak il-park, inklużi miżuri biex tillimita s-sajd għal bastimenti tas-sajd irreġistrati fil-portijiet tal-Majott, jew fir-reġistru tal-bastimenti tal-Unjoni jew f’reġistru provviżorju msemmija fl-Artikolu 15(6), ħlief għal bastimenti tal-Unjoni li, fi żmien sentejn li jippreċedu l-1 ta’ Jannar 2014, jistadu f’dawk l-ilmijiet għal mill-inqas 40 jum sakemm dawn ma jaqbżux l-isforz tas-sajd eżerċitat tradizzjonalment.” [Em. 14]

"

Artikolu 4

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 639/2004

Fir-Regolament (KE) Nru 639/2004, l-artikolu li ġej huwa mdaħħal wara l-Artikolu 1:"

“Artikolu 1a

Flotta tal-Majott

1.  B’deroga mill-Artikolu 1(1)(a), il-livelli ta’ referenza għal bastimenti tas-sajd irreġistrati fil-portijiet tal-Majott, jew fir-reġistru tal-bastimenti tal-Unjoni jew f’reġistru provviżorju msemmija fl-Artikolu 15(6) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, għandha tkun il-kapaċità ta’ dik il-flotta fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Madankollu, għall-bastimenti tas-sajd li huma bejn tmien metri u 12-il metru f'tul totali u jużaw il-konzijiet u bastimenti tas-sajd li huma anqas minn disa' 10 metri tul totali, il-livell ta’ referenza għandu jkun il-kapaċità prevista fil-pjan ta’ żvilupp ppreżentata minn Franza lill-Kummissjoni tat-Tonn tal-Oċean Indjan fis-7 ta’ Jannar 2011. [Em. 15]

2.  Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, Franza għandha tiġi awtorizzata li tintroduċi kapaċità ġdida fis-segmenti tal-flotta ddefiniti għal bastimenti tas-sajd li huma bejn tmien metri u 12-il metru f'tul totali u jużaw il-konzijiet u bastimenti tas-sajd li huma anqas minn disa' 10 metri f'tul totali mingħajr l-irtirar ta’ kapaċità ekwivalenti.” [Em. 16]

"

Artikolu 5

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1069/2009

Fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009, l-Artikolu 56 jinbidel b'li ġej:"

"Artikolu 56

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika mill-4 ta’ Marzu 2011.

Madankollu, l-Artikolu 4 għandu japplika b'effett mill-1 ta' Jannar 20192021. Prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati ġġenerati fil-Majott qabel l-1 ta’ Jannar 2019 2021 għandhom jintremew skont l-Artikolu 19(1)(b). [Em. 17]

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. " 

"

Artikolu 6

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1224/2009

Fir-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-artikolu li ġej huwa mdaħħal wara l-Artikolu 2:"

"Artikolu 2a

L-applikazzjoni tas-sistema ta’ kontroll tal-Komunità għal ċerti segmenti tal-flottatad-dipartiment extrakontinentali Franċiż tar-reġjun ultraperiferiku tal-Majott [Em. 18]

1.  Sal-31 ta’ Diċembru 20162021, l-Artikolu 5(3) u l-Artikoli 6, 8, 41, 56, minn 58 sa 62, 66, 68 u 109 mhux se japplikaw għal Franza fir-rigward tal-bastimenti tas-sajd li huma inqas minn disa' 10 metri f'tul totali u joperaw mill-Majott, l-attivitajiet tagħhom u l-qbid tagħhom. [Em. 19]

2.  Sal-1 ta’ Jannar 2014 2015, Franza għandha tistabilixxi skema nazzjonali ta' kontroll applikabbli għal bastimenti tas-sajd li huma anqas minn disa' 10 metri f'tul totali u li joperaw mill-Majott. Dik l-iskema għandha tkun konformi ma’dawn ir-rekwiżiti li ġejjin: [Em. 20]

   (a) awtorità waħda, li tinsab fil-Majott, għandha tikkoordina l-attivitajiet tal-kontroll tal-awtoritajiet lokali kollha;
   (b) il-kontroll, is-spezzjoni u l-infurzar għandhom isiru fuq bażi mhux diskriminatorja;
   (c) l-iskema għandha tiżgura l-kontroll tal-qbid tal-ispeċijiet suġġetti għal ġestjoni taħt il-Kummissjoni tal-Oċean Indjan tat-Tonn u ta’ speċijiet suġġetti għal protezzjoni;
   (d) l-iskema għandha tiżgura l-kontroll tal-aċċess għal ilmijiet madwar il-Majott, b’mod partikolari f’oqsma suġġetti għal restrizzjonijiet tal-aċċess applikabbli għal ċerti segmenti tal-flotta;
   (e) l-iskema għandha tistabbilixxi bħala prijorità l-objettiv ta’ mmappjar tal-attivitajiet tas-sajd madwar il-gżira bil-għan li jitħejjew ir-raġunijiet għal azzjoni mmirata f’termini ta’ kontroll.

3.  Sat-30 ta’ Settembru 2014 2015 Franza għandha tippreżenta lill-Kummissjoni pjan ta’ azzjoni li jistipula l-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 mill-1 ta’ Jannar 20172018 dwar il-bastimenti tas-sajd li huma anqas minn disa' 10 metri f'tul totali u joperaw mid-dipartiment Franċiż mir-reġjun ultraperiferiku tal-Majott. Il-pjan ta’ azzjoni għandu jkun is-suġġett ta’ djalogu bejn Franza u l-Kummissjoni. Franza għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex timplimenta dak il-pjan ta’ azzjoni." [Em. 21]

"

Artikolu 7

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. fl-1 ta' Jannar 2014. [Em. 22]

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ... ,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) Punt 4 tal-Minuti tal-21 ta' Ottubru 2013 (P7_PV(2013)10-21).
(2) ĠU C 341, 21.11.2013, p. 97.
(3) ĠU C 341, 21.11.2013, p. 97.
(4) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013.
(5)ĠU L 204, 31.7.2012, p. 131.
(6)ĠU L 125, 27,4.1998, p. 1.
(7)ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.
(8)ĠU L 320, 5,12.2001, p. 7.
(9)ĠU L 102, 7.4.2004, p. 9.
(10)ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.
(11)ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


Ebda oġġezzjoni għar-regolament ta' delega: Emenda għal-Annessi I, II u IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati
PDF 203kWORD 36k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-regolament ta' delega tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ottubru 2013 li jemenda l-Annessi I, II u IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati (C(2013)07167 – 2013/2929(DEA))
P7_TA(2013)0592B7-0547/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-regolament ta' delega tal-Kummissjoni (C(2013)07167),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tal-25 ta' Novembru 2013, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-regolament ta' delega,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data tat-2 ta' Diċembru 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 3(2), 5(3) u 17(2) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 87a(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Kummissjoni enfasizzat il-fatt li huwa essenzjali li l-Parlament jadotta d-deċiżjoni tiegħu qabel is-16 ta' Diċembru 2013, minħabba l-ħtieġa li r-regolament ta' delega jiġi ppubblikat qabel l-1 ta' Jannar 2014, biex ikunu jistgħu jseħħu r-ristabbiliment f'waqtu tal-Mjanmar/Burma u l-inklużjoni tas-Sudan t'Isfel fl-iskema SPĠ;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-regolament ta' delega;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1.


L-appell għal impenn vinkolanti u li jitkejjel kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa fl-UE
PDF 242kWORD 47k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar l-appell għal impenn vinkolanti u li jitkejjel kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa fl-UE (2013/2963(RSP))
P7_TA(2013)0593B7-0552/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Diċembru 2012 dwar pjan ta' azzjoni għat-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa (COM(2012)0722),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Diċembru 2012 dwar il-pjanifikazzjoni fiskali aggressiva(1),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Diċembru 2012 dwar miżuri maħsuba biex jinkoraġġixxu lill-pajjiżi terzi biex japplikaw standards minimi ta' governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa(2),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ġunju 2012 dwar mezzi konkreti li jsaħħu l-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa inkluż f'dak li jirrigwarda lil pajjiżi terzi (COM(2012)0351),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Mejju 2013 dwar ‘Il-ġlieda kontra l-Frodi Fiskali, l-Evażjoni Fiskali u r-Rifuġji Fiskali’(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' April 2012 dwar l-appell għal modi konkreti biex jiġu miġġielda l-frodi fiskali u l-evażjoni fiskali(4),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet u r-rapport tal-Ecofin lill-Kunsill Ewropew tat-22 ta' Ġunju 2012 dwar kwistjonijiet ta' taxxa,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Ecofin tal-14 ta' Mejju 2013 dwar l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi tat-taxxa,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Mexxejja tal-G20 maħruġa wara s-Summit ta' San Pietruburgu tal-5 u s-6 ta' Settembru 2013,

–  wara li kkunsidra l-istqarrija maħruġa wara l-Laqgħa tal-Ministri tal-Finanzi u l-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali tal-G20 li saret f'Moska fil-15 u s-16 ta' Frar 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-2013 tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi bl-isem ‘Addressing Base Erosion and Profit Shifting’ (L-Indirizzar tal-Erożjoni tal-Bażi u t-Trasferiment tal-Profitt),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.  billi kull sena fl-UE jintilef l-ammont stmat ta' EUR 1 000 biljun fi dħul ta' taxxa potenzjali minħabba l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa, mingħajr ma jittieħdu miżuri xierqa bħala rispons;

B.  billi l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa huma attività illegali ta' evażjoni tat-taxxa dovuta, filwaqt li l-evitar tat-taxxa huwa l-użu legali tar-reġim tat-taxxa biex titnaqqas jew tiġi evitata t-taxxa dovuta, li kultant iwassal għal pjanifikazzjoni fiskali aggressiva, li tikkonsisti f'li wieħed jieħu vantaġġ mit-teknikalitajiet ta' sistema fiskali jew mid-diskrepanzi bejn żewġ sistemi fiskali jew aktar bl-iskop ta' tnaqqis fit-taxxa dovuta;

C.  billi l-armonizzazzjoni tal-bażi tat-taxxa bejn l-Istati Membri biss tista' tipprevjeni l-evitar tat-taxxa;

D.  billi ż-żidiet fil-potenzjal tad-dħul jistgħu jpoġġu lill-Istati Membri f'qagħda aħjar biex jibbilanċjaw il-baġits tagħhom u jżidu l-fondi disponibbli għall-promozzjoni tal-investiment, it-tkabbir u l-impjieg, li huma fatturi soċjoekonomiċi kruċjali għal strateġija sostenibbli tal-UE għall-ħruġ mill-kriżi;

E.  billi l-kobor tal-evażjoni u l-evitar tat-taxxa jdgħajjef il-fiduċja taċ-ċittadini fil-ġustizzja u l-leġittimità tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u s-sistemi tat-taxxa tagħhom;

F.  billi miżuri nazzjonali unilaterali f'ħafna każijiet ma kinux effettivi u ma kinux biżżejjed, u b'hekk inħasset il-ħtieġa ta' approċċ koordinat u pluridimensjonali bbażat fuq strateġiji u miri tanġibbli fil-livell nazzjonali, tal-UE u internazzjonali;

G.  billi l-konsolidazzjoni fiskali titlob sforzi kemm min-naħa tad-dħul, kif ukoll tal-infiq tal-baġits pubbliċi; billi bilanċ xieraq bejn bażijiet tat-taxxa u rati tat-taxxa huwa essenzjali sabiex jiżgura stabilità fiskali u kompetittività fil-livell nazzjonali u tal-UE;

1.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni u l-Kunsill huma lesti li jindirizzaw il-kwistjoni tad-distakk fiskali fl-Ewropa billi, fost affarijiet oħra, jiffukaw fuq l-intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa u l-pjanifikazzjoni fiskali aggressiva;

2.  Jilqa' l-proposti riċenti tal-Kummissjoni biex testendi l-iskambju ta' informazzjoni awtomatiku, tiġġieled kontra l-frodi tal-VAT u temenda d-Direttiva dwar il-Kumpaniji Prinċipali u dawk Sussidjarji, li huma mfassla biex inaqqsu l-evitar tat-taxxa fl-Ewropa billi jneħħu l-lakuni legali li kienu qed jintużaw minn ċerti kumpaniji biex jaħarbu milli jħallsu s-sehem ġust tagħhom ta' kontribuzzjonijiet fiskali;

3.  Ifakkar fl-appell urġenti tiegħu lill-Istati Membri biex jimpenjaw ruħhom għal mira ambizzjuża iżda realistika li sal-2020 id-distakk fiskali jitnaqqas bin-nofs;

4.  Jinsisti li fil-perjodu attwali tal-irkupru mill-kriżi, il-miri tanġibbli u l-impenn veru għall-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa billi jiġi eliminat id-distakk fiskali jista' jiġġenera żieda ferm bżonnjuża fi dħul tat-taxxa billi tiġi rkuprata t-taxxa dovuta;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tniedi studju dwar l-indikaturi possibbli li jikkostitwixxu bażi għat-tnaqqis tal-frodi, l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa u, jekk xieraq, tistabbilixxi sett ta' indikaturi standard għall-kejl tal-evażjoni u l-evitar tat-taxxa;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi sett ta' miri tanġibbli għat-tnaqqis tad-distakk fiskali fil-livell Ewropew u nazzjonali, fejn il-mira ewlenija tkun it-tnaqqis tad-distakk fiskali sal-2020;

7.  Jissuġġerixxi li dawn il-miri jiġu inkorporati fl-istrateġija tal-Ewropa 2020, jekk ikun xieraq, u jistieden lill-Kummissjoni teżamina jekk jistgħux jingħataw rwol ċar fl-ambitu tas-Semestru Ewropew;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, teżamina wkoll jekk il-programmi nazzjonali ta' riforma u l-programmi ta' stabilità u konverġenza jistgħux jiġu estiżi billi jinkorporaw dawn il-miri u l-miżuri, sabiex jinkiseb it-tnaqqis meħtieġ fid-distakk fiskali;

9.  Jenfasizza li hemm ħtieġa urġenti għal koordinazzjoni aħjar u li spinta komuni biex tnaqqas il-lakuna tat-taxxa tista' tagħti sustanza lit-talbiet tal-Kunsill għal impenn biex ikunu miġġielda l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa.

10.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta kull sena lill-Parlament u lill-Kunsill dwar il-progress li sar fl-UE u globalment fil-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa u l-pjanifikazzjoni fiskali aggressiva, u tippubblika eżempji tal-aħjar prattiki f'dan il-qasam fil-websajt tagħha;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi.

(1) ĠU L 338, 12.12.2012, p. 41.
(2) ĠU L 338, 12.12.2012, p. 37.
(3) Testi adottati, P7_TA(2013)0205.
(4) ĠU C 258 E, 7.9.2013, p. 53.


Implimentazzjoni tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma
PDF 249kWORD 85k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma (2013/2924(RSP))
P7_TA(2013)0594B7-0555/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3 u 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 8, 9 u 10 u 19(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ('il-Karta') u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni Razzjali tal-1965, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa tal-1979, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dirttijiet tat-Tfal tal-1989, u d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni li jappartjenu għal Minoranzi Nazzjonali, Etniċi, Reliġjużi u Lingwistiċi tal-1992,

–  wara li kkunsidra l-każistika rilevanti tal-QtĠ-UE u l-QEDB;

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament u tal-Kunsill dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2006 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa Roma fl-Unjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta’ razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali (id-Deċiżjoni Qafas dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Settembru 2010 dwar is-sitwazzjoni tar-Roma u dwar il-moviment liberu fl-Unjoni Ewropea(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-istrateġija tal-UE dwar l-inklużjoni tar-Roma(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Ġunju 2013 dwar l-akkomodazzjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2013 dwar it-tisħiħ tal-ġlieda kontra r-razziżmu, il-ksenofobija u r-reati ta’ mibegħda(5),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' April 2011 dwar Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-2020 (COM(2011)0173) u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 ta’ Ġunju 2011,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Mejju 2012 bl-isem: ‘Strateġiji nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma: wieħed mill-ewwel passi fl-implimentazzjoni tal-Qafas tal-UE’ (COM(2012)0226),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 Ġunju 2013 dwar passi ’l quddiem fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Roma (COM(2013)0454),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar miżuri ta’ integrazzjoni tar-Roma effettivi fl-Istati Membri (COM(2013)0460),

–  wara li kkunsidra l-istudju tiegħu ta' Jannar 2011 dwar miżuri biex jippromwovu s-sitwazzjoni ta' ċittadini tal-UE Roma fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-istħarriġ tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, ppreżentat f'Mejju tal-2012, bl-isem ‘The situation of Roma in 11 EU Member States’ (Is-Sitwazzjoni tar-Roma fi 11-il Stat Membru),

–  wara li kkunsidra s-smigħ tal-Qafas tal-UE għall-Istateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma li sar fit-18 ta' Settembru 2013 fil-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-4 ta' Settembru 2013 dwar ‘health inequalities in the European Union’ (l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea) (SWD(2013)0328),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Lulju 2013 dwar l-impatt tal-kriżi fl-aċċess għall-kura tal-gruppi vulnerabbli(6),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2013 dwar ‘Investing in health’(l-investiment fis-saħħa) (SWD(2013)0043);

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Marzu 2011 dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE(7),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Ottubru 2012 bl-isem ‘Is-Solidarjetà tas-Saħħa: It-Tnaqqis tal-Inugwaljanzi fis-Settur tas-Saħħa fl-UE’ (COM(2009)0567),

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija mressqa lill-Kummissjoni dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Istateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma (O-000117/2013 – B7–0528/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem;

B.  billi r-Roma isofru diskriminazzjoni madwar l-Ewropa u billi s-sitwazzjoni soċjo-ekonomika u tad-drittijiet fundamentali tagħhom, f'diversi każijiet, hija agħar minn dik ta' persuni li mhumiex Rom f'sitwazzjonijiet komparabbli;

C.  billi l-avvenimenti riċenti fl-Istati Membri tal-UE, l-atti ta' vjolenza kontra r-Roma, in-nuqqas ta' politiki ta' inklużjoni adegwati, l-użu ta' diskriminazzjoni retorika, strutturali u sistemika preġudikata kontra r-Roma, il-ksur ċar tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u n-nuqqas ta' investigazzjoni ġuridika u ta' prosekuzzjoni meta jkun hemm ksur tad-drittijiet fundamentali wrew li l-atteġġjament kontra r-Rom għadu prevalenti fl-UE u jeħtieġ li jkun indirizzat b'mod aktar vigoruż fil-livelli kollha;

D.  billi l-faqar u l-esklużjoni soċjali fost diversi Roma laħaq livell kritiku li jillimita l-prospetti tal-ħajja tal-familji Roma u jqiegħed lir-Roma żgħażagħ f'riskju li jispiċċaw fil-faqar minn età żgħira ħafna;

E.  billi l-attitudnijiet negattivi min-naħa ta' persuni li mhumiex Roma lejn ir-Roma u d-diskriminazzjoni espliċita jikkontribwixxu għall-esklużjoni tar-Roma;

F.  billi l-esklużjoni li qed tiżdied tar-Roma hija ta' ħsara għat-tkabbir u żżid id-defiċits baġitarji pubbliċi;

G.  billi l-inugwaljanzi soċjali u d-disparitajiet reġjonali jirriżultaw fi kwalità ta' ħajja li qed tiddeterjora għall-komunitajiet rurali; billi żvilupp urban immexxi ħażin iżid il-faqar urban li qed jiżdied u jikkontribwixxi għalih;

H.  billi l-komunikazzjoni tal-Kummisjoni tal-2013 dwar il-passi 'l quddiem fl-implimentazzjoni ta' strateġiji għall-integrazzjoni tar-Rom turi li nkiseb ftit progress mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Istrateġiji tagħhom għall-Integrazzjoni tar-Roma (NRIS), anki għat-twaqqif ta' prekondizzjonijiet strutturali għall-implimentazzjoni effettiva tagħhom;

I.  billi l-grupp ta' ħidma intern stabbilit mill-Kummissjoni fl-2010 eżamina l-użu tal-fondi tal-UE għall-inklużjoni tar-Roma fi 18-il pajjiż u sab li l-Istati Membri ma jużawx b'mod xieraq il-flus tal-UE u li għalkemm il-fondi tal-UE għandhom potenzjal konsiderevoli għall-promozzjoni tal-inklużjoni tar-Roma, l-ostakli fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali jwaqqfuhom milli jrawmu integrazzjoni soċjali u ekonomika effettiva tar-Roma;

J.  billi fil-maġġoranza tal-Istati Membri, ir-rappreżentazzjoni leġittima tar-Roma u l-involviment tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti fl-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' strateġiji nazzjonali għadhom insuffiċjenti;

K.  billi l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, il-valutazzjoni u r-rieżami tal-politiki tar-Roma huwa element ewlieni għall-implimentazzjoni effettiva tal-NRIS, meta jiġi kkunsidrat li dawn jiffurmaw livell ta' governanza mal-maġġoranza tar-responsabbiltajiet prattiċi għall-integrazzjoni tar-Roma iżda li l-livell ta' involviment tagħhom mill-Istati Membri huwa baxx;

L.  billi l-allokazzjoni ta' riżorsi finanzjarji mmirati għandha tkun akkumanpanjata minn rieda politika ġenwina min-naħa tal-Istati Membri, peress li din hija prekondizzjoni assoluta għas-suċċess tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji, u billi huma biss ftit Stati Membri li għandhom approċċ integrat għall-allokazzjoni tar-riżorsi minn fondi tal-UE u nazzjonali, filwaqt li f'oħrajn ikun hemm dewmien fl-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali minħabba li l-fondi tal-UE ma jintużawx biżżejjed, speċjalment fl-assenza ta' miżuri konkreti;

M.  billi t-total tal-ammont ta' fondi Ewropej iddedikati speċifikament għall-integrazzjoni tal-popolazzjonijiet Roma għadu mhuwiex ċar; billi, għalhekk, huwa kruċjali li l-Kummissjoni tkompli tissorvelja kif l-Istati Membri jonfqu l-fondi tal-UE u takkwista garanziji dwar l-użu adegwat ta' dawn il-fondi;

N.  billi l-monitoraġġ tajjeb u valutazzjoni sistematika u konsistenti tar-riżultati tal-miżuri għall-integrazzjoni tar-Roma jirrappreżentaw fattur kruċjali għall-implimentazzjoni effiċjenti tal-NRIS u billi anqas minn nofs l-Istati Membri ppjanaw xi mekkaniżmu għal rapportar u valutazzjoni regolari;

O.  billi l-Qafas tal-UE ppreveda t-twaqqif ta' Punti ta' Kuntatt Nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom għal kull Stat Membru u enfasizza li dawn għandhom ikollhom is-setgħa sħiħa biex jikkoordinaw b'mod effettiv l-inklużjoni tar-Roma fl-oqsma politiċi;

P.  billi l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li ma jkunx hemm diskriminazzjoni kontra r-Roma u li d-drittijiet tal-bniedem tagħhom, kif stabbilit fil-Karta u fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll fid-dritt tal-UE, jiġu rispettati, imħarsa u promossi;

Q.  billi r-Roma isofru minn diskriminazzjoni u esklużjoni soċjali u għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-minuri u lin-nisa fi ħdan il-komunitajiet Roma, partikolarment fir-rigward tad-drittijiet fundamentali tagħhom, inklużi d-drittijiet tagħhom għal edukazzjoni u għall-integrità fiżika, kif ukoll il-projbizzjoni ta' skjavitù u ta' xogħol forzat, kif imnaqqxa fl-Artikoli 3 u 5 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

R.  billi l-ġlieda effettiva kontra l-preġudizzji kontra r-Roma u l-attitudnijiet negattivi jirrikjedu kampanji ta' sensibilizzazzjoni b'saħħithom, inizjattivi li jrawmu d-djalogu u l-kooperazzjoni interkulturali, u kultivazzjoni tal-appoġġ tal-maġġoranza favur l-inklużjoni tar-Roma;

S.  billi r-Roma, li huma ċittadini tal-Unjoni Ewropea, għandhom igawdu bis-sħiħ u jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet u l-obbligi tagħhom assoċjati maċ-ċittadinanza Ewropea;

1.  Jikkundanna bil-qawwa d-diskriminazzjoni u r-razziżmu kontra r-Roma, u jiddispjaċih dwar il-fatt li fl-Unjoni Ewropea d-drittijiet fundamentali tal-persuni Roma mhux dejjem jinżammu b'mod sħiħ; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jiġġieldu d-diskriminazzjoni u jiżguraw li d-direttivi rilevanti tal-UE, bħad-Direttivi 2000/43/KE u 2012/29/UE(8), jiġu trasposti u implimentati b'mod adegwat;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni twaqqaf mekkaniżmu effettiv fl-UE kollha għall-monitoraġġ dwar il-jeddijiet fundamentali tar-Roma, l-inċidenti anti-Roma u r-reati tal-mibegħda kontra r-Roma, u li tieħu azzjoni f'saħħitha - inkluż bi proċeduri ta' ksur, fejn dawn ikunu rilevanti - f'każijiet ta' vjolazzjonijiet ta' jeddijiet fundamentali tar-Roma fl-Istati Membri, l-aktar vjolazzjonijiet ta' aċċess għall-jeddijiet ekonomiċi u soċjali u l-eżerċizzju tal-istess, tal-jedd għal-libertà tal-moviment u tar-residenza, tal-jedd għall-aċċess għall-kura tas-saħħa u tal-edukazzjoni, tal-jedd għall-ugwaljanza u n-non-diskriminazzjoni (inkluża d-diskriminazzjoni multipla), tal-jedd għall-ħarsien tad-data personali u l-projbizzjoni tal-ħolqien ta' reġistri msejsin fuq l-etniċità u r-razza;

3.  Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tiżviluppa għodda onlajn li tgħin lill-awtoritajiet lokali jifhmu u japplikaw il-jeddijiet tal-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE; jikkundanna, b'dana kollu, kull tentattiv li jkun limitat illegalment il-jedd għall-moviment liberu tar-Roma u jistieden lill-Istati Membri jwaqqfu l-espulsjonijiet illegali;

4.  Jikkundanna l-forom kollha ta' anti-Zingariżmu, u b'mod partikolari d-diskorsi ta' mibegħda fit-taħdit pubbliku u politiku; iħeġġeġ lill-Istati Membri jġeddu l-impenn tagħhom fit-taqbida kontra l-anti-Zingariżmu, billi jirrikonoxxulu r-rwol fl-imminar tal-implementazzjoni b'suċċess tal-NRIS; iħeġġeġ lill-partijiet kollha joqogħdu lura mid-dikjarazzjonijiet anti-Roma li jqanqlu l-mibeghħda;

5.  Jitlob lill-Istati Membri jinvestigaw u jtemmu l-għemil tal-profili etniċi, l-abbuż mill-pulizija u l-vjolazzjonijiet l-oħrajn tal-jeddijiet tal-bniedem kontra r-Roma, ħalli jkun żgurat li r-reati kkawżati mill-preġudizzju jkunu kastigabbli u rreġistrati u investigati b'mod xieraq u li l-vittmi tingħatalhom l-assistenza u l-protezzjoni xierqa, u jinħolqu programi ta' taħriġ speċifiku għall-pulizija u għall-uffiċjali pubbliċi l-oħrajn li jaħdmu mal-komunitajet tar-Roma;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw il-kwestjoni tan-nuqqas ta' reġistri u ċertifikati tat-twelid għar-Roma li jirrisjedu fl-UE;

7.  Jistieden lill-Istati Membri jagħtu respons effikaċi għall-esklużjoni tar-Roma billi jimplementaw il-miżuri li jinsabu fl-NRIS tagħhom b'miri, termini u baġits allokati konkreti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvolvu attivament lir-rappreżentanti tar-Roma u lis-soċjetà ċivili fl-iżvilupp, il-ġestjoni, l-implementazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-politiki f'dak li għandu x'jaqsam mal-NRIS u mal-proġetti li jolqtu l-komunitajiet tagħhom, billi jwaqqfu mekkaniżmi għad-djalogu regolari u trasparenti skont il-prinċipji tal-'Kodiċi tal-Kondotta Ewropea dwar is-Sħubija'; jistieden lill-Istati Membri jidentifikaw fl-NRIS tagħhom kif eżattament beħsiebhom jagħtu s-setgħa u jinvolvu lir-Roma fil-proċess; jistenna lill-Kummissjoni tappoġġja l-isforzi tal-Istati Membri billi tqanqal kuxjenza fost ir-rappreżentanti tar-Roma dwar l-opportunitajiet ippreżentati mill-NRIS, u tinkoraġġihom ikollhom rwol aktar attiv fil-proċess ta' integrazzjoni;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw finanzjament suffiċjenti għall-bini ta' soċjetà ċivili Roma f'saħħitha li jkollha l-kapaċità, l-għarfien u l-għarfien tekniku li twettaq il-monitoraġġ u l-valutazzjoni;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi kurrenti tagħha ħalli taħdem mal-Istati Membri, mal-awtoritajiet lokali u mal-atturi relevanti l-oħrajn ħalli tiżgura komunikazzjoni effettiva f'dak li għandu x'jaqsam mal-implementazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali u l-benefiċċji tal-integrazzjoni soċjali tar-Roma, tippromwovi d-djalogu interkulturali u l-kampanji ta' tqanqil tal-kuxjenza li jippruvaw itemmu l-preġudizzju kontra r-Roma u l-attitudnijiet negattivi billi jinbidlu l-viżjonijiet mentali, u biex ikunu ffaċilitati l-inizjattivi ħalli jinkiseb appoġġ maġġoritarju għall-politiki għall-promozzjoni tal-inklużjoni tar-Roma;

10.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissottolinjaw id-dimensjoni tas-sessi fl-NRIS u li jinvolvu n-nisa Roma kif ukoll liż-żgħażagħ Roma fil-proċess tal-implementazzjoni u l-monitoraġġ tal-NRIS;

11.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-rieżami, il-ġestjoni, l-implementazzjoni u l-monitoraġġ tal-istrateġiji nazzjonali tagħhom, u li jassistu u jappoġġjaw l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-miżuri li jeħtieġu ħalli jwettqu r-realizzazzjoni tal-inklużjoni tar-Roma skont l-erba' pilastri tal-NRIS, kif ukoll fl-implementazzjoni tal-miżuri anti-diskriminatorji;

12.  Jistiednu lill-Istati Membri jipproduċu data segregata bl-assistenza tal-FRA, l-UNDP u l-Bank Dinji dwar is-sitwazzjoni soċjo-ekonomika tar-Roma, sa liema grad ir-Roma jesperjenzaw id-diskriminazzjoni abbażi tal-oriġini etnika, il-krimini tal-mibegħda kommessi kontra tagħhom, filwaqt li jkun hemm rispett sħiħ tal-istandards tal-protezzjoni tad-data u l-jedd għall-privatezza, u li jiżviluppaw, b'koperazzjoni mal-Kummissjoni, l-indikaturi tal-linja bażi u l-miri miżurabbli li huma essenzjali għal monitoraġġ robust ħalli jkun żgurat feedback affidabbli fuq il-progress magħmul fl-implementazzjoni tal-NRIS u fit-titjib ta' qagħdet ir-Roma, billi jitqiesu b'mod partikolari l-minorenni u n-nisa; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb ir-rwol ta' kordinazzjoni tal-FRA u tuża b'mod sħiħ il-ħiliet tagħha;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni tiddefinixxi timeline u miri u indikaturi ċari u miżurabbli għall-implementazzjoni tal-NRIS għall-Istati Membri, skont l-istrateġija tal-Ewropa 2020, li tassisti lill-Istati Membri fit-titjib tal-ħila tagħhom ta' assorbiment tal-fondi tal-UE, u li tħejji rapporti pajjiż b'pajjiż u rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż;

14.  Jistieden lill-Istati Membri jqisu l-aspetti multidimensjonali u territorjali tal-faqar, jimmobilizzaw biżżejjed riżorsi baġitarji mill-baġit nazzjonali u mill-programmi tal-UE – primarjament mill-Fond Soċjali Ewropew, mill-Fond Reġjonali Ewropew għall-Iżvilupp u l-Fond Ewropew għall-Agrikoltura – fost l-oħrajn permezz tal-użu tal-Żvilupp lokali mmexxi mill-Komunità, Pjanijiet ta' Azzjoni Konġunta, Investiment Territorjali Integrat u Operazzjonijiet Integrati ħalli jwettqu l-objettivi li jimmiraw lejn il-mikro-reġjuni li għandhom in-nuqqasijiet, ħalli jinkludu l-integrazzjoni tar-Roma fil-ftehimiet ta' sħubija għall-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2020, u biex jistabbilixxu l-Programmi Operattivi tagħhom għall-promozzjoni tal-opportunitajiet indaqs u l-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni u s-segregazzjoni;

15.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jdaħħlu skemi ta' għotjiet speċjali fil-forma ta' fondi żgħar u flessibbli għall-proġetti tal-komunità u għall-mobilizzazzjoni tal-komunitajiet lokali dwar il-kwestjonijiet ta' inklużjoni soċjali;

16.  Jistieden lill-Istati Membri jinnormalizzaw l-edukazzjoni ġenerali, l-impjiegi, il-housing u l-politiki tas-saħħa tagħhom mal-objettivi tal-NRIS;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni u lit-Task Force Roma jissoktaw jivvalutaw kif l-Istati Membri jonfqu l-fondi tal-UE miżmumin għall-inklużjoni tar-Roma, kif ukoll l-impatt tal-politiki nazzjonali tagħhom fuq il-ħajja tar-Roma, li jirrapportaw dak li jsibu lill-Parlament u lill-Kunsill fuq bażi ta' kull sena, u li jidentifikaw mezzi konkreti ta' titjib tal-effikaċja tal-fondi tal-UE fir-rapporti; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-input strutturat mill-esperti u mis-soċjetà ċivili, u li tiżgura koperazzjoni effettiva bejn il-Pjattaforma għall-Inklużjoni tar-Roma u l-presidenzi rotanti tal-UE;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni esterna perijodika tal-impatt tal-finanzjament tal-UE fuq l-inklużjoni soċjali tar-Roma, u li tidentifika l-prattiki tajbin u l-proġetti magħmulin bl-għajnuna tal-finanzjament tal-UE u tissalvagwardja s-sostenibilità tagħhom fit-tul;

