Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0278(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0457/2013

Testi mressqa :

A7-0457/2013

Dibattiti :

PV 14/01/2014 - 14
CRE 14/01/2014 - 14

Votazzjonijiet :

PV 15/01/2014 - 10.14
CRE 15/01/2014 - 10.14
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 15/04/2014 - 17.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0030
P7_TA(2014)0387

Testi adottati
PDF 433kWORD 111k
L-Erbgħa, 15 ta' Jannar 2014 - Strasburgu
Statistika relatata mal-kummerċ ta' oġġetti bejn Stati Membri ***I
P7_TA(2014)0030A7-0457/2013

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-15 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 638/2004 fuq l-istatistiċi Komunitarji rigward il-kummerċ ta' merkanzija bejn Stati Membri rigward l-għoti ta’ setgħat iddelegati u implimentattivi lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta’ ċerti miżuri, il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni mill-amministrazzjoni tad-dwana, l-iskambju ta’ dejta kunfidenzjali bejn l-Istati Membri, kif ukoll id-definizzjoni tal-valur statistiku (COM(2013)0578 – C7-0242/2013 – 2013/0278(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-għarfien espert. Meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
(6)  Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell l-aktar effiċjenti tal-għarfien espert wara li tinforma l-Istati Membri dwar min għandu jiġu kkonsultat u fuq liema bażi għandu jiġi żgurat ir-rispett tal-imparzjalità u għandhom jiġu evitati l-kunflitti ta' interess possibbli. Meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn l-atti ddelegati ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri u fuq l-unitajiet li jwieġbu.
(7)  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn l-atti ddelegati ma jimponux spiża jew piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri u fuq l-unitajiet li jwieġbu u li jibqgħu kemm jista' jkun ekonomiċi.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 638/2004, għandhom jiġu kkonferiti setgħat implimentattivi lill-Kummissjoni li jippermettulha li tadotta l-arranġamenti għall-ġbir tal-informazzjoni, b’mod partikolari rigward il-kodiċijiet li għandhom jintużaw, id-dispożizzjonijiet tekniċi biex tinġabar l-istatistika annwali dwar il-kummerċ permezz tal-karatteristiċi tan-negozju u kwalunkwe miżura neċessarja biex tiżgura li l-kwalità tal-istatistika trażmessa hija konformi mal-kriterji tal-kwalità. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.
(8)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 638/2004, għandhom jiġu kkonferiti setgħat implimentattivi lill-Kummissjoni li jippermettulha li tadotta l-arranġamenti għall-ġbir tal-informazzjoni, b’mod partikolari rigward il-kodiċijiet li għandhom jintużaw, id-dispożizzjonijiet tekniċi biex tinġabar l-istatistika annwali dwar il-kummerċ permezz tal-karatteristiċi tan-negozju u kwalunkwe miżura neċessarja biex tiżgura li l-kwalità tal-istatistika trażmessa mingħajr ħlas tkun konformi mal-kriterji tal-kwalità. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Bl-istrateġija għal struttura ġdida tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (minn hawn 'il quddiem imsejħa ESS) maħsuba biex ittejjeb il-koordinazzjoni u s-sħubija fi struttura piramida ċara fi ħdan l-ESS, il- Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESSC), stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea9, għandu jaqdi rwol konsultattiv u jassisti lill-Kummissjoni waqt li tkun qed teżerċita s-setgħat ta' implimentazzjoni tagħha.
(10)  Bl-istrateġija għal struttura ġdida tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (minn hawn 'il quddiem imsejħa ESS) maħsuba biex ittejjeb il-koordinazzjoni u s-sħubija fi struttura piramida ċara fi ħdan l-ESS, il- Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESSC), stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill9, għandu jaqdi rwol konsultattiv u jassisti lill-Kummissjoni waqt li tkun qed teżerċita s-setgħat ta' implimentazzjoni tagħha. It-titjib tal-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni (Eurostat) huwa essenzjali biex tinħareġ statistika ta' kwalità ogħla fl-Unjoni.
__________________
__________________
9 ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.
