Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2012/0260(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0440/2013

Testi mressqa :

A7-0440/2013

Dibattiti :

PV 14/01/2014 - 12
CRE 14/01/2014 - 12

Votazzjonijiet :

PV 15/01/2014 - 10.12
CRE 15/01/2014 - 10.12
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 16/04/2014 - 14.12
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0028
P7_TA(2014)0442

Testi adottati
PDF 426kWORD 86k
L-Erbgħa, 15 ta' Jannar 2014 - Strasburgu
L-għasel ***I
P7_TA(2014)0028A7-0440/2013

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-15 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE li tirrigwarda l-għasel (COM(2012)0530 – C7-0304/2012 – 2012/0260(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 1
(1)  Ġaladarba ngħatat is-sentenza tas-6 ta' Settembru 2011 tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża C-442/098, it-trab tad-dakra fl-għasel għandu jitqies bħala ingredjent fit-tifsira tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Marzu 2000 fuq l-approsimazzjoni ta' liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti tal-ikel9. Is-sentenza tal-Qorti kienet ibbażata fuq il-kunsidrazzjoni, skont il-fatti li ġew ippreżentati quddiemha, li t-trab tad-dakra fl-għasel huwa primarjament ir-riżultat taċ-ċentrifugazzjoni li jagħmel min irabbi n-naħal biex jiġbor l-għasel. Iżda t-trab tad-dakra jidħol fid-doqqajs minħabba l-attività tan-naħal u qiegħed fl-għasel b'mod naturali u ma għandux x'jaqsam jużax jew le ċ-ċentrifugazzjoni biex joħroġ l-għasel min irabbi n-naħal. Għalhekk jeħtieġ li jkun iċċarat, mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament, fuq it-trab tad-dakra mmodifikat ġenetikament li jkun fl-għasel, li t-trab tad-dakra huwa kostitwent tal-għasel, li huwa sustanza naturali mingħajr ingredjenti, u mhuwiex ingredjent fit-tifsira tad-Direttiva 2000/13/KE. Għalhekk, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel għandha tiġi emendata skont dan.
(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tiddefinixxi l-għasel bħala sustanza naturali u ħelwa prodotta min-naħal. L-għasel jikkonsisti essenzjalment minn zokkrijiet differenti, bi predominanza l-fruttożju u l-glukożju, kif ukoll sustanzi oħra bħal aċidi organiċi, enzimi u partikoli solidi derivati mill-ġbir tal-għasel. Id-Direttiva 2001/110/KE tippreserva l-karattru naturali tal-għasel billi tillimita l-intervent tal-bniedem li jista' jbiddel il-kompożizzjoni tal-għasel. B'mod partikolari, dik id-Direttiva tipprojbixxi ż-żieda ta' kwalunkwe ingredjent alimentari mal-għasel, inklużi addittivi tal-ikel, jew li jsirulu żidiet oħra għajr ta' għasel. Bl-istess mod, dik id-Direttiva tipprojbixxi t-tneħħija ta' kwalunkwe kostitwent partikolari għall-għasel, inkluż it-trab tad-dakra, sakemm dan ma jkunx inevitabbli fit-tneħħija ta' materjal barrani. Dawk ir-rekwiżiti huma konformi mal-istandard tal-Codex Alimentarius għall-għasel.
__________________
__________________
11 ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47.
1 ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 1a (ġdida)
(1a)  Sabiex tiġi kkunsidrata s-sensittività li qed tiżdied tal-konsumaturi dwar il-preżenza tal-organiżmi ġenetikament modifikati fl-ikel u d-drittijiet tagħhom li jkunu infurmati dwarhom, u bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE* għandha b'konsegwenza tkun emendata.
______________________________
*Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 Diċembru 2001 rigward l-għasel
(ĠU L 10, 12.1.2002, p.47).
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 1b (ġdida)
(1b)  It-trab tad-dakra hu parti mill-kriterji tal-kompożizzjoni tal-għasel kif stabbilit bid-Direttiva 2001/110/KE. L-evidenza disponibbli, inkluża dejta empirika u xjentifika, tikkonferma li n-naħal tal-għasel huma l-oriġini tal-preżenza tat-trab tad-dakra fl-għasel. Frak tat-trab tad-dakra jispiċċa fin-nettaru li mbagħad jinġabar min-naħal tal-għasel. In-nettaru li jinġabar fid-doqqajs ikun fih frak tat-trab tad-dakra li jiġi midbdul f'għasel min-naħal. Skont dejta disponibbli, trab tad-dakra addizzjonali fl-għasel jista' jiġi mit-trab tad-dakra li jkun hemm fuq in-naħal, trab tad-dakra li jkun hemm fl-arja ġewwa d-doqqajs u mit-trab tad-dakra ppakkajat min-naħal f'ċelloli li inċidentalment jinfetħu waqt li qed jinġabar l-għasel mill-operaturi. Minn dan jirriżulta li t-trab tad-dakra jidħol fid-doqqajs minħabba l-attività tan-naħal u qiegħed fl-għasel b'mod naturali indipendentement minn jekk l-għasel jiġix estratt jew le mill-operaturi. Barra minn hekk, m'hemmx żieda intenzjonata ta' trab tad-dakra fl-għasel mill-operaturi, tali addizzjoni hi projbita mid-Direttiva 2001/110/KE.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 1c (ġdida)