19.  Jistieden lill-Istati Membri jaħdmu flimkien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali ħalli jeliminaw is-segregazzjoni spazzjali, iwaqqfu l-evizzjonijiet furzati illegali u jipprevjenu l-qagħda li jkunu mingħajr abitazzjoni li issa qed iħabbtu wiċċhom magħha r-Roma, kif ukoll li jsiru politiki effettiva u inklussivi tal-housing, inkluż billi jingħata housing xieraq, u assistenza soċjali u tas-saħħ fil-każ ta' evizzjonijiet;

20.  Jistieden lill-Istati Membri jużaw l-ippjanar urban għall-integrazzjoni u d-desegregazzjoni u li jiżviluppaw l-kwalitajiet infrastrutturali u ambjentali tal-ibliet li l-aktar intlaqtu mill-iskwilibriji soċjali, kif ukoll għat-tisħiħ tar-rabtiet bejn iz-zoni urbani u rurali bl-iskop li jkun promoss l-iżvilupp inklussiv;

21.  Jistieden lill-Istati Membri jeliminaw is-segregazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u t-tqegħid illeċitu tat-tfal Roma fl-iskejjel speċjali, fejn dan ikunu relevanti, u li joħolqu l-infrastruttura u l-mekkaniżmi neċessarji ħalli jkun iffaċilitat l-aċċess għal edukazzjoni ta' kwalità għat-tfal Roma kollha, li jindirizzaw it-tluq bikri mill-iskola fost l-allievi Roma, inter alia bl-involviment tal-ġenituri fil-proċess tal-edukazzjoni, li jippromwovu l-aċċess tat-tfal Roma għall-edukazzjoni mit-tfjulija bikrija u għas-servizzi tal-iżvilupp, li jagħtu strutturi inklussivi ta' appoġġ bħalma huma t-tutoring u l-mentoring lill-istudenti Roma ħalli ma jħalluhomx jaqgħu mill-edukazzjoni sekondarja u terzjarja, li jiżguraw l-aċċess tagħhom għall-programm Erasmus, u li jippromwovu l-opportunitajiet ta' apprentistat ħalli jkunu jistgħu jiksbu l-esperjenza tax-xogħol li tkun xierqa;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw il-livelli għoljin ta' qgħad fost ir-Roma u jneħħu x-xkiel kollu għall-aċċess għall-impjiegi, inkluż bl-użu ta' mekkaniżmi eżistenti bħalma hi l-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-inizjattivi ewlenin tal-istrateġiji tal-Ewropa 2020; jistieden lill-Istati Membri jikkreaw mekkaniżmi anti-diskriminatorji, programmi ta' taħriġ speċjalizzat u programmi li jiffaċilitaw l-aċċess għas-suq tal-impjiegi, inkluża r-rappreżentanza proporzjonata tar-Roma fis-servizzi pubbliċi, it-tħeġġiġ ta' min ikun impjegat għal rasu, il-mobilizzazzjoni tal-beni għall-ħolqien ta' aktar impjiegi f'setturi bl-ogħla potenzjal ta' impjiegi – bħalma hi l-ekonomija ambjentali inklussiva, is-servizzi ta-saħħa u s-servizzi soċjali, u l-ekonomija diġitali – u l-ħolqien ta' sħubijiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-impjegati;

23.  Jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej joħolqu programmi ta' skemi ta' taħriġ u jimpjegaw lir-Roma fl-istituzzjonijiet kollha;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jindirizzaw id-disparitajiet eżistenti fis-saħħa li jaffaċċjaw ir-Roma u d-diskriminazzjoni prevalenti rigward l-aċċess tagħhom għall-kura tas-saħħa, biex jistabbilixxu programmi mmirati speċifikament u jallokaw riżorsi finanzjarji biżżejjed minn fondi nazzjonali u tal-UE, b'enfasi partikolari fuq is-saħħa tat-tfal u tal-ommijiet;

25.  Jistieden lill-Istati Membri jiddeterminaw b'mod preċiż il-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali għall-Inklużjoni tar-Roma u r-responsabbiltajiet tagħhom fl-implimentazzjoni tal-NRIS, filwaqt li jiżguraw li jkollhom awtorità, kapaċità u appoġġ finanzjarju biżżejjed biex jissodisfaw ir-rwol tagħhom b'mod effettiv, kif ukoll rabiet adegwati mal-komunità tar-Roma u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, biex jiżguraw li l-Punti ta' Kuntatt ikunu aċċessibbli billi jiġu identifikat b'mod ċar u jiġi żgurat li l-komunikazzjoni tagħhom mal-partijiet interessati fil-livelli kollha tkun trasparenti;

26.  Ifakkar l-Istati Membri li prattiki tajbin, bħall-programmi ta' medjaturi Roma u l-Alleanza Ewropea tal-Bliet u r-Reġjuni għall-Inklużjoni tar-Roma implementati mill-Kunsill tal-Ewropa, jkollhom suċċess fit-territorju, li għandu jinkoraġġixxi Stati Membri juru aktar determinazzjoni politika favur l-inklużjoni effettiva tar-Roma;

27.  Jilqa' l-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar miżuri għall-integrazzjoni effettiva tar-Roma fl-Istati Membri;

28.  Jenfasizza li l-integrazzjoni hija eżerċizzju fuq żewġ binarji u li kull sforz ta' integrazzjoni jimplika responsabbiltajiet kondiviżi iżda asimettriċi tal-partijiet fid-dawl tal-kapaċitajiet tagħhom u tar-riżorsi ekonomiċi, politiċi u soċjali tagħhom;

29.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, il-Gvernijiet u l-Parlamenti tal-Istati Membri u l-Kunsill tal-Ewropa.

(1)1 ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 283.
(2) ĠU C 308 E, 20.10.2011, p. 73.
(3) ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 112.
(4) Testi adottati, P7_TA(2013)0246.
(5) Testi adottati, P7_TA(2013)0090.
(6) Testi adottati, P7_TA(2013)0328.
(7) ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 25.
(8) Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI.


L-eżitu tas-summit ta’ Vilnjus u l-futur tas-Sħubija tal-Lvant, b’mod partikolari fir-rigward tal-Ukraina
PDF 231kWORD 62k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar l-eżitu tas-summit ta’ Vilnjus u l-futur tas-Sħubija tal-Lvant, b’mod partikolari fir-rigward tal-Ukraina (2013/2983(RSP))
P7_TA(2013)0595RC-B7-0557/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar 'Il-Politika Ewropea tal-Viċinat: ħidma favur sħubija aktar b'saħħitha. Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rapporti ta’ progress 2012'(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2013 dwar 'Pressjoni mir-Russja fuq il-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant (fil-kuntest tas-Summit tas-Sħubija tal-Lvant li jmiss f’Vilnjus)'(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Jannar 2005 dwar ir-riżultati tal-elezzjonijiet fl-Ukraina(3),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Summit tas-Sħubija tal-Lvant li sar fi Praga fid-29 ta' Novembru 2013,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjonijiet Konġunti tas-Summit tas-Sħubija tal-Lvant tat-30 ta' Settembru 2011 f'Varsavja u tas-Summit tas-Sħubija tal-Lvant tas-7 ta' Mejju 2009 fi Praga,

–  wara li kkunsidra s-sitwazzjoni fl-Ukraina, li qed teħżien u li żviluppat wara d-deċiżjoni tal-awtoritajiet tal-Ukraina li ma jiffirmawx il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni fis-Summit ta' Vilnjus tat-28 u d-29 ta' Novembru 2013, li kkawżat dimostrazzjonijiet popolari tal-massa b'appoġġ għall-għażla tal-Ukraina favur l-Ewropa fl-Euromaidan fi Kiev u fi bliet madwar l-Ukraina kollha kemm hi,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet konġunti mill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Catherine Ashton, u l-Kummissarju għat-Tkabbir u l-Politika Ewropea tal-Viċinat, Štefan Füle, li kkundannaw l-użu eċċessiv tal-forza mill-pulizija ta’ Kiev biex iferrxu d-dimostranti fit-30 ta' Novembru 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.  billi, fis-Summit tas-Sħubija tal-Lvant f'Vilnjus, l-Ukraina u l-parteċipanti l-oħra kollha kkonfermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom favur il-prinċipji tad-dritt internazzjonali u l-valuri fundamentali, bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem;

B.  billi, b’mod partikolari, id-deċiżjoni tal-Armenja li tirtira min-negozjati tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u d-deċiżjoni tal-aħħar minuta tal-Ukraina li tissospendi t-tħejjijiet għall-iffirmar tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ffrustraw l-isforzi li saru u mminaw il-ħidma ta’ dawn l-aħħar ftit snin, li kellhom l-għan li japprofondixxu r-relazzjonijiet bilaterali u jsaħħu l-integrazzjoni Ewropea;

C.  billi d-deċiżjoni tal-Gvern tal-Ukraina li jissospendi l-proċess ta' tħejjia għall-iffirmar tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, inkluża Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA), qajmet skuntentizza u protesti tal-massa fil-pajjiż; billi, f'dan il-kuntest, il-forzi tas-sigurtà tal-Ukraina użaw forza brutali u inaċċettabbli kontra dimostranti paċifiċi, partiti tal-oppożizzjoni u l-midja;

D.  billi l-Ġeorġja u l-Moldova inizjalaw Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni mal-UE, inklużi dispożizzjonijiet li jistabbilixxu DCFTAs, fis-Summit tas-Sħubija tal-Lvant f'Vilnjus fid-29 ta' Novembru 2013;

E.  billi s-soluzzjoni waħdanija jeħtieġ li tkun waħda ta' sliem u nnegozjata mal-partijiet kollha;

1.  Jilqa' l-inizjalar ta' Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni, inklużi DCFTAs, mal-Ġeorġja u mal-Moldova, li jistabbilixxu aġenda Ewropea ċara għal dawn iż-żewġ pajjiżi; jistenna bil-ħerqa li dawn il-ftehimiet jiġu ffirmati u implimentati mill-aktar fis; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, biex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta' dawn il-ftehimiet u tassisti lill-awtoritajiet rispettivi taż-żewġ pajjiżi b'tali mod li, fi ftit żmien, iċ-ċittadini tagħhom ikunu jistgħu jgawdu wħud mill-effetti u benefiċċji pożittivi tanġibbli koperti mill-ftehimiet;

2.  Jiddeplora d-deċiżjoni tal-Gvern tal-Ukraina, taħt it-tmexxija tal-President Yanukovych, li jirtira mill-iffirmar tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-UE matul is-Summit tas-Sħubija tal-Lvant f'Vilnjus, minkejja r-rieda ċara min-naħa tal-UE li tkompli bil-proċess ta' assoċjazzjoni, dment li l-kundizzjonijiet ikunu sodisfatti; iqis li din id-deċiżjoni hija opportunità mitlufa maġġuri fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukraina, kif ukoll għall-aspirazzjonijiet tal-Ukraina; jirrikonoxxi l-aspirazzjonijiet tal-Ukraina, kif espressi fid-dimostrazzjonijiet fl-Euromaidan fi Kiev u fi bliet oħra madwar l-Ukraina kollha mis-soċjetà ċivili tal-Ukraina, li ma qagħditx lura milli toħroġ beraħ fit-toroq id-diżapprovazzjoni tagħha tad-deċiżjoni tal-President Yanukovych, u jtenni fehmtu li approfondiment tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukraina u l-fatt li l-Ukraina ġiet offruta perspettiva Ewropea huma ta' sinifikat kbir u fl-interess taż-żewġ partijiet;

3.  Jiddeplora l-ġrajjiet vjolenti tal-lejl tad-9 sal-10 ta' Diċembru 2013, meta l-forzi tas-sigurtà attakkaw l-uffiċċji tal-partiti tal-oppożizzjoni u tal-midja indipendenti, u ffastidjaw lil min kien qed jipprotesta , kif ukoll dawk tal-lejl tal-10 sal-11 ta' Diċembru 2013, meta l-forzi tas-sigurtà attakkaw lil dimostranti paċifiċi, filwaqt li ppruvaw iwarrbuhom mill-Euromaidan u mit-toroq tal-madwar u jħottu l-barrikati; jirrimarka li dawn il-ġrajjiet seħħew anki waqt iż-żjara tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Catherine Ashton, u waqt li qed isiru sforzi biex jiffaċilitaw taħditiet; jibża' li jistgħu jwasslu għal eskalazzjoni ulterjuri ta' sitwazzjoni li diġà hija mwiegħra;

4.  Ifakkar li diversi kanali ta' komunikazzjoni, inkluża l-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Parlament Ewropew immexxija mill-Presidenti Cox u Kwaśniewski, huma miftuħa bejn l-UE u l-Ukraina, u għalhekk itenni li l-prokkupazzjonijiet imqajma mill-awtoritajiet Ukraini biex jiġġustifikaw id-deċiżjoni tal-aħħar minuta li jissospendu l-iffirmar messhom tqajmu qabel ħalli setgħu jiġu indirizzati;

5.  Itenni l-appoġġ qawwi tiegħu għall-iffirmar, mill-aktar fis, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, dment li r-rekwiżiti relevanti jkunu sodisfatti, kif definit mill-Kunsill Affarijiet Barranin tal-10 ta' Diċembru 2012 u sostnut mir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-13 ta' Diċembru 2012; jistieden lill-Kunsill Ewropew, għaldaqstant, biex fil-laqgħa tiegħu ta' Diċembru 2013, jibgħat sinjal politiku qawwi li l-UE għadha lesta tinvolvi ruħha mal-Ukraina;

6.  Jitlob li tiġi varata minnufih missjoni ta' medjazzjoni tal-UE, kompluta u fl-ogħla livell politiku, bil-għan li tasal għal u tassisti f'taħditiet bejn il-gvern u l-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili, u li tiżgura eżitu paċifiku mill-kriżi attwali;

7.  Jesprimi s-solidarjetà sħiħa tiegħu ma' dawk li qed jiddimostraw favur futur Ewropew; jitlob lill-awtoritajiet Ukraini jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet ċivili tal-poplu u l-libertà fundamentali ta' għaqda u ta' protesta paċifika; jikkundanna bil-qawwa l-użu tal-forza brutali kontra dimostranti paċifiċi, u jenfasizza l-ħtieġa għal investigazzjoni immedjata, effikaċi u indipendenti, u li ssir prosekuzzjoni ta' min jinstab ħati; jitlob li d-dimostranti paċifiċi li sfaw arrestati f'dawn l-aħħar jiem jinħelsu minnufih u inkondizzjonatament; jissottolinja l-obbligi internazzjonali tal-Ukraina f'dan ir-rigward; jenfasizza li huwa ċar li tali miżuri jmorru kontra l-prinċipji fundamentali tal-libertà ta' għaqda u ta' espressjoni, u għalhekk jiksru l-valuri universali u Ewropej; ifakkar li, fid-dawl tal-pożizzjoni tal-Ukraina bħala l-President fil-Kariga attwali tal-OSCE, ir-rekord tagħha dwar id-difiża u l-promozzjoni ta' dawn il-valuri qed jingħadda minn skrutinju saħansitra aktar strett;

8.  Itenni l-kundanna qawwija tiegħu għall-pressjoni politika u ekonomika inaċċettabbli, flimkien ma' theddidiet ta' sanzjonijiet kummerċjali, li r-Russja qed tagħmel fuq l-Ukraina; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex lir-Russja jkellmuha b'leħen wieħed, u jitlob li l-UE, flimkien mal-Istati Membri tagħha, tiżviluppa u timplimenta politika ta' reazzjoni adegwata għal dawn l-għodod u miżuri li r-Russja qed tuża kontra s-sħab tal-Lvant, speċjalment bil-għan li tgħin lill-Ukraina tikseb sigurtà tal-enerġija, fid-dawl tal-kriżi attwali rigward l-importazzjoni tal-gass naturali mir-Russja; itenni li l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni huwa materja strettament bilaterali bejn iż-żewġ partijiet, u jirrifjuta bil-qawwa kull proposta li tassoċja parti terza fil-proċess;

9.  Jitlob li l-Kummissjoni tikkunsidra kontromiżuri possibbli li l-UE tista' tinvoka meta r-Russja tikser ir-regoli kummerċjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) għal finijiet politiċi immedjati bla prospettiva fit-tul; jissottolinja l-fatt li l-kredibbiltà politika tal-Unjoni jesiġu li din tkun kapaċi tirreaġixxi meta hija stess jew il-pajjiżi sħabha ssirilhom pressjoni politika u ekonomika;

10.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Ukraina biex jissieħbu f'taħditiet mad-dimostranti ħalli jevitaw eskalazzjoni tal-vjolenza u d-destabilizzazzjoni tal-pajjiż, u jħeġġeġ lill-partiti politiċi kollha biex jiżguraw li jkun jista' jsir dibattitu parlamentari ordnat, kalm u riflessiv dwar is-sitwazzjoni ekonomika u politika u l-prospetti għal integrazzjoni futura mal-UE; ifakkar li, fi kwalunkwe demokrazija, elezzjonijiet ġodda jistgħu jissejħu meta jkun jeħtieġ tiġdid tal-leġittimità popolari;

11.  Jistieden lill-istituzzjonijiet u lill-Istati Membri tal-UE biex jimpenjaw ruħhom favur ftuħ wiesa' lejn is-soċjetà Ukraina, b'mod partikolari permezz ta' ftehim rapidu dwar reġim bla viża, kooperazzjoni msaħħa fir-riċerka, twessigħ tal-iskambji taż-żgħażagħ u aktar disponibbiltà ta' boroż ta' studju; iqis li għandhom isiru aktar sforzi biex l-Ukraina tiddaħħal għalkollox fis-suq intern tal-enerġija tal-UE;

12.  Jissottolinja l-ħtieġa li l-UE tappoġġja l-involviment ta' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, bħall-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, bil-għan li jipprovdu assistenza finanzjarja ħalli l-Ukraina tkun tista' tittratta s-sitwazzjoni finanzjarja tagħha li qed teħżien u timplimenta riformi marbuta mal-iffirmar tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni;

13.  Ifakkar li l-iffirmar tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mhuwiex fini fih innifsu, imma aktar huwa mezz għall-ilħiq ta' stabbiltà u progress soċjoekonomiku fit-tul, kif ukoll trasformazzjoni sostenibbli u sistemika, u li għaldaqstant jirrikjedi impenn ġenwin favur l-implimentazzjoni tajba u immedjata tiegħu; jitlob li l-UE tinnegozja pjan direzzjonali konkret għall-implimentazzjoni mal-awtoritajiet Ukraini;

14.  Jiddispjaċih għall-fatt li, wara aktar minn tliet snin ta' negozjati kkompletati b'suċċess dwar Ftehim ta' Assoċjazzjoni, inkluża DCFTA, l-awtoritajiet Armeni minflok iddeċidew li jissieħbu fl-Unjoni Doganali, wara pressjoni mir-Russja; ifakkar lill-awtoritajiet Armeni li l-protesti u d-dimostrazzjonijiet kontra din id-deċiżjoni huma espressjoni tar-rieda ħielsa taċ-ċittadini tal-pajjiż, u li jeħtieġ li jkunu rrispettati skont l-impenji internazzjonali li daħlet għalihom l-Armenja; ifakkar, f'dan ir-rigward, li l-persekuzzjoni u d-detenzjonijiet huma ksur tad-drittijiet bażiċi ta' għaqda u ta' espressjoni, u li miżuri ripressivi jmorru kontra r-retorika reċenti ta' impenn favur il-valuri kondiviżi mal-UE; jitlob li l-Gvern tal-Armenja jimpenja ruħu fi djalogu inklużiv mas-soċjetà ċivili dwar id-direzzjoni futura tal-pajjiż;

15.  Jilqa' l-iffirmar ta' ftehim ta' faċilitazzjoni tal-viża bejn l-UE u l-Ażerbajġan; huwa mħasseb dwar ir-ripressjoni ta' fehmiet dissidenti li seħħet fil-pajjiż wara l-elezzjonijiet presidenzjali ta' Ottubru 2013, kif muri minn detenzjonijiet u arresti ġodda ta' attivisti tal-oppożizzjoni, fastidju ta' NGOs indipendenti u tal-midja, kif ukoll sensji ta' kritiċi tal-gvern mill-impjieg tagħhom fuq il-bażi unika tal-attivitajiet politiċi tagħhom; iħeġġeġ lill-parlament tal-Ażerbajġan biex iqis mill-ġdid id-deċiżjoni tiegħu li jissospendi l-parteċipazzjoni tiegħu fl-Assemblea Parlamentari Euronest, wara l-adozzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-23 ta' Ottubru 2013;

16.  Jilqa' l-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 sabiex tippermetti li ċittadini tal-Moldova li jkollhom passaport bijomettriku jkunu jistgħu jivvjaġġaw bla viża fiż-żona ta' Schengen; jikkunsidra li din il-miżura importanti se tiffaċilita l-kuntatti bejn il-popli u tqarreb liċ-ċittadini tal-Moldova lejn l-UE;

17.  Jilqa' l-iffirmar ta' ftehim qafas mal-Ġeorġja dwar il-parteċipazzjoni tagħha fl-operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġjar tal-kriżijiet, li jipprovdi bażi legali permanenti għall-involviment tal-Ġeorġja fl-isforzi tal-UE għall-immaniġġjar tal-kriżijiet madwar id-dinja, tal-lum u tal-ġejjieni;

18.  Jemmen li l-eżitu u l-kuntest ġenerali tas-Summit ta' Vilnjus joħorġu fid-dieher il-ħtieġa li l-UE tfassal bir-reqqa politika aktar strateġika u flessibbli b'appoġġ għall- għażla Ewropea li għamlu sħabha tal-Lvant, bl-użu tal-firxa sħiħa ta' għodod għad-dispożizzjoni tagħha, bħal assistenza makroekonomika, iffaċilitar ta' reġimi kummerċjali, proġetti li jsaħħu s-sigurtà tal-enerġija u l-modernizzazzjoni ekonomika, u implimentazzjoni rapida tal-liberalizzazzjoni tal-viża, bi qbil mal-valuri u l-interessi Ewropej;

19.  Jappoġġja l-involviment ulterjuri tas-soċjetà ċivili fil-proċessi tar-riforma nazzjonali; jinkoraġġixxi kooperazzjoni interparlamentari msaħħa mal-Assemblea Parlamentari Euronest; jitlob li missjoni tal-Parlament Ewropew tintbagħat lejn l-Ukraina mill-aktar fis; jilqa' l-involviment tal-Konferenza ta' Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tas-Sħubija tal-Lvant;

20.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Istati Membri, lill-President tal-Ukraina, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant u tal-Federazzjoni Russa, lill-Assemblea Parlamentari Euronest, u lill-Assemblej Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa u lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa.

(1) Testi adottati, P7_TA(2013)0446.
(2) Testi adottati, P7_TA(2013)0383.
(3) ĠU C 247 E, 6.10.2005, p. 155.


Rapport ta' progress 2013 dwar l-Albanija
PDF 320kWORD 90k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar ir-Rapport ta' progress 2013 dwar l-Albanija (2013/2879(RSP))
P7_TA(2013)0596B7-0556/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Salonka tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2003 dwar il-prospettiva tal-adeżjoni tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent mal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill "Affarijiet Ġenerali" tal-11 ta' Diċembru 2012, ikkonfermati mill-Kunsill Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2012,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-9 ta' Novembru 2010 bl-isem "Opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Albanija biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea" (COM(2010)0680),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-16 ta' Ottubru 2013 bl-isem "Strateġija tat-Tkabbir u Sfidi Ewlenin 2013-2014" (COM(2013)0700) u Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Rapport ta' Progress 2013 dwar l-Albanija (SEC(2013)0414),

–  wara li kkunsidra l-konstatazzjonijiet preliminari u l-konklużjonijiet tal-Missjoni Internazzjonali ta' Osservazzjoni Elettorali fl-Albanija fir-rigward tal-elezzjonijiet parlamentari tat-23 ta' Ġunju 2013,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-22 ta' Novembru 2012 dwar it-tkabbir: politiki, kriterji u interessi strateġiċi tal-UE(1) u tat-13 ta' Diċembru 2012 dwar dwar ir-rapport ta' progress tal-2012 dwar l-Albanija(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar il-ġestjoni baġitarja tal-fondi ta' qabel l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma tas-sistemi ġudizzjarji u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali(3) u l-osservazzjonijiet tiegħu dwar l-Albanija,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tas-6 laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni Unjoni Ewropea - Albanija tat-28 sad-29 ta' Ottubru 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Albanija wriet progress fil-ksib tat-12-il prijorità fundamentali tal-Opinjoni 2010 tal-Kummissjoni u l-proċess ta' riforma qed jipproċedi b'mod sodisfaċenti; billi l-Albanija adottat il-miżuri fundamentali ta' riforma li kien fadal fil-kamp ġudizzjarju, tal-amministrazzjoni pubblika u dak parlamentari b'kunsens bejn il-partiti; billi għad fadal sfidi li jeħtieġu jiġu indirizzati b'mod rapidu u effiċjenti ħalli jsir aktar progress fit-triq lejn l-adeżjoni mal-UE;

B.  billi l-iżvolġiment regolari tal-elezzjonijiet parlamentari ta' Ġunju 2013 u t-trasferiment paċifiku tal-poter qed iħalli impatt pożittiv fuq il-proċess ta' demokratizzazzjoni tal-pajjiż u tejbu r-reputazzjoni internazzjonali tiegħu;

C.  billi l-proċess tal-adeżjoni mal-UE sar l-ixprun għar-riformi li għaddejjin fl-Albanija u l-appoġġ taċ-ċittadini għall-adeżjoni mal-UE jibqa' partikolarment għoli;

D.  billi, minkejja l-progress miksub s'issa, il-leġislattura l-ġdida bdiet għal darb'oħra b'tilwim bejn il-forzi politiċi; billi dawn l-avvenimenti juru l-urġenza li biha l-forzi politiċi jeħtieġu jippromwovu l-ispirtu ta' djalogu, kooperazzjoni u kompromess primarjament fil-qasam tar-relazzjonijiet bejn iż-żewġ forzi politiċi l-kbar, iżda wkoll bejn il-partijiet interessati l-oħra kollha fil-ħajja soċjali tal-pajjiż;

E.  billi l-Parlament Ewropew żvolġa rwol importanti fl-isforzi diretti lejn l-istabbiliment ta' klima politika b'saħħitha fil-pajjiż; billi djalogu politiku sostenibbli huwa essenzjali biex tinżamm l-ispinta fil-proċess ta' riforma u fl-implimentazzjoni tal-aġenda tal-UE;

F.  billi l-UE poġġiet l-istat tad-dritt fil-qalba tal-proċess ta' tkabbir tagħha; billi l-indipendenza tal-ġudikatura u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-kriminalità organizzata, it-traffikar tal-bnedmin, tal-armi u tad-droga huma oqsma li għadhom iqajmu tħassib serju; billi l-progress f'dawn l-oqsma huwa essenzjali sabiex jinkiseb progress fil-proċess ta' integrazzjoni tal-UE; billi appoġġ politiku b'saħħtu huwa essenzjali sabiex jinkiseb progress f'dawn l-oqsma;

G.  billi d-drittijiet tal-minoranzi għandhom jittieħdu aktar inkunsiderazzjoni, b'mod partikolari dawk tal-minoranza tar-Rom u tal-komunità LGBTI; billi l-kundizzjonijiet ta' għajxien tar-Rom fl-Albanija huma terribbli u għandhom jitjiebu malajr, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għas-servizzi tal-insinwa, għad-djar u għall-edukazzjoni tal-poplu Rom u l-inklużjoni tat-tfal Rom fis-sistema tal-edukazzjoni – mil-livell preskolari sal-edukazzjoni għolja;

H.  billi r-riformi soċjali huma importanti daqs dawk politiċi u ġuridiċi; billi l-Albanija qed tħabrek biex ittejjeb il-livell tal-koeżjoni soċjali u għandha bżonn appoġġ kbir mill-UE biex tagħmel dan, kif ukoll sforzi ikbar min-naħa tal-Gvern biex jippromwovi d-djalogu soċjali bħala l-parti terza, flimkien mat-trade unions u l-assoċjazzjonijiet ta' min iħaddem;

I.  billi l-eżistenza ta' amministrazzjoni pubblika professjonali, effikaċi u mertitokratika hija ta' sinifikat kbir għal kwlaunkwe pajjiż li għandu l-aspirazzjoni li jsir membru tal-UE;

J.  billi l-korruzzjoni u l-impunità għar-reati għadhom mifruxa fis-soċjetà Albaniża; billi l-istituzzjonijiet statali li għandhom x'jaqsmu mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni għadhom vulnerabbli għall-pressjoni u l-influwenza politika; billi l-korruzzjoni fost il-ġudikatura u l-istituzzjonijiet ta' repressjoni tal-kriminalità għadha problema partikolarment serja;

K.  billi l-progress ta' kull pajjiż lejn l-adeżjoni mal-UE jiddependi mill-isforzi tiegħu sabiex jissodisfa l-kriterji ta' Kopenħagen u jottempera mal-kundizzjonijiet marbuta mal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni;

L.  billi l-politika ta' tkabbir għandha tibqa' kredibbli u bbażata fuq kriterji oġġettivi li għandhom jiġu sodisfatti; billi l-Albanija tinsab fit-triq biex tikseb l-istatus ta' kandidat, peress li hija ottemperat mal-kriterji meħtieġa biex jittieħed dan il-pass.