9 Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-istatistika Ewropea (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  Ir-Regolament (KE) Nru 638/2004 għandu jiġi emendat bis-sostituzzjoni tar-referenza lill-Kumitat tal-Intrastat b’referenza għall-ESSC.
(11)  Ir-Regolament (KE) Nru 638/2004 għandu jiġi emendat bis-sostituzzjoni tar-referenza lill-Kumitat tal-Intrastat b’referenza għall-ESSC. L-ESSC għandu jżomm l-istess struttura ta' sħubija bħal dik tal-Kumitat Intrastat, jiġifieri membru wieħed għal kull Stat Membru.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Simplifikazzjonijiet ta’ skemi ta’ approvazzjoni doganali wasslu għal nuqqas ta’ disponibbiltà, fil-livell ta’ dwana, ta’ tagħrif statistiku dwar merkanzija li tgħaddi minn proċeduri doganali ta' proċessar. Biex tiġi żgurata l-kopertura tad-dejta, il-movimenti ta’ dik il-merkanzija għandhom jiġu inklużi fis-sistema tal-Intrastat.
(12)  Simplifikazzjonijiet ta’ skemi ta’ approvazzjoni doganali wasslu għal nuqqas ta’ disponibbiltà, fil-livell ta’ dwana, ta’ tagħrif statistiku dwar merkanzija li tgħaddi minn proċeduri doganali ta' proċessar. Biex tiġi żgurata l-kopertura tad-dejta, il-movimenti ta’ dik il-merkanzija għandhom jiġu inklużi fis-sistema tal-Intrastat filwaqt li kwalunkwe spiża addizzjonali għandha tkun kemm jista' jkun limitata. L-informazzjoni għandha ssegwi l-prinċipju ta' "rappurtar b'direzzjoni waħda", u għaldaqstant, sakemm tkun tista' tiġi garantita l-kwalità tad-dejta, id-dejta għandha tinġabar biss mill-kumpaniji tal-esportazzjoni.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  L-iskambju ta’ dejta kunfidenzjali relatata mal-istatistika dwar il-kummerċ ġewwa l-UE għandu jitħalla jsir bejn l-Istati Membri bil-għan li jkun hemm iktar effiċjenza fl-iżvilupp, fil-produzzjoni u fit-tixrid ta’ din l-istatistika jew għat-titjib tal-kwalità tagħha.
(13)  L-iskambju ta’ dejta kunfidenzjali relatata mal-istatistika dwar il-kummerċ ġewwa l-UE għandu jitħalla jsir bejn l-Istati Membri u għandu jkun mingħajr ħlas jekk dan ikun neċessarju sabiex ikun hemm iktar effiċjenza fl-iżvilupp, fil-produzzjoni u fit-tixrid ta’ din l-istatistika jew għat-titjib tal-kwalità tagħha. Tali skambji għandhom ikunu volontarji u għandhom ikunu possibbli għal perjodu transitorju wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Madankollu, tali skambju ta' dejta kunfidenzjali għandu jiġi ttrattat bir-reqqa u fih innifsu m'għandux jinvolvi piż amministrattiv ogħla għall-kumpaniji.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Id-definizzjoni ta’ valur statistiku għandha tiġi ċċarata u allinjata mad-definizzjoni ta’ dan l-element tad-dejta skont l-istatistika dwar il-kummerċ barra l-UE.
(14)  Id-definizzjoni ta’ valur statistiku għandha tiġi ċċarata u allinjata mad-definizzjoni ta’ dan l-element tad-dejta skont l-istatistika dwar il-kummerċ barra l-UE sabiex tiġi permessa komparabilità aħjar bejnil-kummerċ fl-UE u dak barra l-UE tal-istatistika kummerċjali. Id-definizzjonijiet uniformi huma essenzjali għal kummerċ transkonfinali li jiffunzjona tajjeb u bla xkiel u huma importanti b'mod speċjali sabiex l-awtoritajiet nazzjonali differenti jkunu jistgħu jagħmlu interpretazzjonijiet konkordanti tar-regoli li jkollhom impatt fuq l-attivitajiet transkonfinali tan-negozji.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, huwa neċessarju u xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni mill-amministrazzjoni tad-dwana, l-iskambju ta’ dejta kunfidenzjali bejn l-iSM u d-definizzjoni ta’ valur statistiku fil-qasam tal-istatistika tal-kummerċ ġewwa l-UE. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan, skont l-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
(15)  Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, huwa neċessarju u xieraq li jiġu stabbiliti regoli armonizzati dwar il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni mill-amministrazzjoni tad-dwana, l-iskambju ta’ dejta kunfidenzjali bejn l-iSM u d-definizzjoni ta’ valur statistiku fil-qasam tal-istatistika tal-kummerċ ġewwa l-UE. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan, skont l-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 15a (ġdida)
(15a)  It-trasmissjoni tad-dejta mill-awtoritajiet nazzjonali għandha tkun bla ħlas għall-Istati Membri u għall-istituzzjonijiet jew l-aġenziji tal-Unjoni.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 17a (ġdida)