(1c)  Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi jiddefinixxi 'ingredjent' bħala kwalunkwe sustanza użata fil-manifattura jew il-preparazzjoni tal-ikel u li tibqa' preżenti fil-prodott lest, anke jekk f'forma mibdula. Din id-definizzjoni timplika użu intenzjonat ta' sustanza fil-manifattura jew il-preparazzjoni tal-ikel. Meta jitqies il-karattru naturali tal-għasel, u b'mod partikolari l-oriġini naturali tal-preżenza ta' kostitwenti partikolari għall-għasel, inkluż it-trab tad-dakra, jeħtieġ li jkun iċċarat li t-trab tad-dakra u kwalunkwe kostitwent ieħor partikolari għall-għasel m'għandux jitqies bħala 'ingredjent' tal-għasel fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011.
__________________
1 Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 1d (ġdida)
(1d)  Billi l-għasel hu prodott naturali, dan għandu jiġi eżentat mir-rekwiżit li jkollu lista ta' ingredjenti.
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Premessa 1e (ġdida)
(1e)  Miżuri ta' koeżistenza fil-livell tal-Istat Membru stabbiliti bi qbil mal-Artikolu 26a tad-Direttiva 2001/18/KE għandhom jiżguraw li l-analiżi standard tal-għasel ma tkunx meħtieġa, inter alia billi jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi ta' distanza.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 4
imħassar
(4)  L-Annessi tad-Direttiva 2001/110/KE fihom xi elementi tekniċi li għandu mnejn ikollhom jiġu addattati jew aġġornati biex iqisu l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti. Din id-Direttiva ma tikkonferixxix setgħat xierqa lill-Kummissjoni biex fil-pront taddatta jew taġġorna dawn l-Annessi biex iqisu l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali. Għalhekk, għall-implimentazzjoni konsistenti tad-Direttiva 2001/110/KE, is-setgħa li taddatta jew taġġorna l-Annessi ta' din id-Direttiva biex iqisu mhux biss il-progress tekniku, iżda wkoll l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali, għandha wkoll tiġi kkonferita lill-Kummissjoni.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 6
(6)  Għalhekk, biex jitqies il-progress tekniku u, fejn ikun rilevanti, l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandu jkun iddelegat lill-Kummissjoni biex taddatta jew taġġorna l-karatteristiċi tekniċi marbutin mad-deskrizzjonijiet u d-definizzjonijiet tal-prodotti fl-Annessi tad-Direttiva 2001/110/KE.
imħassar
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1
Direttiva 2001/110/KE
Artikolu 2 – punt 5
5.  Billi t-trab tad-dakra huwa kostitwent naturali partikolari tal-għasel, ma għandux jitqies bħala ingredjent, fit-tifsira tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2000/13/KE, tal-prodotti ddefiniti fl-Anness 1 ta' din id-Direttiva.
5.  Billi t-trab tad-dakra huwa kostitwent naturali partikolari għall-għasel, ma għandux jitqies bħala ingredjent, fit-tifsira tal-Artikolu 2(2)(f) tar-Regolament (UE) 1169/2011, tal-prodotti ddefiniti fl-Anness 1 ta' din id-Direttiva.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2001/110/KE
Artikolu 6
Artikolu 6
imħassar
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 6a biex temenda l-karatteristiċi tekniċi marbuta mal-ismijiet, mad-deskrizzjonijiet u mad-definizzjonijiet tal-prodotti fl-Anness I u mal-kriterji tal-kompożizzjoni għall-għasel fl-Anness II, biex jitqiesu l-progress tekniku, u fejn ikun rilevanti, l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 3
Direttiva 2001/110/KE
Artikolu 6a - paragrafu 2
2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 4 u 6 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat li jibda minn (...). (Publications Office is to fill in the date of entry into force of this amending Act).
2.  Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 4 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin li jiddekorru minn ….*. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded taċitament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jopponu tali tiġdid sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.
__________________________
* Data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 3
Direttiva 2001/110/KE
L-Artikolu 6a – paragrafu 3
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 4 u 6 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati li huma diġà fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 3
Direttiva 2001/110/KE
Artikolu 6a – punt 5
Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 4 u 6 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn mid-data tan-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dan il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 4 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn mid-data tan-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dan il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi mal-punt (1) tal-Artikolu 1 sa [data]. Huma jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet.
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi mal-punt (1) tal-Artikolu 1 sa ... *. Huma jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet.
___________________
* 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-direttiva emendatorja.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0440/2013).

Avviż legali - Politika tal-privatezza