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1.  Jilqa' favorevolment u jappoġġa l-analiżi u r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport ta' progress 2013 dwar l-Albanija u jitlob lill-Kunsill jirrikonoxxi l-progress li sar billi jagħti lill-Albanija l-istatus ta' kandidat mingħajr dewmien indebitu; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Albaniżi u l-forzi politiċi kollha jikkonsolidaw il-progress miksub s'issa;

2.  Ifaħħar lill-forzi politiċi kollha għall-iżvolġiment ġeneralment regolari tal-elezzjonijiet parlamentari reċenti u t-tranżizzjoni mingħajr diffikultajiet tal-poter; jirrakkomanda li tkompli titjieb il-fiduċja tal-opinjoni pubblika fil-proċess elettorali fost oħrajn bit-tisħiħ tal-indipendenza istituzzjonali tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali u l-professjonalità tal-uffiċjali elettorali; iqis essenzjali li jiġu sostnuti d-djalogu politiku u l-kooperazzjoni fost il-partijiet kollha u li jinstabu kompromessi bħala s-soluzzjoni għall-progress fil-proċessi politiċi;

3.  Jenfasizza li l-partiti u l-atturi politiċi kollha fl-Albanija, inklużi l-mezzi ta' komunikazzjoni u s-soċjetà ċivili, għandhom jirsistu biex itejbu l-klima politika fil-pajjiż bil-għan li jippermettu djalogu u fehim reċiproku; jappella, għalhekk, għal impenn ġenwin mill-partiti politiċi kollha, l-NGOs, it-trad unions u l-partijiet interessati l-oħra;

4.  Jissottolinja l-fatt li l-preparazzjonijiet għall-integrazzjoni mal-UE għandu jkollhom appoġġ politiku u pubbliku wiesa'; iħeġġeġ lill-Gvern isegwi r-riformi tal-integrazzjoni b'mod konsistenti bl-involviment tal-forzi politiċi kollha u tas-soċjetà ċivili; iqis li l-oppożizzjoni għandha wkoll rwol importanti x'tiżvolġi f'dan ir-rigward, u jirrikonoxxi l-imġiba politika responsabbli li wriet s'issa; iqis li huwa importanti li s-soċjetà ċivili, il-mezzi ta' komunikazzjoni u ċ-ċittadini tal-Albanija jżommu lill-mexxejja tagħhom responsabbli għal riżultati politiċi speċifiċi, b'mod partikolari rigward il-proċessi tal-integrazzjoni fl-UE;

5.  Jistieden lill-Gvern Albaniż isaħħaħ il-kapaċitajiet amministrattivi billi jkompli jimplimenta r-riformi fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika u jippromwovi d-depolarizzazzjoni u l-għarfien tad-dritt u tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE;

6.  Jieħu nota tal-progress inkoraġġanti fuq l-aġenda tar-riformi u jesprimi l-fiduċja tiegħu fil-potenzjal, il-kapaċità u l-impenn tal-Albanija sabiex tkompli bil-progress fit-triq Ewropea sakemm il-forzi politiċi jkomplu jikkooperaw b'mod kostruttiv; ifaħħar l-adozzjoni ta' riformi leġiżlattivi ewlenin bħar-reviżjoni tar-Regoli ta' Proċedura parlamentari, l-adozzjoni tal-Liġi dwar is-Servizz Pubbliku u l-emendi għal-Liġi dwar il-Qorti Superjuri; jinkoraġġixxi l-Albanija tikseb riżultati fl-implimentazzjoni effikaċi ta' dawn ir-riformi;

7.  Jieħu nota tan-nuqqasijiet li fadal fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u jissottolinja l-fatt li l-implimentazzjoni tal-aġenda tar-riformi teħtieġ li tiġi intensifikata u li tiġi ppreżentata sensiela ta' riżultati ċara; jistieden kemm lill-maġġoranza li qed tiggverna kif ukoll lill-oppożizzjoni jsostnu l-kooperazzjoni bejn il-partiti fl-adozzjoni u fl-implimentazzjoni tar-riformi ewlenin;

8.  Jistieden lill-Albanija timplimenta l-Liġi dwar is-Servizz Pubbliku b'mod li jkun opportun u effiċjenti, tadotta l-Liġi dwar il-Proċedura Amministrattiva Ġenerali f'ħin opportun u ttejjeb il-Liġi dwar l-Organizzazzjoni u l-Funzjonament tal-Amministrazzjoni Pubblika; jenfasizza l-bżonn għal Dipartiment tal-Amministrazzjoni Pubblika aktar b'saħħtu u għal Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Ġestjoni tar-Riżorsi Umani kompletament operattiva;

9.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li l-integrazzjoni Ewropea u l-modernizzazzjoni tal-pajjiż jibqgħu prijoritajiet ewlenin tal-Gvern il-ġdid; jappella lill-Albanija tkompli tagħti riżultati fil-prijoritajiet ewlenin tal-Opinjoni 2010 tal-Kummissjoni, b'mod partikolari fir-rigward tar-rispett għall-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, anki billi tikseb riżultati sostenibbli fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni nieqsa; iħeġġeġ lill-Albanija ttejjeb il-kooperazzjoni bejn il-Ministeru għall-Integrazzjoni Ewropea u l-ministeri kompetenti biex b'hekk tittejjeb l-aġenda tar-riformi Ewropea;

Kriterji politiċi

10.  Jappella għal aktar sforzi sabiex jissaħħu l-indipendenza, l-obbligu ta' rendikont, l-imparzjalità u l-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja, inkluż il-Kunsill Superjuri tal-Ġustizzja u l-Prosekutur Ġenerali indipendenti maħtur fuq kriterji abbażti ta' trasparenza, imparzjalità u mertu; iħeġġeġ lill-awtoritajiet itejbu l-aċċess għall-ġustizzja għal dawk kollha fil-bżonn, anki permezz ta' azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni mill-Kummissjoni Statali għall-Għajnuna Legali u l-istabbiliment tal-uffiċċji lokali ta' għajnuna legali proposti; jappella lill-awtoritajiet isaħħu l-indipendenza, l-effiċjenza u l-effikaċja tal-istrutturi tad-drittijiet tal-bniedem, bħall-uffiċċji tal-Ombudsman u l-Kummissarju għall-Protezzjoni kontra d-Diskriminazzjoni;

11.  Jinsisti dwar il-fatt li s-sistema tal-ġustizzja Albaniża għandha tkun indipendenti għalkollox, aktar prevedibbli, effiċjenti u ġusta sabiex ikun żgurat li ċ-ċittadini u l-komunità tal-impriżi jafdaw il-ġudikatura; jistieden, għaldaqstant, lill-awtoritajiet jiggarantixxu d-depolitiċizzazzjoni tal-ġudikatura bl-istabbiliment ta' proċess tal-ħatra ta' mħallfin u prosekuturi mertokratiku u trasparenti kif ukoll riżultati pożittivi miksuba fil-proċedimenti dixxiplinari u billi jiżguraw ġustizzja f'waqtha flimkien mal-unifikazzjoni tal-ġurisprudenza, il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji kollha, u l-aċċess faċli għalihom, immedjatament wara l-adozzjoni u l-allokazzjoni każwali tal-każijiet fil-qrati kollha;

12.  Jenfasizza l-bżonn li tinħoloq amministrazzjoni pubblika mertokratika u professjonali li topera b'mod trasparenti u tkun kapaċi tadotta liġijiet u timplimentahom; jitlob għall-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni sekondarja meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tajba tal-Liġi dwar is-Servizz Pubbliku u għal liġi ġdida dwar il-proċedura amministrattiva ġenerali; jenfasizza l-bżonn għal Dipartiment tal-Amministrazzjoni Pubblika aktar b'saħħtu kif ukoll għal Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Ġestjoni tar-Riżorsi Umani kompetament operattiva; jissottolinja l-fatt li huma meħtieġa aktar sforzi biex tiġi depolitiċizzata l-amministrazzjoni pubblika, tiġi miġġielda l-korruzzjoni, tissaħħaħ il-meritokrazija fil-ħatriet, fil-promozzjonijiet u fl-għoti ta' sensji, u jiżdiedu l-effiċjenza u s-sostenibilità finanzjarja tal-amministrazzjoni pubblika;

13.  Japprezza l-ħsieb tal-Gvern li jibda u jlesti riforma amministrattiva u territorjali kbira qabel l-elezzjonijiet lokali tal-2015 fil-pajjiż; jenfasizza, madankollu, l-importanza li tiġi żgurata konsultazzjoni xierqa mal-partijiet interessati lokali kollha u li tiġi żgurata l-konformità tar-riforma mad-dispożizzjonijiet tal-Karta Ewropea dwar l-Awtonomija Lokali, inklużi dawk għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-komunitajiet u dawk li jiżguraw l-indipendenza politika, amministrattiva u finanzjarja tal-gvernijiet lokali;

14.  Jenfasizza l-bżonn li jkompli jissaħħaħ l-impenn politiku biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni fil-livelli kollha, li tissaħħaħ il-kapaċità istituzzjonali u li jitjieb il-koordinament istituzzjonali; jappella għal aktar sforzi sabiex tiġi eliminata l-korruzzjoni fi ħdan il-gvernijiet lokali; jirrikonoxxi r-riżultati f'termini ta' adozzjoni ta' dokumenti strateġiċi fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jinnota b'sodisfazzjon it-twettiq tar-rakkomandazzjonijiet kollha tat-tielet sessjoni ta' evalwazzjoni tal-GRECO, il-ħatra ta' koordinatur nazzjonali għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u l-ħsieb min-naħa tal-Gvern li jaħtar gwardjan f'kull ministeru; jinsisti fuq il-bżonn li tiġi implimentata l-leġiżlazzjoni kontra l-korruzzjoni b'mod konsistenti;

15.  Jitlob lill-Gvern ifassal mandat u pjan ta' azzjoni/strateġija ċari għall-Koordinatur Nazzjonali għall-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni u jibda l-abbozzar tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni l-ġdida, bl-inklużjoni ta' indikaturi ċari tar-riżultati u mekkaniżmi ta' segwitu u monitoraġġ; iħeġġeġ, barra minn hekk, lill-awtoritajiet responsabbli jikkjarifikaw ir-rwol tad-Dipartiment tal-Kontroll Intern u tal-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni u jsaħħu l-kapaċità fil-qasam tal-mekkaniżmi ta' kontroll intern, ifornu lill-Unitajiet Konġunti ta' Investigazzjoni b'riżorsi suffiċjenti, jimmonitorjaw l-implimentazzjoni ta' strateġija u pjanijiet ta' azzjoni kontra l-korruzzjoni, u jkomplu jiksbu riżultati tajba fil-qasam tal-investigazzjonijiet, il-prosekuzzjonijiet u l-kundanni, anki fil-każijiet ta' korruzzjoni ta' livell għoli; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Albaniżi jindirizzaw il-vulnerabbiltà għall-attakki politiċi tal-istituzzjonijiet involuti fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

16.  Itenni mill-ġdid il-bżonn li jissaħħu b'mod riżolut ir-riformi u l-kooperazzjoni reġjonali fil-ġlieda konta l-kriminalità organizzata kif ukoll li jinkisbu riżultati tajbin fil-qasam tal-investigazzjonijiet, il-prosekuzzjonijiet u l-kundanni fil-livelli kollha, b'mod partikolari fl-oqsma tal-manifattura u t-traffikar tad-droga, it-traffikar tal-bnedmin, inklużi l-minuri, u l-logħob tal-azzard illegali; iħeġġeġ lill-Gvern jaħdem għall-iżvilupp ta' riżultati tajbin fil-qasam tal- investigazzjonijiet finanzjarji b'enfasi fuq każijiet ta' ġid li ma jistax jiġi spjegat u r-rabta ta' tali ġid mal-attivitajiet kriminali u l-kriminalità organizzata; itenni mill-ġdid il-bżonn li tissaħħaħ aktar il-koordinament bejn l-aġenziji inkarigati mill-ezekuzzjoni tal-liġi;

17.  Ifaħħar lill-Ombudsman għax-xogħol tiegħu fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, l-atteġġjament miftuħ tiegħu lejn il-persuni vulnerabbli, u l-kooperazzjoni tiegħu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jiddeplora l-fatt li r-rapporti annwali u speċjali tal-Ombudsman ma ġewx diskussi fil-Parlament, u għaldaqstant ma jistgħux jiġu ppubblikati u mhumiex rikonoxxuti b'mod uffiċjali; iħeġġeġ lill-Gvern u lill-Parlament itejbu l-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Ombudsman; jiddeplora l-fatt li, s'issa, l-Ombudsman mhux qed jiġi informat jew ikkonsultat b'mod regolari u f'waqtu mill-gvern dwar abbozzi tal-leġiżlazzjoni rilevanti; jinnota bi tħassib li l-baġit allokat għall-uffiċċju tal-Ombudsman għadu insuffiċjenti u tnaqqas aktar; jissottolinja l-fatt li l-istituzzjoni teħtieġ aktar appoġġ finanzjarju u politiku kemm mill-Parlament kif ukoll mill-Gvern biex tkompli taqdi dmirijietha; jitlob għal kampanja wiesgħa ta' sensibilizzazzjoni li tenfasizza r-rwol u l-importanza tal-istituzzjoni;

18.  Jisteden lill-Parlament u lill-Gvern u istituzzjonijiet statali rilevanti oħra jippreservaw u jippromwovu l-integrità u l-indipendenza tal-istituzzjonijiet ewlenin bħall-pulizija tal-istat, il-Kunsill Superjuri tal-Ġustizzja, l-Ispettorat Superjuri għad-Dikjarazzjoni u l-Awditjar tal-Assi, l-Awtorità tal-Mezzi ta' Komunikazzjoni Awdjoviżiva u l-Istitut Nazzjonali tal-Istatistika;

19.  Jinsab imħasseb dwar l-eżistenza kontinwa ta' ġlied li jintiret fl-Albanija, li mhux biss jikkawża qtil u vjolenza iżda jġiegħel ħafna tfal jibqgħu d-dar b'mod indefinit, u b'hekk għandhom konsegwenzi soċjali vasti ħafna li jolqtu l-ħajjiet ta' eluf. jieħu nota tal-fatt li n-numru ta' każijiet ta' qtil marbuta mal-ġlied li jintiret qed jiżdied; jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jirrispondu għat-talba min-Nazzjonijiet Uniti u r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman li joħolqu bażi ta' data affidabbli, li jattivaw il-Kunsill ta' Koordinament għall-Ġlieda Kontra l-Ġlied li Jintiret stabbilit fl-2005 u li jiżviluppaw pjan ta' azzjoni sabiex jindirizzaw il-ġlied li jintiret;

20.  Japprezza t-titjib tad-djalogu bejn is-soċjetà ċivili u l-gvern u jenfasizza l-bżonn li jiġu konsolidati r-riżultati u li dan jissaħħaħ u jitwessa', kemm fil-qasam tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet ċivili kif ukoll fit-tfassil tal-qafas leġiżlattiv għar-riformi l-ġodda; jenfasizza r-rwol kruċjali tas-soċjetà ċivili fil-kooperazzjoni reġjonali fuq l-aspetti soċjali u politiċi; jitlob lill-Gvern jiffaċilita l-involviment tal-atturi tas-soċjetà ċivili fil-proċess tat-tfassil ta' politka;

21.  Jilqa' pożittivament il-fatt li d-drittijiet tal-minoranzi huma ġeneralment rispettati, u li l-libertà tar-reliġjon hija mifruxa; jitlob lill-awtoritajiet kompetenti jtejbu aktar il-klima ta' inklużjoni u ta' tolleranza għall-minoranzi kollha fil-pajjiż; jinsab imħasseb li gruppi bħar-Rom, il-persuni b'diżabilità u l-persuni LGBT għadhom isofru minn diskriminazzjoni, inkluż min-naħa tal-awtoritajiet statali; jenfasizza li l-minoranzi kollha għandhom jiġu protetti; iħeġġeġ lill-Gvern jiżgura li d-dispożizzjonijiet tal-liġi rilevanti jiġu implimentati b'mod komprensiv u jħeġġeġ lill-awtoritajiet jagħmlu aktar sforzi fis-sensibilizzazzjoni dwar kwalunkwe tip ta' diskriminazzjoni; jieħu nota tal-importanza tas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar l-istrumenti ġuridiċi li jistgħu jirrikorru għalihom iċ-ċittadini sabiex iressqu lmenti dwar diversi forom ta' diskriminazzjoni;

22.  Jitlob li tittieħed aktar azzjoni biex jiġu żgurati d-drittijiet tal-minoranza tar-Rom, li ta' spiss għadha tħabbat wiċċha ma' diskriminazzjoni; jitlob, f'dan ir-rigward, li titħaffef l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni għad-Deċennju tar-Rom sabiex tissaħħaħ l-inklużjoni tar-Rom, li jiġu allokati riżorsi finanzjarji suffiċjenti u xierqa u li tiġi riveduta l-leġiżlazzjoni; jissottolinja li soluzzjoni għall-problemi tar-Rom fl-Albanija hija r-reġistrazzjoni fis-servizzi tal-insinwa u l-aċċess għad-djar u għall-edukazzjoni; jitlob b'urġenza lill-Gvern jieħu azzjoni riżoluta biex jiggarantixxi l-kundizzjonijiet meħtieġa;

23.  Jitlob ir-reviżjoni u l-implimentazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni, il-promozzjoni tas-sensibilizzazzjoni, l-edukazzjoni u attivitajiet oħra intiżi sabiex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni kontra l-persuni LGBTI, billi jiġu inklużi sanzjonijiet għad-diskorsi ta' mibegħda, u li jkun hemm progress f'dan ir-rigward;

24.  Jenfasizza l-importanza kruċjali tal-mezzi ta' komunikazzjoni professjonali, indipendenti u pluralistiċi pubbliċi u privati, bħala pilastru tad-demokrazija; jenfasizza l-importanza tal-aċċess għall-Internet, li huwa fost l-aktar baxx fir-reġjun, u l-libertà diġitali;

25.  Jilqa' pożittivament it-titjib fil-qafas leġiżlattiv għall-mezzi ta' komunikazzjoni awdjoviżiva permezz tal-adozzjoni tal-Liġi dwar il-Mezzi ta' Komunikazzjoni Awdjoviżiva; jieħu nota tal-ambjent pluralistiku u varjat tal-mezzi ta' komunikazzjoni; jibqa' mħasseb dwar l-influwenza u l-ndħil politiċi fil-mezzi ta' komunikazzjoni kif ukoll dwar l-awtoċensura, b'mod partikolari fil-mezzi ta' komunikazzjoni pubbliċi; jenfasizza li jeħtieġ li jsiru sforzi addizzjonali biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-awtorità regolatorja tal-mezzi ta' komunikazzjoni u tax-xandir pubbliku; jappella għal miżuri ta' protezzjoni għal-ġurnalisti u x-xogħol investigattiv tagħhom; jenfasizza l-importanza tal-iżġurar u l-promozzjoni tal-pluraliżmu tal-mezzi ta' komunikazzjoni sabiex tiżdied il-libertà ta' espressjoni u tiġi żgurata t-trasparenza fis-sjieda tal-mezzi ta' komunikazzjoni u l-finanzjament tagħhom; jindika l-bżonn ta' strateġija fit-tul għall-iżvilupp ta' mezzi ta' komunikazzjoni tas-servizz pubbliku fis-sistema medjatika l-ġdida;

26.  Jinnota b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-amministrazzjoni l-ġdida li żżid l-għadd ta' nisa fil-karigi superjuri tal-gvern u jittama li dan ikollu impatt pożittiv fis-soċjetà b'mod ġenerali; jitlob li ma jkun hemm l-ebda tolleranza għall-vjolenza kontra n-nisa u għall-eliminazzjoni ta' kwalunkwe preġudizzju abbażi ta' sess fil-leġiżlazzjoni u l-implimentazzjoni tagħha;

27.  Jistieden lill-Gvern iżid l-isforzi tiegħu biex jinforza l-liġijiet u l-implimentazzjoni ta' politiki dwar id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi, b'enfasi partikolari fuq il-protezzjoni tan-nisa minn kull forma ta' vjolenza u l-parteċipazzjoni ndaqs tagħhom fil-ħajja pubblika u politika; iħeġġeġ li jsiru aktar sforzi ta' integrazzjoni fuq bażi tas-sess fil-livelli ċentrali u lokali;

28.  Jenfasizza l-bżonn ta' titjib fid-drittijiet u fil-kwalità tal-ħajja ta' dawk il-persuni li jiddependu mill-Istat bħall-priġunieri, l-orfni u dawk li jbatu minn mard mentali;

29.  Jappella għal aktar sforzi sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effikaċi tal-istrateġija u l-pjan ta' azzjoni fir-rigward tad-drittijiet ta' proprjetà, peress li dawn jikkostitwixxu wieħed mill-pilastri tal-iżvilupp ekonomiku; jieħu nota tal-passi li ttieħdu biex jiġu solvuti l-problema tal-abbużi tal-kostruzzjoni mibnija fil-pajjiż kollu; jinsab imħasseb dwar il-progress skars fis-sistemi ta' reġistrazzjoni u ta' restituzzjoni tal-proprjetà; jitlob lill-Gvern jikkomunika pjan u kalendarju ċari għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar id-drittijiet tal-proprjetà;

30.  Iħeġġeġ lill-Gvern jiżviluppa politiki dwar l-enerġija rinnovabbli, jittratta b'mod iktar effikaċi l-problema tal-ġestjoni tal-iskart u jiżviluppa turiżmu ekosostenibbli; jilqa' l-inizjattiva tas-soċjetà ċivili reċenti fir-rigward ta' referendum dwar l-importazzjoni ta' skart; jilqa' favorevolment ħafna l-vot tal-Parlament tal-10 ta' Ottubru 2013 li tiġi annullata l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni ta' skart kif stabbilit fil-liġi nru 10463 tat-22 ta' Settembru 2011;

31.  Jitlob li jittieħdu miżuri kontra l-proliferazzjoni tal-proċeduri tal-asil mhux ġustifikati fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta' reġim ta' eżenzjoni mill-obbligu ta' viża mal-UE;

Riformi soċjoekonomiċi

32.  Jitlob lill-awtoritajiet kompetenti jindirizzaw b'mod riżolut in-nuqqasijiet eżistenti fil-livell ta' eżekuzzjoni tal-liġi u tal-ġbir mhux effikaċi tat-taxxi kif ukoll il-kwistjoni tal-ekonomija informali kbira, li kollha qed jostakolaw il-koeżjoni soċjali u l-prospettivi ekonomiċi tal-pajjiż; iħeġġeġ lill-Gvern il-ġdid japplika miżuri u leġiżlazzjoni li jippromwovu l-impjiegi, is-saħħa u s-sikurezza fil-post tax-xogħol, id-drittijiet għas-sigurtà soċjali, id-dritt għall-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni fuq kwalunkwe motiv fil-qasam tax-xogħol, pagi ugwali għall-irġiel u n-nisa u liġijiet oħra relatati max-xogħol, b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ u n-nisa;

33.  Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' progress fil-qasam tal-politika soċjali u l-impjiegi; jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Gvern il-ġdid li jieħu ħsieb din il-problema; huwa konxju mil-limiti baġitarji, iżda jistieden, madankollu, biex titreġġa' lura t-tendenza tat-tnaqqis baġitarju għall-implimentazzjoni tar-riformi ta' assistenza u protezzjoni soċjali; jenfasizza l-bżonn urġenti li tingħata assistenza soċjali lill-gruppi l-aktar vulnerabbli fost dawk qiegħda; jinnota bi tħassib serju li t-tħaddim tat-tfal għadu jikkostitwixxi sfida importanti u jistieden lill-Gvern biex jindirizza b'mod riżolut din il-kwistjoni;

34.  Jenfasizza li l-Albanija rratifikat it-tmien konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO li jikkonċernaw id-drittijiet tax-xogħol; jinsab imħasseb li sar biss progress moderat fil-qasam tad-drittijiet tax-xogħol u tat-trade unions; jistieden lill-Gvern isaħħaħ aktar id-dritt għax-xogħol u d-drittijiet tat-trade unions; iħeġġeġ lill-Gvern jiggarantixxi r-rispett tad-dritt tax-xogħol, kemm fis-settur privat kif ukoll f'dak pubbliku, u li jitjieb id-djalogu soċjali tripartitiku kemm sabiex jissaħħaħ ir-rwol tat-trade unions kif ukoll sabiex jiġi inkoraġġut appoġġ usa' għall-implimentazzjoni tal-liġijiet il-ġodda; jinnota li d-djalogu ġie interrott peress li l-mandat tal-Kunsill Nazzjonali tax-Xogħol intemm f'Marzu 2013 u li d-djalogu soċjali bipartitiku għadu dgħajjef, b'mod partikolari fis-settur privat; jirrimarka li d-djalogu soċjali u r-rispett tad-drittijiet għax-xogħol huma pilastri ta' ekonomija soċjali tas-suq;

35.  Jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal u jappella għal investiment fit-tagħlim fl-ewwel snin tat-tfulija, b'mod partikolari għat-tfal minn gruppi ta' minoranzi jew gruppi emarġinati sabiex tiġi evitata l-eskużjoni, u għal miżuri mmirati sabiex jiġu żgurati l-assistenza u n-nutrizzjoni tat-tfal, u l-appoġġ lill-familji ħalli tiġi evitata t-trażmissjoni tal-faqar minn ġenerazzjoni għall-oħra; jenfasizza l-bżonn li titjieb immedjatament is-sitwazzjoni tal-minuri fi proċeduri ġudizzjarji, skont l-aħjar prassi Ewropej; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat finanzjament xieraq tas-sistema tal-edukazzjoni pubblika; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jadottaw l-Istrateġija ta' Ġustizzja għat-Tfal; jenfasizza l-fatt li l-korruzzjoni fi ħdan il-ġudikatura tkompli xxekkel speċifikament l-isforzi favur l-eżekuzzjoni tal-liġi kontra t-traffikar u l-protezzjoni tal-vittmi;

Kooperazzjoni reġjonali

36.  Jilqa' pożittivament ir-rwol stabbilizzanti tal-Albanija fil-Balkani tal-Punent, b'mod partikolari fir-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi ġirien, li fi wħud minnhom tgħix minoranza Albaniża sinifikanti, u l-kontribut tagħha għall-armonija bejn ir-reliġjonijiet;

37.  Jilqa' favorevolment iċ-ċaħda mill-Gvern il-ġdid tad-diskorsi nazzjonalistiċi u l-ħsieb tiegħu li jiżviluppa politika ta' "ebda problema" mal-pajjiżi ġirien; jenfasizza r-rwol determinanti tal-Albanija fil-promozzjoni tar-relazzjonijiet ta' bon viċinat fil-Balkani tal-Punent; jinkoraġġixxi l-Albanija tkompli bl-atteġġjament kostruttiv tagħha fuq livell reġjonali;

o
o   o

38.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Albanija.

(1) Testi adottati, P7_TA(2012)0453.
(2) Testi adottati, P7_TA(2012)0508.
(3) Testi adottati, P7_TA(2013)0434.


Tħejjija għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (19-20 ta' Diċembru 2013)
PDF 294kWORD 59k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar it-tħejjija għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (19-20 ta' Diċembru 2013) (2013/2626(RSP))
P7_TA(2013)0597B7-0560/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar it-tisħiħ tad-demokrazija Ewropea fl-UEM futura(1), tat-23 ta' Mejju 2013 dwar "proposti leġiżlattivi futuri dwar l-UEM: risposta għall-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni"(2) u tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "It-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM)"(3),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi saru sforzi determinati mill-istituzzjonijiet tal-UE u mill-Istati Membri sabiex jerġgħu jinkisbu l-kredibilità u l-istabilità finanzjarja, b'mod partikolari permezz tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali u l-adozzjoni tal-qafas ġdid tal-governanza ekonomika; billi dawn l-isforzi għandhom jitwettqu minn Unjoni Bankarja ġenwina;

B.  billi hija meħtieġa koordinazzjoni aħjar tal-politika ekonomika sabiex jissaħħu l-kompetittività, is-sostenibilità u l-ħolqien ta' impjiegi fl-UE;

C.  billi l-"metodu Komunitarju" huwa l-approċċ adattat sabiex jiġu ttrattati l-isfidi li qed jiffaċċjaw l-UE u l-munita tagħha;

D.  billi d-deċiżjonijiet kollha għandhom ikunu sostnuti bi skrutinju parlamentari u responsabbilizzazzjoni fil-livell li jkunu ttieħdu;

E.  billi r-rispett sħiħ għad-dritt tal-UE, u l-applikazzjoni bir-reqqa tiegħu, huwa l-element bażiku ta' din il-politika;

F.  billi f'ambjent ġeostrateġiku volatili li qed jinbidel b'ritmu mgħaġġel, ikkaratterizzat minn sfidi ġodda dwar is-sigurtà, l-ibbilanċjar mill-ġdid tal-Istati Uniti lejn ir-reġjun tal-Asja-Paċifiku, u l-impatt tal-kriżi finanzjarja, l-UE teħtieġ li tassumi r-responsabilità tagħha bħala entità li tipprovdi sigurtà b'mod kredibbli b'awtonomija strateġika reali, b'mod partikolari fil-viċinat tagħha, u dan se jkollu l-effett li jsaħħaħ is-sigurtà tagħha stess;

G.  billi l-uniku mod għall-kapijiet ta' stati u gvernijiet li jindirizzaw dawn it-tendenzi ġeopolitiċi u t-tnaqqis mhux koordinat fin-nefqa fuq id-difiża huwa li titħaffef il-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni tad-difiża;

Dwar l-Unjoni Bankarja

1.  Jinsisti li l-metodu Komunitarju' hu l-approċċ adattat sabiex jiġu trattati l-isfidi li qed jiffaċċjaw l-UE u l-munita tagħha, inkluża r-regolamentazzjoni tas-servizzi finanzjarji u l-Unjoni Bankarja;

2.  Ifakkar lill-Kunsill Ewropew fl-impenn politiku bil-għan li għandu jintlaħaq qbil fuq il-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni qabel tmiem il-mandat leġiżlattiv attwali; jappella lill-Kunsill Ewropew itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill tal-Ministri li n-negozjati dwar id-Direttiva ta' Garanzija tad-Depożiti u l-qafas ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni għandhom jiġu konklużi b'suċċess qabel it-tmiem tal-2013;

Dwar l-approfondiment tal-UEM

3.  Jistieden lill-Kunsill Ewropew jagħmel impenn politiku fir-rigward tal-preparazzjoni leġiżlattiva, abbażi tat-Trattati, għal koordinazzjoni aħjar tal-politika ekonomika; jistenna li l-Parlament u l-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE jaqblu, qabel tmiem il-mandat leġiżlattiv attwali, fuq il-karatteristiċi ewlenin ta' din il-koordinazzjoni aħjar tal-politika ekonomika;

4.  Jitlob li, abbażi tal-koordinazzjoni aħjar tal-politika ekonomika msemmija hawn fuq, jiġi adottat att legali dwar "linji gwida ta' konverġenza" taħt il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, li jistabbilixxi, għal perjodu definit, għadd limitat ħafna ta' miri għall-miżuri ta' riforma l-aktar urġenti;

5.  Itenni t-talba tiegħu li l-Istati Membri jiżguraw li l-programmi ta' riforma nazzjonali, li għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-linji gwida ta' konverġenza msemmija hawn fuq u verifikati mill-Kummissjoni, huma diskussi u adottati mill-parlamenti nazzjonali tagħhom; iqis li dan huwa essenzjali għat-tisħiħ tas-sjieda u tar-responsabilità demokratika tal-proċess kollu;

6.  Iqis li huwa xieraq li l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom sabiex jimplimentaw bis-sħiħ il-programmi ta' riforma nazzjonali tagħhom, kif verifikat; jissuġġerixxi li, fuq din il-bażi, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu "sħubija ta' konverġenza" mal-istituzzjonijiet tal-UE, bil-possibilità ta' finanzjament kundizzjonali għall-attivitajiet ta' riforma;

7.  Itenni li l-kooperazzjoni ekonomika aktar b'saħħitha għandha timxi id f'id ma' mekkaniżmu bbażat fuq l-inċentivi; iqis li kull finanzjament jew strument addizzjonali, bħall-mekkaniżmu ta' solidarjetà, jeħtieġ ikun parti integrali tal-baġit tal-UE, iżda barra mil-limiti miftiehma tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP);

8.  Ifakkar li t-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza (TSKG) għandu jkun integrat fid-dritt tal-UE sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018, abbażi ta' valutazzjoni tal-esperjenza mal-implimentazzjoni tiegħu, kif stipulat fl-Artikolu 16 tat-TSKG;

9.  Ifakkar fil-pożizzjoni fundamentali tiegħu li l-UEM msaħħa ma għandhiex tifred lill-UE iżda, għall-kuntrarju, għandha tistabbilixxi integrazzjoni aktar profonda u governanza aktar b’saħħitha, li għandha tkun miftuħa għall-Istati Membri kollha li m’humiex fiż-żona tal-euro, fuq bażi volontarja;

10.  Jappella lill-Kunsill Ewropew jikkonforma bis-sħiħ mal-Artikolu 15(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE);

Dwar il-politika tad-difiża

11.  Huwa tal-fehma li, f'ambjent ġeostrateġiku volatili li qed jinbidel b'ritmu mgħaġġel, ikkaratterizzat minn sfidi ġodda dwar is-sigurtà, l-ibbilanċjar mill-ġdid tal-Istati Uniti lejn ir-reġjun tal-Asja-Paċifiku, u l-impatt tal-kriżi finanzjarja, l-UE teħtieġ li tassumi r-responsabilità tagħha bħala protagonista politika globali u entità li tipprovdi s-sigurtà b'mod kredibbli, u b'awtonomija strateġika reali partikolarment fil-viċinat tagħha, mingħajr ma jiġu ripetuti attivitajiet eżistenti fil-qafas tan-NATO, biex tippromwovi l-paċi u s-sigurtà internazzjonali, biex tħares l-interessi tagħha fid-dinja u biex tiżgura s-sigurtà taċ-ċittadini tagħha; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li l-UE tkun konsistenti fil-politiki tagħha u aktar veloċi u effiċjenti meta tassumi r-responsabilitajiet imsemmija hawn fuq;

12.  Jinnota li bħalissa l-UE qiegħda tiffaċċja restrizzjonijiet finanzjarji sinifikanti u li l-Istati Membri, minħabba raġunijiet finanzjarji, baġitarji u politiċi, li jistgħu jkunu jew ma jkunux marbuta mal-kriżi li qiegħda tolqot iż-żona tal-euro, qegħdin f'fażi ta' tnaqqis mhux koordinat tal-livell tagħhom tan-nefqa tad-difiża; jenfasizza l-impatt negattiv potenzjali ta' dawn il-miżuri fuq il-kapaċitajiet militari tagħhom u, għalhekk, fuq il-kapaċità tal-UE li tassumi b'mod effettiv ir-responsabilitajiet tagħha fl-oqsma taż-żamma tal-paċi, tal-prevenzjoni tal-kunflitti u tat-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali;

13.  Huwa tal-fehma li, sabiex jindirizzaw l-isfidi msemmija hawn fuq, Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tal-UE għandhom jaħtfu l-opportunità, mogħtija mill-Kunsill ta' Diċembru 2013, billi jieħdu pożizzjoni ċara favur sistema Ewropea tad-difiża aktar b'saħħitha;

14.  Jilqa', f'dan ir-rigward, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Lulju 2013 bl-isem "Lejn settur tad-difiża u tas-sigurtà aktar kompetittiv u effiċjenti" (COM(2013)0542) u r-rapport finali tal-15 ta' Ottubru 2013 mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà / Kap tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża;

15.  Jistieden lill-Kunsill Ewropew jimplimenta s-suġġerimenti li saru fir-rapporti tal-Parlament dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) u l-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB);

16.  Jemmen li l-Istati Membri għandhom l-ewwel jimpenjaw ruħhom biex jegħlbu n-nuqqasijiet tal-operat tal-PSDK billi jwegħdu l-appoġġ tagħhom kemm għall-missjonijiet ċivili tal-PSDK kif ukoll għall-operazzjonijiet militari, b'mod partikolari permezz ta' kontribut ta' kapaċità;

17.  Jissottolinja l-fatt li t-Trattat ta' Lisbona introduċa bosta strumenti ġodda relatati mal-PSDK, li għadhom ma tpoġġewx fil-prattika; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jiġu implimentati dawn id-dispożizzjonijiet sabiex tissaħħaħ aktar il-PSDK, u jistieden lill-Kunsill jieħu vantaġġ sħiħ tal-istrumenti msemmija hawn fuq (bħall-kooperazzjoni strutturata permanenti fost l-Istati Membri (Artikolu 46(6) TUE) , il-fond ta' tnedija (Artikolu 41(3) TUE) u l-possibilità li jiġu fdati l-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK b'mod partikolari lil dak il-grupp ta' Stati Membri (Artikoli 42(5) u 44(1) TUE));

18.  Jenfasizza l-importanza li jitnieda proċess ta' riflessjoni strateġika bil-għan li jiġu definiti l-għanijiet u l-prijoritajiet tal-UE u jiġi stabbilit pjan direzzjonali bi skedi ta' żmien, għal kooperazzjoni tad-difiża aktar profonda (White Book li jista' jservi bħala qafas biex issir riflessjoni dwar proċessi nazzjonali);

19.  Jistieden lill-Kunsill jimpenja ruħu fit-tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-armamenti, b'mod partikolari billi jsaħħaħ l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża sabiex t-tiżvolġi r-rwol sħiħ tagħha fil-promozzjoni tal-koordinazzjoni, fis-superviżjoni tal-impenji, tagħti prijorità lill-investiment fit-teknoloġiji (inklużi strumenti strateġiċi bħal riforniment ta' fjuwil fl-ajru, komunikazzjoni bis-satellita, trasport bl-ajru strateġiku, sistemi tal-ajru telepilotati, difiża ċibernetika u l-Ajru Uniku Ewropew), fil-ftehim fuq l-użu akbar ta' koalizzjonijiet tal-voluntiera / gruppi ristretti, u biex tinstab soluzzjoni prattika għall-użu ta' Gruppi Tattiċi;

20.  Jappella lill-Istati Membri jwegħdu l-appoġġ tagħhom għal EDTIB robusta li tista' tegħleb il-frammentazzjoni, u biex isaħħu l-kreattività u s-saħħa tal-industriji Ewropej permezz ta' koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-ippjanar tal-baġits tad-difiża nazzjonali (potenzjalment permezz tat-twaqqif ta' "Semestru Ewropew" għal kwistjonijiet tad-difiża) u koordinazzjoni aktar mill-qrib fil-livell industrijali (l-armonizzazzjoni ta' standards u ċ-ċertifikazzjoni ta' tagħmir tad-difiża); jappella li jiġu provduti aktar inċentivi u appoġġ għall-industrija tad-difiża, b'impenn għall-iżvilupp ta' tekonoloġiji u sistemi ewlenin tad-difiża (inċentivi fiskali, għajnuna finanzjarja għal riċerka u żvilupp, u l-istituzzjonalizzazzjoni ta' sinerġiji bejn kapaċitajiet ċivili u militari);

21.  Jistieden lill-Istati Membri biex isaħħu b'mod sinifikanti l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tagħhom għal dawk l-aspetti tad-difiża li huma relevanti għal PSDK effettiva; jistieden lill-Istati Membri biex ikunu aktar ambizzjużi rigward il-proċess tal-akkomunament u tal-qsim;

22.  Jenfasizza li s-saħħa tal-UE, meta mqabbla ma' organizzazzjonijiet oħra, tikkonsisti fil-potenzjal uniku tagħha li timmobilizza l-firxa sħiħa ta' strumenti politiċi, ekonomiċi, tal-iżvilupp u umanitarji biex tappoġġa l-ġestjoni tal-kriżijiet, il-missjonijiet u l-operazzjonijiet ċivili u militari tagħha fil-kuntest ta' awtorità politika unika – il-VP/RGħ – u li dan l-approċċ komprensiv, jew permezz tas-"soft power" tagħha jew, jekk ikun meħtieġ, permezz ta' azzjonijiet aktar robusti, jagħtiha flessibilità u effiċjenza unika u aktar apprezzata;

23.  Jappoġġa t-twaqqif ta' Kunsill tal-Ministri tad-Difiża biex jagħtu d-difiża l-valur li jistħoqqilha;

24.  Iħeġġeġ lill-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern, fid-dawl tal-importanza strateġika tad-difiża Ewropea u l-iskala tal-isfidi li qed tiffaċċja l-Unjoni, biex jerġgħu jqisu f'Diċembru 2015 il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill f'Diċembru 2013, abbażi ta' rapport ta' implimentazzjoni mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà;

25.  Huwa mħasseb ħafna dwar is-sitwazzjoni politika fl-Ukraina wara l-Laqgħa Għolja  ta'   Vilnius, jistieden lill-Kunsill Ewropew biex jindirizzaha.

o
o   o

26.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P7_TA(2013)0269.
(2) Testi adottati, P7_TA(2013)0222.
(3) Testi adottati, P7_TA(2013)0515.