(17a)  Fid-dawl tas-sitwazzjoni ekonomika tal-Istati Membri u ż-żieda ta' miżuri ta' koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni, jeħtieġ li jiġu żviluppati approċċ integrat u indikaturi statistiċi dejjem iżjed affidabbli sabiex il-politiki jiġu implimentati b'mod aktar effettiv.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 17b (ġdida)
(17b)  B'segwitu għall-iskoperta riċenti ta' ksur tal-protezzjoni tad-dejta taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-Istati Membri, jeħtieġ li tissaħħaħ is-sigurtà tal-modalitajiet ta' trasmissjoni ta' dejta statistika sensittiva, inkluża dejta ekonomika;
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 2 – sottopunt b
Regolament (KE) Nru 638/2004
Artikolu 5 – paragrafu 2
2.  L-informazzjoni statistika dwar id-dispaċċi u l-wasliet ta’ merkanzija li jkunu s-suġġett ta’ dokument amministrattiv wieħed għall-finijiet doganali jew fiskali għandha tkun ipprovduta direttament mid-dwana lill-awtoritajiet nazzjonali, ta’ lanqas darba fix-xahar.
2.  L-informazzjoni statistika dwar id-dispaċċi u l-wasliet ta’ merkanzija li jkunu s-suġġett ta’ dokument amministrattiv wieħed għall-finijiet doganali jew fiskali għandha tkun ipprovduta direttament mid-dwana lill-awtoritajiet nazzjonali darba fix-xahar.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 5
Regolament (KE) Nru 638/2004
Artikolu 9a – paragrafu 1
L-iskambju ta’ dejta kunfidenzjali, kif iddefinit bl-Artikolu 3(7) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (*), għandu għal skopijiet ta’ statistika biss, jkun permess bejn l-awtoritajiet nazzjonali rispettivi ta’ kull Stat Membru, fejn l-iskambju jservi l-iżvilupp effiċjenti, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea rigward il-kummerċ ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri jew itejjeb il-kwalità tagħhom.
L-iskambju, mingħajr ħlas, ta’ dejta kunfidenzjali, kif iddefinit bl-Artikolu 3(7) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), għandu għal skopijiet ta’ statistika biss, jkun permess bejn l-awtoritajiet nazzjonali rispettivi ta’ kull Stat Membru, fejn ikun ippruvat li l-iskambju jservi l-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni effiċjenti tal-istatistika Ewropea rigward il-kummerċ ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri jew itejjeb b'mod sinifikanti l-kwalità tagħhom. Kwalunkwe piż amministrattiv u spiża addizzjonali għall-Istati Membri għandha tinżamm għal ammont minimu. Tali skambju ta' informazzjoni kunfidenzjali għandu jkun volontarju sal-...**.
______________
(*) ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164
(*) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta 'Marzu 2009 dwar l-istatistika Ewropea (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
** Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 5
Regolament (KE) Nru 638/2004
Artikolu 9a – paragrafu 2
L-awtoritajiet nazzjonali li jkunu kisbu d-dejta kunfidenzjali għandhom jittrattaw din l-informazzjoni bħala kunfidenzjali u għandhom jużawha esklussivament għal għanijiet ta' statistika.
L-awtoritajiet nazzjonali li jkunu kisbu d-dejta kunfidenzjali għandhom jittrattaw din l-informazzjoni bħala kunfidenzjali u għandhom jużawha esklussivament għal għanijiet ta' statistika. L-awtoritajiet nazzjonali ma għandhomx jittrażmettu tali dejta lil xi organizzazzjoni internazzjonali, għajr bil-mod previst fir-Regolament.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 6 – punt c
Ir-Regolament (KE) 638/2004
Artikolu 10 – paragrafu 5
5.  L-Istati Membri jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet li jilħqu r-rekwiżiti ta’ kwalità, jissimplifikaw it-tagħrif li għandu jingħata għal tranżazzjonijiet żgħar individwali. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, b’konformità mal-Artikolu 13a, atti ddelegati biex tiddefinixxi dawn il-kundizzjonijiet.
5.  L-Istati Membri jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet li jilħqu r-rekwiżiti ta’ kwalità, jissimplifikaw it-tagħrif li għandu jingħata għal tranżazzjonijiet żgħar individwali sakemm tali simplifikazzjoni ma jkollha l-ebda effett ta' detriment għall-kwalità tal-istatistika. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, b’konformità mal-Artikolu 13a, atti ddelegati biex tiddefinixxi dawn il-kundizzjonijiet.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 6a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 638/2004
Artikolu 11
