Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0282(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0473/2013

Testi mressqa :

A7-0473/2013

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 15/01/2014 - 10.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0020

Testi adottati
PDF 202kWORD 35k
L-Erbgħa, 15 ta' Jannar 2014 - Strasburgu
It-tiġdid tal-ftehim UE-Russja dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija ***
P7_TA(2014)0020A7-0473/2013

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2014 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa (13152/2013 – C7-0370/2013 – 2013/0282(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa (13152/2013),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/742/KE tas-16 ta' Novembru 2000, fir-rigward tal-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa,

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7‑0370/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin kif ukoll tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0473/2013),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għat-tiġdid tal-Ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

Avviż legali - Politika tal-privatezza