Problemi kostituzzjonali ta' governanza b'diversi livelli fl-UE
PDF 392kWORD 135k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar problemi kostituzzjonali ta’ governanza b’diversi livelli fl-Unjoni Ewropea (2012/2078(INI)) ,
P7_TA(2013)0598A7-0372/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES)(1),

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja (TSCG)(2),

–  wara li kkunsidra is-’six-pack’ (il-pakkett dwar il-governanza ekonomika)(3),

–  wara li kkunsidra t-’two-pack’ (it-tieni pakkett ta’ proposti għall-governanza ekonomika)(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward tal-politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu(6),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-5 ta’ Diċembru 2012 tal-Presidenti tal-Kunsill Ewropew, tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-Grupp tal-euro bit-titolu ‘Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina’(7),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2012 bl-isem ta' "Pjan ta’ azzjoni għal unjoni ekonomika u monetarja profonda u ġenwina — It-tnedija ta’ Dibattitu Ewropew"(COM(2012)0777),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2012 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar ir-rapport tal-Presidenti tal-Kunsill Ewropew, tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-Grupp tal-euro bit-titolu "Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina"(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Mejju 2013 dwar proposti leġiżlattivi futuri dwar il-UEM,(9)

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar it-tisħiħ tad-demokrazija Ewropea fl-UEM tal-futur,(10)

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0372/2013),

A.  billi d-differenzjazzjoni hija karatteristika kostituttiva tal-proċess tal-integrazzjoni Ewropea u mezz li jippermetti l-progress tiegħu u jiggarantixxi rispett sostanzjali għall-prinċipju tal-ugwaljanza, mifhum bħala t-trattament ugwali ta’ sitwazzjonijiet ugwali u t-trattament inugwali ta’ sitwazzjonijiet inugwali;

B.  billi l-integrazzjoni differenzjata għandha tkompli sservi ta’ prekursur għall-approfondiment tal-integrazzjoni Ewropea, peress li qed tinbeda minn sottogrupp ta’ Stati Membri, tibqa’ miftuħa għall-Istati Membri kollha u għandha l-għan li jkun hemm integrazzjoni kompluta fit-Trattati;

C.  billi l-integrazzjoni differenzjata tieħu żewġ forom: ‘b’veloċitajiet differenti’, fejn l-Istati jfittxu li jilħqu l-istess għanijiet skont perjodi ta’ żmien differenti, u ‘fuq livelli differenti’, fejn l-Istati jaqblu li l-għanijiet tagħhom ikunu differenti;

D.  billi d-differenzjazzjoni m’għandhiex iddgħajjef iċ-ċittadinanza tal-Unjoni, li hija l-istatus fundamentali ta’ min hu ta’ nazzjonalità tal-Istati Membri, li tippermetti lil dawk li jsibu ruħhom fl-istess sitwazzjoni li jgawdu, fi ħdan l-ambitu tat-Trattat, l-istess trattament fil-liġi irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom;

E.  billi kwalunkwe differenzjazzjoni tirrispetta u għalhekk issaħħaħ l-unità tal-ordinament ġuridiku Ewropew u l-effikaċja u l-koerenza tiegħu, il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, kif ukoll l-istabbiliment ta’ żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni u l-funzjonament tas-suq intern;

F.  billi d-differenzjazzjoni tista’ tintuża meta l-azzjoni komuni fi kwalunkwe żmien mhijiex possibbli jew fattibbli;

G.  billi d-differenzjazzjoni hija u għandha dejjem tkun imdaħħla fil-qafas istituzzjonali uniku tal-Unjoni Ewropea;

H.  billi l-integrazzjoni differenzjata għandha tirrispetta l-prinċipju ta' solidarjetà skont l-Artikolu 5 TUE u l-Protokoll 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità;

I.  billi t-Trattati joffru diversi opzjonijiet u strumenti għal integrazzjoni differenzjata, inklużi limitazzjonijiet tal-ambitu territorjali tal-applikazzjoni, klawżoli ta’ salvagwardja, derogi, esklużjonijiet fakultattivi, inklużjonijiet fakultattivi, kooperazzjoni msaħħa, u dispożizzjonijiet speċifiċi għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, sakemm dawn l-istrumenti jirrispettaw l-unità, l-effikaċja u l-koerenza tal-ordinament ġuridiku Ewropew u huma inklużi fil-qafas istituzzjonali uniku (il-metodu Komunitarju);

J.  billi xi Stati Membri kisbu l-possibilità li ma jipparteċipawx (esklużjoni fakultattiva) f'politiki differenti tal-UE ‑ kif stipulat fil-Protokolli differenti għat-Trattati ‑ li tistà tipperikola l-unità, l-effikaċja u l-koerenza tal-ordinament ġuridiku Ewropew;

K.  billi d-derogi magħmula skont l-Artikolu 27(2) TFUE jippermettu d-differenzjazzjoni bejn ċerti Stati Membri fl-ambitu ta' att legali li jkun indirizzat lill-Istati Membri kollha, dejjem bil-għan illi jsir progress fl-istabbiliment u fl-iżgurar tal-funzjonalità tas-suq intern;

L.  billi t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jinkludi, fl-Artikoli 114(4) u (5), 153(4), 168(4), 169(4) u 193 tiegħu, klawżoli ta’ salvagwardja li jippermettu lill-Istati Membri li jżommu jew jintroduċu miżuri protettivi iżjed stretti fi ħdan l-ambitu tal-applikazzjoni ta’ att legali li huwa indirizzat lill-Istati Membri kollha;

M.  billi l-kooperazzjoni msaħħa tirrikjedi l-parteċipazzjoni ta’ mill-inqas disa’ Stati Membri f’qasam kopert minn kompetenza mhux esklussiva tal-Unjoni, li tippermetti lill-Istati Membri li mhux qed jipparteċipaw biex jipparteċipaw f’deliberazzjonijiet iżda mhux fil-votazzjoni, u hija miftuħa fi kwalunkwe żmien għall-Istati Membri kollha;

N.  billi l-proċedura ta’ kooperazzjoni msaħħa tippermetti, bħala l-aħħar soluzzjoni, l-adozzjoni ta’ miżuri li jorbtu sottogrupp ta’ Stati Membri wara awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill b’maġġoranza kwalifikata u fil-qasam tal-PESK wara awtorizzazzjoni mogħtija b’unanimità;

O.  billi dan il-mekkaniżmu diġà qed jintuża għal-liġi trans-UE dwar id-divorzju u għal-liġi Ewropea dwar il-privattivi u ġie approvat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-kuntest tat-tassazzjoni għall-ħolqien ta' Taxxa fuq it-Transazzjonijiet Finanzjarji;

P.  billi fil-qasam tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni, gruppi ta’ Stati jistgħu jittrattaw kompiti jew missjonijiet speċifiċi, u fil-qasam tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni, huwa previst l-istabbiliment ta’ grupp ewlieni permanenti ta’ Stati b’kapaċità militari;

Q.  billi storikament, il-Ftehim ta' Schengen tal-1986 u l-Konvenzjoni ta' Schengen tal-1990, iffirmati minn sottogrupp ta' Stati Membri li ħadu il-post tal-kontrolli fil-fruntiera bejn dawn l-Istati; il-Ftehim dwar il-Politika Soċjali tal-1991 bejn sottogrupp ta' Stati Membri, li estenda l-kompetenzi preċedenti tal-KE fil-qasam tal-impjiegi u d-drittijiet soċjali li jippermettu votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata, u l-Konvenzjoni ta’ Prüm tal-2005 bejn sottogrupp ta’ Stati Membri u n-Norveġja dwar skambju ta’ dejta u kooperazzjoni kontra t-terroriżmu, jirrappreżentaw forom ta’ integrazzjoni differenzjata;

R.  billi l-acquis ta’ Schengen ġie integrat fit-Trattati mit-Trattat ta’ Amsterdam, b’esklużjonijiet fakultattivi għar-Renju Unit, l-Irlanda u d-Danimarka;

S.  billi r-Renju Unit u l-Irlanda jistgħu fi kwalunkwe żmien jitolbu li jieħdu sehem jew f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen jew fihom kollha u billi d-Danimarka tibqa’ marbuta mill-Ftehim u l-Konvenzjoni ta’ Schengen oriġinali;

T.  billi l-Konvenzjoni ta’ Prüm ġiet parzjalment integrata fil-qafas ġuridiku tal-UE;

U.  billi l-Ftehim dwar il-Politika Soċjali ġie integrat fit-Trattati mit-Trattat ta’ Amsterdam mingħajr l-ebda ekslużjoni fakultattiva;

V.  billi t-Trattati jipprovdu għadd ta’ modi dwar kif jista’ jsir progress fil-politiki soċjali u tal-impjiegi, li l-potenzjal tagħhom għadu ma ġiex sfruttat kompletament, b’mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 9 tat-TFUE, l-Artikolu 151 tat-TFUE u l-Artikolu 153 tat-TFUE, iżda wkoll b’mod iktar ġenerali fir-rigward tal-Artikolu 329 tat-TFUE; billi konverġenza soċjali akbar tista’ għalhekk tinkiseb mingħajr ħsara għall-prinċipju tas-sussidjarjetà;

W.  billi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) u t-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja (‘il-Patt Fiskali’) ġew konklużi f’ambjent intergovernattiv barra mit-Trattati;

X.  billi l-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (EFSF) u l-ESM huma ftehimiet skont il-liġi internazzjonali konklużi mill-Istati Membri li għandhom l-Euro bħala l- munita tagħhom;

Y.  billi għandhom jittieħdu l-passi neċessarji, skont it-TUE u t-TFUE, biex is-sustanza tat-TSKG, li ġie konkluż skont id-dritt internazzjonali mill-Istati Membri kollha ħlief għar-Renju Unit u r-Repubblika Ċeka, tiġi inkorporata fil-qafas ġuridiku tal-Unjoni fi żmien mhux aktar minn ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-TSKG, abbażi ta’ valutazzjoni tal-esperjenza tal-implimentazzjoni tiegħu;

Z.  billi l-Patt Euro Plus, l-Istrateġija Ewropa 2020 u l-Patt għal Tkabbir u Impjiegi għandhom jiġu integrati fid-dritt tal-Unjoni u jwittu t-triq għall-introduzzjoni ta’ kodiċi ta’ konverġenza għall-ekonomiji tal-Istati Membri;

AA.  billi l-ftehimiet internazzjonali barra mill-qafas ġuridiku tal-UE li għandhom l-għan li jwettqu l-għanijiet tat-Trattati ġew użati bħala strument ultima ratio assolut għall-integrazzjoni differenzjata, billi jipprovdu obbligu li l-kontenut tal-ftehim internazzjonali kkonċernat jiġi integrat fit-Trattati;

AB.  billi t-twaqqif tal-UEM irrappreżenta pass kwalitattiv fl-integrazzjoni, li jiddefinixxi mudell ta’ governanza fuq livelli differenti li jolqot kemm l-istituzzjonijiet kif ukoll il-proċeduri;

AC.  billi Stat Membru wieħed għandu, jekk jixtieq, deroga permanenti milli jingħaqad fl-euro (Protokoll Nru. 15) u ieħor għandu eżenzjoni kostituzzjonali (Protokoll Nru. 16)

AD.  billi fil-qasam tal-politika monetarja d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-BĊE jipprevedu differenzjazzjoni fl-istruttura istituzzjonali, bil-Kunsill Governattiv bħala l-korp ewlieni li jieħu d-deċiżjonijiet kompost biss minn Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-Euro u l-Kunsill Ġenerali li jassoċja l-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-Euro, kif ukoll fl-istruttura finanzjarja, bil-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri kollha bħala sottoskritti għall-kapital tal-BĊE (l-Artikolu 28.1 tal-Istatut tal-BĊE), iżda biss il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-Euro li jħallsu s-sehem sottoskritt tagħhom tal-kapital tal-BĊE (l-Artikolu 48.1 tal-Istatut tal-BĊE);

AE.  billi l-Artikolu 127(6) TFUE jagħti s-setgħa lill-Kunsill li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-BĊE fir-rigward tal-politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji oħra, bl-eċċezzjoni ta’ impriżi tal-assigurazzjoni, u ġie użat bħala l-bażi legali għal regolament li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSS) għaż-żona tal-euro u jipprevedi parteċipazzjoni volontarja tal-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro billi jistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE;

AF.  billi l-Artikolu 139 TFUE jeżenta lill-Istati Membri b’derogi mill-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi tat-Trattat u mid-drittijiet ta’ vot relatati;

AG.  billi l-Artikoli 136 u 138 TFUE jipprevedu forma speċifika għall-adozzjoni ta’ miżuri applikabbli għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, b’vot mill-Kunsill limitat għar-rappreżentanti ta’ dawk l-Istati Membri u, fejn meħtieġ skont il-proċedura, vot tal-Parlament Ewropew sħiħ;

AH.  billi l-Artikolu 136 TFUE diġà ntuża b’rabta mal-Artikolu 121.6 għall-adozzjoni tar-regolamenti;

AI.  billi, fil-qasam tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-ispazju, l-Artikolu 184 TFUE jipprovdi għal programmi supplimentari għall-programm ta’ qafas multiannwali li jista’ jinvolvi biss sottogrupp ta’ Stati Membri li jiffinanzjawhom suġġett għal parteċipazzjoni possibbli fl-Unjoni, iżda li jiġu adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja li tinvolvi l-Kunsill kollu u l-Parlament Ewropew kollu, suġġett għall-qbil tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' dawn il-programmi supplimentari;

AJ.  billi, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-prinċipju tal-universalità tal-baġit ma jipprekludix grupp ta’ Stati Membri milli jassenjaw kontribuzzjoni finanzjarja lill-baġit tal-UE jew dħul speċifiku għal partita speċifika ta’ nefqa, kif qed jiġri diġà, pereżempju, fil-każ tar-reattur ta’ fluss għoli skont id-Deċiżjoni 2012/709/Euratom;

AK.  billi l-Artikolu 137 TFUE u l-Protokoll 14 jistabbilixxu l-Grupp tal-Euro bħala korp informali;

AL.  billi l-funzjonament bla xkiel tal-UEM jirrikjedi implimentazzjoni sħiħa u malajr tal-miżuri li diġà ntlaħaq qbil dwarhom fil-qafas ta' governanza ekonomika msaħħa, bħall-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST) imsaħħaħ u s-Semestru Ewropew, ikkumplimentat minn politiki li jistimolaw it-tkabbir;

AM.  billi UEM imsaħħa tirrikjedi kompetenzi, riżorsi finanzjarji u responsabilità demokratika aktar b’saħħithom, u billi l-istabbiliment tagħha għandu jsegwi approċċ b’żewġ passi bbażat fuq, l-ewwel nett, l-użu sħiħ immedjat tal-potenzjalitajiet tat-Trattati eżistenti u, t-tieni, bidla fit-Trattat li għandha tiġi definita minn Konvenzjoni;

AN.  billi sabiex tkun effettiva, leġittima u demokratika, il-governanza tal-UEM għandha tkun ibbażata fuq il-qafas istituzzjonali u ġuridiku tal-Unjoni;

AO.  billi l-leġittimità u l-responsabilità demokratika għandhom jiġu żgurati fil-livell li fihom jittieħdu d-deċiżjonijiet;

AP.  billi l-UEM hija stabbilita mill-Unjoni, li ċ-ċittadini tagħha huma direttament rappreżentati fil-livell tal-Unjoni mill-Parlament Ewropew;

A.PRINĊIPJI

1.  Itenni t-talba tiegħu għal UEM ġenwina li ttejjeb il-kompetenzi tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qasam tal-politika ekonomika, u ssaħħaħ il-kapaċità baġitarja tagħha, kif ukoll ir-rwol u l-responsabilità demokratika tal-Kummissjoni u l-prerogattivi tal-Parlament;

2.  Huwa tal-fehma li kapaċità baġitarja mkabbra għandha tkun ibbażata fuq ir-riżorsi proprji (inkluża TTF) u fuq kapaċità baġitarja li għandha, fil-qafas tal-baġit tal-Unjoni, tappoġġja t-tkabbir u l-koeżjoni soċjali filwaqt li tindirizza l-iżbilanċi, id-diverġenzi strutturali u l-emerġenzi finanzjarji li huma direttament konnessi mal-Unjoni Monetarja, mingħajr ma tippreġudika l-funzjonijiet tradizzjonali tagħha li tiffinanzja l-politiki komuni;

3.  Jilqa' l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel proposti leġiżlattivi malajr kemm jista' jkun, b'kodeċiżjoni fejn ikun ġuridikament possibbli, għall-implimentazzjoni tiegħu mingħajr dewmien, inkluża l-koordinazzjoni baġitarja ulterjuri, l-estensjoni ta' koordinazzjoni ta' politika aktar profonda fil-qasam tat-tassazzjoni u l-impjiegi, u l-ħolqien ta' kapaċità fiskali proprja għall-UEM biex tappoġġja l-implimentazzjoni tal-għażliet ta’ politika; jenfasizza li ftit minn dawn l-elementi se jeħtieġu li jiġu emendati t-Trattati;

4.  Jemmen li hija meħtieġa azzjoni rapida f'kull wieħed mill-erba' pedamenti li jidhru fir-rapport intitolat "Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina", kif inhu ppreżentat mill-Presidenti Van Rompuy, Juncker, Barroso u Draghi, b'mod partikolari:

   (a) qafas finanzjarju integrat li jiżgura stabbiltà finanzjarja b'mod partikolari fiż-żona tal-euro u li jimminimizza l-ispiża tal-falliment tal-banek għaċ-ċittadini Ewropej; dan il-qafas jgħolli r-responsabbiltà ta' superviżjoni għal-livell Ewropew, u jipprovdi għal mekkaniżmi komuni għar-riżoluzzjoni tal-banek u jiggarantixxu d-depożiti tal-klijenti;
   (b) qafas ta' politika ekonomika integrata li jkollu mekkaniżmi suffiċjenti biex jiżgura li l-politiki nazzjonali u Ewropej attwali jippromovu tkabbir sostenibbli, impjiegi u kompetittività, u jkunu kumpatibbli mal-funzjonament bla xkiel tal-EMU;
   (c) l-iżgurar tal-leġittimità demokratika u tar-responsabilità neċessarja tat-teħid ta' deċiżjonijiet fi ħdan l-EMU, ibbażati fuq l-eżerċizzju konġunt ta' sovranità għall-politiki komuni u s-solidarjetà;

5.  Huwa tal-opinjoni li diviżjoni aħjar u iżjed ċara tal-kompetenzi u r-riżorsi bejn l-UE u l-Istati Membri tista’ u għandha timxi id f’id ma’ kontroll parlamentari iżjed b’saħħtu u responsabilità fir-rigward tal-kompetenzi nazzjonali;

6.  Itenni li sabiex tkun leġittima u demokratika b’mod effettiv, il-governanza ta’ UEM ġenwina għandha titqiegħed fi ħdan il-qafas istituzzjonali tal-Unjoni;

7.  Iqis id-differenzjazzjoni bħala mezz utli u xieraq għall-promozzjoni ta’ integrazzjoni iżjed fil-fond, li, sal-punt li tissalvagwardja l-integrità tal-UE, tista’ tkun essenzjali sabex tinkiseb UEM ġenwina fi ħdan l-Unjoni;

8.  Jenfasizza li l-proċeduri ta' integrazzjoni differenzjata skont it-Trattati jippermettu li jittieħed l-ewwel pass fl-istabbiliment ta' UEM ġenwina li hi konsistenti bis-sħiħ mar-rekwiżiti ta' responsabilità demokratika aktar b'saħħitha, żieda fir-riżorsi finanzjarji u kapaċità msaħħa ta' teħid ta' deċiżjonijiet u jitlob lill-istituzzjonijiet kollha biex jipproċedu b'ħeffa billi jimmassimmizzaw il-possibilitajiet offruti mit-Trattati eżistenti u mill-elementi ta' flessibilità tagħhom u fl-istess ħin biex iħejju għat-tibdiliet meħtieġa fit-Trattati sabiex jiggarantixxu ċertezza legali u leġittimità demokratika; itenni li l-għażla ta' ftehim intergovernattiv ġdid għandha tiġi eskluża;

9.  Jenfasizza li t-tibdiliet fit-Trattati li huma bżonnjużi għall-ikkompletar ta' UEM ġenwina u l-istabbiliment ta' Unjoni taċ-ċittadini u stati jistgħu jibnu fuq l-istrumenti, proċeduri, prattiki eżistenti u fuq filosofija ta' integrazzjoni differenzjata filwaqt li tittejjeb l-effikaċja u l-koerenza tagħhom u jikkonferma li se juża bis-sħiħ il-prerogattiva tiegħu li jressaq proposti lill-Kunsill għall-emenda tat-Trattati, li sussegwentement jeħtieġ li jiġu eżaminati minn Konvenzjoni, sabiex jitlesta għalkollox il-qafas ta' UEM ġenwina;

10.  Ifakkar li d-dibattitu dwar il-governanza b’diversi livelli m’għandux jidduplika l-kwistjoni tal-governanza b’diversi livelli, li għandha x’taqsam mal-bilanċ tal-poteri u l-involviment tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali;

11.  Jenfasizza li sabiex tkun konsistenti man-natura tagħha li tkun mezz li tippromwovi l-integrazzjoni, issalvagwardja l-unità tal-UE u tiggarantixxi rispett sostanzjali tal-prinċipju tal-ugwaljanza, id-differenzjazzjoni għandha tibqa’ miftuħa u għandu jkollha l-għan li finalment tinkludi l-Istati Membri kollha;

12.  Jenfasizza li, għal żvilupp pożittiv tal-Unjoni Ewropea, huwa meħtieġ li jinkiseb bilanċ bejn il-politika tal-impjiegi u dik ekonomika, skont l-Artikolu 121 tat-TFUE u l-Artikolu 148 tat-TFUE.

B.PROĊEDURI

13.  Huwa tal-opinjoni li d-differenzjazzjoni għandha preferibbilment issir, fejn hu possibbli, fi ħdan att legali indirizzat lill-Istati Membri kollha permezz ta’ derogi u klawżoli ta’ salvagwardja, minflok l-esklużjoni a priori ta’ xi Stati Membri mill-ambitu territorjali tal-applikazzjoni ta’ att legali; jenfasizza madankollu li għadd kbir ta’ derogi u klawżoli ta’ salvagwardja jdgħajfu l-unità tal-UE kif ukoll il-konsistenza u l-effikaċja tal-qafas ġuridiku tagħha;

14.  Huwa tal-fehma li l-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi, tal-impjiegi u soċjali tappartjeni lill-kategorija tal-kompetenzi kondiviżi, li skont l-Artikolu 4(1) TFUE tinkludi l-oqsma kollha li mhumiex inklużi fil-listi eżawrjenti tal-kompetenzi esklussivi jew ta’ sostenn;

15.  Huwa tal-opinjoni li, b’konsegwenza, l-ispeċifiċità ta’ miżuri adottati taħt l-Artikolu 136 TFUE ma tirrelatax biss mal-fatt li dawk il-miżuri huma speċifiċi għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, iżda timplika wkoll li jista’ jkollhom forza vinkolanti ikbar; billi l-Artikolu 136 tat-TFUE jippermetti lill-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u permezz tal-votazzjoni tal-Istati Membri biss li l-munita tagħhom hija l-euro, jadotta linji gwida vinkolanti dwar il-politika ekonomika għall-pajjiżi taż-żona tal-euro fil-qafas tas-Semestru Ewropew;

16.  Jenfasizza li, fejn xi Stati Membri ma jridux jieħdu sehem fl-adozzjoni ta’ att legali fil-qasam tal-kompetenzi mhux esklussivi tal-Unjoni, għandha tiġi stabbilita kooperazzjoni msaħħa skont id-dispożizzjoni rilevanti tat-Trattat minflok il-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali barra mill-qafas tal-ordiament ġuridiku tal-UE;

17.  Iqis li l-Artikolu 352 TFUE, li jagħti s-setgħa lill-Kunsill li jadotta miżuri xierqa għall-kisba ta’ wieħed mill-għanijiet stabbiliti fit-Trattati jekk it-Trattati ma jkunux ipprovdew is-setgħat meħtieġa, jista’ jintuża b’rabta mal-Artikolu 20 TUE, biex b’hekk tiġi permessa l-attivazzjoni tal-klawżola ta’ flessibbiltà, fejn ma jkunx jista’ jinkiseb kunsens unanimu fil-Kunsill permezz tal-mekkaniżmu tal-kooperazzjoni msaħħa;

18.  Jistieden lill-Istati Membri, f’ċirkostanzi fejn hemm diverġenza fid-direzzjoni politika bejn Stati Membri li qed tipprevjeni l-progress, jespandu l-prinċipju tal-kooperazzjoni msaħħa biex jinkludi l-politiki soċjali u tal-impjiegi.

19.  Iqis li l-inklużjoni tan-nefqa li tirriżulta mill-implimentazzjoni ta’ kooperazzjoni msaħħa fil-baġit tal-UE bħala dħul ieħor jew bħala riżors proprju speċifiku hija meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipji tal-liġi dwar il-baġit tal-UE u sabiex tiġi ssalvagwardjata l-pożizzjoni kruċjali tal-Parlament Ewropew bħala awtorità baġitarja;

20.  Jitlob li jsir użu sistematiku tal-Artikolu 333(2) TFUE meta tkun qed tiħi stabbilita kooperazzjoni msaħħa fi ħdan qasam kopert minn kompetenza mhux esklussiva tal-Unjoni li tirreferi għal proċedura leġiżlattiva speċjali, u jitlob lill-Kunsill sabiex jadotta deċiżjoni permezz ta’ vot unanimu tal-Istati Membri parteċipanti li tistipula li, għall-finijiet tal-kooperazzjoni msaħħa, dawn ikollhom l-intenzjoni li jaġixxu taħt il-proċedura leġiżlattiva ordinarja;

21.  Jitlob, fejn hu possibbli, l-użu sistematiku tal-klawżola “passerelle” tal-Artikolu 48(7) TUE fi proċeduri oħra minbarra l-kooperazzjoni msaħħa sabiex tissaħħaħ il-leġittimità demokratika u l-effikaċja tal-governanza tal-UEM;

22.  Iqis li meta l-użu tal-klawżola “passerelle” mhuwiex possibbli, bħal pereżempju fil-każ tal-adozzjoni tal-linji gwida dwar il-politika ekonomika u tal-impjiegi jew l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, għandu jsir użu sħiħ mill-possibbiltà li jiġu konklużi ftehimiet interistituzzjonali ta’ natura vinkolanti;

23.  Ifakkar li l-iskop tal-Artikolu 48 TUE huwa wkoll li jiggarantixxi l-leġittimità demokratika ta’ kwalunkwe bidla fit-trattat permezz tar-rekwiżit tal-involviment obbligatorju tal-Parlament Ewropew fil-proċedura ta’ emenda u tal-parlamenti nazzjonali fil-proċedura ta’ ratifika sussegwenti;

24.  Ma jaqbilx mat-terminu ‘arranġamenti kuntrattwali’ u jinkoraġġixxi li jinstabu modi aħjar biex il-fondi disponibbli taħt l-istrument għall-konverġenza u l-kompetittività (CCI) u r-riformi strutturali jingħaqdu b’mod formali, u jtenni li n-nuqqas ta’ kompetenzi tal-Unjoni u tas-setgħat tal-Unjoni jista’ jingħeleb, fejn meħtieġ bl-użu tal-proċeduri xierqa stipulati fit-Trattati jew, fin-nuqqas ta’ bażi legali xierqa, billi jiġu emendati t-Trattati;

C.DEMOKRAZIJA U ISTITUZZJONIJIET

25.  Ifakkar li skont l-Artikolu 3.4 TUE, l-UEM hi stabbilita mill-Unjoni u l-funzjonament tagħha għandu jissejjes fuq demokrazija rappreżentattiva;

26.  Jenfasizza li l-Parlament Ewropew huwa l-unika istituzzjoni tal-UE li fiha ċ-ċittadini huma direttament rappreżentati fil-livell tal-Unjoni u huwa l-korp parlamentari tal-UEM, u li l-involviment xieraq tiegħu huwa essenzjali sabiex jiġu żgurati l-leġittimità u l-funzjonament demokratiċi tal-UEM u huwa pre-kundizzjoni għal kwalunkwe pass 'il quddiem lejn unjoni bankarja, unjoni fiskali u unjoni ekonomika;

27.  Jenfasizza li leġittimità u responsabbilità xierqa għandhom jiġu żgurati fl-livell nazzjonali u tal-UE mill-parlamenti nazzjonali u mill-Parlament Ewropew, rispettivament; ifakkar fil-prinċipju stipulat fil-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2012 li "matul il-proċess, l-objettiv ġenerali jibqa' li jiġu żgurati l-leġittimità u r-responsabbiltà demokratika fil-livell li fih jittieħdu u jiġu implimentati d-deċiżjonijiet";

28.  Jiddispjaċih għalhekk għan-nuqqas ta’ skrutinju parlamentari tat-Trojka, l-EFSF u l-MES;

29.  Huwa tal-fehma li kwalunkwe differenzjazzjoni formali tad-drittijiet tal-parteċipazzjoni parlamentari fir-rigward tal-oriġini tal-Membri tal-Parlament Ewropew tirrapreżenta diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, li l-projbizzjoni tagħha hija prinċipju fundatur tal-Unjoni Ewropea, u tikser il-prinċipju tal-ugwaljanza taċ-ċittadini tal-Unjoni kif imnaqqax fl-Artikolu 9 TUE;

30.  Iqis li fil-każ ta’ miżuri adottati skont l-Artikolu 136 TFUE jew fil-każ tal-istabbiliment ta’ kooperazzjoni msaħħa, l-assimetrija li tirriżulta mill-involviment, fuq naħa waħda, tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Kunsill li l-munita tagħhom hija l-euro (jew tar-rappreżentanti tal-pajjiżi parteċipanti), u fuq in-naħa l-oħra, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni bħala rappreżentanti taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni u l-promozzjoni tal-interess ġenerali tagħha, hija kompletament koerenti mal-prinċipji ta’ differenzjazzjoni u ma tnaqqasx iżda, għall-kuntrarju, ittejjeb il-leġittimità ta’ dawk il-miżuri;