(6a)  L-Artikolu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej:
Artikolu 11
Artikolu 11
Il-kunfidenzjalità tal-istatistika
Il-kunfidenzjalità tal-istatistika
Fil-każ uniku fejn il-parti jew il-partijiet li jkunu pprovdew l-informazzjoni hekk jitolbu, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiddeċiedu jekk ir-riżultati tal-istatistika, li permezz tagħhom huwa possibli li jista' jkun identifikati l-imsemmija fornituri, għandhomx jiġu disseminati jew emendati b'tali mod li d-disseminazzjoni tagħhom ma jippreġudikax il-konfidenzalità tal-istatistika.
Fil-każ uniku fejn il-parti jew il-partijiet li jkunu pprovdew l-informazzjoni hekk jitolbu, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiddeċiedu jekk ir-riżultati tal-istatistika, li permezz tagħhom huwa possibli li jista' jkun identifikati l-imsemmija fornituri, għandhomx jiġu disseminati jew emendati b'tali mod li d-disseminazzjoni tagħhom ma jippreġudikax il-konfidenzalità tal-istatistika. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiżguraw li l-benefiċċji statistiċi jegħlbu b'mod ċar l-effetti negattivi eventwali fuq il-parti jew il-partijiet li jipprovdu l-informazzjoni.”
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 7 – punt c
Regolament (KE) Nru 638/2004
Artikolu 12 – paragrafu 4 – subparagrafu 3
Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta dispożizzjonijiet tekniċi għal kumpilazzjoni ta’ din l-istatistika.
Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta dispożizzjonijiet tekniċi għal kumpilazzjoni ta’ din l-istatistika bl-aktar mod ekonomiku possibbli.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 8
Regolament (KE) Nru 638/2004
Artikolu 13 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
(4)  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, kwalunkwe miżura neċessarja biex tiżgura l-kwalità tal-istatistika trażmessa konformement mal-kriterji tal-kwalità.
(4)  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, kwalunkwe miżura neċessarja biex tiżgura l-kwalità tal-istatistika trażmessa konformement mal-kriterji tal-kwalità, filwaqt li tevita spejjeż eċċessivi għall-awtoritajiet nazzjonali.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 9
Regolament (KE) Nru 638/2004
Artikolu 13a – paragrafu 2
(2)  Meta teżerċita s-setgħat delegati fl-Artikolu 3(4), 6(2), 10(3) (4) u (5), 12(1)(a) u (2), il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti ddelegati ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri u fuq il-parteċipanti.
(2)  Meta teżerċita s-setgħat delegati fl-Artikolu 3(4), 6(2), 10(3) (4) u (5), 12(1)(a) u (2), il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti ddelegati ma jimponux spejjeż jew piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri u fuq il-parteċipanti. Il-Kummissjoni għandha ssegwi tnaqqis fl-ispejjeż u fil-piż amministrattiv fejn ikun possibbli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiġġustifika debitament l-azzjonijiet f’dawk l-atti delegati intenzjonati u tipprovdi informazzjoni, b’kontribut mill-Istati Membri, dwar kwalunkwe piż u spiża tal-produzzjoni assoċjati skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 9
Ir-Regolament (KE) 638/2004
Artikolu 13a – paragrafu 3
3.  Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 3(4), 6(2), 10(3) (4) u (5), 12(1)(a) u (2) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [(Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet:. jekk jogħġbok daħħal id-data preċiża tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' emenda)].
3.  Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 3(4), 6(2), 10(3) (4) u (5), 12(1)(a) u (2) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn [Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal id-data preċiża tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' emenda]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 9
Regolament (KE) Nru 638/2004
Artikolu 13a – paragrafu 6
6.  Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 3(4), 6(2), 10(3) (4) u (5), 12(1)(a) u (2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni għalih mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn minn meta dak l-att jiġi nnotifikat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 3(4), 6(2), 10(3) (4) u (5), 12(1)(a) u (2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0457/2013).

Avviż legali - Politika tal-privatezza