Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0413(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0013/2014

Testi mressqa :

A7-0013/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/01/2014 - 8.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0034

Testi adottati
PDF 202kWORD 36k
Il-Ħamis, 16 ta' Jannar 2014 - Strasburgu
Awtorizzazzjoni lil Franza biex tapplika rata mnaqqsa ta' ċerti taxxi indiretti fuq ir-rum 'tradizzjonali' prodott fil-Gwadelup, fil-Gujana Franċiża, fil-Martinique u fir-Réunion *
P7_TA(2014)0034A7-0013/2014

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil Franza tapplika rata mnaqqsa ta’ ċerti taxxi indiretti fuq ir-rum 'tradizzjonali' prodott fil-Gwadelup, fil-Gujana Franċiża, fil-Martinique u fir-Réunion u li temenda d-Deċiżjoni 2007/659/KE (COM(2013)0839 – C7-0488/2013 – 2013/0413(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2013)0839),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0488/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0013/2014),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Avviż legali - Politika tal-privatezza