31.  Jenfasizza li r-regoli interni tal-Parlament Ewropew joffru marġini suffiċjenti ta’ manuvrar għall-organizzazzjoni ta’ forom speċifiċi ta’ differenzjazzjoni abbażi ta’ ftehim politiku fi ħdan u fost il-gruppi politiċi sabiex jiġi provdut skrutinju xieraq tal-UEM; ifakkar li l-Artikolu 3(4) tat-TUE jafferma li ‘l-Unjoni għandha tistabbilixxi unjoni ekonomika u monetarja li l-munita tagħha tkun l-euro’, u li l-Protokoll 14 dwar il-Grupp tal-euro jirreferi għall-‘bżonn li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċjali għal djalogu msaħħaħ bejn l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, sa ma l-euro tkun saret il-munita tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni’; jirrimarka li, jekk din is-sitwazzjoni tieħu fit-tul, għad li suppost hija waħda ta' tranżizzjoni, jeħtieġ li jitqies, fi ħdan il-Parlament Ewropew, mekkaniżmu ta' responsabbiltà xierqa għaż-żona tal-euro attwali u għall-Istati Membri li ħadu l-impenn li jingħaqdu magħha;

32.  Iqis li huwa importanti li tiġi intensifikata l-kooperazzjoni mal-parlamenti nazzjonali abbażi tal-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 1 anness mat-Trattati, u jilqa’ l-ftehim dwar l-istabbiliment ta’ konferenza interparlamentari li tiddiskuti l-politiki baġitarji u ekonomiċi; jenfasizza, madankollu li din il-kooperazzjoni ma għandhiex tkun intiża għall-istabbiliment ta' korp parlamentari konġunt sħiħ, li jkun ineffettiv u illeġittimu mill-aspett demokratiku u kostituzzjonali u jafferma mill-ġdid li ma jeżisti l-ebda sostitut għat-tisħiħ formali tal-leġittimità sħiħa tal-Parlament Ewropew, bħala korp parlamentari fil-livell tal-Unjoni bil-għan li tissaħħaħ il-governanza demokratika tal-UEM;

33.  Jenfasizza li l-Summit tal-Euro u l-Grupp tal-Euro huma korpi informali għad-diskussjoni u mhux istituzzjonijiet għat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-governanza tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja;

34.  Jenfasizza r-rwol ċentrali tal-Kummissjoni fil-governanza tal-UEM, kif ikkonfermat ukoll mill-Patt Fiskali u t-trattati tal-MES, f’li tiggarantixxi l-ordinament ġuridiku tat-trattati tal-UE u taqdi l-interess komuni tal-Unjoni kollha kemm hi;

D.INTEGRAZZJONI DIFFERENZJATA FI ĦDAN IT-TRATTATI EŻISTENTI: LEJN UEM ĠENWINA

35.  Jemmen li l-metodu Komunitarju għandu jintuża għall-miżuri kollha mmirati lejn it-tisħiħ tal-UEM; ifakkar fl-Artikolu 16 tat-TSKG, li jiddikjara li, fi żmien massimu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dak it-Trattat, fuq bażi ta' valutazzjoni tal-esperjenza bl-implimentazzjoni tiegħu, iridu jittieħdu l-passi neċessarji, skontit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, bil-għan li s-sustanza tat-Trattat tiġi inkorporata fil-qafas ġuridiku tal-Unjoni Ewropea;

36.  Jenfasizza li l-Istati Membri li jużaw l-euro bħala l-munita tagħhom u dawk impenjati biex jadottawha għandhom bżonn jirduppjaw l-isforzi tagħhom biex isaħħu l-istabbiltà u l-konformità mat-Trattat, u jżidu l-kompetittività, l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà demokratika; ifakkar li l-euro hija l-munita tal-Unjoni Ewropea u li l-Istati Membri kollha, ħlief dawk li għandhom deroga, huma mistennija jadottaw l-euro meta jasal il-waqt;

37.  Jinnota li, bil-għan li jtaffu l-kriżi u jwieġbu għan-nuqqasijiet strutturali fl-arkitettura tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, il-gvernijiet nazzjonali u l-istituzzjonijiet Ewropej implimentaw firxa wiesgħa ta' miżuri biex isalvagwardjaw l-istabbiltà finanzjarja u jtejbu l-governanza ekonomika; jinnota li dawn id-deċiżjonijiet, bħal ċerti dispożizzjonijiet tas-Six Pack u l-ħolqien tal-MES, jikkonċernaw biss lill-Istati Membri taż-żona tal-euro;

38.  Jilqa' t-twaqqif ta' mekkaniżmu superviżorju uniku li jkopri ż-żona tal-euro u li hu miftuħ għall-Istati Membri l-oħra kollha tal-UE; jenfasizza li l-ħolqien ta' mekkaniżmu uniku għar-riżoluzzjoni tal-banek huwa pass indispensabbli fit-twaqqif ta' unjoni bankarja ġenwina; jikkunsidra li, biex jingħelbu n-nuqqasijiet strutturali inerenti fl-unjoni ekonomika u monetarja u biex jitrażżan b'mod effikaċi l-periklu morali mifrux, l-'unjoni bankarja' proposta għandha tislet mir-riforma li kienet saret aktar qabel tas-settur tas-servizzi finanzjarji tal-Unjoni, kif ukoll il-governanza ekonomika msaħħa, speċjalment fiż-żona tal-euro, u l-qafas baġitarju l-ġdid tas-Semestru Ewropew, biex jiġu żgurati reżiljenza u kompetittività akbar tas-settur bankarju tal-Unjoni, fiduċja akbar fih, u riżervi kapitali msaħħa biex jiġi evitat li, fil-futur, il-baġits pubbliċi tal-Istati Membri jkollhom iħallsu l-ispejjeż tas-salvataġġi finanzjarji tal-banek;

39.  Jinsab estremament inkwetat dwar id-dewmien biex tiġi stabbilita l-unjoni bankarja u l-modalitajiet prattiċi tar-rikapitalizzazzjoni diretta tal-attivitajiet bankarji mill-MES; jinsab allarmat, b’mod partikolari, minħabba l-frammentazzjoni li qed isseħħ bħalissa tas-sistema bankarja tal-UE; jenfasizza li unjoni bankarja robusta u ambizzjuża hija komponent ewlieni ta’ UEM aktar profonda u ġenwina, u politika ewlenija li fuqha l-Parlament ilu jinsisti għal aktar minn tliet snin, b’mod partikolari mindu ġew adottati l-pożizzjonijiet tiegħu dwar ir-regolament dwar l-Awtorità Bankarja Ewropea;

40.  Iqis id-dispożizzjoni tar-regolament MSU li tirrikjedi l-kunsens mill-Parlament Ewropew għall-ħatra tal-presidenza u l-viċi-presidenza tal-Bord Superviżorju bħala preċedent importanti għal rwol imtejjeb tal-PE fil-governanza tal-UEM ibbażata fuq id-differenzjazzjoni;

41.  Jappoġġja l-istrumenti ta' solidarjetà ġodda, bħall-"istrument ta' konverġenza u kompetittività" (CCI); iqis li l-kunċett tas-CCI jista' jsaħħaħ is-sjieda u l-effikaċja tal-politika ekonomika; jenfasizza li tali strumenti jridu jitfasslu b'tali mod li jevitaw kwalunkwe inċertezza ġuridika u t-twessigħ tad-defiċit demokratiku tal-Unjoni;

42.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq, skont is-Semestru Ewropew, proposta għall-adozzjoni ta' kodiċi ta' konverġenza bbażat fuq l-istrateġija Ewropa 2020 u li jkun jistabbilixxi pilastru soċjali b'saħħtu; jinsisti li l-programmi ta’ implimentazzjoni nazzjonali għandhom jiżguraw li l-kodiċi ta’ konverġenza jiġi implimentat mill-Istati Membri kollha, appoġġjati minn mekkaniżmu bbażat fuq l-inċentivi;

43.  Jenfasizza li mekkaniżmu ta' inċentiv ikun isaħħaħ in-natura vinkolanti tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika;

44.  Jirrimarka li l-ħolqien ta' mekkaniżmu ta' infurzar ibbażat fuq l-inċentivi u mmirat biex iżid is-solidarjetà, il-koeżjoni u l-kompetittività għandu jmur id f'id ma' saffi addizzjonali tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika kif mistqarr fid-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li takkumpanja "it-two pack" sabiex jiġi rispettat il-prinċipju li skontu "l-passi lejn aktar responsabbiltà u dixxiplina ekonomika jingħaqdu flimkien ma' aktar solidarjetà";

45.  Jenfasizza li l-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni ex-ante, u l-istrumenti tal-konverġenza u l-kompetittività, għandhom japplikaw għall-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro bil-possibbiltà li Stati Membri oħra jingħaqdu fuq bażi permanenti; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi għal tali validazzjoni obbligatorja min-naħa tal-parlamenti nazzjonali fil-proposti leġiżlattivi li se jsiru dalwaqt, kif ukoll tiżgura involviment akbar taż-żewġ naħat tal-industrija fil-koordinazzjoni ekonomika;

46.  Huwa tal-opinjoni li kwalunkwe strument tas-CCI ġdid propost għandu jkun ibbażat fuq il-kondizzjonalità, is-solidarjetà u l-konverġenza. jemmen li tali strument għandu jiġi varat biss wara li jkunu ġew identifikati l-isbilanċi soċjali u l-ħtieġa ta’ riformi strutturali maġġuri u fit-tul għat-tisħiħ ta' tkabbir sostenibbli abbażi ta’ valutazzjoni tal-koerenza bejn il-kodiċi ta' konverġenza u l-pjanijiet ta' implimentazzjoni nazzjonali bl-involviment formali xieraq tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-parlamenti nazzjonali;

47.  Huwa tal-fehma li s-CCI għandu jservi ta' vettura għal żieda fil-kapaċità baġitarja u jkun immirat lejn appoġġ kundizzjonali tar-riformi strutturali, u b'hekk iżid il-kompetittività, it-tkabbir u l-koeżjoni soċjali, filwaqt li jiżgura koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-politiki ekonomiċi u konverġenza sostenuta tal-prestazzjoni ekonomika tal-Istati Membri, u jindirizza l-iżbilanċi u d-diverġenzi strutturali; huwa tal-fehma li tali strumenti jservu ta' pedamenti lejn kapaċità fiskali ġenwina;

48.  Iqis l-istabbiliment ta’ dan l-istrument bħala fażi inizjali fit-tisħiħ tal-kapaċità fiskali tal-UEM, u jenfasizza li r-riżorsi finanzjarji tas-CCI għandhom ikunu parti integrali mill-baġit tal-UE, iżda lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP, biex jiġu rrispettati t-Trattati u d-dritt tal-UE u jiġi żgurat li l-Parlament Ewropew huwa involut b’mod sħiħ bħala awtorità baġitarja billi, fost l-oħrajn, jippermetti l-adozzjoni każ każ tal-approprjazzjonijiet baġitarji rilevanti;

49.  Jitlob l-inklużjoni ta' riżors proprju ġdid iffinanzjat minn kontribuzzjonijiet imħallsa minn Stati Membri li qed jipparteċipaw fis-CCI taħt Deċiżjoni ta’ Riżorsi Proprji modifikata u billi jiġi assenjat id-dħul ta’ dan ir-riżors proprju ġdid għan-nefqa tas-CCI, u jitlob l-emenda tad-Deċiżjonijiet tar-Riżorsi Proprji jew, jekk dan mhux possibbli, għall-użu tad-dħul tat-Taxxa fuq it-Transazzjonijiet Finanzjarji bħala dħul ieħor sabiex jiġu kkumpensati tali kontribuzzjonijiet diretti;

50.  Jinsisti li fil-Kunsill Ewropew tar-rebbiegħa l-President tal-Parlament għandu jippreżenta l-fehmiet tal-Parlament dwar L-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir; hu tal-fehma li għandu jiġi nnegozjat ftehim interistituzzjonali sabiex il-Parlament jiġi involut fl-approvazzjoni tal-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir u tal-linji gwida għall-politika ekonomika u l-impjiegi;

51.  Itenni l-ħtieġa li tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali tal-UEM filwaqt li jafferma mill-ġdid li l-politika tal-impjiegi u l-politika soċjali huma politiki tal-Unjoni;

52.  Itenni li skont it-Trattati, il-promozzjoni ta’ rata għolja ta’ impjiegi u l-garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata għandhom ikunu kkunsidrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-Unjoni ; jitlob l-istabbiliment ta' rati ta' referenza għall-impjiegi u soċjali li jikkumplementaw l-indikaturi fiskali u makroekonomiċi, kif ukoll rapporti ta' progress dwar ir-riformi strutturali, l-għan ikun li jkun żgurat livell xieraq u effiċjenti ta' investiment soċjali u għalhekk is-sostenibilità ta' Unjoni Ewropea soċjali f'perspettiva fit-tul.

53.  Jilqa’ l-fatt li, fit-2 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni waqqfet grupp ta’ esperti, wara l-ftehimiet “2-Pack”, taħt il-presidenza tas-Sinjura Gertrude Trumpel-Gugerell, li għandu l-kompitu li jivvaluta bir-reqqa l-karatteristiċi ewlenin ta’ fond ta’ tifdija potenzjali u eurokambjali, inkluż kwalunkwe dispożizzjoni legali, arkitettura finanzjarja u oqfsa baġitarji kumplementari, u bi ħsiebu jiddikjara l-pożizzjoni tiegħu dwar dawn il-kwistjonijiet wara li jitressaq ir-rapport tal-grupp ta' esperti;

54.  Iqis li l-operazzjonijiet tal-EFSF/MES u kull struttura simili fil-ġejjieni għandhom ikunu soġġetti għal kontroll u sorveljanza demokratika regolari mill-Parlament Ewropew; Iqis li l-operazzjonijiet tal-EFSF/MES u kull struttura simili fil-ġejjieni għandhom ikunu soġġetti għal kontroll u sorveljanza demokratika regolari mill-Parlament Ewropew;

55.  Jindika li t-trojka għandha tkun responsabbli b'mod xieraq; huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tirrapporta b'mod regolari f'isem it-Trojka quddiem il-Parlament Ewropew, permezz ta' rappurtar regolari; ifakkar li l-parteċipazzjoni tal-UE fis-sistema tat-‘trojka’ għandha tkun soġġetta għall-iskrutinju demokratiku mill-Parlament u għall-obbligu ta' għoti ta’ rendikont quddiemu;

E.INTEGRAZZJONI DIFFERENZJATA U BIDLIET FIT-TRATTATI

56.  Iqis li kwalunkwe tibdil futur fit-trattati għandu jafferma integrazzjoni differenzjata bħala għodda li tikseb integrazzjoni akbar filwaqt li ssalvagwardja l-unità tal-Unjoni;

57.  Huwa tal-fehma li bidla futura fit-trattati tista’ tintroduċi livell ġdid ta’ sħubija assoċjata, inkluża integrazzjoni parzjali f’oqsma speċifiċi tal-politika tal-Unjoni bħala mezz sabiex tissaħħaħ il-Politika Ewropea tal-Viċinat;

58.  Iqis li bidla futura fit-Trattati għandha tafferma l-Eurosummit bħala konfigurazzjoni informali tal-Kunsill Ewropew, kif stipulat fit-Titolu V tat-TSKG;

59.  Jissuġġerixxi li l-Grupp tal-Euro jsir konfigurazzjoni informali tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji;

60.  Jitlob li l-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji jkun Ministru tat-Teżor u Viċi President tal-Kummissjoni permanenti;

61.  Jitlob bidla, b’eċċezzjonijiet limitati, fil-proċeduri ta’ votazzjoni fil-Kunsill li jirrikjedu unanimità għal maġġoranza kwalifikata, u li l-proċeduri leġiżlattivi speċjali eżistenti jiġu konvertiti fi proċeduri leġiżlattivi ordinarji;

62.  Jitlob l-introduzzjoni ta’ bażi legali sabiex jiġu stabbiliti aġenziji tal-Unjoni li jistgħu jwettqu funzjonijiet eżekuttivi u implimentattivi speċifiċi mogħtija lilhom mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja;

63.  Iqis il-votazzjoni permezz ta’ maġġoranza kwalifikata bil-maqlub fil-Patt Fiskali aktar bħala dikjarazzjoni politika milli strument effettiv ta' teħid ta' deċiżjonijiet, u jitlob għalhekk l-integrazzjoni tal-RQM fit-Trattati, speċjalment fl-Artikoli 121, 126 u 136 TFUE, b’tali mod li l-proposti jew ir-rakkomandazzjonijiet sottomessi mill-Kummissjoni jkunu jistgħu jidħlu fis-seħħ jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament jew mill-Kunsill fi żmien ċertu perjodu definit minn qabel, sabiex tiġi żgurata ċertezza tad-dritt sħiħa;

64.  Jitlob li jiġi emendat l-Artikolu 136 TFUE sabiex l-ambitu tiegħu jitwessa’ għall-parteċipazzjoni volontarja minn Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro, filwaqt illi jipprovdi għal drittijiet tal-vot sħaħ f’konformità mal-proċedura ta’ kooperazzjoni msaħħa, u jitlob it-tneħħija tar-restrizzjonijiet taħt l-Artikolu 136 TFUE u l-aġġornament ta’ dan l-artikolu fi klawżola ġenerali għall-adozzjoni ta’ atti legali li jikkonċernaw il-koordinazzjoni u l-istabbiliment ta’ standards minimi legalment vinkolanti fir-rigward ta’ politika ekonomika, tal-impjiegi u soċjali;

65.  Jitlob l-estensjoni tal-bażi legali fl-Artikolu 127(6) TFUE għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha inklużi l-impriżi tal-assigurazzjoni stabbiliti fis-suq intern;

66.  Jitlob l-inklużjoni tal-Parlament fil-proċedura ta’ ħatra tal-President, il-Viċi-President u membri oħra tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE fl-Artikolu 283 TFUE, billi jirrkjedi l-kunsens tiegħu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill;

67.  Jistieden lill-Konvenzjoni jmiss li teżamina l-possibilità li tkun introdotta proċedura leġiżlattiva speċjali li tirrikjedi erbgħa minn kull ħames voti fil-Kunsill u maġġoranza tal-membri komponenti tal-Parlament taħt l-Artikolu 312 TFUE għall-adozzjoni tar-regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali;

68.  Jistieden lill-Konvenzjoni li jmiss teżamina l-possibilità li tkun introdotta proċedura leġiżlattiva speċjali li tirrikjedi erbgħa minn kull ħames voti fil-Kunsill u maġġoranza tal-membri komponenti tal-Parlament taħt l-Artikolu 311(3) TFUE għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni tar-Riżorsi Proprji;

69.  Jistieden lill-Konvenzjoni li jmiss teżamina l-possibilità li dawk l-Istati Membri li għandhom l-Euro bħala l-munita tagħhom u dawk l-Istati Membri kollha li jixtiequ jipparteċipaw fil-politiki komuni l-ġodda jipprovdu għar-riżorsi speċifiċi proprji fil-qafas tal-baġit tal-UE;

70.  Huwa tal-fehma li l-mezzi finanzjarji tal-aġenziji tal-Unjoni għandhom ikunu parti integrali mill-baġit tal-Unjoni;

71.  Jitlob li l-kunsens tal-Parlament Ewropew għandu jkun rekwiżit fl-emendi tat-Trattati, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri komponenti tiegħu;

72.  Jinsisti li l-Konvenzjoni futura għandu jkollha l-akbar leġittimità demokratika possibbli billi tinvolvi wkoll l-imsieħba soċjali, is-soċjetà ċivili u partijiet interessati oħra; tasal għad-deċiżjonijiet tagħha in plenum skont regoli demokratiċi sħaħ; ikollha ħin adegwat għal deliberazzjoni serja u bir-reqqa; topera bi trasparenza sħiħa u l-laqgħat kollha tagħha jkunu miftuħin għall-pubbliku;

73.  Iħeġġeġ l-estensjoni tal-klawżola “passerelle” fl-Artikolu 48(7) TUE għat-Trattati kollha;

o
o   o

74.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Treaty Establishing the European Stability Mechanism (ESM)
(2) Treaty on Stability, Coordination and Governance in the Economic and Monetary Union
(3) ĠU L 306, 23.11.2011.
(4) ĠU L 140, 27.5.2013.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(6) Testi adottati, P7_TA(2013)0372.
(7) https://www.ecb.europa.eu/ssm/pdf/4preport/fourpresidentsreport2012-12-05EN.pdf
(8) Testi adottati, P7_TA(2012)0430.
(9) Test adottat, P7_TA(2013)0222.
(10) Test adottat, P7_TA(2013)0269.


Ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-istituzzjonijiet li jirrappreżentaw il-gvernijiet nazzjonali
PDF 297kWORD 62k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-istituzzjonijiet li jirrappreżentaw lill-gvernijiet nazzjonali (2012/2034(INI))
P7_TA(2013)0599A7-0336/2013

Il-Parlament Ewropew

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 15 u 16 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 235 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-25 u s-26 ta' Marzu 2010, tas-17 ta' Ġunju 2010, tas-16 ta' Settembru 2010, tat-28 u d-29 ta' Ottubru 2010, tas-16 u s-17 ta' Diċembru 2010, tal-4 ta' Frar 2011, tal-24 u l-25 ta' Marzu 2011, tat-23 u l-24 ta' Ġunju 2011, tat-23 ta' Ottubru 2011, tad-9 ta' Diċembru 2011, tal-1 u t-2 ta' Marzu 2012, tat-28 u d-29 ta' Ġunju 2012, tat-18 u d-19 ta' Ottubru 2012, tat-13 u l-14 ta' Diċembru 2012, tas-7 u t-8 ta' Frar 2013, tal-14 u l-15 ta' Marzu 2013 u tas-27 u t-28 ta' Ġunju 2013,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-kapijiet ta' stat jew ta' gvern tal-Unjoni Ewropea wara l-laqgħat informali tal-membri tal-Kunsill Ewropew tas-26 ta’ Ottubru 2011 u tat-30 ta’ Jannar 2012,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Mejju 2009 dwar l-impatt tat-Trattat ta’ Lisbona dwar l-iżvilupp tal-bilanċ istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Lulju 2013 dwar it-titjib tal-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2014(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 48,110 u 127 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0336/2013),

A.  billi t-Trattat ta' Lisbona ta lill-Kunsill Ewropew l-istatus ta' istituzzjoni Ewropea, mingħajr ma bidillu r-rwol tiegħu minħabba li, skont l-Artikolu 15(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, "Il-Kunsill Ewropew għandu jipprovdi l-Unjoni bl-impetu meħtieġ għall-iżvilupp tagħha u għandu jiddefinixxi d-direzzjonijiet u l-prijoritajiet politiċi ġenerali tagħha. Huwa m’għandux jeżerċita funzjonijiet leġislattivi";

B.  billi l-Parlament huwa perfettament konxju tal-indipendenza tal-Kunsill Ewropew u tar-rwol eminenti li jagħtih it-Trattati;

C.  billi, madankollu, taħt il-pressjoni tal-kriżi, il-Kunsill Ewropew kabbar b’mod konsiderevoli r-rwol tiegħu, kattar l-għadd tal-laqgħat eċċezzjonali u tella' għal-livell tal-Kunsill Ewropew suġġetti li normalment jiġu ttrattati fil-livell tal-Kunsill tal-Ministri; billi f'dan ir-rigward il-Kunsill Ewropew mar lil hinn mill-inġunzjoni kruċjali tat-Trattat li m'għandux funzjonijiet leġislattivi;

D.  billi t-tentazzjoni tal-kapijiet ta' stati jew ta' gvern li jirrikorru għal espedjenti intergovernattivi tikkomprometti l-'metodu Komunitarju', bi ksur tat-Trattati;

E.  billi biex tissaħħaħ in-natura demokratika tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjoni għandhom jiġu implimentati arranġamenti ta' skrutinju parlamentari xierqa;

F.  billi, skont it-Trattat ta' Lisbona, il-membri tal-Kunsill Ewropew huma individwalment responsabbli quddiem il-parlamenti nazzjonali tagħhom iżda kollettivament responsabbli biss tagħhom infushom;

G.  billi l-President tal-Kunsill Ewropew ingħata rwol inizjatorju, bosta drabi flimkien mal-kontropartijiet tiegħu minn istituzzjonijiet oħra, u b’hekk de facto sar in-negozjatur prinċipali f’isem l-Istati Membri għal suġġetti li, sa mill-adozzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona, huma koperti bil-kodeċiżjoni;

H.  billi, bi qbil mal-awtoritajiet tal-Parlament, u b’mod partikolari permezz ta’ skambji ta’ ittri, il-President Van Rompuy fittex li kemm jista' jkun jikkunsidra r-rekwiżiti ta’ informazzjoni u trasparenza: iltaqa’ personalment mal-presidenti tal-kumitati, ir-rapporteurs jew ix-sherpas tal-Parlament biex jiddiskuti għadd ta' suġġetti importanti; irrisponda mistoqsijiet bil-miktub; irrapporta b’mod regolari dwar il-laqgħat tal-Kunsill Ewropew, jew lill-plenarja jew lill-Konferenza tal-Presidenti estiża, u kellu bosta kuntatti mal-presidenti tal-gruppi;

I.  billi jkun tajjeb li din il-prattika ssir uffiċjali sabiex isservi ta’ preċedent għall-ġejjieni u għandha wkoll tittejjeb; billi, dwar ir-reġim Ewropew tal-privattivi, il-Kunsill Ewropew qajjem dubju dwar ftehim leġislattiv konkluż bejn il-Parlament u l-Kunsill; billi, dwar il-governanza ekonomika, il-Kunsill Ewropew deherlu tajjeb li jinnegozja mill-ġdid dispożizzjonijiet identiċi għal dawk magħmula applikabbli b’regolament preċedenti; billi, dwar l-awtorità Ewropea għas-superviżjoni tal-banek, il-Kunsill Ewropew adotta żewġ pożizzjonijiet kontradittorji wara xulxin b’intervall ta’ sena, li seta’ evita billi jikkunsidra aħjar il-pożizzjoni tal-Parlament; billi l-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020 wassal għal blukkar leġislattiv assolut, peress li l-unanimità ġuridikament neċessarja fil-Kunsill ma setgħetx tintlaħaq ħlief billi jiddeċiedi minn qabel dwar ċerti għażliet politiċi ewlenin tar-regolamenti leġislattivi tal-politiki li għandhom ikunu ffinanzjati, b'tali mod li r-rwol tal-Parlament, f'dawn l-oqsma, ċekknu għal li dan tal-aħħar jemenda dispożizzjonijiet sekondarji;

J.  billi f'dawn il-każijiet kollha, per definitionem l-aktar importanti, in-nuqqas ta’ djalogu formali bejn il-Parlament u l-Kunsill Ewropew ma ppermettiex li l-Parlament ikollu r-rwol sħiħ tiegħu ta’ koleġislatur kif stabbilit fit-Trattati; billi ħafna drabi deher li l-interlokuturi uffiċjali tar-rappreżentanti tal-Parlament ma kellhomx verament is-setgħa li tassew jimpenjaw lill-gvernijiet; billi, minkejja li teoretikament għadhom responsabbli għall-preparazzjoni tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew, huwa dejjem iktar evidenti li l-President fil-Kariga tal-Kunsill u l-Kunsill Affarijiet Ġenerali(3) għandhom biss rwol marġinali jew tekniku; billi l-intervent tradizzjonali liminari tal-president tal-Parlament Ewropew fil-ftuħ tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew mhuwiex proċedura suffiċjenti;

K.  billi l-Parlament Ewropew ma jistax jordna lill-President tal-Kunsill Ewropew biex jattendi dibattitu qabel il-laqgħat tal-Kunsill Ewropew; billi l-Parlament ma jorganizzax lilu nnifsu tajjeb għad-dibattiti li fihom il-President jippreżentalu rapport wara l-laqgħat tal-Kunsill Ewropew;

L.  billi, madankollu, jintlaqa’ tajjeb il-fatt li bosta kapijiet ta’ gvern ta’ Stati Membri tal-UE qed ifittxu t-tribuna tal-Parlament għal dibattiti dwar il-ġejjieni tal-Ewropa;

M.  billi l-operat tal-Kunsill tal-Ministri jagħti lok għal tħassib serju, u la l-Kunsill Ewropew u lanqas il-presidenza b’rotazzjoni ma jidhru kapaċi jimponu fuq ix-xogħol tiegħu l-istandards mixtieqa ta’ ħeffa, strateġija, konsistenza, koerenza jew trasparenza; billi dawn in-nuqqasijiet fit-tieni kamra tal-leġislatura jgħarrqu l-proċess leġislattiv tal-Unjoni Ewropea;

N.  billi l-Artikolu 17(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-ewwel darba wara l-elezzjonijiet Ewropej li jmiss; billi din id-dispożizzjoni fundamentali hija maħsuba biex il-President tal-Kummissjoni jintgħażel miċ-ċittadini permezz tal-elezzjoni tad-deputati tagħhom, fil-loġika ta’ sistema parlamentari; billi dan ir-riżultat jista’ jinkiseb biss jekk il-partiti politiċi Ewropej, il-Parlament u l-Kunsill Ewropew jaġixxu f’dan l-ispirtu, skont ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, b’mod partikolari fil-qafas tal-konsultazzjonijiet maħsuba biex japplikaw fil-prattika d-Dikjarazzjoni Nru 11 annessa mat-Trattat ta’ Lisbona;

1.  Jemmen li, fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba fuq dawn l-aħħar erba’ snin, jeħtieġ li r-relazzjonijiet tax-xogħol bejn il-Kunsill Ewropew u l-Parlament jittejbu u jkunu formalizzati; jikkunsidra li dan jista’ jieħu l-forma ta’ dikjarazzjoni konġunta jew ftehim interistituzzjonali jew skambju ta’ ittri;

2.  Huwa tal-fehma li, ħlief f'każijiet ta' urġenza eċċezzjonali, qabel kull laqgħa tal-Kunsill Ewropew għandu jsir dibattitu fil-Parlament li jippermetti l-adozzjoni ta’ riżoluzzjoni, u li jattendih il-President tal-Kunsill Ewropew biex jippreżenta huwa stess is-suġġetti fuq l-aġenda; jemmen li l-Parlament u l-Kunsill Ewropew għandhom jorganizzaw il-ħidmiet rispettivi tagħhom b’mod li l-Parlament ikollu l-opportunità li jgħarraf l-opinjoni tiegħu dwar dawn is-suġġetti fil-ħin u l-President tal-Kunsill Ewropew ikun jista’ jagħmillu rapport wara kull laqgħa tal-Kunsill Ewropew, quddiem is-seduta plenarja; jenfasizza li, kemm jista' jkun, il-laqgħat tal-Kunsill Ewropew m'għandhomx isiru matul il-ġimgħat tas-sessjoni plenarja tal-Parlament;

3.  Jirrimarka li l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew huma istruzzjonijiet ta' negozjar għall-Kunsill tal-Ministri, u li fl-ebda każ ma jikkostitwixxu linji ħomor li ma jistgħux ikunu nnegozjati mal-Parlament; jitlob li formula standard li tfakkar id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea tiġi introdotta fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew;

4.  Iħeġġeġ li meta jiġi konkluż ftehim bejn ir-rappreżentanti tal-Parlament u dawk tal-Kunsill fil-kuntest tal-proċedura leġislattiva, il-Kunsill Ewropew ma jitħalliex jerġa' jqajjem il-kwistjoni, ħlief jekk il-Presidenza fil-Kariga tkun speċifikat li l-ftehim kien ad referendum;

5.  Jipproponi li l-President tal-Kunsill Ewropew u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jiġu mistiedna flimkien mal-President tal-Kummissjoni biex darba f'sena jipparteċipaw f'dibattitu ġenerali dwar is-sitwazzjoni interna u esterna tal-Unjoni, mingħajr sovrapożizzjoni mad-dibattitu dwar annwali eżistenti dwar l-istat tal-Unjoni li matulu l-President tal-Kummissjoni jippreżenta l-programm tax-xogħol tiegħu u jirrapporta dwar l-azzjoni tiegħu lill-Parlament li quddiemu huwa responsabbli;

6.  Ifakkar li, għall-kuntrarju tal-President tal-Kummissjoni, il-President tal-Kunsill Ewropew mhuwiex responsabbli quddiem il-Parlament u li l-organizzazzjoni tad-dibattiti li jipparteċipa fihom jeħtiġilha tqis dan il-fatt, filwaqt li tippermetti li Membri għajr il-presidenti tal-gruppi jiddjalogaw mal-President tal-Kunsill Ewropew; jemmen, madankollu, li l-proċedura ta’ mistoqsijiet bil-miktub ma tidhirx li tkun f'lokha;

7.  Jitlob li l-Parlament ikun involut f'waqtu kull darba li l-Kunsill Ewropew jagħti bidu għal pjan ta’ azzjoni jew proċedura li jista’ jkollhom dimensjoni leġislattiva li tkun trid tiġi deċiża b’kooperazzjoni mal-Parlament, skont il-forma li tidher xierqa f’kull każ; jinsisti li l-President tal-Parlament għandu jipparteċipa bis-sħiħ fil-laqgħat tal-Kunsill Ewropew meta jkunu indirizzati mistoqsijiet interistituzzjonali – il-Parlament u l-Kunsill Ewropew konsegwentement jadattaw ir-regoli interni tagħhom biex jippreċiżaw l-għażla tar-rappreżentanti rispettivi tagħhom u l-mod li bih dawn jiksbu mandat ta’ negozjar u jirrappurtaw dwar in-negozjati;

8.  Jistieden lill-Kunsill Ewropew biex jgħarraf b'mod ċar, qabel ma tibda l-kampanja tal-elezzjonijiet Ewropej, kif biħsiebu, safejn jikkonċerna lilu, jirrispetta l-għażla taċ-ċittadini Ewropej fil-proċedura li twassal għall-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni, b'mod konformi mal-Artikolu 17(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fil-qafas tal-konsultazzjonijiet li għandhom isiru bejn il-Parlament u l-Kunsill Ewropew għall-applikazzjoni fil-prattika tad-Dikjarazzjoni Nru 11 annessa mat-Trattat ta’ Lisbona; ifakkar fl-importanza li nsaħħu l-viżibilità u l-karattru Ewropew tal-kampanja elettorali; jistieden lil kull membru tal-Kunsill Ewropew biex iħabbar bil-quddiem kif biħsiebu jirrispetta l-vot taċ-ċittadini tiegħu meta jipproponi kandidat jew kandidati għall-kariga ta' Kummissarju mill-pajjiż tiegħu;

9.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-kapijiet ta' stat u ta' gvern u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 82.
(2) Testi adottati, P7_TA(2013)0323.
(3) Ara l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.


Infrastruttura Ekoloġika (IE) - Intejbu l-Kapital Naturali tal-Ewropa
PDF 309kWORD 70k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar Infrastruttura Ekoloġika (IE) - Intejbu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (2013/2663(RSP))
P7_TA(2013)0600B7-0549/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra s-Seba' Programm ta' Azzjoni għall-Ambjent,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea bl-isem 'L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) - Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa' (COM (2013)0249),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem "Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv" (COM(2010)2020),

–  wara li kkunsidra l-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi (COM(2011)0571),

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020 (COM(2011)0244),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi(1),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa(2),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Ambjent ta' Ġunju 2011 u dawk tas-17 ta' Diċembru 2012 (il-punt 14),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' April 2012 dwar "L-assigurazzjoni ta' ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: strateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020 (3), b'mod partikolari l-paragrafu 50 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-istudju bl-isem ‘L-Ekonomija tal-Ekosistemi u tal-Bijodiversità (TEEB)’ (4),

–  wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tal-2009 bl-isem “L-adattament għat-tibdil fil-klima: Lejn qafas Ewropew għall-azzjoni' (COM(2009)0147) u l-komunikazzjoni tagħha bl-isem 'Strateġija Ewropea dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima (COM(2013)0216),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar Infrastruttura Ekoloġika (IE) - Intejbu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (O-000094/2013 – B7-0525/2013),

–  wara li kkunsidra l-Aġenda Territorjali tal-Unjoni Ewropea 2020: Lejn Ewropa ta’ reġjuni differenti aktar kompetittiva u sostenibbli,

–  wara li kkunsidra l-Objettivi dwar il-Bijodiversità ta’ Aichi tal-“Pjan Strateġiku għall-Bijodiversità 2011-2020” , adottat mill-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD) f’Ottubru 2010,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi d-deklin fil-bijodiversità u fl-istatus tal-ekosistemi tagħna jeħtieġ jiġi indirizzat sabiex tkun żgurata l-provvista kontinwa ta' servizzi tal-ekosistema u l-protezzjoni tal-kapital naturali għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri;

B.  billi l-infrastuttura ekoloġika tgħin lin-natura biex tipproduċi l-potenzjal sħiħ tas-servizzi tal-ekosistema hi tista’ tgħajjex lis-soċjetà;

C.  billi t-telf tal-bijodiversità jeħtieġ ikun indirizzat sabiex jiġi protett il-kapital naturali kemm għall-ġenerazzjonijiet preżenti u kemm dawk tal-futur;

D.  billi l-pressjoni antropoġenika thedded il-bijodiversità u l-integrità tal-ekosistemi fl-Unjoni Ewropea, inkluż permezz tal-frammentazzjoni u l-qerda tal-ħabitats naturali, it-tibdil fil-klima u l-użu intensifikat ta’ ħabitats seminaturali;

E.  billi l-bijodiversità u l-benessri tas-soċjetà umana għandhom rabta mill-qrib bejniethom;

F.  billi sabiex tinżamm u tissaħħaħ il-bijodiversità fl-Unjoni huwa importanti li jitnaqqas il-livell ta' frammentazzjoni u tittejjeb il-konnettività ekoloġika;

G.  billi skont l-Objettiv ta’ Bijodiversità ta' Aichi Nru11, sal-2020, tal-inqas 17 % taż-żoni terrestri u tal-ilma intern, u 10 % taż-żoni kostali u tal-baħar, speċjalment żoni ta’ importanza partikolari għall-bijodiversità u s-servizzi pprovduti mill-ekosistemi, huma ppreservati permezz ta’ netwerks ekoloġikament rappreżentattivi u konnessi tajjeb maż-żoni protetti ġestiti b’mod effettiv u ugwali u ta’ miżuri effettivi oħra ta’ konservazzjoni skont iż-żona, u integrati fil-pajsaġġi terresti u marini kollha;

H.  billi l-infrastruttura ekoloġika u l-agrikoltura għandhom rabta mill-qrib bejniethom, f’termini ta’ produttività agrikola u l-protezzjoni tal-wirt agrikolu, u minħabba l-impatti tal-ippjanar tal-ġestjoni tat-territorju u tal-użu tal-art tal-attivitajiet agrikoli;

I.  billi l-esperjenza turi li l-proġetti tal-infrastruttura ekoloġika joffru opportunità kbira ta’ integrazzjoni tan-natura fis-soċjetà, inklużi l-ambjenti urbani fejn qed tgħix parti dejjem akbar tal-popolazzjoni li qed tesponi ruħha għall-konsegwenzi serji kkawżati mill-“effett tal-gżejjer urbani tas-sħana”;

J.  billi l-informazzjoni dwar kif tiġi maħluqa, protetta, imtejba u użata b’mod effiċjenti l-infrastruttura ekoloġika fost il-pajsaġġi għandha tkun kondiviża fost il-partijiet interessati u ppubblikata;

K.  billi l-esperjenza turi li l-ippjanar u l-iżvilupp ta' proġetti ta' infrastruttura huma fażijiet ewlenin li matulhom l-integrazzjoni tal-ħtiġijiet ekoloġiċi, ekonomiċi u tas-soċjetà għandhom ikunu żgurati, kemm fil-pajsaġġi urbani u kemm dawk rurali;

L.  billi l-programmi ta' infrastruttura reġjonali u urbani li huma kofinanzjati mill-UE għandhom jintegraw elementi tal-infrastruttura ekoloġika u jnaqqsu l-impatti fuq l-ekosistemi eżistenti, sabiex jissaħħu l-benefiċċji ambjentali soċjali u ekonomiċi ta’ dawn il-programmi u proġetti;

M.  billi l-infrastruttura ekoloġika toffri firxa sħiħa ta’ benefiċċji ekoloġiċi, ekonomiċi, u soċjali li jirriżultaw minn soluzzjonijiet naturali, li ġeneralment huma irħas u aktar sostenibbli u jistgħu jgħinu biex jinħolqu l-impjiegi;

N.  billi l-investiment fl-infrastruttura ekoloġika normalment jipproduċi redditu għoli;

Rimarki ġenerali

1.  Jilqa l-komunikazzjoni dwar l-infrastruttura ekoloġika u l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tfittex twettaq b'mod attiv l-objettivi stabbiliti fiha;

2.  Jirrikonoxxi l-importanza ewlenija tal-infrastruttura ekoloġika biex ikunu protetti b’mod effettiv il-kapital naturali tal-Ewropa, il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u l-ispeċi kif ukoll l-istat ekoloġiku tajjeb tal-korpi tal-ilma;

3.  Jenfasizza l-kontribut li l-infrastruttura ekoloġika tista’ tagħti lid-diversi objettivi 2020 tal-Unjoni, u jenfasizza l-urġenza tat-twettiq tagħha u l-integrazzjoni tagħha fl-għodda għall-implimentazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, sabiex jingħata kontribut effettiv għall-akkwist tal-miri tal-bijodiversità tal-Unjoni;

4.  Jirrikonoxxi li t-twettiq tal-infrastruttura ekoloġika għandha tgħin lill-Unjoni tilħaq l-impenji internazzjonali tagħha taħt l-Objettiv tal-Bijodiversità ta’ Aichi u l-Pjan Strateġiku għall-Bijodiversità 2011-2020;

5.  Jilqa' l-approċċ innovattiv tal-infrastruttura ekoloġika li joffri kosteffikaċja permezz ta' għadd ta' benefiċċji u soluzzjonijiet li jistgħu jirrikonċiljaw l-objettivi ambjentali, soċjali u ekonomiċi;

Integrazzjoni fl-oqsma ta' politika differenti

6.  Jenfasizza l-ħtieġa li jintegra l-infrastruttura ekoloġika fil-politiki settorjali kollha tal-UE u l-arranġamenti finanzjarji korrispondenti, bl-użu tal-aħjar prattiki tal-Istati Membri bħala eżempji;

7.  Jirrimarka li l-infrastruttura ekoloġika tista' tiżvolġi rwol importanti fil-bliet, fejn parti dejjem akbar tal-popolazzjoni qed tgħix illum u fejn tista' tagħti servizzi bħal arja nadifa, kontrol tat-temperatura u mitigazzjoni tal-“effett tal-gżejjer urbani tas-sħana” lokali, żoni rikreattivi, protezzjoni mill-għargħar, żamma tal-ilma tax-xita u prevenzjoni tal-għargħar, manutenzjoni tal-livelli tal-ilma ta' taħt l-art, restawr u waqfien mit-telf tal-bijodiversità, moderazzjoni ta’ avvenimenti estremi tal-klima u l-impatti tagħhom, u tisħiħ tas-saħħa taċ-ċittadini, u tal-kwalità tal-ħajja b'mod ġenerali, inkluż billi jkun hemm żoni aċċessibbli u affordabbli għall-attività fiżika; jenfasizza r-rabta bejn l-infrastruttura ekoloġika u s-saħħa pubblika u jikkunsidra li l-investiment fl-infrastruttura ekoloġika huwa wkoll investiment fis-saħħa pubblika.

8.  Jenfasizza l-kontribut tal-infrastruttura ekoloġika bħala akkumpanjament vitali tan-netwerk Natura 2000 bit-tisħiħ tal-koerenza u r-reżiljenza tan-netwerk li jservi biex iħares l-ispeċijiet ewlenin u l-ħabitats tan-natura tal-Ewropa, u jgħin biex jinżamm it-twassil tas-servizzi tal-ekosistema stmati li jlaħħqu diversi mijiet ta’ biljuni ta’ Ewro fis-sena; jenfasizza f’dan il-kuntest il-korrelazzjoni bejn l-istrument legali tan-Natura 2000 u l-inizjattiva għall-Infrastruttura Ekoloġika;

9.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jintegraw u jagħtu prijorità lill-infrastruttura ekoloġika fl-ippjanar tal-ġestjoni tat-territorju u tal-użu tal-art billi jikkonsultaw u jissensibilizzaw lill-partijiet interessati fil-qasam u l-popolazzjoni lokali b'kampanji ta' edukazzjoni, billi jinvolvuhom fil-livelli ta' teħid ta' deċiżjonijiet (lokali, reġjonali u nazzjonali), u jitlob lill-Kummissjoni tippromovi orjentament u valutazzjoni komparattiva f’dan il-qasam sabiex tiżgura li l-infrastruttura ekoloġika ssir parti integrali tal-ġestjoni tat-territorju u tal-iżvilupp territorjali fl-Unjoni kollha; jirrimarka li proċeduri ta’ permessi għal żviluppi ġodda jew infrastruttura griża għandhom bżonn jiżguraw valutazzjoni sħiħa ta’ kwalunkwe impatt negattiv fuq l-ekosistemi u l-infrastruttura ekoloġika eżistenti sabiex jiġu evitati u jitnaqqsu dawn l-impatti u biex jiġu żgurati l-benefiċċji attwali għas-soċjetà fuq terminu twil;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jużaw l-istrumenti finanzjarji Ewropej kollha, inkluż dawk fi ħdan il-qafas tal-Politika ta’ Koeżjoni kif ukoll tal-Politika Agrikola Komuni, speċjalment Żoni b'Fokus Ekoloġiku, biex jippromovu l-infrastruttura ekoloġika fejn xieraq sabiex jiżguraw li jkun hemm varjetà wiesgħa ta’ servizzi tal-ekosistema kif ukoll il-protezzjoni tal-proċessi naturali fiż-żoni rurali u urbani; jistieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta b’mod regolari lill-Parlament dwar l-użu tal-fondi tal-PAK fejn tiġi appoġġjata l-infrastruttura ekoloġika; jenfasizza f’dan ir-rigward ir-rwol importanti tal-infrastruttura ekoloġika għall-protezzjoni tan-naħal u għalhekk għall-funzjonament tajjeb tad-dakkir;

11.  Jenfasizza l-effetti pożittivi tal-infrastruttura ekoloġika fuq il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima minħabba li din għandha influenza pożittiva fuq il-ħażna ta’ karbonju u l-bilanċ tal-gassijiet b’effett serra, b’mod partikolari fir-rigward tal-konservazzjoni tal-ħamrija tat-torbieri, l-imsaġar u l-foresti seminaturali u dawk naturali, u ekosistemi oħra rikki fil-karbonju, u għalhekk tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-UE dwar il-klima;

12.  Jappoġġja l-isforzi sabiex jinġabru flimkien l-ippjanar tal-ġestjoni tat-territorju u l-iżvilupp tal-infrastruttura ekoloġika f’żoni kostali, bil-għan li tiġi salvagwardjata l-bijodiversità u jiġi żgurat l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tal-pajsaġġ kostali;

13.  Jinnota r-rwol vitali tal-infrastruttura ekoloġika għall-adatament għat-tibdil fil-klima, għaliex iżżid il-koerenza ekoloġika bejn is-siti tan-Natura 2000, tiffaċilita ż-żieda fil-movimenti u l-bidliet fid-distribuzzjoni tal-ispeċi bejn u fost is-siti tan-Natura 2000, u l-provvista tal-adattament tal-iskala tal-pajsaġġ għall-bijodiversità, u għalhekk tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politiki tan-natura tal-UE, u tinkoraġġixxi u tipprovdi wkoll adattament ibbażat fuq l-ekosistema għal setturi oħra inklużi l-ġestjoni tal-ilma u s-sigurtà tal-ikel,

14.  Jikkunsidra li huwa essenzjali għall-Istati Membri – u speċjalment dawk li jmissu mal-baħar – li jimplimentaw l-infrastruttura ekoloġika madwar iż-żoni tal-port u jiżviluppaw skemi tat-trasport favorevoli għall-ekoloġizzazzjoni ta’ dawk iż-żoni;

15.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li tnaqqis fir-riskji marbuta mad-diżastri naturali – bħall-għargħar jew in-nirien fil-foresti – hu wkoll effett pożittiv li ġej mill-ħolqien u r-restawr tal-infrastruttura ekoloġika bħall-pjanuri tal-għargħar naturali, l-imsaġar, l-art mistagħdra, eċċ, li jistgħu jtejbu r-reżiljenza għad-diżastru u jgħinu fl-adattament għat-tibdil fil-klima, u jista’ b’mod sinifikanti jnaqqas l-ispejjeż relatati mas-soċjetà;

16.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkun inkluż b’mod sħiħ is-settur tal-forestrija f’dan il-qasam ta’ politika, b’mod li jinkisbu l-benefiċċji multipli lil hinn mill-produzzjoni tal-injam u tal-bijomassa, provduti minn ġestjoni sostenibbli tal-foresti u l-konservazzjoni naturali tal-foresti u sabiex l-imsaġar frammentati jew meqruda jerġgħu lura fil-kundizzjoni ta’ qabel;

17.  Jilqa’ l-inizjattiva li tippromwovi l-infrastruttura ekoloġika bħala strument li jikkontribwixxi għall-filtrazzjoni tal-ilma, il-prevenzjoni tal-erożjoni u l-preservazzjoni tal-wiċċ tal-ilma ta' taħt l-art, u konsegwentement l-implimentazzjoni korretta tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, id-Direttiva dwar l-Għargħar, u leġiżlazzjoni tal-ilma rilevanti kif propost mill-pjan ta’ azzjoni, kif ukoll għall-ġestjoni integrata tal-kosta u l-ippjanar tal-ġestjoni tat-territorju marittimu;

18.  Jenfasizza l-importanza tal-integrazzjoni xierqa tar-rekwiżiti tal-infrastruttura ekoloġika fl-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Politika Strutturali u ta’ Koeżjoni tal-UE, b’mod partikolari fl-iffinanzjar tal-infrastruttura ekoloġika Urbana, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti biex jippromwovu azzjonijiet rilevanti;

19.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi integrata l-infrastruttura ekoloġika fi programmi operattivi taħt l-istrumenti ta' finanzjament tal-KE għall-perjodu 2014-2020;

20.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiffinalizza fil-ħin, jiġifieri sa tmiem l-2013, il-materjal ta' orjentament kif imħabbar mill-Komunikazzjoni sabiex isir progress fil-fehim u l-promozzjoni tal-infrastruttura ekoloġika fl-oqsma ta' politika relevanti u biex jiġu żgurati opportunitajiet għall-iffinanzjar permezz ta' programmi operattivi;

21.  Jitlob lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jagħmlu użu tajjeb mill-opportunitajiet ta’ finanzjament eżistenti biex jippromovu l-investiment fi proġetti koordinati u koerenti fl-infrastruttura ekoloġika;

Żvilupp ta' Strateġija ta' Infrastruttura Ekoloġika

22.  Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ l-involviment tas-settur privat fl-investimenti tal-infrastruttura ekoloġika u jistieden lill-Kummissjoni u lill-BEI biex, mingħajr telf ta' ħin, jistabbilixxu u jagħmlu operattiva faċilità ta' finanzjament inklużi mekkaniżmi ta' finanzjament innovattivi li jappoġġaw investimenti fl-infrastruttura ekoloġika u proġetti oħra relatati ma' kapital naturali filwaqt li jevalwaw ukoll l-appoġġ reali u fuq terminu twil tal-funzjonijiet tal-ekosistemi; jirrimarka li jeħtieġ jiġu esplorati wkoll aktar sorsi ta' finanzjament fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali;

23.  Jinsab konvint li t-twettiq tal-Infrastruttura Ekoloġika jeħtieġ ikun appoġġjat minn data solida u tagħrif dettaljat u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni, taħdem flimkien mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, l-Istati Membri u partijiet interessati oħra biex tiżgura li l-Unjoni ssaħħaħ il-kapaċità tagħha f’relazzjoni mal-immappjar u l-valutazzjoni ta’ ekosistemi u s-servizzi assoċjati tal-ekosistema u li din l-informazzjoni u t-tagħrif huma meqjusa b’mod xieraq inklużi fl-ippjanar u t-twettiq ta’ proġetti kofinanzjati tal-UE;

24.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromovi l-proġetti ta’ riċerka, innovazzjoni, bini tal-kapaċità, edukazzjoni, ta’ tixrid, ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ għarfien pubbliku dwar dan il-qasam u tappoġġa l-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki; jirrimarka li l-ħiliet u t-taħriġ tal-persunal li jkun kapaċi juża dan l-approċċ innovattiv u li jivvaluta sew il-benefiċċji pprovduti mill-ekosistemi, speċjalment fis-setturi tal-provvista u l-purifikazzjoni tal-ilma, tal-iskart, tal-kostruzzjoni, tal-ġestjoni tad-diżastri, tal-agrikoltura, tat-turiżmu u tal-faċilitajiet tas-saħħa, jiffaċilitaw l-iżvilupp tal-infrastruttura ekoloġika;

25.  Hu tal-fehma li l-integrazzjoni fl-oqsma kollha ta' politika hi kundizzjoni bażika li mingħajrha l-ebda politika ta' infrastruttura ekoloġika ma tista' titmexxa;

26.  Jenfasizza r-rwol li jista’ jkollhom is-sidien u l-maniġers tal-art, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, ix-xjenza taċ-ċittadin/tal-folla, ir-responsabbiltà taċ-ċittadini u l-parteċipazzjoni pubblika għall-ippjanar, l-implimentazzjoni, iż-żamma u l-monitoraġġ tal-proġetti tal-Infrastruttura Ekoloġika fuq livell lokali, u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw dawn il-proċessi;

27.  Jaqbel mal-iżvilupp ta' strateġija li tikkonsisti fil-bini ta' assi prijoritarji għal proġetti ta' infrastruttura ekoloġika fl-Ewropa u jenfasizza l-ħtieġa ta' aktar strateġiji u proġetti interreġjonali transkonfinali;

28.  Jappoġġa t-TEN-G kif imħabbar mill-Kummunikazzjoni u jistieden lill-Kummissjoni taħdem fuq l-iżvilupp ta' skema tat-TEN-G sal-2015;

29.  Jenfasizza l-potenzjal għall-innovazzjoni fir-rigward ta' infrastruttura ekoloġika u r-rwol ewlieni li jista' jkollhom l-SMEs f'dan il-qasam; jirrimarka li l-istandards komuni, iċ-ċertifikazzjoni u t-tikkettar għandhom ikunu ta' appoġġ għall-investimenti ta' infrastruttura ekoloġika u li jinħoloq l-ispazju meħtieġ għal impriżi pijunieri fis-settur;

30.  Jistenna bil-ħerqa r-reviżjoni tal-istrateġija dwar il-bijodiversità fl-2015, ir-reviżjoni sussegwenti tal-Komunikazzjoni dwar l-infrastruttura ekoloġika fl-2017 biex l-infrastruttura ekoloġika tintrabat aktar ma' investimenti rilevanti ppjanati fil-livell tal-UE kif ukoll ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-oqsma ta' politika relevanti (il-verifika tas-saħħa tal-PAK, ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu ta' REGIO eċċ.);

o
o   o

31.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7.
(2) ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.
(3) ĠU C 258 E, 7.9.2013, p. 99.
(4) http://www.teebweb.org


Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2012
PDF 252kWORD 86k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar ir-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2012 (2013/2076(INI))
P7_TA(2013)0601A7-0382/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2012,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 123, 282 u 284(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b'mod partikolari l-Artikoli 15 u 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' April 1998 dwar ir-responsabbiltà demokratika fit-tielet fażi tal-UEM(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2013 dwar ir-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2011(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "ir-Regolament MSU",

–  wara li kkunsidra t-83 Rapport Annwali 2012/2013 tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, ippubblikat fit-23 ta' Ġunju 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 119(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0382/2013),

A.  billi, skont it-tbassir tar-rebbiegħa 2013 tas-servizzi tal-Kummissjoni, il-PDG fiż-żona tal-euro naqas b'0,6 % fl-2012, wara żieda ta' 1,4 % fl-2011, u ser jonqos b'0,4 % fl-2013 qabel jiżdied b'1,2 % fl-2014;

B.  billi, skont l-istess tbassir, il-qgħad fiż-żona tal-euro żdied minn 10,2 % fi tmiem l-2011 għal 11,4 % fi tmiem l-2012, u jista' jkompli jiżdied għal 12,2 % fl-2013 qabel jerġa' jonqos ftit fl-2014, u ġew osservati differenzi kbar bejn il-pajjiżi taż-żona tal-euro li ċ-ċifri tal-qgħad tagħhom ivarjaw bejn 4,3 % u 25 %, b'perċentwali saħansitra ogħla reġistrati fil-qgħad fost iż-żgħażagħ li żdied b'mod sinifikanti matul l-istess perjodu;

C.  billi fl-2012 il-BĊE naqqas ir-rati tal-imgħax darba, f'Lulju (25 punt bażi), u kompla naqqashom għal-livell ta' 0,5 % f'Mejju 2013, li huwa l-aktar baxx fl-istorja;

D.  billi, skont it-tbassir tar-rebbiegħa 2013 tas-servizzi tal-Kummissjoni, ir-rata medja tal-inflazzjoni fiż-żona tal-euro kienet ta' 2,5 % fl-2012, minn 2,7 % fl-2011, u t-tkabbir M3 kien ta' 1,5 % fl-2011, minn 1,7 % fl-2010;

E.  billi d-dikjarazzjoni finanzjarja kkonsolidata tal-Eurosistema laħqet EUR 3 000 biljun fl-aħħar tal-2012, ammont li jirrappreżenta żieda ta' madwar 12 % matul l-2012;

F.  billi l-assi mhux negozjabbli rrappreżentaw l-akbar komponent ta' assi miġjuba bħala kollateral għall-Eurosistema matul l-2012, u jammontaw għal madwar 25 % tat-total; billi t-titoli mhux negozjabbli, flimkien ma' titoli appoġġjati mill-assi, jirrappreżentaw aktar minn 40 % tal-assi totali miġjuba bħala kollateral;

G.  billi l-fatturat aggregat tal-istrumenti kollha fis-suq tal-flus f'euro naqas b'14 % fit-tieni kwart tal-2012 meta mqabbel mat-tieni kwart tas-sena ta' qabel;

H.  billi l-linji ta' Assistenza ta' Emerġenza fil-Likwidità mogħtija mill-banek ċentrali nazzjonali kif rappreżentati taħt l-entrata "klejms oħrajn kontra istituzzjonijiet ta' kreditu taż-żona euro denominati f'euro" tad-dikjarazzjoni finanzjarja kkonsolidata tal-Eurosistema laħqu livelli mingħajr preċedent matul l-2012 u ammontaw għal EUR 206 biljun fl-aħħar tal-2012;

I.  billi l-operazzjonijiet ta' rifinanzjament fit-tul tal-BĊE ta' Frar 2012 ipprovdew EUR 529,5 biljun lill-istituzzjonijiet finanzjarji bbażati fiż-żona tal-euro f'self b'maturità ta' tliet snin u rata tal-imgħax inizjali ta' 1 %;

J.  billi r-rata ta' tkabbir tal-kreditu mill-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFI) lir-residenti taż-żona tal-euro naqset b'mod sinifikanti bejn Diċembru 2011 u Diċembru 2012, minn 1 % f'Diċembru 2011 għal 0,4 % f'Diċembru 2012, u l-kreditu lis-settur privat naqas b'0,7 % f'Diċembru 2012;

K.  billi, għal darb'oħra skont it-tbassir tar-rebbiegħa 2013 tas-servizzi tal-Kummissjoni, id-dejn gross medju tal-gvernijiet fiż-żona tal-euro żdied minn 88 % fl-2011 għal 92,7 % tal-PDG fl-2012, u d-defiċit aggregat ġenerali tal-gvernijiet naqas minn 4,2 % għal 3,7 % tal-PDG;

L.  billi l-operazzjonijiet ta' rifinanzjament fit-tul tal-BĊE ta' Diċembru 2011 u Frar 2012 taw aktar minn EUR 1 000 biljun – EUR 489 biljun u EUR 529.5 biljun rispettivament – lill-banek Ewropej permezz ta' self b'imgħax ikkollateralizzat fuq perjodu massimu ta' tliet snin u b'rata tal-imgħax indiċizzata għar-rata medja tal-operazzjonijiet prinċipali ta' finanzjament mill-ġdid tal-BĊE matul il-maturitá tal-operazzjonijiet;

M.  billi l-Previżjoni Ekonomika Ewropea fir-Rebbiegħa 2012 indikat livelli baxxi ta' fiduċja mill-impriżi u l-konsumaturi, rata għolja ta' qgħad li tillimita l-konsum privat u tnaqqis fl-esportazzjoni mill-2010, li wasslu għal waqfien fit-tkabbir tal-PDG matul l-2011 u l-2012;

N.  billi l-intrapriżi żgħar u u ta' daqs medju (SMEs) jibqgħu s-sinsla tal-ekonomija taż-żona tal-euro, fejn jirrappreżentaw madwar 98 % tal-kumpaniji kollha taż-żona tal-euro, jimpjegaw madwar tliet kwarti tal-impjegati fiż-żona tal-euro u jiġġeneraw madwar 60 % tal-valur miżjud;

O.  billi l-affidabbiltà tal-kreditu u s-saħħa finanzjarja tal-SMEs iddeterjoraw aktar malajr minn dawk tal-kumpaniji kbar, u ż-żmien imtawwal tal-kundizzjonijiet ekonomiċi dgħajfa kompla jaggrava l-isfidi ta' informazzjoni asimmetrika tal-SMEs;

P.  billi, skont informazzjoni mogħtija fl-Istħarriġ dwar l-Aċċess għall-Finanzi tal-Intrapriżi (SAFE), il-profitti, il-likwidità, il-bafers u l-kapital tal-SMEs żviluppaw b'mod inqas favorevoli minn dawk tal-kumpaniji l-kbar waqt il-kriżi;

Q.  billi l-Artikolu 282 tat-TFUE jafferma li l-objettiv primarju tal-BĊE huwa li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet; billi l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) jaħdem taħt l-awspiċji tal-BĊE fil-qasam tal-istabbiltà finanzjarja;

R.  billi l-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali (BĦI) innota fir-Rapport Annwali tiegħu li, permezz tal-politika dwar ir-rati baxxi tal-imgħax fiż-żona tal-euro, l-isforzi għar-riforma fl-Istati Membri naqsu b'mod sinifikanti ;

S.  billi l-Artikolu 123 tat-TFUE u l-Artikolu 21 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew jipprojbixxu l-iffinanzjar monetarju tal-gvernijiet;

T.  billi ambjent ta' inflazzjoni baxxa huwa l-aħjar kontribuzzjoni li l-politika monetarja tista' tagħti biex jinħolqu kundizzjonijiet favorevoli għat-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien ta' impjiegi, il-koeżjoni soċjali u l-istabbiltà finanzjarja;

U.  billi l-azzjonijiet tal-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali għandhom jieħdu kont tar-responsabbiltà tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għas-superviżjoni makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja fl-UE;

V.  billi ż-żamma ta' fluss ta' kreditu għall-SMEs hi partikolarment importanti peress li jimpjegaw 72 % tal-forza tax-xogħol taż-żona tal-euro u għandhom rati gross ogħla ta' ħolqien (u l-qerda) ta' impjiegi meta mqabbla ma' kumpaniji kbar;

W.  billi r-rakkomandazzjonijiet imressqa fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-rapporti annwali tal-BĊE, rigward it-trasparenza tal-votazzjoni u l-pubblikazzjoni tal-minuti fil-qosor, għadhom ma ġewx ikkunsidrati;

X.  billi l-faċilità ta' depożitu kien fiha EUR 315,754 miljun fit-28 ta' Settembru 2012;

Y.  billi l-kreditu fiż-żona tal-euro globalment qed jonqos bi 2 % kull sena, bi tnaqqis akbar f'ċerti pajjiżi, fosthom Spanja li rat tnaqqis annwali ta' 8 % fl-2012;

Z.  billi l-SMEs ikollhom iħallsu spejjeż ta' self ħafna ogħla skont il-pajjiż taż-żona tal-euro li fih jinsabu, u b'hekk jinħoloq tgħawwiġ fis-suq uniku;

AA.  billi l-kriżi tal-kreditu li qed taffettwa lill-SMEs f'xi partijiet taż-żona tal-euro hija waħda mill-problemi fundamentali li qed idewmu l-irkupru ekonomiku;

Politika monetarja

1.  Jilqa' l-miżuri kuraġġużi meħuda mill-BĊE fl-2012, li kkontribwew b'mod deċiżiv biex jiġi stabbilizzat is-settur bankarju u għenu biex jinqata' l-irbit bejn il-banek u s-sovran;

2.  Jinsab imħasseb profondament dwar il-fatt li kundizzjonijiet ekonomiċi ħżiena qegħdin isiru n-norma f'partijiet mill-UE, u dan joħloq instabbiltà għaż-żona tal-euro kollha u jhedded l-appoġġ popolari u politiku għall-proġett Ewropew kollu;

3.  Jinnota li r-rikors għall-operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin, l-operazzjonijiet ta' rifinanzjament fuq żmien medju u twil b'allokazzjoni sħiħa b'rati fissi, u għall-faċilità ta' self marġinali, l-Assistenza ta' Emerġenza fil-Likwidità (ELA) u l-faċilità ta' depożitu baqgħu kollha fuq livelli għoljin sew matul l-2012, u dan huwa sinjal ta' indeboliment qawwi tal-mekkaniżmu ta' trażmissjoni monetarja u tas-suq tas-self interbankarju taż-żona tal-euro, għalkemm is-sitwazzjoni tjiebet b'mod sinifikanti hekk kif ġiet osservata stabbilizzazzjoni tal-firxiet u tal-iżbilanċi fit-TARGET II matul it-tieni nofs tas-sena;

4.  Jemmen li l-effetti pożittivi tad-deċiżjonijiet ta' Lulju 2012 li jitnaqqsu r-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE huma limitati, peress li f'ħafna partijiet taż-żona tal-euro l-kanal ta' trażmissjoni monetarja ma jaħdimx jew huwa mdgħajjef ferm; ifakkar li, fuq medda twila ta' żmien, rati tal-imgħax baxxi ħafna jistgħu joħolqu tgħawwiġ fis-settur tan-negozju u jagħmlu ħsara lill-pjanijiet ta' tfaddil u ta' pensjoni privati;

5.  Jinnota li l-President tal-BĊE, meta indirizza lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew fit-8 ta' Lulju 2013, ħabbar li r-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE kienu mistennija li jibqgħu fil-livelli attwali jew f'livelli aktar baxxi għal perjodu estiż ta' żmien fid-dawl ta' previżjoni ġeneralment imrażżna tal-inflazzjoni li testendi għal perjodu medju, minħabba d-dgħufija wiesgħa tal-ekonomija u dinamiċi monetarji mrażżna;

6.  Jinnota bi tħassib li d-domanda tas-sistema bankarja għal-likwidità mill-Eurosistema żdiedet fl-2012, u b'hekk saħħet id-dipendenza tas-sistema bankarja fuq l-intervent tal-Eurosistema, u jwissi dwar ir-riskji ta' tali dipendenza;

7.  Iqis li l-operazzjoni ta' rifinanzjament fit-tul (LTRO) ta' tliet snin imnedija f'Marzu 2012 ikkontribwiet biex tiġi stabbilizzata s-sistema bankarja, iżda li din għandha tkun miżura temporanja; jinnota li, minkejja l-likwidità introdotta fis-sistema bankarja mil-LTRO, il-kreditu disponibbli għall-ekonomija reali xorta huwa taħt il-livelli ta' qabel il-kriżi; jifhem li d-domanda għall-krediti min-negozji hija attwalment ta' livell baxx ħafna, u dan jagħmilha diffiċli għall-banek biex isellfu;

8.  Jinsab imħasseb ħafna dwar it-trasferiment tar-riskji minn banek u gvernijiet f'diffikultajiet għall-karta tal-bilanċ tal-BĊE b'riżultat tad-deċiżjoni tal-BĊE li jixtri ammonti 'illimitati' ta' dejn tal-gvern fuq perjodu ta' żmien qasir; jenfasizza li l-LTROs ma jipprovdux soluzzjoni fundamentali għall-kriżi;

9.  Iqis li l-funzjonijiet ta' bank ċentrali nazzjonali għandhom jitwettqu b'mod li huwa kompatibbli bis-sħiħ mal-indipendenza funzjonali, istituzzjonali u finanzjarja biex tiġi salvagwardjata l-prestazzjoni xierqa tal-kompiti tiegħu skont it-Trattat u l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-BĊE;

10.  Jenfasizza li tkabbir insuffiċjenti fis-settur tan-negozju Ewropew mhuwiex dovut prinċipalment minħabba nuqqas fid-disponibbiltà ta' kreditu offrut mis-settur bankarju;

11.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li r-restrizzjoni fil-kreditu tidher li hija severa ħafna għall-SMEs, minħabba l-fatt li l-perċezzjoni tal-banek hi li dawn għandhom probabbiltà ta' inadempjenza ogħla minn ta' kumpaniji ikbar u li l-SMEs ħafna drabi ma jkunux jistgħu jbiddlu mill-kreditu bankarju għal sorsi oħra ta' finanzjament estern;

12.  Jenfasizza t-tħassib tiegħu fir-rigward tal-frammentazzjoni konsiderevoli tal-kundizzjonijiet ta' self għall-SMEs fil-pajjiżi taż-żona tal-euro;

13.  Jenfasizza r-rwol importanti – għalkemm limitat – li kellu l-Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) sa Settembru 2012 fl-indirizzar tan-nuqqasijiet f'ċerti segmenti tas-suq tat-titoli tad-dejn sovran fiż-żona tal-euro;

14.  Jilqa' l-istabbiliment tat-Tranżizzjonijiet Monetarji Definittivi (OMTs), mingħajr limiti kwantitattivi ex ante, sabiex tiġi salvagwardjata t-trażmissjoni tal-politika monetarja, iżda jiddeplora d-deċiżjoni li l-attivazzjoni tal-OMT tkun kollegata mal-kundizzjonalitajiet stretti marbutin mal-programm tal-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja/Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (EFSF/MES);

15.  Jifhem it-twissijiet tal-BĦI dwar perjodu twil iżżejjed ta' politika monetarja akkomodattiva; isegwi b'interess id-diskussjonijiet f'ħafna mill-banek ċentrali ewlenin dwar l-aħjar skeda ta' żmien biex jiġu likwidati l-politiki monetarji laxki tagħhom; jinnota li, fost oħrajn, il-Federal Reserve Board għandu l-intenzjoni li jabbanduna l-politiki attwali malajr kemm jista' jkun; jifhem li l-BĊE ser iżomm pożizzjoni ta' politika akkomodattiva sakemm is-settur bankarju ma jiġix stabbilizzat b'mod sħiħ, u sakemm ir-riperkussjonijiet fis-settur pubbliku jibqgħu ta' theddida, politika li hija possibbli minħabba r-rati ta' inflazzjoni baxxi mistennija fuq żmien medju;

16.  Iqis li huwa meħtieġ li l-programmi tal-BĊE għall-forniment ta' likwidità jindirizzaw ukoll b'mod xieraq it-tħassib relatat mal-inflazzjoni, pereżempju permezz tal-isterilizzazzjoni;

17.  Iqis li, fid-dawl tal-iżviluppi reċenti fl-Istati Uniti, l-irkupru ekonomiku u t-tkabbir ogħla fl-ekonomija jirrappreżentaw bażi b'saħħitha u soda għat-tneħħija progressiva tal-miżuri ta' politika ta' tnaqqis kwantitattiv;

18.  Ifakkar li l-miżuri mhux standard tal-politika monetarjatal-BĊE kellhom l-intenzjoni li jkunu ta' natura tranżitorja u, għalhekk, m'għandhom b'ebda mod jiġu kkunsidrati mis-settur bankarju bħala strument permanenti;

19.  Iħeġġeġ lill-BĊE biex jibgħat sinjali ċari lis-suq fir-rigward tal-perjodu ta' attivazzjoni stmat tal-miżuri mhux standard tal-politika monetarja tagħha, u biex jibda t-tneħħija gradwali ta' tali miżuri malli tonqos it-tensjoni fis-settur bankarju, malli r-rabta bejn il-banek u s-sovran tkun tista' tinqata', u malli l-indikaturi ekonomiċi relatati mat-tkabbir u l-inflazzjoni jiġġustifikaw deċiżjoni bħal din;

20.  Iqis li l-għodod ta' politika monetarja li l-BĊE uża sa mill-bidu tal-kriżi, filwaqt li pprovdew solliev li ntlaqa' tajjeb fi swieq finanzjarji f'diffikultà, urew il-limiti tagħhom fir-rigward tal-istimolu tat-tkabbir u tat-titjib tas-sitwazzjoni fis-suq tax-xogħol; iqis, għalhekk, li l-BĊE jista' jesplora miżuri ulterjuri;

21.  Jinsab imħasseb dwar il-livelli għoljin ħafna tal-ELA pprovduta minn banek ċentrali nazzjonali matul l-2011, u jitlob żvelar ulterjuri ta', u informazzjoni komplimentari dwar, il-firxa preċiża u l-operazzjonijiet sottostanti ta' tali linji u l-kundizzjonijiet marbuta magħhom;

22.  Jirrikonoxxi li peress li l-mekkaniżmu ta' trażmissjoni monetarja mhux qed jaħdem sew, il-BĊE għandu jfittex modi kif jindirizza l-SMEs b'mod aktar dirett; jindika li fil-preżent SMEs simili miż-żona tal-euro kollha m'għandhomx aċċess simili għal self minkejja li għandhom prospetti u riskji ekonomiċi simili; jistieden lill-BĊE jimplimenta politika ta' xiri ta' self titolizzat ta' kwalità għolja tal-SMEs, partikolarment minn xi Stati Membri fejn il-mekkaniżmu ta' trażmissjoni monetarja ma jaħdimx; jenfasizza li din il-politika għandha tkun limitata fl-ammont u fiż-żmien, totalment sterilizzata u indirizzata biex tevita riskji għall-karta tal-bilanċ tal-BĊE;

23.  Jemmen li l-BĊE għandu jikkunsidra b'mod serju ħafna l-possibbiltà li jniedi programm speċifiku biex jgħin lill-SMEs ikollhom aċċess għall-kreditu fuq il-linji tal-iskema tal-finanzjament għas-self tal-Bank of England;

24.  Iqis li s-sistema ta' pagament TARGET II kellha rwol importanti biex tissalvagwardja l-integrità tas-sistema finanzjarja taż-żona tal-euro; jinnota, madankollu, li l-iżbilanċi sinifikanti tat-TARGET II jiżvelaw il-frammentazzjoni inkwetanti tas-swieq finanzjarji fiż-żona tal-euro, kif ukoll id-delokalizzazzjoni kontinwa tal-kapital fi Stati Membri li qed jesperjenzaw jew li huma mhedda minn diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom;

25.  Jistieden lill-BĊE jippubblika d-deċiżjoni legali rigward il-programm OMT sabiex id-dettalji u l-implikazzjonijiet tagħha jkunu jistgħu jiġu analizzati aktar fil-fond;

26.  Jenfasizza li l-linji tal-ELA huma rrappurtati fil-karti tal-bilanċ ikkonsolidata tal-Eurosistema taħt il-kategorija "klejms oħrajn kontra istituzzjonijiet ta' kreditu taż-żona euro denominati f'euro" mingħajr ma hi pprovduta ebda divulgazzjoni ulterjuri u informazzjoni granulari oħra dwar tali linji, jew dwar l-operazzjonijiet u l-kundizzjonijiet sottostanti marbuta magħhom; jitlob lill-BĊE jtejjeb ir-rappurtar dwar l-iżviluppi tal-ELA ipprovdut fuq is-sit elettroniku tiegħu għal kull pajjiż;

27.  Iqis bħala inkoraġġanti l-istabbilizzazzjoni tal-livelli tal-iżbilanċi tat-TARGET II matul it-tieni nofs tal-2012; jenfasizza li s-sistema ta' pagament TARGET II kellha rwol importanti biex tissalvagwardja l-integrità tas-sistema finanzjarja taż-żona tal-euro; jibqa', madankollu, imħasseb dwar il-frammentazzjoni attwali tas-swieq finanzjarji fiż-żona tal-euro;

28.  Ifakkar l-indipendenza tal-BĊE fit-tmexxija tal-politika monetarja tiegħu, kif stabbilit fit-Trattati; jargumenta li t-tmexxija tal-politika monetarja għandha tkun demokratika u għandha tirriżulta minn diskussjoni ta' perspettivi u approċċi differenti sabiex it-trasparenza, u b'hekk ir-responsabbiltà demokratika, jkunu jistgħu jissaħħu; ifakkar, f'dan ir-rigward, l-importanza tad-djalogu monetarju u tal-mistoqsijiet imressqa bil-miktub mill-Membri tal-PE;

29.  Jinsab imħasseb dwar l-effetti sekondarji possibbli ta' politika monetarja straordinarjament akkomodattiva fit-tul, bħal teħid aggressiv ta' riskji, l-akkumulazzjoni ta' żbilanċi finanzjarji, tgħawwiġ fl-ipprezzar fis-swieq finanzjarji u inċentivi għad-dewmien tal-korrezzjoni tal-karta tal-bilanċ u tar-riformi meħtieġa; iħeġġeġ lill-BĊE jikseb il-bilanċ ġust bejn ir-riskji li jabbanduna b'mod prematur il-politika monetarja straordinarjament akkomodattiva tiegħu u r-riskji assoċjati mad-dewmien ulterjuri ta' tali deċiżjoni;

30.  Jenfasizza li l-BĊE għandu jkun lest jikkonforma mal-ogħla standards ta' responsabbiltà meta jwettaq il-kompiti ta' politika monetarja tiegħu u l-kompiti superviżorji tiegħu fil-konfront tal-Parlament, u jfakkar, f'dan ir-rigward, l-importanza tad-djalogu monetarju u tal-mistoqsijiet bil-miktub imressqa mill-Membri tal-PE; ifakkar li għadu qed jintalab li jkun hemm aktar trasparenza fil-BĊE, xi ħaġa li tissarraf f'aktar kredibbiltà u prevedibbiltà, u japprezza t-titjib li diġà ġie implimentat f'dan il-qasam;

31.  Iqis li r-rata tal-kambju hija fattur varjabbli kruċjali tal-politika ekonomika li għandu impatt fuq il-kompetittività taż-żona tal-euro; jenfasizza l-importanza li l-euro jingħata appoġġ bħala munita internazzjonali;

32.  Jistieden lill-BĊE biex, f'kooperazzjoni mal-banek ċentrali nazzjonali, jispjega l-politiki tiegħu f'termini ta' ftehimiet ta' skambju ta' muniti mfassla biex jgħinu biex tinżamm l-istabbiltà finanzjarja;

Unjoni bankarja

33.  Jinnota li s-Sistema Bankarja Ewropea għadha fraġli u teħtieġ tiġi riformata f'termini strutturali u kkonsolidata permezz tal-iżvilupp ta' unjoni bankarja reali;

34.  Jilqa' l-progress miksub fin-negozjati dwar ir-regolament dwar il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) li jagħti lill-BĊE s-setgħa ta' superviżjoni fuq istituzzjonijiet ta' kreditu taż-żona tal-euro u dawk li jixtiequ jissieħbu; jemmen li l-istabbiliment tal-MSU se jikkontribwixxi biex jinqatgħu r-rabtiet bejn il-banek u l-gvernijiet u se jgħin fl-iżvilupp ta' approċċ Ewropew komuni għall-ġestjoni tal-kriżi;

35.  Jilqa' b'mod partikolari l-involviment tiegħu fil-ħatra tal-President u l-Viċi President tal-Bord Superviżorju;

36.  Iqis li l-istabbiliment tal-MSU għandu jikkontribwixxi biex tiġi restitwita l-fiduċja fis-settur bankarju u biex terġa' tingħata l-ħajja lis-self interbankarju u l-flussi ta' kreditu transfruntieri permezz ta' superviżjoni integrata indipendenti għall-Istati Membri kollha li jipparteċipaw;

37.  Jistieden lill-MSU jopera b'aderenza sħiħa mal-ġabra unika ta' regoli għas-servizzi finanzjarji u b'mod li huwa konsistenti għalkollox mal-prinċipji li jirfdu s-suq uniku fis-servizzi finanzjarji;

38.  Iqis li l-BĊE għandu jilqa' l-possibbiltà li jinvolvi fl-MSU lill-Istati Membri li mhumiex parti miż-żona tal-euro biex jiżgura armonizzazzjoni akbar ta' prattiki superviżorji fl-UE;

39.  Jenfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni produttiva bejn il-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-qafas tal-MSU, sabiex tiġi żgurata superviżjoni effettiva u bla xkiel;

40.  Jilqa' t-tħejjija ta' analiżi dettaljata tal-kwalità tal-assi għall-banek kollha li se jiġu taħt is-superviżjoni diretta tal-MSU u li se tikkontribwixxi għall-istress test ġenerali li se jsir mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), f'kooperazzjoni mal-MSU, fit-tieni kwart tal-2014;

41.  Jinnota li t-tisħiħ tal-BĊE li jirriżulta mill-istabbiliment tal-MSU jeħtieġ jiġi bbilanċjat minn responsabbiltà akbar fil-konfront tal-parlamenti nazzjonali u tal-Parlament Ewropew;

42.  Iqis li t-trasparenza fil-qasam tas-superviżjoni bankarja hija essenzjali, kif maqbul fil-ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew;

43.  Jinnota li l-allokazzjoni ta' kompiti superviżorji lill-BĊE ġġib magħha sfidi ġodda f'termini ta' kunflitt ta' interess, u jilqa' d-dispożizzjonijiet f'dan ir-rigward previsti fil-ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-BĊE; ifakkar li, sabiex jimplimenta bis-sħiħ dawn id-dispożizzjonijiet, il-BĊE mistenni jintroduċi regoli aktar preċiżi li jinkludu, fost l-oħrajn, dispożizzjonijiet dwar perjodi ta' riflessjoni (cooling-off periods) għall-persunal f'karigi għoljin tal-maniġment involut fis-superviżjoni bankarja;

44.  Ifakkar li huwa ta' importanza kbira li l-BĊE jiżgura s-separazzjoni fl-operat tal-unitajiet ċentrali li jħejju l-abbozzi tad-deċiżjonijiet fil-qasam tal-politika monetarja u tal-politika superviżorja; jenfasizza l-ħtieġa kruċjali għall-ftehim negozjat bejn il-BĊE u l-Parlament Ewropew fir-rigward ta' miżuri prattiċi li jiżguraw ir-responsabbiltà demokratika;

45.  Iqis bħala urġenti l-approvazzjoni tal-istabbiliment ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni sabiex ikunu protetti l-kontribwenti u jiġu evitati kriżijiet bankarji ulterjuri;

46.  Jenfasizza li, bil-għan li titjieb ir-reżiljenza tas-sistema bankarja, huwa essenzjali li tissaħħaħ id-diversità tagħha billi jiġi inkoraġġit l-iżvilupp ta' banek lokali żgħar u ta' daqs medju;

Kwistjonijiet istituzzjonali

47.  Jirrimarka li r-regolament dwar l-MSU jipprevedi arranġamenti interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-BĊE dwar ir-responsabbiltà demokratika li jenfasizzaw ir-rwol tal-Parlament; iħeġġeġ lill-BĊE jissodisfa l-obbligi l-ġodda, b’mod partikolari fir-rigward tar-responsabbiltà demokratika u t-trasparenza fl-attivitajiet superviżorji tiegħu;

48.  Jistieden lill-BĊE jissottometti kull aspett tal-attività tiegħu għal awtovalutazzjoni kritika, inkluż l-impatt tal-programmi ta' aġġustament li huwa għen biex jitfasslu, u l-adegwatezza ex post tal-assunzjonijiet u x-xenarji makroekonomiċi li fuqhom huma bbażati dawn il-programmi;

49.  Jitlob lill-BĊE jippubblika l-minuti fil-qosor tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv, inklużi l-argumenti u r-rekords tal-votazzjoni;

50.  Jinsab imħasseb dwar id-disprezz muri mill-Kunsill lejn ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar il-ħatra ta' Membru ġdid fuq il-bord eżekuttiv tal-BĊE(3) , u jinnota li għandha tingħata l-konsiderazzjoni dovuta kemm lill-kompetenza kif ukoll lis-sess tal-membri fil-ħatra tal-maniġment superjuri tal-BĊE; huwa tal-fehma li l-istituzzjonijiet tal-UE, inkluż il-BĊE, għandhom jagħtu l-eżempju fil-qasam tal-bilanċ bejn is-sessi u li huwa essenzjali li tittejjeb ir-rappreżentazzjoni tas-sessi fil-pożizzjonijiet ewlenin fil-BĊE; jiddeplora l-fatt li l-Istati Membri injoraw il-vot negattiv fil-Parlament, kemm fil-Kumitat ECON kif ukoll fis-seduta plenarja, minħabba n-nuqqas ta' perspettiva ta' bilanċ bejn is-sessi fil-ħatra ta' Yves Mersch; iħeġġeġ lill-Istati Membri jinkorporaw perspettiva ta' bilanċ bejn is-sessi, bil-possibbiltà ta' azzjoni pożittiva bbażata fuq ir-rappreżentazzjoni tas-sessi bilanċjata, fil-ħatra tal-membri fuq il-Bord Eżekuttiv;

51.  Ifakkar li, skont l-Artikolu 10.4 tal-Protokoll Nru 4 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, filwaqt li l-proċeduri tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv għandhom ikunu kunfidenzjali, dan jista' jiddeċiedi li jippubblika r-riżultat tad-deliberazzjonijiet tiegħu; jitlob lill-BĊE jipprovdi tweġiba motivata, fir-rapporti annwali suċċessivi tiegħu, għar-rapport annwali tal-Parlament dwar il-BĊE ;

o
o   o

52.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Bank Ċentrali Ewropew.

(1) ĠU C 138, 4.5.1998, p. 177.
(2) Testi adottati, P7_TA(2013)0176.
(3) Test adottat, P7_TA(2012)0396.


Is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana
PDF 320kWORD 79k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (2013/2980(RSP))
P7_TA(2013)0602RC-B7-0561/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-17 ta' Jannar 2013(1) u tat-12 ta' Settembru 2013(2) dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2088 (2013) tal-24 ta' Jannar 2013, 2121 (2013) tal-10 ta' Ottubru 2013 u 2127 (2013) tal-5 ta' Diċembru 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tal-15 ta' Novembru 2013, kif ukoll ir-rapport tas-Sur Abou Moussa, Rappreżentant tas-Segretarju Ġenerali u Kap tal-Uffiċċju Reġjonali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Afrika Ċentrali,,

–  wara li kkunsidra l-appell għall-għajnuna, indirizzat lill-komunità internazzjonali, li għamel fin-NU l-Prim Ministru Ċentru-Afrikan Nicolas Tiangaye;

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-awtoritajiet Ċentru-Afrikani tal-20 ta' Novembru 2013 li fiha talbu li l-MISCA tingħata appoġġ mill-forzi armati Franċiżi,

–  wara li kkunsidra r-rapport lill-Kunsill tas-Sigurtà tad-Deputat Segretarju Ġenerali tan-NU, Jan Eliasson, dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-21 ta' Diċembru 2012, tal-1 u l-11 ta' Jannar 2013, tal-25 ta’ Marzu 2013, tal-21 ta’ April 2013, tas-27 ta’ Awwissu 2013 u tal-5 ta' Diċembru 2013 dwar ir-Repubblika Ċentru-Afrikana,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mill-Kumissarju tal-UE għall-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili tal-21 ta' Diċembru 2012 dwar il-kunflitt fir-Repubblika Ċentru-Afrikana u tal-10 ta' Settembru 2013 dwar id-deterjorament tal-kriżi fir-Repubblika Ċentru-Afrikana;

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Cotonou rivedut,

–  wara li kkunsidra t-twaqqif ta' Grupp Internazzjonali ta’ Kuntatt dwar ir-Repubblika Ċentru-Afrikana f’Mejju 2013 sabiex jikkoordina l-azzjonijiet reġjonali, mifruxa mal-kontinent u internazzjonali bil-għan li tinsab soluzzjoni dejjiema għall-problemi rikorrenti tal-pajjiż;

–  wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Grupp Internazzjonali ta’ Kuntatt tat-3 ta’ Mejju 2013 fi Brazzaville (ir-Repubblika tal-Kongo), li vvalidat il-pjan direzzjonali għat-tranżiżżjoni u stabiliet Fond Speċjali sabiex tiġi megħjuna r-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni adottata mill-Grupp Internazzjonali ta’ Kuntatt dwar ir-RĊA fit-tielet laqgħa tiegħu li saret f'Bangui fit-8 ta' Novembru 2013,

–  wara li kkunsidra l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC), li r-RĊA rratifikatu fl-2001,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Fakultattiv dwar l-Involviment tat-Tfal fil-Kunflitti Armati għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li r-RĊA ffirmatu,

–  wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa tat-13 ta' Novembru 2013 maħruġa mill-Kunsill tas-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana dwar is-sitwazzjoni fir-RĊA,

–  wara li kkunsidra l-adozzjoni mill-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-UA, fl-10 ta' Ottubru 2013, ta' kunċett ġdid tal-operazzjonijiet,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-UA, tat-13 ta' Novembru 2013, li fiha jifraħ bir-rinforz previst ta' kontinġent Franċiż mibgħu biex isaħħaħ l-appoġġ għall-MISCA,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE tad-19 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-Repubblika Ċentru-Afrikana,

–  wara li kkunsodra d-dikjarazzjoni tas-27 ta' Novembru 2013 mill-Kopresidenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE f'Addis Ababa (l-Etjopja),

–  wara li kunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-UE tal-21 ta' Ottubru 2013dwar ir-Repubblika Ċentru-Afrikana,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

Vjolenzi

A.  billi mindu beda l-ġlied fir-RĊA fi tmiem l-2012, u r-ribelli Séléka ħatfu l-poter mill-ex President François Bozizé f’Marzu ta’ din is-sena, ir-RĊA spiċċat fil-kaos, li rriżulta f’nuqqasijiet serji alimentari u mediċi;

B.  billi, wara r-rebħa militari tal-koalizzjoni Séléka fl-24 ta’ Marzu 2013 u l-ħatfa tal-poter tagħha, membri ta’ dik il-koalizzjoni wettqu ħafna atroċitajiet, stupri, reati, atti ta’ vjolenza fiżika u serq, kif ukoll sakkeġġi u ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem, kemm fil-kapitali kif ukoll fil-provinċji, u ma kienu soġġetti għal ebda kontroll; billi l-użu tas-suldati tfal qed jiżdied bħalma qed tiżdied il-vjolenza sesswali;

C.  billi l-abbużi qed jitwettqu wkoll minn gruppi armati oħrajn, li wħud minnhom jiddikjaraw li jappoġġaw lill-ex President Bozizé;

D.  billi, mill-5 ta’ Diċembru 2013, mietu 400 ruħ f’Bangui f'perjodu ta' 72 siegħa;

E.  billi l-gwerra qed tiġi strumentalizzata fi gwerra tar-reliġjon, kif evidenzjat mis-sitwazzjoni tal-komunitajiet Kristjani, u billi, minkejja l-isforzi konġunti tal-mexxejja reliġjużi biex jevitaw gwerra interkonfessjonali u minkejja l-koeżistenza paċifika tradizzjonali bejn ir-reliġjonijiet u l-komunitajiet, hemm riskju li jintilef il-kontroll tas-sitwazzjoni jekk ma tiġix indirizzata sew;

F.  billi hemm riskju ta’ kontaġju fir-reġjun peress li, jekk ir-RĊA ssir mekka għat-terroristi,it-traffikanti tad-droga, il-ġiħadisti u l-banditi, il-pajjiżi tal-viċinat jiġu affettwati wkoll; billi l-awtoritajiet tal-Kamerun għalqu temporanjament il-fruntiera mar-RĊA wara li r-ribelli Séléka attakkaw il-belt ta' Toktoyo li tinsab fil-fruntiera u qatlu gwardja tal-fruntiera tal-Kamerun;

G.  billi dawn il-vjolenzi qed jitwettqu minn gruppi mgħammra b’armi moderni, u b’ċerti armamenti tqal;

H.  billi l-kunflitti armati saru dejjem aktar awtofinanzjati, billi l-gruppi ta’ ribelli, in-netwerks tal-kriminalità, il-merċenarji u l-elites predatorji ddependew dejjem aktar minn dħul mir-riżorsi naturali biex jiffinanzjaw attivitajiet militari;

I.  billi l-awtoritajiet nazzjonali ta’ tranżizzjoni mhumiex f’pożizzjoni li jikkontrollaw lill-awturi ta' vjolenzi u li jassumu r-responsabbiltà tagħhom li jipproteġu l-popolazzjonijiet;

J.  billi l-vjolenzi mwettqa fir-RĊA jiġġustifikaw l-urġenza li tittieħed azzjoni biex jiġu evitati r-riskji ta’ reati tal-massa li jheddu lill-popolazzjoni Ċentru-Afrikana u l-istabbiltà tal-pajjiżi tar-reġjun;

K.  billi hemm ir-riskju li s-sitwazzjoni fir-RĊA toħloq ambjent ideali għall-iżvilupp ta’ attivitajiet kriminali transnazzjonali (estratt mir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU);

Sigurtà

L.  billi, għalkemm 1 300 truppa tal-ECCAS (Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika Ċentrali) ġew skjerati fir-RĊA, ma rnexxilhomx iwaqqfu lill-pajjiż milli jispiċċa f’sitwazzjoni ta' anarkija;

M.  billi, permezz tar-riżoluzzjoni 2127(2013) tiegħu adottata unanimament, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU awtorizza żieda fl-azzjoni militari minn truppi Franċiżi u Afrikani sabiex terġa’ tiddaħħal is-sigurtà u jiġu protetti ċ-ċivili fir-RĊA, impona embargo fuq l-armi u talab lin-Nazzjonijiet Uniti tħejji għal missjoni possibbli għaż-żamma tal-paċi;

N.  billi fis-26 ta’ Novembru 2013 il-Ġeneral Jean-Marie Michel Mokoko (Kongo) inħatar bħala Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Afrikana fir-Repubblika Ċentru-Afrikana u bħala kap tal-forza Afrikana li qed tiġi skjerata fil-pajjiż (MISCA);

O.  billi l-MISCA tista’ tiġi skjerata għal perjodu ta’ 12-il xahar, bi klawżola ta’ reviżjoni ta’ sitt xhur, bil-missjoni li tipproteġi ċ-ċivili, terġa’ tistabbilixxi l-ordni u s-sigurtà, tistabbilizza l-pajjiż u tiffaċilita l-provvediment ta’ għajnuna umanitarja;

P.  billi l-istabbiliment ta’ “Operazzjoni għaż-żamma tal-paċi” tan-NU, mitluba mill-Unjoni Afrikana, u prevista mir-riżolużżjoni 2127 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, jippermetti l-appoġġ finanzjarju kontinwu tal-operazzjoni;

Q.  billi, skont ir-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU, operazzjoni tan-NU trid timmobilizza bejn 6 000 u 9 000 elmu blu biex tkun effikaċi;

Drittijiet tal-Bniedem

R.  billi n-nuqqas komplet tal-ordni u s-sigurtà pubbliċi fir-RĊA qed jikkawża diżastru umanitarju u qed joħloq ukoll theddid sinifikanti għas-sigurtà reġjonali;

S.  billi l-qtil taċ-ċivili, il-ħruq tad-djar u l-qerda tal-infrastruttura bażika ġiegħlu lil nofs miljun ruħ, minn popolazzjoni ta' 4,6 miljuni fil-pajjiż, biex jaħarbu;

T.  billi fl-4 ta’ Settembru 2013, il-prosekutur tat-Tribunal ta' Bangui talab biex l-24 ex ribelli Séléka, li tressqu quddiem il-qrati fl-ewwel proċess li ttratta l-abbużi mwettqa fir-RĊA, tingħatalhom sentenza ta’ 10 snin ħabs;

U.  billi ħafna mill-atturi tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-delitti tal-gwerra ma ttellgħux il-qorti; billi dan iħeġġeġ klima ta' impunità u jiffavorixxi li jsiru aktar delitti;

Asprtti umanitarji

V.  billi l-Valutazzjoni tas-Sigurtà tal-Ikel ta' Emerġenza (VSIE) uriet li 484 000 persuna kienu f'riskju ta' nuqqas ta' sigurtà alimentari fil-pajjiż;

W.  billi, minħabba n-nuqqas ta' sigurtà u l-livell mhux adegwat ta' ffinanzjar meta mqabbla mal-kobor tal-kriżi, l-organizzazzjonijiet umanitarji qed jaħdmu biss fil-bliet;

X.  billi l-instabilità wasslet biex aktar minn 70 % tat-tfal ma jistgħux imorru l-iskola;

Y.  billi l-Unjoni Ewropea tkompli tidħol fi djalogu politiku regolari mar-RĊA u tibqa' d-donatur ewlieni tal-pajjiż, peress li żiedet l-għajnuna umanitarja tagħha bi EUR 8 miljun għal EUR 20 miljun; billi din l-għajnuna tal-UE mhijiex biżżejjed u billi sħab internazzjonali oħrajn iridu jieħdu impenji wkoll;

Żvilupp

Z.  billi l-kumplessità tal-kriżi teħtieġ reazzjoni globali u koerenti, integrata u multidimensjonali, billi intervent militari waħdu ma jistax isolvi l-problemi;

AA.  billi huwa importanti li jitwaqqaf approċċ wiesa' u olistiku, li jqis il-kapaċità tal-interkonnessjoni bejn il-kwistjonijiet tal-governanza tar-riżorsi naturali, tal-paċi, tas-sigurtà u tal-iżvilupp tar-RĊA, bil-għan li tinstab soluzzjoni dejjiema;

AB.  billi hemm bżonn ta' għajnuna ekonomika internazzjonali importanti;

AC.  billi ttieħdet id-deċiżjoni mill-proċess ta' Kimberley biex ir-RĊA tiġi sospiża;

AD.  billi, minkejja s-sitwazzjoni inċerta fir-RĊA, l-UE qatt ma ssospendiet il-kooperazzjoni għall-iżvilupp mal-pajjiż u tibqa' l-akbar donatur ta' għajnuna umanitarja; billi fil-5 ta' Diċembru 2013, l-UE offriet EUR 50 miljun għall-Missjoni Internazzjonali ta' Appoġġ mmexxija minn pajjiżi Afrikani fir-RĊA sabiex jingħata kontribut għall-istabbilizzazzjoni tal-pajjiż u l-protezzjoni tal-popolazzjonijiet lokali, kif ukoll biex jinħolqu kundizzjonijiet li jippermettu l-għoti ta' għajnuna umanitarja u r-riforma tas-settur tas-sigurtà u tad-difiża;

Vjolenzi

1.  Jikkundanna bis-sħiħ il-ksur serju tad-dritt umanitarju u l-ksur mifrux tad-dritt dwar id-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari minn eks-elementi tas-Séléka u gruppi tal-milizja, partikolarment dawk magħrufa bħala "anti-balaka", inkliżi l-qtil extraġudizzjarju, l-eżekuzzjonijiet sommarji, l-għajbien infurzat, l-arresti u d-detenzjoni arbitrarji, it-tortura, il-vjolenza sesswali u l-vjolenza sessista u r-reklutaġġ ta’ suldati tfal; Jesprimi t-tħassib qawwi tiegħu dwar id-dinamika ġdida ta' vjolenza u tpattija prevalenti fir-RĊA, li tista' tiddeġenera f'sitwazzjoni inkontrollabbli, u tinvolvi l-iktar krimini serji fid-dritt internazzjonali, bħall-krimini tal-gwerra u l-krimini kontra l-umanità; Jinsab imħasseb ukoll dwar il-possibbiltà ta' effett "spill-over", li jista' jiddestabilizza r-reġjun kollu;

2.  Itenni t-tħassib profond tiegħu dwar is-sitwazzjoni fir-RĊA li hija kkaratterizzata minn nuqqas komplet tal-osservanzzjoni tal-liġi u nuqqas komplet tal-ordni u l-assenza tal-istat ta’ dritt u l-vjolenza settarja; jikkundanna l-vjolenza riċenti li kompliet telimina anki l-aktar servizzi bażiċi fil-pajjiż u għarrqet sitwazzjoni umanitarja diġà ħażina li qed taffettwa l-popolazzjoni kollha;

3.  Jilqa' b'rabta ma' dan id-deċiżjoni tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU dwar l-embargo fuq l-armi kontra r-RĊA;

Sigurtà

4.  Jilqa' l-adozzjoni tar-riżoluzzjoni 2127/(2013) tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU taħt il-Kapitolu VII tal-Karta tan-NU, u jitlob biex tiġi implimentata malajr sabiex il-popolazzjoni tar-RĊA ma jkollhiex tgħaddi minn iktar vjolenza u insikurezza;

5.  Jilqa' l-iskjerament veloċi ta' truppi militari Franċiżi wara li ngħatat l-awtorizzazzjoni mill-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU u l-isforzi tagħhom biex tieqaf il-vjolenza, tiġi protetta l-popolazzjoni ċivili u tiġi diżarmata l-milizja;

6.  Irodd ħajr liż-żewġ suldati Franċiżi, li kienu parti mill-forzi Afrikani, li mietu l-ewwel jum tal-missjoni tagħhom ta' protezzjoni tal-popolazzjonijiet ċivili tar-RĊA;

7.  Jilqa' l-isforzi internazzjonali li qed isiru biex terġa' tinġieb l-ordni, inkluż it-tisħiħ tal-forza tal-paċi MICOPAX tal-ECCAS u r-rikonfigurazzjoni tagħha f'forza ta' żamma tal-paċi tal-Missjoni Internazzjonali ta' Appoġġ għall-Afrika Ċentrali (MISCA) taħt ir-responsabilità tal-Unjoni Afrikana;

8.  Jitlob lill-komunità internazzjonali tagħmel il-kontribuzzjonijiet kollha finanzjarji, ta' truppi u ta' tipi oħra meħtieġa biex tiżdied il-preżenza tas-sigurtà internazzjonali primarjament Afrikana u tiżgura l-implimentazzjoni tal-mandat tagħha; Jilqa' b'rabta ma' dan il-EUR 50 miljun provduti mill-UE b'appoġġ għall-AFISMA-CAR;

9.  Jiddispjaċih mid-dewmien tat-twaqqif ta' operazzjoni ta' żamma tal-paċi tan-Nazzjonijiet Uniti u miż-żmien li jeħtieġ il-Kunsill ta' Sigurtà sabiex jagħti mandat skont il-Kapitolu VII tal-Karta tan-NU;

10.  Jikkunsidra neċessarju, barra minn hekk, li jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-kunflitti, b’mod partikolari permezz ta’ riforma tal-forzi armati u l-forzi ta’ sigurtà, id-dimilitarizzazzjoni, id-demobilizzazzjoni u r-riintegrazzjoni tal-eks ġellieda, bi qbil mar-riżoluzzjoni 2121 (2013) tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU, ir-ripatrijazzjoni tar-refuġjati, ir-ritorn ta’ persuni spustati internament lejn djarhom u l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ żvilupp vjabbli;

11.  Jitlob lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jistudja l-possibilità ta' azzjonijiet ta' taħriġ u ta' appoġġ tal-MISCA, hekk kif sar għall-AMISOM, biex tiżdied il-kapaċitàtal-forzi Afrikani li jġestixxu huma nnifishom l-ippjanar u t-tmexxija ta' operazzjonijiet ta' sikurizzazzjoni;

12.  Jinnota li l-kriżijiet reċenti fil-Mali u fl-Afrika Ċentrali juru l-bżonn li l-kontinent Afrikan ikollu kapaċità kontinentali adegwata ta' sigurtà; F'dan ir-rigward, jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex iżidu l-appoġġ tagħhom għal twaqqif effettiv tal-Kapaċità Afrikana ta' Reazzjoni Immedjata għall-Kriżijiet, maħluqa f'Ġunju 2013, element żejjed indispensabbli għall-operazzjonalizzazzjoni veloċi tal-Forza Afrikana ta' Intervent fil-Pront (ASF) tal-Unjoni Afrikana, inizjalment prevista għall-2010;

13.  Jixtieq li tissaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali fil-ġlieda kontra l-'Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur' (LRA);

Drittijiet tal-Bniedem

14.  Jenfasizza li mgħandux ikun hemm impunità għal min iwettaq ksur evidenti tad-drittijiet tal-bniedem u tal-liġijiet umanitarji internazzjonali; jenfasizza li mgħandux ikun hemm impunità għal min iwettaq ksur evidenti tad-drittijiet tal-bniedem u tal-liġijiet umanitarji internazzjonali; jirrimarka f’dan ir-rigward li s-sitwazzjoni fir-RĊA diġà tressqet quddiem il-QKI u li, skont l-istatut tal-Qorti, ma hemmx perjodu ta’ preskrizzjoni għall-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra, u jilqa' d-dikjarazzjoni tas-7 ta' Awwissu 2013 mill-Prosekutur tal-QKI;

15.  Jitlob biex jittieħdu miżuri bħala kwistjoni urġenti għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet, tiġi żgurata l-protezzjoni tagħhom u tintemm l-impunità għal min iwettaq krimini bħal dawn;

16.  Jilqa' b'mod partikolari t-twaqqif mill-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU ta' kummissjoni ta' inkjesta biex tinvestiga rapporti ta' ksur tal-liġijiet umanitarji internazzjonali u abbużi mid-drittijiet tal-bniedem imwettqa fir-RĊA mill-partijiet kollha sa minn Jannar 2013; Jitlob lill-partijiet kollha biex jikkooperaw bis-sħiħ mal-kummissjoni sabiex jiġi żgurat li l-awturi ta' dawn l-atti orribbli jinżammu responsabbli;

17.  Iħeġġeġ kooperazzjoni sħiħa mal-Kumitat ta' Sanzjonijiet stabbilit bir-riżoluzzjoni 2127 (2013) tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU;

18.  Jitlob lill-awtoritajiet tar-RĊA biex iwettqu l-obbligi stabbiliti fl-Istatut ta' Ruma tal-QKI, li dan il-pajjiż huwa firmatarju tiegħu;

19.  Jitlob li jiżammu l-obbligi nazzjonali u internazzjonali fir-rigward tal-projbizzjoni ta' reklutaġġ u użu tat-tfal fil-forzi armati u fi gruppi armati;

Settur umanitarju

20.  Jilqa' t-twaqqif ta' aerial bridge umanitarju min-naħa tal-UE, permezz tat-titjiriet tal-ECHO - is-servizz ta' trasport umanitarju bl-ajru - mid-9 ta' Diċembru, biex jiżdiedu l-isforzi internazzjonali bgħall-istabilizzazzjoni tar-RĊA billi jiġi żgurat li l-għajnuna umanitarja tasal lill-iktar persuni li jeħtiġuha; Jilqa' l-isforzi tas-servizz estern u tal-Kummissarju għall-Għajnuna Umanitarja li rreaġixxew malajr għas-sitwazzjoni;

21.  Jitlob lill-komunità internazzjonali żżomm lir-RĊA fuq nett tal-aġenda tagħha u tappoġġa lil dan il-pajjiż fraġli; Jenfasizza b'rabta ma' dan li l-komunità umanitarja għandha wkoll iżżomm l-impenn tagħha lejn ir-RĊA, minkejja s-sitwazzjoni politika u ta' sigurtà attwali, u talloka biżżejjed riżorsi biex jingħelbu l-kriżijiet mediċi u umanitarji li għaddej minnhom il-pajjiż; Jinsab imħasseb dwar l-aċċess umanitarju ristrett u jikkundanna l-attakki kontra l-ħaddiema umanitarji; Jitlob lill-partijiet kollha fil-kunflitt, u b'mod partikolari lis-Séléka, biex jippermettu aċċess sigur u mingħajr xkiel lill-organizzazzjonijiet umanitarji u ta' għajnuna;

22.  Jilqa l-appoġġ akbar tal-UE fl-indirizzar tal-kriżi umanitarja fir-Repubblika Ċentru-Afrikana u jappella lill-UE u l-Istati Membri tagħha, bħala donaturi prinċipali lill-pajjiż, sabiex isaħħu l-koordinazzjoni tagħhom ma’ donaturi u istituzzjonijiet internazzjonali oħra sabiex jiġu sodisfatti l-bżonnijiet umanitarji urġenti u tittaffa s-sofferenza tal-persuni mill-Afrika Ċentrali;

Żvilupp

23.  Jitlob lill-Grupp ta' Kuntatt Internazzjonali dwar ir-RĊA biex jipprovdi lir-RĊA b'appoġġ finanzjarju meħtieġ għall-ħolqien ta' żvilupp ekonomiku vijabbli, jiġu ristawrati amministrazzjoni pubblika li taħdem u servizzi pubbliċi u jiġu stabbiliti istituzzjonijiet demokratiċi li jaħdmu, u li jkunu kapaċi jipproteġu liċ-ċittadini;

24.  Jinsisti li soluzzjoni politika komprensiva, inkluża d-distribuzzjoni ekwa ta’ dħul mill-baġit tal-istat hija vitali sabiex jinstabu soluzzjonijiet għall-kriżi u titwettaq it-triq għall-iżvilupp sostenibbli tar-reġjun;

25.  Jikkundanna l-isfruttament illegali tar-riżorsi naturali tar-RĊA;

26.  Iqis li t-trasparenza u l-iskrutinju pubbliku fis-settur tal-minjieri huma kruċjali għall-ġestjoni effiċjenti tal-mini u biex ikunu pubbliċi l-attivitajiet u d-dħul mill-mini u l-kumpaniji tal-esportazzjoni;

27.  Jitlob biex jittieħdu miżuri, Bl-għajnuna tal-komunitàinternazzjonali, biex jiżdiedu l-isforzi biex tinstab soluzzjoni għall-kriżi politika u biex tinbena sistema ġudizzjarja u infrastruttura amministrattiva, billi tingħata prijorità għolja lir-ristawr ta' servizzi bażiċi fil-qasam tal0ġustizzja, tal-kura tas-saħħa u tal-edukazzjoni; Jitlob biex tittieħed azzjoni għall-iżgurar u l-promozzjoni tad-dritt għall-edukazzjoni, u bie il-gvern iżid l-isforzi tiegħu għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni dwar Edukazzjoni għal Kulħadd;

28.  Jikkundanna l-qirda tal-patrimonju naturali, partikolarment il-kaċċa illegali (riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU);

Proċess politiku

29.  Itenni l-appoġġ tiegħu għal sovranità, unità u integrità territoarjali tar-RĊA;

30.  Jitlob lill-awtoritajiet tar-RĊA jimplimentaw il-ftehimiet fir-rigward tat-tranżizzjoni politika mingħajr dewmien sabiex ikunu jistgħu jseħħu elezzjonijiet u l-pajjiż jinġieb lura lejn ordni kostituzzjonali sa Frar 2015;

31.  Itenni l-appoġġ tiegħu għall-Prim Ministru, Nicolas Tiangaye, li għandu l-appoġġ tal-komunità internazzjonali;

32.  Jitlob biex jerġa' jinbena mill-ġdid is-servizz ċivili tar-RĊA sabiex jiġu organizzati elezzjonijiet nazzjonali kredibbli u inkontestati bl-għan li l-pajjiż jimxi iktar fit-triq tad-demokrazija; Jinnota li, minkejja l-isforzi tal-Prim Ministru Tiangaye, l-istrutturi statali u l-kontroll tant marru lura li m'għad fadal kważi xejn minnhom; Iħeġġeġ il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fid-dibattiti dwar il-ġejjieni tar-RĊA;

33.  Jinsisti li l-awtoritajiet ta' tranżizzjoni jiżguraw il-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa f'kull fażi tal-proċess (riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Sigurtàan-NU);

34.  Jilqa' l-fatt li n-NU ħadet l-impenn li ssegwi mill-qrib il-ġestjoni tat-tranżizzjoni;

o
o   o

35.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jibgħat din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/HR Catherine Ashton, lill-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana, lill-ECCAS, lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE u lill-Istati Membri tal-UE, u lill-Kunsill Nazzjonali Transitorju tar-Repubblika Ċentrali Afrikana.

(1) Testi adottati, P7_TA(2013)0033.
(2) Testi adottati, P7_TA(2013)0389.


It-tneħħija tal-organi fiċ-Ċina
PDF 214kWORD 48k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar it-tneħħija tal-organi fiċ-Ċina (2013/2981(RSP))
P7_TA(2013)0603RC-B7-0562/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-7 ta' Settembru 2006(1) u tal-14 ta' Marzu 2013(2) dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina, tat-13 ta' Diċembru 2012 dwar ir-rapport annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja 2011 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni(3), tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja 2009 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni(4), u tad-19 ta' Mejju 2010 dwar il-'Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Pjan ta’ azzjoni dwar id-Donazzjoni tal-Organi u t-Trapjanti (2009-2015): Kooperazzjoni aktar b'saħħitha bejn l-Istati Membri(5),

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha dwar id-dritt tal-integrità tal-persuna,

–  wara li kkunsdira s-seduti ta' smigħ tal-21 ta' Novembru 2009, tas-6 ta' Diċembru 2012 u tat-2 ta' Diċembru 2013 mis-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem u x-xhieda rispettiva tas-Segretarju preċedenti tal-Istat tal-Asja u l-Paċifiku David Kilgour u tal-avukat tad-drittijiet tal-bniedem David Matas dwar tneħħija tal-organi fuq skala kbira mwettqa fuq prattikanti tal-Falun Gong fiċ-Ċina sa mill-2000,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni kontra t-tortura u t-trattament jew il-pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, ratifikata miċ-Ċina fl-4 ta' Ottubru 1988,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi r-Repubblika Popolari taċ-Ċina twettaq aktar minn 10 000 trapjant tal-organi kull sena u 165 ċentru Ċiniż ta' trapjant tal-organi jirriklama li organi li jaqblu jistgħu jinstabu fi żmien ġimagħtejn jew erba' ġimgħat, imma kif inhuma l-affarijiet iċ-Ċina ma għandhiex sistema pubblika organizzata jew effettiva ta' donazzjoni jew ta' distribuzzjoni ta' organi; billi s-sistema tat-trapjant tal-organi fiċ-Ċina ma tikkonformax mar-rekwiżiti tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa rigward trasparenza u traċċabbiltà fil-modi tal-akkwist tal-organi, u billi l-Gvern Ċiniż irresista skrutinju indipendenti tas-sistema; billi l-kunsens volontarju u infurmat hu prekundizzjoni għal donazzjoni etika tal-organi;

B.  billi r-Repubblika Popolari taċ-Ċina għandha rati estremament baxxi ta' donazzjoni volontarja ta' organi minħabba twemmin tradizzjonali; billi fl-1984 iċ-Ċina implimentat regolamenti li jippermettu t-tneħħija tal-organi minn priġunieri li ngħataw sentenza ta' mewt;

C.  billi l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina naqas milli jagħti rendikont adegwat tas-sorsi eċċessivi ta' organi meta ntalab informazzjoni mir-Rapporteur Speċjali preċedenti tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-tortura u t-trattament jew il-pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, Manfred Nowak, u mir-riċerkaturi Kanadiżi David Matas, avukat dwar id-drittijiet tal-bniedem, u David Kilgour, Segretarju preċedenti tal-Istat tal-Asja u l-Paċifiku;

D.  billi Huang Jiefu, Direttur tal-Kumitat Ċiniż dwar id-Donazzjoni tal-Organi u Viċi Ministru preċedenti tas-Saħħa, iddikkjara, fil-Konferenza ta' Madrid dwar id-Donazzjoni u t-Trapjant tal-Organi fl-2010, li aktar minn 90% ta' organi trapjantati fiċ-Ċina li ttieħdu minn donaturi mejta ġew minn priġunieri li ngħataw is-sentenza tal-mewt, u qal li sa nofs l-2014 l-isptarijiet kollha liċenzjati għat-trapjant tal-organi se jkunu mitluba li jieqfu milli jużaw organi minn priġunieri li ngħataw is-sentenza tal-mewt u li jużaw biss dawk mogħtija b'mod volontarju u allokati mis-sistema nazzjonali li għadha kif bdiet tiffunzjona;

E.  billi r-Repubblika Popolari taċ-Ċina ħabbret l-intenzjoni tagħha li twaqqqaf b'mod gradwali t-tneħħija tal-organi minn priġunieri li ngħataw is-sentenza tal-mewt sal-2015, kif ukoll tintroduċi sistema komputerizzata ta' allokazzjoni ta' organi magħrufa bħala Sistema ta' Rispons ta' Trapjant tal-Organi Ċiniża (COTRS), b'hekk tikkontradixxi l-impenn li ħadet li l-isptarijiet kollha liċenzjati għat-trapjant tal-organi se jkunu mitluba jieqfu jużaw organi minn priġunieri li ngħataw is-sentenza tal-mewt sa nofs l-2014;

F.  billi f'Lulju 1999 il-Partit Komunist Ċiniż nieda kampanja intensiva ta' persekuzzjoni mal-pajjiż kollu, maħsuba biex teqred il-prattika spiritwali tal-Falun Gong u twassal għall-arrest u d-detenzjoni ta' mijiet ta' eluf ta' prattikanti tal-Falun Gong; billi hemm rapporti li priġunieri tal-Uyghur u tat-Tibet ukoll kienu suġġetti għal trapjanti furzati tal-organi;

G.  billi l-Kumitat tan-NU kontra t-Tortura u r-Rapporteur Speċjali tan-NU kontra t-tortura u t-trattament jew il-pieni krudili, inumani jew degradanti oħra esprimew tħassib dwar l-allegazzjonijiet ta' tneħħija ta' organi minn priġunieri, u sejħu lill-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina biex iżid ir-responsabbiltà u t-trasparenza tas-sistema ta' trapjant tal-organi u jikkastiga lil dawk responsabbli għal abbużi; billi l-qtil ta' priġunieri reliġjużi jew politiċi għal iskop ta' bejgħ tal-organi tagħhom għat-trapjant hija vjolazzjoni ferm ħażina u intolerabbli tad-dritt fundamentali għall-ħajja;

H.  billi fit-12 ta' Novembru 2013 l-Assemblea Ġenerali tan-NU għażlet liċ-Ċina biex isservi fuq il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU għal perjodu ta' tliet snin li jibda mill-1 ta' Jannar 2014;

1.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar rapporti persistenti u kredibbli ta' tneħħija sistematika ta' organi approvata mill-istat minn priġunieri ta' kuxjenza li ma jkunux taw il-kunsens tagħhom fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, inkluż minn għadd kbir ta' prattikanti tal-Falun Gong mitfugħa l-ħabs għat-twemmin reliġjuż tagħhom, kif ukoll minn membri ta' gruppi reliġjużi, etniċi jew ta' minoranza oħra;

2.  Jenfasizza li l-waqfien gradwali tat-tneħħija tal-organi minn priġunieri li ngħataw is-sentenza tal-mewt sal-2015 mhijiex aċċetabbli; jitlob lill-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina biex itemm immedjatament il-prattika ta' tneħħija ta' organi minn priġunieri ta' kuxjenza u membri ta' gruppi reliġjużi u ta' minorità etnika;

3.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha iqajmu l-kwistjoni tat-tneħħija tal-organi fiċ-Ċina; jirrakkomanda li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jikkundannaw pubblikament l-abbużi ta' trapjant tal-organi fiċ-Ċina u jqajmu kuxjenza dwar din il-kwistjoni fost iċ-ċittadini tagħhom li jkunu qed jivvjaġġaw lejn iċ-Ċina; jitlob għal investigazzjoni sħiħa u trasparenti mill-UE dwar il-prattiki ta' trapjant tal-organi fiċ-Ċina, u biex jitressqu quddiem il-qorti dawk li jinstabu li jkunu pparteċipaw fi prattiki mhux etiċi bħal dawn;

4.  Jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi biex jirrispondu b'mod adegwat għat-talbiet tar-Rapporteur Speċjali tan-NU kontra t-tortura u t-trattament jew il-pieni krudili, inumani jew degradanti oħra u r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-libertà ta' reliġjon jew twemmin li qed jitolbu lill-Gvern Ċiniż jispjega s-sorsi żejda ta' organi wara li żdied l-għadd ta' operazzjonijiet ta' trapjant ta' organi, u li jippermettulhom iwettqu investigazzjoni dwar il-prattiki tat-trapjant tal-organi fiċ-Ċina;

5.  Jitlob il-ħelsien immedjat tal-priġunieri kollha ta' kuxjenza fiċ-Ċina, inkluż il-prattikanti tal-Falun Gong;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u lill-Kungress Nazzjonali tal-Poplu Ċiniż.

(1) ĠU C 305 E, 14.12.2006, p. 219.
(2) Testi adottati, P7_TA(2013)0097.
(3) Testi adottati, P7_TA(2012)0503.
(4) ĠU C 169 E, 15.6.2012, p. 81.
(5) ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 65.


Is-sitwazzjoni fis-Sri Lanka
PDF 222kWORD 57k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar is-sitwazzjoni fis-Sri Lanka (2013/2982(RSP))
P7_TA(2013)0604RC-B7-0563/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2009(1) u tat-12 ta' Mejju 2011(2) dwar is-sitwazzjoni fis-Sri Lanka,

–  wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Kummissjoni għat-Tagħlimiet Miksuba u r-Rikonċiljazzjoni tas-Sri Lanka ta' Novembru 2011,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti tat-18 ta' Marzu 2013 u t-22 ta' Marzu 2012 dwar il-promozzjoni tar-rikonċiljazzjoni u l-obbligu ta' rendikont fis-Sri Lanka,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Panel ta' Studju Intern tas-Segretarju Ġenerali tan-NU ta' Novembru 2012 dwar l-azzjonijiet tan-NU fis-Sri Lanka matul l-istadji finali tal-gwerra fis-Sri Lanka u wara li din intemmet, li jinvestiga n-nuqqas min-naħa tal-komunità internazzjonali li tipproteġi ċ-ċivili mill-ksur fuq skala kbira tad-dritt umanitarju u tad-drittijiet tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Navi Pillay, tal-31 ta' Awwissu 2013, u r-rapport tagħha għall-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tal-25 ta' Settembru 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-organizzazzjoni karitattiva Franċiża 'Action against Hunger' dwar l-eżekuzzjoni, fl-2006, ta' 17-il membru tal-personal lokali tagħha fil-belt tat-tramuntana ta' Muttur,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni lokali tal-Unjoni Ewropea tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar l-istat tad-dritt fis-Sri Lanka(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-18 ta' Jannar 2013 mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Catherine Ashton, f'isem l-UE, dwar id-denunzja tal-eks Prim Imħallef Sri Lankjan, Shirani Bandaranayake,

–  wara li kkunsidra l-laqgħa reċenti tal-kapijiet ta' gvern tal-Commonwealth f'Kolombo, u t-talba tal-Prim Ministru tar-Renju Unit David Cameron biex issir investigazzjoni indipendenti tal-allegazzjonijiet ta' delitti tal-gwerra,

–  wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet li s-Sri Lanka hija firmatarja għalihom, partikolarment il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Konvenzjoni Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni Razzjali, il-Konvenzjoni dwar il-prevenzjoni u l-kastig tad-delitt ta' ġenoċidju, il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa u l-Konvenzjoni kontra l-Korruzzjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) u l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi f'Mejju 2009, il-kunflitt li ilu għaddej għexieren ta' snin bejn il-Gvern tas-Sri Lanka u l-grupp separatist tat-Tigri għal-Liberazzjoni tat-Tamil Eelam (LTTE) fit-tramuntana tal-pajjiż intemm bit-telfa u ċ-ċediment tal-LTTE u l-mewta tal-kap tagħhom;

B.  billi fl-aħħar xhur tal-kunflitt, ġlied qalil f'żoni ċivili wassal għal dak li hu stmat li hu għexieren ta' eluf ta' mwiet u korrimenti ta' persuni ċivili u madwar 6 000 każ ta' għajbien;

C.  billi fit-23 ta' Mejju 2009, is-Segretarju Ġenerali tan-NU, Ban Ki-moon, u l-President tas-Sri Lanka, Mahinda Rajapaksa, iffirmaw dikjarazzjoni konġunta li fiha l-Gvern tas-Sri Lanka qabel li jieħu miżuri biex jiggarantixxi r-responsabilità għall-allegazzjonijiet ta' delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità matul l-istadji finali tal-kunflitt intern li dam għaddej 26 sena;

D.  billi fil-15 ta' Mejju 2010, il-President Rajapaksa ħatar LLRC (Kummissjoni dwar il-Lezzjonijiet Miksuba r-Rikonċiljazzjoni); billi l-għadd kbir ta' persuni li huwa rrappurtat li ħadu l-inizjattiva li jkellmu lil-LLRC juri x-xewqa u l-bżonn qawwijin ta' djalogu nazzjonali dwar il-kunflitt;

E.  billi r-rapport tal-panel ta' esperti tan-NU tas-26 ta' April 2011 sab li kien hemm rapporti kredibbli li kemm il-forzi tal-gvern kif ukoll il-LTTE wettqu delitti tal-gwerra fix-xhur ta' qabel Mejju 2009, meta l-forzi tal-gvern iddikjaraw rebħa fuq is-separatisti;

F.  billi n-natura serja tal-allegazzjonijiet f'dak ir-rapport u l-kampanja internazzjonali li baqgħet titwettaq b'talba għal evalwazzjoni preċiża tal-avvenimenti, inkluż fil-marġni tas-samit reċenti tal-Commonwealth, jenfasizzaw il-bżonn li din il-kwistjoni tissolva biex ikun possibbli li tinkiseb rikonċiljazzjoni dejjiema fis-Sri Lanka;

G.  billi ċensiment madwar il-pajjiż inbeda fis-Sri Lanka biex jiġu aċċertati fil-pajjiż stess l-iskala u ċ-ċirkostanzi tal-imwiet u t-tidrib ta' ċivili, kif ukoll id-dannu lill-proprejtajiet, li twettqu matul il-kunflitt, bi qbil ma' rakkomandazzjoni ewlenija tar-rapport tal-LLRC;

H.  billi, f'Awwissu 2013, ġiet stabbilita Kummissjoni Presidenzjali ta' Inkjesta biex tinvestiga u tirrapporta dwar il-każijiet ta' għajbien fil-provinċji tat-tramuntana u tal-lvant bejn l-1990 u l-2009;

I.  billi fil-25 ta' Settembru 2013, Navi Pillay talbet lill-Gvern tas-Sri Lanka juża ż-żmien li kien fadallu qabel ma tressaq ir-rapport dwar il-pajjiż lill-Kunsill tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, fil-laqgħa tiegħu ta' Marzu 2014, biex jibda proċess nazzjonali kredibbli b'riżultati tanġibbli, inkluża l-prosekuzzjoni tal-ħatja individwali, inkella l-komunità internazzjonali se jkollha d-dmir li tistabbilixxi mekkaniżmi ta' inkjesta proprji;

J.  billi l-panel ta' studju interndwar il-ħidma tan-NU fis-Sri Lanka matul il-fażi finali tal-gwerra wasal għall-konklużjoni li n-nuqqas tal-istituzzjonijiet tan-NU li jipproteġu d-drittijiet tal-persuni li kellhom jassistu kollettivament jammonta għal nuqqas min-NU li taġixxi fl-ambitu tal-mandati istituzzjonali tagħha biex twettaq id-dmirijiet tagħha ta' protezzjoni;

1.  Jesprimi l-apprezzament tiegħu tar-ristawr tal-paċi fis-Sri Lanka, li jikkostitwixxi serħan tal-moħħ qawwi għall-popolazzjoni kollha kemm hi, u jirrikonoxxi l-isforzi li saru mill-Gvern tas-Sri Lanka, bl-appoġġ tal-komunità internazzjonali, biex tinbena mill-ġdid l-infrastruttura u jiġu ssetiljati mill-ġdid madwar 400,000 persuna spustjati internament;

2.  Jinnota l-progress li nkiseb fl-ilħuq tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju, il-politika trilingwi – notevolment it-tagħlim tas-Sinhala, Tamil u Ingliż lill-uffiċjali pubbliċi – u ċ-ċensiment nazzjonali deċiż riċentement biex jingħaddu 'd-danni umani u tal-proprjetà' li saru waqt il-gwerra ċivili;

3.  Jilqa' l-ewwel elezzjonijiet għall-Kunsill Provinċjali fil-Provinċja tat-Tramuntana, li saru fil-21 ta' Settembru 2013, li l-partit tal-Alleanza Nazzjonali Tamil (TNA) rebaħ b'maġġoranza kbira ħafna;

4.  Jittama li d-dividend ta' paċi se jħalli l-frott, itejjeb aktar l-aġenda tal-iżvilupp tal-pajjiż u jippermetti liċ-ċittadini tiegħu u għadd dejjem akbar ta' viżitaturi barranin jgawdu bis-sħiħ il-potenzjal naturali u kulturali li joffri; jenfasizza li stabilità fit-tul titlob rikonċiljazzjoni ġenwina bil-parteċipazzjoni sħiħa tal-popolazzjonijiet lokali;

5.  Jinnota bi tħassib li l-preżenza tal-forzi militari tal-gvern fiż-żoni fejn qabel kien hemm il-kunflitt għadha konsiderevoli, qed twassal għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem inkluż il-ħtif tal-art, b'aktar minn elf kawża pendenti fil-qrati li jinvolvu sidien ta' art li tilfu l-proprjetà tagħhom, u għadd inkwetanti ta' attakki sesswali rappurtati u abbużi oħra kontra n-nisa, filwaqt li nqisu l-vulnerabilità partikolari tal-għexieren ta' eluf ta' romol tal-gwerra;

6.  Ifaħħar il-pjan ta' azzjoni nazzjonali għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għat-Tagħlimiet Miksuba u r-Rikonċiljazzjoni (LLRC), u jistieden lill-gvern jintensifika l-isforzi tiegħu biex jimplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet, jiġifieri billi jwettaq investigazzjonijiet kredibbli tal-allegazzjonijiet ta' qtil extraġudizzjarju u għajbien furzat, ikompli jiddemilitarizza t-Tramuntana tas-Sri Lanka, joħloq mekkaniżmi imparzjali kompluti ta' tilwim dwar l-artijiet, jerġa' jevalwa l-politiki tad-detenzjoni, isaħħaħ istituzzjonijiet ċivili li qabel kienu indipendenti bħall-forza tal-pulizija, il-ġudikatura u l-Kumissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem, u jasal għal riżoluzzjoni politika fit-tul dwar id-devoluzzjoni ulterjuri tal-poter lill-provinċji; jitlob lill-Kummissjoni ta' Inkjesta Presidenzjali tkopri l-għajbien mhux biss fil-Provinċji tat-Tramuntana u tal-Lvant, iżda wkoll fil-bqija tal-pajjiż;

7.  Jesprimi tħassib konsiderevoli dwar ir-rapporti kontinwi ta' intimidazzjoni u ksur tad-drittijiet tal-bniedem (fosthom mill-forzi tas-sigurtà), qril extraġudizzjarju, tortura u ksur tal-libertà tal-espressjoni, ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda paċifika, flimkien ma' rappreżelji kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, membri tas-soċjetà ċivili u ġurnalisti, theddid għall-indipendenza ġudizzjarja u l-istat tad-dritt, u d-diskriminazzjoni abbażi tar-reliġjon jew twemmin; jistieden lill-Gvern tas-Sri Lanka jieħu l-miżuri neċessarji;

8.  Jilqa' l-passi riċenti min-naħa tal-amministrazzjoni biex tinvestiga l-qtil allegat mill-forzi tal-gvern ta' 17-il ħaddiem lokali li jipprovdu l-għajnuna tal-organizzazzjoni karitattiva Franċiża 'Action for Hunger' fil-belt tat-Tramuntana ta' Muttur, flimkien mal-qtil ta' ħames żgħażagħ fi Trincomalee fl-2006; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jagħmlu kulma jistgħu biex dawk li wettqu dawn il-massakri jiġu proċessati;

9.  Iħeġġeġ lill-Gvern tas-Sri Lanka jaġixxi fuq it-talbiet għal responsabbilizzazzjoni għall-allegat ksur waqt il-gwerra tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u dak umanitarju billi tinfetaħ investigazzjoni indipendenti u kredibbli dwar l-allegat ksur sa Marzu 2014, u jqis li inkella n-NU għandha tiftaħ investigazzjoni internazzjonali;

10.  Iħeġġeġ lill-Gvern tas-Sri Lanka jabbozza liġi effettiva dwar il-protezzjoni tax-xhieda sabiex ix-xhieda ta' tali reati jingħataw protezzjoni suffiċjenti;

11.  Ifaħħar l-attivitajiet ta' tneħħija ta' mini tal-armata tas-Sri Lanka u l-NGOs internazzjonali bħal Halo Trust, u jirrikonoxxi l-finanzjament konsiderevoli li ngħata mill-UE u l-finanzjament addizzjonali mħabbar mir-Renju Unit; iħeġġeġ lill-Gvern tas-Sri Lanka u l-forzi armati, flimkien mal-UE u l-Istati Membri tagħha, ikomplu jipprovdu r-riżorsi meħtieġa għal iktar tindif tal-mini tal-art, li huma ostakolu serju għar-rijabilitazzjoni u r-riġenerazzjoni ekonomika; jerġa' jitlob lis-Sri Lanka tissieħeb fit-Trattat ta' Ottawa ta' Projbizzjoni tal-Mini;

12.  Jinnota bi tħassib li, skont ir-'Rapport tax-Xejriet u s-Sitwazzjoni tat-Terroriżmu tal-UE' reċenti tal-Europol, il-LTTE, li fil-passat wettqu attakki terroristi indiskriminati, għadhom attivi fil-livell internazzjonali;

13.  Jistieden lin-NU u lill-Istati Membri tagħha janalizzaw bir-reqqa n-nuqqasijiet tal-komunità internazzjonali fis-Sri Lanka u jieħdu miżuri adegwati biex jiżguraw li, jekk tinsab f'sitwazzjoni simili fil-futur, in-NU tkun tista' tilħaq standards ħafna ogħla f'termini ta' ssodisfar tar-responsabbilitajiet ta' protezzjoni u umanitarji tagħa;

14.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u lill-Gvern u lill-Parlament tas-Sri Lanka.

(1) ĠU C 265 E, 30.9.2010, p. 29.
(2) ĠU C 377 E, 7.12.2012, p. 156.
(3) http://eeas.europa.eu/delegations/sri_lanka/documents/press_corner/20121205_en.pdf

Avviż legali - Politika tal-privatezza